02023D0231 — MT — 27.11.2023 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/231 tat-2 ta’ Frar 2023 (ĠU L 032 3.2.2023, p. 64) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2677 tas-27 ta’ Novembru 2023 |
L |
1 |
29.11.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/231
tat-2 ta’ Frar 2023
dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi b’appoġġ għall-Forzi Armati Ukreni mħarrġa mill-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna
Artikolu 1
Stabbiliment, objettivi, kamp ta’ applikazzjoni u tul ta’ żmien
Sabiex jinkiseb l-objettiv stipulat fil-paragrafu 2, il-miżura ta’ assistenza għandha tiffinanzja l-forniment mill-Istati Membri ta’:
tagħmir u provvisti mhux imfassla biex iwasslu forza letali, kif meħtieġ biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti operazzjonali tal-EUMAM Ukraine u kif mitlub mill-Ukrajna; u
servizzi, inkluż it-trasport, il-kustodja, il-manutenzjoni u t-tiswija tal-oġġetti taħt il-punt (a) magħmula disponibbli mill-Istati Membri, għat-taħriġ taħt EUMAM Ukraine.
Artikolu 2
Arranġamenti finanzjarji
Artikolu 3
Arranġamenti mal-benefiċjarju
L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jobbligaw lill-benefiċjarju jiżgura:
il-konformità tal-unitajiet tal-UAF appoġġati taħt il-miżura ta’ assistenza mad-dritt internazzjonali rilevanti, b’mod partikolari d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali;
l-użu xieraq u effiċjenti tal-assi kollha pprovduti taħt il-miżura ta’ assistenza għall-iskopijiet li għalihom ikunu ġew ipprovduti;
il-manutenzjoni suffiċjenti ta’ kwalunkwe ass iprovdut taħt il-miżura ta’ assistenza biex tiġi żgurata l-użabilità tagħhom u d-disponibbiltà operazzjonali tagħhom matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu;
li kwalunkwe ass provduti taħt il-miżura ta’ assistenza ma jintilifx, jew jiġi ttrasferiti mingħajr il-kunsens tal-Kumitat tal-Faċilità stabbilit skont id-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 lil persuni jew entitajiet oħra għajr dawk identifikati fl-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1, fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu.
Artikolu 4
Implimentazzjoni
Artikolu 5
Monitoraġġ, kontroll u evalwazzjoni
Artikolu 6
Rapportar
Matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni, kull sitt xhur ir-Rappreżentant Għoli għandu jipprovdi lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) rapporti ta’ kull sitt xhur dwar l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ assistenza, f’konformità mal-Artikolu 63 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509. L-amministratur għall-operazzjonijiet, bl-appoġġ tal-Kmandant tal-Missjoni, għandu jinforma regolarment lill-Kumitat tal-Faċilità stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 dwar l-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa f’konformità mal-Artikolu 38 ta’ dik id-Deċiżjoni.
Artikolu 7
Sospensjoni u terminazzjoni
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.