02022R2473 — MT — 13.12.2023 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2473

tal-14 ta’ Diċembru 2022

li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

(ĠU L 327 21.12.2022, p. 82)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1315 tat-23 ta’ Ġunju 2023

  L 167

1

30.6.2023

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2603 tat-22 ta’ Novembru 2023

  L 

1

23.11.2023


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 137, 25.5.2023, p.  72 ((UE) 2022/2473)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2473

tal-14 ta’ Diċembru 2022

li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea



KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-għajnuna mogħtija lil

(a) 

intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;

(b) 

il-muniċipalitajiet skont l-Artikolu 54 u 55; kif ukoll

(c) 

portijiet tas-sajd, postijiet ta’ żbark, swali tal-irkant u postijiet ta’ kenn skont l-Artikolu 29

2.  

Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal għajnuna mogħtija lil kwalunkwe impriża attiva fil-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura għall-kwalunkwe mill-għanijiet li ġejjin u indipendentement mid-daqs tal-impriża li qed tibbenefika mill-għajnuna:

(a) 

għat-tiswija tal-ħsara kkawżata minn diżastri naturali;

(b) 

biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn avveniment klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali;

(c) 

biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti; kif ukoll

(d) 

għall-innovazzjoni fis-sajd u l-akkwakultura.

3.  

Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a) 

għajnuna li l-ammont tagħha jiġi ffissat abbażi tal-prezz jew tal-kwantità tal-prodotti mqiegħda fis-suq;

(b) 

għajnuna għal attivitajiet relatati mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri, jiġifieri għajnuna marbuta direttament mal-kwantitajiet esportati, mat-twaqqif u t-tħaddim ta' network ta' distribuzzjoni jew ma' kostijiet oħra kurrenti marbutin mal-attività tal-esportazzjoni;

(c) 

għajnuna li tiddependi mill-użu ta' prodotti domestiċi minflok dawk importati;

(d) 

għajnuna ad hoc favur impriża msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu;

(e) 

għajnuna mogħtija għal operazzjonijiet jew nefqa

(i) 

li jżidu l-kapaċità tas-sajd ta’ bastiment tas-sajd;

(ii) 

għall-akkwist ta' tagħmir li jżid il-kapaċità ta' bastiment tas-sajd li jsib il-ħut;

(iii) 

għall-bini, l-akkwist jew l-importazzjoni ta' bastimenti tas-sajd, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 20;

(iv) 

għat-trasferiment jew il-bdil tal-bandiera ta' bastimenti tas-sajd lil pajjiżi terzi, lanqas permezz tal-ħolqien ta' negozji bi sħab ma' persuni minn pajjiżi terzi;

(v) 

għall-waqfien temporanju jew permanenti tal-attivitajiet tas-sajd;

(vi) 

għas-sajd esploratorju;

(vii) 

it-trasferiment tas-sjieda ta’ negozju sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 20;

(viii) 

għar-riforniment dirett, ħlief jekk sperimentali;

(ix) 

għall-kostruzzjoni ta’ portijiet ġodda jew swali tal-irkant ġodda;

(x) 

għall-mekkaniżmi ta’ intervent fis-suq li l-għan tagħhom ikun li jirtiraw il-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura mis-suq b’mod temporanju jew permanenti biex tonqos il-provvista ħalli ma jinżilx il-prezz jew biex jogħla l-prezz;

(xi) 

għall-investimenti abbord bastimenti tas-sajd li jkunu meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti skont id-dritt tal-Unjoni li jkunu fis-seħħ meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għal għajnuna, inkluż ir-rekwiżiti skont l-obbligi tal-Unjoni fil-kuntest ta’ organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs);

(xii) 

għall-investimenti abbord bastimenti tas-sajd li jkunu ilhom iwettqu attivitajiet tas-sajd għal inqas minn 60 jum fl-aħħar sentejn kalendarji ta' qabel is-sena ta' preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għajnuna;

(xiii) 

għas-sostituzzjoni jew l-immodernizzar ta’ magna prinċipali jew anċillari ta’ bastiment tas-sajd.

(f) 

għajnuna mogħtija lil impriża li

(i) 

tkun wettqet ksur serju skont l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 ( 1 ) jew l-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 ( 2 );

(ii) 

kienet involuta fl-operazzjoni, fil-ġestjoni jew fis-sjieda ta' bastiment tas-sajd inklużi fil-lista ta' bastimenti illegali, mhux irrapportati u mhux regolati kif stabbilit fl-Artikolu 40, punt (3) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, jew ta' bastiment li jtajjar il-bandiera ta' pajjiżi identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx kif stipulat fl-Artikolu 33 ta' dak Regolament. jew

(iii) 

wettqet kwalunkwe reat ambjentali stipulat fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), fejn l-applikazzjoni għal appoġġ tiġi ppreżentata skont l-Artikolu 32 sa 39 ta' dan ir-Regolament.

4.  

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal għajnuna lil intrapriżi f’diffikultà, bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna mogħtija:

(a) 

lil impriżi li jipparteċipaw fi proġetti CLLD jew li jibbenefikaw minnhom;

(b) 

biex tikkumpensa għall-kostijiet tal-prevenzjoni, tal-kontroll u tal-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali;

(c) 

lil skemi ta' għajnuna biex jagħmlu tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali; jew

(d) 

fil-każijiet li ġejjin, sakemm l-intrapriża saret intrapriża f’diffikultà minħabba telf jew ħsarat ikkawżati mill-avveniment inkwistjoni:

(i) 

biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali; jew

(ii) 

biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti.

5.  

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal skemi ta’ għajnuna li ma jeskludux espliċitament il-pagament ta’ għajnuna individwali favur intrapriża li hija soġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti wara Deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern, bl-eċċezzjoni ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

skemi ta’ għajnuna li tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastru naturali jew avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali; jew

(b) 

skemi ta’ għajnuna għall-kostijiet imġarrba mill-SMEs li jipparteċipaw fi proġetti CLLD u għajnuna lill-impriżi li jipparteċipaw fis-CLLD jew li jibbenefikaw minnu skont l-Artikoli 54 u 55.

6.  

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-miżuri ta' għajnuna mill-Istat li minnhom infushom, mill-kundizzjonijiet marbutin magħhom jew mill-metodu ta' finanzjament tagħhom jinvolvu ksur inseparabbli tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari:

(a) 

għajnuna fejn l-għoti tal-għajnuna jkun soġġett għall-obbligu li l-impriża benefiċjarja jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha fl-Istat Membru rilevanti jew li tkun stabbilita b’mod predominanti f’dak l-Istat Membru. Madankollu, ir-rekwiżit li wieħed ikollu sede jew fergħa fl-Istat Membru li jagħti l-għajnuna fil-mument tal-ħlas tal-għajnuna huwa permess;

(b) 

għajnuna fejn l-għoti tal-għajnuna jkun soġġett għall-obbligu li l-impriża benefiċjarja tuża prodotti manifatturati fuq livell nazzjonali jew servizzi nazzjonali; jew

(c) 

għajnuna li tillimita l-possibbiltà li l-impriża benefiċjarja tisfrutta r-riżultati tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fi Stati Membri oħrajn;

(d) 

id-Direttiva dwar il-Ħabitats, id-Direttiva dwar l-Għasafar, id-Direttiva dwar it-Tniġġis mis-Sors tal-Bastimenti u d-dispożizzjonijiet dwar l-immaniġġjar tal-iskart.

▼M2

7.  

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

(a) 

skemi ta’ għajnuna msemmija fl-Artikoli 20, 21, 24, 26 sa 30, 33, 43, 46, 48, 50 u 52, meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 12, wara sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tagħhom. Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li dan ir-Regolament għandu jkompli japplika għal skema ta’ għajnuna għal aktar minn sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tiegħu, wara li tkun ivvalutat il-pjan ta’ evalwazzjoni rilevanti nnotifikat mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Meta jissottomettu l-pjanijiet ta’ evalwazzjoni, l-Istati Membri għandhom jissottomettu wkoll l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ evalwazzjoni u tieħu deċiżjoni;

(b) 

kull tibdil fl-iskemi msemmija fil-punt (a), minbarra modifikazzjonijiet li ma jistgħux jaffettwaw il-kompatibilità tal-iskema ta’ għajnuna skont dan ir-Regolament jew ma jistgħux jaffettwaw b’mod sinifikanti l-kontenut approvat tal-pjan ta’ evalwazzjoni.

▼B

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.  

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

għajnuna ad hoc” tfisser għajnuna mhux mogħtija abbażi ta’ skema ta’ għajnuna;

(2) 

“avveniment klimatiku avvers li jista’ jkun assimilat ma’ diżastru naturali” tfisser kundizzjonijiet ħżiena tat-temp bħal ġlata, tempesti u silġ, borra, xita bil-qliel jew persistenti jew nixfiet severi li jnaqqsu b’aktar minn 30 % il-medja tal-produzzjoni kkalkolata abbażi ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-perjodu preċedenti ta’ tliet snin;

(b) 

medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perjodu ta’ ħames snin ta’ qabel, minbarra l-ogħla u l-inqas entrata;

(3) 

“għajnuna” tfisser kull miżura li tissodisfa l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 107(1) tat- TFUE;

(4) 

“intensità tal-għajnuna” tfisser l-ammont tal-għajnuna gross espress bħala perċentwal tal-kostijiet eliġibbli, qabel kull tnaqqis ta’ taxxa jew imposti oħra;

(5) 

“skema ta’ għajnuna” tfisser kull att li, abbażi tiegħu, mingħajr ma jkunu meħtieġa miżuri oħra ta’ implimentazzjoni, għotjiet ta’ għajnuna individwali jistgħu jingħataw lil impriżi ddefiniti fl-att b’mod ġenerali u astratt u kwalunkwe att li abbażi tiegħu tista’ tingħata għajnuna li mhijiex marbuta ma’ proġett speċifiku lil impriża waħda jew aktar għal perjodu ta' żmien indefinit u għal ammont indefinit;

(6) 

“bijosigurtà” tfisser miżuri ta’ ġestjoni u miżuri fiżiċi mfassla sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-introduzzjoni, tal-iżvilupp u tat-tixrid ta’ mard lejn, minn u fi ħdan: (a) popolazzjoni ta’ annimali, jew (b) stabbiliment, żona, kompartiment, mezz tat-trasport jew kwalunkwe faċilità, bini jew post ieħor;

(7) 

“miżuri ta’ kontroll u ta’ eradikazzjoni” tfisser miżuri rigward mard tal-annimali li għalih tkun ġiet rikonoxxuta formalment tifqigħa minn awtorità kompetenti, jew rigward pesti tal-pjanti jew speċijiet aljeni invażivi li tkun ġiet rikonoxxuta formalment il-preżenza tagħhom minn awtorità kompetenti;

(8) 

“data tal-għoti tal-għajnuna” tfisser id-data li fiha l-impriża benefiċjarja ngħatat id-dritt ġuridiku li tirċievi l-għajnuna skont ir-reġim legali nazzjonali applikabbli;

(9) 

“depredazzjoni” tfisser il-predazzjoni fuq ħut maqbud fix-xbieki jew miżmum f’għadajjar minn annimali protetti bħal foki, lontri tal-baħar u għasafar tal-baħar;

(10) 

“pjan ta’ evalwazzjoni” tfisser dokument li jkopri skema ta’ għajnuna waħda jew aktar u li jkun fih mill-anqas l-aspetti minimi li ġejjin: l-objettivi li għandhom jiġu vvalutati, il-mistoqsijiet tal-valutazzjoni, l-indikaturi tar-riżultat, il-metodoloġija prevista biex titwettaq il-valutazzjoni, ir-rekwiżiti għall-ġbir tad-data, iż-żmien propost tal-valutazzjoni inkluża d-data tas-sottomissjoni tar-rapport ta’ valutazzjoni interim u dak finali, id-deskrizzjoni tal-korp indipendenti li jwettaq il-valutazzjoni jew il-kriterji li se jintużaw għall-għażla tiegħu u l-modalitajiet biex jagħmlu l-valutazzjoni disponibbli pubblikament;

(11) 

“skemi tas-suċċessur fiskali” tfisser skema fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa li tikkostitwixxi verżjoni emendata ta’ skema li kienet teżisti qabel fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa u li toħdilha postha;

(12) 

“sajjied” tfisser kwalunkwe persuna fiżika involuta f'attivitajiet ta' sajd kummerċjali, kif rikonoxxut mill-Istat Membru kkonċernat;

(13) 

“prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura” tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );

(14) 

“settur tas-sajd u tal-akkwakultura” tfisser is-settur tal-ekonomija li jinkludi l-attivitajiet kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura;

(15) 

“kapaċità tas-sajd” tfisser it-tunnellaġġ ta' bastiment f'TG (Tunnellaġġ Gross) u l-qawwa tiegħu f'kW (Kilowatt) kif definit fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (UE) 2017/1130 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );

(16) 

“port tas-sajd” tfisser żona marittima jew interna ta’ art u ilma li hija rikonoxxuta uffiċjalment minn Stat Membru u magħmula minn tali infrastruttura u tagħmir sabiex tippermetti, prinċipalment, l-akkoljenza ta’ bastimenti tas-sajd, it-tagħbija u l-ħatt tal-qabdiet tagħhom, il-ħżin, l-irċevuta u l-konsenja ta’ dawk il-qabdiet u l-imbark u l-iżbark tas-sajjieda;

(17) 

“l-ekwivalenti ta’ għotja gross” tfisser l-ammont tal-għajnuna li kieku ġie pprovdut fil-forma ta’ għotja lill-impriża benefiċjarja, qabel ma titnaqqas kwalunkwe taxxa jew imposta oħra;

(18) 

“għajnuna individwali” tfisser għajnuna ad hoc u għotjiet ta’ għajnuna lil benefiċjarji individwali abbażi ta’ skema ta’ għajnuna;

(19) 

“sajd fl-ibħra interni” tfisser attivitajiet tas-sajd imwettqa għal finijiet kummerċjali fl-ibħra interni minn bastimenti jew apparati oħra, inklużi dawk użati għas-sajd fis-silġ;

(20) 

“speċijiet aljeni invażivi” tfisser speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni u speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Istati Membri kif definit fl-Artikolu 3(3) u 3 (4) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) (“ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014”);

(21) 

“diżastri naturali” tfisser terremoti, valangi, uqigħ tal-art, għargħar, trombi tal-arja, uragani, eruzzjonijiet vulkaniċi u nirien fil-foresti ta’ oriġini naturali;

(22) 

“reġjuni ultraperiferiċi” tfisser ir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE;

(23) 

“annimal protett” tfisser kwalunkwe annimal għajr ħut protett mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(24) 

“avvanz ripagabbli” tfisser self għal proġett li jitħallas bi ħlas parzjali wieħed jew iktar u l-kundizzjonijiet li għar-rimborż li jiddependi mill-eżitu tal-proġett;

(25) 

“SME” jew “impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju” tfisser impriżi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness I;

(26) 

“sajd kostali fuq skala żgħira” tfisser attivitajiet tas-sajd imwettqa minn: (a) bastimenti tas-sajd fil-baħar u fl-ilmijiet interni b’tul totali ta’ inqas minn 12-il metru u li ma jużawx irkaptu rmunkat kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 ( 7 ); jew (b) sajjieda tal-miexi, inklużi dawk li jiġbru l-frott tal-baħar bil-qoxra;

(27) 

“bidu tax-xogħlijiet” tfisser il-bidu tax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni relatati mal-investiment, jew l-ewwel impenn legalment vinkolanti għall-ordni tat-tagħmir jew kwalunkwe impenn ieħor li jagħmel l-investiment irriversibbli, skont liema minnhom jiġi l-ewwel. Ix-xiri tal-art u x-xogħlijiet preparatorji, bħall-kisba tal-permessi u t-twettiq ta' studji tal-fattibbiltà, mhumiex meqjusa bħala l-bidu tax-xogħlijiet. Għall-akkwiżizzjonijiet, il-“bidu tax-xogħlijiet” tfisser il-mument li fih jiġu akkwistati assi marbuta direttament mal-istabbiliment akkwistat;

(28) 

“servizzi sussidjati” tfisser forma ta’ għajnuna fejn l-għajnuna tingħata lill-impriża benefiċjarja finali b’mod indirett, in natura, u titħallas lill-fornitur tas-servizz jew tal-attività inkwistjoni.

(29) 

“impriża f’diffikultà” tfisser impriża li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt (18) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 ( 8 );

2.  
Minbarra d-definizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1139 u l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 1379/2013.

Artikolu 3

Limitu ta’ notifika

1.  
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal għajnuna individwali għal kwalunkwe proġett b’kostijiet eliġibbli ta’ aktar minn EUR 2.5 miljun, jew fejn l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna taqbeż EUR 1.25 miljun għal kull impriża fis-sena.
2.  
Il-limiti stabbiliti fil-Paragrafu 1 ma għandhomx jiġu evitati bil-qsim artifiċjali tal-iskemi tal-għajnuna jew tal-proġetti tal-għajnuna.

Artikolu 4

Kundizzjonijiet għal eżenzjoni

1.  
L-iskemi ta’ għajnuna, l-għajnuna individwali mogħtija taħt l-iskemi ta’ għajnuna u l-għajnuna ad hoc għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(2) jew (3) tat-TFUE u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, sakemm tali għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-kategorija rilevanti ta’ għajnuna stipulati fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament.
2.  
Il-miżuri tal-għajnuna għandhom ikunu eżentati skont dan ir-Regolament biss jekk jipprevedu espliċitament li, matul il-perjodu tal-għotja, il-benefiċjarji tal-għajnuna għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u li, jekk matul dak il-perjodu jinstab li l-benefiċjarju ma jikkonformax mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-għajnuna għandha titħallas lura skont il-gravità tal-ksur.

Artikolu 5

Trasparenza tal-għajnuna

1.  
Dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna li fir-rigward tagħha huwa possibbli li tiġi kkalkolata b’mod preċiż l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna ex ante mingħajr il-ħtieġa li ssir valutazzjoni tar-riskju (“għajnuna trasparenti”).
2.  

Il-kategoriji tal-għajnuna li ġejjin jitqiesu bħala għajnuna trasparenti:

(a) 

għajnuna li tikkonsisti f’għotjiet, sussidji fuq ir-rati tal-imgħax u servizzi ssussidjati;

(b) 

l-għajnuna mogħtija bħala self fejn l-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa jkun ġie kkalkulat abbażi tar-rata ta' referenza prevalenti fiż-żmien tal-għotja;

(c) 

l-għajnuna mogħtija bħala garanziji:

(i) 

meta l-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa jkun ġie kkalkulat abbażi ta' primjums fil-limitu ta' eżenzjoni stabbiliti f'avviż tal-Kummissjoni; jew

(ii) 

meta qabel l-implimentazzjoni tal-miżura, il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat l-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tal-garanzija tkun ġiet aċċettata abbażi tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji, jew abbażi ta' kull avviż suċċessiv ieħor, wara li din il-metodoloġija tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni skont kull regolament adottat mill-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli dak iż-żmien, u l-metodoloġija approvata tkun tindirizza espliċitament it-tip ta' garanzija u t-tip ta' tranżazzjoni sottostanti kkonċernata fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;

(d) 

l-għajnuna fil-forma ta' benefiċċji fuq it-taxxa, meta l-miżura tipprovdi għal limitu biex jiġi żgurat li l-limitu applikabbli ma jinqabiżx;

(e) 

għajnuna fil-forma ta’ ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli, jekk l-ammont nominali totali tal-ħlas bil-quddiem ripagabbli ma jaqbiżx il-limiti applikabbli skont dan ir-Regolament jew jekk, qabel l-implimentazzjoni tal-miżura, il-metodoloġija biex tiġi kkalkolata l-għotja grossa ekwivalenti tal-ħlas bil-quddiem ripagabbli tkun ġiet aċċettata wara n-notifika tagħha lill-Kummissjoni.

3.  

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-kategoriji ta' għajnuna li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala għajnuna trasparenti:

(a) 

l-għajnuna mogħtija bħala injezzjonijiet tal-kapital;

(b) 

l-għajnuna mogħtija bħala miżuri ta' finanzjament ta' riskju.

Artikolu 6

Effett ta’ inċentiv

1.  
Dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna li sservi ta' inċentiv.
2.  

L-għajnuna għandha titqies li għandha effett ta’ inċentiv jekk l-impriża benefiċjarja tkun issottomettiet applikazzjoni bil-miktub għall-għajnuna lill-Istat Membru kkonċernat qabel ma tibda x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività. L-applikazzjoni għall-għajnuna għandu jkun fiha tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-isem u d-daqs tal-intrapriża;

(b) 

deskrizzjoni tal-proġett jew tal-attività, inklużi d-dati tal-bidu u t-tmiem tagħhom;

(c) 

il-post tal-proġett jew tal-attività;

(d) 

lista tal-kostijiet eliġibbli; kif ukoll

(e) 

it-tip ta' għajnuna (għotja, self, garanzija, self bil-quddiem li jitħallas lura jew għajnuna oħra) u l-ammont ta' finanzjament pubbliku meħtieġ għall-proġett jew għall-attività.

3.  

Għajnuna ad hoc mogħtija lil intrapriżi kbar titqies li għandha effett ta’ inċentiv jekk, flimkien mal-iżgurar li l-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 hija ssodisfata, l-Istat Membru jkun ivverifika, qabel jagħti l-għajnuna ad hoc ikkonċernata, li d-dokumentazzjoni ppreparata mill-impriża benefiċjarja tistabbilixxi li l-għajnuna se tirriżulta f’wieħed jew f’aktar min dawn li ġejjin:

(a) 

żieda materjali fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett jew l-attività minħabba l-għajnuna;

(b) 

żieda materjali fl-ammont totali minfuq mill-impriża benefiċjarja fuq il-proġett jew attività minħabba l-għajnuna;

(c) 

żieda materjali fil-ħeffa tat-tlestija tal-proġett jew attività kkonċernati;

(d) 

fil-każ ta’ għajnuna ad hoc għall-investiment, li l-proġett jew l-attività ma kinux jitwettqu bħala tali fiż-żona kkonċernata jew ma kinux ikunu profittabbli b’mod suffiċjenti għall-impriża benefiċjarja fiż-żona kkonċernata fin-nuqqas tal-għajnuna.

4.  

Il-miżuri fil-forma ta’ vantaġġi tat-taxxa għandhom jitqiesu li għandhom effett ta’ inċentiv, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-miżura tistabbilixxi d-dritt għall-għajnuna skont kriterji oġġettivi u mingħajr eżerċizzju ulterjuri ta' diskrezzjoni min-naħa tal-Istat Membru; kif ukoll

(b) 

il-miżura tkun ġiet adottata u tkun fis-seħħ qabel ma jkun beda x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività megħjuna. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika fil-każ tal-iskemi fiskali suċċessivi, diment li l-attività tkun diġà ġiet koperta mill-iskemi preċedenti fil-forma ta’ vantaġġi tat-taxxa.

