02023D0135 — MT — 01.01.2025 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI (UE) 2023/135 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-30 ta’ Diċembru 2022

dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżervi barranin u kontribuzzjonjiet minn Hrvatska narodna banka lir-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/51)

(ĠU L 017 19.1.2023, p. 94)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI (UE) 2024/2940 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW  tal-14 ta’ Novembru 2024

  L 2940

1

11.12.2024




▼B

DEĊIŻJONI (UE) 2023/135 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-30 ta’ Diċembru 2022

dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżervi barranin u kontribuzzjonjiet minn Hrvatska narodna banka lir-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/51)



Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

(a) 

“assi ta’ riżervi barranin” tfisser deheb jew dollari Amerikani;

(b) 

“deheb” tfisser uqiji sħaħ ta’ deheb fin fil-forma ta’ ingotti tat-tip London Good Delivery, kif speċifikat mil-London Bullion Market Association;

(c) 

“Dollaru Amerikan” tfisser il-valuta legali tal-Istati Uniti.

Artikolu 2

Il-grad u l-forma ta’ kapital imħallas

1.  
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2023, Hrvatska narodna banka għandu jħallas il-parti rimanenti ta’ sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE, li tikkorrispond għal EUR 68 713 762,06 .
2.  
Hrvatska narodna banka għandu jħallas l-ammont speċifikat fil-paragrafu 1 lill-BĊE fit-2 ta’ Jannar 2023 permezz ta’ trasferiment separat bis-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) b’saldu ta’ euro fi flus ta’ bank ċentrali.
3.  
Hrvatska narodna banka għandu jħallas lill-BĊE fit-2 ta’ Jannar 2023, permezz ta’ trasferiment separat bit-TARGET2, l-imgħax akkumulat fl-1 ta’ Jannar 2023 fuq l-ammont dovut lill-BĊE taħt il-paragrafu 2. L-imgħax għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ kuljum, permezz tal-metodu ta’ kalkolu attwali fuq 360 jum, b’rata ekwivalenti għar-rata ta’ imgħax marġinali użata mill-Eurosistema fl-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament l-aktar riċenti tagħha.

Artikolu 3

Trasferiment ta’ assi ta’ riżervi barranin

1.  

Hrvatska narodna banka għandu jittrasferixxi lill-BĊE, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023 u skont dan l-Artikolu u l-arranġamenti meħuda bis-saħħa tiegħu, ammont ta’ assi ta’ riżervi barranin li huwa ekwivalenti għal EUR 639 849 638,12 kif ġej:



