02021R2139 — MT — 01.01.2024 — 002.001

Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2139

tal-4 ta’ Ġunju 2021

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 442 9.12.2021, p. 1)

Emendat bi:

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1214 tad-9 ta’ Marzu 2022

  L 188

1

15.7.2022

►M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2485 tas-27 ta’ Ġunju 2023

  L 2485

1

21.11.2023

Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 178, 13.7.2023, p.  10 ((UE) 2021/2139)

▼B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2139

tal-4 ta’ Ġunju 2021

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

Artikolu 1

Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u biex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, huma stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-adattament għat-tibdil fil-klima u biex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, huma stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

▼M1

Artikolu 2a

Rieżami

Meta twettaq ir-rieżami msemmi fl-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) 2020/852, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tivvaluta wkoll il-ħtieġa li jiġu emendati d-dati msemmija fl-Anness I, it-Taqsima 4.27, it-Taqsima 4.28, it-Taqsima 4.29, il-punt 1(b), it-Taqsima 4.30, il-punt 1(b) u t-Taqsima 4.31, il-punt 1(b).

Kwalunkwe rieżami tad-data msemmija fil-punt (2) tat-Taqsimiet 4.27 u 4.28 tal-Anness I għandha tqis il-progress tekniku fil-kummerċjalizzazzjoni tal-fjuwil b’tolleranza għall-aċċidenti fl-Unjoni u fid-dinja.

▼B

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

ANNESS I

Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika ma tikkawżax ħsara sinifikanti għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra

WERREJ

1.

Il-forestrija

1.1.

It-tisġir

1.2.

Ir-riabilitazzjoni u r-restawr tal-foresti, inklużi r-riforestazzjoni u r-riġenerazzjoni tal-foresti naturali wara event estrem

1.3.

Il-ġestjoni tal-foresti

1.4.

Il-forestrija ta’ konservazzjoni

2.

L-attivitajiet ta’ ħarsien u ta’ restawr tal-ambjent

2.1.

Ir-restawr ta’ artijiet mistagħdra

3.

Il-manifattura

3.1.

Il-manifattura ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli

3.2.

Il-manifattura ta’ tagħmir għall-produzzjoni u għall-użu tal-idroġenu

3.3.

Il-manifattura ta’ teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għat-trasport

3.4.

Il-manifattura ta’ batteriji

3.5.

Il-manifattura ta’ tagħmir tal-effiċjenza enerġetika għall-bini

3.6.

Il-manifattura ta’ teknoloġiji oħrajn b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju

3.7.

Il-manifattura tas-siment

3.8.

Il-manifattura tal-aluminju

3.9.

Il-manifattura tal-ħadid u tal-azzar

3.10.

Il-manifattura tal-idroġenu

3.11.

Il-manifattura tal-iswed tal-karbonju

3.12.

Il-manifattura tal-karbonat tas-sodju

3.13.

Il-manifattura tal-kloru

3.14.

Il-manifattura ta’ sustanzi kimiċi bażiċi organiċi

3.15.

Il-manifattura tal-ammonijaka anidra

3.16.

Il-manifattura tal-aċidu nitriku

3.17.

Il-manifattura tal-plastik f’forma primarja

4.

L-enerġija

4.1.

Il-ġenerazzjoni tal-enerġija bl-użu ta’ teknoloġija fotovoltajka solari

4.2.

Il-ġenerazzjoni tal-elettriku bl-użu ta’ teknoloġija ta’ konċentrazzjoni tal-enerġija solari (CSP)

4.3.

Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-potenza eolika

4.4.

Il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn teknoloġiji tal-enerġija mill-oċeani

4.5.

Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-enerġija idroelettrika

4.6.

Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-enerġija ġeotermali

4.7.

Il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn fjuwils gassużi u likwidi mhux fossili rinnovabbli

4.8.

Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-bijoenerġija

4.9.

It-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku

4.10.

Il-ħżin tal-elettriku

4.11.

Il-ħżin tal-enerġija termali

4.12.

Il-ħżin tal-idroġenu

4.13.

Il-manifattura ta’ bijogass u ta’ bijofjuwils għall-użu fit-trasport u ta’ bijolikwidi

4.14.

In-networks ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni għal gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju

4.15.

Id-distribuzzjoni tat-tisħin/tat-tkessiħ distrettwali

4.16.

L-installazzjoni u t-tħaddim ta’ pompi elettriċi tas-sħana

4.17.

Il-koġenerazzjoni ta’ tisħin/tkessiħ u ta’ elettriku mill-enerġija solari

4.18.

Il-koġenerazzjoni ta’ tisħin/tkessiħ u ta’ elettriku mill-enerġija ġeotermali

4.19.

Il-koġenerazzjoni ta’ tisħin/tkessiħ u ta’ elettriku minn fjuwils gassużi u likwidi rinnovabbli mhux fossil

4.20.

Il-koġenerazzjoni ta’ tisħin/tkessiħ u ta’ elettriku mill-bijoenerġija

4.21.

Il-produzzjoni ta’ tisħin/tkessiħ mit-tisħin termali solari

4.22.

Il-produzzjoni ta’ tisħin/tkessiħ mill-enerġija ġeotermali 107

4.23.

Il-produzzjoni ta’ tisħin/tkessiħ minn fjuwils gassużi u likwidi rinnovabbli mhux fossili

4.24.

Il-produzzjoni ta’ tisħin/tkessiħ mill-bijoenerġija

4.25.

Il-produzzjoni ta’ tisħin/tkessiħ bl-użu tas-sħana mormija

4.26.

Stadji prekummerċjali ta’ teknoloġiji avvanzati għall-produzzjoni tal-enerġija minn proċessi nukleari bi skart minimu miċ-ċiklu tal-fjuwil

4.27.

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim sikur ta’ impjanti tal-enerġija nukleari ġodda, għall-ġenerazzjoni tal-elettriku jew tas-sħana, inkluż għall-produzzjoni tal-idroġenu, bl-użu tal-aħjar teknoloġiji disponibbli

4.28.

Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-enerġija nukleari f’installazzjonijiet eżistenti

4.29.

Ġenerazzjoni tal-elettriku minn fjuwils gassużi fossili

4.30.

Il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja ta’ sħana/kesħa u enerġija minn fjuwils gassużi fossili

4.31.

Produzzjoni ta’ sħana/kesħa minn fjuwils gassużi fossili f’sistema effiċjenti ta’ tisħin u ta’ tkessiħ distrettwali

5.

Il-provvista tal-ilma, is-sistema ta’ drenaġġi, l-immaniġġjar tal-iskart u r-rimedju

5.1.

Il-kostruzzjoni, l-estensjoni u t-tħaddim tas-sistemi ta’ ġbir, ta’ trattament u ta’ provvista tal-ilma

5.2.

It-tiġdid tas-sistemi ta’ ġbir, ta’ trattament u ta’ provvista tal-ilma

5.3.

Il-kostruzzjoni, l-estensjoni u t-tħaddim tal-ġbir u tat-trattament tal-ilma mormi

5.4.

It-tiġdid tal-ġbir u tat-trattament tal-ilma mormi

5.5.

Il-ġbir u t-trasport ta’ skart mhux perikoluż fi frazzjonijiet segregati fis-sors

5.6.

Id-diġestjoni anaerobika tal-ħama tad-drenaġġ

5.7.

Id-diġestjoni anaerobika tal-bijoskart

5.8.

Il-kompostjar tal-bijoskart

5.9.

L-irkupru tal-materjal mill-iskart mhux perikoluż

5.10.

Il-qbid u l-użu tal-gass tal-landfills

5.11.

It-trasport ta’ CO2

5.12.

Il-ħżin ġeoloġiku permanenti taħt l-art ta’ CO2

6.

It-trasport

6.1.

It-trasport ferrovjarju interurban tal-passiġġieri

6.2.

It-trasport ferrovjarju tal-merkanzija

6.3.

It-trasport urban u suburban, it-trasport bit-triq tal-passiġġieri

6.4.

It-tħaddim ta’ apparati tal-mobilità personali, il-loġistika taċ-ċikli

6.5.

It-trasport b’muturi, b’karozzi tal-passiġġieri u b’vetturi kummerċjali ħfief

6.6.

Is-servizzi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq

6.7.

It-trasport ta’ passiġġieri fuq ilmijiet interni

6.8.

It-trasport ta’ merkanzija fuq ilmijiet interni

6.9.

Il-modifika retroattiva tat-trasport ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija fuq ilmijiet interni

6.10.

It-trasport ta’ merkanzija bl-ilma baħar u kostali, bastimenti għal operazzjonijiet portwarji u għal attivitajiet awżiljarji

6.11.

It-trasport ta’ passiġġieri bl-ilma baħar u kostali

6.12.

Il-modifika retroattiva tat-trasport ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri bl-ilma baħar u kostali

6.13.

L-infrastruttura għall-mobbiltà personali, il-loġistika taċ-ċikli

6.14.