5.  

B'deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kategoriji ta' għajnuna li ġejjin mhumiex meħtieġa li jkollhom effett ta' inċentiv jew jitqiesu li għandhom effett ta' inċentiv

▼M2

(a) 

għajnuna biex tikkumpensa għall-kostijiet tal-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard tal-annimali, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 42 jiġu ssodisfati;

(b) 

għajnuna li tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49 jiġu ssodisfati;

(c) 

għajnuna biex tikkumpensa t-telf ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi avversi li jitgħu jkunu assimilati ma’ diżastru naturali, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 51 jiġu ssodisfati;

(d) 

għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 53 jiġu ssodisfati;

▼B

(e) 

għajnuna fil-forma ta’ eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxa adottati mill-Istati Membri skont il-punt (f) tal-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2003/96/KE, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 56 ta’ dan ir-Regolament;

(f) 

għajnuna lill-SMEs li jipparteċipaw fi proġetti tas-CLLD jew li jibbenefikaw minnhom, jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti fl-Artikoli 54 u 55;

(g) 

għajnuna għall-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(1)(b) (vii) jekk il-kundizzjonijiet rilevanti fl-Artikoli 45 jiġu ssodisfati;

(h) 

għajnuna għal sħubija bejn ix-xjentisti u s-sajjieda jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti fl-Artikolu 17;

(i) 

għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti fl-Artikolu 18.

Artikolu 7

Intensità tal-għajnuna u l-kostijiet eliġibbli

1.  
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-intensità tal-għajnuna u tal-kostijiet eliġibbli, iċ-ċifri kollha użati għandhom jittieħdu qabel kwalunkwe tnaqqis ta' taxxa jew imposta oħra. Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu appoġġati minn provi dokumentarji li għandhom ikunu ċari, speċifiċi u kontemporanji. It-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ma għandhiex tkun eleġibbli għall-għajnuna, ħlief fejn ma tkunx rekuperabbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.
2.  
Fejn għajnuna tingħata f’forma oħra differenti minn għotja, l-ammont ta’ għajnuna għandu jkun l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-għajnuna.
3.  
L-għajnuna pagabbli f'diversi ħlasijiet parzjali għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fid-data tal-għoti tal-għajnuna. Il-kostijiet eliġibbli għandhom jiġu skontati għall-valur tagħhom fid-data tal-għoti tal-għajnuna. Ir-rata tal-imgħax li għandha tintuża għall-finijiet tal-iskontar għandha tkun ir-rata tal-iskont applikabbli fid-data tal-għoti tal-għajnuna.
4.  
Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta' benefiċċji fuq it-taxxa, l-iskontar tal-ħlasijiet parzjali tal-għajnuna għandu jsir abbażi tar-rati tal-iskont applikabbli fid-diversi dati meta jidħol fis-seħħ il-benefiċċju tat-taxxa.
5.  
Meta l-għajnuna tingħata biex tagħmel tajjeb għall-ħsara jew għall-introjtu mitluf, din għandha titnaqqas bi kwalunkwe kost mhux imġarrab direttament minħabba l-avveniment.
6.  
Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli li, fin-nuqqas ta’ metodoloġija aċċettata biex tiġi kkalkolata l-għotja grossa ekwivalenti tagħhom, jiġu espressi bħala persentaġġ tal-kostijiet eliġibbli u l-miżura tistabbilixxi li, fil-każ ta’ eżitu ta’ suċċess tal-proġett, kif definit abbażi ta’ ipoteżi raġonevoli u prudenti, il-ħlasijiet bil-quddiem jitħallsu lura b’rata tal-imgħax mill-inqas ugwali għar-rata ta’ skont applikabbli fid-data tal-għoti tal-għajnuna, l-intensitajiet massimi tal-għajnuna stipulati fil-Kapitolu III jistgħu jiżdiedu b’10 punti perċentwali mingħajr ma tinqabeż rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tal-kostijiet eliġibbli.
7.  
Il-kostijiet eliġibbli għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikoli minn 53 sa 57 tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ).

Artikolu 8

Akkumulazzjoni

1.  
Fid-determinazzjoni ta’ jekk il-limiti ta’ notifika stipulati fl-Artikolu 3 u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna stipulati fil-Kapitolu III humiex irrispettati, għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni l-ammont totali ta’ għajnuna għall-attività jew għall-proġett jew għall-impriża, irrispettivament minn jekk dik l-għajnuna tkunx iffinanzjata minn sorsi lokali, reġjonali, nazzjonali jew tal-Unjoni.
2.  

L-għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament tista' tiġi akkumulata ma’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

kwalunkwe għajnuna oħra, sakemm dawk il-miżuri jkunu jikkonċernaw kostijiet eliġibbli differenti li jistgħu jiġu identifikati;

(b) 

kwalunkwe għajnuna oħra, b’rabta mal-istess kostijiet eliġibbli, parzjalment jew kompletament imrikkba, biss jekk tali kumulazzjoni ma twassalx biex jinqabżu l-ogħla intensità ta’ għajnuna jew l-ammont ta’ għajnuna applikabbli għal din l-għajnuna skont dan ir-Regolament.

3.  
L-għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament ma għandha tiġi akkumulata mal-ebda għajnuna de minimis fir-rigward tal-istess kostijiet eliġibbli, jekk tali akkumulazzjoni tirriżulta f’intensità ta’ għajnuna li taqbeż dawk imsemmija fil-Kapitolu III.

Artikolu 9

Pubblikazzjoni u informazzjoni

1.  

L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura l-pubblikazzjoni fuq il-modulu tal-għoti tat-trasparenza tal-Kummissjoni jew fuq sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat, fil-livell nazzjonali jew reġjonali:

(a) 

tal-informazzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 11 fil-format standardizzat stipulat fl-Anness II jew ħolqa li tipprovdi aċċess għaliha;

(b) 

tat-test sħiħ ta’ kull miżura ta’ għajnuna, kif imsemmi fl-Artikolu 11 jew ħolqa li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ;

(c) 

l-informazzjoni dwar kull għotja ta’ għajnuna individwali li taqbeż EUR 10 000 .

L-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għandha tiġi ppubblikata f’konformità mal-Anness III.

2.  

Għall-iskemi fil-forma ta’ vantaġġi tat-taxxa, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li ġew issodisfati jekk l-Istati Membri jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa dwar l-ammonti ta’ għajnuna individwali fil-meded li ġejjin (f’miljuni ta’ EUR):

(a) 

0,01 sa 0,2;

(b) 

0,2 sa 0,4;

(c) 

0,4 sa 0,6;

(d) 

0,6 sa 0,8;

(e) 

0,8 sa 1.

3.  
L-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha tiġi organizzata u tkun aċċessibbli b’mod standardizzat, kif stabbilit fl-Anness III, u għandha tippermetti funzjonijiet effettivi ta’ tfittxija u tniżżil. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna jew, għall-għajnuna fil-forma ta' benefiċċji fuq it-taxxa, fi żmien sena mid-data meta trid tintbagħat id-dikjarazzjoni tat-taxxa, u għandha tkun disponibbli għal mill-inqas 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna.
4.  
Kull skema ta’ għajnuna u għajnuna individwali għandu jkun fiha referenza espliċita għal dan ir-Regolament, billi tikkwota t-titolu u r-referenza tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Kapitolu III li jirrelataw ma’ dik l-għajnuna, jew fejn applikabbli, għal-liġi nazzjonali li tiżgura li d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament jiġu rrispettati. Huma għandu jkollhom magħhom ukoll id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħhom u l-emendi tagħhom.
5.  
L-obbligi ta’ pubblikazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal għajnuna mogħtija lil proġetti tas-CLLD skont l-Artikoli 54 u 55.
6.  

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq il-website tagħha:

(a) 

il-ħoloq għall-websites dwar l-għajnuna mill-Istat imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(b) 

l-informazzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 11(2).

KAPITOLU II

Rekwiżiti proċedurali

Artikolu 10

L-irtirar tal-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija

Meta Stat Membru jagħti għajnuna li hija allegatament eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika skont dan ir-Regolament mingħajr ma jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli I, II u III tiegħu, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jesprimi l-fehmiet tiegħu, tadotta deċiżjoni li tiddikjara li l-miżuri ta’ għajnuna futuri kollha, jew xi wħud minnhom, adottati mill-Istat Membru kkonċernat, li altrimenti jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Il-miżuri li għandhom jiġu nnotifikati jistgħu jkunu limitati għal miżuri li jagħtu ċerti tipi ta' għajnuna jew favur ċerti benefiċjarji jew adottati minn ċerti awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 11

Rapportar

1.  
L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni f’forma elettronika rapport annwali, imsemmi fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 ( 10 ), dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ kull sena sħiħa jew ta’ kull parti tas-sena li matulha japplika dan ir-Regolament.
2.  
L-Istati Membri għandhom jittrażmettu wkoll lill-Kummissjoni, permezz tas-sistema ta’ notifika elettronika tal-Kummissjoni, l-informazzjoni fil-qosor dwar kull miżura ta’ għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament fil-format standardizzat stipulat fl-Anness II, flimkien ma’ ħolqa li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ tal-miżura ta’ għajnuna, inklużi l-emendi tagħha, fi żmien 20 jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ tagħha.

▼M2

3.  
Il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika għal għajnuna mogħtija lil proġetti tas-CLLD imsemmi fl-Artikoli 55.

▼B

Artikolu 12

Evalwazzjoni

▼M2

1.  
Skemi ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(7) għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni ex post jekk ikollhom baġit tal-għajnuna mill-Istat jew infiq kontabilizzat ta’ aktar minn EUR 150 miljun fi kwalunkwe sena partikolari jew EUR 750 miljun tul id-durata totali tagħhom, jiġifieri t-tul ta’ żmien ikkombinat tal-iskema u kwalunkwe skema predeċessura ta’ għajnuna li tkopri objettiv u żona ġeografika simili, li tibda mill-1 ta’ Jannar 2023. L-evalwazzjonijiet ex post għandhom ikunu meħtieġa biss għal skemi ta’ għajnuna li t-tul totali tagħhom jaqbeż it-tliet snin, li jibda mill-1 ta’ Jannar 2023.

▼B

2.  
Ir-rekwiżit tal-evalwazzjoni ex post jista’ jiġi eżentat fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna li huma suċċessur immedjat ta’ skema li tkopri objettiv u żona ġeografika simili li kienet soġġetta għal evalwazzjoni, li r-rapport ta’ evalwazzjoni finali tagħha kien f’konformità mal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-Kummissjoni u ma ġġenerat l-ebda sejba negattiva. Fejn ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali ta’ skema ta’ għajnuna ma jkunx konformi mal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat, dik l-iskema għandha tiġi sospiża b’effett immedjat. Kwalunkwe suċċessur ta’ tali skema ta’ għajnuna sospiża ma għandux ikun eżentat bħala kategorija.
3.  
L-għan tal-evalwazzjoni għandu jkun li jiġi verifikat jekk is-suppożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet sottostanti għall-kompatibbiltà tal-iskema ta’ għajnuna ntlaħqux, b’mod partikolari l-ħtieġa u l-effettività tal-miżura ta’ għajnuna fid-dawl tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tagħha. Din għandha tivvaluta wkoll l-impatt tal-iskema fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ.
4.  

Għal skemi ta’ għajnuna soġġetti għar-rekwiżit ta’ evalwazzjoni skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni abbozz tal-pjan ta’ evalwazzjoni kif ġej:

(a) 

fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ tal-iskema ta’ għajnuna, jekk il-baġit tal-iskema ta’ għajnuna jaqbeż il-EUR 150 miljun fi kwalunkwe sena partikolari jew EUR 750 miljun fuq it-tul totali tagħha;

(b) 

fi żmien 30 jum ta’ xogħol wara bidla sinifikanti li permezz tagħha l-baġit tal-iskema ta’ għajnuna jiżdied għal aktar minn EUR 150 miljun f’xi sena partikolari jew EUR 750 miljun tul id-durata kollha tal-iskema ta’ għajnuna;

(c) 

fi żmien 30 jum ta’ xogħol wara r-reġistrazzjoni tan-nefqa fil-kontijiet uffiċjali taħt l-iskema ta’ għajnuna li taqbeż il-EUR 150 miljun f’xi sena partikolari.

5.  
L-abbozz tal-pjan ta’ evalwazzjoni għandu jkun f’konformità mal-prinċipji metodoloġiċi komuni pprovduti mill-Kummissjoni ( 11 ). L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-Kummissjoni.
6.  
L-evalwazzjoni ex post għandha ssir minn espert li jkun indipendenti mill-awtorità awtorizzanti tal-għajnuna fuq il-bażi tal-pjan ta’ evalwazzjoni. Kull evalwazzjoni għandha tinkludi mill-inqas rapport ta’ evalwazzjoni interim wieħed u wieħed finali. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw iż-żewġ rapporti.

▼M2

7.  
Ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel l-iskadenza tal-iskema ta’ għajnuna eżentata. Dak il-perjodu jista’ jitnaqqas għal skemi ta’ għajnuna li jiskattaw ir-rekwiżit ta’ evalwazzjoni fl-aħħar sentejn ta’ implimentazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna. L-ambitu u l-arranġamenti preċiżi għal kull evalwazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-pjan ta’ evalwazzjoni. In-notifika ta’ kull miżura ta’ għajnuna sussegwenti b’objettiv simili għandha tiddeskrivi b’liema mod ġew meqjusin ir-riżultati tal-evalwazzjoni.

▼B

Artikolu 13

Monitoraġġ

L-Istati Membri għandhom iżommu rekords dettaljati bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni ta' appoġġ meħtieġa biex jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet kollha stipulati f'dan ir-Regolament huma ssodisfati. Tali rekords għandhom jinżammu għal 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna ad hoc jew li fiha tkun ingħatat l-aħħar għajnuna taħt l-iskema. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, fi żmien 20 jum tax-xogħol jew fi żmien perjodu itwal, skont hekk kif ikun stabbilit fit-talba, l-informazzjoni kollha u d-dokumentazzjoni ta' sostenn kollha li l-Kummissjoni tqis li hija neċessarja biex timmonitorja l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU III

Dispożizzjonijiet speċifiċi għal kategoriji differenti tal-għajnuna

Taqsima 1

It-trawwim ta’ sajd sostenibbli u r-restawr u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi akkwatiċi

Artikolu 14

Kundizzjonijiet ġenerali

L-għajnuna taħt din it-Taqsima għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali kollha li ġejjin:

(a) 

meta tingħata għajnuna fir-rigward ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni, dak il-bastiment ma għandux jiġi ttrasferit jew ikollu l-bandiera mibdula barra l-Unjoni matul mill-inqas il-ħames snin mill-pagament finali għall-operazzjoni appoġġata. Jekk bastiment jiġi ttrasferit jew ikollu l-bandiera mibdula f’dak il-perjodu ta’ żmien, is-somom indebitament imħallsin fir-rigward tal-operazzjoni għandhom jiġu rkuprati mill-Istat Membru, f’ammont proporzjonat għall-perjodu li matulu l-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel sentenza ta’ dan il-punt ma tkunx ġiet issodisfata;

(b) 

il-kostijiet operatorji ma għandhomx ikunu eliġibbli, sakemm ma jkunx espliċitament previst mod ieħor f’din it-Taqsima.

Artikolu 15

Għajnuna għall-innovazzjoni fis-sajd

1.  
L-għajnuna għall-innovazzjoni fis-sajd li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu diment li l-għajnuna jkollha l-għan li tiżviluppa jew li tintroduċi prodotti u tagħmir ġodda jew sostanzjalment imtejba, proċessi u tekniki ġodda jew imtejba, u sistemi ta’ ġestjoni u ta’ organizzazzjoni ġodda jew imtejba, inkluż fil-livell tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni.
2.  
Is-servizzi sussidjati ffinanzjati mill-għajnuna għandhom jitwettqu minn, jew f’kollaborazzjoni ma’, korp xjentifiku jew tekniku, rikonoxxut mill-Istat Membru jew mill-Unjoni. Dak il-korp xjentifiku jew tekniku għandu jivvalida r-riżultati ta’ dawn l-operazzjonijiet. Għandha titħallas għajnuna direttament lill-organizzazzjoni tar-riċerka u/jew tat-tixrid tal-għarfien.
3.  
Ir-riżultati tal-operazzjonijiet li jirċievu appoġġ għandhom jingħataw pubbliċità adegwata mill-Istat Membru.
4.  

Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jkunu dawn li ġejjin:

(a) 

kostijiet tal-persunal diretti relatati mar-riċerkaturi, mat-teknixins u ma’ persunal ieħor ta’ appoġġ diment li dawn ikunu impjegati fuq il-proġett;

(b) 

kostijiet tal-istrumenti u t-tagħmir sa fejn jintużaw għall-proġett u għall-perjodu użati għall-operazzjonijiet; Jekk tali strumenti u tagħmir ma jintużawx għat-tul ta’ ħajjithom kollha għall-operazzjonijiet, jitqiesu eliġibbli biss il-kostijiet ta’ deprezzament li jikkorrispondu għall-ħajja tal-operazzjonijiet, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji tal-kontabbiltà aċċettati b’mod ġenerali;

(c) 

il-kostijiet tal-bini u tal-art, sal-punt u għall-perjodu tad-durata użati għall-operazzjonijiet u taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

fir-rigward tal-bini, għandhom jitqiesu bħala eliġibbli biss dawk il-kostijiet tad-deprezzament li jikkorrispondu mal-ħajja tal-operazzjoni, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji ta’ kontabbiltà aċċettati b’mod ġenerali;

(ii) 

fir-rigward tal-artijiet, huma eliġibbli l-kostijiet tat-trasferiment kummerċjali jew il-kostijiet tal-kapital realment imġarrba;

(a) 

il-kostijiet tar-riċerka kuntrattwali, għarfien u privattivi mixtrija jew liċenzjati minn sorsi barranin b’kundizzjonijiet normali tas-suq, kif ukoll il-kostijiet tal-konsulenzi u s-servizzi ekwivalenti użati esklużivament għall-operazzjonijiet. jew

(b) 

il-kostijiet ġenerali addizzjonali u kostijiet operatorji oħrajn, li jinkludu kostijiet ta’ materjali, ta’ provvisti u ta’ prodotti simili, imġarrbin direttament bħala riżultat tal-operazzjonijiet;

5.  
L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 16

Għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza

1.  

L-għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a) 

l-għajnuna ttejjeb il-prestazzjoni ġenerali u l-kompetittività tal-impriżi u tippromwovi sajd sostenibbli;

(b) 

l-għajnuna għandha tkun aċċessibbli għal dawk l-intrapriżi kollha eliġibbli fiż-żona kkonċernata, abbażi ta’ kundizzjonijiet definiti b’mod oġġettiv; kif ukoll

(c) 

is-servizz ta’ konsulenza jieħu waħda mill-forom li ġejjin:

(i) 

studji ta’ fattibbiltà u servizzi ta’ konsulenza li jivvalutaw il-vijabbiltà ta’ miżuri potenzjalment eliġibbli għall-appoġġ skont it-Titolu II, Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2021/1139;

(ii) 

l-għoti ta’ pariri professjonali dwar is-sostenibbiltà ambjentali, b’enfasi fuq il-limitazzjoni u, meta possibbli, l-eliminazzjoni tal-impatt negattiv tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar, kostali, terrestri u tal-ilma ħelu;

(iii) 

l-għoti ta’ pariri professjonali dwar strateġiji ta’ negozju u kummerċjalizzazzjoni.

2.  
L-istudji ta’ fattibbiltà, is-servizzi ta’ konsulenza u l-pariri msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti minn korpi xjentifiċi, akkademiċi, professjonali jew tekniċi, jew minn entitajiet li jipprovdu pariri ekonomiċi li għandhom il-kompetenza meħtieġa skont il-liġi nazzjonali.
3.  
L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ servizz issussidjat jew għotja diretta.
4.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 17

Għajnuna għas-sħubija bejn ix-xjenzati u s-sajjieda

1.  

L-għajnuna għas-sħubija bejn ix-xjenzati u s-sajjieda li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a) 

l-għajnuna jkollha l-għan li trawwem it-trasferiment tal-għarfien bejn ix-xjenzati u s-sajjieda;

(b) 

l-għajnuna tappoġġa dawn li ġejjin:

(i) 

il-ħolqien ta’ networks, ftehimiet ta’ sħubija jew assoċjazzjonijiet bejn korp xjentifiku indipendenti wieħed jew aktar u s-sajjieda, jew organizzazzjoni tas-sajjieda waħda jew aktar, li fihom jistgħu jipparteċipaw korpi tekniċi;

(ii) 

l-attivitajiet imwettqa fil-qafas tan-networks, tal-ftehimiet ta’ sħubija, jew tal-assoċjazzjonijiet imsemmija fil-punt (i). Dawn l-attivitajiet jistgħu jkopru attivitajiet ta’ ġbir u ġestjoni tad-data, studji, proġetti pilota, tixrid tal-għarfien u tar-riżultati tar-riċerka, seminars u l-aħjar prattiki.

2.  
L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ servizz issussidjat jew għotja diretta.
3.  

L-għajnuna tista’ tkopri biss wieħed mill-kostijiet eliġibbli li ġejjin imġarrab direttament bħala riżultat tal-proġett appoġġat:

(a) 

kostijiet diretti tas-salarji

(b) 

ħlasijiet tal-parteċipazzjoni;

(c) 

kostijiet għall-ivvjaġġar;

(d) 

kostijiet għall-pubblikazzjonijiet;

(e) 

servizzi ta’ ġbir ta’ data mixtrija, studji, proġetti pilota;

(f) 

il-kera ta’ bini għall-wirjiet u l-istands għalihom u l-kostijiet għall-istallazzjoni u ż-żarmar tagħhom;

(g) 

kostijiet għat-tixrid tal-għarfien xjentifiku u informazzjoni fattwali.

4.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 18

Għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman u d-djalogu soċjali

1.  

L-għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman u d-djalogu soċjali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna kkonċernata tappoġġa dawn li ġejjin:

(a) 

taħriġ professjonali, tagħlim tul il-ħajja, proġetti konġunti, id-disseminazzjoni ta’ għarfien ta’ natura ekonomika, teknika, regolatorja jew xjentifika u ta’ prattiki innovattivi, u l-akkwist ta’ ħiliet professjonali ġodda, marbuta b’mod partikolari mal-ġestjoni sostenibbli tal-ekosistemi tal-baħar, l-iġjene, is-saħħa, is-sikurezza, l-attivitajiet fis-settur marittimu, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija;

(b) 

networking u skambju ta’ esperjenzi u l-aħjar prattiki bejn il-partijiet interessati, inkluż fost organizzazzjonijiet li jippromwovu l-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa, li jippromwovu r-rwol tan-nisa fil-komunitajiet tas-sajd u li jippromwovu lil gruppi sottorappreżentati involuti f’sajd kostali fuq skala żgħira jew f’sajd tal-miexi; jew

(c) 

id-djalogu soċjali fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali jew lokali li jinvolvi lis-sajjieda, lis-sħab soċjali u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn.

