02022D2417 — MT — 12.12.2022 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2417 ►C1 tal-5 ta’ Diċembru 2022 ◄ (ĠU L 318 12.12.2022, p. 1) |
Ikkoreġuta bi:
Rettifika, ĠU L 335, 29.12.2022, p. 113 (2022/2417 tas-26 ta’ Lulju) |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2417
tal-5 ta’ Diċembru 2022
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq hu b’dan approvat f’isem l-Unjoni ( 1 ).
Artikolu 2
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 12 tal-Ftehim.
Artikolu 4
Il-Kummissjoni Ewropea, megħjuna mir-rappreżentanti tal-Istati Membri bħala osservaturi, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
( 1 ) It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fil-ĠU L 181, 7.7.2022, p. 4.