02022R1616 — MT — 20.09.2022 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1616 tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 282/2008 (ĠU L 243 20.9.2022, p. 3) |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1616
tal-15 ta’ Settembru 2022
dwar materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 282/2008
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli:
għat-tqegħid fis-suq ta’ materjali u oġġetti tal-plastik li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004, li fihom plastik li joriġina mill-iskart jew immanifatturat minnu;
għall-iżvilupp u t-tħaddim ta’ teknoloġiji, proċessi u installazzjonijiet tar-riċiklaġġ, għall-produzzjoni ta’ plastik riċiklat li jintuża f’dawk il-materjali u l-oġġetti tal-plastik;
għall-użu f’kuntatt mal-ikel ta’ materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat u ta’ materjali u oġġetti tal-plastik li huma maħsuba għar-riċiklaċċ.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
“skart”, “skart muniċipali”, “immaniġġjar tal-iskart”, “ġbir”, “użu mill-ġdid”, “riċiklaġġ”, u “skart mhux perikoluż”, kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
“negozju tal-ikel” u “operatur ta’ negozju tal-ikel”, kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
“awtoritajiet kompetenti”, u “awditjar”, kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin għall-iskop ta’ dan ir-Regolament:
“teknoloġija tar-riċiklaġġ” tfisser kombinament speċifiku ta’ kunċetti, prinċipji u prattiki fiżiċi jew kimiċi għar-riċiklaġġ ta’ fluss ta’ skart ta’ ċertu tip u miġbur b’ċertu mod f’materjali u f’oġġetti tal-plastik riċiklat ta’ tip speċifiku u b’użu intenzjonat speċifiku, u tinkludi teknoloġija ta’ dekontaminazzjoni;
“teknoloġija ta’ dekontaminazzjoni” tfisser kombinament speċifiku ta’ kunċetti, prinċipji, u prattiki fiżiċi jew kimiċi li huma parti minn teknoloġija ta’ riċiklaġġ li l-għan primarju tiegħu huwa li jneħħi l-kontaminazzjoni jew li jippurifika;
“proċess ta’ riċiklaġġ” tfisser sekwenza ta’ operazzjonijiet unitarji li hija maħsuba għall-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat permezz tal-ipproċessar minn qabel, ta’ proċess ta’ dekontaminazzjoni, u ta’ postproċessar, u li hija bbażata fuq teknoloġija ta’ riċiklaġġ speċifika;
“plastik riċiklat” tfisser plastik li jirriżulta mill-proċess ta’ dekontaminazzjoni ta’ proċess ta’ riċiklaġġ, u plastik li jirriżulta minn operazzjonijiet sussegwenti ta’ postproċessar u li għadu ma ġiex ittrasformat f’materjali u f’oġġetti tal-plastik riċiklat;
“materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat” tfisser materjali u oġġetti li jiġu f’kuntatt mal-ikel fl-istat lest tagħhom, u li jkunu magħmula kompletament jew parzjalment minn plastik riċiklat;
“kontenut riċiklat” tirreferi għall-ammont ta’ plastik riċiklat li jirriżulta direttament mill-proċess ta’ dekontaminazzjoni ta’ proċess ta’ riċiklaġġ li jkun inkluż fi plastik riċiklat li jkun għadda minn postproċessar jew f’materjali u f’oġġetti tal-plastik riċiklat oħrajn immanifatturati minnu.
“ipproċessar minn qabel” tfisser l-operazzjonijiet kollha tal-immaniġġjar tal-iskart li jitwettqu biex jisseparaw, iqattgħu, jaħslu, iħalltu jew b’xi mod ieħor jittrattaw l-iskart tal-plastik biex jirrenduh xieraq għall-proċess ta’ dekontaminazzjoni;
“input tal-plastik” tfisser il-materjali tal-plastik li jirriżultaw mill-ipproċessar minn qabel li jiddaħħlu fi proċess ta’ dekontaminazzjoni;
“proċess ta’ dekontaminazzjoni” tfisser sekwenza speċifika ta’ operazzjonijiet unitarji li flimkien l-għan primarju tagħhom huwa li jneħħu l-kontaminazzjoni mill-input tal-plastik biex jirrenduh xieraq sabiex jiġi f’kuntatt mal-ikel, bl-użu ta’ teknoloġija speċifika ta’ dekontaminazzjoni;
“kontaminazzjoni inċidentali” tfisser kontaminazzjoni preżenti fl-input tal-plastik li joriġina mill-ikel, mill-materjali u mill-oġġetti tal-plastik maħsuba u użati biex jiġu f’kuntatt mal-ikel, mill-użu jew mill-użu ħażin tagħhom għal skopijiet mhux tal-ikel, u mill-preżenza mhux intenzjonata ta’ sustanzi, materjali u oġġetti oħrajn minħabba l-immaniġġjar tal-iskart;
“postproċessar” tfisser l-operazzjonijiet unitarji kollha sussegwenti għall-proċess ta’ dekontaminazzjoni li permezz tiegħu l-output tiegħu jkompli jiġi ppolimerizzat, ittrattat mod ieħor, u/jew ikkonvertit, li jirriżulta f’materjali u f’oġġetti tal-plastik riċiklat fl-istat lest tagħhom;
“installazzjoni tar-riċiklaġġ” tfisser it-tagħmir li jħaddem tal-anqas parti minn proċess ta’ riċiklaġġ;
“installazzjoni tad-dekontaminazzjoni” tfisser tagħmir speċifiku li jħaddem proċess ta’ dekontaminazzjoni;
“faċilità tar-riċiklaġġ” tfisser post fejn tinsab mill-anqas installazzjoni tad-dekontaminazzjoni waħda;
“skema ta’ riċiklaġġ” tfisser arranġament bejn l-entitajiet legali sabiex jimmaniġġjaw l-użu, il-ġbir separat u r-riċiklaġġ ta’ materjali u oġġetti tal-plastik bil-għan li jillimitaw jew jipprevjenu li jiġu kkontaminati sabiex jiffaċilitaw ir-riċiklaġġ tagħhom;
“riċiklatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tapplika proċess ta’ dekontaminazzjoni;
“konvertitur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li twettaq operazzjoni unitarja waħda jew aktar ta’ postproċessar;
“operazzjoni unitarja” tfisser operazzjoni bażika li hija parti minn proċess, u tapplika trasformazzjoni waħda għall-input tagħha, jew aktar trasformazzjonijiet jekk iseħħu flimkien;
“stadju tal-manifattura” tfisser operazzjoni unitarja waħda jew aktar sekwenzjali u li jiġu segwiti minn valutazzjoni tal-kwalità tal-materjal li jirriżulta minn dak l-istadju;
“lott” tfisser kwantità ta’ materjal tal-istess kwalità, u li jkun prodott bl-użu ta’ parametri tal-produzzjoni uniformi f’ċertu stadju tal-manifattura, maħżuna u miżmuma b’mod li jiġi eskluż it-taħlit ma’ materjali oħrajn jew il-kontaminazzjoni, u ddeżinjat bħala lott minn numru tal-produzzjoni uniku.
Artikolu 3
Teknoloġiji tar-riċiklaġġ xierqa
Għandha ssir distinzjoni bejn it-teknoloġiji tar-riċiklaġġ abbażi tal-proprjetajiet li ġejjin:
it-tip, il-mod tal-ġbir u l-oriġini tal-materjal tal-input;
il-kombinament speċifiku ta’ kunċetti, prinċipji u prattiki fiżiċi u kimiċi użati għad-dekontaminazzjoni ta’ dak il-materjal tal-input;
it-tip u l-użu maħsub tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat;
il-ħtieġa jew in-nuqqas ta’ ħtieġa għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni tal-proċessi ta’ riċiklaġġ li japplikaw dik it-teknoloġija, u l-kriterji għalhekk.
KAPITOLU II
TQEGĦID FIS-SUQ TA’ PLASTIK RIĊIKLAT U TA’ MATERJALI U OĠĠETTI TAL-PLASTIK RIĊIKLAT
Artikolu 4
Rekwiżiti għall-materjali u l-oġġetti ta’ plastik riċiklat
Il-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat jiġu mmanifatturati permezz ta’ waħda minn dawn li ġejjin:
teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa elenkata fl-Anness I; jew,
teknoloġija ġdida kif imsemmi fl-Artikolu 3(6) u żviluppata f’konformità mal-Kapitolu IV.
Meta l-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat jiġu mmanifatturati permezz ta’ teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa, jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
fejn rilevanti, tkun ingħatat awtorizzazzjoni għall-proċess ta’ riċiklaġġ li jintuża għall-manifattura tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat.
ir-riċiklaġġ u l-użu tal-plastik riċiklat għall-manifattura tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 6, 7 u 8, kif issupplimentati mill-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti għat-teknoloġija stabbiliti fil-Kolonna 8 tat-Tabella 1 tal-Anness I u dawk stabbiliti fl-awtorizzazzjoni, u soġġetti għad-derogi speċifiċi speċifikati fil-Kolonna 9 tat-Tabella 1 tal-Anness I, u fl-awtorizzazzjoni.
b’deroga mill-punt (b), meta t-teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa tkun se tiġi implimentata permezz ta’ skema ta’ riċiklaġġ, ir-riċiklaġġ u l-użu tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 9, u, fejn rilevanti, mar-regoli speċifiċi għat-teknoloġija stabbiliti fl-Anness I.
Ir-reġistru tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 24 jinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar il-manifattura tal-plastik riċiklat:
l-installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni fejn ikun ġie mmanifatturat il-plastik riċiklat, l-indirizz tal-faċilità ta’ riċiklaġġ, u l-identità tar-riċiklatur li jkun qiegħed joperaha;
il-proċess ta’ riċiklaġġ awtorizzat applikat, jekk it-teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa applikata tkun tirrikjedi l-awtorizzazzjoni tal-proċessi ta’ riċiklaġġ;
l-isem tal-iskema ta’ riċiklaġġ użata, l-identità tal-entità li tkun qiegħda timmaniġġjaha, u l-marki applikati, jekk it-teknoloġija tar-riċiklaġġ applikata tkun tirrikjedi l-użu ta’ skema ta’ riċiklaġġ;
l-isem tat-teknoloġija l-ġdida, jekk il-manifattura tal-plastik riċiklat tuża teknoloġija tar-riċiklaġġ ġdida.
Artikolu 5
Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni, l-istruzzjonijiet u t-tikkettar
Il-kontenituri bil-plastik riċiklat ikkonsenjati lill-konvertituri għandhom jiġu ttikkettati. It-tikketta għandha turi s-simbolu ddefinit fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004, segwit minn:
is-simbolu u n-numru tar-reġistru tal-installazzjoni tad-dekontaminazzjoni fejn il-plastik riċiklat ikun ġie mmanifatturat f’konformità mal-Artikolu 24,
is-simbolu segwit min-numru tal-lott,
il-perċentwal skont il-piż tal-kontenut riċiklat,
il-perċentwal massimu skont il-piż tal-kontenut riċiklat li jista’ jkollhom il-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat finali li jkun fihom il-plastik riċiklat, jekk dan ikun anqas minn 100 %, u,
meta d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tipprovdi struzzjonijiet addizzjonali, is-simbolu ddefinit fl-ISO 7000 bin-numru ta’ referenza 1641.
Id-daqs minimu tat-tipa fuq it-tikketti għandu jkun mill-anqas 17-il punt (6 mm) fuq kontenituri li l-akbar dimensjoni tagħhom tkun iżgħar minn 75 ċentimetru, 23 punt fuq kontenituri li l-akbar dimensjoni tagħhom tkun bejn 75 ċentimetru u 125 ċentimetru, u 30 punt fuq kontenituri fejn l-akbar dimensjoni taqbeż il-125 ċentimetru.