2.  
L-għajnuna għall-appoġġ tal-attivitajiet elenkati fil-paragrafu 1 tista’ tingħata wkoll lil konjuġi ta’ sajjieda li jaħdmu għal rashom jew, fejn u sa fejn huma rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali, l-imsieħba għall-ħajja ta’ sajjieda li jaħdmu għal rashom, li mhumiex impjegati jew imsieħba fin-negozju, fejn abitwalment, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi nazzjonali, jipparteċipaw fl-attivitajiet tas-sajjied li jaħdem għal rasu u jwettqu l-istess kompiti jew kompiti anċillari.
3.  
L-ammont ta’ għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, fl-ekwivalenti ta’ għotja gross, rata ta’ intensità massima tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli, ħlief fil-każ ta’ navigazzjoni professjonali u taħriġ dwar is-sikurezza fejn tapplika r-rata massima tal-intensità tal-għajnuna ta’ 100 %. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 19

Għajnuna maħsuba biex tiffaċilita d-diversifikazzjoni u forom ġodda ta’ introjtu

1.  

L-għajnuna maħsuba biex tiffaċilita d-diversifikazzjoni u forom ġodda ta’ introjtu li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a) 

l-għajnuna jkollha l-għan li tappoġġa l-investimenti li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tal-introjtu tas-sajjieda permezz tal-iżvilupp ta’ attivitajiet komplementari, inklużi l-investimenti abbord, it-turiżmu tas-sajd, ir-ristoranti, is-servizzi ambjentali relatati mas-sajd u ma’ attivitajiet edukattivi li jikkonċernaw is-sajd;

(b) 

l-għajnuna tappoġġa lis-sajjieda li:

(i) 

jissottomettu pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-iżvilupp tal-attivitajiet ġodda tagħhom; kif ukoll

(ii) 

ikollhom ħiliet professjonali adegwati jew jiksbuhom permezz ta’ operazzjonijiet li jistgħu jiġu ffinanzjati taħt l-Artikolu 18(1), punt (a).

2.  
L-għajnuna msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tingħata biss jekk l-attivitajiet komplementari jkunu relatati man-negozju tas-sajd ewlieni tas-sajjieda.
3.  
L-ammont ta’ għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż 50 % tal-baġit previst fil-pjan tan-negozju għal kull operazzjoni u ma għandux jaqbeż ammont massimu ta’ EUR 75 000 għal kull impriża benefiċjarja.

Artikolu 20

Għajnuna għall-ewwel akkwist ta' bastiment tas-sajd

1.  

L-għajnuna għall-ewwel akkwist ta’ bastiment tas-sajd jew l-ewwel akkwist ta’ sjieda parzjali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a) 

l-għajnuna tikkontribwixxi għat-tisħiħ ta’ attivitajiet tas-sajd ekonomikament, soċjalment u ambjentalment sostenibbli u l-impriża benefiċjarja tkun ipprovdiet informazzjoni verifikabbli u pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li jikkonferma dan; kif ukoll

(b) 

l-għajnuna tappoġġja l-ewwel akkwist ta’ bastiment tas-sajd minn persuna fiżika li ma jkollhiex aktar minn 40 sena fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna u li tkun ħadmet mill-inqas ħames snin bħala sajjied jew tkun kisbet kwalifiki adegwati.

2.  
L-għajnuna skont il-paragrafu 1 tista' tingħata wkoll lil entitajiet ġuridiċi li jkunu kompletament fis-sjieda ta' persuna fiżika waħda jew aktar, li kull waħda minnhom tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1.
3.  
L-għajnuna skont dan l-Artikolu tista' tingħata għall-ewwel akkwist konġunt ta' bastiment tas-sajd minn diversi persuni fiżiċi, li kull waħda tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1.
4.  
L-għajnuna skont dan l-Artikolu tista' tingħata wkoll għall-ewwel akkwist ta' sjieda parzjali ta' bastiment tas-sajd minn persuna fiżika li tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u li għandha titqies li jkollha drittijiet ta' kontroll fuq dak il-bastiment tas-sajd permezz tas-sjieda ta' mill-inqas 33 % tal-bastiment tas-sajd jew tal-ishma fil-bastiment jew minn entità legali li tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 u li għandha titqies li jkollha drittijiet ta' kontroll fuq dak il-bastiment tas-sajd permezz tas-sjieda ta' mill-inqas 33 % tal-bastiment tas-sajd jew tal-ishma fil-bastiment.
5.  

L-għajnuna għandha tingħata biss fir-rigward ta’ bastiment tas-sajd li jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) 

jappartjeni għal taqsima tal-flotta li fir-rigward tagħha l-aħħar rapport dwar il-kapaċità tas-sajd, imsemmi fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament(UE) Nru 1380/2013, ikun wera bilanċ mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għal dik it-taqsima;

(b) 

ikun mgħammar għall-attivitajiet tas-sajd;

(c) 

ma jaqbiżx l-24 metru f'tul totali;

(d) 

ikun ġie rreġistrat fir-reġistru tal-flotta tal-Unjoni għal mill-inqas tliet snin kalendarji ta' qabel is-sena ta' preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għajnuna fil-każ ta' bastiment tas-sajd kostali fuq skala żgħira, u għal mill-inqas ħames snin kalendarji fil-każ ta' tip ta' bastiment ieħor; kif ukoll

(e) 

ikun ġie rreġistrat fir-reġistru tal-flotta tal-Unjoni għal massimu ta' 30 sena kalendarja ta' qabel is-sena ta' preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għajnuna.

6.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 40 % tal-kostijiet eliġibbli u fi kwalunkwe każ ma għandux ikun ogħla minn EUR 75 000 għal kull sajjied u bastiment tas-sajd.

Artikolu 21

Għajnuna maħsuba biex ittejjeb is-saħħa, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għas-sajjieda

1.  

L-għajnuna maħsuba biex ittejjeb is-saħħa, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għas-sajjieda li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a) 

l-għajnuna tingħata biss fir-rigward ta’ investimenti abbord jew f’tagħmir individwali u dawk imorru lil hinn mir-rekwiżiti skont id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali; kif ukoll

(b) 

l-għajnuna ma tappoġġax operazzjonijiet li jżidu t-tunnellaġġ gross ta’ bastiment tas-sajd.

2.  

Għal operazzjonijiet li huma maħsuba biex itejbu s-sikurezza għas-sajjieda, ix-xiri u, jekk applikabbli, l-installazzjoni tal-oġġetti li ġejjin huma eliġibbli għall-appoġġ:

(a) 

ċattri tas-salvataġġ;

(b) 

unitajiet ta’ rilaxx idrostatiku għaċ-ċattri tas-salvataġġ;

(c) 

sinjali għal-lokalizzazzjoni personali bħal apparati li jittrażmettu sinjali bir-radju li jindikaw pożizzjoni ta’ emerġenza (“Emergency Position Indicating Radio Beacon” - EPIRB), li jistgħu jiġu integrati fil-ġkieket tas-salvataġġ u fil-ħwejjeġ tax-xogħol tas-sajjieda;

(d) 

apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma (“Personal Flotation Devices” - PFD), b’mod partikolari lbiesi ta’ immersjoni jew ta’ sopravivenza, bagi u ġkieket tas-salvataġġ;

(e) 

murtaletti ta’ emerġenza;

(f) 

tagħmir għat-tfigħ tal-ħbula;

(g) 

sistemi għall-irkupru ta’ persuni li jaqgħu l-baħar (“man-overboard” - MOB);

(h) 

apparat għat-tifi tan-nar, bħal fire extinguishers, kutri tan-nar, detetturi tan-nar u tad-duħħan, apparat għat-teħid tan-nifs;

(i) 

bibien għall-protezzjoni min-nirien;

(j) 

valvi iżolanti tat-tankijiet tal-fjuwil;

(k) 

detetturi tal-gass u sistemi ta’ allarm tal-gass;

(l) 

pompi u sistemi ta’ allarm tas-sentina;

(m) 

tagħmir għall-komunikazzjoni bir-radju u bis-satellita;

(n) 

bokkaporti u bibien li ma jgħaddix ilma minnhom;

(o) 

ilqugħ fuq il-makkinarju, bħal winċijiet jew winċijiet tax-xibka;

(p) 

skali ta’ bastiment u slielem tal-aċċess;

(q) 

dawl tat-tfittxija, tal-gverta jew ta’ emerġenza;

(r) 

mekkaniżmu ta’ rilaxx tas-sikurezza għal każijiet fejn l-irkaptu tas-sajd jinqabad ma’ xi ostakolu taħt l-ilma;

(s) 

kameras u skrins tas-sikurezza;

(t) 

tagħmir u elementi meħtieġa biex tittejjeb is-sikurezza tal-gverta.

3.  

Għall-operazzjonijiet jew għall-forniment ta’ tagħmir li huma maħsuba biex itejbu l-kundizzjonijiet tas-saħħa għas-sajjieda, l-azzjonijiet li ġejjin huma eliġibbli għall-appoġġ:

(a) 

ix-xiri u l-installazzjoni ta’ kaxxi għall-ewwel għajnuna;

(b) 

ix-xiri ta’ mediċini u apparati għal trattament urġenti;

(c) 

il-forniment ta’ telemediċina, inklużi teknoloġiji elettroniċi, tagħmir u immaġnijiet mediċi applikati għall-konsultazzjoni mill-bogħod mill-bastimenti;

(d) 

il-forniment ta’ gwidi u manwali biex tittejjeb is-saħħa;

(e) 

kampanji ta’ informazzjoni biex tittejjeb is-saħħa.

4.  

Għall-operazzjonijiet jew għall-forniment ta’ tagħmir li huma maħsuba biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-iġjene għas-sajjieda, ix-xiri u, jekk applikabbli, l-installazzjoni tal-oġġetti li ġejjin huma eliġibbli għall-appoġġ:

(a) 

faċilitajiet sanitarji, bħal tojlits u faċilitajiet tal-ħasil;

(b) 

faċilitajiet tal-kċina u tagħmir għall-ħżin tal-provvisti tal-ikel;

(c) 

apparat ta’ purifikazzjoni tal-ilma għall-ilma tax-xorb;

(d) 

tagħmir jew sistemi ta’ ventilazzjoni, tindif jew diżinfezzjoni biex jinżammu kundizzjonijiet sanitarji adegwati abbord;

(e) 

gwidi u manwali dwar it-titjib tal-iġjene abbord, inklużi għodod tas-software.

5.  

Għall-operazzjonijiet jew għall-forniment ta’ tagħmir li huma maħsuba biex itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol abbord bastimenti tas-sajd, ix-xiri u, jekk applikabbli, l-installazzjoni tal-oġġetti li ġejjin huma eliġibbli għall-appoġġ:

(a) 

ilqugħ fuq il-gverta;

(b) 

strutturi tal-gverta tal-kenn u l-modernizzazzjoni tal-kabini bil-ħsieb li jipprovdu protezzjoni minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali;

(c) 

oġġetti relatati mat-titjib tas-sikurezza tal-kabina u mal-forniment ta’ żoni komuni għall-ekwipaġġ;

(d) 

tagħmir biex jitnaqqas l-irfigħ manwali tqil, minbarra magni li huma direttament relatati mal-operazzjonijiet tas-sajd, bħal winċijiet;

(e) 

żebgħa u twapet tal-gomma kontra ż-żliq;

(f) 

tagħmir ta’ iżolament kontra l-istorbju, is-sħana jew il-kesħa, u tagħmir biex tittejjeb il-ventilazzjoni;

(g) 

ilbies tax-xogħol u tagħmir tas-sikurezza bħal bwiez tas-sikurezza li ma jgħaddix ilma minnhom, protezzjoni għall-għajnejn u għat-teħid tan-nifs, ingwanti u elmi protettivi, jew tagħmir protettiv kontra l-waqgħat;

(h) 

sinjali ta’ twissija ta’ emerġenza u sikurezza;

(i) 

analiżi u valutazzjonijiet tar-riskju biex jiġu identifikati r-riskji għas-sajjieda kemm fil-port kif ukoll fin-navigazzjoni sabiex jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tar-riskji;

(j) 

gwidi u manwali dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol abbord;

(k) 

vetturi kollettivi għat-trasport miż-żoni tal-frott tal-baħar sal-postijiet tal-ewwel bejgħ;

(l) 

faċilitajiet fuq l-art għas-sajjieda bil-mixi li jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, bħal kmamar tat-tibdil, kmamar tal-banju, u faċilitajiet sanitarji oħra, b’mod partikolari dawk li jinkoraġġixxu u jippromwovu d-dħul tan-nisa fis-suq tax-xogħol.

6.  
L-għajnuna għandha tingħata lis-sajjieda, inkluż meta applikabbli sajjied bil-mixi, jew sidien ta’ bastimenti tas-sajd.
7.  
Meta l-operazzjoni tkun tikkonsisti f’investiment abbord, l-għajnuna ma għandhiex tingħata aktar minn darba matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2029 għall-istess tip ta’ investiment u għall-istess bastiment tas-sajd. Meta l-operazzjoni tkun tikkonsisti f’investiment f’tagħmir individwali, l-għajnuna ma għandhiex tingħata aktar minn darba matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2029 għall-istess tip ta’ tagħmir u għall-istess impriża benefiċjarja.
8.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 22

Għajnuna għall-ħlasijiet ta’ primjums tal-assigurazzjoni u għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi

1.  

L-għajnuna għall-ħlasijiet ta’ primjums tal-assigurazzjoni u għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a) 

l-għajnuna għandha l-għan li tikkontribwixxi għal primjums għall-assigurazzjoni jew fondi mutwi li jħallsu kumpens finanzjarju lis-sajjieda għal telf ekonomiku kkawżat minn imġiba tal-annimali protetti, kriżijiet tas-saħħa pubblika, avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali jew inċidenti ambjentali jew għall-kostijiet tas-salvataġġ għas-sajjieda jew għall-bastimenti tas-sajd fil-każ ta’ inċidenti fuq il-baħar waqt l-attivitajiet tas-sajd tagħhom;

(b) 

il-kombinament ta’ kumpens finanzjarju mħallas minn fondi mutwi skont dan l-Artikolu ma’ strumenti nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn jew ma’ skemi tal-assigurazzjoni ma jwassalx għal kumpens żejjed li jaqbeż it-telf ekonomiku mġarrab;

(c) 

l-assigurazzjoni ma teħtieġx jew ma tispeċifikax it-tip jew il-kwantità ta’ produzzjoni futura u l-għajnuna mhijiex limitata għall-assigurazzjoni pprovduta minn kumpanija tal-assigurazzjoni speċifika jew grupp ta’ kumpaniji; kif ukoll

(d) 

il-fond mutwu huwa akkreditat mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru f’konformità mal-liġijiet nazzjonali.

2.  

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a) 

il-kriżijiet tas-saħħa pubblika, l-avvenimenti klimatiċi negattivi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali, l-inċidenti ambjentali jew l-aċċidenti fuq il-baħar imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk li huma rikonoxxuti formalment mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru bħala li seħħew.

(b) 

it-terminu “fond mutwu” jfisser skema akkreditata mill-Istat Membru, f’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, li tippermetti lis-sajjieda affiljati jassiguraw lilhom infushom, fejn isiru pagamenti ta’ kumpens lis-sajjieda affiljati għat-telf ekonomiku kkawżat mill-eventi elenkati fil-punt (a) tal-paragrafu 1. Il-fond mutwu għandu jkollu politika trasparenti lejn il-pagamenti fil-fond u l-irtirar minnu u għandu jkollu regoli ċari li jattribwixxu r-responsabbiltajiet għal kwalunkwe dejn imġarrab.

3.  

L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal:

(a) 

50 % tal-ammonti mħallsa mill-fond mutwu bħala kumpens finanzjarju lis-sajjieda;

(b) 

100 % tal-kostijiet amministrattivi għat-twaqqif tal-fond mutwu;

(c) 

70 % tal-kostijiet tal-primjum tal-assigurazzjoni;

(d) 

50 % tal-kapitalizzazzjoni inizjali tal-fond.

4.  
Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jingħataw biss biex ikopru t-telf ikkawżat minn kriżijiet tas-saħħa pubblika, avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali, inċidenti ambjentali jew aċċidenti fuq il-baħar.

Artikolu 23

Għajnuna maħsuba biex tappoġġa s-sistemi ta’ allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd

1.  

L-għajnuna maħsuba biex tappoġġa s-sistemi ta’ allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a) 

l-għajnuna jkollha l-għan li tappoġġa t-tfassil, l-iżvilupp, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-ġestjoni tas-sistemi għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, sabiex l-attivitajiet tas-sajd jiġu adattati għall-opportunitajiet tas-sajd; kif ukoll

(b) 

l-għajnuna għandha tingħata lil persuni ġuridiċi jew fiżiċi jew lil organizzazzjonijiet tas-sajjieda rikonoxxuti mill-Istat Membru, inklużi organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti involuti fil-ġestjoni kollettiva tas-sistemi li jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd.

2.  
L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ servizz issussidjat jew għotja diretta.
3.  

L-għajnuna tista’ tkopri biss il-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

(a) 

kostijiet diretti tas-salarji

(b) 

xiri jew kiri ta’ assi tanġibbli jew intanġibbli sal-valur tas-suq tal-assi

(c) 

kostijiet għall-pubblikazzjonijiet; jew

(d) 

xiri ta’ servizzi jew studji ta’ disinn u żvilupp.

4.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 24

Għajnuna maħsuba biex tillimita l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent u biex is-sajd jiġi adattat għall-protezzjoni tal-ispeċijiet

1.  
L-għajnuna maħsuba biex tillimita l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent u biex is-sajd jiġi adattat għall-protezzjoni tal-ispeċijiet li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm: l-għajnuna jkollha l-għan li tnaqqas l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar, li trawwem l-eliminazzjoni gradwali tal-qabdiet skartati tal-ħut u li tiffaċilita t-tranżizzjoni għal sfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
2.  

L-għajnuna għandha tappoġġa dawn li ġejjin:

(a) 

investimenti f’tagħmir li jtejjeb is-selettività tad-daqs jew is-selettività tal-ispeċijiet tal-irkaptu tas-sajd;

(b) 

investimenti abbord jew f’tagħmir li jelimina l-qabdiet skartati billi jevita u jnaqqas il-qabdiet mhux mixtieqa ta’ stokkijiet kummerċjali, jew li jittratta l-qabdiet mhux mixtieqa li għandhom jinħattu l-art f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(c) 

investimenti f’tagħmir li jillimita u, fejn possibbli, jelimina l-impatti fiżiċi u bijoloġiċi tas-sajd fuq l-ekosistema jew qiegħ il-baħar; jew

(d) 

investimenti f’tagħmir li jipproteġi l-irkaptu tas-sajd u l-qabdiet minn mammiferi u għasafar protetti mid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE ( 12 ) jew mid-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ), sakemm dan ma jimminax is-selettività tal-irkaptu tas-sajd u jiġu introdotti l-miżuri xierqa kollha biex tiġi evitata ħsara fiżika lill-predaturi.

3.  
L-għajnuna ma għandhiex tingħata aktar minn darba matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2029 għall-istess tip ta’ tagħmir fuq l-istess bastiment tas-sajd tal-Unjoni.
4.  
L-għajnuna għandha tingħata biss meta l-irkaptu tas-sajd jew tagħmir ieħor imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jkollu għażla tad-daqs evidentement aħjar jew impatt evidentement aktar baxx fuq l-ekosistema u fuq speċijiet mhux fil-mira mill-irkaptu standard jew minn tagħmir ieħor permess skont id-dritt tal-Unjoni, jew skont il-liġi nazzjonali rilevanti adottata fil-kuntest tar-reġjonalizzazzjoni kif previst fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
5.  

L-għajnuna għandha tingħata lil

(a) 

sidien ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni li huwa reġistrati bħala bastimenti attivi u li wettqu attivitajiet tas-sajd fil-baħar għal mill-inqas 60 jum matul is-sentejn kalendarji ta’ qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal għajnuna;

(b) 

sajjieda li huma s-sidien tat-tagħmir li għandu jiġi sostitwit u li ħadmu abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni għal mill-inqas 60 jum matul is-sentejn kalendarji ta’ qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal għajnuna;

(c) 

organizzazzjonijiet tas-sajjieda rikonoxxuti mill-Istat Membru.

6.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 25

Għajnuna għall-innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar

1.  

L-għajnuna għall-innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu, sakemm:

(a) 

l-għajnuna jkollha l-għan li tikkontribwixxi għall-eliminazzjoni gradwali tal-qabdiet skartati u tal-qabdiet aċċessorji u li tiffaċilita t-tranżizzjoni għall-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u li tnaqqas l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar u l-annimali protetti;

(b) 

l-għajnuna tappoġġa operazzjonijiet immirati lejn l-iżvilupp jew l-introduzzjoni ta’ għarfien tekniku jew organizzazzjonali ġdid li jnaqqas l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ambjent, inklużi tekniki tas-sajd imtejba u s-selettività tal-irkaptu, jew li huma mmirati lejn il-kisba ta’ użu aktar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-koeżistenza ma’ annimali protetti;

(c) 

l-operazzjonijiet appoġġati għandhom jitwettqu minn, jew f’kollaborazzjoni ma’, korp xjentifiku jew tekniku, rikonoxxut mill-Istat Membru li għandu jivvalida r-riżultati ta’ tali operazzjonijiet; kif ukoll

(d) 

ir-riżultati tal-operazzjonijiet appoġġati jingħataw pubbliċità adegwata mill-Istat Membru.

2.  
L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ servizzi ssussidjati.
3.  
Il-bastimenti tas-sajd involuti fi proġetti ffinanzjati skont dan l-Artikolu ma għandhomx jaqbżu l-5 % tal-għadd ta’ bastimenti tas-sajd tal-flotta nazzjonali jew 5 % tat-tunnellaġġ tal-flotta nazzjonali f’tunnellaġġ gross, ikkalkolat fiż-żmien tal-adozzjoni tal-istrument ta’ appoġġ.
4.  

Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jkunu biss dawn li ġejjin:

(a) 

kostijiet tal-persunal diretti relatati mar-riċerkaturi, mat-teknixins u ma’ persunal ieħor ta’ appoġġ diment li dawn ikunu impjegati fuq il-proġett;

(b) 

il-kostijiet tal-istrumenti u t-tagħmir diment li jkunu użati fil-proġett u għall-perjodu li jintużaw fih; fejn tali strumenti u tagħmir ma jintużawx tul ħajjithom kollha fil-proġett, jitqiesu eliġibbli biss il-kostijiet ta’ deprezzament li jikkorrispondu għall-ħajja tal-proġett, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji ta’ kontabbiltà aċċettati b’mod ġenerali;

(c) 

il-kostijiet tal-bini u tal-art, sal-punt u għall-perjodu tad-durata użati għall-proġett u taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

fir-rigward tal-bini, għandhom jitqiesu bħala eliġibbli biss dawk il-kostijiet tad-deprezzament li jikkorrispondu mal-ħajja tal-proġett, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji ta’ kontabbiltà aċċettati b’mod ġenerali;

(ii) 

fir-rigward tal-artijiet, huma eliġibbli biss il-kostijiet tat-trasferiment kummerċjali jew il-kostijiet tal-kapital realment imġarrba;

(a) 

il-kostijiet tar-riċerka kuntrattwali, l-għarfien u privattivi mixtrija jew liċenzjati minn sorsi barranin b’kundizzjonijiet distakkati, kif ukoll il-kostijiet tal-konsulenzi u s-servizzi ekwivalenti użati esklussivament għall-proġett; jew

(b) 

kostijiet ġenerali addizzjonali u spejjeż operattivi oħrajn, inklużi kostijiet ta’ materjali, provvisti u prodotti simili, imġarrbin direttament minħabba l-proġett.

5.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 26

Għajnuna għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar u skemi fil-qafas tal-attivitajiet tas-sajd sostenibbli

1.  
L-għajnuna għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar u l-iskemi fil-qafas tal-attivitajiet tas-sajd sostenibbli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu.
2.  

L-għajnuna skont dan l-Artikolu għandha tappoġġa l-operazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-ġbir tal-iskart mill-baħar mis-sajjieda, bħall-ġbir passiv ta’ rkaptu tas-sajd mitluf u skart mill-baħar; l-azzjonijiet li ġejjin biss huma eliġibbli għall-appoġġ:

(i) 

it-tneħħija ta’ rkaptu tas-sajd mitluf mill-baħar, b’mod partikolari sabiex jiġi miġġieled is-sajd fantażma;

(ii) 

ix-xiri u, jekk applikabbli, l-installazzjoni ta’ tagħmir abbord għall-ġbir u l-ħżin tal-iskart;

(iii) 

il-ħolqien ta’ skemi ta’ ġbir tal-iskart għas-sajjieda parteċipanti, inklużi inċentivi finanzjarji;

(iv) 

ix-xiri u, jekk applikabbli, l-installazzjoni ta’ tagħmir ibbażat f’faċilitajiet tal-portijiet tas-sajd għall-ħżin u r-riċiklaġġ tal-iskart;

(v) 

il-komunikazzjoni, l-informazzjoni, il-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni maħsuba biex iħeġġu lis-sajjieda u lil partijiet ikkonċernati oħrajn jipparteċipaw fi proġetti biex jitneħħa l-irkaptu tas-sajd mitluf; jew

(vi) 

it-taħriġ għas-sajjieda u għall-aġenti tal-portijiet.

(b) 

il-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew il-modernizzazzjoni ta’ faċilitajiet statiċi jew mobbli maħsuba biex jipproteġu u jtejbu l-fawna u l-flora tal-baħar, inklużi t-tħejjija u l-evalwazzjoni xjentifiċi tagħhom; l-azzjonijiet li ġejjin biss huma eliġibbli għall-appoġġ:

(i) 

ix-xiri u, jekk applikabbli, l-installazzjoni ta’ faċilitajiet għall-protezzjoni taż-żoni tal-baħar mit-tkarkir;

(ii) 

ix-xiri u, jekk applikabbli, l-installazzjoni ta’ faċilitajiet għar-restawr tal-ekosistemi tal-baħar degradati; jew

(iii) 

il-kostijiet relatati ma’ xogħol preliminari bħal prospettar, studji xjentifiċi jew evalwazzjonijiet.

L-akkwiżizzjoni ta’ bastiment li għandu jiġi mgħaddas u użat bħala sikka artifiċjali m’għandhiex tkun eliġibbli.

(c) 

il-kontribuzzjonijiet għal ġestjoni jew konservazzjoni aħjar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar permezz tal-installazzjoni tal-oġġetti li ġejjin jew it-teħid tal-azzjonijiet u l-proġetti li ġejjin:

(i) 

snanar ittondjati;

(ii) 

apparati akustiċi deterrenti;

(iii) 

apparat għall-esklużjoni tal-fkieren tal-baħar (“TEDs”);

(iv) 

linji tat-tnaffir;

(v) 

għodod jew apparati oħrajn li jkunu wrew li huma effiċjenti fil-prevenzjoni ta’ qabdiet aċċidentali ta’ annimali protetti;

(vi) 

taħriġ għas-sajjieda dwar ġestjoni jew konservazzjoni aħjar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(vii) 

proġetti li jiffokaw fuq ħabitats kostali ta’ importanza għall-ħut, għall-għasafar u għal organiżmi oħrajn;

(viii) 

proġetti li jiffokaw fuq oqsma ta’ importanza għar-riproduzzjoni tal-ħut, bħal artijiet mistagħdra kostali; jew

(ix) 

is-sostituzzjoni tal-irkaptu tas-sajd eżistenti b’irkaptu tas-sajd b’impatt baxx, il-kostijiet relatati man-nases tal-ħut, mat-tirjix u mas-sajd bix-xlief fuq l-idejn;

(d) 

il-parteċipazzjoni f’azzjonijiet oħrajn immirati lejn iż-żamma u t-titjib tal-bijodiversità u tas-servizzi tal-ekosistema, bħar-restawr ta’ ħabitats tal-baħar u kostali speċifiċi b’appoġġ għal stokkijiet ta’ ħut sostenibbli, inklużi t-tħejjija u l-evalwazzjoni xjentifiċi tagħhom; il-kostijiet relatati mal-azzjonijiet li ġejjin huma eliġibbli għall-appoġġ:

(i) 

skemi biex jiġu ttestjati tekniki ta’ monitoraġġ ġodda, u b’mod partikolari:

— 
sistemi ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod, bħal televiżjoni b’ċirkwit magħluq (“CCTV”) jew sistemi ta’ kontroll bil-vidjo, għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni ta’ qabdiet aċċessorji ta’ annimali protetti;
— 
ir-reġistrazzjoni ta’ data oċeanografika bħat-temperatura, is-salinità, il-plankton, il-proliferazzjonijiet tal-algi jew it-turbidità;
— 
l-immappjar ta’ speċijiet aljeni invażivi (“IAS”);
— 
azzjonijiet, inklużi studji, għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-espansjoni tal-IAS;
(ii) 

inċentivi finanzjarji għall-installazzjoni abbord ta’ apparat ta’ reġistrazzjoni awtomatiku għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni ta’ data oċeanografika bħat-temperatura, is-salinità, il-plankton, il-proliferazzjonijiet tal-algi jew it-turbidità;

(iii) 

miżuri li jnaqqsu t-tniġġis fiżiku u kimiku;

(iv) 

miżuri li jnaqqsu pressjonijiet fiżiċi oħrajn, inkluż l-istorbju antropoġeniku taħt l-ilma li jaffettwa b’mod negattiv il-bijodiversità;

(v) 

miżuri ta’ konservazzjoni pożittivi għall-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-flora u tal-fawna, inkluża l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ jew l-istokkjar bi speċijiet indiġeni, u l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-Infrastruttura Ħadra msemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Infrastruttura Ħadra ( 14 ); jew

(vi) 

miżuri għall-prevenzjoni, il-kontroll jew l-eliminazzjoni tal-IAS.

3.  
L-appoġġ skont il-punt (d) tal-paragrafu 2 għandu jkun soġġett għar-rikonoxximent formali ta’ tali skemi u miżuri mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li ma jseħħ l-ebda kumpens żejjed bħala riżultat tal-kombinament ta’ skemi tal-Unjoni, nazzjonali u privati.
4.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 27

Għajnuna biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika u biex jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima

1.  
L-għajnuna biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika u biex jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima, bl-eċċezzjoni tal-għajnuna biex jiġu sostitwiti jew immodernizzati l-magni, li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu.
2.  

L-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu tista’ tkopri biss il-miżuri li ġejjin:

(a) 

l-investimenti f’tagħmir jew abbord immirati biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa jew ta’ gassijiet serra u biex iżidu l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti tas-sajd. Investimenti fl-irkaptu tas-sajd huma eliġibbli wkoll dment li dawn ma jipperikolawx il-kapaċità tal-għażla marbuta ma’ dak l-irkaptu;

(b) 

il-verifiki u l-iskemi tal-effiċjenza enerġetika; jew

(c) 

l-istudji biex tiġi vvalutata l-kontribuzzjoni ta’ sistemi ta’ propulsjoni alternattivi u disinji tal-buq għall-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti tas-sajd.

3.  
L-għajnuna taħt il-paragrafu 2 għandu jingħata biss lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd u ma għandux jingħata aktar minn darba għall-istess tip ta’ investiment matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2029 għall-istess bastiment tas-sajd.
4.  

Il-kostijiet eliġibbli huma l-kostijiet addizzjonali diretti mġarrba b’riżultat tal-operazzjonijiet ikkonċernati. Għall-finijiet tal-punt (a) fil-paragrafu 2, il-kostijiet eliġibbli relatati ma’:

(i) 

il-miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-idrodinamika tal-buq tal-bastiment jistgħu jkopru biss:

— 
l-investimenti f’mekkaniżmi ta’ stabbiltà bħal, pereżempju, massari u pruwi bulbali li jikkontribwixxu għal navigazzjoni aħjar u stabbiltà mtejba;
— 
il-kostijiet relatati mal-użu ta’ żebgħa antifouling mhux tossika bħal, pereżempju, kisi bir-ram, sabiex titnaqqas il-frizzjoni;
— 
il-kostijiet relattivi għall-apparat tal-istering, bħas-sistemi ta’ kontroll tal-apparat tal-istering u diversi tmien sabiex titnaqqas l-attività tat-tmun skont il-kundizzjonijiet tat-temp u tal-istat tal-baħar; jew
— 
l-ittestjar tat-tankijiet sabiex tiġi pprovduta bażi għat-titjib tal-idrodinamika;
(ii) 

il-miżuri mmirati biex itejbu s-sistema ta’ propulsjoni tal-bastiment jistgħu biss ikopru l-kostijiet relatati max-xiri u, jekk ikun meħtieġ, mal-installazzjoni tal-oġġetti li ġejjin:

— 
l-iskrejjen effiċjenti fl-użu tal-enerġija, inklużi x-xaftijiet ta’ trażmissjoni;
— 
il-katalizzaturi;
— 
il-ġeneraturi effiċjenti fl-użu tal-enerġija, bħal dawk li jaħdmu bl-idroġenu jew bil-gass naturali;
— 
l-elementi ta’ propulsjoni li jaħdmu bl-enerġija rinnovabbli, bħall-qlugħ, l-ogħla qlugħ tal-bastiment li jittellgħu biss meta r-riħ ikun ħafif, l-imtieħen tar-riħ, it-turbini jew il-pannelli solari;
— 
it-tagħmir li jimbotta l-pruwa;
— 
l-ekonometri, is-sistemi ta’ ġestjoni tal-fjuwil u s-sistemi ta’ monitoraġġ; jew
— 
l-investimenti fi żnienen li jtejbu s-sistema ta’ propulsjoni;
(iii) 

l-investimenti fl-irkaptu tas-sajd u fit-tagħmir tas-sajd jistgħu jkopru biss il-kostijiet relatati mal-miżuri li ġejjin:

— 
is-sostituzzjoni tal-irkaptu rmunkat bi rkaptu alternattiv;
— 
il-modifiki tal-irkaptu rmunkat; jew
— 
l-investimenti f’tagħmir għall-monitoraġġ tal-irkaptu rmunkat;
(iv) 

l-investimenti li huma mmirati lejn it-tnaqqis tal-elettriku jew tal-enerġija termali jistgħu jkopru biss:

— 
l-investimenti għat-titjib tas-sistemi ta’ tkessiħ, iffriżar, jew iżolament għall-bastimenti; jew
— 
l-investimenti biex jiġi mħeġġeġ ir-riċiklaġġ tas-sħana li tkun fil-bastiment, li jinvolvi l-irkuprar u l-użu mill-ġdid tas-sħana għal operazzjonijiet awżiljarji oħrajn abbord il-bastiment.

Il-kostijiet relatati mal-manutenzjoni bażika tal-buq ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-għajnuna skont il-punt (a) fil-paragrafu 2.

5.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 28

Għajnuna għall-valur miżjud, għall-kwalità tal-prodotti u għall-użu tal-qabdiet mhux mixtieqa

1.  

L-għajnuna għall-valur miżjud, għall-kwalità tal-prodotti u għall-użu tal-qabdiet mhux mixtieqa li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a) 

l-għajnuna jkollha l-għan li ttejjeb il-valur miżjud jew il-kwalità tal-ħut maqbud;

(b) 

l-għajnuna tkopri biss il-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

(i) 

l-investimenti li jżidu l-valur għall-prodotti tas-sajd, b’mod partikolari billi jippermettu lis-sajjieda jwettqu l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ dirett tal-qabdiet tagħhom stess; jew

(ii) 

investimenti innovattivi abbord li jtejbu l-kwalità tal-prodotti tas-sajd.

2.  
L-għajnuna msemmija fil-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1 għandu jkun kundizzjonali fuq l-użu ta’ rkaptu selettiv biex jiġu mminimizzati l-qabdiet mhux mixtieqa u għandu jingħata biss lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkunu wettqu attività tas-sajf fuq il-baħar għal mill-inqas 60 ġurnata matul sentejn kalendarji qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna.
3.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 29

Għajnuna għall-portijiet tas-sajd, għall-postijiet fejn jinħattu l-prodotti l-art, għas-swali tal-irkant u għall-postijiet ta’ kenn

1.  

L-għajnuna għall-portijiet tas-sajd, għall-postijiet fejn jinħattu l-prodotti l-art, għas-swali tal-irkant u għall-postijiet ta’ kenn li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a) 

l-għajnuna għandha l-għan li żżid il-kwalità, il-kontroll u t-traċċabbiltà tal-prodotti li jinħattu l-art, iżżid l-effiċjenza enerġetika, tikkontribwixxi għall-ħarsien tal-ambjent u ttejjeb is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol;

(b) 

l-għajnuna tkopri l-kostijiet ta’ investiment eliġibbli li ġejjin li:

(i) 

itejbu l-infrastruttura tal-portijiet tas-sajd, tas-swali tal-irkant, tal-postijiet fejn jinħattu l-prodotti l-art u tal-postijiet ta’ kenn, inklużi l-investimenti f’faċilitajiet ta’ akkoljenza adegwati għal irkapti tas-sajd mitlufa u skart tal-baħar miġbur mill-baħar;

(ii) 

jiffaċilitaw il-konformità mal-obbligu li jinħattu l-art il-qabdiet kollha f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u mal-punt (b) tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 jew li jżidu l-valur għall-komponenti tal-qabda li ma jintużawx biżżejjed; jew

(iii) 

itejbu s-sikurezza tas-sajjieda permezz tal-kostruzzjoni jew il-modernizzazzjoni tal-postijiet ta’ kenn.

2.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 30

Għajnuna għas-sajd fl-ilmijiet interni u għall-fawna u l-flora akkwatiċi interni

1.  

L-għajnuna għas-sajd fl-ilmijiet interni u l-fawna u l-flora akkwatika interna tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna timmira

(a) 

li jitnaqqas l-impatt tas-sajd fl-ilmijiet interni fuq l-ambjent;

(b) 

li ttejjeb l-effiċjenza enerġetika;

(c) 

li jiżdied il-valur jew il-kwalità tal-ħut żbarkat; jew

(d) 

li ttejjeb is-saħħa, is-sigurtà, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-kapital uman u t-taħriġ.

2.  

L-għajnuna skont dan l-Artikolu tista’ biss tappoġġa l-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

(a) 

investimenti fil-promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali msemmija fl-Artikolu 18 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;

(b) 

investimenti abbord jew f’tagħmir individwali kif imsemmi fl-Artikolu 21 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;

(c) 

investimenti abbord jew f’tagħmir imsemmi fl-Artikolu 24 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;

(d) 

investimenti fit-titjib tal-effiċjenza enerġetika u l-mitigazzjoni tal-effetti tat-tibdil fil-klima msemmija fl-Artikolu 27 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;

(e) 

investimenti fit-titjib tal-valur miżjud jew tal-kwalità tal-ħut maqbud imsemmija fl-Artikolu 28 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;

(f) 

investimenti fil-portijiet tas-sajd, fil-postijiet ta’ kenn u fil-postijiet fejn jinħattu l-prodotti l-art imsemmija fl-Artikolu 29 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu; jew

(g) 

investimenti fix-xbieki jew tagħmir ieħor tas-sajd soġġetti għal żieda fit-tkagħbir bl-użu minħabba ħsara kkawżata minn annimali għajr ħut inkluż speċijiet invażivi u f’tagħmir relatat.

3.  
L-għajnuna tista’ tipprovdi appoġġ għall-innovazzjoni f’konformità mal-Artikolu 15, għas-servizzi ta’ konsulenza f’konformità mal-Artikolu 16 u għas-sħubijiet bejn ix-xjenzati u s-sajjieda f’konformità mal-Artikolu 17.
4.  
Sabiex tiġi promossa d-diversifikazzjoni mis-sajjieda fl-ilmijiet interni, l-għajnuna tista’ tappoġġa d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet interni għal attivitajiet komplementari skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 19.
5.  

Għall-finijiet tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu:

(a) 

ir-referenzi magħmula fl-Artikoli 21, 24, 27 u 28 għall-bastimenti tas-sajd għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-bastimenti li joperaw esklussivament fl-ilmijiet interni;

(b) 

ir-referenzi magħmula fl-Artikolu 24 għall-ambjent tal-baħar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-ambjent li fih jopera l-bastiment tas-sajd fl-ilmijiet interni;

(c) 

il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 21, 24 u 27 li huma speċifiċi għall-bastimenti tas-sajd tal-baħar ma għandhomx jiġu estiżi għas-sajd fl-ilmijiet interni

6.  

Sabiex jiġu protetti u żviluppati l-fawna u l-flora akkwatiċi, l-għajnuna tista’ tappoġġa biss:

(a) 

il-ġestjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ ta’ siti NATURA 2000 li huma affettwati mill-attivitajiet tas-sajd, u r-riabilitazzjoni tal-ilmijiet interni f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ), inklużi ż-żoni ta’ riproduzzjoni u r-rotot ta’ migrazzjoni għall-ispeċijiet migratorji, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26(2), punt (d) ta’ dan ir-Regolament u, fejn rilevanti, bil-parteċipazzjoni tas-sajjieda fl-ilmijiet interni;

(b) 

il-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni jew l-installazzjoni ta’ faċilitajiet statiċi jew mobbli maħsuba biex jipproteġu u jsaħħu l-fawna u l-flora akkwatiċi, inklużi t-tħejjija xjentifika, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom.

7.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd li jirċievu appoġġ skont dan l-Artikolu jibqgħu joperaw b’mod esklużiv fl-ilmijiet interni.
8.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija taħt dan l-Artikolu m’għandux jaqbeż, f’ekwivalenti ta’ għotja grossa, rata massima ta’ intensità ta’ għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli, bl-eċċezzjoni tal-miżura fil-paragrafu 2, punt (g), li għalih għandha tapplika intensità ta’ għajnuna ta’ 40 %. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Taqsima 2

It-trawwim ta’ attivitajiet tal-akkwakultura sostenibbli

Artikolu 31

Kundizzjonijiet ġenerali

1.  

L-għajnuna mogħtija taħt din it-Taqsima għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali li ġejjin:

(a) 

hija għandha tkun limitata għall-impriżi tal-akkwakultura, sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor f’dan ir-Regolament;

(b) 

fejn l-operazzjonijiet ikunu jikkonsistu f’investimenti f’tagħmir jew infrastruttura li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti futuri li jirrigwardjaw l-ambjent, is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, l-iġjene jew il-benesseri tal-annimali skont id-dritt tal-Unjoni, jista’ jingħata appoġġ sad-data li fiha tali rekwiżiti jsiru obbligatorji għall-impriżi;

(c) 

ma għandhiex tingħata għat-trobbija ta’ organiżmi ġenetikament modifikati;

(d) 

ma għandhiex tingħata għall-operazzjonijiet tal-akkwakultura f’żoni protetti tal-baħar, jekk ikun ġie ddeterminat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt ambjentali, li l-operazzjoni tiġġenera impatt ambjentali negattiv sinifikanti li ma jistax jittaffa b’mod adegwat.

2.  
L-għajnuna taħt din it-Taqsima għal investimenti li għandhom l-għan li jisfruttaw swieq ġodda għandha tingħata biss meta l-impriża benefiċjarja tipprovdi dokumentazzjoni li jeżistu prospetti tas-suq tajbin u sostenibbli għall-proġett.
3.  
Għal investimenti li jeħtieġu valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ) l-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li tkun saret tali valutazzjoni u li jkun ingħata l-permess għall-iżvilupp għall-proġett ta’ investiment ikkonċernat qabel id-data tal-għoti tal-għajnuna individwali.

Artikolu 32

Għajnuna għall-innovazzjoni fl-akkwakultura

1.  

L-għajnuna għall-innovazzjoni fl-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a) 

l-għajnuna tistimula l-innovazzjoni fl-akkwakultura;

(b) 

l-għajnuna jkollha l-għan li tikseb dan li ġej:

(i) 

l-iżvilupp ta’ għarfien tekniku, xjentifiku jew organizzazzjonali fl-azjendi agrikoli tal-akkwakultura, li, b’mod partikolari, inaqqas l-impatt fuq l-ambjent, inaqqas id-dipendenza fuq l-għalf u ż-żejt tal-ħut, irawwem użu sostenibbli tar-riżorsi fl-akkwakultura, itejjeb il-benesseri tal-annimali jew jiffaċilita metodi ġodda ta’ produzzjoni sostenibbli;

(ii) 

l-iżvilupp jew l-introduzzjoni fis-suq ta’ speċijiet ġodda tal-akkwakultura b’potenzjal tas-suq, prodotti ġodda jew imtejba sostanzjalment, proċessi ġodda jew imtejba, jew sistemi ġodda jew imtejba ta’ ġestjoni u organizzazzjoni;

(iii) 

l-esplorazzjoni tal-fattibbiltà teknika jew ekonomika ta’ prodotti jew proċessi innovattivi.