L-infrastruttura għat-trasport ferrovjarju

6.15.

L-infrastruttura li tippermetti t-trasport bit-triq u t-trasport pubbliku b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju

6.16.

L-infrastruttura li tippermetti t-trasport bl-ilma b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju

6.17.

L-infrastruttura tal-ajruport b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju

7.

L-attivitajiet ta’ kostruzzjoni u ta’ proprjetà immobbli

7.1.

Il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda

7.2.

Ir-rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti

7.3.

L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ tagħmir tal-effiċjenza enerġetika

7.4.

L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ stazzjonijiet għall-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi fil-bini (u fl-ispazji ta’ parkeġġ biswit il-bini)

7.5.

L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ strumenti u ta’ apparati għall-kejl, għar-regolamentazzjoni u għall-kontroll tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija

7.6.

L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli

7.7.

L-akkwist u s-sjieda tal-bini

8.

L-informazzjoni u l-komunikazzjoni

8.1.

L-ipproċessar ta’ data, il-hosting u l-attivitajiet relatati

8.2.

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq id-data għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ GHG

9.

L-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi

9.1.

Ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni qrib is-suq

9.2.

Ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni għall-qbid dirett fl-arja tas-CO2

9.3.

Is-servizzi professjonali relatati mar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija

Appendiċi A

Il-kriterji ġeneriċi għad-DNSH għall-adattament għat-tibdil fil-klima

Appendiċi B

Il-kriterji ġeneriċi għad-DNSH għall-użu sostenibbli u għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Appendiċi C

Il-kriterji ġeneriċi għad-DNSH għall-prevenzjoni u għall-kontroll tat-tniġġis fir-rigward tal-użu u tal-preżenza ta’ sustanzi kimiċi

Appendiċi D

Il-kriterji ġeneriċi għad-DNSH għall-protezzjoni u għar-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Appendiċi E

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-apparati tal-ilma

1.   IL-FORESTRIJA

1.1.    It-tisġir

Deskrizzjoni tal-attività

L-istabbiliment ta’ foresta permezz tat-tħawwil, tat-tiżrigħ intenzjonat jew tar-riġenerazzjoni naturali fuq art li, sa dak iż-żmien, kienet taħt użu differenti tal-art jew ma kinitx użata. It-tisġir jimplika trasformazzjoni tal-użu tal-art minn mhux forestali għal forestali, f’konformità mad-definizzjoni ta’ tisġir ( 1 ) tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (“FAO”), fejn foresta tfisser art li taqbel mad-definizzjoni kif stabbilita fil-liġi nazzjonali, jew fejn mhux disponibbli, tkun konformi mad-definizzjoni ta’ foresta ( 2 ) tal-FAO. It-tisġir jista’ jkopri t-tisġir tal-imgħoddi sakemm isseħħ fil-perjodu bejn it-tħawwil tas-siġar u ż-żmien meta l-użu tal-art jiġi rikonoxxut bħala foresta.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi A2 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006. L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija huma limitati għal NACE II 02.10, jiġifieri s-silvikultura u attivitajiet oħrajn tal-forestrija, 02.20, jiġifieri qtugħ tas-siġar għall-injam, 02.30, jiġifieri l-ġbir ta’ prodotti mhux tal-injam li jikbru fis-selvaġġ u 02.40, jiġifieri servizzi ta’ appoġġ għall-forestrija.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Pjan ta’ tisġir u pjan sussegwenti ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti

1.1.  Iż-żona li fiha sseħħ l-attività hija koperta minn pjan ta’ tisġir ta’ mill-inqas ħames snin, jew il-perjodu minimu stipulat fil-liġi nazzjonali, żviluppat qabel il-bidu tal-attività, u aġġornat kontinwament sakemm din iż-żona taqbel mad-definizzjoni ta’ foresta kif stabbilita fil-liġi nazzjonali jew, fejn mhux disponibbli, hija konformi mad-definizzjoni tal-FAO ta’ foresta.

Il-pjan ta’ tisġir fih l-elementi kollha meħtieġa mil-liġi nazzjonali relatati mal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali tat-tisġir.

1.2  Preferibbilment permezz tal-pjan ta’ tisġir, jew jekk l-informazzjoni tkun nieqsa, permezz ta’ kwalunkwe dokument ieħor, tingħata informazzjoni dettaljata dwar il-punti li ġejjin:

(a)  deskrizzjoni taż-żona skont l-istabbiliment uffiċjali tagħha fir-reġistru tal-artijiet;

(b)  it-tħejjija tas-sit u l-impatti tagħha fuq il-ħażniet ta’ karbonju li kienu jeżistu minn qabel, inklużi l-ħamriji u l-bijomassa ta’ fuq l-art, sabiex l-art tiġi protetta b’ħażna għolja ta’ karbonju (1);

(c)  l-għanijiet tal-ġestjoni, inklużi l-limitazzjonijiet ewlenin;

(d)  l-istrateġiji u l-attivitajiet ġenerali ppjanati sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-ġestjoni, inklużi l-operazzjonijiet mistennija matul iċ-ċiklu kollu tal-foresta;

(e)  definizzjoni tal-kuntest tal-ħabitat tal-foresta, inklużi l-ispeċijiet ewlenin eżistenti u maħsuba tas-siġar tal-foresti, u l-firxa u d-distribuzzjoni tagħhom;

(f)  kompartimenti, toroq, drittijiet ta’ passaġġ u aċċess pubbliku ieħor, karatteristiċi fiżiċi inklużi passaġġi fuq l-ilma, żoni taħt restrizzjonijiet legali u oħrajn;

(g)  miżuri użati sabiex tiġi stabbilita u tinżamm il-kundizzjoni tajba tal-ekosistemi tal-foresti;

(h)  il-kunsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet soċjali (inklużi l-preservazzjoni tal-pajsaġġ, il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mat-termini u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dritt nazzjonali);

(i)  valutazzjoni tar-riskji relatati mal-foresti, inklużi n-nirien tal-foresti, u t-tifqigħat ta’ pesti u ta’ mard, bl-għan ta’ prevenzjoni, ta’ tnaqqis u ta’ kontroll tar-riskji u miżuri użati sabiex jiġi żgurati l-protezzjoni u l-adattament kontra r-riskji residwi;

(j)  valutazzjoni tal-impatt fuq is-sigurtà tal-ikel;

(k)  il-kriterji kollha tad-DNSH rilevanti għat-tisġir.

1.3.  Meta ż-żona ssir foresta, il-pjan ta’ tisġir jiġi segwit minn pjan sussegwenti ta’ ġestjoni tal-foresti jew minn strument ekwivalenti, kif stabbilit fil-liġi nazzjonali jew, fejn il-liġi nazzjonali ma tiddefinixxix pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti, kif imsemmi fid-definizzjoni tal-FAO ta’ “żona ta’ foresta bi pjan ta’ ġestjoni tal-foresti fit-tul” (2). Il-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew l-istrument ekwivalenti jkopri perjodu ta’ 10 snin jew aktar u jiġi aġġornat kontinwament.

1.4  Tingħata informazzjoni dwar il-punti li ġejjin li mhumiex diġà ddokumentati fil-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew f’sistema ekwivalenti:

(a)  l-għanijiet tal-ġestjoni, inklużi l-limitazzjonijiet ewlenin (3);

(b)  l-istrateġiji u l-attivitajiet ġenerali ppjanati sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-ġestjoni, inklużi l-operazzjonijiet mistennija matul iċ-ċiklu kollu tal-foresta;

(c)  definizzjoni tal-kuntest tal-ħabitat tal-foresta, inklużi l-ispeċijiet ewlenin eżistenti u maħsuba tas-siġar tal-foresti, u l-firxa u d-distribuzzjoni tagħhom;

(d)  id-definizzjoni taż-żona skont l-istabbiliment uffiċjali tagħha fir-reġistru tal-artijiet;

(e)  kompartimenti, toroq, drittijiet ta’ passaġġ u aċċess pubbliku ieħor, karatteristiċi fiżiċi inklużi passaġġi fuq l-ilma, żoni taħt restrizzjonijiet legali u oħrajn;

(f)  miżuri użati sabiex tinżamm il-kundizzjoni tajba tal-ekosistemi tal-foresti;

(g)  il-kunsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet soċjali (inklużi l-preservazzjoni tal-pajsaġġ, il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mat-termini u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dritt nazzjonali);

(h)  valutazzjoni tar-riskji relatati mal-foresti, inklużi n-nirien tal-foresti, u t-tifqigħat ta’ pesti u ta’ mard, bl-għan ta’ prevenzjoni, ta’ tnaqqis u ta’ kontroll tar-riskji u miżuri użati sabiex jiġi żgurati l-protezzjoni u l-adattament kontra r-riskji residwi;

(i)  il-kriterji kollha tad-DNSH rilevanti għall-ġestjoni tal-foresti.