KAPITOLU III
REKWIŻITI ĠENERALI GĦAR-RIĊIKLAĠĠ TAL-PLASTIK U L-UŻU TA’ PLASTIK RIĊIKLAT
Artikolu 6
Rekwiżiti għall-ġbir u l-ipproċessar minn qabel
L-operaturi tal-immaniġġjar tal-iskart li jipparteċipaw fil-katina tal-provvista tal-input tal-plastik għandhom jiżguraw li l-iskart tal-plastik li jinġabar jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
l-iskart tal-plastik joriġina biss minn skart muniċipali, jew minn negozji tal-ikel bl-imnut jew negozji tal-ikel oħrajn jekk kien maħsub u użat biss sabiex jiġi f’kuntatt mal-ikel, inkluż skart mormi minn skema ta’ riċiklaġġ f’konformità mal-Artikolu 9(6);
l-iskart tal-plastik joriġina biss minn materjali u oġġetti tal-plastik manifatturati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 jew minn materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat manifatturati f’konformità ma’ dan ir-Regolament;
l-iskart tal-plastik huwa soġġett għal ġbir separat;
il-preżenza ta’ materjali u oġġetti tal-plastik li huma differenti mill-plastik li għalih huwa maħsub il-proċess ta’ dekontaminazzjoni, inklużi tappijiet, tikketti u adeżivi, materjali u sustanzi oħrajn, u fdalijiet tal-ikel titnaqqas għal livell speċifikat fir-rekwiżiti għall-input tal-plastik ipprovdut mir-riċiklatur u li ma għandux jikkomprometti l-livell ta’ dekontaminazzjoni li jinkiseb.
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1 l-iskart tal-plastik għandu jitqies bħala miġbur separatament meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
dan ikun jikkonsisti biss minn materjali u oġġetti tal-plastik li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 u li jkunu nġabru separatament għar-riċiklaġġ minn kull skart ieħor;
jinġabar flimkien ma’ frazzjonijiet oħrajn ta’ skart tal-imballaġġ mill-iskart muniċipali jew ma’ frazzjonijiet oħrajn mhux tal-imballaġġ, tal-plastik, tal-metall, tal-karta jew tal-ħġieġ mill-iskart muniċipali miġbur separatament mill-iskart residwu għar-riċiklaġġ, u jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
is-sistema ta’ ġbir tiġbor biss skart mhux perikoluż;
il-ġbir tal-iskart u s-separazzjoni sussegwenti huma ddisinjati u mwettqa sabiex jimminimizzaw il-kontaminazzjoni tal-iskart tal-plastik miġbur minn kwalunkwe skart tal-plastik li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 jew skart ieħor;
L-iskart tal-plastik għandu jiġi kkontrollat matul il-ġbir u l-ipproċessar minn qabel permezz ta’ sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità. Is-sistemi tal-assigurazzjoni tal-kwalità għandhom:
jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2;
jiżguraw it-traċċabbiltà ta’ kull lott sal-punt tal-ewwel separazzjoni tal-iskart tal-plastik miġbur; u,
jiġu ċċertifikati minn parti terza indipendenti.
L-Artikoli 4, 5, 6 u 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006 kif ukoll il-punt B tal-Anness ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tal-prassi tajba ta’ manifattura, is-sistemi ta’ kontroll tal-kwalità u ta’ assigurazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti.
Artikolu 7
Rekwiżiti għad-dekontaminazzjoni
L-installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
tkun tinsab f’faċilità waħda ta’ riċiklaġġ, li tkun organizzata sabiex tiżgura li ma tkun tista’ sseħħ l-ebda kontaminazzjoni ġdida tal-plastik riċiklat jew tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat;
il-konfigurazzjoni u t-tħaddim tagħha jikkorrispondu ma’ dawk tal-proċess ta’ riċiklaġġ li tapplika;
titħaddem kif deskritt fl-iskeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità stabbilita f’konformità mal-Artikolu 26.
Artikolu 8
Postproċessar u użu ta’ materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat
Il-konvertituri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
plastik riċiklat wara l-proċess f’konformità mal-istruzzjonijiet ipprovduti mir-riċiklatur jew mill-konvertitur fornitur f’konformità mal-Artikolu 5(3);
fejn rilevanti, jipprovdu lill-konvertituri sussegwenti struzzjonijiet f’konformità mal-paragrafi (3), (4) u (5) tal-Artikolu 5; u,
fejn rilevanti, jipprovdu struzzjonijiet lill-utenti tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat f’konformità mal-Artikolu 5(6).
Huma għandhom jikkomunikaw l-istruzzjonijiet rilevanti lill-konsumaturi tal-ikel ippakkjat f’dawn il-materjali u l-oġġetti, u/jew lil operaturi oħrajn tan-negozju tal-ikel, fejn rilevanti.
Artikolu 9
Rekwiżiti għat-tħaddim ta’ skemi ta’ riċiklaġġ
Mill-anqas 15-il jum ta’ xogħol qabel il-bidu tat-tħaddim ta’ skema ta’ riċiklaġġ, il-maniġer tal-iskema ta’ riċiklaġġ għandu jinforma lill-awtorità kompetenti fit-territorju fejn tkun stabbilita u lill-Kummissjoni għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tagħha fir-reġistru tal-Unjoni stabbilit f’konformità mal-Artikolu 24.
Il-maniġer għandu jipprovdi ismu, l-indirizz, il-persuni ta’ kuntatt tiegħu, l-isem tal-iskema, sommarju tal-iskema li ma jaqbiżx it-300 kelma, il-marka msemmija fil-paragrafu 5, lista tal-Istati Membri fejn jinsabu l-operaturi tan-negozju li jipparteċipaw fl-iskemi, u r-referenzi ta’ kull installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni użata mill-iskema. Wara dan, il-maniġer għandu jiżgura li din l-informazzjoni tinżamm aġġornata.
Sistema għall-ġbir tal-iskart għandha tkun parti minn skema ta’ riċiklaġġ u għandha tkun iddedikata għall-iskema sabiex tiżgura li jinġabru biss materjali u oġġetti li ntużaw soġġetti għall-iskema.
Kull operatur tan-negozju tal-ikel li juża materjali u oġġetti li jkollhom marka prevista fil-paragrafu 5 għandu jiżgura li dawk il-materjali u l-oġġetti jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
ikunu ttikkettati, użati u mnaddfa f’konformità mal-istruzzjonijiet miksuba mill-maniġer tal-iskema ta’ riċiklaġġ;
jintużaw biss għall-finijiet ta’ distribuzzjoni, ħżin, wiri u bejgħ tal-ikel li huma maħsuba għalihom;
ma jkunux ikkontaminati b’materjali jew b’sustanzi għajr dawk permessi mill-iskema ta’ riċiklaġġ.
Meta xi wieħed minn dawn ir-rekwiżiti ma jiġix issodisfat, il-materjali jew l-oġġetti għandhom jiġu esklużi mill-iskema ta’ riċiklaġġ u jintremew.
L-operaturi tan-negozji u organizzazzjonijiet oħrajn li jipparteċipaw fi skema ta’ riċiklaġġ:
għandhom iħaddmu sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 2023/2006, imfassla sabiex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti tal-iskema; jew,
inkella, l-operaturi żgħar tan-negozji tal-ikel, jistgħu jimplimentaw ir-rekwiżiti tal-iskema bħala parti mill-proċeduri permanenti tagħhom ibbażati fuq il-prinċipji tal-“analiżi tal-perikli u punti kritiċi ta’ kontroll” (HACCP), kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), li japplikaw dawn il-proċeduri mutatis mutandis għall-perikli ta’ kontaminazzjoni tal-plastik.
KAPITOLU IV
ŻVILUPP U ELENKAR TAT-TEKNOLOĠIJI TAR-RIĊIKLAĠĠ
Artikolu 10
Rekwiżiti għall-iżvilupp ta’ teknoloġija ġdida
Meta l-operaturi tan-negozji jew organizzazzjonijiet oħrajn jikkollaboraw fuq l-iżvilupp ta’ teknoloġija ġdida, lil dawn l-operaturi jew l-organizzazzjonijiet għandha tirrappreżentahom entità ġuridika waħda, u tagħamilha tal-iżviluppatur tat-teknoloġija l-ġdida.
Għall-fini tar-reġistrazzjoni tat-teknoloġija l-ġdida fir-reġistru tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 24, l-iżviluppatur għandu jinkludi f’din in-notifika ismu, l-indirizz, il-persuni ta’ kuntatt tiegħu, l-isem tat-teknoloġija l-ġdida, sommarju tat-teknoloġija l-ġdida li ma jaqbiżx it-300 kelma, Lokalizzatur Uniformi tar-Riżorsi (“URL”) li jsib ir-rapporti li għandhom jiġu ppubblikati f’konformità mal-paragrafu 4 u l-Artikolu 13(4), u l-ismijiet u l-indirizzi jew in-numri ta’ kull faċilità ta’ riċiklaġġ li fiha huwa previst li jseħħ l-iżvilupp tat-teknoloġija.
In-notifika mill-iżviluppatur għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar dan li ġej:
karatterizzazzjoni tat-teknoloġija l-ġdida bbażata fuq il-proprjetajiet tat-teknoloġiji tar-riċiklaġġ stabbiliti fl-Artikolu 3(2);
spjegazzjoni ta’ kull devjazzjoni mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6, 7 u 8, jew jekk it-teknoloġija l-ġdida tapplikax skema ta’ riċiklaġġ;
raġunament estensiv, u evidenza u studji xjentifiċi, ikkompilati mill-iżviluppatur, li juru li t-teknoloġija l-ġdida tista’ timmanifattura materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat li jikkonformaw mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 li jiżguraw ukoll is-sikurezza mikrobijoloġika tagħhom, inkluża karatterizzazzjoni tal-livelli ta’ kontaminanti fl-input tal-plastik u fil-plastik riċiklat, determinazzjoni tal-effiċjenza tad-dekontaminazzjoni, u tat-trasferiment ta’ dawn il-kontaminanti mill-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat fl-ikel, u raġunament dwar għaliex il-kunċetti, il-prinċipji, u l-prattiki applikati huma biżżejjed biex jiġu ssodisfati dawk ir-rekwiżiti;
deskrizzjoni ta’ proċess ta’ riċiklaġġ tipiku wieħed jew aktar li jużaw it-teknoloġija, inkluża dijagramma blokka tal-istadji ewlenin tal-manifattura, u, jekk rilevanti, spjegazzjoni tal-iskema ta’ riċiklaġġ użata u tar-regoli li jirregolaw il-funzjonament tagħha;
spjegazzjoni bbażata fuq il-punt (a) li tiddeskrivi għaliex it-teknoloġija għandha titqies differenti mit-teknoloġiji eżistenti u għandha titqies bħala ġdida;
sommarju li jipproponi kriterji ta’ evalwazzjoni lill-Awtorità għall-evalwazzjoni futura potenzjali tagħha tal-proċessi ta’ riċiklaġġ li japplikaw it-teknoloġija l-ġdida li fuqha tkun ibbażata l-installazzjoni kif meħtieġ fl-Artikolu 20(2);
stima tan-numru mistenni ta’ installazzjonijiet ta’ dekontaminazzjoni li se jitħaddmu sabiex tiġi żviluppata t-teknoloġija l-ġdida, u l-indirizzi previsti ta’ fejn se jkunu jinstabu l-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ.
Għall-finijiet tal-punt (c), id-data użata sabiex tiġi ddeterminata l-effiċjenza tad-dekontaminazzjoni għandha tinkiseb jew bit-tħaddim ta’ installazzjoni pilota, jew inkella toriġina mill-produzzjoni kummerċjali ta’ plastik riċiklat mhux maħsub biex jiġi f’kuntatt mal-ikel. Meta jkun meħtieġ biex tiġi stabbilita bis-sħiħ is-sikurezza tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik, id-data għandha tiġi kkomplementata minn testijiet imfassla biex jivvalutaw il-kunċetti, il-prinċipji u l-prattiki speċifiċi għat-teknoloġija. Meta l-input tal-plastik jista’ jkun fih plastiks mhux prodotti f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 10/2011, l-evidenza meħtieġa għandha turi li t-teknoloġija tneħħi s-sustanzi li ntużaw fil-manifattura ta’ dawk il-plastiks sa fejn ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżit fl-Artikolu 4(2) jiġi ssodisfat.