2.  
Is-servizzi sussidjati skont dan l-Artikolu għandhom jitwettqu minn, jew f’kollaborazzjoni ma’, korpi xjentifiċi jew tekniċi pubbliċi jew privati, rikonoxxuti mill-Istat Membru, li għandhom jivvalidaw ir-riżultati ta’ tali servizzi sussidjati.
3.  
Ir-riżultati tal-proġetti li jirċievu appoġġ għandhom jingħataw pubbliċità adegwata mill-Istat Membru.
4.  

Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jkunu dawn li ġejjin:

(a) 

kostijiet tal-persunal diretti relatati mar-riċerkaturi, mat-teknixins u ma’ persunal ieħor ta’ appoġġ diment li dawn ikunu impjegati fuq il-proġett;

(b) 

il-kostijiet tal-istrumenti u t-tagħmir diment li jkunu użati fil-proġett u għall-perjodu li jintużaw fih;

(c) 

il-kostijiet tal-bini, sal-punt u għall-perjodu tad-durata użati għall-proġett u taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

fir-rigward tal-bini, għandhom jitqiesu bħala eliġibbli biss dawk il-kostijiet tad-deprezzament li jikkorrispondu mal-ħajja tal-proġett, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji ta’ kontabbiltà aċċettati b’mod ġenerali;

(ii) 

fir-rigward tal-artijiet, huma eliġibbli l-kostijiet tat-trasferiment kummerċjali jew il-kostijiet tal-kapital realment imġarrba;

(a) 

il-kostijiet tar-riċerka kuntrattwali, l-għarfien u privattivi mixtrija jew liċenzjati minn sorsi barranin b’kundizzjonijiet distakkati, kif ukoll il-kostijiet tal-konsulenzi u s-servizzi ekwivalenti użati esklussivament għall-proġett; jew

(b) 

kostijiet ġenerali addizzjonali u spejjeż operattivi oħrajn, inklużi kostijiet ta’ materjali, provvisti u prodotti simili, imġarrbin direttament minħabba l-proġett.

Għall-finijiet tal-punt (b), fejn dawk l-istrumenti u tagħmir ma jintużawx għat-tul ta’ ħajjithom kollha għall-proġett, jitqiesu eliġibbli biss il-kostijiet ta’ deprezzament li jikkorrispondu għall-ħajja tal-proġett, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji tal-kontabbiltà aċċettati b’mod ġenerali.

5.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 33

Għajnuna għal investimenti li jżidu l-produttività jew li jkollhom impatt pożittiv fuq l-ambjent fl-akkwakultura

1.  

L-għajnuna għal investimenti li jżidu l-produttività jew li jkollhom impatt pożittiv fuq l-ambjent fl-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna tappoġġa:

(a) 

l-investimenti produttivi fl-akkwakultura;

(b) 

id-diversifikazzjoni tal-produzzjoni fl-akkwakultura u l-ispeċijiet ikkultivati;

(c) 

il-modernizzazzjoni tal-unitajiet tal-akkwakultura, inkluż it-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-sikurezza tal-ħaddiema fis-settur tal-akkwakultura;

(d) 

it-titjib u l-modernizzazzjoni relatati mas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, inkluż ix-xiri ta’ tagħmir li għandu l-għan li jipproteġi lill-farms tal-ħut mill-predaturi selvaġġi;

(e) 

l-investimenti li jnaqqsu l-impatt negattiv jew isaħħu l-effetti pożittivi fuq l-ambjent u li jżidu l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi;

(f) 

l-investimenti fit-titjib tal-kwalità tal-prodotti tal-akkwakultura jew fiż-żieda fil-valur tagħhom;

(g) 

ir-restawr tal-għadajjar jew tal-laguni tal-akkwakultura eżistenti permezz tat-tneħħija tal-ħama, jew investimenti mmirati lejn il-prevenzjoni tad-depożiti tal-ħama;

(h) 

id-diversifikazzjoni tal-introjtu tal-impriżi tal-akkwakultura permezz tal-iżvilupp ta’ attivitajiet komplementari;

(i) 

l-investimenti li jirriżultaw fi tnaqqis sostanzjali fl-impatt tal-impriżi tal-akkwakultura fuq l-użu u l-kwalità tal-ilma, b’mod partikolari permezz tat-tnaqqis tal-ammont ta’ ilma jew sustanzi kimiċi, antibijotiċi u mediċini oħrajn użati, jew permezz tat-titjib tal-kwalità tal-ilma prodott, inkluż permezz tal-użu ta’ sistemi tal-akkwakultura multitrofiċi;

(j) 

il-promozzjoni ta’ akkwakultura b’sistemi magħluqa fejn il-prodotti tal-akkwakultura jitrabbew f’sistemi magħluqa ta’ riċirkolazzjoni, sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-użu tal-ilma; jew

(k) 

l-investimenti li jżidu l-effiċjenza enerġetika u li jippromwovu l-konverżjoni tal-impriżi tal-akkwakultura għal sorsi rinnovabbli tal-enerġija.

2.  
L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1, punt (h) għandha tingħata biss lill-impriżi tal-akkwakultura jekk l-attivitajiet komplementari jkunu relatati man-negozju prinċipali tal-impriżi fis-settur tal-akkwakultura, inklużi t-turiżmu tas-sajd bil-qasba, is-servizzi ambjentali relatati mal-akkwakultura jew l-attivitajiet edukattivi dwar l-akkwakultura.
3.  
L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ tingħata għal investimenti li jżidu l-produzzjoni u/jew il-modernizzazzjoni tal-impriżi eżistenti fis-settur tal-akkwakultura, jew għall-kostruzzjoni ta’ kapaċità ta’ produzzjoni ġdida, sakemm l-iżvilupp ikun konsistenti mal-pjan għall-iżvilupp tal-akkwakultura msemmi fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
4.  
L-investimenti msemmija fil-paragrafu (1), punt (e) jinkludu dawk relatati mal-użu ta’ għalf aktar sostenibbli, it-tnaqqis u l-ġestjoni tar-rilaxx u l-effluwenti tan-nutrijenti, it-tnaqqis tal-ħarba, l-użu ta’ sustanzi kimiċi u mediċini b’impatt aktar baxx fuq l-ambjent, l-adozzjoni ta’ approċċ ċirkolari fil-ġestjoni tal-iskart, ir-rimi ta’ rkaptu tal-akkwakultura jew l-użu ta’ rkaptu bijodegradabbli tal-akkwakultura biex jiġi evitat l-iskart fil-baħar, il-ġestjoni tal-predaturi, u dawk li jagħtu kontribut li jista’ jitkejjel għar-restawr tal-bijodiversità jew il-kontinwità ekoloġika.
5.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna. Għall-operazzjonijiet li jkollhom impatt pożittiv fuq l-ambjent, ir-rata massima tal-intensità tal-għajnuna għandha tkun ta’ 80 % sakemm ma tkunx applikabbli rata ogħla ta’ intensità tal-għajnuna fir-rigward tal-Anness IV.

Artikolu 34

Għajnuna għas-servizzi ta’ ġestjoni, għajnuna u konsulenza għall-farms fis-settur tal-akkwakultura

1.  

L-għajnuna għas-servizzi ta’ ġestjoni, għajnuna u konsulenza għall-farms fis-settur tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a) 

l-għajnuna ttejjeb il-prestazzjoni u l-kompetittività globali tal-farms tal-akkwakultura;

(b) 

l-għajnuna tnaqqas l-impatt ambjentali negattiv tal-farms tal-akkwakultura; kif ukoll

(c) 

l-għajnuna tappoġġa x-xiri ta’ servizzi ta’ konsulenza għall-farms ta’ natura teknika, xjentifika, legali, ambjentali jew ekonomika;

Għall-finijiet tal-punt (c), għandha tingħata għajnuna biss lill-SMEs fis-settur tal-akkwakultura jew lill-organizzazzjonijiet fis-settur tal-akkwakultura inkluż organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-akkwakultura u assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-akkwakultura.

2.  

Is-servizzi ta’ konsulenza msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandhom ikopru:

(a) 

il-ħtiġijiet ta’ ġestjoni sabiex il-farms tal-akkwakultura jkunu jistgħu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ambjentali nazzjonali u tal-Unjoni, kif ukoll mar-rekwiżiti tal-ippjanar tal-ispazju marittimu;

(b) 

il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali kif imsemmi fid-Direttiva 2011/92/UE u d-Direttiva 92/43/KEE;

(c) 

il-ħtiġijiet ta’ ġestjoni sabiex il-farms tal-akkwakultura jkunu jistgħu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni dwar is-saħħa u l-benesseri tal-annimali akkwatiċi jew is-saħħa pubblika;

(d) 

standards ibbażati fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni;

(e) 

strateġiji ta’ kummerċjalizzazzjoni u ta’ negozju; jew

(f) 

studji ta’ fattibbiltà u servizzi ta’ konsulenza li jivvalutaw il-vijabbiltà ta’ miżuri potenzjalment eliġibbli għall-appoġġ skont it-Titolu II, Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2021/1139.

3.  
Is-servizzi ta’ konsulenza msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jingħataw minn korpi xjentifiċi jew tekniċi kif ukoll minn entitajiet li jipprovdu konsulenza legali jew ekonomika bil-kompetenza meħtieġa kif rikonoxxuti mill-Istat Membru. L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ servizz issussidjat jew għotja diretta.
4.  
L-impriżi benefiċjarji ma għandhomx jirċievu għajnuna aktar minn darba fis-sena għal kull kategorija ta’ servizz ta’ konsulenza elenkata fil-paragrafu 2.
5.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 35

Għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman u tan-networking fis-settur tal-akkwakultura

1.  

L-għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman u tan-networking fis-settur tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna tappoġġa dawn li ġejjin:

(a) 

it-taħriġ professjonali, it-tagħlim tul il-ħajja, it-tixrid ta’ għarfien xjentifiku u tekniku u prattiki innovattivi, l-akkwist ta’ ħiliet professjonali ġodda fis-settur tal-akkwakultura u fir-rigward tat-tnaqqis tal-impatt ambjentali tal-operazzjonijiet fis-settur tal-akkwakultura;

(b) 

it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-promozzjoni tas-sikurezza okkupazzjonali; kif ukoll

(c) 

in-networking u l-iskambju ta’ esperjenzi u l-aħjar prattiki fost l-impriżi fis-settur tal-akkwakultura jew l-organizzazzjonijiet professjonali u partijiet ikkonċernati oħrajn, inklużi korpi xjentifiċi u tekniċi jew dawk li jippromwovu l-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa.

2.  
L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ servizz issussidjat jew għotja diretta.
3.  

L-għajnuna tista’ tkopri kwalunkwe waħda mill-kostijiet eliġibbli li ġejjin imġarrba direttament bħala riżultat tal-proġett appoġġat:

(a) 

kostijiet diretti tas-salarji

(b) 

ħlasijiet tal-parteċipazzjoni;

(c) 

kostijiet għall-ivvjaġġar;

(d) 

kostijiet għall-pubblikazzjonijiet;

(e) 

servizzi ta’ ġbir ta’ data mixtrija, studji, proġetti pilota;

(f) 

il-kera ta’ bini għall-wirjiet u l-istands għalihom u l-kostijiet għall-istallazzjoni u ż-żarmar tagħhom; jew

(g) 

kostijiet għat-tixrid tal-għarfien xjentifiku u informazzjoni fattwali.

4.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 36

Għajnuna biex jiżdied il-potenzjal tas-siti tal-akkwakultura

1.  

L-għajnuna għaż-żieda tal-potenzjal tas-siti tal-akkwakultura fis-settur tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a) 

l-għajnuna tikkontribwixxi b’mod pożittiv għall-iżvilupp tas-siti u l-infrastrutturi tal-akkwakultura u tnaqqas l-impatt ambjentali negattiv tal-operazzjonijiet;

(b) 

l-għajnuna tappoġġa dawn li ġejjin:

(i) 

l-identifikazzjoni u l-immappjar tal-aktar żoni adatti għall-iżvilupp tal-akkwakultura, filwaqt li jiġu kkunsidrati, fejn applikabbli, il-proċessi tal-ġestjoni tat-territorju, u l-identifikazzjoni u l-immappjar ta’ żoni fejn l-akkwakultura jenħtieġ li tiġi eskluża sabiex jinżamm ir-rwol ta’ tali żoni fil-funzjonament tal-ekosistema;

(ii) 

it-titjib u l-iżvilupp ta’ faċilitajiet u infrastrutturi ta’ appoġġ meħtieġa biex jiżdied il-potenzjal tas-siti tal-akkwakultura u biex jitnaqqas l-impatt ambjentali negattiv tal-akkwakultura, inklużi investimenti fil-konsolidazzjoni tal-art, il-provvista tal-enerġija jew il-ġestjoni tal-ilma;

(iii) 

l-azzjoni meħuda u implimentata mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2009/147/KE jew l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 92/43/KEE bil-għan li tipprevjeni dannu serju fis-settur tal-akkwakultura; jew

(iv) 

l-azzjoni meħuda u implimentata mill-awtoritajiet kompetenti wara d-detezzjoni taż-żieda fil-mortalità jew il-mard kif previst fir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ) u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 ( 18 ).

Għall-finijiet tal-punt (b)(iv), l-għajnuna għandha tingħata biss biex tkopri l-adozzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni dwar il-frott tal-baħar bil-qoxra immirati lejn il-protezzjoni, ir-restawr u l-ġestjoni, inkluż l-għoti ta’ appoġġ lill-produtturi ta’ frott tal-baħar bil-qoxra għall-manutenzjoni ta’ sikek naturali għall-frott tal-baħar bil-qoxra u żoni ta’ qbid.

2.  

Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jkunu dawn li ġejjin imġarrba direttament bħala riżultat tal-proġett:

(a) 

il-kostijiet tal-investiment f'assi tanġibbli u intanġibbli;

(b) 

kostijiet diretti tas-salarji; jew

(c) 

il-kostijiet ta’ konsulenza, riċerka kuntrattwali, u servizzi ta’ appoġġ ipprovduti minn konsulenti esterni.

3.  
L-impriżi benefiċjarji skont dan l-Artikolu għandhom ikunu biss dawk l-impriżi li jkunu ġew fdati mill-Istat Membru bil-kompiti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1.
4.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 37

Għajnuna għall-inkoraġġiment ta' intraprendituri ġodda fis-settur tal-akkwakultura li jħarsu l-prinċipji tal-akkwakultura sostenibbli

1.  

L-għajnuna għall-inkoraġġiment ta’ intraprendituri ġodda li jipprattikaw akkwakultura sostenibbli li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a) 

l-għajnuna trawwem l-intraprenditorija fl-akkwakultura; kif ukoll

(b) 

l-għajnuna tappoġġa t-twaqqif ta’ impriżi tal-akkwakultura sostenibbli minn intraprendituri ġodda.

2.  

Għandha tingħata għajnuna lill-intraprendituri tal-akkwakultura li jidħlu fis-settur sakemm dawn:

(a) 

ikollhom ħiliet u kompetenza professjonali adegwati;

(b) 

jistabbilixxu għall-ewwel darba SME tal-akkwakultura, bħala maniġers ta’ dik l-impriża; kif ukoll

(c) 

jissottomettu pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-iżvilupp tal-attivitajiet tal-akkwakultura tagħhom.

3.  
Sabiex jiksbu ħiliet professjonali adegwati, l-intraprendituri tal-akkwakultura li jidħlu fis-settur jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna msemmija fl-Artikolu 35(1).
4.  

Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jkunu dawn li ġejjin imġarrba direttament bħala riżultat tal-proġett:

(a) 

il-kostijiet tas-salarji;

(b) 

kostijiet ġenerali addizzjonali u kostijiet oħra, inklużi kostijiet ta’ materjali, provvisti;

(c) 

kostijiet tat-tagħmir; jew

(d) 

il-kostijiet ta’ investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli.

5.  
L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 38

Għajnuna għall-konverżjoni għal skemi ta’ ġestjoni u verifika ambjentali u akkwakultura organika

1.  

L-għajnuna għall-konverżjoni għal skemi ta’ ġestjoni u verifika ambjentali u akkwakultura organika li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a) 

l-għajnuna tippromwovi l-iżvilupp ta’ akkwakultura organika jew effiċjenti fl-użu tal-enerġija;

(b) 

l-għajnuna tappoġġa waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

il-konverżjoni ta’ metodi konvenzjonali ta’ produzzjoni tal-akkwakultura fl-akkwakultura organika skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2018/848 ( 19 ) u f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1165 ( 20 );

(ii) 

il-parteċipazzjoni fl-iskemi ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) tal-Unjoni f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 ).

2.  
L-għajnuna għandha tingħata biss fir-rigward tal-konverżjoni ta’ impriżi benefiċjarji li jimpenjaw ruħhom li jipparteċipaw fl-EMAS għal minimu ta’ tliet snin jew li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-produzzjoni organika għal minimu ta’ ħames snin. Għandha tiġi pprovduta klawsola ta’ reviżjoni fl-impenji meħuda skont dan il-paragrafu sabiex jiġi żgurat l-aġġustament tagħhom fil-każ ta’ emendi tar-rekwiżiti, l-istandards u l-kundizzjonijiet obbligatorji rilevanti msemmija f’dan l-Artikolu.
3.  

L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ kumpens għal massimu ta’ tliet snin matul il-perjodu tal-konverżjoni tal-impriża għall-produzzjoni organika, jew matul it-tħejjija għall-parteċipazzjoni fl-EMAS. L-Istati Membri għandhom jikkalkolaw dak il-kumpens abbażi ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

it-telf ta’ dħul jew kostijiet addizzjonali mġarrba matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni minn produzzjoni konvenzjonali għal produzzjoni organika għal operazzjonijiet eliġibbli taħt il-punt (b)(i) tal-paragrafu 1;

(b) 

il-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw mill-applikazzjoni u t-tħejjija tal-parteċipazzjoni fl-EMAS għal operazzjonijiet eliġibbli taħt il-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1.

4.  
Jekk l-impriża benefiċjarja ma tkunx tista’ tikkonforma mal-impenji skont il-paragrafu 2 minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u esterni, l-ammont ta’ għajnuna kkalkulat skont il-paragrafu 3 għandu jitnaqqas u jiġi rkuprat proporzjonalment abbażi tat-tul ta’ żmien tal-impenn inizjali u ż-żmien li l-impenji ma ġewx imħarsa.
5.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 39

Għajnuna għal servizzi ambjentali

1.  

L-għajnuna għall-impriżi attivi fis-settur tal-akkwakultura li jipprovdu servizzi ambjentali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a) 

l-għajnuna trawwem l-iżvilupp tas-settur tal-akkwakultura li jipprovdi servizzi ambjentali; kif ukoll

(b) 

l-għajnuna tappoġġa waħda mill-miżuri li ġejjin:

(i) 

il-metodi tal-akkwakultura kompatibbli ma’ ħtiġijiet ambjentali speċifiċi u soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi ta’ ġestjoni li jirriżultaw mid-deżinjazzjoni ta’ żoni NATURA 2000 f’konformità mad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE;

(ii) 

il-parteċipazzjoni, f’termini tal-kostijiet relatati direttament magħha, fil-konservazzjoni ex situ u r-riproduzzjoni tal-annimali akkwatiċi, fi ħdan il-qafas tal-programmi ta’ konservazzjoni u restawr tal-bijodiversità żviluppati mill-awtoritajiet pubbliċi, jew taħt is-superviżjoni tagħhom;

(iii) 

l-operazzjonijiet tal-akkwakultura li jinkludu l-konservazzjoni u t-titjib tal-ambjent u tal-bijodiversità, u l-ġestjoni tal-pajsaġġ u l-karatteristiċi tradizzjonali taż-żoni tal-akkwakultura.

2.  
L-għajnuna msemmija fil-punt (b)(i) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tieħu l-forma ta’ kumpens annwali. Il-kostijiet eliġibbli huma kostijiet addizzjonali mġarrba u/jew id-dħul mitluf bħala konsegwenza tar-rekwiżiti tal-ġestjoni fiż-żoni kkonċernati, b’rabta mal-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 92/43/KEE jew 2009/147/KE.
3.  
Għall-finijiet tal-punt (b)(ii) fil-paragrafu 1, il-kostijiet eliġibbli huma l-kostijiet addizzjonali diretti mġarrba b’riżultat tal-operazzjonijiet ikkonċernati.
4.  
L-għajnuna msemmija fil-punt (b)(iii) tal-paragrafu 1 għandha tingħata biss lil impriżi benefiċjarji li jimpenjaw ruħhom għal perjodu minimu ta’ ħames snin li jissodisfaw ir-rekwiżiti akkwaambjentali li jmorru lil hinn mis-sempliċi applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u tal-liġi nazzjonali. Il-benefiċċji ambjentali tal-operazzjoni għandhom jintwerew permezz ta’ valutazzjoni minn qabel imwettqa minn korpi kompetenti nnominati mill-Istat Membru, sakemm il-benefiċċji ambjentali ta’ dik l-operazzjoni ma jkunux diġà rikonoxxuti.
5.  
L-għajnuna msemmija fil-punt (b)(iii) tal-paragrafu 1 għandha tieħu l-forma ta’ kumpens annwali. Il-kostijiet eliġibbli huma l-kostijiet addizzjonali diretti mġarrba u/jew l-introjtu mitluf.
6.  
Ir-riżultati tal-operazzjonijiet li jirċievu l-għajnuna skont dan l-Artikolu għandhom jingħataw pubbliċità adegwata mill-Istat Membru.
7.  
Għall-impenji meħuda skont dan l-Artikolu, għandha tiġi pprovduta klawżola ta’ reviżjoni sabiex jiġi żgurat l-aġġustament tagħhom fil-każ ta’ emendi tar-rekwiżiti, l-istandards u l-kundizzjonijiet obbligatorji rilevanti msemmija f’dan l-Artikolu.
8.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 40

Għajnuna għall-miżuri tas-saħħa pubblika

1.  
L-għajnuna għal miżuri tas-saħħa pubblika li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu, sakemm l-għajnuna tappoġġa skema ta’ kumpens li tikkumpensa lil dawk li jrabbu l-molluski għas-sospensjoni temporanja tal-ħsad tal-molluski mrobbija, fejn tali sospensjoni sseħħ esklussivament għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika.
2.  

L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tingħata biss fejn l-għeluq tal-produzzjoni klassifikata jew taż-żona ta’ riinstallazzjoni, skont l-Artikolu 62 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 ( 22 ) ikun dovut għall-proliferazzjoni tal-plankton li jipproduċi t-tossini jew għall-preżenza tal-plankton li fih bijotossini li jaqbżu l-limiti stabbiliti fl-Anness III, it-Taqsima VII, il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 23 ), u diment li:

(a) 

il-kontaminazzjoni ddum għal aktar minn erba’ xhur konsekuttivi; jew

(b) 

it-telf, li jirriżulta mis-sospensjoni tal-ħsad, jammonta għal aktar minn 25 % tal-fatturat annwali tan-negozju kkonċernat, ikkalkolat abbażi tal-fatturat medju ta’ dak in-negozju matul it-tliet snin kalendarji ta’ qabel is-sena li fiha l-ħsad ikun ġie sospiż;

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli speċjali ta’ kalkolu fir-rigward ta’ kumpaniji b’inqas minn tliet snin ta’ attività.

