02022D2333 — MT — 12.06.2023 — 005.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2333

tat-23 ta’ Novembru 2022

dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fi Spanja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1913

(notifikata bid-dokument C(2022) 8629)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 308 29.11.2022, p. 22)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/10 tal-20 ta’ Diċembru 2022

  L 2

126

4.1.2023

 M2

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/414 tas-17 ta’ Frar 2023

  L 59

15

24.2.2023

 M3

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/836 tal-11 ta’ April 2023

  L 105

51

20.4.2023

►M4

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/872 tal-20 ta’ April 2023

  L 113

49

28.4.2023

►M5

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1145 tas-7 ta’ Ġunju 2023

  L 151

28

12.6.2023




▼B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2333

tat-23 ta’ Novembru 2022

dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fi Spanja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1913

(notifikata bid-dokument C(2022) 8629)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi fil-livell tal-Unjoni:

(a) 

iż-żoni ristretti li jinkludu żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza li għandhom jiġu stabbiliti minn Spanja wara tifqigħa jew tifqigħat tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi Spanja, kif ukoll żona ristretta ulterjuri f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

(b) 

id-durata tal-miżuri għall-kontroll tal-mard li għandhom jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fiż-żoni ta’ sorveljanza f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u fiż-żona ristretta ulterjuri f’konformità mal-Artikolu 21 ta’ dak ir-Regolament Delegat.

Artikolu 2

Stabbiliment ta’ żoni ristretti

Spanja għandha tiżgura li:

(a) 

jiġu stabbiliti immedjatament mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru żoni ristretti li jinkludu żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u żona ristretta ulterjuri f’konformità mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u bil-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Artikolu u fl-Artikolu 23(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

(b) 

iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u ż-żona ristretta ulterjuri msemmija fil-punt(a) ikunu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni;

(c) 

il-miżuri f’kull żona ristretta għandhom japplikaw mill-inqas sad-dati elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

▼M4

Artikolu 3

Miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u ristretti ulterjuri

1.  
Il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż fiż-żona ta’ protezzjoni għandhom ikunu permessi biss jekk ikunu ġew awtorizzati mill-awtorità kompetenti u jkunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 7 u 8.
2.  
Il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż miżmuma fiż-żona ta’ protezzjoni jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti meta dawk il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż ikunu direttament lejn biċċerija li tinsab fl-istess żona ta’ protezzjoni bħall-istabbiliment tal-oriġini, għat-tbiċċir immedjat.
3.  
Il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż fiż-żona ta’ sorveljanza għandhom ikunu permessi biss jekk ikunu ġew awtorizzati mill-awtorità kompetenti u jkunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4, 7 u 8.
4.  
Il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż miżmuma fiż-żona ta’ sorveljanza jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti meta dawk il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż ikunu direttament lejn biċċerija li tinsab fl-istess żona ta’ sorveljanza bħall-istabbiliment tal-oriġini, għat-tbiċċir immedjat.
5.  
Il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż miż-żona ristretta ulterjuri lejn destinazzjoni barra dik iż-żona ristretta ulterjuri għandhom ikunu permessi biss jekk ikunu ġew awtorizzati mill-awtorità kompetenti u jkunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 6, 7 u 8.
6.  
Il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż miżmuma fiż-żona ristretta ulterjuri barra minn dik iż-żona ristretta ulterjuri jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti meta dawk il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż ikunu direttament lejn biċċerija għat-tbiċċir immedjat.
7.  
In-nagħaġ u l-mogħoż li jridu jinġarru għandhom ikunu soġġetti għal spezzjoni klinika mill-awtorità kompetenti 24 siegħa jew inqas qabel id-data tal-ġarr.
8.  

Il-mezzi tal-ġarr użati għall-moviment tan-nagħaġ u tal-mogħoż miż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza jew ristretti ulterjuri, stabbliti fil-paragrafi 1, 3 u 5 għandhom:

(a) 

jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-mezzi tal-ġarr stabbiliti fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687;

(b) 

jitnaddfu u jiġu diżinfettati qabel kull ġarr tal-annimali bil-kontroll jew bis-superviżjoni tal-awtorità kompetenti;

(c) 

jitnaddfu u jiġu diżinfettati f’konformità mar-rekwiżiti għall-mezzi tal-ġarr stabbiliti fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 bil-kontroll jew bis-superviżjoni tal-awtorità kompetenti;

(d) 

ikunu jinkludu biss nagħaġ u mogħoż tal-istess stat ta’ saħħa miżmuma fl-istess stabbiliment;

(e) 

jiġu ssiġillati mill-awtorità kompetenti fl-istabbiliment tal-oriġini wara t-tagħbija tal-annimali, u t-tneħħija tas-siġilli tagħmilha l-awtorità kompetenti fil-biċċerija tad-destinazzjoni.