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri, u għall-Awtorità. L-iżviluppatur għandu jipprovdiha wkoll lir-riċiklaturi kollha li jużaw it-teknoloġija l-ġdida. Din għandha tiġi aġġornata mingħajr dewmien abbażi ta’ informazzjoni ġdida li tkun ġejja minn attivitajiet ta’ żvilupp. L-informazzjoni għandha titqies ta’ rilevanza kummerċjali għall-iżviluppatur, u ma għandhiex issir disponibbli għall-pubbliku qabel ma l-Kummissjoni titlob lill-Awtorità tivvaluta t-teknoloġija tar-riċiklaġġ f’konformità mal-Artikolu 14.
F’każ li l-awtorità kompetenti tqis li dawn ir-rekwiżiti ma humiex issodisfati, hija għandha tinnotifika t-tħassib tagħha lill-iżviluppatur, u tista’ tagħti struzzjonijiet lill-iżviluppatur sabiex idewwem il-bidu tat-tħaddim tal-ewwel installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni f’konformità mal-paragrafu 2 sakemm l-iżviluppatur ikun indirizza dak it-tħassib.
L-iżviluppatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar il-mod li bih indirizza t-tħassib jew jiċċara għaliex iqis li ma hija meħtieġa l-ebda azzjoni.
F’każ li l-awtorità kompetenti jkollha tħassib serju dwar is-sikurezza tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni.
Artikolu 11
Kundizzjonijiet dwar it-tħaddim tal-installazzjonijiet tar-riċiklaġġ li japplikaw teknoloġiji ġodda
Artikolu 12
Rekwiżiti ta’ informazzjoni supplimentari dwar l-installazzjonijiet tar-riċiklaġġ li jużaw teknoloġija ġdida
Riċiklatur għandu jżomm disponibbli fl-installazzjoni tad-dekontaminazzjoni l-informazzjoni supplimentari li ġejja:
sommarju tat-teknoloġija l-ġdida li ma jaqbiżx il-250 kelma;
sommarju li jiddeskrivi l-installazzjoni sħiħa tar-riċiklaġġ u l-proċess li tapplika, li ma jaqbiżx l-1 500 kelma. Dan is-sommarju għandu juri s-sikurezza tal-plastik riċiklat immanifatturat bl-installazzjoni, u għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-iżviluppatur f’konformità mal-Artikolu 10(3), kif ukoll il-kriterji ta’ evalwazzjoni msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 10(3);
dijagramma blokka dettaljata li turi s-sekwenza tal-istadji ewlenin tal-manifattura tal-installazzjoni tar-riċiklaġġ, inklużi l-operazzjonijiet unitarji individwali kollha mħaddma fil-faċilità tar-riċiklaġġ;
dijagramma tal-pajpijiet u tal-istrumentazzjoni tal-proċess tad-dekontaminazzjoni f’konformità mat-Taqsima 4.4 tal-ISO 10628-1:2014, li turi biss l-istrumentazzjoni rilevanti għad-dekontaminazzjoni; .
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1 id-dokumentazzjoni ta’ sostenn għandha tinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:
informazzjoni dwar il-livell ta’ kontaminazzjoni inċidentali preżenti fl-input tal-plastik, u informazzjoni dwar tipi oħra ta’ kontaminazzjoni u l-livelli tagħhom, b’mod partikolari fejn abbażi tal-Artikolu 11(3) l-input tal-plastik ma jissodisfax wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6;
informazzjoni dwar l-ammont jew il-perċentwal tal-kontaminazzjoni li jista’ jneħħi l-proċess tad-dekontaminazzjoni (“l-effiċjenza tad-dekontaminazzjoni”);
informazzjoni dwar il-kontaminazzjoni residwa stmata preżenti fl-output tal-proċess tad-dekontaminazzjoni filwaqt li titqies l-effiċjenza tad-dekontaminazzjoni, inkluża dik ta’ sustanzi potenzjalment ġenotossiċi u interferenti endokrinali li jifdal u tas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 13(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 10/2011, anke jekk l-okkorrenza tagħhom tkun taħt il-limitu tad-detezzjoni tat-tekniki analitiċi applikati;
informazzjoni dwar id-destin tal-kontaminanti li jitneħħew fil-proċess ta’ dekontaminazzjoni;
informazzjoni dwar il-migrazzjoni fl-ikel tal-kontaminazzjoni residwa preżenti fil-materjal jew fl-oġġett tal-plastik riċiklat, li jkunu għaddew minn postproċessar f’konformità mar-rekwiżiti tal-proċess ta’ riċiklaġġ, u filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet tal-użu ddefiniti għall-materjali u l-oġġetti kkonċernati;
raġunament, diskussjoni u konklużjoni ġenerali dwar is-sikurezza tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat abbażi tal-informazzjoni stabbilita fil-punti (a) sa (e).
L-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għandha tinżamm aġġornata u tkun ibbażata fuq l-iktar informazzjoni rilevanti riċenti għal dawn l-elementi, inkluża l-informazzjoni pprovduta mill-fornituri tal-input tal-plastik u mill-utenti tal-plastik riċiklat, u informazzjoni li tinkiseb mill-monitoraġġ f’konformità mal-Artikolu 13 u d-djalogu msemmi fl-Artikolu 10(7).
Artikolu 13
Monitoraġġ u rapportar tal-livelli ta’ kontaminazzjoni
Il-kampjunar inizjalment għandu jinkludi l-lottijiet tal-input kollha u l-lottijiet tal-output korrispondenti, iżda l-frekwenza tal-kampjunar tista’ titnaqqas ladarba jinkisbu medji stabbli. Fi kwalunkwe każ, il-frekwenza tal-kampjunar għandha tinżamm f’livell xieraq sabiex jiġu individwati x-xejriet u/jew bidliet oħrajn fil-livelli ta’ kontaminazzjoni tal-lottijiet tal-input, u sabiex jiġi identifikat jekk il-preżenza tal-kontaminanti hijiex qiegħda terġa’ sseħħ.
Meta d-determinazzjoni tal-frekwenza tal-kampjunar ibbażata fuq lottijiet tal-input tal-plastik ma tkunx prattika minħabba l-partikolaritajiet tal-proċess ta’ riċiklaġġ, il-frekwenza għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-lottijiet użati fl-eqreb operazzjoni tal-ipproċessar minn qabel li għaliha tali determinazzjoni tkun prattika.
Il-livelli ta’ kontaminanti residwi fl-output għandhom jiġu ddeterminati qabel kull dilwizzjoni tal-materjal tal-output biż-żieda ta’ materjal ieħor. Meta l-livelli ta’ kontaminanti fl-output ikunu taħt il-livell ta’ kwantifikazzjoni tal-metodi analitiċi applikati għall-monitoraġġ, il-monitoraġġ tal-output jista’ jiġi ssostitwit bi studju wieħed jew aktar li jiddeterminaw il-livell ta’ kontaminant residwu f’numru limitat ta’ lottijiet tal-output b’metodi analitiċi b’limitu ta’ kwantifikazzjoni baxx biżżejjed sabiex tiġi ddeterminata l-effiċjenza reali tad-dekontaminazzjoni miksuba fl-installazzjoni tad-dekontaminazzjoni. F’każ li l-kontaminazzjoni residwa fl-output tkun tant baxxa li l-kwantifikazzjoni tagħha ma tkunx possibbli, il-livell ta’ detezzjoni ta’ dawk il-metodi għandu jkun baxx biżżejjed sabiex jappoġġa r-raġunament dwar jekk l-effiċjenza tad-dekontaminazzjoni hijiex biżżejjed sabiex jiġi żgurat li l-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklati jikkonformaw mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.
Ir-rapport għandu jinkludi mill-anqas:
deskrizzjoni qasira tat-teknoloġija l-ġdida abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(3), inkluża l-informazzjoni meħtieġa skont il-punti (a), (b), (d) u (f) tiegħu;
sommarju tar-raġunament dwar il-kapaċità tat-teknoloġija l-ġdida u l-proċess(i) ta’ riċiklaġġ għall-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat li jikkonformaw mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u li huma mikrobijoloġikament sikuri abbażi tal-informazzjoni inkluża fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 10(3), u filwaqt li titqies l-informazzjoni li tkun waslet f’konformità mal-paragrafu 3;
lista tas-sustanzi kollha b’piż molekulari ta’ anqas minn 1 000 Dalton li jinsabu fl-inputs tal-plastik għal kull waħda mill-installazzjonijiet ta’ dekontaminazzjoni u fl-output tal-plastik riċiklat tagħhom, magħżula f’ordni dekrexxenti bl-okkorrenza relattiva tagħhom u li minnhom ikunu ġew identifikati mill-anqas l-ewwel 20 kontaminant inċidentali identifikati fl-input, u l-ammonti tagħhom speċifikati bħala frazzjoni tal-piż tal-input u tal-output;
lista ta’ materjali kontaminanti preżenti b’mod regolari fl-input tal-plastik, inklużi tipi ta’ polimeri li jvarjaw minn dawk fl-input tal-plastik maħsub, plastik mhux maħsub biex jiġi f’kuntatt mal-ikel, u materjali oħrajn li jinstabu fl-inputs u fl-outputs imsemmija fil-punt (c), u l-ammonti tagħhom speċifikati bħala frazzjoni tal-piż tal-input u tal-output;
analiżi tal-oriġini l-aktar probabbli tal-kontaminanti identifikati msemmija fil-punti (c) u (d), u ta’ jekk dawk l-oriġini jistgħux iwasslu għall-preżenza simultanja ta’ sustanzi oħrajn ta’ tħassib li jew ma jkunux ġew individwati jew identifikati bit-tekniki analitiċi applikati;
kejl jew stima tal-livelli ta’ migrazzjoni fl-ikel ta’ kontaminanti preżenti fil-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat;
deskrizzjoni dettaljata tal-istrateġija ta’ kampjunar applikata;
deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri u tal-metodi analitiċi użati, inklużi l-proċeduri ta’ kampjunar u l-limiti ta’ detezzjoni u kwantifikazzjoni, kif ukoll id-data ta’ validazzjoni u r-raġunament dwar l-adegwatezza tagħhom;
analiżi u spjegazzjoni ta’ kull diskrepanza osservata bejn il-livelli ta’ kontaminanti mistennija fil-plastik tal-input u fl-output tal-installazzjoni u l-effiċjenza tad-dekontaminazzjoni tagħha abbażi tar-raġunament ipprovdut fil-punt (b) u r-riżultati attwali fil-punt (c).
diskussjoni tad-differenzi bejn dan ir-rapport u rapporti preċedenti ppubblikati f’konformità ma’ dan il-paragrafu, jekk ikun hemm.
Artikolu 14
Valutazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda
F’każ li l-iżviluppatur jitlob il-valutazzjoni tat-teknoloġija l-ġdida, il-Kummissjoni tista’ ddewwem it-talba lill-Awtorità sa sentejn f’każ li tkun tal-fehma li l-għarfien disponibbli dwar it-teknoloġija l-ġdida għadu insuffiċjenti, jew meta operaturi oħrajn ikunu qegħdin jiżviluppaw l-istess teknoloġiji ġodda jew teknoloġiji ġodda simili.
