02022R1637 — MT — 13.02.2024 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1637 tal-5 ta’ Lulju 2022 (ĠU L 247 23.9.2022, p. 57) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2707 tal-5 ta’ Diċembru 2023 |
L |
1 |
6.12.2023 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1637
tal-5 ta’ Lulju 2022
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 fir-rigward tal-użu ta’ dokumenti fil-kuntest tal-moviment ta’ oġġetti soġġetti għas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju u ta’ moviment ta’ oġġetti soġġetti għas-sisa wara r-rilaxx għall-konsum, u tiġi stabbilita l-formola li għandha tintuża għaċ-ċertifikat ta’ eżenzjoni
Artikolu 1
Ċertifikat ta’ eżenzjoni
Artikolu 2
Formalitajiet qabel il-bidu tal-moviment tal-oġġetti soġġetti għas-sisa skont ftehim ta’ sospensjoni tad-dazju
Konsenjatur li jixtieq jibgħat oġġetti soġġetti għas-sisa skont arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju għandu jimla l-kampijiet tal-abbozz tad-dokument amministrattiv elettroniku, kif stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1636 ( 1 ), u jressqu quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ kif imsemmi fl-Artikolu 20(2) tad-Direttiva (UE) 2020/262.
Dak l-abbozz tad-dokument amministrattiv għandu jitressaq mhux qabel 7 ijiem qabel id-data indikata f’dak id-dokument bħala d-data tad-dispaċċ tal-oġġetti soġġetti għas-sisa kkonċernati.
Artikolu 3
Kanċellazzjoni tad-dokument amministrattiv elettroniku
Meta d-data fl-abbozz tal-bidla tal-messaġġ fid-destinazzjoni tkun valida, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-dispaċċ għandhom iżidu d-data u l-ħin tal-validazzjoni mal-messaġġ ta’ kanċellazzjoni, jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-kunsinjatur u jgħaddu l-messaġġ tal-kanċellazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni.
Meta d-data fl-abbozz tal-messaġġ ta’ kanċellazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ma tkunx valida, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ għandhom jinfurmaw lill-konsenjatur b’dan mingħajr dewmien.
Meta l-konsenjatur ikun magazzinier awtorizzat jew konsenjatur irreġistrat, malli jirċievi l-messaġġ ta’ kanċellazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għandhom jibagħtu l-messaġġ ta’ kanċellazzjoni lid-destinatarju.
Artikolu 4
Messaġġi li jikkonċernaw bidla fid-destinazzjoni jew bidla tad-destinatarju matul il-moviment ta’ oġġetti soġġetti għas-sisa skont arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju
Meta konsenjatur ikun jixtieq jibdel id-destinazzjoni jew id-destinatarju kif imsemmi fl-Artikolu 20(7) tad-Direttiva (UE) 2020/262, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ għandhom iwettqu verifika elettronika tad-data fl-abbozz tal-messaġġ tal-bidla fid-destinazzjoni, imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1636.
Meta d-data tal-abbozz tal-messaġġ tal-bidla fid-destinazzjoni tkun valida, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ għandhom:
iżidu d-data u l-ħin tal-validazzjoni u numru tas-sekwenza għall-abbozz tal-messaġġ tal-bidla fid-destinazzjoni u jinfurmaw lill-konsenjatur b’dan;
jaġġornaw id-dokument amministrattiv elettroniku inizjali skont l-informazzjoni fl-abbozz tal-messaġġ tal-bidla fid-destinazzjoni.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għandhom imbagħad jibagħtu l-messaġġ tal-bidla fid-destinazzjoni lid-destinatarju msemmi fid-dokument amministrattiv elettroniku inizjali.
Artikolu 4a
Messaġġi li jikkonċernaw oġġetti soġġetti għas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa
Ir-riżultat tal-verifika mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-esportazzjoni, skont l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva (UE) 2020/262, għandu jiġi nnotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ f’konformità mal-Artikolu 6a(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1636.
L-Istat Membru tad-dispaċċ għandu jgħaddi lill-konsenjatur, bla dewmien, il-messaġġi li jikkonċernaw l-oġġetti soġġetti għas-sisa li jkunu qed jiġu esportati taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa.
Artikolu 5
Messaġġi dwar il-qsim tal-moviment ta’ prodotti tal-enerġija li jiċċaqalqu skont arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ għandhom iwettqu verifika elettronika tad-data fl-abbozzi tal-messaġġi tal-operazzjonijiet tal-qsim.