▼B

Artikolu 4

Tħassir tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1913

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1913 hija mħassra.

▼M5

Artikolu 5

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2023.

▼B

Artikolu 6

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

▼M5




ANNESS

A.    Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati



Reġjun u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żoni ristretti fi Spanja kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Ir-reġjun ta’ Castilla–La Mancha

ES-CAPRIPOX-2023-00003

ES-CAPRIPOX-2023-00004

ES-CAPRIPOX-2023-00005

ES-CARPIPOX-2023-00006

ES-CARPIPOX-2023-00007

Żona ta’ protezzjoni:

Żona ta’ protezzjoni li tinkludi ż-żoni li ġejjin:

Fil-provinċja ta’ Ciudad Real, il-muniċipalitajiet ta’:

— Alcázar de San Juan

— Campo de Criptana

— Pedro Muñoz

Fil-provinċja ta’ Albacete, il-muniċipalità ta’:

— Minaya

Fil-provinċja ta’ Cuenca, il-muniċipalitajiet ta’:

— Sisante

— Casas de Fernando Alonso

— Casas de Haro

— Casas de los Pinos

— El Pedernoso

— El Provencio

— Las Mesas

— Las Pedroñeras

— Mota del Cuervo

— Pozoamargo

— San Clemente

— Santa María de los Llanos

— Vara de Rey

20.7.2023

Żona ta’ sorveljanza:

Żona ta’ sorveljanza li tinkludi ż-żoni li ġejjin:

Fil-provinċja ta’ Ciudad Real, il-muniċipalitajiet ta’:

— Villarta de San Juan

— Villarrubia de los Ojos

— Tomelloso

— Socuéllamos

— Puerto Lápice

— Manzanares

— Llanos de Caudillo

— Las Labores

— Herencia

— Daimiel

— Argamasilla de Alba

— Arenas de San Juan

— Arenales de San Gregorio

Fil-provinċja ta’ Toledo, il-muniċipalitajiet ta’:

— Villafranca de los Caballeros

— Villacañas

— Quintanar de la Orden

— Quero

— Miguel Esteban

— Madridejos

— La Villa de Don Fabrique

— La Puebla de Almoradiel

— El Toboso

— Camuñas

Fil-provinċja ta’ Cuenca, il-muniċipalitajiet ta’:

— Atalaya del Cañavate

— Cañada Juncosa

— El Cañavate

— Honrubia

— Pinarejo

— Alarcón

— Casas de Benítez

— Casas de Guijarro

— Casasimarro

— El Picazo

— Pozorrubielos de la Mancha

— Quintanar del Rey

— Tébar

— Valhermoso de la Fuente

— Villanueva de la Jara

— Belmonte

— Carrascosa de Haro

— La Alberca de Záncara

— Los Hinojosos

— Monreal del Llano

— Rada de Haro

— Santa María del Campo Rus

— Villaescusa de Haro (only the exclave of Dehesa de Alcahozo)

Fil-provinċja ta’ Albacete, il-muniċipalitajiet ta’:

— Fuensanta

— La Roda

— Munera

— Tarazona de la Mancha

— Villalgordo del Júcar

— Villarrobledo

7.8.2023

Żona ta’ sorveljanza:

Żona ta’ sorveljanza li tinkludi ż-żoni li ġejjin:

Fil-provinċja ta’ Ciudad Real, il-muniċipalitajiet ta’:

— Alcázar de San Juan

— Campo de Criptana

— Pedro Muñoz

Fil-provinċja ta’ Albacete, il-muniċipalità ta’:

— Minaya

Fil-provinċja ta’ Cuenca, il-muniċipalitajiet ta’:

— Sisante

— Casas de Fernando Alonso

— Casas de Haro

— Casas de los Pinos

— El Pedernoso

— El Provencio

— Las Mesas

— Las Pedroñeras

— Mota del Cuervo

— Pozoamargo

— San Clemente

— Santa María de los Llanos

— Vara de Rey

21.7.2023–7.8.2023

B.    Żoni ristretti ulterjuri



Reġjun

Żoni stabbiliti bħala żoni ristretti ulterjuri, parti miż-żoni ristretti fi Spanja kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Ir-reġjun ta’ Castilla-La Mancha

Żona ristretta ulterjuri li tinkludi l-provinċji li ġejjin:

— Albacete

— Ciudad Real

— Cuenca

— Toledo

25.9.2023