3.  
It-tul ta’ żmien li għalih jista’ jingħata l-kumpens għandu jkun massimu ta’ 12-il xahar bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2029. F’każijiet debitament ġustifikati, dan jista’ jiġi estiż darba għal massimu ta’ 12-il xahar addizzjonali sa massimu kkombinat ta’ 24 xahar.
4.  
Il-kostijiet eliġibbli huma l-kostijiet addizzjonali diretti mġarrba u/jew l-introjtu mitluf bħala riżultat tal-miżuri kkonċernati. Il-kumpens ikkalkolat għandu jitnaqqas b’kull kost imġarrab mhux direttament minħabba l-avveniment li kieku minħabba fih kienu jiġġarrbu mill-benefiċjarju.
5.  
L-għajnuna u kwalunkwe pagament ieħor riċevut biex jikkumpensaw għall-ħsara, inklużi l-pagamenti taħt il-poloz tal-assigurazzjoni, għandhom ikunu limitati għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 41

Għajnuna għal miżuri tas-saħħa u l-benesseri tal-annimali

1.  

L-għajnuna għas-saħħa u l-benesseri tal-annimali f’impriżi tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm

(a) 

l-għajnuna jkollha l-għan li trawwem is-saħħa u l-benesseri tal-annimali fl-impriżi tal-akkwakultura, fost l-oħrajn, f’termini ta’ prevenzjoni u bijosigurtà; kif ukoll

(b) 

l-għajnuna tista’ tkopri biss waħda mill-miżuri li ġejjin:

(i) 

l-iżvilupp tal-aħjar prattiki ġenerali u speċifiċi għall-ispeċijiet jew kodiċijiet ta’ mġiba dwar il-bijosigurtà jew dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali u t-trattament xieraq tal-annimali fis-settur tal-akkwakultura;

(ii) 

l-inizjattivi li għandhom l-għan li jnaqqsu d-dipendenza tal-akkwakultura fuq il-mediċina veterinarja;

(iii) 

studji veterinarji jew farmaċewtiċi u d-disseminazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki rigward mard veterinarju fl-akkwakultura, bil-għan tal-promozzjoni ta’ użu xieraq tal-mediċina veterinarja;

(iv) 

l-istabbiliment u l-operat ta’ gruppi għall-protezzjoni tas-saħħa fis-settur tal-akkwakultura kif rikonoxxuti mill-Istati Membri; jew

(v) 

kumpens lill-persuni li jaħdmu fil-farms tal-molluski għas-sospensjoni temporanja tal-attivitajiet tagħhom minħabba mortalità eċċezzjonali tal-massa, jekk ir-rata tal-mortalità taqbeż l-20 % jew jekk it-telf li jirriżulta mis-sospensjoni tal-attività jammonta għal aktar minn 30 % tal-fatturat annwali tan-negozju kkonċernat, ikkalkolat abbażi tal-fatturat medju ta’ dak in-negozju matul it-tliet snin kalendarji ta’ qabel is-sena li fiha ġew sospiżi l-attivitajiet.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli speċjali ta’ kalkolu fir-rigward ta’ kumpaniji b’inqas minn tliet snin ta’ attività.

L-għajnuna msemmija fil-punt (b)(iii) ma għandhiex tkopri x-xiri ta’ mediċini veterinarji.

Ir-riżultati tal-istudji ffinanzjati skont il-punt (b)(iii) għandhom jiġu rrapportati u rreklamati b’mod adegwat mill-Istat Membru.

2.  
L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ servizz issussidjat jew għotja diretta.
3.  
Għall-finijiet tal-punt (b)(i) sa (iv) fil-paragrafu 1, il-kostijiet eliġibbli huma l-kostijiet addizzjonali diretti mġarrba b’riżultat tal-miżuri kkonċernati. Għall-finijiet tal-punt (b)(v) fil-paragrafu 1, il-kostijiet eliġibbli huma l-kostijiet addizzjonali diretti mġarrba u/jew l-introjtu mitluf b’riżultat tal-miżuri kkonċernati.
4.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 42

Għajnuna għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard

1.  

L-għajnuna għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard fl-intrapriżi tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna tappoġġa l-kostijiet tal-prevenzjoni, kontroll u qerda ta’:

(a) 

il-mard fl-akkwakultura elenkat fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, jew inkluż fil-lista ta’ mard tal-annimali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, inklużi l-kostijiet operazzjonali meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-obbligi fi pjan ta’ eradikazzjoni;

(b) 

mard emerġenti li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2016/429;

(c) 

iż-żoonożi tal-annimali akkwatiċi elenkati fil-punt 2 tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 24 ); jew

(d) 

mard għajr marda elenkata msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 226 ta’ dak ir-Regolament.

2.  
L-għajnuna għandha titħallas biss b’rabta ma’ mard ta’ annimali akkwatiċi li għalihom jeżistu regoli tal-Unjoni jew nazzjonali, kemm jekk stabbiliti minn liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva.
3.  

L-għajnuna tista’ tkopri biss il-kostijiet eliġibbli li ġejjin għall-finijiet ta’ prevenzjoni, kontroll u qerda:

(a) 

il-kontrolli tas-saħħa, l-analiżijiet, it-testijiet, u miżuri oħra ta’ skrinjar;

(b) 

it-titjib ta’ miżuri ta’ bijosigurtà;

(c) 

ix-xiri, il-ħżin, l-amministrazzjoni jew id-distribuzzjoni ta’ vaċċini, mediċini, u sustanzi għat-trattamenti tal-annimali;

(d) 

l-iskarnar, il-qtil, u l-qerda tal-annimali;

(e) 

il-qerda ta’ prodotti tal-annimali u ta’ prodotti marbuta magħhom;

(f) 

it-tindif, id-diżinfezzjoni jew id-diżinfezzjoni tal-azjenda u tat-tagħmir; jew

(g) 

il-ħsara mġarrba minħabba l-iskarnar, il-qtil jew il-qerda ta’ annimali, ta’ prodotti tal-annimali, u ta’ prodotti marbuta magħhom.

4.  
L-għajnuna ma għandhiex tkun relatata ma’ miżuri li l-kost tagħhom, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni teħtieġ li jitħallas mill-benefiċjarju, sakemm il-kost ta’ tali miżuri ma jkunx kompletament paċut minn imposti obbligatorji fuq il-benefiċjarji.
5.  
L-iskemi ta’ għajnuna relatati ma’ marda tal-annimali għandhom jiġu introdotti fi żmien tliet snin u l-għajnuna għandha titħallas fi żmien erba’ snin mid-data tal-okkorrenza tal-ispiża jew tal-ħsara kkawżata mill-marda tal-annimali.
6.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 43

Għajnuna għall-investiment maħsub biex itaffi l-ħsara kkawżata mill-mard tal-annimali

1.  
L-għajnuna għall-investiment maħsub biex itaffi l-ħsara kkawżata mill-mard tal-annimali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-investiment isegwi primarjament l-għan li jipprevjeni jew jimmitiga l-ħsara kkawżata minn mard tal-annimali taħt l-Artikolu 42(1), punt (a), ta’ dan ir-Regolament.
2.  

L-għajnuna tista’ biss tkopri l-kostijiet eliġibbli li huma diretti u speċifiċi għal miżuri preventivi. Il-kostijiet jistgħu jinkludu biss il-kostijiet:

(a) 

għall-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli; jew

(b) 

ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi.

3.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 65 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 44

Għajnuna għall-assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura

1.  

L-għajnuna għall-assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a) 

l-għajnuna tippromwovi s-salvagwardja tal-introjtu tal-produtturi tal-akkwakultura; kif ukoll

(b) 

l-għajnuna tikkontribwixxi għal assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura li tkopri t-telf ekonomiku minħabba mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

diżastri naturali;

(ii) 

avvenimenti klimatiċi negattivi;

(iii) 

bidliet f’daqqa fil-kwalità u l-kwantità tal-ilma li l-operatur ma jkunx responsabbli għalihom;

(iv) 

mard fis-settur tal-akkwakultura, ħsarat fil-faċilitajiet tal-produzzjoni jew il-qerda tagħhom, li l-operatur ma jkunx responsabbli għalihom;

(v) 

kriżijiet tas-saħħa pubblika;

(vi) 

telf ta’ produzzjoni minħabba attakk minn annimali predatorji jew protetti;

(vii) 

l-assigurazzjoni m’għandhiex teħtieġ jew tispeċifika t-tip jew il-kwantità ta’ produzzjoni futura u l-għajnuna mhijiex limitata għall-assigurazzjoni pprovduta minn kumpanija tal-assigurazzjoni speċifika jew grupp ta’ kumpaniji.

2.  
L-okkorrenza taċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (b) (i), (ii) u (v) tal-paragrafu 1 fl-akkwakultura għandha tiġi rikonoxxuta formalment bħala tali mill-Istat Membru kkonċernat.
3.  
L-Istati Membri jistgħu, fejn xieraq, jistabbilixxu kriterji minn qabel li abbażi tagħhom għandu jitqies li ngħata r-rikonoxximent formali msemmi fil-paragrafu 2.
4.  
Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, punt (b), għandhom jirrelataw mal-kopertura tal-kostijiet sa 70 % ta’ primjum għal kuntratt li jkopri sa 100 % tat-telf ekonomiku potenzjali.

Taqsima 3

Miżuri relatati mal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar

Artikolu 45

Għajnuna għall-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni

1.  

L-għajnuna għall-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a) 

l-għajnuna tippromwovi miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura; kif ukoll

(b) 

l-għajnuna timmira lejn:

(i) 

il-ħolqien ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali li għandhom jiġu rikonoxxuti f’konformità mat-Taqsima II tal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013;

(ii) 

is-sejba ta’ swieq ġodda u t-titjib tal-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, inklużi:

— 
speċijiet b’potenzjal ta’ kummerċjalizzazzjoni;
— 
qabdiet mhux mixtieqa li jinħattu l-art minn stokkijiet kummerċjali f’konformità mal-miżuri tekniċi skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u l-punt (b) tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013;
— 
prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura miksuba bl-użu ta’ metodi b’impatt baxx fuq l-ambjent, jew prodotti tal-akkwakultura organiċi skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2018/848;
(iii) 

il-promozzjoni tal-kwalità u tal-valur miżjud permezz tal-faċilitazzjoni ta’:

— 
l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ prodott partikolari u l-adattament tal-operaturi kkonċernati għar-rekwiżiti rilevanti ta’ konformità u ċertifikazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 25 );
— 
iċ-ċertifikazzjoni u l-promozzjoni ta’ prodotti sostenibbli tas-sajd u tal-akkwakultura, inklużi prodotti minn sajd kostali fuq skala żgħira, u ta’ metodi tal-ipproċessar li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;
— 
il-kummerċjalizzazzjoni diretta ta’ prodotti tas-sajd minn sajjieda kostali fuq skala żgħira, sajjieda migratorji, sajjieda fl-ilmijiet interni, sajjieda li jistadu bil-wieqfa jew produtturi tal-akkwakultura;
— 
il-preżentazzjoni u l-imballaġġ tal-prodotti;
(iv) 

il-kontribut għat-trasparenza tal-produzzjoni u s-swieq u t-twettiq ta’ stħarriġ u studji tas-suq dwar id-dipendenza tal-Unjoni fuq l-importazzjonijiet;

(v) 

il-kontribut għat-traċċabbiltà tal-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura u, fejn rilevanti, l-iżvilupp ta’ ekotikketta għall-Unjoni kollha għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1379/2013;

(vi) 

it-tfassil ta’ kuntratti standard għall-SMEs li huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni;

(vii) 

it-twettiq ta’ kampanji reġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali ta’ komunikazzjoni u promozzjoni, biex ikabbru l-għarfien dwar il-prodotti sostenibbli tas-sajd u tal-akkwakultura.

2.  
L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ servizz issussidjat jew għotja diretta.
3.  

L-għajnuna tista’ tkopri biss il-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

(a) 

kostijiet diretti tas-salarji

(b) 

ħlasijiet tal-parteċipazzjoni;

(c) 

kostijiet għall-ivvjaġġar;

(d) 

kostijiet għall-pubblikazzjonijiet;

(e) 

studji mixtrija;

(f) 

il-kera ta’ bini għall-wirjiet u l-istands għalihom u l-kostijiet għall-istallazzjoni u ż-żarmar tagħhom; jew

(g) 

il-kostijiet għat-tixrid tal-għarfien xjentifiku u l-informazzjoni fattwali dwar il-prodotti ġeneriċi tas-sajd u l-benefiċċji nutrittivi tagħhom u l-użi ssuġġeriti għalihom.

4.  
L-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jistgħu jinkludu l-attivitajiet ta’ produzzjoni, ipproċessar u kummerċjalizzazzjoni tul il-katina tal-provvista. L-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (b)(vii) tal-paragrafu 1 ma għandhomx jirreferu għal xi intrapriża, isem tad-ditta jew oriġini partikolari.
5.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 46

Għajnuna għall-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

1.  

L-għajnuna għall-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna tappoġġa l-investimenti fl-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u l-għajnuna għandha l-għan li tappoġġa miżuri li:

(a) 

jikkontribwixxu għall-iffrankar tal-enerġija jew għat-tnaqqis tal-impatt fuq l-ambjent, inkluż it-trattament tal-iskart;

(b) 

itejbu s-sikurezza, l-iġjene, is-saħħa u l-kundizzjonijiet tax-xogħol;

(c) 

jappoġġaw l-ipproċessar tal-qabdiet ta’ ħut kummerċjali li ma jistax ikun destinat għall-konsum mill-bniedem;

(d) 

jirrigwardjaw l-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji li jirriżultaw minn attivitajiet ewlenin ta’ pproċessar;

(e) 

jirrigwardjaw l-ipproċessar ta’ prodotti organiċi tal-akkwakultura skont l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (UE) Nru 2018/848;

(f) 

iwasslu għal prodotti ġodda jew imtejba, proċessi ġodda jew imtejba, jew sistemi ta’ ġestjoni u organizzazzjoni ġodda jew imtejba;

(g) 

jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għall-kostijiet tal-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-mard imsemmi fl-Artikolu 42, punt (a)(1); jew

(h) 

jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ta’ prevenzjoni u mitigazzjoni tal-investimenti taħt il-kundizzjoni tal-Artikolu 43.

2.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. L-ammont tal-għajnuna mogħtija għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard taħt il-paragrafu 1, il-punt (g) ta’ dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tal-kostijiet eliġibbli. L-għajnuna għall-investiment għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara taħt il-paragrafu 1, il-punt (h), ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex taqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 65 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Taqsima 4

Kategoriji oħrajn ta’ għajnuna

Artikolu 47

Għajnuna għall-ġbir, il-ġestjoni, l-użu u l-ipproċessar tad-data fis-settur tas-sajd

1.  
L-għajnuna għall-ġbir, il-ġestjoni, l-użu u l-ipproċessar ta’ data bijoloġika, ambjentali, teknika u soċjoekonomika fis-settur tas-sajd li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna tappoġġa l-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data, kif previst fl-Artikolu 25(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u kif speċifikat aktar fir-Regolament (KE) Nru 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 26 ).
2.  

L-għajnuna għandha tkopri biss il-miżuri li ġejjin:

(a) 

il-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data għall-fini tal-analiżi xjentifika u l-implimentazzjoni tal-PKS;

(b) 

programmi nazzjonali, tranżnazzjonali u subnazzjonali ta’ kampjunar pluriennali, sakemm dawn ikunu relatati mal-istokkijiet koperti mill-PKS;

(c) 

il-monitoraġġ fuq il-baħar tas-sajd kummerċjali u rikreattiv, inkluż il-monitoraġġ tal-qabdiet aċċessorji ta’ organiżmi tal-baħar bħal mammiferi u għasafar tal-baħar;

(d) 

l-istħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar; jew

(e) 

it-titjib tas-sistemi ta’ ġbir tad-data u ta’ ġestjoni tad-data u l-implimentazzjoni ta’ studji pilota biex jittejbu s-sistemi eżistenti ta’ ġbir tad-data u ta’ ġestjoni tad-data.

3.  

L-għajnuna tista’ tkopri kwalunkwe waħda mill-kostijiet eliġibbli li ġejjin imġarrba direttament bħala riżultat tal-miżuri appoġġati.

(a) 

kostijiet diretti tas-salarji

(b) 

ħlasijiet tal-parteċipazzjoni;

(c) 

kostijiet għall-ivvjaġġar;

(d) 

kostijiet għall-pubblikazzjonijiet;

(e) 

investimenti fis-sistemi tal-ġbir tad-data u tal-ġestjoni tad-data;

(f) 

servizzi ta’ ġbir ta’ data mixtrija.

4.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 48

Għajnuna maħsuba biex tipprevjeni u ttaffi l-ħsara kkawżata minn diżastri naturali

1.  
L-għajnuna maħsuba biex tipprevjeni u ttaffi l-ħsara kkawżata minn diżastri naturali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-investiment isegwi primarjament l-għan li jipprevjeni jew jimmitiga l-ħsara kkawżata minn diżastri naturali.
2.  
Għal investiment li jeħtieġ valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE l-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li tkun saret tali valutazzjoni u li jkun ingħata l-permess għall-iżvilupp għall-proġett ta’ investiment ikkonċernat qabel id-data tal-għoti tal-għajnuna individwali.
3.  

L-għajnuna tista’ biss tkopri l-kostijiet eliġibbli li huma diretti u speċifiċi għal miżuri preventivi. Il-kostijiet jistgħu jinkludu biss il-kostijiet li ġejjin:

(a) 

għall-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli;

(b) 

ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi.

4.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 65 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 49

Għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali

1.  

L-għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 107(2) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a) 

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tkun irrikonoxxiet formalment il-karattru tal-avveniment bħala diżastru naturali; kif ukoll

(b) 

ikun hemm rabta kawżali diretta bejn id-diżastru naturali u l-ħsara mġarrba mill-impriża.

2.  
L-Istati Membri jistgħu, fejn xieraq, jistabbilixxu minn qabel kriterji li abbażi tagħhom jitqies li ngħata r-rikonoxximent formali msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu.
3.  
L-għajnuna għandha titħallas direttament lill-impriża kkonċernata jew lil grupp jew organizzazzjoni ta’ produtturi li tagħhom dik l-impriża tkun membru. Meta l-għajnuna titħallas lil grupp jew organizzazzjoni ta’ produtturi, l-ammont ta’ għajnuna ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ għajnuna li għalih tkun eliġibbli dik l-impriża.
4.  
L-iskemi ta’ għajnuna relatati ma’ diżastru naturali speċifiku għandhom jiġu stabbiliti fi żmien tliet snin mid-data li fiha seħħ id-diżastru naturali. L-għajnuna għandha titħallas fi żmien erba’ snin minn dik id-data.
5.  

Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jkunu l-ħsara mġarrba bħala konsegwenza diretta tad-diżastru naturali, kif ivvalutata minn awtorità pubblika kompetenti, minn espert indipendenti rikonoxxut mill-awtorità tal-għoti jew minn impriża tal-assigurazzjoni. Dik il-ħsara tista’ tinkludi dawn li ġejjin:

(a) 

ħsara materjali lil assi bħal bini, tagħmir, makkinarju, ħażniet u mezzi ta’ produzzjoni; jew

(b) 

telf ta’ introjtu minħabba l-qerda sħiħa jew parzjali tal-produzzjoni tas-sajd jew tal-akkwakultura jew il-mezzi ta’ tali produzzjoni għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur mill-okkorrenza tad-diżastru.

6.  
Il-kalkolu tal-ħsara materjali għandha tkun ibbażata fuq il-kost tat-tiswijiet jew il-valur ekonomiku tal-assi affettwati qabel id-diżastru. Dan ma għandux jaqbeż il-kost tat-tiswijiet jew it-tnaqqis fil-valur ġust tas-suq ikkawżat mid-diżastru naturali, jiġifieri d-differenza bejn il-valur tal-assi immedjatament qabel u immedjatament wara d-diżastru.
7.  

It-telf tal-introjtu għandu jiġi kkalkolat billi jitnaqqas:

(a) 

ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura prodotti fis-sena tad-diżastru naturali, jew f’kull sena sussegwenti affettwata mill-qerda sħiħa jew parzjali tal-mezzi ta’ produzzjoni, bil-prezz tal-bejgħ medju miksub matul dik is-sena; minn

(b) 

ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità annwali medja tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura prodotti fil-perjodu ta’ tliet snin qabel id-diżastru naturali, jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perjodu ta’ ħames snin qabel id-diżastru naturali, minbarra l-ogħla u l-inqas entrata, bil-prezz tal-bejgħ medju miksub.

8.  
Il-ħsara għandha tiġi kkalkolata fil-livell tal-impriża individwali. Meta SME tkun ġiet stabbilita inqas minn tliet snin mid-data tal-okkorrenza tal-avveniment, ir-referenza għall-perjodi ta’ tliet snin fil-paragrafu 7, punt (b), għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-fatturat iġġenerat jew il-kwantità ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura prodotti u mibjugħa minn impriża medja tal-istess daqs bħall-applikant, jiġifieri mikrointrapriża jew intrapriża żgħira jew ►C1  intrapriża medja ◄ , rispettivament, fis-settur nazzjonali jew reġjonali affettwat mill-avveniment klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali.
9.  
L-għajnuna mogħtija u kwalunkwe pagament ieħor riċevut biex jikkumpensaw għall-ħsara, inklużi l-pagamenti taħt il-poloz tal-assigurazzjoni, għandhom ikunu limitati għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 50

Għajnuna biex tipprevjeni u ttaffi l-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali

1.  
L-għajnuna għal investimenti għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastri naturali, li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  
Għal investiment li jeħtieġ valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE l-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li tkun saret tali valutazzjoni u li jkun ingħata l-permess għall-iżvilupp għall-proġett ta’ investiment ikkonċernat qabel id-data tal-għoti tal-għajnuna individwali.
3.  

L-għajnuna tista’ biss tkopri l-kostijiet eliġibbli li huma diretti u speċifiċi għal miżuri preventivi. Il-kostijiet jistgħu jinkludu l-kostijiet għal waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

għall-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli;

(b) 

ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi.

4.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 65 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 51

Għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali

1.  
L-għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  

Għajnuna li twettaq il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rrikonoxxiet formalment it-tip ta' avveniment klimatiku avvers li jista' jiġi assimilat ma' diżastru naturali; kif ukoll

(b) 

hemm rabta ta' kawżalità diretta bejn l-avveniment klimatiku avvers li jista’ jitqabbel ma’ diżastru naturali u d-dannu mġarrab mill-impriża.