Il-valutazzjoni tal-adegwatezza għandha tinkludi l-effiċjenza tal-prinċipji kimiċi u/jew fiżiċi użati għad-dekontaminazzjoni ta’ input tal-plastik speċifikat sabiex il-materjali u l-oġġetti tal-plastik immanifatturati minn plastik riċiklat miksub mit-teknoloġija l-ġdida jikkonformaw mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004. Din għandha tinkludi wkoll is-sikurezza mikrobijoloġika.
Fi żmien sena wara li tirċievi t-talba għall-valutazzjoni tat-teknoloġija l-ġdida, l-Awtorità għandha tippubblika opinjoni dwar l-eżitu tal-valutazzjoni tagħha. Dik l-opinjoni għandha tinkludi:
karatterizzazzjoni tat-teknoloġija tar-riċiklaġġ ibbażata fuq il-proprjetajiet iddefiniti fl-Artikolu 3(2);
diskussjoni u konklużjoni dwar il-valutazzjoni tagħha tal-kapaċità tat-teknoloġija l-ġdida għar-riċiklaġġ tal-iskart tal-plastik f’konformità mal-paragrafu 3, inklużi osservazzjonijiet jew tħassib speċifiku li l-Awtorità għandha dwar it-teknoloġija, u dwar il-proċessi u l-installazzjonijiet li jużawha, u definizzjoni u ġustifikazzjoni ta’ kull restrizzjoni u speċifikazzjoni meqjusa meħtieġa;
konklużjoni dwar jekk il-proċessi individwali ta’ riċiklaġġ li japplikaw dik it-teknoloġija tar-riċiklaġġ jirrikjedux aktar evalwazzjoni individwali f’konformità mal-Artikoli 17 sa 20;
jekk l-Awtorità tikkonkludi li hija meħtieġa evalwazzjoni individwali tal-proċessi ta’ riċiklaġġ, gwida speċifika kif imsemmija fl-Artikolu 20(2);
f’każ li l-Awtorità tikkonkludi li ma hijiex meħtieġa evalwazzjoni individwali tal-proċessi ta’ riċiklaġġ, informazzjoni ekwivalenti għall-informazzjoni meħtieġa fil-punti (c) sa (g) tal-Artikolu 18(4).
Għall-fini tal-valutazzjoni tat-teknoloġiji, l-Awtorità għandha tipprovdi trattament kunfidenzjali għal informazzjoni supplimentarja li titlob dwar aspetti speċifiċi għall-proċessi u l-installazzjonijiet individwali ta’ riċiklaġġ użati minn riċiklatur. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(1)(b) u (e), u fl-Artikolu 12(3) ma għandhiex tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali.
L-informazzjoni meqjusa kunfidenzjali f’konformità ma’ dan il-paragrafu ma għandhiex tinqasam ma’ żviluppaturi, riċiklaturi, jew partijiet terzi oħrajn jew bejniethom mingħajr il-kunsens tas-sid ta’ dik l-informazzjoni.
Artikolu 15
Deċiżjoni dwar l-adegwatezza ta’ teknoloġija ġdida
Meta l-Kummissjoni tqis li teknoloġija ġdida hija teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa, hija għandha tistabbilixxi, skont dak li jkun meħtieġ, ir-rekwiżiti speċifiċi applikabbli għal dik it-teknoloġija u tiddeċiedi jekk il-proċessi ta’ riċiklaġġ li japplikawha għandhomx ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni u jekk għandhiex tinkludi l-użu ta’ skema ta’ riċiklaġġ.
Artikolu 16
Klawsola ta’ salvagwardja dwar it-tqegħid fis-suq ta’ materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat immanifatturati b’teknoloġija tar-riċiklaġġ ġdida jew xierqa
Abbażi tal-eżitu tal-analiżi tagħha, il-Kummissjoni tista’:
tistabbilixxi r-restrizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet rigward it-teknoloġija, skont ma jkun meħtieġ;
tqis it-teknoloġija tar-riċiklaġġ bħala mhux xierqa.
KAPITOLU V
PROĊEDURA GĦALL-AWTORIZZAZZJONI TA’ PROĊESSI INDIVIDWALI TA’ RIĊIKLAĠĠ
Artikolu 17
Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ proċessi individwali ta’ riċiklaġġ
L-applikant għandu jissottometti l-applikazzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru flimkien ma’ dawn li ġejjin:
l-isem u l-indirizz tal-applikant;
dossier tekniku li jkun fih l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 5;
sommarju tad-dossier tekniku.
L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu (2) għandha:
tibgħat konferma bil-miktub li rċeviet l-applikazzjoni lill-applikant fi żmien 14-il jum minn meta tkun waslet, filwaqt li tiddikjara d-data tal-wasla;
tinforma lill-Awtorità minnufih;
tibgħat l-applikazzjoni u kull informazzjoni supplimentarja li jkun bagħat l-applikant lill-Awtorità.
L-Awtorità għandha mingħajr dewmien:
tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bl-applikazzjoni u tgħaddilhom l-applikazzjoni u kull informazzjoni supplimentarja pprovduta mill-applikant;
tippubblika l-applikazzjoni, l-informazzjoni ta’ sostenn rilevanti u kull informazzjoni supplimentarja pprovduta mill-applikant, f’konformità mal-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.
Id-dossier tekniku għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
kull informazzjoni meħtieġa fil-gwida dettaljata ppubblikata mill-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 20(2);
deskrizzjoni tal-ipproċessar minn qabel imwettaq sabiex jiġi prodott input tal-plastik xieraq sabiex jiddaħħal fil-proċess tad-dekontaminazzjoni u tal-proċeduri speċifiċi ta’ kontroll tal-kwalità applikati matul il-ġbir u l-ipproċessar minn qabel, inkluża speċifikazzjoni dettaljata tal-input tal-plastik ipproċessat minn qabel;
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe postproċessar meħtieġ tal-plastik riċiklat u tal-użu maħsub tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik li jirriżultaw u tal-użi li għalihom ma jkunx xieraq, inklużi struzzjonijiet u tikkettar rilevanti li għandhom jiġu pprovduti lill-konverturi u lill-utenti finali tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat;
dijagramma blokka sempliċi tal-operazzjonijiet unitarji kollha użati fil-proċess ta’ dekontaminazzjoni, li tipprovdi referenza għall-proċeduri tal-input, l-output u l-kontroll tal-kwalità applikati minn kull operazzjoni;
dijagramma tal-pajpijiet u tal-istrumentazzjoni tal-proċess tad-dekontaminazzjoni f’konformità mat-Taqsima 4.4 tal-ISO 10628-1:2014, li turi biss l-istrumentazzjoni rilevanti għad-dekontaminazzjoni;
deskrizzjoni tal-proċeduri tal-kontroll tal-kwalità applikati f’kull operazzjoni unitarja tal-proċess tad-dekontaminazzjoni, inklużi:
il-valuri tal-parametri mmonitorjati bħat-temperaturi operattivi, il-pressjonijiet, ir-rati tal-fluss u l-konċentrazzjonijiet, u l-firxiet aċċettabbli tagħhom;
l-analiżi tal-laboratorju u l-frekwenza tagħha; jekk ikun hemm,
il-proċeduri tal-korrezzjoni u taż-żamma tar-rekords; u
kull informazzjoni oħra li l-applikant iqis li tkun rilevanti sabiex jiddeskrivi bis-sħiħ il-proċeduri ta’ kontroll tal-kwalità tiegħu.
Artikolu 18
Opinjoni tal-Awtorità
L-Awtorità tista’ testendi l-limitu ta’ żmien previst fl-ewwel subparagrafu b’perjodu massimu ta’ sitt xhur oħra. F’każ bħal dan, hija għandha tipprovdi spjegazzjoni dwar l-estensjoni lill-applikant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.
L-Awtorità għandha:
tivverifika li l-informazzjoni u d-dokumenti sottomessi mill-applikant ikunu f’konformità mal-Artikolu 17(5) f’liema każ l-applikazzjoni għandha titqies ċbħala valida;
tinforma lill-applikant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jekk l-applikazzjoni ma tkunx valida.
L-opinjoni tal-Awtorità għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
l-identifikazzjoni u l-indirizz tal-applikant;
in-numru assenjat fit-Tabella 1 tal-Anness I tat-teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa li juża l-proċess;
deskrizzjoni qasira tal-proċess ta’ riċiklaġġ inkluża deskrizzjoni qasira tal-istadji meħtieġa tal-ipproċessar minn qabel u l-postproċessar, karatterizzazzjoni tal-input tal-plastik, u l-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet tal-użu tal-output;
dijagramma tal-fluss tal-proċess tad-dekontaminazzjoni li tidentifika l-ordni tal-operazzjonijiet unitarji distinti li l-Awtorità tkun evalwat flimkien ma’ deskrizzjoni ta’ kull waħda minn dawn l-operazzjonijiet u, jekk ikun hemm parametri kritiċi għat-tħaddim tagħhom kif dawn jiġu kkontrollati;
evalwazzjoni xjentifika tal-effiċjenza tad-dekontaminazzjoni f’konformità mal-gwida stabbilita fl-Artikolu 20(2);
diskussjoni u konklużjoni dwar jekk il-proċess ta’ riċiklaġġ jistax jimmanifattura materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat li jikkonformaw mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u li huma mikrobijoloġikament sikuri, inkluż raġunament li jiġġustifika r-restrizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet li, fl-opinjoni tal-Awtorità, għandhom japplikaw għall-input tal-plastik, għall-konfigurazzjoni u t-tħaddim tal-proċess tad-dekontaminazzjoni u għall-użu tal-plastik riċiklat u tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat;
fejn xieraq, kwalunkwe rakkomandazzjoni li tikkonċerna l-monitoraġġ tal-konformità tal-proċess ta’ riċiklaġġ mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni.
Artikolu 19
Awtorizzazzjoni ta’ proċess ta’ riċiklaġġ individwali
Il-Kummissjoni għandha tħejji abbozz ta’ deċiżjoni li għandha tiġi indirizzata lill-applikant li tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni tal-proċess ta’ riċiklaġġ. Għandhom japplikaw l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).
Meta l-abbozz tad-deċiżjoni ma tkunx taqbel mal-opinjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tispjega r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.
Deċiżjoni li tagħti l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:
numru tal-awtorizzazzjoni tal-proċess tar-riċiklaġġ (“RAN”);
l-isem tal-proċess ta’ riċiklaġġ;
it-teknoloġija tar-riċiklaġġ, kif elenkata fl-Anness I, li għaliha huwa awtorizzat il-proċess;
l-isem u l-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni;
referenza għall-opinjoni tal-Awtorità li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni;
kwalunkwe rekwiżit speċifiku għat-tħaddim tal-proċess tad-dekontaminazzjoni, tal-ipproċessar minn qabel u tal-postproċessar li jikkomplementa jew jidderoga mir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 6, 7 u 8, jew fl-Artikolu 9;
kwalunkwe rekwiżit speċifiku dwar il-monitoraġġ u l-verifika tal-konformità tal-proċess ta’ riċiklaġġ mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni;
kwalunkwe kundizzjoni, speċifikazzjoni, u rekwiżiti speċifiċi ta’ tikkettar dwar l-użu ta’ plastik riċiklat li joriġina mill-proċess.
Artikolu 20
Gwida ppubblikata mill-Awtorità
Artikolu 21
Obbligi ġenerali li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni ta’ proċess ta’ riċiklaġġ
Artikolu 22
Talba għall-modifika ta’ awtorizzazzjoni mid-detentur tal-awtorizzazzjoni
L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata minn dawn li ġejjin:
ir-referenza għall-applikazzjoni oriġinali;
dossier tekniku li jkun fih l-informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 17(5), inkluża l-informazzjoni tad-dossier tekniku diġà sottomess waqt l-applikazzjoni oriġinali f’konformità mal-Artikolu 17(5) u mal-Artikolu 18(2), aġġornat bil-modifiki. Il-modifiki kollha (it-tħassir u ż-żidiet) għandhom jiġu mmarkati b’mod ċar u jkunu viżibbli fid-dossier tekniku;
sommarju ġdid komplut tad-dossier tekniku f’forma standardizzata;
mill-anqas skeda waħda mimlija ta’ monitoraġġ tal-konformità relatata ma’ installazzjoni tad-dekontaminazzjoni li tħaddem il-proċess awtorizzat kif sottomessa lil awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 26, u verżjoni aġġornata li tinkludi l-bidliet kollha, jekk ikun hemm, mistennija li jirriżultaw mit-tibdil mitlub.