Fejn dik id-data hija valida, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-kunsinja għandhom:
jiġġeneraw dokument amministrattiv ġdid għal kull destinazzjoni, li għandu jissostitwixxi d-dokument amministrattiv elettroniku inizjali;
jiġġeneraw notifika ta’ qsim għad-dokument amministrattiv elettroniku inizjali;
jibagħtu n-notifika tal-qsim lill-kunsinjatur u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni msemmi fid-dokument amministrattiv elettroniku inizjali.
It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 20(3), l-Artikolu 20(4), (5) u l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva (UE) 2020/262 għandhom japplikaw fir-rigward ta’ kull dokument amministrattiv elettroniku ġdid imsemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Artikolu 6
Formalitajiet qabel il-bidu tal-moviment ta’ oġġetti soġġetti għas-sisa wara r-rilaxx għall-konsum
Artikolu 7
Messaġġi li jirrigwardaw bidla tad-destinazzjoni tal-moviment tal-oġġetti soġġetti għas-sisa wara r-rilaxx għall-konsum
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ għandhom iwettqu verifika elettronika tad-data fl-abbozz tal-messaġġ tal-bidla fid-destinazzjoni msemmi fil-paragrafu 1.
Meta d-data tal-abbozz tal-messaġġ tal-bidla fid-destinazzjoni tkun valida, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ għandhom:
iżidu d-data u l-ħin tal-validazzjoni u numru tas-sekwenza għall-abbozz tal-messaġġ tal-bidla fid-destinazzjoni u jinfurmaw lill-konsenjatur b’dan;
jaġġornaw id-dokument amministrattiv elettroniku inizjali skont l-informazzjoni fl-abbozz tal-messaġġ tal-bidla fid-destinazzjoni;
jibagħtu l-messaġġ tal-bidla fid-destinazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni msemmi fid-dokument amministrattiv elettroniku simplifikat inizjali.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għandhom jibagħtu l-messaġġ tal-bidla fid-destinazzjoni lid-destinatarju.
Artikolu 7a
Użu ta’ dokumenti ta’ riżerva
Meta konsenjatur jew konsenjatur iċċertifikat ikun informa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ dwar il-bidu ta’ moviment ta’ oġġetti soġġetti għas-sisa skont l-Artikolu 26(1), il-punt (b), jew l-Artikolu 38(1), il-punt (b), rispettivament, tad-Direttiva (UE) 2020/262, u meta n-nuqqas ta’ disponibbiltà tas-sistema kompjuterizzata fl-Istat Membru tad-dispaċċ ikun mistenni li jippersisti fil-mument li l-oġġetti jaslu fil-post tal-kunsinna, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ għandhom jgħaddu dik l-informazzjoni, bla dewmien, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni.
Artikolu 8
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 31/96 huwa mħassar.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-13 ta’ Frar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
L-Unjoni Ewropea
Ċertifikat ta’ Eżenzjoni mid-Dazju tas-Sisa
L-Artikolu 12 tad-DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2020/262 ( 2 )
Nru tas-serje (fakultattiv, skont ir-rekwiżiti nazzjonali) …
1. ISTITUZZJONI/INDIVIDWU ELIĠIBBLI
Deżinjazzjoni/Isem …
Triq u Numru …
Kodiċi postali, Belt/post …
L-Istat Membru ospitanti …
Indirizz elettroniku …
Indirizz tal-konsenja (għandu jimtela jekk ikun differenti minn dak ta’ hawn fuq)
Triq u Numru …
Kodiċi postali, Belt/post …
indirizz elettroniku …
2. AWTORITÀ KOMPETENTI GĦALL-ĦRUĠ TAT-TIMBRU
Isem …
Indirizz …
Numru tat-telefown …
Indirizz elettroniku …
3. DIKJARAZZJONI MILL-ISTITUZZJONI JEW MILL-INDIVIDWU ELIĠIBBLI
L-istituzzjoni jew l-individwu eliġibbli (ħassar kif xieraq) b’dan jiddikjara li:
L-oġġetti stipulati fil-kaxxa 5 huma maħsuba:
(jekk jogħġbok immarka l-kaxxa adatta)
|
□ għall-użu uffiċjali ta’ |
□ għall-użu personali ta’ |
|
□ missjoni diplomatika barranija |
□ membru ta’ missjoni diplomatika barranija |
|
□ rappreżentanza konsulari barranija |
□ membru ta’ rappreżentanza konsulari barranija |
|
□ organizzazzjoni internazzjonali |
□ membru tal-persunal ta’ organizzazzjoni internazzjonali |
|
□ forza militari ta’ Stat li huwa parti kontraenti tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (forza tan-NATO) |
|
|
□ il-forzi armati tar-Renju Unit stazzjonati stazzjonati f’Ċipru |
|
|
□ il-forzi armati ta’ Stat Membru li qed jieħu sehem f’attività tal-Unjoni taħt il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni |
|
|
□ għall-konsum skont ftehim konkluż ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali bil-kondizzjoni li tali ftehim ikun permess jew awtorizzat fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud |
|
…
Deżinjazzjoni tal-istituzzjoni eliġibbli (ara l-kaxxa 4)
l-oġġetti deskritti fil-kaxxa 5 huma konformi mal-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet li japplikaw għall-eżenzjoni fl-Istat Membru ospoitanti msemmi fil-kaxxa 1; u
li l-informazzjoni ta’ hawn fuq hija fornuta in bona fide. L-istituzzjoni jew individwu eliġibbli b’dan qiegħed jintrabat li jħallas lill-Istat Membru li minnu telqu l-oġġetti, id-dazju tas-sisa li jkun dovut jekk dawn l-oġġetti ma kinux konformi mal-kundizzjonijiet tal-eżenzjoni, jew jekk l-oġġetti ma ntużawx bil-mod oriġinalment maħsub.