Ammont ta’ dollari Amerikani ekwivalenti għal euro fil-forma ta’ flus kontanti

Ammont ta’ deheb ekwivalenti għal euro

Ammont aggregat ekwivalenti għal euro

543 872 192,40

95 977 445,72

639 849 638,12

2.  
L-ammont ekwivalenti f’euro ta’ assi ta’ riżerva barranija li għandhom jiġu ttrasferiti minn Hrvatska narodna banka skont il-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkolat abbażi tar-rati tal-kambju bejn l-euro u d-dollaru Amerikan kif ikkalkulat għall-fini tar-rati ta’ referenza tal-kambju tal-euro tal-BĊE fit-30 ta’ Diċembru 2022 u, fil-każ tad-deheb, abbażi tal-prezz tad-deheb għal kull uqija sħiħa ta’ deheb fin stabbilita fil-proċedura ta’ konċertazzjoni għall-għanijiet interni tal-BĊE fit-30 ta’ Diċembru 2022.
3.  
Il-BĊE għandu jikkonferma lil Hrvatska narodna banka mill-aktar fis possibbli l-ammont ikkalkulat skont il-paragrafu 2.
4.  
Skont il-paragrafu 1, Hrvatska narodna banka għandu jittrasferixxi lill-BĊE ammont ta’ dollari Amerikani fil-forma ta’ flus kontanti li jkun ekwivalenti għall-ammont ta’ euro mniżżel fit-tabella fil-paragrafu 1.
5.  
It-trasferiment tal-ammont ta’ dollari Amerikani fil-forma ta’ flus kontanti li jkun ekwivalenti għall-ammont ta’ euro mniżżel fit-tabella fil-paragrafu 1 għandu jsir lejn dawk il-kontijiet speċifikati mill-BĊE. Id-data ta’ saldu għall-ammont ta’ dollari Amerikani fil-forma ta’ flus kontanti li jridu jiġu ttrasferiti lill-BĊE għandha tkun it-3 ta’ Jannar 2023. Hrvatska narodna banka għandu jagħti struzzjonijiet għall-eżekuzzjoni ta’ dak it-trasferiment lill-BĊE.
6.  
Il-valur tad-deheb li Hrvatska narodna banka jittrasferixxi lill-BĊE skont il-paragrafu 1 għandu jkun kemm jista’ jkun qrib ta’, iżda mhux aktar minn, EUR 95 977 445,72 .
7.  
Hrvatska narodna banka għandu jittrasferixxi d-deheb imsemmi fil-paragrafu 1 f’forma mhux investita fil-kontijiet u l-postijiet speċifikati mill-BĊE. Id-data ta’ saldu għad-deheb li għandu jiġi ttrasferit lill-BĊE għandha tkun it-3 ta’ Jannar 2023. Hrvatska narodna banka għandu jagħti struzzjonijiet għall-eżekuzzjoni ta’ dak it-trasferiment lill-BĊE.
8.  
Jekk Hrvatska narodna banka jittrasferixxi deheb lill-BĊE b’valur inqas mill-ammont speċifikat fil-paragrafu 1, fit-3 ta’ Jannar 2023 huwa għandu mbagħad jittrasferixxi ammont ta’ dollari Amerikani fil-forma ta’ flus kontanti ekwivalenti għall-ammont nieqes lil kont tal-BĊE kif speċifikat mill-BĊE. Kwalunkwe dollari Amerikani fil-forma ta’ flus kontanti ta’ dan it-tip m’għandhomx jiffurmaw parti mill-assi ta’ riżervi barranin li Hrvatska narodna banka jittrasferixxi lill-BĊE skont il-paragrafu 4.
9.  
Id-differenza, jekk ikun hemm, bejn l-ammonti totali ekwivalenti f’euro msemmija fil-paragrafi 1 u l-ammont imsemmi fl-Artikolu 4(1) għandha tiġi ssaldata skont il-Ftehim tat-30 ta’ Diċembru 2022 bejn Hrvatska narodna banka u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-klejm ikkreditata lil Hrvatska narodna banka mill-Bank Ċentrali Ewropew taħt l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 1 ).

Artikolu 4

Denominazzjoni, remunerazzjoni u maturità tal-klejm ekwivalenti għall-kontribuzzjoni

1.  
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2023, u bla ħsara għall-ispeċifikazzjonijiet fl-Artikolu 3 dwar id-dati għas-saldu tat-trasferimenti tal-assi ta’ riżervi barranin, il-BĊE għandu jikkredita lil Hrvatska narodna banka bi klejm denominata f’euro, ekwivalenti għall-ammont aggregat f’euro tal-kontribuzzjoni tiegħu ta’ assi ta’ riżervi barranin. Din il-klejm tikkorrispondi għal EUR 327 152 181,93 .

▼M1

2.  
Il-pretensjoni kkreditata mill-BĊE lil Hrvatska narodna banka għandha tiġi rremunerata mid-data tas-saldu. L-imgħax li jakkumula għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ kuljum, permezz tal-metodu ta’ kalkolu attwali fuq 360 jum, b’rata ekwivalenti għal 85 % tar-rata ta’ referenza kif definita fl-Artikolu 1(j) tad-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 (BĊE/2016/36), kif emendata bid-Deċiżjoni (UE) 2024/2939 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/33) ( 2 ).