1.5.  L-attività ssegwi l-aħjar prattiki ta’ tisġir stabbiliti fil-liġi nazzjonali, jew, fejn ma tkun ġiet stabbilita l-ebda l-aħjar prattiki ta’ tisġir bħal din fil-liġi nazzjonali, l-attività tkun konformi ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)  l-attività tikkonforma mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 (4);

(b)  l-attività ssegwi l-“Pan-European Guidelines for Afforestation and Reforestation with a special focus on the provisions of the UNFCCC” (5).

1.6.  L-attività ma tinvolvix id-degradazzjoni tal-art b’ħażna għolja ta’ karbonju (6).

1.7.  Is-sistema ta’ ġestjoni assoċjata mal-attività fis-seħħ tikkonforma mal-obbligu ta’ diliġenza dovuta u mar-rekwiżiti ta’ legalità stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

1.8.  Il-pjan ta’ tisġir u l-pjan sussegwenti ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti jipprovdu għal monitoraġġ li jiżgura l-korrettezza tal-informazzjoni li tinsab fil-pjan, b’mod partikolari fir-rigward tad-data relatata maż-żona involuta.

2.  Analiżi tal-benefiċċji klimatiċi

2.1.  Għaż-żoni li jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-livell taż-żona ta’ kisba tas-sorsi tal-foresti sabiex jiġi żgurat li l-livelli tal-ħażniet u tal-bjar ta’ karbonju fil-foresta jinżammu jew jissaħħu fit-tul f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 29(7) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, l-attività tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)  l-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi turi li l-bilanċ nett tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta’ GHG iġġenerati mill-attività fuq perjodu ta’ 30 sena wara l-bidu tal-attività huwa aktar baxx minn linja bażi, li jikkorrispondi għall-bilanċ tal-emissjonijiet u għall-assorbimenti ta’ GHG fuq perjodu ta’ 30 sena li jibda fil-bidu tal-attività, assoċjati mal-prattiki ta’ żamma tal-istatus quo li kienu jseħħu fiż-żona involuta fin-nuqqas tal-attività;

(b)  il-benefiċċji klimatiċi fit-tul jitqiesu bħala pprovati permezz ta’ prova ta’ allinjament mal-punt (b) tal-Artikolu 29(7) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

2.2.  Għaż-żoni li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti fil-livell taż-żona ta’ kisba tas-sorsi tal-foresti sabiex jiġi żgurat li l-livelli tal-ħażniet u tal-bjar ta’ karbonju fil-foresta jinżammu jew jissaħħu fit-tul f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 29(7) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, l-attività tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)  l-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi turi li l-bilanċ nett tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta’ GHG iġġenerati mill-attività fuq perjodu ta’ 30 sena wara l-bidu tal-attività huwa aktar baxx minn linja bażi, li jikkorrispondi għall-bilanċ tal-emissjonijiet u għall-assorbimenti ta’ GHG fuq perjodu ta’ 30 sena li jibda fil-bidu tal-attività, assoċjati mal-prattiki ta’ żamma tal-istatus quo li kienu jseħħu fiż-żona involuta fin-nuqqas tal-attività.

(b)  il-bilanċ nett medju fit-tul projettat ta’ GHG tal-attività huwa anqas mill-bilanċ medju fit-tul ta’ GHG projettat għal-linja bażi, imsemmija fil-punt 2.2, fejn terminu twil jikkorrispondi għal durata itwal bejn 100 sena u d-durata ta’ ċiklu sħiħ tal-foresta.

2.3.  Il-kalkolu tal-benefiċċju klimatiku jikkonforma mal-kriterji kollha li ġejjin:

(a)  l-analiżi hija konsistenti mat-2019 Refinement to the 2006 IPCC Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories (8). L-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi hija bbażata fuq informazzjoni trasparenti, preċiża, konsistenti, kompleta u komparabbli, tkopri r-raggruppamenti kollha tal-karbonju milquta mill-attività, inklużi l-bijomassa tal-wiċċ, il-bijomassa taħt l-art, l-injam mejjet, il-mifrex u l-ħamrija, tiddependi fuq l-aktar suppożizzjonijiet konservattivi għall-kalkoli u tinkludi kunsiderazzjonijiet xierqa dwar ir-riskji ta’ nuqqas ta’ permanenza u ta’ treġġigħ lura tas-sekwestru tal-karbonju, ir-riskju ta’ saturazzjoni u r-riskju ta’ rilokazzjoni.

(b)  il-prattiki ta’ żamma tal-istatus quo, inklużi l-prattiki tal-ħsad, huma fost dawn li ġejjin:

(i)  il-prattiki ta’ ġestjoni kif dokumentati fl-aħħar verżjoni tal-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew fi strument ekwivalenti qabel il-bidu tal-attività, jekk ikun hemm;

(ii)  l-aktar prattiki riċenti ta’ żamma tal-istatus quo qabel il-bidu tal-attività;

(iii)  il-prattiki li jikkorrispondu għal sistema ta’ ġestjoni li tiżgura li l-ħażniet ta’ karbonju u l-livelli tal-bjar fiż-żona tal-foresti jinżammu jew jissaħħu fuq terminu twil kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 29(7) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(c)  ir-riżoluzzjoni tal-analiżi hija proporzjonata għad-daqs taż-żona kkonċernata u jintużaw valuri speċifiċi għaż-żona kkonċernata.

(d)  l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jseħħu minħabba disturbi naturali, bħal infestazzjonijiet ta’ pesti u ta’ mard, nirien fil-foresti, riħ, ħsarat minħabba maltempati, li jħallu impatt fuq iż-żona u jikkawżaw prestazzjoni mhux ottimali ma jirriżultawx f’nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (UE) 2020/852, dment li l-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi tkun konsistenti mat-2019 Refinement to the 2006 IPCC Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories rigward l-emissjonijiet u l-assorbimenti minħabba disturbi naturali.

2.4.  L-azjendi forestali ta’ anqas minn 13-il ettaru mhumiex meħtieġa jwettqu analiżi tal-benefiċċji klimatiċi.

3.  Garanzija ta’ permanenza

3.1.  F’konformità mal-liġi nazzjonali, l-istatus tal-foresta taż-żona li fiha titwettaq l-attività huwa ggarantit minn waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a)  iż-żona hija kklassifikata fil-proprjetà forestali permanenti kif definita mill-FAO (9);

(b)  iż-żona hija kklassifikata bħala żona protetta;

(c)  iż-żona hija s-suġġett ta’ kwalunkwe garanzija legali jew kuntrattwali li tiżgura li se tibqa’ foresta.

3.2.  F’konformità mal-liġi nazzjonali, l-operatur tal-attività jieħu impenn li aġġornamenti futuri fil-pjan ta’ tisġir u fil-pjan sussegwenti ta’ ġestjoni tal-foresti jew fi strument ekwivalenti, lil hinn mill-attività li tiġi ffinanzjata, ikomplu jfittxu l-benefiċċji klimatiċi kif determinat fil-punt 2. Barra minn hekk, l-operatur tal-attività jieħu impenn li jikkumpensa kwalunkwe tnaqqis tal-benefiċċju klimatiku ddeterminat fil-punt 2 b’benefiċċju klimatiku ekwivalenti li jirriżulta mit-twettiq ta’ attività li tikkorrispondi għal waħda mill-attivitajiet tal-forestrija definiti f’dan ir-Regolament.

4.  Awditu

Fi żmien sentejn mill-bidu tal-attività u kull 10 snin minn hemm’ il quddiem, il-konformità tal-attività mal-kontribut sostanzjali għall-kriterji ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-kriterji tad-DNSH tiġi vverifikata permezz ta’ wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti;

(b)  ċertifikatur terz indipendenti, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-operatur tal-attività.

Sabiex jitnaqqsu l-kostijiet, l-awditi jistgħu jitwettqu flimkien ma’ kwalunkwe ċertifikazzjoni tal-foresti, ċertifikazzjoni klimatika jew awditu ieħor.

Iċ-ċertifikatur ta’ parti terza indipendenti ma jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess mas-sid jew mal-finanzjatur, u ma jkunx involut fl-iżvilupp jew fl-operazzjoni tal-attività.

5.  Valutazzjoni tal-grupp

Il-konformità mal-kriterji għal kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u mal-kriterji tad-DNSH tista’ tiġi vverifikata:

(a)  fil-livell taż-żona tas-sorsi tal-foresti (10) kif definit fil-punt (30) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(b)  fil-livell ta’ grupp ta’ azjendi omoġenji biżżejjed sabiex jiġi evalwat ir-riskju tas-sostenibbiltà tal-attività forestali, dment li dawk l-azjendi kollha jkollhom relazzjoni dejjiema bejniethom u jipparteċipaw fl-attività u l-grupp ta’ dawk l-azjendi jibqa’ l-istess għall-awditi sussegwenti kollha.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

L-informazzjoni dettaljata msemmija fil-punt 1.2. (k) tinkludi dispożizzjonijiet sabiex tinżamm konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-użu tal-pestiċidi jitnaqqas u approċċi jew tekniki alternattivi, li jistgħu jinkludu alternattivi mhux kimiċi għall-pestiċidi, jingħataw preferenza, f’konformità mad-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), bl-eċċezzjoni ta’ okkażjonijiet li fihom l-użu tal-pestiċidi jkun meħtieġ għall-kontroll ta’ tifqigħat ta’ pesti u ta’ mard.