Artikolu 23
Modifika, sospensjoni u revoka tal-awtorizzazzjoni ta’ proċess ta’ riċiklaġġ fuq l-inizjattiva tal-awtoritajiet kompetenti, tal-Awtorità jew tal-Kummissjoni
KAPITOLU VI
REĠISTRAZZJONI TAL-INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA GĦALL-KONTROLLI
Artikolu 24
Reġistru tal-Unjoni tat-teknoloġiji, tar-riċiklaturi, tal-proċessi ta’ riċiklaġġ, tal-iskemi ta’ riċiklaġġ, u tal-installazzjonijiet ta’ dekontaminazzjoni
Ir-Reġistru għandu jkun fih:
l-ismijiet ta’ teknoloġiji ġodda u l-ismijiet u l-indirizzi tal-iżviluppaturi, u l-URL imsemmi fl-Artikolu 10(2);
l-ismijiet tal-proċessi ta’ riċiklaġġ awtorizzati u l-ismijiet u l-indirizzi tad-detenturi tal-awtorizzazzjoni, u fuq liema teknoloġija huwa bbażat kull proċess;
l-istatus ta’ awtorizzazzjoni ta’ kull proċess ta’ riċiklaġġ reġistrat, inkluż jekk l-awtorizzazzjoni tiegħu hijiex sospiża, revokata, jew soġġetta għal dispożizzjonijiet tranżizzjonali, u l-aħħar data tal-bidla fl-istatus ta’ awtorizzazzjoni;
l-isem tal-kumpanija u l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tar-riċiklaturi li jħaddmu installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni;
l-indirizzi tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ;
l-installazzjonijiet ta’ dekontaminazzjoni, it-teknoloġija li jużaw, il-faċilità li jinsabu fiha, u l-proċess awtorizzat li japplikaw, jekk ikun hemm;
l-istatus tar-reġistrazzjoni tal-installazzjonijiet ta’ dekontaminazzjoni, inkluż jekk l-istatus ikun li għadhom kif ġew irreġistrati, li qegħdin jiġu stabbiliti, li huma attivi jew li huma sospiżi, u l-aħħar data tal-bidla ta’ dak l-istatus;
l-ismijiet tal-iskemi ta’ riċiklaġġ, u l-ismijiet u l-indirizzi tal-entità li timmaniġġja l-iskema;
il-marki meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 9(5);
fejn rilevanti, l-informazzjoni meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 19(2);
kontroreferenzi bejn it-teknoloġiji, il-proċessi, l-iskemi, ir-riċiklaturi, u l-installazzjonijiet u l-iskemi;
Ir-Reġistru għandu jżomm l-informazzjoni ta’ hawn fuq fil-forma ta’ tabelli. Dan għandu jassenja numri uniċi lill-entitajiet li ġejjin, kif ġej:
Artikolu 25
Reġistrazzjoni tar-riċiklaturi u tal-installazzjonijiet ta’ dekontaminazzjoni
Ir-riċiklaturi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti amministrattivi li ġejjin:
mill-anqas 30 jum ta’ xogħol qabel id-data tal-bidu tal-produzzjoni tal-plastik riċiklat f’installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni, ir-riċiklatur għandu jinnotifika l-installazzjoni u jew l-indirizz tal-faċilità fejn tinsab jew in-numru tal-faċilità lill-Kummissjoni u lill-awtorità kompetenti fit-territorju fejn tinsab l-installazzjoni, kif ukoll in-numru tar-reġistrazzjoni tiegħu jekk ir-riċiklatur ikun diġà rreġistrat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tar-riċiklaġġ jekk japplika proċess awtorizzat, u n-numru tat-teknoloġija xierqa jew ġdida, skont kif japplika;
man-notifika tal-ewwel installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni tiegħu f’konformità mal-punt (a), ir-riċiklatur għandu jinnotifika l-isem tal-kumpanija, il-persuni ta’ kuntatt tiegħu, u l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tiegħu lill-Kummissjoni u lill-awtorità kompetenti fit-territorju fejn ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali;
ir-riċiklatur għandu jkollu skeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità mimlija f’konformità mal-Anness II disponibbli fl-installazzjoni tar-riċiklaġġ u għandu jkun issottomettiha lill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 26;
Artikolu 26
Skeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità u verifika tat-tħaddim ta’ installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni
L-iskeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità għandha tipprovdi sommarju li jiddeskrivi b’mod ċar l-installazzjoni tar-riċiklaġġ, it-tħaddim tagħha, il-proċeduri u d-dokumenti rilevanti b’mod li juri l-konformità ma’ dan ir-Regolament.
Ir-riċiklaturi għandhom iqisu l-linji gwida applikabbli ppubblikati mill-Kummissjoni dwar l-iskeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità, kif ukoll is-sitwazzjoni partikolari fil-faċilità ta’ riċiklaġġ ikkonċernata fejn tinsab l-installazzjoni.
Meta ma tkunx tista’ tiġi stabbilita l-konformità, l-awtorità kompetenti għandha titlob lir-riċiklatur jaġġorna l-informazzjoni fl-iskeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità, fit-tħaddim tal-installazzjoni tar-riċiklaġġ, jew fit-tnejn li huma, skont kif xieraq.
Meta tiġi stabbilita l-konformità, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni b’dan. L-istatus tar-reġistrazzjoni f’konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 24(2) għandu jinbidel għal “attiv”.
Jekk l-istatus ta’ installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni jkun “sospiż” għal sena, l-entrata li tikkonċerna l-installazzjoni għandha titneħħa mir-Reġistru.
KAPITOLU VII
KONTROLLI UFFIĊJALI
Artikolu 27
Kontrolli uffiċjali tal-installazzjonijiet tar-riċiklaġġ
Il-kontrolli uffiċjali tal-installazzjonijiet tar-riċiklaġġ u tar-riċiklaturi għandhom jinkludu b’mod partikolari awditi f’konformità mal-punt (i) tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2017/625.
Dawn l-awditi għandhom jiġu kkomplementati minn:
valutazzjoni tal-proċeduri dwar prassi tajba ta’ manifattura skont il-punt (d) tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2017/625;
eżami f’konformità mal-punti (a) u (e) tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2017/625, tal-iskeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità stabbilita f’konformità mal-Artikolu 26, u, abbażi ta’ dik l-iskeda tas-sommarju, tal-kontrolli li l-operaturi jkunu stabbilew u tad-dokumenti u r-rekords imsemmija f’dik l-iskeda tas-sommarju.
Artikolu 28
Nuqqas ta’ konformità tal-plastik riċiklat
Awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi li lott ta’ plastik riċiklat ma jkunx konformi jekk waqt il-kontrolli uffiċjali ssib li:
riċiklatur ikun qiegħdu fis-suq mingħajr dokumentazzjoni jew tikkettar xieraq;
riċiklatur ma jkunx jista’ juri abbażi tar-rekords tiegħu u dokumentazzjoni oħra li ġie mmanifatturat skont dan ir-Regolament;
il-lott ikun ġie mmanifatturat f’installazzjoni tar-riċiklaġġ li ma kinitx imħaddma f’konformità ma’ dan ir-Regolament matul perjodu stabbilit f’konformità mal-paragrafu 3.
It-tħaddim ta’ installazzjoni tar-riċiklaġġ għandu jitqies mhux f’konformità ma’ dan ir-Regolament meta l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li:
mill-anqas żewġ lottijiet ma jkunux konformi abbażi tal-punt (b) tal-paragrafu 1 minħabba nuqqasijiet fit-tħaddim tal-installazzjoni tar-riċiklaġġ, u li dawn in-nuqqasijiet minħabba n-natura tagħhom x’aktarx li jaffettwaw lottijiet oħrajn,
il-manifattura tal-plastik riċiklat fl-installazzjoni tar-riċiklaġġ ma tkunx f’konformità mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti f’dan ir-Regolament u, fejn rilevanti, ir-rekwiżiti speċifiċi applikabbli għat-teknoloġija tar-riċiklaġġ xierqa applikata u l-proċess tar-riċiklaġġ użat, jew mar-rekwiżiti applikabbli għat-teknoloġija l-ġdida applikata, jew,
fejn rilevanti, ma setgħetx tivverifika l-iskeda tas-sommarju tal-monitoraġġ tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 24(3) fi żmien sena mid-data tal-bidu tal-produzzjoni tal-plastik riċiklat fl-installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni.
Meta l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li t-tħaddim ta’ installazzjoni tar-riċiklaġġ ma jkunx f’konformità ma’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-perjodu li matulu kien il-każ, filwaqt li tqis kull evidenza disponibbli jew in-nuqqas tagħha. Fil-każ tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, dan għandu jkun il-perjodu kollu tat-tħaddim tal-installazzjoni tar-riċiklaġġ.
KAPITOLU VIII
DOKUMENTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ
Artikolu 29
Rekwiżiti speċifiċi għad-dikjarazzjonijiet ta’ konformità għar-riċiklaturi u għall-konvertituri
KAPITOLU IX
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 30
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 282/2008 jitħassar.
Artikolu 31
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Artikolu 32
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali speċifiċi li japplikaw għall-manifattura ta’ materjali u oġġetti li fihom il-plastik riċiklat jintuża wara ostaklu funzjonali
Ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw għat-tħaddim ta’ installazzjonijiet ta’ riċiklaġġ li diġà jimmanifatturaw materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat li fihom il-plastik riċiklat jintuża wara ostaklu funzjonali tal-plastik qabel l-10 ta’ Ottubru 2022:
l-installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni li timmanifattura l-plastik riċiklat kif ukoll kull installazzjoni tal-postproċessar li żżid l-ostaklu funzjonali hija inkluża f’lista ta’ installazzjonijiet sottomessi minn żviluppatur li jinnotifika t-teknoloġija speċifika ta’ riċiklaġġ applikata mill-installazzjonijiet kollha fil-lista f’konformità mal-Artikolu 10(2); u,
ir-riżultati mit-testijiet tal-migrazzjoni, mit-testijiet tal-isfidi, u/jew mill-immudellar tal-migrazzjoni, skont kif xieraq u applikabbli għat-teknoloġija tar-riċiklaġġ notifikata u għall-ispeċifiċitajiet tal-proċess li tapplika l-installazzjoni tar-riċiklaġġ, juru b’mod ċar li l-ostaklu funzjonali huwa kapaċi, filwaqt li jitqies il-livell ta’ kontaminazzjoni tal-plastik riċiklat, li jaġixxi bħala ostaklu funzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 matul il-perjodu ta’ ħżin prevedibbli tal-materjali u tal-oġġetti tal-plastik riċiklat manifatturati, li jinkludi ż-żmien mill-manifattura tagħhom ’il quddiem, u ż-żmien massimu ta’ kemm idum tajjeb l-ikel ippakkjat, jekk ikun hemm.
L-iżviluppatur għandu jikkomunika l-lista msemmija fil-punt (i) u rapport ta’ studju li jinkorpora r-riżultati tat-test meħtieġa skont il-punt (ii) lill-awtorità kompetenti u lill-Kummissjoni qabel l-10 ta’ April 2023. Sommarju robust tal-istudju għandu jkun parti mir-rapport inizjali ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 10(4).