3.  
Fejn xieraq, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu bil-quddiem kriterji li abbażi tagħhom jitqies li jkun ingħata r-rikonoxximent formali msemmi fil-punt (2)(a) ta’ dan l-Artikolu.
4.  
L-għajnuna għandha titħallas direttament lill-impriża kkonċernata.
5.  
L-iskemi tal-għajnuna għandhom jiġu stabbiliti fi żmien tliet snin wara d-data tal-okkorrenza tal-avveniment klimatiku avvers li jista' jkun assimilat ma' diżastru naturali. L-għajnuna għandha titħallas fi żmien erba’ snin minn dik id-data.
6.  

Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jkunu d-danni mġarrba bħala konsegwenza diretta tad-diżastru naturali, kif stmati mill-awtorità pubblika indipendentement mill-awtorità awtorizzanti, espert indipendenti rikonoxxut mill-awtorità tal-awtorizzanti jew minn impriża tal-assigurazzjoni. Dik il-ħsara tista’ tinkludi dawn li ġejjin:

(a) 

ħsara materjali lil assi bħal bini, tagħmir, makkinarju, ħażniet u mezzi ta’ produzzjoni; jew

(b) 

telf ta’ introjtu minħabba l-qerda sħiħa jew parzjali tal-produzzjoni tas-sajd jew tal-akkwakultura jew il-mezzi ta’ tali produzzjoni għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur mill-okkorrenza tal-avveniment klimatiku negattiv li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali.

7.  
Il-kalkolu tal-ħsara materjali għandu jkun ibbażat fuq il-kost tat-tiswija jew il-valur ekonomiku tal-assi affettwat qabel l-avveniment klimatiku negattiv li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali. Dan ma għandux jaqbeż il-kost tat-tiswija jew it-tnaqqis fil-valur ġust tas-suq ikkawżat mill-avveniment klimatiku negattiv li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali, jiġifieri d-differenza bejn il-valur tal-assi immedjatament qabel u immedjatament wara l-avveniment klimatiku negattiv li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali.
8.  

It-telf tal-introjtu għandu jiġi kkalkolat billi jitnaqqas:

(a) 

ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura manifatturati fis-sena tal-avveniment klimatiku negattiv li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali, jew f’kull sena sussegwenti affettwata mill-qerda totali jew parzjali tal-mezzi ta’ produzzjoni, mal-prezz medju tal-bejgħ miksub matul dik is-sena; minn

(b) 

ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità annwali medja ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura manifatturati fil-perjodu ta’ tliet snin qabel l-avveniment klimatiku negattiv li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali, jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perjodu ta’ ħames snin qabel l-avveniment klimatiku negattiv li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali, minbarra l-ogħla u l-inqas entrata, mal-prezz medju tal-bejgħ miksub.

9.  
Il-ħsara għandha tiġi kkalkolata fil-livell tal-impriża individwali. Meta SME tkun ġiet stabbilita inqas minn tliet snin mid-data tal-okkorrenza tal-avveniment, ir-referenza għall-perjodi ta’ tliet snin fil-paragrafu 7, punt (b), għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-fatturat iġġenerat jew il-kwantità ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura prodotti u mibjugħa minn impriża medja tal-istess daqs bħall-applikant, jiġifieri mikrointrapriża jew intrapriża żgħira jew ►C1  intrapriża medja ◄ , rispettivament, fis-settur nazzjonali jew reġjonali affettwat mill-avveniment klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali.
10.  
L-għajnuna mogħtija u kwalunkwe pagament ieħor riċevut biex jikkumpensaw għall-ħsara, inklużi l-pagamenti taħt il-poloz tal-assigurazzjoni, għandhom ikunu limitati għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 52

Għajnuna maħsuba biex tevita u ttaffi l-ħsara kkawżata minn annimali protetti

1.  

L-għajnuna għall-investimenti maħsuba biex tikkumpensa għall-ħsara kkawżata mill-imġiba tal-annimali protetti fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a) 

l-investiment primarjament għandu l-għan li jipprevjeni jew itaffi l-ħsara kkawżata mill-imġiba tal-annimali protetti;

(b) 

fir-rigward tas-sajd, l-objettiv tal-investiment huwa li jipprevjeni u jtaffi d-depredazzjoni jew li jipprevjeni u jimmitiga l-ħsara lill-irkaptu tas-sajd jew lil materjal operatorju ieħor ikkawżata mill-imġiba ta’ annimal protett.

2.  
Għal investiment li jeħtieġ valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE l-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li tkun saret tali valutazzjoni u li jkun ingħata l-permess għall-iżvilupp għall-proġett ta’ investiment ikkonċernat qabel id-data tal-għoti tal-għajnuna individwali.
3.  

L-għajnuna tista’ biss tkopri l-kostijiet eliġibbli li huma diretti u speċifiċi għal miżuri preventivi. Il-kostijiet jistgħu jinkludu wieħed mill-kostijiet li ġejjin:

(a) 

għall-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli;

(b) 

ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi.

▼M2

4.  
L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

▼B

Artikolu 53

Għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti

1.  

L-għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a) 

ikun hemm rabta kawżali diretta bejn il-ħsara mġarrba u l-imġiba tal-annimali protetti;

(b) 

il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu l-kostijiet tal-ħsara mġarrba bħala konsegwenza diretta tal-avveniment li kkawża l-ħsara, kif ivvalutati minn awtorità pubblika, minn espert indipendenti rikonoxxut mill-awtorità tal-għoti jew minn impriża tal-assigurazzjoni; kif ukoll

(c) 

għas-sajd, l-għajnuna fir-rigward tal-ħsara għall-annimali hija limitata għall-ħsara lill-qabdiet

2.  

Il-ħsara li għandu jsir tajjeb għaliha tista’ tinkludi dawn li ġejjin:

(a) 

ħsara għall-annimali fl-akkwakultura: il-kostijiet eliġibbli huma bbażati fuq il-valur tas-suq tal-annimal danneġġjat jew maqtul mill-annimali protetti;

(b) 

ħsara lill-qabdiet fis-settur tas-sajd ikkawżata minn annimali protetti; jew

(c) 

il-ħsara materjali għall-assi li ġejjin: tagħmir, makkinarju, proprjetà.

3.  
Il-valur tas-suq imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-valur tal-annimali immedjatament qabel ma seħħet il-ħsara kkawżata mill-imġiba tal-annimali protetti, u bħallikieku ma ġewx affettwati mill-imġiba tal-annimali protetti.
4.  
Il-kalkolu tal-ħsara materjali għandha tkun ibbażata fuq il-kost tat-tiswijiet jew il-valur ekonomiku tal-assi affettwati qabel ma seħħet il-ħsara. Dan ma jistax jaqbeż il-kost tat-tiswija jew it-tnaqqis fil-valur tas-suq ġust ikkawżat mill-annimali protetti, jiġifieri d-differenza bejn il-valur tal-assi immedjatament qabel u immedjatament wara li seħħet il-ħsara.
5.  
Il-ħsara li trid tiġi kkumpensata tista’ tiżdied b’kostijiet oħra mġarrba mill-impriża benefiċjarja minħabba l-imġiba tal-annimali protetti, u għandha titnaqqas bi kwalunkwe kost li ma jkunx iġġarrab direttament minħabba l-imġiba tal-annimali protetti li kieku kienu jiġġarrab mill-impriża benefiċjarja, u bi kwalunkwe dħul magħmul mill-bejgħ ta’ prodotti marbuta mal-annimali li ġarrbu ħsara jew li nqatlu.
6.  
Ħlief għall-ewwel attakki minn annimali protetti, huwa meħtieġ sforz raġonevoli mill-impriżi benefiċjarji biex jittaffa r-riskju ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u biex jiġi pprovdut inċentiv sabiex ir-riskju jitnaqqas kemm jista’ jkun. Dan l-isforz għandu jieħu l-forma ta’ miżuri preventivi, bħal ċnut tas-sikurezza, li huma proporzjonati għar-riskju ta’ ħsara kkawżata mill-imġiba tal-annimali protetti fiż-żona kkonċernata, sakemm tali miżuri ma jkunux raġonevolment possibbli.
7.  
L-għajnuna għandha titħallas direttament lill-impriża kkonċernata jew lil grupp jew organizzazzjoni ta’ produtturi li tagħhom dik l-impriża tkun membru. Meta l-għajnuna titħallas lil grupp jew lil organizzazzjoni ta’ produtturi, l-ammont ta’ għajnuna ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ għajnuna li għalih hija eliġibbli dik l-intrapriża.
8.  
L-iskema ta’ għajnuna għandha tiġi stabbilita fi żmien tliet snin mid-data tal-okkorrenza tal-event dannuż. L-għajnuna għandha titħallas fi żmien erba’ snin minn dik id-data.
9.  
L-għajnuna mogħtija u kwalunkwe pagament ieħor riċevut biex jikkumpensaw għall-ħsara, inklużi l-pagamenti taħt il-poloz tal-assigurazzjoni, għandhom ikunu limitati għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 54

Għajnuna għal proġetti tas-CLLD

1.  
L-għajnuna għall-kostijiet imġarrba mill-SMEs li jipparteċipaw fi proġetti tal-CLLD taħt ir-Regolament (UE) 2021/1139, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, dment li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.

▼M2

2.  
L-għajnuna għall-kostijiet imġarrba mill-muniċipalitajiet li jipparteċipaw fi proġetti tas-CLLD, imsemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u implimentati skont il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura favur il-proġetti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-ambitu tal-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.

▼B

3.  

Il-kostijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-proġetti tas-CLLD:

(a) 

il-kostijiet tal-appoġġ preparatorju, il-bini tal-kapaċità, it-taħriġ u n-networking bil-ħsieb tat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ strateġija tas-CLLD imsemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 27 );

(b) 

l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet approvati;

(c) 

it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni tal-grupp;

(d) 

l-ispejjeż tat-tmexxija marbutin mal-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità; jew

(e) 

animazzjoni tal-istrateġija tal-CLLD sabiex tiffaċilita l-iskambju bejn il-partijiet ikkonċernati biex jipprovdu informazzjoni u jippromwovu l-istrateġija u l-proġetti, u biex jappoġġaw benefiċjarji potenzjali bil-għan li jiżviluppaw operazzjonijiet u jħejju applikazzjonijiet.

4.  

Il-kostijiet imġarrba mill-muniċipalitajiet li jipparteċipaw fi proġetti tas-CLLD, imsemmija fil-paragrafu 1, jistgħu jkunu eliġibbli biss għall-għajnuna skont dan l-Artikolu dment li jiġu segwiti f’waħda mill-oqsma li ġejjin:

(a) 

ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni;

(b) 

l-ambjent;

(c) 

l-impjiegi u t-taħriġ;

(d) 

il-konservazzjoni tal-kultura u l-patrimonju;

(e) 

il-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi marittimi u tal-ilma ħelu;

(f) 

il-promozzjoni ta' prodotti tal-ikel li mhumiex elenkati fl-Anness I tat-TFUE;

(g) 

l-isport.

5.  
L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż ir-rati massimi ta’ appoġġ previsti għal kull tip ta’ operazzjoni fir-Regolament (UE) 2021/1139.

Artikolu 55

Ammonti limitati ta’ għajnuna għal proġetti tas-CLLD

1.  
Għajnuna lil intrapriżi li jipparteċipaw fi proġetti tal-Grupp tas-CLLD jew li jibbenefikaw minnhom, kif imsemmi fl-Artikolu 54(1) ta’ dan ir-Regolament, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament jiġu ssodisfati.
2.  
L-għajnuna lill-muniċipalitajiet li jipparteċipaw fil-proġetti tas-CLLD, jew li jibbenefikaw minnhom, kif imsemmi fl-Artikolu 54(1) ta’ dan ir-Regolament, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.
3.  

Il-kostijiet imġarrba mill-muniċipalitajiet li jipparteċipaw fi proġetti tas-CLLD, imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jistgħu jkunu eliġibbli biss għall-għajnuna skont dan l-Artikolu dment li jiġu segwiti f’waħda mill-oqsma li ġejjin:

(a) 

ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni;

(b) 

l-ambjent;

(c) 

l-impjiegi u t-taħriġ;

(d) 

il-konservazzjoni tal-kultura u l-patrimonju;

(e) 

il-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi marittimi u tal-ilma ħelu;

(f) 

il-promozzjoni ta' prodotti tal-ikel li mhumiex elenkati fl-Anness I tat-TFUE;

(g) 

l-isport.

4.  
L-ammont totali ta’ għajnuna skont dan l-Artikolu mogħtija għal kull proġett ma għandux jaqbeż il-EUR 200 000 .

Artikolu 56

Eżenzjonijiet u tnaqqis mit-taxxa skont id-Direttiva 2003/96/KE

1.  
Għajnuna fil-forma ta' eżenzjonijiet jew tnaqqis mit-taxxa adottati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 15(1), punt (f) u l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2003/96/KE għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3), punt (c) u eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2003/96/KE u fil-Kapitolu I ta' dan ir-Regolament huma ssodisfati.
2.  
L-impriża benefiċjarja tal-eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxa għandhom jiġu magħżula abbażi ta' kriterji trasparenti u oġġettivi. Fejn applikabbli, huma għandhom iħallsu mill-inqas il-livell minimu rispettiv ta’ tassazzjoni stabbilit mid-Direttiva 2003/96/KE.

▼M1

3.  
Dan l-Artikolu għandu japplika sat-30 ta’ Ġunju 2023.

▼B

KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali

Artikolu 57

Applikazzjoni kontinwa tar-Regolament (UE) Nru 1388/2014

L-Artikolu 47 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1388/2014 ( 28 ) jiddikjara li dak ir-Regolament għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2022. Ir-Regolament preżenti se jissostitwixxi r-Regolament (UE) Nru 1388/2014 mal-iskadenza tiegħu.

Artikolu 58

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.  
Dan ir-Regolament għandu japplika għal għajnuna individwali mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, jekk l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stipulati f’dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 9.
2.  
Kwalunkwe għajnuna mhux eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE taħt dan ir-Regolament jew ta’ regolamenti oħrajn adottati skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2015/1588 li kienu fis-seħħ qabel għandha tiġi vvalutata mill-Kummissjoni f’konformità mal-oqfsa, il-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi rilevanti.
3.  
Kwalunkwe għajnuna individwali mogħtija qabel l-1 ta’ Jannar 2023 skont kwalunkwe regolament adottat skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2015/1588 li kien fis-seħħ qabel fil-ħin tal-għoti tal-għajnuna għandha tkun kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.
4.  
Fi tmiem il-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe skema ta’ għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament għandha tibqa’ eżentata matul perjodu ta’ aġġustament ta’ sitt xhur.

Artikolu 59

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2029.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs)

1.    Intrapriża

Intrapriża hija kkunsidrata bħala kull entità involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-forma legali tagħha. Din tinkludi, b'mod partikolari, persuni li jaħdmu għal rashom u negozji tal-familja involuti fi snajja' jew attivitajiet oħra, u sħubiji jew assoċjazzjonijiet involuti regolarment f'attività ekonomika.

2.    L-għadd ta' persunal u l-limiti stabbiliti finanzjarji li jiddeterminaw il-kategoriji tal-intrapriżi

2.1. Il-kategorija ta ’ ►C1  intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju ◄ (“SMEs”) hija magħmula minn intrapriżi li jħaddmu anqas minn 250 persuna u li għandhom fatturat annwali li ma jaqbiżx il-EUR 50 miljun, u/jew it-total annwali tal-karta tal-bilanċ tagħhom ma jaqbiżx it-EUR 43 miljun.

2.2. Fil-kategorija tal-SMEs, intrapriża żgħira hija definita bħala intrapriża li timpjega anqas minn 50 ruħ u li l-valur tal-introjtu annwali tagħha u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ tagħha ma jaqbiżx l-EUR 10 miljun.

2.3. Fil-kategorija tal-IŻM, mikrointrapriża hija definita bħala intrapriża li tħaddem anqas minn 10 persuni u li l-fatturat annwali tagħha u/jew it-total annwali tal-karta tal-bilanċ tagħha ma jaqbiżx l-EUR 2 miljun.

3.    It-tipi ta' intrapriża meqjusa fil-kalkolu tan-numru ta' impjegati u tal-ammonti finanzjarji

3.1. “Intrapriża awtonoma” hija kwalunkwe intrapriża li mhijiex ikklassifikata bħala intrapriża msieħba skont it-tifsira tal-punt 3.2 jew bħala intrapriża assoċjata skont it-tifsira tal-punt 3.3.

3.2. “Intrapriżi sħab” huma l-intrapriżi kollha li mhumiex ikklassifikati bħala intrapriżi assoċjati skont it-tifsira tal-punt 3.3 u li bejniethom hemm ir-relazzjoni li ġejja: intrapriża (intrapriża upstream) ikollha, waħedha jew flimkien ma’ intrapriża assoċjata waħda oħra jew aktar, skont it-tifsira tal-paragrafu 3.3, 25 % jew aktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot ta’ intrapriża oħra (intrapriża downstream).

Madankollu, intrapriża tista' tiġi kklassifikata bħala awtonoma, jiġifieri ma għandha ebda intrapriżi msieħba, anke jekk dan il-limitu ta' 25 % jintlaħaq jew jinqabeż mill-investituri segwenti, diment li dawk l-investituri ma jkunux assoċjati, skont it-tifsira tal-paragrafu 3, individwalment jew b'mod konġunt mal-intrapriża inkwistjoni:

(a) 

il-korporazzjonijiet ta’ investiment pubbliku, il-kumpaniji b’kapital ta’ riskju, l-individwi jew il-gruppi ta’ individwi b’attività regolari ta’ investiment f’kapital ta’ riskju li jinvestu l-kapital ta’ ekwità f’negozji mhux ikkwotati (investituri informali), diment li l-investiment totali ta’ dawk l-investituri informali fl-istess intrapriża jkun ta’ inqas minn EUR 1 250 000 ;

(b) 

universitajiet u ċentri ta' riċerka mingħajr skop ta' qligħ;

(c) 

investituri istituzzjonali, li jinkludu l-fondi għall-iżvilupp reġjonali;

(d) 

awtoritajiet lokali awtonomi b’baġit annwali ta’ inqas minn EUR 10 miljun u inqas minn 5 000  abitant.

3.3. “Intrapriżi assoċjati” huma intrapriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom:

(a) 

intrapriża li jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f'intrapriża oħra;

(b) 

intrapriża li jkollha d-dritt taħtar jew tneħħi maġġoranza mill-membri tal-korp amministrattiv, tal-ġestjoni jew dak ta' sorveljanza ta' intrapriża oħra;

(c) 

intrapriża li għandha d-dritt teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra skont kuntratt li tkun daħlet fih ma' dik l-intrapriża jew skont dispożizzjoni tal-memorandum jew tal-artikoli ta' assoċjazzjoni tagħha;

(d) 

intrapriża, li tkun azzjonista f'intrapriża oħra jew membru tagħha, li waħedha tikkontrolla, skont ftehim ma' azzjonisti oħra f'dik l-intrapriża jew membri tagħha, maġġoranza tad-drittijiet tal-voti tal-azzjonisti jew tal-membri f'dik l-intrapriża.

Hemm preżunzjoni li ma teżisti l-ebda influwenza dominanti jekk l-investituri elenkati fit-tieni subparagrafu tal-punt 3.2 ma jinvolvux ruħhom direttament jew indirettament fil-ġestjoni tal-intrapriża inkwistjoni, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħhom bħala azzjonisti.

L-intrapriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet deskritti fl-ewwel subparagrafu permezz ta’ intrapriża waħda oħra jew aktar, jew kwalunkwe wieħed mill-investituri msemmija fil-punt 3.2, jitqiesu wkoll bħala assoċjati.

Intrapriżi li għandhom waħda jew aktar minn dawn ir-relazzjonijiet permezz ta' persuna fiżika jew grupp ta' persuni fiżiċi li jaġixxu flimkien huma wkoll meqjusa bħala intrapriżi assoċjati jekk ikunu involuti fl-attività tagħhom jew f'parti mill-attività tagħhom fl-istess suq rilevanti jew fi swieq qrib.

“Suq qrib” huwa meqjus bħala suq għal prodotti jew servizzi li qegħdin direttament upstream jew downstream mas-suq rilevanti.

3.4. Ħlief fil-każijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-punt 3.2, intrapriża ma tistax titqies bħala SME jekk 25 % jew aktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot tagħha jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati, flimkien jew individwalment, minn korp pubbliku wieħed jew aktar.

3.5. L-intrapriżi jistgħu jiddikjaraw l-istatus tagħhom bħala intrapriża awtonoma, intrapriża msieħba jew intrapriża assoċjata, inkluża d-data rigward il-limiti stabbiliti fil-punt 2. Id-dikjarazzjoni tista' ssir anki jekk il-kapital ikun mifrux b'tali mod li mhux possibbli li jiġi stabbilit eżattament f'idejn min jinsab, f'liema każ l-intrapriża tista' tiddikjara b'bona fide li tista' leġittimament tippreżumi li mhijiex il-proprjetà b'25 % jew aktar ta' intrapriża waħda, jew b'mod konġunt minn intrapriżi assoċjati ma' xulxin. Dawn id-dikjarazzjonijiet isiru mingħajr ħsara għall-kontrolli u l-investigazzjonijiet li hemm stipulati fir-regoli nazzjonali jew tal-Unjoni.

4.    Data użata għall-għadd ta' persunal u l-ammonti finanzjarji u perjodu ta' referenza

4.1. Id-data li għandha tiġi applikata fil-kalkolu tal-għadd tal-persunal u l-ammonti finanzjarji hija dik li tirrigwarda l-aħħar perjodu kontabilistiku approvat u kkalkolat fuq bażi annwali. Dawn jiġu kkunsidrati mid-data tal-għeluq tal-kontijiet. L-ammont magħżul għall-fatturat huwa kkalkolat bl-esklużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u taxxi indiretti oħrajn.

4.2. Meta, fid-data tal-għeluq tal-kontijiet, intrapriża ssib li, fuq bażi annwali, hija tkun qabżet il-limiti tal-għadd ta’ persunal jew il-limiti finanzjarji ddikjarati fil-punt 2, jew tkun niżlet taħthom, dan ma jirriżultax fit-telf jew fl-akkwist tal-istatus ta’ mikrointrapriża jew ta’ intrapriża ta’ daqs medju jew żgħir, sakemm dawk il-limiti ma jinqabżux fuq żewġ perjodi kontabilistiċi konsekuttivi.

4.3. Fil-każ ta' intrapriżi li jkunu għadhom kif twaqqfu li l-kontijiet tagħhom ikunu għadhom ma ġewx approvati, id-data li għandha tiġi applikata hija dik meħuda minn stima magħmula in bona fide li tkun saret matul is-sena finanzjarja.