L-attività timminimizza l-użu tal-fertilizzanti u ma tużax demel. L-attività tikkonforma mar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) jew mar-regoli nazzjonali dwar il-fertilizzanti jew it-tejjieba tal-ħamrija għall-użu agrikolu.

Jittieħdu miżuri dokumentati sew u verifikabbli sabiex jiġi evitat l-użu ta’ ingredjenti attivi li huma elenkati fil-parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 (13) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), fil-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-proċedura ta’ kunsens infurmat minn qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (15), fil-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju (16), fil-Protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi li jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu (17), u ta’ ingredjenti attivi li huma elenkati bħala l-klassifikazzjoni Ia (“estremament perikolużi”) jew Ib (“perikolużi ħafna”) fid-WHO Recommended Classification of Pesticides by Hazard (18). L-attività tikkonforma mal-liġi nazzjonali rilevanti dwar l-ingredjenti attivi.

It-tniġġis tal-ilma u tal-ħamrija huwa evitat u jittieħdu miżuri għat-tindif meta jseħħ it-tniġġis.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

F’żoni magħżula mill-awtorità nazzjonali kompetenti għall-konservazzjoni jew f’ħabitats li huma protetti, l-attività hija konformi mal-objettivi ta’ konservazzjoni għal dawk iż-żoni.

Ma hemm l-ebda konverżjoni ta’ ħabitats speċifikament sensittivi għat-telf ta’ bijodiversità jew b’valur għoli ta’ konservazzjoni, jew ta’ żoni mserrħa għar-restawr ta’ ħabitats bħal dawn f’konformità mal-liġi nazzjonali.

L-informazzjoni dettaljata msemmija fil-punti 1.2 (k) (Pjan ta’ tisġir) u 1.4(i) (Pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew sistema ekwivalenti) tinkludi dispożizzjonijiet għaż-żamma u possibbilment għat-titjib tal-bijodiversità f’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali u lokali, inklużi dawn li ġejjin:

(a)  l-iżgurar ta’ stat tajjeb ta’ konservazzjoni tal-ħabitat u tal-ispeċijiet, taż-żamma tal-ispeċijiet tipiċi tal-ħabitat;

(b)  l-esklużjoni tal-użu jew tar-rilaxx ta’ speċijiet aljeni invażivi;

(c)  l-esklużjoni tal-użu ta’ speċijiet eżotiċi sakemm ma jkunx jista’ jintwera li:

(i)  l-użu tal-materjal riproduttiv tal-foresti jwassal għal kundizzjonijiet favorevoli u xierqa tal-ekosistema (bħall-klima, il-kriterji tal-ħamrija, u ż-żona ta’ veġetazzjoni, ir-reżistenza għan-nirien fil-foresti);

(ii)  l-ispeċijiet indiġeni preżenti bħalissa fis-sit ma għadhomx adattati aktar għall-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-pedoidroloġiċi projettati.

(d)  l-iżgurar taż-żamma u tat-titjib tal-kwalità fiżika, kimika u bijoloġika tal-ħamrija;

(e)  il-promozzjoni ta’ prattiki li jiffavorixxu l-bijodiversità li jtejbu l-proċessi naturali tal-foresti;

(f)  l-esklużjoni tal-konverżjoni ta’ ekosistemi b’bijodiversità għolja f’dawk b’anqas bijodiversità;

(g)  l-iżgurar tad-diversità tal-ħabitats u tal-ispeċijiet assoċjati marbuta mal-foresta;

(h)  l-iżgurar tad-diversità tal-istrutturi tal-popolament u tal-manutenzjoni jew tat-titjib ta’ popolamenti fi stadju matur u ta’ injam mejjet.

(1)   

Art b’ħażna kbira ta’ karbonju tfisser artijiet mistagħdra, inklużi torbieri, u żoni kontinwament afforestati fis-sens tal-Artikolu 29(4)(a), (b) u (c) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(2)   

Żona tal-foresti li għandha pjan ta’ ġestjoni dokumentat fit-tul (għaxar snin jew aktar), immirat lejn miri ta’ ġestjoni definiti, u li jiġi rivedut perjodikament,

FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

(3)   

Inkluża analiżi ta’ dawn (i) is-sostenibbiltà fit-tul tar-riżorsa tal-injam (ii) l-impatti/il-pressjonijiet fuq il-konservazzjoni tal-ħabitats, fuq id-diversità tal-ħabitats assoċjati u fuq il-kundizzjoni tal-ħsad li jimminimizza l-impatti fuq il-ħamrija.

(4)   

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 1).

(5)   

Forest Europe Pan-European Guidelines for Afforestation and Reforestation with a special focus on the provisions of the UNFCCC adopted by the MCPFE Expert Level Meeting on 12-13 November, 2008 and by the PEBLDS Bureau on behalf of the PEBLDS Council on 4 November, 2008 (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.foresteurope.org/docs/other_meetings/2008/Geneva/Guidelines_Aff_Ref_ADOPTED.pdf).

(6)   

Art b’ħażna kbira ta’ karbonju tfisser artijiet mistagħdra, inklużi torbieri, u żoni kontinwament afforestati fis-sens tal-Artikolu 29(4)(a), (b) u (c) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(7)   

Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23).

(8)   

2019 Refinement to the 2006 IPCC Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.ipcc-nggip.iges.or.jp/public/2019rf/).

(9)   

Żona forestali li hija deżinjata sabiex tinżamm bħala foresta u ma tistax tiġi kkonvertita għal użu ieħor tal-art,

FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

(10)   

“Żona tas-sorsi” tfisser iż-żona ddefinita ġeografikament li tkun is-sors tal-materja prima mill-bijomassa forestali, li minnha tkun disponibbli informazzjoni affidabbli u indipendenti u fejn il-kundizzjonijiet ikunu omoġenji biżżejjed sabiex jiġi evalwat ir-riskju tal-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà u ta’ legalità tal-bijomassa forestali.

(11)   

Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).

(12)   

Ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1).

(13)   

Li timplimenta fl-Unjoni l-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 3).

(14)   

Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45).

(15)   

Il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali (ĠU L 63, 6.3.2003, p. 29).

(16)   

Il-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju (ĠU L 142, 2.6.2017, p. 6.).

(17)   

Il-Protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu (ĠU L 297, 31.10.1988, p. 21).

(18)   

Id-WHO Recommended Classification of Pesticides by Hazard (verżjoni 2019), (verżjoni tal-4.6.2021: https://apps.who.int/iris/bitstream/handle/10665/332193/9789240005662-eng.pdf?ua=1).

1.2.    Ir-riabilitazzjoni u r-restawr tal-foresti, inklużi r-riforestazzjoni u r-riġenerazzjoni tal-foresti naturali wara event estrem

Deskrizzjoni tal-attività

Ir-riabilitazzjoni u r-restawr tal-foresti kif iddefiniti mil-liġi nazzjonali. Fejn il-liġi nazzjonali ma jkunx fiha tali definizzjoni, ir-riabilitazzjoni u r-restawr jikkorrispondu għal definizzjoni bi qbil ġenerali fil-letteratura xjentifika rieżaminata bejn il-pari għal pajjiżi speċifiċi jew għal definizzjoni konformi mal-kunċett tal-FAO ta’ restawr tal-foresti ( 3 ) jew għal definizzjoni konformi ma’ waħda mid-definizzjonijiet ta’ restawr ekoloġiku ( 4 ), applikati għall-foresti, jew għar-riabilitazzjoni tal-foresti ( 5 ) skont il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika ( 6 ). L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jinkludu wkoll attivitajiet tal-foresti f’konformità mad-definizzjoni tal-FAO ta’ “riforestazzjoni”  ( 7 ) u ta’ “foresta li tirriġenera b’mod naturali”  ( 8 ) wara event estrem, fejn event estrem ikun iddefinit mil-liġi nazzjonali, u fejn il-liġi nazzjonali ma jkunx fiha definizzjoni bħal din, tkun konformi mad-definizzjoni tal-IPCC ta’ event ta’ temp estrem ( 9 ); jew wara nirien mhux ikkontrollati, fejn in-nirien mhux ikkontrollati jkunu ddefiniti mil-liġi nazzjonali, u fejn il-liġi nazzjonali ma jkunx fiha definizzjoni bħal din, kif iddefinita fil-Glossarju Ewropew għan-nirien mhux ikkontrollati u għan-nirien fil-foresti ( 10 ).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija ma jimplikaw l-ebda tibdil fl-użu tal-art u jseħħu fuq art degradata li taqbel mad-definizzjoni ta’ foresta kif stabbilita fil-liġi nazzjonali, jew fejn ma tkunx disponibbli, tkun konformi mad-definizzjoni tal-FAO ta’ foresta ( 11 ).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi A2 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006. L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija huma limitati għal NACE II 02.10, jiġifieri s-silvikultura u attivitajiet oħrajn tal-forestrija, 02.20, jiġifieri qtugħ tas-siġar għall-injam, 02.30, jiġifieri l-ġbir ta’ prodotti mhux tal-injam li jikbru fis-selvaġġ u 02.40, jiġifieri servizzi ta’ appoġġ għall-forestrija.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti

1.1.  L-attività sseħħ f’żona li hija soġġetta għal pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew għal strument ekwivalenti, kif stabbilit fil-liġi nazzjonali jew, meta l-liġi nazzjonali ma tiddefinixxix pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti, kif imsemmi fid-definizzjoni tal-FAO ta’ żona tal-foresti bi pjan ta’ ġestjoni tal-foresti fit-tul (“forest area with long-term forest management plan”) (1).