Artikolu 33
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikoli 6(3)(c) u 13(2) għandhom japplikaw mill-10 ta’ Ottubru 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Teknoloġiji xierqa tar-riċiklaġġ kif imsemmijin fl-Artikolu 3
It-Tabella 1 fiha l-informazzjoni li ġejja:
in-numru assenjat għat-teknoloġija tar-riċiklaċċ;
l-isem tat-teknoloġija tar-riċiklaġġ;
it-tipi ta’ polimeru li tippermetti li jiġi rriċiklat it-teknoloġija tar-riċiklaġġ;
deskrizzjoni qasira tat-teknoloġija tar-riċiklaġġ u referenza għal deskrizzjoni dettaljata fit-Tabella 3;
it-tip ta’ input li t-teknoloġija tar-riċiklaġġ tista’ tiddekontamina, fejn
it-tip ta’ output manifatturat bit-teknoloġija tar-riċiklaġġ;
jekk ikun indikat “iva” fil-Kolonna 7, il-proċessi individwali ta’ riċiklaġġ għandhom jiġu awtorizzati f’konformità mal-Artikoli 17 sa 19;
referenza għat-Tabella 4 dwar l-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti applikabbli għall-użu tat-teknoloġija f’konformità mal-Artikolu 4(4)(b), li tissupplimenta r-rekwiżiti fl-Artikoli 6 sa 8;
derogi mill-Artikoli 6 sa 8 f’konformità mal-Artikolu 4(4)(b), u derogi mill-Artikolu 9(8);
jekk ikun indikat “iva” fil-Kolonna 10, it-teknoloġija tar-riċiklaġġ għandha tintuża biss bħala parti minn skema ta’ riċiklaġġ f’konformità mal-Artikolu 9
Tabella 1
Lista ta’ teknoloġiji tar-riċiklaġġ xierqa
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
(8) |
(9) |
(10) |
Numru tat-teknoloġija tar-riċiklaġġ |
Isem it-teknoloġija |
Tip ta’ polimeru (speċifikazzjoni dettaljata fit-Tabella 2) |
Deskrizzjoni qasira tat-teknoloġija tar-riċiklaġġ (speċifikazzjoni dettaljata fit-Tabella 3) |
Speċifikazzjoni tal-input tal-plastik |
Speċifikazzjoni tal-output |
Soġġetta għall-awtorizzazzjoni ta’ proċessi individwali |
Speċifikazzjonijiet u rekwiżiti (referenza għat-Tabella 4) |
Derogi (referenza għat-Tabella 5) |
Tapplika l-iskema ta’ riċiklaġġ |
1 |
Riċiklaġġ mekkaniku tal-PET ta’ wara l-konsum |
PET (2.1) |
Riċiklaġġ mekkaniku (3.1) |
PCW tal-PET biss li fih massimu ta’ 5% ta’ materjali u ta’ oġġetti li ntużaw f’kuntatt ma’ materjali jew ma’ sustanzi mhux tal-ikel. |
PET dekontaminat, materjali u oġġetti finali li ma għandhomx jintużaw fi fran konvenzjonali jew mikrowave; jistgħu japplikaw speċifikazzjonijiet addizzjonali għall-output minn proċessi individwali |
Iva |
- |
- |
Le |
2 |
Riċiklaġġ minn ċirkwiti tal-prodotti li jkunu f’katina magħluqa u kkontrollata |
Il-polimeri kollha mmanifatturati bħala materjali verġni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 |
Tindif bażiku u dekontaminazzjoni mikrobijoloġika matul l-ifformar mill-ġdid (3.2) |
Materjali u oġġetti tal-plastik mhux ikkontaminati kimikament prodotti minn polimeru wieħed jew minn polimeri kompatibbli li ntużaw jew li kienu maħsuba biex jintużaw bl-istess kundizzjonijiet ta’ użu u miksuba biss minn ċirku ta’ prodotti li jkun f’katina magħluqa u kkontrollata, u jeskludi l-ġbir mill-konsumaturi |
Il-materjali u l-oġġetti fformati mill-ġdid maħsuba sabiex jintużaw għall-istess skop u bl-istess kundizzjonijiet ta’ użu bħall-materjali u l-oġġetti ċċirkolati fl-iskema ta’ riċiklaġġ li minnha jkun inkiseb l-input tal-plastik. |
Le |
4.1 |
- |
Iva |
Tabella 2
Speċifikazzjoni dettaljata tal-polimeri
Numru ta’ referenza |
Akronimu |
Numru tar-reżina u/jew simbolu tar-riċiklaġġ, jekk ikun hemm (1) |
Speċifikazzjoni dettaljata għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament |
2.1 |
PET |
1 |
polimeru tal-polietilentereftalat magħmul mill-polikondensazzjoni tal-komonomeri etilenglikol u tal-aċidu tereftaliku jew tat-tereftalat dimetiliku, li minnu s-sinsla polimerika jkun fiha sa 10 % w/w komonomeri oħrajn elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011, bħall-aċidu isoftaliku u d-dietilenglikol |
(1)
Kif iddefinit fid-Deċiżjoni 97/129/KE, ASTM D7611 jew GB/T 16288-2008. |
Tabella 3
Deskrizzjoni dettaljata tat-teknoloġija ta’ dekontaminazzjoni
Numru ta’ referenza |
Isem |
Deskrizzjoni dettaljata |
3.1 |
Riċiklaġġ mekkaniku |
Din it-teknoloġija ta’ riċiklaġġ tirkupra l-plastiks miġburin permezz ta’ proċessi mekkaniċi u fiżiċi, tipikament is-separazzjoni, it-tħin, il-ħasil, il-materjali ta’ separazzjoni, it-tnixxif, u r-rikristallizzazzjoni sabiex jiġi prodott input tal-plastik li jżomm l-identità kimika tal-plastik miġbur. L-istadju kritiku ta’ din it-teknoloġija ta’ riċiklaġġ huwa d-dekontaminazzjoni li matulha l-input tal-plastik ikun soġġett għal mill-anqas ħin minimu għas-sħana, u għal vakwu jew għal fluss ta’ gass, sabiex titneħħa l-kontaminazzjoni inċidentali sa livell li ma jkunx ta’ tħassib għas-saħħa. Dan l-istadju jista’ jiġi segwit minn stadji oħra ta’ riċiklaġġ u ta’ konverżjoni, bħall-istadji ta’ filtrazzjoni, ta’ rigranulazzjoni, ta’ taħlit, ta’ estrużjoni u ta’ fformar. L-użu ta’ din it-teknoloġija ta’ riċiklaġġ iżomm il-ktajjen polimeriċi li jikkostitwixxu l-plastik, u jista’ jżid il-piż molekulari tagħhom. Jista’ jseħħ ukoll tnaqqis żgħir mhux intenzjonat fil-piż molekulari. |
3.2 |
Riċiklaġġ minn ċirkwiti tal-prodotti li jkunu f’katina magħluqa u kkontrollata |
Teknoloġija ta’ riċiklaġġ li tirriċikla l-input tal-plastik li joriġina biss minn entitajiet li jipparteċipaw f’ċikli magħluqin li jikkonsistu mill-istadji tal-manifattura, tad-distribuzzjoni jew tal-catering, u li jipparteċipaw fi skema ta’ riċiklaġġ f’konformità mal-Artikolu 9. L-input tal-plastik joriġina biss minn materjali u minn oġġetti li huma maħsubin għall-kuntatt mal-ikel u li jintużaw hekk, u tista’ tiġi eskluża kull kontaminazzjoni għajr ir-residwi tas-superfiċe mill-ikel u mit-tikkettar. L-input tal-plastik jista’ jkun fih materjali u oġġetti mqattgħin biċċiet żgħar, kif ukoll fdalijiet u skart mill-produzzjoni ta’ materjali u ta’ oġġetti tal-plastik. L-iskema teskludi l-ġbir ta’ materjali u ta’ oġġetti bħala input tal-plastik jekk dawn ikunu ġew ipprovduti lill-konsumaturi għall-użu barra mill-bini u/jew għall-kontroll tal-entitajiet li jipparteċipaw fl-iskema ta’ riċiklaġġ. It-teknoloġija ta’ dekontaminazzjoni applikata bħala parti minn din it-teknoloġija ta’ riċiklaġġ tipprevedi d-dekontaminazzjoni mikrobijoloġika minn temperatura għolja matul l-ifformar mill-ġdid ippreċeduta minn tindif bażiku tal-wiċċ permezz tal-ħasil jew b’mezzi oħrajn xierqa għat-tħejjija tal-materjal għall-ifformar mill-ġdid. Barra minn hekk, tista’ żżid plastik ġdid biex tipprevjeni t-telf fil-kwalità tal-plastik riċiklat li jagħmlu mhux adattat għall-użu li kien maħsub għalih. Il-plastik riċiklat jintuża biss għall-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik għall-kuntatt mal-istess ikel u bl-istess kundizzjonijiet bħalma kienu maħsubin għalihom il-materjali u l-oġġetti miġburin, u li għalihom il-konformità mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 tkun ġiet ivverifikata inizjalment. |
Tabella 4
Speċifikazzjonijiet u rekwiżiti applikabbli għall-użu tat-teknoloġija f’konformità mal-Artikolu 4(4)
Numru ta’ referenza |
Speċifikazzjonijiet / rekwiżiti |
4.1 |
(a) it-teknoloġija u t-tħaddim tagħha għandhom jikkorrispondu bis-sħiħ mad-deskrizzjoni pprovduta fil-punt 3.2 tat-tabella 3; (b) meta l-materjali jkunu soġġetti għall-użu mill-ġdid fil-katina tad-distribuzzjoni, mingħajr operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ, għandhom jitnaddfu regolarment u biżżejjed biex jipprevjeni l-akkumulazzjoni ta’ residwi li joriġinaw mill-ikel, mill-użu u mit-tikkettar; (c) l-użu, l-użu mill-ġdid, it-tindif f’konformità mal-punt (b), u r-riċiklaġġ għandhom jiġu implimentati b’mod maħsub biex jipprevjeni l-kontaminazzjoni inċidentali tal-input tal-plastik li ma jistax jitneħħa bit-tindif tas-superfiċe; (d) għandu jiġi eskluż l-użu ta’ kull tikkettar jew stampar fuq il-materjali u fuq l-oġġetti tal-plastik li ma jistax jitneħħa kompletament bit-tindif applikat qabel l-ifformar mill-ġdid; (e) id-dokument ipprovdut f’konformità mal-Artikolu 9(3) għandu jipprovdi struzzjonijiet u proċeduri espliċiti lill-operaturi tan-negozji tal-ikel li jipparteċipaw fl-iskema ta’ riċiklaġġ għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni ta’ materjal estern u ta’ kontaminazzjoni inċidentali; (f) l-input tal-plastik u l-plastik riċiklat għandhom f’kull ħin jikkonformaw bis-sħiħ mar-Regolament (UE) Nru 10/2011; l-akkumulazzjoni tal-kostitwenti tal-materjal tal-plastik, preżenti minħabba riċiklaġġ ripetut, bħar-residwi tal-addittivi, jew il-prodotti ta’ deġenerazzjoni, għandha titqies bħala sustanzi miżjudin mhux intenzjonalment f’konformità mal-Artikolu 6(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 10/2011. Il-preżenza tagħhom ma għandhiex taqbeż livell li jitqies li mhuwiex sikur f’valutazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament. Fejn meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklat, għandu jiżdied plastik ġdid immanifatturat f’konformità ma’ dak ir-Regolament; (g) hemm evidenza xjentifika ddokumentata li turi li l-materjali u l-oġġetti tal-plastik riċiklati bħala parti mill-iskema ma joħolqux riskju għas-saħħa tal-bniedem minħabba: — l-akkumulazzjoni ta’ kostitwenti tal-materjal tal-plastik, bħar-residwi tal-addittivi, jew il-prodotti ta’ deġenerazzjoni li jirriżultaw minn riċiklaġġ ripetut; jew — il-preżenza ta’ residwi komuni minn sorsi oħrajn bħall-ikel, id-deterġenti u t-tikkettar |
Tabella 5
Derogi applikabbli għall-użu tat-teknoloġija f’konformità mal-Artikolu 4(5)
Numru ta’ referenza |
Speċifikazzjonijiet / rekwiżiti |
|
|
ANNESS II
Mudell għall-Iskeda tas-Sommarju tal-Monitoraġġ tal-Konformità f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2022/1616
Il-mudell għandu jimtela filwaqt li jitqiesu d-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2023/2006 dwar prassi tajba ta’ manifattura, u fl-Anness B tiegħu.