|
… |
… |
|
Post, data |
Isem u status tal-firmatarju |
|
|
… |
|
|
Firma |
4. Timbru tal-istituzzjoni (f’każ ta’ eżenzjoni għall-użu personali)
Firma …
Isem …
Status/pożizzjoni tal-firmatarju …
Post, data …
Timbru
5. DESKRIZZJONI TAL-OĠĠETTI MIBGĦUTA, LI GĦALIHOM HIJA MITLUBA L-EŻENZJONI MID-DAZJU TAS-SISA
Informazzjoni dwar il-konsenjatur (magazzinier awtorizzat, konsenjatur irreġistrat, fornitur)
Isem …
Triq u Numru …
Kodiċi Postali, Belt …
Stat Membru …
Numru tas-sisa uniku (meħtieġ) …
Indirizz tal-posta elettronika …
Informazzjoni dwar l-oġġetti (żid il-linji kif meħtieġ)
|
Numru tal-linja |
Deskrizzjoni tal-oġġetti jew referenza għall-formola tal-ordni mehmuża (1) |
Kwantità |
Unità ta’ kejl |
Valur tal-unità eskluż id-dazju tas-sisa |
Valur totali eskluż id-dazju tas-sisa |
Munita |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ammont totali |
|
|
|
|||
|
(1)
Ħassar l-ispazju mhux użat. Dan l-obbligu japplika wkoll jekk jiġu mehmuża l-formoli tal-ordni. |
||||||
6. ĊERTIFIKAZZJONI MILL-AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU OSPITANTI
Il-konsenja tal-oġġetti deskritti fil-kaxxa 5 tissodisfa:
Totalment
Sa kwantità ta’ … (numru) ( 3 )>
il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni mid-dazju tas-sisa
Firma …
Isem …
Status/pożizzjoni tal-firmatarju …
Post, data …
Timbru (jekk applikabbli)
7. PERMESS GĦAD-DISPENSA MIT-TIMBRU (fil-każ biss ta’ eżenzjoni għall-użu uffiċjali)
Permezz ta’ ittra nru (referenza għall-fajl): …
Bid-data: …
…
deżinjazzjoni tal-istituzzjoni eliġibbli
ġie permess minn: …
L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti
dispensa mit-timbru taħt il-kaxxa 6.
Firma …
Isem …
Status/pożizzjoni tal-firmatarju …
Post, data …
Timbru
Noti ta’ spjega
(1) Għall-konsenjatur, iċ-Ċertifikat ta’ Eżenzjoni mid-Dazju tas-Sisa (“iċ-ċertifikat”) iservi bħala dokument ta’ sostenn għall-eżenzjoni mit-taxxa tal-konsenja ta’ oġġetti lill-istituzzjonijiet jew lill-individwi eliġibbli msemmija fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva (UE) 2020/262. Għandu jitfassal ċertifikat wieħed għal kull konsenjatur u għal kull moviment. Il-konsenjaturi huma rikjesti li jżommu ċ-ċertifikat fil-fajls tagħhom b’konformità mad-dispożizzjonijiet legali li japplikaw fl-Istat Membru tagħhom. Id-destinatarju għandu jagħti lill-konsenjatur ċertifikat ta’ eżenzjoni, li jkun ġie ttimbrat kif xieraq mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
(2) Il-formola li fuqha jinħareġ iċ-ċertifikat għandha tkun ta’ qies ta’ 210 × 297 mm. Meta l-formola tiġi stampata, din għandha ssir fuq karta bajda li ma jkunx fiha polpa mekkanika.
