02022R1478 — MT — 19.10.2023 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1478

tas-6 ta’ Settembru 2022

li jestendi d-dazju kumpensatorju definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/776 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu għall-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta kkonsenjati mit-Turkija, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Turkija kif ukoll jekk le

(ĠU L 233 8.9.2022, p. 18)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2158 tas-17 ta’ Ottubru 2023

  L 

1

18.10.2023




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1478

tas-6 ta’ Settembru 2022

li jestendi d-dazju kumpensatorju definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/776 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu għall-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta kkonsenjati mit-Turkija, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Turkija kif ukoll jekk le



Artikolu 1

1.  

Id-dazju kumpensatorju definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/776 tat-12 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew maħduma li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet ta’ materjali ta’ faxex u/jew raden tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu minsuġa, u/jew meħjuta b’elementi oħrajn jew mingħajrhom, ħlief prodotti li huma impregnati jew impregnati minn qabel (prepreg), u minbarra materjali b’nisġa miftuħa b’ċelloli b’daqs ta’ aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, ikklassifikati attwalment taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 61 00 , ex 7019 62 00 , ex 7019 63 00 , ex 7019 64 00 , ex 7019 65 00 , ex 7019 66 00 , ex 7019 69 10 , ex 7019 69 90 u ex 7019 90 00 (kodiċijiet TARIC 7019610081 , 7019610084 , 7019620081 , 7019620084 , 7019630081 , 7019630084 , 7019640081 , 7019640084 , 7019650081 , 7019650084 , 7019660081 , 7019660084 , 7019691081 , 7019691084 , 7019699081 , 7019699084 , 7019900081 u 7019900084 ) ikkonsenjati mit-Turkija, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Turkija kif ukoll jekk le (kodiċijiet TARIC 7019610083 , 7019620083 , 7019630083 , 7019640083 , 7019650083 , 7019660083 , 7019691083 , 7019699083 u 7019900083 ), bl-eċċezzjoni ta’ dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:

▼M1



Pajjiż

Kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

It-Turkija

Saertex Turkey Tekstil Ltd. Ști.

C115

It-Turkija

Sonmez Asf Iplik Dokuma Ve Boya San Tic A. Ș.

C116

It-Turkija

Telateks Tekstil Ürünleri Sanayi ve Ticaret Anonim Șirketi

Telateks Dıș Ticaret ve Kompozit Sanayi Anonim Șirketi

C117

It-Turkija

Fibroteks Dokuma Sanayi Ve Ticaret AS

899G

▼B

2.  
Id-dazju estiż huwa d-dazju kumpensatorju ta’ 30,7 % applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” fir-RPĊ.
3.  
Id-dazju estiż bil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jinġabar fuq l-importazzjonijiet irreġistrati f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2229 u l-Artikoli 23(4) u 24(5) tar-Regolament (UE) 2016/1037.
4.  
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

L-awtoritajiet doganali huma ordnati biex ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2229 li, b’dan, huwa mħassar.

Artikolu 3

It-talba għal eżenzjoni sottomessa minn Turkiz Composite Materials Technology Üretim Sanayi ve Ticaret Anonim Șirketi hija miċħuda.

Artikolu 4

1.  

It-talbiet għal eżenzjoni mid-dazju estiżi permezz tal-Artikolu 1 għandhom isiru bil-miktub f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jridu jiġu ffirmati minn persuna awtorizzata biex tirrappreżenta lill-entità li titlob l-eżenzjoni. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

Uffiċċju ta’ Direttorat G:

CHAR 04/39

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË

2.  
F’konformità mal-Artikolu 23(6) tar-Regolament (UE) 2016/1037, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza, b’deċiżjoni, l-eżenzjoni tal-importazzjonijiet minn kumpaniji li ma jevadux il-miżuri kumpensatorji imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/776, mid-dazju estiż bl-Artikolu 1.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.