Il-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew l-istrument ekwivalenti jkopri perjodu ta’ 10 snin jew aktar u jiġi aġġornat kontinwament.

1.2.  Tingħata informazzjoni dwar il-punti li ġejjin li mhumiex diġà ddokumentati fil-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew f’sistema ekwivalenti:

(a)  l-għanijiet tal-ġestjoni, inklużi l-limitazzjonijiet ewlenin (2);

(b)  l-istrateġiji u l-attivitajiet ġenerali ppjanati sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-ġestjoni, inklużi l-operazzjonijiet mistennija matul iċ-ċiklu kollu tal-foresta;

(c)  definizzjoni tal-kuntest tal-ħabitat tal-foresta, inklużi l-ispeċijiet ewlenin eżistenti u maħsuba tas-siġar tal-foresti, u l-firxa u d-distribuzzjoni tagħhom;

(d)  id-definizzjoni taż-żona skont l-istabbiliment uffiċjali tagħha fir-reġistru tal-artijiet;

(e)  kompartimenti, toroq, drittijiet ta’ passaġġ u aċċess pubbliku ieħor, karatteristiċi fiżiċi inklużi passaġġi fuq l-ilma, żoni taħt restrizzjonijiet legali u oħrajn;

(f)  miżuri użati sabiex tinżamm il-kundizzjoni tajba tal-ekosistemi tal-foresti;

(g)  il-kunsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet soċjali (inklużi l-preservazzjoni tal-pajsaġġ, il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mat-termini u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dritt nazzjonali);

(h)  valutazzjoni tar-riskji relatati mal-foresti, inklużi n-nirien tal-foresti, u t-tifqigħat ta’ pesti u ta’ mard, bl-għan ta’ prevenzjoni, ta’ tnaqqis u ta’ kontroll tar-riskji u miżuri użati sabiex jiġi żgurati l-protezzjoni u l-adattament kontra r-riskji residwi;

(i)  il-kriterji kollha tad-DNSH rilevanti għall-ġestjoni tal-foresti.

1.3.  Is-sostenibbiltà tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-foresti, kif dokumentati fil-pjan imsemmi fil-punt 1.1, hija żgurata billi jintgħażel l-aktar approċċ ambizzjuż minn fost dawn li ġejjin:

(a)  il-ġestjoni tal-foresti taqbel mad-definizzjoni nazzjonali applikabbli tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti;

(b)  il-ġestjoni tal-foresti taqbel mad-definizzjoni minn Forest Europe (3) ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tikkonforma mal-Pan-European Operational Level Guidelines for Sustainable Forest Management (4);

(c)  is-sistema ta’ ġestjoni fis-seħħ tikkonforma mal-kriterji dwar is-sostenibbiltà tal-foresti stabbiliti fl-Artikolu 29(6) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, u, mid-data tal-applikazzjoni tiegħu, mal-att ta’ implimentazzjoni dwar il-gwida operazzjonali għall-enerġija mill-bijomassa tal-foresti adottat skont l-Artikolu 29(8) ta’ dik id-Direttiva.

1.4.  L-attività ma tinvolvix id-degradazzjoni tal-art b’ħażna għolja ta’ karbonju (5).

1.5.  Is-sistema ta’ ġestjoni assoċjata mal-attività fis-seħħ tikkonforma mal-obbligu ta’ diliġenza dovuta u mar-rekwiżiti ta’ legalità stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 995/2010.

1.6.  Il-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti jipprovdi għal monitoraġġ li jiżgura l-korrettezza tal-informazzjoni li tinsab fil-pjan, b’mod partikolari fir-rigward tad-data relatata maż-żona involuta.

2.  Analiżi tal-benefiċċji klimatiċi

2.1.  Għaż-żoni li jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-livell taż-żona ta’ kisba tas-sorsi tal-foresti sabiex jiġi żgurat li l-livelli tal-ħażniet u tal-bjar ta’ karbonju fil-foresta jinżammu jew jissaħħu fit-tul f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 29(7) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, l-attività tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)  l-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi turi li l-bilanċ nett tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta’ GHG iġġenerati mill-attività fuq perjodu ta’ 30 sena wara l-bidu tal-attività huwa aktar baxx minn linja bażi, li jikkorrispondi għall-bilanċ tal-emissjonijiet u għall-assorbimenti ta’ GHG fuq perjodu ta’ 30 sena li jibda fil-bidu tal-attività, assoċjati mal-prattiki ta’ żamma tal-istatus quo li kienu jseħħu fiż-żona involuta fin-nuqqas tal-attività;

(b)  il-benefiċċji klimatiċi fit-tul jitqiesu bħala pprovati permezz ta’ prova ta’ allinjament mal-punt (b) tal-Artikolu 29(7) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

2.2.  Għaż-żoni li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti fil-livell taż-żona ta’ kisba tas-sorsi tal-foresti sabiex jiġi żgurat li l-livelli tal-ħażniet u tal-bjar ta’ karbonju fil-foresta jinżammu jew jissaħħu fit-tul f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 29(7) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, l-attività tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)  l-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi turi li l-bilanċ nett tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta’ GHG iġġenerati mill-attività fuq perjodu ta’ 30 sena wara l-bidu tal-attività huwa aktar baxx minn linja bażi, li jikkorrispondi għall-bilanċ tal-emissjonijiet u għall-assorbimenti ta’ GHG fuq perjodu ta’ 30 sena li jibda fil-bidu tal-attività, assoċjati mal-prattiki ta’ żamma tal-istatus quo li kienu jseħħu fiż-żona involuta fin-nuqqas tal-attività.

(b)  il-bilanċ nett medju fit-tul projettat ta’ GHG tal-attività huwa anqas mill-bilanċ medju fit-tul ta’ GHG projettat għal-linja bażi, imsemmija fil-punt 2.2, fejn terminu twil jikkorrispondi għal durata itwal bejn 100 sena u d-durata ta’ ċiklu sħiħ tal-foresta.

2.3.  Il-kalkolu tal-benefiċċju klimatiku jikkonforma mal-kriterji kollha li ġejjin:

(a)  l-analiżi hija konsistenti mat-2019 Refinement to the 2006 IPCC Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories (6). L-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi hija bbażata fuq informazzjoni trasparenti, preċiża, konsistenti, kompleta u komparabbli, tkopri r-raggruppamenti kollha tal-karbonju milquta mill-attività, inklużi l-bijomassa tal-wiċċ, il-bijomassa taħt l-art, l-injam mejjet, il-mifrex u l-ħamrija, tiddependi fuq l-aktar suppożizzjonijiet konservattivi għall-kalkoli u tinkludi kunsiderazzjonijiet xierqa dwar ir-riskji ta’ nuqqas ta’ permanenza u ta’ treġġigħ lura tas-sekwestru tal-karbonju, ir-riskju ta’ saturazzjoni u r-riskju ta’ rilokazzjoni.

(b)  il-prattiki ta’ żamma tal-istatus quo, inklużi l-prattiki tal-ħsad, jistgħu jkunu waħda minn dawn li ġejjin:

(i)  il-prattiki ta’ ġestjoni kif dokumentati fl-aħħar verżjoni tal-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew fi strument ekwivalenti qabel il-bidu tal-attività, jekk ikun hemm;

(ii)  l-aktar prattiki riċenti ta’ żamma tal-istatus quo qabel il-bidu tal-attività;

(iii)  il-prattiki li jikkorrispondu għal sistema ta’ ġestjoni li tiżgura li l-ħażniet ta’ karbonju u l-livelli tal-bjar fiż-żona tal-foresti jinżammu jew jissaħħu fuq terminu twil kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 29(7) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(c)  ir-riżoluzzjoni tal-analiżi hija proporzjonata għad-daqs taż-żona kkonċernata u jintużaw valuri speċifiċi għaż-żona kkonċernata.