(3) Kopja waħda taċ-ċertifikat għandha tinżamm mill-konsenjatur u kopja waħda għandha tintuża biex takkumpanja l-moviment tal-oġġetti soġġetti għad-dazju tas-sisa u d-dokument amministrattiv imsemmi fl-Artikolu 20 tad-Direttiva (UE) 2020/262. Stati Membri jistgħu jeħtieġu kopja addizzjonali għal skopijiet amministrattivi.
(4) Kwalunkwe spazju mhux użat fil-punt (b) tal-kaxxa 5, taċ-ċertifikat għandu jiġi maqtugħ jew imħassar biex ma jkun jista’ jiżdied xejn.
(5) Iċ-ċertifikat għandu jimtela b’mod li jinqara u b’mod li l-entrati ma jkunux jistgħu jitħassru. L-ebda tħassir jew kitba mill-ġdid ma huwa permess. Għandu jimtela b’lingwa rikonoxxuta mill-Istat Membru ospitanti.
(6) Jekk id-deskrizzjoni tal-oġġetti fil-punt (b) tal-kaxxa 5, taċ-ċertifikat tirreferi għal formola tal-ordni tax-xiri li saret f’lingwa oħra għajr lingwa rikonoxxuta mill-Istat Membru ospitanti, trid tiġi mehmuża traduzzjoni mill-istituzzjoni jew individwu eliġibbli.
(7) Jekk iċ-ċertifikat ikun tfassal b’lingwa għajr lingwa rikonoxxuta mill-Istat Membru tal-konsenjatur, trid tiġi mehmuża traduzzjoni tal-informazzjoni li tikkonċerna l-oġġetti fil-punt (b) tal-kaxxa 5 mill-istituzzjoni/individwu eliġibbli. L-Istat Membru ospitanti jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jagħti dispensa mill-obbligu li tinhemeż it-traduzzjoni.
(8) Lingwa rikonoxxuta tfisser waħda mil-lingwi li jitntużaw uffiċjalment fl-Istat Membru jew kwalunkwe lingwa oħra uffiċjali tal-Unjoni, li l-Istat Membru jiddikjara li tista’ tintuża għal dan il-fini.
(9) Permezz tad-dikjarazzjoni fil-kaxxa 3 taċ-ċertifikat, l-istituzzjoni jew individwu eliġibbli għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fl-Istat Membru ospitanti.
(10) Permezz tad-dikjarazzjoni tagħha fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikat, l-istituzzjoni tikkonferma d-dettalji fil-punt (a) tal-kaxxi 1 u 3 tad-dokument u tiċċertifika li l-individwu eliġibbli huwa membru tal-persunal tal-istituzzjoni.
(11) Ir-referenza għall-formola tal-ordni fil-punt (b) tal-kaxxa 5 taċ-ċertifikat għandu jkun fiha d-data u n-numru tal-ordni. Il-formola tal-ordni għandu jkollha fiha l-elementi kollha li jidhru fil-kaxxa 5 taċ-ċertifikat. Jekk iċ-ċertifikat ikollu jkun ittimbrat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, il-formola tal-ordni għandha tkun ittimbrata wkoll.
(12) Fil-punt (a) tal-kaxxa 5, hija meħtieġa l-indikazzjoni tan-numru tas-sisa kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 ( 4 ).
(13) Il-munita jenħtieġ li tkun indikata permezz ta’ kodiċi bi tliet ittri b’konformità mal-istandard internazzjonali ISO 4217 li ġie stabbilit mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni.
(14) Meta l-eżenzjoni tkun għal użu uffiċjali, l-awtoritajiet kompetenti tista’ tiddispensa mill-obbligu għall-istituzzjoni eliġibbli li titlob it-timbru fil-kaxxa 6 taċ-ċertifikat. L-istituzzjoni eliġibbli għandha ssemmi din id- fil-kaxxa 7 taċ-ċertifikat.
(15) Meta l-eżenzjoni tkun għal użu individwali, iċ-ċertifikat għandu jiġi awtentikat fil-kaxxa 6 bit-timbru tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
( 1 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1636 tal-5 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 billi jistabbilixxi l-istruttura u l-kontenut tad-dokumenti skambjati fil-kuntest tal-moviment ta’ oġġetti soġġetti għas-sisa, u jistabbilixxi livelli limitu għat-telf minħabba n-natura tal-oġġetti (Ara paġna 2 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
( 2 ) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li tistabblixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (ĠU L 58, 27.2.2020, p. 4).
( 3 ) Jenħtieġ li oġġetti mhux eliġibbli jitħassru fil-kaxxa 5.
( 4 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 tat-2 ta’ Mejju 2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2073/2004 (ĠU L 121, 8.5.2012, p. 1).