5.    L-għadd tal-persunal

L-għadd jikkorrispondi mal-għadd ta' unitajiet ta' xogħol annwali (AWU), jiġifieri l-għadd ta' persuni li ħadmu full-time fl-intrapriża inkwistjoni jew f'isimha matul is-sena ta' referenza sħiħa li tkun qed titqies. Ix-xogħol ta' persuni li ma ħadmux is-sena kollha, ix-xogħol ta' dawk li ħadmu part-time, mingħajr ma jitqies kemm damu jaħdmu, u x-xogħol ta' persunal staġjonali jingħaddu bħala frazzjonijiet tal-AWU. Il-persunal jikkonsisti f':

(a) 

impjegati;

(b) 

persuni li jaħdmu għall-intrapriża li taqa' taħtha u li jitqiesu bħala impjegati tagħha skont il-liġi nazzjonali;

(c) 

sidien-ġestjonarji;

(d) 

imsieħba li jkunu involuti f'attività regolari fl-intrapriża u li jibbenefikaw minn vantaġġi finanzjarji mill-intrapriża.

Apprendisti jew studenti involuti f'taħriġ vokazzjonali b'kuntratt ta' apprendistat jew ta' taħriġ vokazzjonali mhumiex inklużi bħala parti mill-persunal. Il-perjodu ta' liv tal-maternità jew tal-ġenituri ma jingħaddx.

6.    Kif tiġi stabbilita d-data ta' intrapriża

6.1. Fil-każ ta' intrapriża awtonoma, id-data, inkluż l-għadd tal-persunal, tiġi determinata esklussivament fuq il-bażi tal-kontabbiltà ta' dik l-intrapriża.

6.2. Id-data, inkluż l-għadd ta' impjegati, ta' intrapriża li għandha intrapriżi msieħba jew assoċjati, tiġi determinata abbażi tal-kontabbiltà u data oħra tal-intrapriża jew, fejn jeżistu, il-kontabbiltà konsolidata tal-intrapriża, jew il-kontijiet konsolidati li fihom l-intrapriża tkun inkluża permezz ta' konsolidazzjoni.

Mad-data li saret referenza għaliha fl-ewwel subparagrafu tiżdied id-data ta' kull intrapriża msieħba mal-intrapriża inkwistjoni li tkun tinsab immedjatament upstream jew downstream minnha. L-aggregazzjoni tkun proporzjonali għall-imgħax perċentwali fil-kapital jew fid-drittijiet ta' vot (liema minnhom ikun l-ikbar). Fil-każ ta' parteċipazzjonijiet inkroċjati, japplika l-ogħla perċentwali.

Mad-data li saret referenza għaliha fl-ewwel u t-tieni subparagrafu tiżdied 100 % tad-data ta' kull intrapriża li tkun marbuta direttament jew indirettament mal-intrapriża inkwistjoni, meta d-data ma tkunx diġà ġiet inkluża permezz ta' konsolidazzjoni fil-kontijiet.

6.3. Għall-applikazzjoni tal-punt 6.2:

(a) 

id-data tal-intrapriżi msieħba mal-intrapriża inkwistjoni tittieħed mill-kontijiet tagħhom u mid-data l-oħra tagħhom, ikkonsolidata jekk tkun teżisti. Ma’ din id-data tiżdied 100 % tad-data tal-intrapriżi li jkunu assoċjati ma’ dawn l-intrapriżi msieħba, sakemm id-data tal-kontijiet tagħhom ma tkunx ġiet inkluża diġà permezz ta’ konsolidazzjoni;

(b) 

id-data tal-intrapriżi li jkunu assoċjati mal-intrapriża inkwistjoni għandha tittieħed mill-kontijiet tagħhom u mid-data l-oħra tagħhom, ikkonsolidata jekk tkun teżisti. Ma’ din id-data tiżdied, pro rata, id-data ta’ kwalunkwe intrapriża msieħba possibbli ta’ dik l-intrapriża assoċjata, li tkun tinsab immedjatament upstream jew downstream minnha, sakemm ma tkunx ġiet inkluża diġà fil-kontijiet konsolidati b’persentaġġ li jkun mill-inqas proporzjonat mal-persentaġġ identifikat taħt il-punt 6.2 tat-tieni subparagrafu.

6.4. Meta fil-kontijiet konsolidati ma tidher l-ebda data dwar il-persunal għal xi impriża, il-figuri tal-persunal jiġu kkalkulati permezz ta' aggregazzjoni proporzjonali tad-data mill-intrapriżi msieħba tagħha u billi tiġi miżjuda d-data mill-intrapriżi li għaliha l-intrapriża inkwistjoni tiġi assoċjata.




ANNESS II

Informazzjoni dwar Għajnuna mill-Istat eżentata skont il-kundizzjonijiet ta' dan ir-Regolament

PARTI I

trid tiġi pprovduta permezz tas-sistema ta’ notifika elettronika stabbilita tal-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 11



Referenza tal-għajnuna

(għandha timtela mill-Kummissjoni )

L-Istat Membru

 

Numru ta’ referenza tal-Istat Membru

 

Reġjun

Isem ir-Reġjun(i) (NUTS (1))

………………………

imageIr-reġjuni ultraperiferiċi

imageGżejjer Griegi remoti

imageIl-gżejjer Kroati ta’ Dugi Otok, Vis, Mljet u Lastovo

imageOħrajn

L-awtorità tal-għotja

Isem

 

Indirizz postali

 

Indirizz tal-internet

 

Titolu tal-miżura ta’ għajnuna:

 

Il-bażi ġuridika nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni nazzjonali uffiċjali rilevanti)

 

Il-link tal-internet għat-test sħiħ tal-miżura ta' għajnuna

 

Tip ta' miżura

imageSkema

 

imageGħajnuna ad hoc

Isem il-benefiċjarju u l-grupp (2) li jappartjeni għalih

 

 

Emenda ta’ skema tal-għajnuna eżistenti jew tal-għajnuna ad hoc

 

Referenza tal-għajnuna tal-Kummissjon

imageEstensjoni

 

imageModifika

 

Durata (3)

imageSkema

minn jj/xx/ssss sa jj/xx/ssss

Data tal-għoti

imageGħajnuna ad hoc

jj/xx/ssss

Settur(i) ekonomiku(ċi) kkonċernat(i)

imageIs-setturi ekonomiċi kollha eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

 

imageLimitata għal ċerti setturi: Jekk jogħġbok speċifika fil-livell tal-grupp NACE (4)

 

Tip ta' benefiċjarju

imageSME

 

imageImpriżi kbar

 

Il-baġit

Ammont annwali totali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema (5)

Munita nazzjonali ………………….. (ammonti sħaħ)

Ammont globali tal-għajnuna ad hoc mogħtija lill-impriża (6)

Munita nazzjonali ………………….. (ammonti sħaħ)

imageGħall-garanziji (7)

Munita nazzjonali ………………….. (ammonti sħaħ)

L-istrument tal-għajnuna

imageGħotja/Sussidju tar-rata tal-imgħax

imageServizzi sussidjati

imageSelf/Ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli

imageGaranzija (fejn ikun xieraq b’referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (8))

imageVantaġġ fiskali jew eżenzjoni mit-taxxa

 

imageIeħor (jekk jogħġbok speċifika)

Indika f'liema kategorija wiesgħa hawn taħt toqgħod l-iktar f’termini tal-effett/funzjoni tagħha:

imageSussidju

imageServizzi sussidjatiimageSelf

imageGaranzija

imageBenefiċċju fuq it-taxxa

Jekk kofinanzjat minn fond(i) tal-UE

Isem il-fond(i) tal-UE:

Ammont ta' fondi (skont il-fond tal-UE)

Munita nazzjonali . (ammonti sħaħ)

 

 

 

(1)   

NUTS – Nomenklatura ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika. Tipikament, ir-reġjun huwa speċifikat fil-Livell 2.

(2)   

Għall-finijiet tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stipulati fit-Trattat u għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, impriża hija kwalunkwe entità involuta f’attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u l-mod kif tkun iffinanzjata. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-entitajiet li huma kkontrollati (fuq bażi ġuridika jew fuq bażi de facto) mill-istess entità jenħtieġ li jitqiesu bħala impriża waħda

(3)   

-perjodu li matulu l-awtorità tal-għoti tista’ timpenja ruħha li tagħti l-għajnuna.

(4)   

NACE Rev. 2 – Klassifikazzjoni statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea. Tipikament, is-settur jiġi speċifikat fil-livell tal-grupp.

(5)   

Fil-każ ta’ skema ta’ għajnuna: Indika l-ammont totali annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema jew l-istima ta’ telf mit-taxxa kull sena għall-istrumenti kollha ta’ għajnuna li hemm fl-iskema.

(6)   

Fil-każ ta’ għotja ta’ għajnuna ad hoc: Indika t-telf totali ta’ l-ammont/taxxa ta’ l-għajnuna.

(7)   

Għall-garanziji, indika l-ammont massimu ta’ self garantit.

(8)   

Fejn xieraq, referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-metodoloġija għall-kalkolu tal-għotja grossa ekwivalenti, f’konformità mal-Artikolu 5(2)(c).

PARTI II

trid tiġi pprovduta permezz tas-sistema ta’ notifika elettronika stabbilita tal-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 11

Jekk jogħġbok indika skont liema dispożizzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali ta' Kategorija (FIBER) hija implimentata l-miżura tal-għajnuna.



imageGħajnuna għall-innovazzjoni fis-sajd (Artikolu 15)

imageGħajnuna għal servizzi ta’ konsulenza (Artikolu 16)

imageGħajnuna għas-sħubija bejn ix-xjenzati u s-sajjieda (Artikolu 17)

imageGħajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman u d-djalogu soċjali (Artikolu 18)

imageGħajnuna maħsuba biex tiffaċilita d-diversifikazzjoni u forom ġodda ta’ introjtu (Artikolu 19)

imageGħajnuna għall-ewwel akkwist ta' bastiment tas-sajd (Artikolu 20)

imageGħajnuna maħsuba biex ittejjeb is-saħħa, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għas-sajjieda (Artikolu 21)

imageGħajnuna għall-ħlas ta’ primjums tal-assigurazzjoni u għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi (Artikolu 22)

imageGħajnuna maħsuba biex tappoġġa s-sistemi ta’ allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd (Artikolu 23)

imageGħajnuna maħsuba biex tillimita l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent u biex is-sajd jiġi adattat għall-protezzjoni tal-ispeċijiet (Artikolu 24)

imageGħajnuna għall-innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar (Artikolu 25)

imageGħajnuna għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar u skemi fil-qafas tal-attivitajiet tas-sajd sostenibbli (Artikolu 26)

imageGħajnuna biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika u biex jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima (Artikolu 27)

imageGħajnuna għall-valur miżjud, għall-kwalità tal-prodotti u għall-użu tal-qabdiet mhux mixtieqa (Artikolu 28)

imageGħajnuna għall-portijiet tas-sajd, għall-postijiet fejn jinħattu l-prodotti l-art, għas-swali tal-irkant u għall-postijiet ta’ kenn (Artikolu 29)

imageGħajnuna għas-sajd fl-ilmijiet interni u għall-fawna u l-flora akkwatiċi interni (Artikolu 30)

imageGħajnuna għall-innovazzjoni fl-akkwakultura (Artikolu 32)

imageGħajnuna għal investimenti li jżidu l-produttività jew li jkollhom impatt pożittiv fuq l-ambjent fl-akkwakultura (Artikolu 33)

imageGħajnuna għas-servizzi ta’ ġestjoni, għajnuna u konsulenza għall-farms fis-settur tal-akkwakultura (Artikolu 34)

imageGħajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman u tan-networking fis-settur tal-akkwakultura (Artikolu 35)

imageGħajnuna biex jiżdied il-potenzjal tas-siti tal-akkwakultura (Artikolu 36)

imageGħajnuna għall-inkoraġġiment ta' intraprendituri ġodda fis-settur tal-akkwakultura li jħarsu l-prinċipji tal-akkwakultura sostenibbli (Artikolu 37)

imageGħajnuna għall-konverżjoni għal skemi ta’ ġestjoni u verifika ambjentali u akkwakultura organika (Artikolu 38)

imageGħajnuna għal servizzi ambjentali (Artikolu 39)

imageGħajnuna għall-miżuri tas-saħħa pubblika (Artikolu 40)

imageGħajnuna għal miżuri tas-saħħa u l-benesseri tal-annimali (Artikolu 41)

imageGħajnuna għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard (Artikolu 42)

imageGħajnuna għall-investiment maħsub biex itaffi l-ħsara kkawżata mill-mard tal-annimali (Artikolu 43)

imageGħajnuna għall-assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura (Artikolu 44)

imageGħajnuna għall-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni (Artikolu 45)

imageGħajnuna għall-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (Artikolu 46)

imageGħajnuna għall-ġbir, il-ġestjoni, l-użu u l-ipproċessar tad-data fis-settur tas-sajd (Artikolu 47)

imageGħajnuna maħsuba biex tipprevjeni u ttaffi l-ħsara kkawżata minn diżastri naturali (Artikolu 48)

imageGħajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali (Artikolu 49)

Tip ta’ diżastru naturali:

imageterremot

imagevalanga

imageuqigħ tal-art

imagegħargħar

imagetromba tal-arja

imageuragan

imageżbruffar vulkaniku

imagenirien tal-foresti

imageoħrajn

Jekk jogħġbok speċifika: ....

Id-data ta’ meta seħħ id-diżastru naturali

minn jj/xx/ssss sa jj/xx/ssss

imageGħajnuna biex tipprevjeni u ttaffi l-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali (Artikolu 50)

imageGħajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali (Artikolu 51)

Data tal-attività:

imageġlata

imagemaltempati

imagesilġ

imagexita qawwija jew persistenti

imagenixfiet severi

imageoħrajn

Jekk jogħġbok speċifika: .......

Data tal-attività:

minn jj/xx/ssss sa jj/xx/ssss

imageGħajnuna maħsuba biex tevita u ttaffi l-ħsara kkawżata minn annimali protetti (Artikolu 52)

imageGħajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti (Artikolu 53)

imageGħajnuna għal sproġetti CLLD (Artikolu 54)

imageAmmonti limitati ta’ għajnuna għall-proġetti tas-CLLD (Artikolu 55)

imageEżenzjonijiet u tnaqqis mit-taxxa skont id-Direttiva 2003/96/KE (Artikolu 56)

Raġuni

Indika għaliex ġiet stabbilita skema ta’ għajnuna mill-Istat jew ingħatat għajnuna ad hoc, minflok assistenza taħt il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA):

imagemiżura mhux koperta mill-programm operazzjonali nazzjonali;

imageprijoritizzazzjoni fl-allokazzjoni ta’ fondi taħt il-programm operazzjonali nazzjonali;

imageil-finanzjament ma għadux disponibbli taħt il-FEMSA;

imageoħrajn

Jekk jogħġbok speċifika: ..............




ANNESS III

Dispożizzjonijiet għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1)

L-Istati Membri għandhom jorganizzaw il-websites komprensivi tagħhom dwar l-għajnuna mill-Istat li fuqhom ikunu se jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1) b'tali mod li jkun hemm aċċess faċli għal din l-informazzjoni.

L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata bħala data fi spreadsheet, pereżempju fil-format CSV jew XML. Dan jippermetti li jkun hemm tiftix, estrazzjoni u pubblikazzjoni faċli tad-data fuq l-Internet. L-aċċess għall-website jingħata lil kull parti interessata mingħajr restrizzjonijiet. Ma hi meħtieġa ebda reġistrazzjoni tal-utent minn qabel biex jingħata aċċess għall-website.

▼M2

Għandha tiġi ppubblikata l-informazzjoni li ġejja dwar l-għotjiet ta’ għajnuna individwali msemmija fl-Artikolu 9(1), il-punt (c):

(a) 

referenza tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-għajnuna ( 29 );

(b) 

identifikatur tal-benefiċjarju ( 30 );

(c) 

tip ta’ intrapriża (SME/kbira) fid-data tal-għoti tal-għajnuna;

(d) 

reġjun li fih jinsab il-benefiċjarju, fil-livell II ( 31 ) tan-NUTS u, meta applikabbli, fir-reġjuni ultraperiferiċi jew fil-gżejjer minuri tal-Eġew;

(e) 

settur ta’ attività fil-livell tal-grupp NACE ( 32 );

(f) 

strument tal-għajnuna, espress bħala ammont sħiħ fil-munita nazzjonali ( 33 );

(g) 

strument ta’ għajnuna ( 34 ) (għotja/sussidju tar-rata tal-imgħax, self/avvanzi ripagabbli/għotja rimborżabbli, garanzija, vantaġġ tat-taxxa jew eżenzjoni mit-taxxa, finanzjament ta’ riskju, oħrajn ( 35 ));

(h) 

data tal-għoti tal-għajnuna;

(i) 

objettiv tal-għajnuna ( 36 );

(j) 

awtorità tal-għoti.

▼B




ANNESS IV

Rati massimi speċifiċi ta’ intensità tal-għajnuna



Ringiela

Kategorija speċifika ta’ operazzjoni

Rata massima tal-intensità tal-għajnuna

 

 

 

1

L-operazzjonijiet li ġejjin li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013

— operazzjonijiet li jtejbu s-selettività tad-daqs jew tal-ispeċi tal-irkaptu tas-sajd;

— operazzjonijiet li jtejbu l-infrastruttura tal-portijiet tas-sajd, tas-swali tal-irkant, tal-postijiet ta' ħatt l-art u ta' postijiet ta' kenn biex jiġu ffaċilitati ħatt l-art u l-ħżin ta' qabdiet mhux mixtieqa;

— operazzjonijiet li jiffaċilitaw il-kummerċjalizzazzjoni ta’ qabdiet mhux mixtieqa li jiġu żbarkati minn stokkijiet kummerċjali, f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013.

100 %

75 %

75 %

2

Operazzjonijiet immirati biex itejbu s-saħħa, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol abbord bastimenti tas-sajd

75 %

3

Operazzjonijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi

85 %

4

Operazzjonijiet li jinsabu fil-gżejjer Griegi li skont il-liġi nazzjonali ġew ikkwalifikati bħala remoti u fil-gżejjer Kroati ta’ Dugi Otok, Vis, Mljet u Lastovo

85 %

5

Operazzjonijiet relatati mas-sajd kostali fuq skala żgħira

100 %

6

Operazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(i)  ikunu ta’ interess kollettiv;

(ii)  ikollhom benefiċjarju kollettiv;

(iii)  ikollhom karatteristiċi innovattivi jew jiżguraw l-aċċess pubbliku għar-riżultati tagħhom

100 %

7

Operazzjonijiet implimentati minn organizzazzjonijiet ta' produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali.

75 %

8

Operazzjonijiet li jappoġġaw l-akkwakultura sostenibbli

60 %

9

Operazzjonijiet li jappoġġaw prodotti, proċessi jew tgħamir innovattivi fis-sajd, fl-akwakultura u fl-ipproċessar abbażi tal-Artikolu 15, l-Artikolu 25, l-Artikolu 28, l-Artikolu 30, l-Artikolu 32, l-Artikolu 33 u l-Artikolu 36.

75 %

10

Operazzjonijiet implimentati minn organizzazzjonijiet ta' sajjieda jew benefiċjarji kollettivi oħra

60 %

11

Strumenti finanzjarji

100 %



( 1 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999. (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).

( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006. (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

( 3 ) Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).

( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

( 5 ) Ir-Regolament (UE) 2017/1130 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 li jiddefinixxi l-karatteristiċi tal-bastimenti tas-sajd (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 1).

( 6 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).

( 7 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).

( 8 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat ( ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

( 9 ) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).

( 10 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).

( 11 ) Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, Metodoloġija komuni għall-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat (28.5.2014, SWD(2014) 179 final).

( 12 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

( 13 ) Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

( 14 ) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, L-Infrastruttura Ħadra (“Green Infrastructure” - GI) — It-Tisħiħ tal-Kapital Naturali tal-Ewropa, COM(2013) 249 final, 6.5.2013.

( 15 ) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

( 16 ) Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

( 17 ) Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

( 18 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).

( 19 ) Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (GU L 150, 14.6.2018, p. 1).

( 20 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1165 tal-15 ta’ Lulju 2021 li jawtorizza ċerti prodotti u sustanzi għall-użu fil-produzzjoni organika u li jistabbilixxi l-listi tagħhom (ĠU L 253, 16.7.2021, p. 13).

( 21 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).

( 22 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 tal-15 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 51).

( 23 ) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

( 24 ) Ir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm għas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, u (UE) Nru 652/2014 (ĠU L 153, 3.5.2021, p. 1).

( 25 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

( 26 ) Ir-Regolament (UE) 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (ĠU L 157, 20.6.2017, p. 1).

( 27 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

( 28 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 1388/2014 tas-16 ta' Diċembru 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b'applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 369, 24.12.2014, p. 37).

( 29 ) Kif provdut mill-Kummissjoni bil-proċedura elettronika msemmija fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament.

( 30 ) Meta jitqies l-interess leġittimu fit-trasparenza li tingħata informazzjoni lill-pubbliku, fil-ponderazzjoni tal-ħtiġijiet tat-trasparenza mad-drittijiet skont ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-pubblikazzjoni tal-isem tal-benefiċjarju tal-għajnuna meta l-benefiċjarju tal-għajnuna jkun persuna fiżika jew persuna ġuridika li jkollha l-ismijiet ta’ persuni fiżiċi, hija ġġustifikata (ara C-92/09, Volker und Markus Schecke u Eifert, il-paragrafu 53), filwaqt li jitqies l-Artikolu 49(1)(g) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE. Ir-regoli ta’ trasparenza għandhom l-għan li jkun hemm konformità aħjar, responsabbiltà akbar, evalwazzjoni bejn il-pari u fl-aħħar mill-aħħar infiq pubbliku aktar effettiv. Dan l-għan għandu jipprevali fuq id-drittijiet tal-protezzjoni tad-data ta’ persuni fiżiċi li jirċievu appoġġ pubbliku.

( 31 ) NUTS – Klassifikazzjoni komuni ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika. Tipikament, ir-reġjun huwa speċifikat fil-livell 2.

( 32 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

( 33 ) Ekwivalenti ta’ għotja gross.

( 34 ) Jekk l-għajnuna tingħata permezz ta’ diversi strumenti ta’ għajnuna, l-ammont ta’ għajnuna għandu jiġi pprovdut minn strument ta’ għajnuna.

( 35 ) Jekk l-għajnuna tingħata permezz ta’ strumenti oħra ta’ għajnuna, l-istrumenti ta’ għajnuna għandhom jiġu speċifikati.

( 36 ) Jekk l-għajnuna għandha objettivi multipli, l-ammont tal-għajnuna għandu jiġi stabbilit permezz ta’ objettiv.