(d)  l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jseħħu minħabba disturbi naturali, bħal infestazzjonijiet ta’ pesti u ta’ mard, nirien fil-foresti, riħ, ħsarat minħabba maltempati, li jħallu impatt fuq iż-żona u jikkawżaw prestazzjoni mhux ottimali ma jirriżultawx f’nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (UE) 2020/852, dment li l-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi tkun konsistenti mat-2019 Refinement to the 2006 IPCC Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories rigward l-emissjonijiet u l-assorbimenti minħabba disturbi naturali.

2.4.  L-azjendi forestali ta’ anqas minn 13-il ettaru mhumiex meħtieġa jwettqu analiżi tal-benefiċċji klimatiċi.

3.  Garanzija ta’ permanenza

3.1.  F’konformità mal-liġi nazzjonali, l-istatus tal-foresta taż-żona li fiha titwettaq l-attività huwa ggarantit minn waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a)  iż-żona hija kklassifikata fil-proprjetà forestali permanenti kif definita mill-FAO (7);

(b)  iż-żona hija kklassifikata bħala żona protetta;

(c)  iż-żona hija s-suġġett ta’ kwalunkwe garanzija legali jew kuntrattwali li tiżgura li se tibqa’ foresta.

3.2.  F’konformità mal-liġi nazzjonali, l-operatur tal-attività ħa impenn li aġġornamenti futuri għall-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew għal strument ekwivalenti, lil hinn mill-attività li tiġi ffinanzjata, ikomplu jfittxu l-benefiċċji klimatiċi kif determinat fil-punt 2. Barra minn hekk, l-operatur tal-attività jieħu impenn li jikkumpensa kwalunkwe tnaqqis tal-benefiċċju klimatiku ddeterminat fil-punt 2 b’benefiċċju klimatiku ekwivalenti li jirriżulta mit-twettiq ta’ attività li tikkorrispondi għal waħda mill-attivitajiet tal-forestrija definiti f’dan ir-Regolament.

4.  Awditu

Fi żmien sentejn mill-bidu tal-attività u kull 10 snin minn hemm’ il quddiem, il-konformità tal-attività mal-kontribut sostanzjali għall-kriterji ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-kriterji tad-DNSH tiġi vverifikata permezz ta’ wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti;

(b)  ċertifikatur terz indipendenti, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-operatur tal-attività.

Sabiex jitnaqqsu l-kostijiet, l-awditi jistgħu jitwettqu flimkien ma’ kwalunkwe ċertifikazzjoni tal-foresti, ċertifikazzjoni klimatika jew awditu ieħor.

Iċ-ċertifikatur ta’ parti terza indipendenti ma jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess mas-sid jew mal-finanzjatur, u ma jkunx involut fl-iżvilupp jew fl-operazzjoni tal-attività.

5.  Valutazzjoni tal-grupp

Il-konformità mal-kriterji għal kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u mal-kriterji tad-DNSH tista’ tiġi vverifikata:

(a)  fil-livell taż-żona tas-sorsi tal-foresti (8) kif definit fil-punt (30) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(b)  fil-livell ta’ grupp ta’ azjendi omoġenji biżżejjed sabiex jiġi evalwat ir-riskju tas-sostenibbiltà tal-attività forestali, dment li dawk l-azjendi kollha jkollhom relazzjoni dejjiema bejniethom u jipparteċipaw fl-attività u l-grupp ta’ dawk l-azjendi jibqa’ l-istess għall-awditi sussegwenti kollha.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

L-informazzjoni dettaljata msemmija fil-punt 1.2. (i) tinkludi dispożizzjonijiet sabiex tinżamm konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

It-tibdil silvikulturali kkawżat mill-attività fiż-żona koperta mill-attività x’aktarx li ma jirriżultax fi tnaqqis sinifikanti tal-provvista sostenibbli tal-bijomassa primarja tal-foresti xierqa għall-manifattura ta’ prodotti bbażati fuq l-injam b’potenzjal ta’ ċirkolarità fit-tul. Dan il-kriterju jista’ jintwera permezz tal-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi msemmija fil-punt (2).

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-użu tal-pestiċidi jitnaqqas u approċċi jew tekniki alternattivi, li jistgħu jinkludu alternattivi mhux kimiċi għall-pestiċidi, jingħataw preferenza, f’konformità mad-Direttiva 2009/128/KE, bl-eċċezzjoni ta’ okkażjonijiet li fihom l-użu tal-pestiċidi jkun meħtieġ għall-kontroll ta’ tifqigħat ta’ pesti u ta’ mard.

L-attività timminimizza l-użu tal-fertilizzanti u ma tużax demel. L-attività tikkonforma mar-Regolament (UE) 2019/1009 jew mar-regoli nazzjonali dwar il-fertilizzanti jew it-tejjieba tal-ħamrija għall-użu agrikolu.

Jittieħdu miżuri dokumentati sew u verifikabbli sabiex jiġi evitat l-użu ta’ ingredjenti attivi li huma elenkati fil-parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 (9), fil-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ kunsens infurmat minn qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali, fil-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju, fil-Protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi li jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu, u ta’ ingredjenti attivi li huma elenkati bħala l-klassifikazzjoni Ia (“estremament perikolużi”) jew Ib (“perikolużi ħafna”) fid-WHO Recommended Classification of Pesticides by Hazard. L-attività tikkonforma mal-liġi nazzjonali rilevanti dwar l-ingredjenti attivi.

It-tniġġis tal-ilma u tal-ħamrija huwa evitat u jittieħdu miżuri għat-tindif meta jseħħ it-tniġġis.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

F’żoni magħżula mill-awtorità nazzjonali kompetenti għall-konservazzjoni jew f’ħabitats li huma protetti, l-attività hija konformi mal-objettivi ta’ konservazzjoni għal dawk iż-żoni.

Ma hemm l-ebda konverżjoni ta’ ħabitats speċifikament sensittivi għat-telf ta’ bijodiversità jew b’valur għoli ta’ konservazzjoni, jew ta’ żoni mserrħa għar-restawr ta’ ħabitats bħal dawn f’konformità mal-liġi nazzjonali.

L-informazzjoni dettaljata msemmija fil-punti 1.2.(i) tinkludi dispożizzjonijiet għaż-żamma u possibbilment għat-titjib tal-bijodiversità f’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali u lokali, inklużi dawn li ġejjin:

(a)  l-iżgurar ta’ stat tajjeb ta’ konservazzjoni tal-ħabitat u tal-ispeċijiet, taż-żamma tal-ispeċijiet tipiċi tal-ħabitat;

(b)  l-esklużjoni tal-użu jew tar-rilaxx ta’ speċijiet aljeni invażivi;

(c)  l-esklużjoni tal-użu ta’ speċijiet eżotiċi sakemm ma jkunx jista’ jintwera li:

(i)  l-użu tal-materjal riproduttiv tal-foresti jwassal għal kundizzjonijiet favorevoli u xierqa tal-ekosistema (bħall-klima, il-kriterji tal-ħamrija, u ż-żona ta’ veġetazzjoni, ir-reżistenza għan-nirien fil-foresti);

(ii)  l-ispeċijiet indiġeni preżenti bħalissa fis-sit ma għadhomx adattati aktar għall-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-pedoidroloġiċi projettati.

(d)  l-iżgurar taż-żamma u tat-titjib tal-kwalità fiżika, kimika u bijoloġika tal-ħamrija;

(e)  il-promozzjoni ta’ prattiki li jiffavorixxu l-bijodiversità li jtejbu l-proċessi naturali tal-foresti;

(f)  l-esklużjoni tal-konverżjoni ta’ ekosistemi b’bijodiversità għolja f’dawk b’anqas bijodiversità;

(g)  l-iżgurar tad-diversità tal-ħabitats u tal-ispeċijiet assoċjati marbuta mal-foresta;

(h)  l-iżgurar tad-diversità tal-istrutturi tal-popolament u tal-manutenzjoni jew tat-titjib ta’ popolamenti fi stadju matur u ta’ injam mejjet.

(1)   

Żona tal-foresti li għandha pjan ta’ ġestjoni dokumentat fit-tul (għaxar snin jew aktar), immirat lejn miri ta’ ġestjoni definiti, u li jiġi rivedut perjodikament.

FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

(2)   

Inkluża analiżi ta’ dawn (i) is-sostenibbiltà fit-tul tar-riżorsa tal-injam (ii) l-impatti/il-pressjonijiet fuq il-konservazzjoni tal-ħabitats, fuq id-diversità tal-ħabitats assoċjati u fuq il-kundizzjoni tal-ħsad li jimminimizza l-impatti fuq il-ħamrija.