Abbrevjazzjonijiet użati f’dan id-dokument f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2023/2006:
QA |
: |
Valutazzjoni tal-Kwalità |
SOP |
: |
Proċedura Operattiva Standard |
Kodiċi tal-SOP |
: |
kodiċi tal-SOP huwa magħmul minn żewġ numri, in-numru tal-SOP u n-numru tad-dokument li fih huwa deskritt fil-format SOPNr – DocNr; in-numru tad-dokument għandu jikkorrispondi man-numru tad-dokument elenkat fit-Taqsima 2.3, in-numru tal-SOP mas-sistema ta’ numerazzjoni tar-riċiklatur. |
1. TAQSIMA 1: IDENTIFIKAZZJONI
In-numri (RIN, RFN, RON, RAN, NTN) imsemmijin f’din it-taqsima għandhom jikkorrispondu man-numri fir-Reġistru tal-Unjoni stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2022/1616
1.1. Identifikazzjoni tal-installazzjoni tar-riċiklaġġ
Isem l-installazzjoni |
|
Teknoloġija tar-riċiklaġġ applikata f’konformità mal-Anness I |
|
Numru tar-reġistru tal-UE (in-numru tal-installazzjoni tar-riċiklaġġ, “RIN”) |
|
Indirizz tal-Faċilità |
|
Numru tal-Faċilità tar-Riċiklaġġ (“RFN”) |
|
Dettalji ta’ kuntatt |
|
Pożizzjoni/Rwol tal-persuni ta’ kuntatt |
|
Numri tar-reġistru nazzjonali rilevanti, jekk ikun hemm |
|
Data tan-notifika (l-Artikolu 25(1)(a)) |
|
1.2. Identifikazzjoni tar-riċiklatur
Isem il-Kumpanija |
|
Numru tar-reġistru tal-UE (in-Numru tal-Operatur Riċiklatur, “RON”) |
|
Indirizz tal-uffiċċju prinċipali |
|
Dettalji ta’ kuntatt |
|
Pożizzjoni/rwol tal-persuna ewlenija ta’ kuntatt |
|
Numri tar-reġistru nazzjonali rilevanti, jekk ikun hemm |
|
Detentur tal-awtorizzazzjoni? (Iva/Le/ Ma japplikax) |
|
1.3. Deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-proċess tar-riċiklaġġ jew ta’ teknoloġija ġdida
A: identifikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni jew tat-teknoloġija ġdida użata mill-proċess li tapplika l-installazzjoni:
Numru tar-reġistru tal-UE, jiġifieri n-Numru tal-Awtorizzazzjoni tal-Proċess tar-Riċiklaġġ (“RAN”), Numru tat-Teknoloġija l-Ġdida (“NTN”) |
|
B: detentur tal-awtorizzazzjoni jew żviluppatur tat-teknoloġija l-ġdida –
Isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni (*1) / tal-iżviluppatur tat-teknoloġija (*2) skont kif japplika |
|
Indirizz |
|
Dettalji ta’ kuntatt |
|
Pożizzjoni/Rwol |
|
(*1)
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni u l-indirizz tiegħu jridu jkunu l-istess bħal dawk fuq id-Deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni.
(*2)
L-iżviluppatur tat-teknoloġija li nnotifika t-teknoloġija l-ġdida użata mill-proċess li tapplika l-installazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 10(2). |
1.4. Referenzi għad-dokumenti użati mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”)
Numru tal-mistoqsija tal-EFSA |
|
Data tal-pubblikazzjoni tal-opinjoni tal-EFSA |
|
Numru tal-pubblikazzjoni tal-EFSA (in-numru tal-output) |
|
Kunfidenzjalità Numru tad-deċiżjoni |
|
Kunfidenzjalità Data tad-deċiżjoni |
|
1.5. Persuna/i responsabbli addizzjonali għat-tħaddim tal-installazzjoni tar-riċiklaġġ
Isem |
Pożizzjoni/Rwol |
dettalji ta’ kuntatt |
|
|
|
2. Taqsima 2: Tħaddim tal-installazzjoni tar-riċiklaġġ
2.1. Dikjarazzjonijiet bil-miktub
Massimu ta’ 3 000 karattru inklużi l-ispazji għandhom japplikaw kemm għat-Taqsima 2.1.1 kif ukoll għat-Taqsima 2.1.2
2.1.1. Dikjarazzjoni tar-riċiklaturi li tispjega l-produzzjoni u l-kwalità tal-plastik riċiklat
2.1.2. Dikjarazzjoni tar-riċiklatur li tispjega l-korrispondenza mal-proċess awtorizzat
Din it-taqsima tapplika biss għal proċessi awtorizzati.
2.2. Operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ fil-faċilità tar-riċiklaġġ
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta f’din it-taqsima:
2.2.1. Dijagramma tal-istadji ewlenin tal-manifattura li jitwettqu fil-faċilità tar-riċiklaġġ (dijagramma tas-sit)
2.2.2. Deskrizzjoni tal-istadji ewlenin tal-manifattura li jitwettqu fil-faċilità tar-riċiklaġġ u l-flussi li jgħaqqduhom
Numru tal-Istadju |
Isem |
Deskrizzjoni |
Tunnellaġġ Medju Pproċessat kull sena |
|
|
|
|
|
|
|
|
Numru tal-Fluss |
Isem |
Deskrizzjoni |
Daqs Medju tal-Fluss |
|
|
|
|
|
|
|
|
2.3. Dokumenti Interni
Ipprovdi lista komprensiva ta’ dokumenti rilevanti għat-tħaddim tal-proċess u l-ġestjoni tal-kwalità u proċeduri amministrattivi oħrajn relatati miegħu, kif ukoll dokumenti relatati mal-awtorizzazzjoni. Id-dokumenti għandhom ikunu nnumerati u dawn in-numri għandhom jintużaw fit-Taqsima 3 sabiex jirreferu għal dawn id-dokumenti. Ir-riċiklatur jista’ japplika sistema ta’ numerazzjoni tiegħu.
Tip ta’ dokument |
Numru tad-Dokument |
Stadju ta’ produzzjoni relatat |
Titolu |
Deskrizzjoni |
Data, verżjoni, awtur |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2.4. Definizzjonijiet tal-lott
Il-lottijiet li ġejjin għandhom jiġu ddefiniti f’konformità mat-tabella ta’ hawn taħt:
Meta l-lott tad-dħul jew tal-input ikun l-istess minħabba li ma jsir l-ebda kontroll ulterjuri tal-QA, għandu jiġi ddefinit biss il-lott tal-input. Għandu jintuża l-istess approċċ għal-lottijiet tal-output u tal-ħruġ. Meta jkun hemm tipi differenti ta’ lottijiet ta’ dħul jew ta’ ħruġ, dawn għandhom jiġu ddefiniti separatament, u jingħataw isem sinifikattiv.
Il-QA għandha tiġi enumerata bl-istess mod bħal dak tad-dijagramma tas-sit (it-Taqsima 2.2.1)
Tip tal-lott |
Isem Intern tal-lott |
Nru tal-Fluss/tal-QA |
Definizzjoni/Deskrizzjoni |
Medda tipika ta’ daqsijiet |
Regola dwar it-traċċabbiltà |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2.5. Dijagramma tal-proċess tal-installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni
Żid dijagramma tal-pajpijiet u tal-istrumentazzjoni f’konformità mat-Taqsima 4.4 tal-ISO 10628-1:2014, filwaqt li tqis l-ISO 10628-2.
2.6. Kontroll ta’ operazzjonijiet kritiċi ta’ dekontaminazzjoni
It-tabella ta’ hawn taħt għandha tinkludi referenza għall-passi, għall-istadji, jew għall-operazzjonijiet li l-EFSA identifikat bħala kritiċi, kriterju ta’ kontroll għal kull parametru kritiku, l-istrumenti ta’ kontroll involuti, u d-deskrizzjoni ta’ azzjonijiet korrettivi f’każ li l-kriterju ta’ kontroll ma jaħdimx. Għandha tiżdied aktar informazzjoni dwar l-evalwazzjoni ta’ regoli kumplessi ta’ kontroll, jekk tkun rilevanti.
Operazzjoni kritika (u ref għall-opinjoni tal-EFSA) |
Kriterju ta’ kontroll |
Strument ta’ Kejl jew Kontroll (referenza għal 2.5) |
Deskrizzjoni qasira tal-azzjonijiet korrettivi jekk ir-regola tal-kontroll ma tiġix issodisfata |
Kodiċi tal-SOP (SOPNr – DocNr) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2.6.1. Aktar informazzjoni dwar ir-regoli kumplessi ta’ kontroll, fejn rilevanti
2.7. Proċedura operattiva standard rilevanti għall-Operazzjoni
It-tabella ta’ hawn taħt għandha tipprovdi referenza għal kull SOP użata għat-tħaddim tal-installazzjoni, tipprovdi deskrizzjoni qasira tagħha, u tindika l-post fejn titwettaq.
Kodiċi tal-SOP |
Deskrizzjoni qasira |
Post |
|
|
|
3. Taqsima 3: Valutazzjoni tal-Kwalità
3.1. Lista tal-istadji tal-valutazzjoni tal-kwalità
Kull stadju tal-QA għandu jiġi deskritt bl-użu tat-tabella ta’ hawn taħt:
Stadju u numru tal-QA |
Isem il-valutazzjoni |
Definizzjoni/Deskrizzjoni |
Kriterju |
Rekords |
Kodiċi tal-SOP (SOPNr – DocNr) |
|
|
|
|
|
|
Għandu jkun hemm tal-anqas erba’ stadji (sakemm ma jkun hemm l-ebda differenza bejn id-dħul u l-input jew l-output u l-ħruġ – ara t-taqsima 2.4):
Fejn rilevanti, għandhom jiżdiedu stadji intermedji addizzjonali għall-kwalità tal-materjal fi stadji oħrajn. Dawk l-istadji intermedji għandhom jingħataw isem sinifikattiv.
3.2. Proċeduri operattivi standard rilevanti applikati fl-istadji tal-QA
It-tabella ta’ hawn taħt għandha tipprovdi referenza għal kull proċedura operattiva standard użata fl-istadji tal-QA, tipprovdi deskrizzjoni qasira tagħha, u tindika l-post fejn titwettaq.