▼B

3.  
L-imgħax akkumulat ikkalkulat skont il-paragrafu 2 għandu jitħallas lil Hrvatska narodna banka fit-tmiem ta’ kull sena finanzjarja. Kull trimestru l-BĊE għandu jinforma lil Hrvatska narodna banka bl-ammont kumulattiv.
4.  
Il-klejm m’għandhiex tkun tista’ tinfeda

Artikolu 5

Kontribuzzjonijiet għar-riżervi u l-provvedimenti tal-BĊE

1.  
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2023, Hrvatska narodna banka għandu jikkontribwixxi għar-riżervi tal-BĊE, għal dawk il-provvedimenti ekwivalenti għal riżervi, u għall-ammont li għad irid jiġi assenjat lir-riżervi u l-provvedimenti korrispondenti għall-bilanċ tal-kont tal-qligħ u t-telf fil-31 ta’ Diċembru 2022.
2.  
L-ammonti li għandhom jiġu kkontribwiti minn Hrvatska narodna banka għandhom jiġu ddeterminati skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ. Ir-riferenzi fl-Artikolu 48.2 għan-‘numru ta’ ishma sottoskritti mill-bank ċentrali kkonċernat’ u ‘in-numru ta’ ishma li diġà tħallsu mill-banek ċentrali l-oħra’ għandhom jirreferu għall-ippeżar rispettiv ta’ Hrvatska narodna banka u l-BĊNi tal-Istati Membri l-oħra li l-munita tagħhom hija l-euro fl-iskema kapitali tal-BĊE, skont id-Deċiżjoni (UE) 2020/140 (BĊE/2020/6).
3.  
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, “ir-riżervi tal-BĊE” u “provvedimenti ekwivalenti għal riżervi” għandhom jinkludu l-fond ta’ riżerva ġenerali tal-BĊE, bilanċi fuq kontijiet ta’ rivalutazzjoni u d-dispożizzjoni għar-riskji finanzjarji.
4.  
Mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara l-approvazzjoni mill-Kunsill Governattiv tal-kontijiet annwali tal-BĊE għas-sena 2022, il-BĊE għandu jikkalkula u jikkonferma lil Hrvatska narodna banka l-ammont li għandu jiġi kkontribwit minn Hrvatska narodna banka taħt il-paragrafu 1.
5.  

Fit-tieni jum tax-xogħol li jsegwi l-approvazzjoni mill-Kunsill Governattiv tal-kontijiet annwali tal-BĊE għas-sena 2022, Hrvatska narodna banka għandu, permezz ta’ TARGET2, iħallas lill-BĊE:

(a) 

l-ammont dovut lill-BĊE ikkalkulat skont il-paragrafu 4, bin-nuqqas ta’ kull ammont ittrasferit li jaqbeż il-klejm imsemmija fl-Artikolu 4(1) fid-dati għas-saldu stipulati fl-Artikoli 3(5) u 3(7) (“kontribuzzjoni bil-quddiem”), jekk hemm wieħed; u

(b) 

l-imgħax akkumulat mill-1 ta’ Jannar 2023 sad-data tal-ħlas fuq l-ammont dovut lill-BĊE ikkalkulat skont il-paragrafu 4, bin-nuqqas ta’ kull kontribuzzjoni bil-quddiem.

6.  
Kull imgħax li jakkumula taħt il-paragrafu 5(b) għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ kuljum, bil-metodu ta’ kalkolu attwali fuq 360 jum, b’rata ugwali għar-rata ta’ imgħax marġinali użata mill-Eurosistema fl-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament l-aktar riċenti tagħha.

Artikolu 6

Kompetenzi

1.  
Sa fejn ikun meħtieġ, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu joħroġ struzzjonijiet lil Hrvatska narodna banka sabiex jispeċifika aktar u jdaħħal fis-seħħ kull dispożizzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u jipprovdi għal rimedji xierqa sabiex tiġi indirizzata kwalunkwe problema li tista’ tinqala’.
2.  
Kull istruzzjoni maħruġa mill-Bord Eżekuttiv skont il-paragrafu 1 għandha tiġi nnotifikata minnufih lill-Kunsill Governattiv, u l-Bord Eżekuttiv għandu jikkonforma ma’ kull deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv dwar dan.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

1.  
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lid-destinatarju.
2.  
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

Artikolu 8

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Hrvatska narodna banka.



( 1 )  ĠU C 18, 19.1.2023, p. 1.

( 2 ) Deċiżjoni (UE) 2024/2939 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2016/36) (BĊE/2024/33) (ĠU L, 2024/2939, 11.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2939/oj).