(3)   

L-amministrazzjoni u l-użu tal-foresti u tal-artijiet forestali b’mod, u b’rata, li jżommu l-bijodiversità, il-produttività, il-kapaċità ta’ riġenerazzjoni, il-vitalità u l-potenzjal tagħhom li jwettqu, issa u fil-futur, il-funzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali rilevanti, fil-livelli lokali, nazzjonali u globali, u li ma jikkawżawx ħsara lil ekosistemi oħrajn.

Resolution H1 General Guidelines for the Sustainable Management of Forests in Europe, It-Tieni Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa (Forest Europe), is-16-17 ta’ Ġunju 1993, Helsinki/il-Finlandja (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.foresteurope.org/docs/MC/MC_helsinki_resolutionH1.pdf ).

(4)   

L-Anness 2 tar-Riżoluzzjoni L2. Pan-European Operational Level Guidelines for Sustainable Forest Management. It-tielet Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa, it-2-4 ta’ Ġunju 1998, Lisbona/Portugall (verżjoni tal-4.6.2021: https://foresteurope.org/wp-content/uploads/2016/10/MC_lisbon_resolutionL2_with_annexes.pdf#page=18).

(5)   

Art b’ħażna kbira ta’ karbonju tfisser artijiet mistagħdra, inklużi torbieri, u żoni kontinwament afforestati fis-sens tal-Artikolu 29(4)(a), (b) u (c) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(6)   

2019 Refinement to the 2006 IPCC Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.ipcc-nggip.iges.or.jp/public/2019rf/).

(7)   

Żona forestali li hija deżinjata sabiex tinżamm bħala foresta u ma tistax tiġi kkonvertita għal użu ieħor tal-art,

(FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions, verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

(8)   

“Żona tas-sorsi” tfisser iż-żona ddefinita ġeografikament li tkun is-sors tal-materja prima mill-bijomassa forestali, li minnha tkun disponibbli informazzjoni affidabbli u indipendenti u fejn il-kundizzjonijiet ikunu omoġenji biżżejjed sabiex jiġi evalwat ir-riskju tal-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà u ta’ legalità tal-bijomassa forestali.

(9)   

Li timplimenta fl-Unjoni l-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 3).

1.3.    Il-ġestjoni tal-foresti

Deskrizzjoni tal-attività

Il-ġestjoni tal-foresti kif definita mil-liġi nazzjonali. Meta l-liġi nazzjonali ma jkunx fiha definizzjoni bħal din, il-ġestjoni tal-foresti tikkorrispondi għal kwalunkwe attività ekonomika li tirriżulta minn sistema applikabbli għal foresta li tinfluwenza l-funzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiċi jew soċjali tal-foresta. Il-ġestjoni tal-foresti ma tassumi l-ebda tibdil fl-użu tal-art u sseħħ fuq art li taqbel mad-definizzjoni ta’ foresta kif stabbilita fil-liġi nazzjonali, jew fejn ma tkunx disponibbli, f’konformità mad-definizzjoni tal-FAO ta’ foresta ( 12 ).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi A2 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006. L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija huma limitati għal NACE II 02.10, jiġifieri s-silvikultura u attivitajiet oħrajn tal-forestrija, 02.20, jiġifieri qtugħ tas-siġar għall-injam, 02.30, jiġifieri l-ġbir ta’ prodotti mhux tal-injam li jikbru fis-selvaġġ u 02.40, jiġifieri servizzi ta’ appoġġ għall-forestrija.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti

1.1.  L-attività sseħħ f’żona li hija soġġetta għal pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew għal strument ekwivalenti, kif stabbilit fil-liġi nazzjonali jew, meta l-liġi nazzjonali ma tiddefinixxix pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti, kif imsemmi fid-definizzjoni tal-FAO ta’ żona tal-foresti bi pjan ta’ ġestjoni tal-foresti fit-tul (“forest area with long-term forest management plan”) (1).

Il-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew l-istrument ekwivalenti jkopri perjodu ta’ 10 snin jew aktar u jiġi aġġornat kontinwament.

1.2.  Tingħata informazzjoni dwar il-punti li ġejjin li mhumiex diġà ddokumentati fil-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew f’sistema ekwivalenti:

(a)  l-għanijiet tal-ġestjoni, inklużi l-limitazzjonijiet ewlenin (2);

(b)  l-istrateġiji u l-attivitajiet ġenerali ppjanati sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-ġestjoni, inklużi l-operazzjonijiet mistennija matul iċ-ċiklu kollu tal-foresta;

(c)  definizzjoni tal-kuntest tal-ħabitat tal-foresta, inklużi l-ispeċijiet ewlenin eżistenti u maħsuba tas-siġar tal-foresti, u l-firxa u d-distribuzzjoni tagħhom;

(d)  id-definizzjoni taż-żona skont l-istabbiliment uffiċjali tagħha fir-reġistru tal-artijiet;

(e)  kompartimenti, toroq, drittijiet ta’ passaġġ u aċċess pubbliku ieħor, karatteristiċi fiżiċi inklużi passaġġi fuq l-ilma, żoni taħt restrizzjonijiet legali u oħrajn;

(f)  miżuri użati sabiex tinżamm il-kundizzjoni tajba tal-ekosistemi tal-foresti;

(g)  il-kunsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet soċjali (inklużi l-preservazzjoni tal-pajsaġġ, il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mat-termini u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dritt nazzjonali);

(h)  valutazzjoni tar-riskji relatati mal-foresti, inklużi n-nirien tal-foresti, u t-tifqigħat ta’ pesti u ta’ mard, bl-għan ta’ prevenzjoni, ta’ tnaqqis u ta’ kontroll tar-riskji u miżuri użati sabiex jiġi żgurati l-protezzjoni u l-adattament kontra r-riskji residwi;

(i)  il-kriterji kollha tad-DNSH rilevanti għall-ġestjoni tal-foresti.

1.3.  Is-sostenibbiltà tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-foresti, kif dokumentati fil-pjan imsemmi fil-punt 1.1, hija żgurata billi jintgħażel l-aktar approċċ ambizzjuż minn fost dawn li ġejjin:

(a)  il-ġestjoni tal-foresti taqbel mad-definizzjoni nazzjonali applikabbli tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti;

(b)  il-ġestjoni tal-foresti taqbel mad-definizzjoni minn Forest Europe (3) ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tikkonforma mal-Pan-European Operational Level Guidelines for Sustainable Forest Management (4);

(c)  is-sistema ta’ ġestjoni fis-seħħ turi konformità mal-kriterji dwar is-sostenibbiltà tal-foresti stabbiliti fl-Artikolu 29(6) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, u, mid-data tal-applikazzjoni tiegħu, mal-att ta’ implimentazzjoni dwar il-gwida operazzjonali għall-enerġija mill-bijomassa tal-foresti adottat skont l-Artikolu 29(8) ta’ dik id-Direttiva.

1.4.  L-attività ma tinvolvix id-degradazzjoni tal-art b’ħażna għolja ta’ karbonju (5).

1.5.  Is-sistema ta’ ġestjoni assoċjata mal-attività fis-seħħ tikkonforma mal-obbligu ta’ diliġenza dovuta u mar-rekwiżiti ta’ legalità stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 995/2010.

1.6.  Il-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti jipprovdi għal monitoraġġ li jiżgura l-korrettezza tal-informazzjoni li tinsab fil-pjan, b’mod partikolari fir-rigward tad-data relatata maż-żona involuta.

2.  Analiżi tal-benefiċċji klimatiċi

2.1.  Għaż-żoni li jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-livell taż-żona ta’ kisba tas-sorsi tal-foresti sabiex jiġi żgurat li l-livelli tal-ħażniet u tal-bjar ta’ karbonju fil-foresta jinżammu jew jissaħħu fit-tul f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 29(7) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, l-attività tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)  l-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi turi li l-bilanċ nett tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta’ GHG iġġenerati mill-attività fuq perjodu ta’ 30 sena wara l-bidu tal-attività huwa aktar baxx minn linja bażi, li jikkorrispondi għall-bilanċ tal-emissjonijiet u għall-assorbimenti ta’ GHG fuq perjodu ta’ 30 sena li jibda fil-bidu tal-attività, assoċjati mal-prattiki ta’ żamma tal-istatus quo li kienu jseħħu fiż-żona involuta fin-nuqqas tal-attività;

(b)  il-benefiċċji klimatiċi fit-tul jitqiesu bħala pprovati permezz ta’ prova ta’ allinjament mal-punt (b) tal-Artikolu 29(7) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

2.2.  Għaż-żoni li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti fil-livell taż-żona ta’ kisba tas-sorsi tal-foresti sabiex jiġi żgurat li l-livelli tal-ħażniet u tal-bjar ta’ karbonju fil-foresta jinżammu jew jissaħħu fit-tul f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 29(7) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, l-attività tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)  l-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi turi li l-bilanċ nett tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta’ GHG iġġenerati mill-attività fuq perjodu ta’ 30 sena wara l-bidu tal-attività huwa aktar baxx minn linja bażi, li jikkorrispondi għall-bilanċ tal-emissjonijiet u għall-assorbimenti ta’ GHG fuq perjodu ta’ 30 sena li jibda fil-bidu tal-attività, assoċjati mal-prattiki ta’ żamma tal-istatus quo li kienu jseħħu fiż-żona involuta fin-nuqqas tal-attività.