Nru tal-Valutazzjoni tal-Kwalità (QA) (ref 3.1) |
Kodiċi tal-SOP (SOPNr – DocNr) |
Deskrizzjoni qasira |
Post (tal-QA) |
|
|
|
|
|
|
|
|
4. Taqsima 4: Repożitorju tar-rekords
4.1. Sistemi ta’ reġistrazzjoni tal-valutazzjoni tal-kwalità
Nru tal-Valutazzjoni tal-Kwalità (ref 3.1) |
Isem |
Definizzjoni/Deskrizzjoni |
Post |
Backup |
Kodiċi tal-SOP (SOPNr – DocNr) |
Prevenzjoni ta’ modifika |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
4.2. Lista ta’ kodiċijiet standard tal-proċeduri operattivi għas-sistema ta’ reġistrazzjoni
Nru tal-Valutazzjoni tal-Kwalità (ref 3.1) |
Kodiċi tal-SOP (SOPNr – DocNr) |
Deskrizzjoni qasira |
Post (tat-tidħil fis-sistema ta’ reġistrazzjoni) |
|
|
|
|
4.3. Rekords/sistemi rilevanti oħrajn
Proċedura |
Deskrizzjoni / Dokumentazzjoni |
|
|
ANNESS III
Mudelli għad-dikjarazzjoni ta’ konformità
PARTI A
Dikjarazzjoni ta’ konformità li għandha tintuża mir-riċiklaturi
DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) 2022/1616 TAR-RIĊIKLATURI |
|||||
Jiena, is-sottoskritt, niddikjara f’isem [ŻID ISEM IR-RIĊIKLATUR] kif identifikat fit-Taqsima 1.1, li l-materjal tal-plastik riċiklat identifikat fit-Taqsima 1.2 ġie prodott f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/1616. Il-materjal riċiklat li għalih tapplika din id-dikjarazzjoni huwa adattat għall-użu f’kuntatt mal-ikel, dment li jintuża f’konformità mar-restrizzjonijiet stabbiliti fit-taqsima 3 ta’ din id-dikjarazzjoni, u mal-istruzzjonijiet f’din id-dikjarazzjoni u mat-tikkettar fuq il-prodott. B’dan, jien niddikjara li sa fejn naf jien il-kontenut ta’ din id-dikjarazzjoni huwa korrett u konformi mar-Regolament (UE) 2022/1616. |
|||||
Taqsima 1: Identifikazzjoni |
|||||
1.1 Riċiklatur |
1.2 Prodott riċiklat |
1.3 Awtorità kompetenti |
|||
1.1.1 Isem |
|
1.2.1 Isem kummerċjali / deżinjazzjoni |
|
1.3.1 Isem |
|
1.1.2 FCM-RON () |
|
1.2.2 Nru tal-Lott |
|
1.3.2 Indirizz |
|
1.1.3 Pajjiż |
|
1.2.3 FCM-RIN () |
|
1.3.3 Pajjiż/ reġjun |
|
1.1.4 FCM-RFN () |
|
1.2.4 Informazzjoni oħra |
|
1.3.4 Numru tar-Reġistrazzjoni assenjat |
|
Taqsima 2: Konformità |
|||||
2.1 Bażi għall-awtorizzazzjoni jew għall-permess għall-operar (immarka kaxxa waħda biss) |
|||||
|
|
|
|
|
|
2.1.1 |
□ |
Deċiżjoni ta’ Awtorizzazzjoni |
RAN () |
|
|
2.1.2 |
□ |
Skema ta’ riċiklaġġ |
RSN () |
|
|
2.1.3 |
□ |
Ma hija meħtieġa l-ebda skema ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ riċiklaġġ |
|
|
|
2.1.4 |
□ |
Teknoloġija ġdida |
NN () |
|
|
2.2 Riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità kif elenkati fl-istadji obbligatorji tal-valutazzjoni tal-kwalità fit-Tabella 3.1 tal-Anness II; obbligatorju biss jekk tkun immarkata 2.1.1 Importanti: Il-kampi minn 2.2.2 sa 2.2.4 jistgħu jitħallew vojta, dment li l-kamp 2.2.5 ikun immarkat |
|||||
Stadju () |
Kriterji tad-deċiżjoni u eżitu/i |
Numru/i tal-Lott |
|||
2.2.1 Ħruġ |
|
|
|||
2.2.2 Dħul |
|
|
|||
2.2.3 Input |
|
|
|||
2.2.4 Output |
|
|
|||
2.2.5 Is-sottoskritt jikkonferma li l-informazzjoni meħtieġa fil-kampi minn 2.2.2 sa 2.2.4 se tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti fuq talba tagħha, fi żmien tlett ijiem tax-xogħol |
□ |
||||
Taqsima 3: Struzzjonijiet u informazzjoni għall-utenti tal-prodott |
|||||
3.1 |
Struzzjonijiet għall-konvertituri |
||||
3.1.1 |
Kontenut massimu riċiklat (w/w %) |
% |
|
||
3.1.2 |
Kontenut riċiklat preżenti (w/w %) |
% |
|
||
3.1.3 |
Restrizzjonijiet tal-użu () |
|
|||
3.1.4 |
Struzzjonijiet oħrajn |
|
|||
3.2 |
Struzzjonijiet għall-utenti aktar ’l isfel fil-katina tal-provvista, inklużi l-utenti finali |
||||
3.2.1 |
Restrizzjonijiet tal-użu () |
|
|||
3.2.2 |
Sommarju tat-tikkettar |
|
|||
3.2.3 |
Struzzjonijiet oħrajn |
|
|||
Taqsima 4: Firma |
|||||
4.1 Firma u timbru tal-kumpanija |
|
||||
4.2 Isem il-persuna li qed tiffirma |
|
||||
4.3 Rwol/pożizzjoni tal-persuna li qed tiffirma |
|
||||
4.4 Data u post |
|
||||
(1)
RAN – in-numru tal-awtorizzazzjoni tar-riċiklaġġ; RON – in-numru tal-operatur tar-riċiklaġġ (riċiklaturi); RIN – in-numru tal-installazzjoni tar-riċiklaġġ; RSN – in-numru tal-iskema ta’ riċiklaġġ; NTN – in-numru tat-teknoloġija l-ġdida; RFN – in-numru tal-faċilità tar-riċiklaġġ.
(2)
Huwa obbligatorju li jimtlew il-kaxxi dwar l-istadju tal-ħruġ (il-lott li jitqiegħed fis-suq u li huwa akkumpanjat minn din id-dikjarazzjoni). Il-kaxxi l-oħrajn jistgħu jimtlew b’mod volontarju, iżda jekk dik l-informazzjoni ma tingħatax f’din id-dikjarazzjoni, għandha tingħata lil awtorità kompetenti fi żmien 3 ijiem tax-xogħol jekk tintalab.
(3)
Ir-restrizzjonijiet tal-użu għandhom jikkorrispondu ma’ kwalunkwe kundizzjoni li tapplika fil-qasam tal-applikazzjoni tal-plastik riċiklat, f’konformità mal-Anness I għat-teknoloġija applikata, l-Artikoli 7, 8, jew 9, l-Awtorizzazzjoni tal-proċess tar-riċiklaġġ, jekk ikun hemm, jew kwalunkwe restrizzjoni oħra li r-riċiklatur iqis li tkun neċessarja. |
PARTI B
Id-dikjarazzjoni ta’ konformità li għandha tintuża mill-konvertituri jekk il-materjal tal-plastik ikkonvertit ikun fih plastik riċiklat
DIKJARAZZJONI ta’ KONFORMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) 2022/1616 TAL-KONVERTITURI |
|||||
Jiena, is-sottoskritt, niddikjara f’isem [ŻID ISEM IR-RIĊIKLATUR] kif identifikat fit-Taqsima 1.1, li l-materjal tal-plastik riċiklat identifikat fit-Taqsima 1.2 ġie prodott f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/1616. Il-materjal riċiklat li għalih tapplika din id-dikjarazzjoni huwa adattat għall-użu f’kuntatt mal-ikel, dment li jintuża f’konformità mar-restrizzjonijiet stabbiliti fit-taqsima 3 ta’ din id-dikjarazzjoni, u mal-istruzzjonijiet f’din id-dikjarazzjoni u mat-tikkettar fuq il-prodott. B’dan, jien niddikjara li sa fejn naf jien il-kontenut ta’ din id-dikjarazzjoni huwa korrett u konformi mar-Regolament (UE) 2022/1616. |
|||||
Taqsima 1 Identifikazzjoni |
|||||
1.1 Konvertitur |
1.2 Prodott bi plastik riċiklat |
1.3 Awtorità kompetenti |
|||
1.1.1 Isem |
|
1.2.1 Isem kummerċjali / deżinjazzjoni |
|
1.3.1 Isem |
|
1.1.2 Indirizz |
|
1.2.2 Nru tal-Lott |
|
1.3.2 Indirizz |
|
1.1.3 Pajjiż |
|
1.2.4 Informazzjoni oħra |
|
1.3.3 Pajjiż/ reġjun |
|
|
|
|
|
1.3.4 Numru tar-reġ. |
|
Taqsima 2: Konformità |
|||||
2.1 |
|||||
2.1.1 |
Oriġini tal-plastik riċiklat; Numri RIN |
|
|||
2.1.2 |
Numri tal-lott tal-plastik riċiklat mill-installazzjoni ta’ dekontaminazzjoni |
|
|||
2.1.3 |
Kontenut massimu riċiklat indikat mir-riċiklatur (3.1.1 tal-Parti A) |
% w/w |
|||
2.1.4 |
Kontenut reali riċiklat ta’ dan il-prodott |
% w/w |
|||
2.1.5 |
Ir-restrizzjonijiet previsti fid-Dikjarazzjoni ta’ konformità li waslet mingħand ir-riċiklatur huma ssodisfati |
□ |
|||
2.1.6 |
Żieda ta’ addittivi jew ta’ sustanzi tal-bidu |
□ L-addittivi jew is-sustanzi tal-bidu miżjudin jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 |
□ Mhemmx żidiet |
||
Taqsima 3: Struzzjonijiet u informazzjoni għall-utenti tal-prodott |
|||||
3.2 |
Struzzjonijiet għall-utenti aktar ’l isfel fil-katina tal-provvista, inklużi l-utenti finali |
||||
3.2.1 |
Il-prodott identifikat fit-taqsima 1.2 huwa: (immarka skont kif japplika; jistgħu jkunu japplikaw it-tnejn) |
(A) plastik riċiklat għal aktar stadji ta’ konverżjoni |
□ |
||
(B) materjal jew oġġett tal-plastik finali adattat biex jiġi f’kuntatt mal-ikel mingħajr ipproċessar ulterjuri. |
□ |
||||
3.2.2 |
Tip jew tipi ta’ ikel maħsub biex jiġi f’kuntatt magħhom |
|
|||
3.2.3 |
Żmien u temperatura tat-trattament u l-ħżin f’kuntatt mal-ikel |
|
|||
3.2.4 |
L-ogħla proporzjon tal-erja tas-superfiċe tal-kuntatt mal-ikel għall-volum li għalih ġiet ivverifikata l-konformità |
|
|||
3.2.5 |
Lista ta’ sustanzi miżjudin b’limiti ta’ migrazzjoni; żid ir-ringieli skont il-ħtieġa. (nota: In-Numru tal-FCM u l-limitu tal-migrazzjoni speċifika (“SML”) jistgħu ma jeżistux għal ċerti sustanzi) |
Nru tal-FCM (*) |
Deżinjazzjoni oħra (Nru tas-CAS, isem kimiku) |
SML (*) (mg/kg ta’ ikel) |
|
|
|
|
|||
|
|
|
|||
3.2.6 |
Informazzjoni u struzzjonijiet rilevanti oħrajn, inkluż f’konformità mal-punti 7 u 9 tal-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 (1) |
|
|||
3.2.7 |
Il-plastik riċiklat li għalih tapplika din id-dikjarazzjoni jinsab f’saff f’materjal jew f’oġġett b’diversi saffi soġġett rispettivament għall-Artikoli 13 jew 14 tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 li fih plastik manifatturat f’konformità ma’ dak ir-Regolament f’saff jew f’saffi oħrajn. Dikjarazzjoni separata ta’ konformità f’konformità mal-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament dwar dak is-saff jew dawk is-saffi hija disponibbli u trid titqies. |
□ |
|||
Taqsima 4: Firma |
|||||
4.1 Firma u timbru tal-kumpanija |
|
||||
4.2 Isem il-persuna li qed tiffirma |
|
||||
4.3 Rwol/pożizzjoni tal-persuna li qed tiffirma |
|
||||
4.4 Data u post |
|
||||
(1)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1). |
( 1 ) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
( 2 ) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).