(b)  il-bilanċ nett medju fit-tul projettat ta’ GHG tal-attività huwa anqas mill-bilanċ medju fit-tul ta’ GHG projettat għal-linja bażi, imsemmija fil-punt 2.2, fejn terminu twil jikkorrispondi għal durata itwal bejn 100 sena u d-durata ta’ ċiklu sħiħ tal-foresta.

2.3.  Il-kalkolu tal-benefiċċju klimatiku jikkonforma mal-kriterji kollha li ġejjin:

(a)  l-analiżi hija konsistenti mat-2019 Refinement to the 2006 IPCC Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories (6). L-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi hija bbażata fuq informazzjoni trasparenti, preċiża, konsistenti, kompleta u komparabbli, tkopri r-raggruppamenti kollha tal-karbonju milquta mill-attività, inklużi l-bijomassa tal-wiċċ, il-bijomassa taħt l-art, l-injam mejjet, il-mifrex u l-ħamrija, tiddependi fuq l-aktar suppożizzjonijiet konservattivi għall-kalkoli u tinkludi kunsiderazzjonijiet xierqa dwar ir-riskji ta’ nuqqas ta’ permanenza u ta’ treġġigħ lura tas-sekwestru tal-karbonju, ir-riskju ta’ saturazzjoni u r-riskju ta’ rilokazzjoni.

(b)  il-prattiki ta’ żamma tal-istatus quo, inklużi l-prattiki tal-ħsad, jistgħu jkunu waħda minn dawn li ġejjin:

(i)  il-prattiki ta’ ġestjoni kif dokumentati fl-aħħar verżjoni tal-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew fi strument ekwivalenti qabel il-bidu tal-attività, jekk ikun hemm;

(ii)  l-aktar prattiki riċenti ta’ żamma tal-istatus quo qabel il-bidu tal-attività;

(iii)  il-prattiki li jikkorrispondu għal sistema ta’ ġestjoni li tiżgura li l-ħażniet ta’ karbonju u l-livelli tal-bjar fiż-żona tal-foresti jinżammu jew jissaħħu fuq terminu twil kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 29(7) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(c)  ir-riżoluzzjoni tal-analiżi hija proporzjonata għad-daqs taż-żona kkonċernata u jintużaw valuri speċifiċi għaż-żona kkonċernata.

(d)  l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jseħħu minħabba disturbi naturali, bħal infestazzjonijiet ta’ pesti u ta’ mard, nirien fil-foresti, riħ, ħsarat minħabba maltempati, li jħallu impatt fuq iż-żona u jikkawżaw prestazzjoni mhux ottimali ma jirriżultawx f’nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (UE) 2020/852, dment li l-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi tkun konsistenti mat-2019 Refinement to the 2006 IPCC Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories rigward l-emissjonijiet u l-assorbimenti minħabba disturbi naturali.

2.4.  L-azjendi forestali ta’ anqas minn 13-il ettaru mhumiex meħtieġa jwettqu analiżi tal-benefiċċji klimatiċi.

3.  Garanzija ta’ permanenza

3.1.  F’konformità mal-liġi nazzjonali, l-istatus tal-foresta taż-żona li fiha titwettaq l-attività huwa ggarantit minn waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a)  iż-żona hija kklassifikata fil-proprjetà forestali permanenti kif definita mill-FAO (7);

(b)  iż-żona hija kklassifikata bħala żona protetta;

(c)  iż-żona hija s-suġġett ta’ kwalunkwe garanzija legali jew kuntrattwali li tiżgura li se tibqa’ foresta.

3.2.  F’konformità mal-liġi nazzjonali, l-operatur tal-attività jimpenja ruħu li aġġornamenti futuri għall-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew ta’ strument ekwivalenti, lil hinn mill-attività ffinanzjata, ikomplu jfittxu l-benefiċċji klimatiċi kif determinati fil-punt 2. Barra minn hekk, l-operatur tal-attività jieħu impenn li jikkumpensa kwalunkwe tnaqqis tal-benefiċċju klimatiku ddeterminat fil-punt 2 b’benefiċċju klimatiku ekwivalenti li jirriżulta mit-twettiq ta’ attività li tikkorrispondi għal waħda mill-attivitajiet tal-forestrija definiti f’dan ir-Regolament.

4.  Awditu

Fi żmien sentejn mill-bidu tal-attività u kull 10 snin minn hemm’ il quddiem, il-konformità tal-attività mal-kontribut sostanzjali għall-kriterji ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-kriterji tad-DNSH tiġi vverifikata permezz ta’ wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti;

(b)  ċertifikatur terz indipendenti, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-operatur tal-attività.

Sabiex jitnaqqsu l-kostijiet, l-awditi jistgħu jitwettqu flimkien ma’ kwalunkwe ċertifikazzjoni tal-foresti, ċertifikazzjoni klimatika jew awditu ieħor.

Iċ-ċertifikatur ta’ parti terza indipendenti ma jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess mas-sid jew mal-finanzjatur, u ma jkunx involut fl-iżvilupp jew fl-operazzjoni tal-attività.

5.  Valutazzjoni tal-grupp

Il-konformità mal-kriterji għal kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u mal-kriterji tad-DNSH tista’ tiġi vverifikata:

(a)  fil-livell taż-żona tas-sorsi tal-foresti (8) kif definit fil-punt (30) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(b)  fil-livell ta’ grupp ta’ azjendi omoġenji biżżejjed sabiex jiġi evalwat ir-riskju tas-sostenibbiltà tal-attività forestali, dment li dawk l-azjendi kollha jkollhom relazzjoni dejjiema bejniethom u jipparteċipaw fl-attività u l-grupp ta’ dawk l-azjendi jibqa’ l-istess għall-awditi sussegwenti kollha.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

L-informazzjoni dettaljata msemmija fil-punt 1.2. (i) tinkludi dispożizzjonijiet sabiex tinżamm konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

It-tibdil silvikulturali kkawżat mill-attività fiż-żona koperta mill-attività x’aktarx li ma jirriżultax fi tnaqqis sinifikanti tal-provvista sostenibbli tal-bijomassa primarja tal-foresti xierqa għall-manifattura ta’ prodotti bbażati fuq l-injam b’potenzjal ta’ ċirkolarità fit-tul. Dan il-kriterju jista’ jintwera permezz tal-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi msemmija fil-punt (2).

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-użu tal-pestiċidi jitnaqqas u approċċi jew tekniki alternattivi, li jistgħu jinkludu alternattivi mhux kimiċi għall-pestiċidi, jingħataw preferenza, f’konformità mad-Direttiva 2009/128/KE, bl-eċċezzjoni ta’ okkażjonijiet li fihom l-użu tal-pestiċidi jkun meħtieġ għall-kontroll ta’ tifqigħat ta’ pesti u ta’ mard.

L-attività mminimizzat l-użu tal-fertilizzanti u ma tużax demel. L-attività tikkonforma mar-Regolament (UE) 2019/1009 jew mar-regoli nazzjonali dwar il-fertilizzanti jew it-tejjieba tal-ħamrija għall-użu agrikolu.

Jittieħdu miżuri dokumentati sew u verifikabbli sabiex jiġi evitat l-użu ta’ ingredjenti attivi li huma elenkati fil-parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 (9), fil-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-proċedura ta’ kunsens infurmat minn qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali, fil-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju, fil-Protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi li jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu, u ta’ ingredjenti attivi li huma elenkati bħala l-klassifikazzjoni Ia (“estremament perikolużi”) jew Ib (“perikolużi ħafna”) fid-WHO Recommended Classification of Pesticides by Hazard (10). L-attività tikkonforma mal-liġi nazzjonali rilevanti dwar l-ingredjenti attivi.

It-tniġġis tal-ilma u tal-ħamrija huwa evitat u jittieħdu miżuri għat-tindif meta jseħħ it-tniġġis.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

F’żoni magħżula mill-awtorità nazzjonali kompetenti għall-konservazzjoni jew f’ħabitats li huma protetti, l-attività hija konformi mal-objettivi ta’ konservazzjoni għal dawk iż-żoni.

Ma hemm l-ebda konverżjoni ta’ ħabitats speċifikament sensittivi għat-telf ta’ bijodiversità jew b’valur għoli ta’ konservazzjoni, jew ta’ żoni mserrħa għar-restawr ta’ ħabitats bħal dawn f’konformità mal-liġi nazzjonali.

L-informazzjoni dettaljata msemmija fil-punti 1.2.(i) tinkludi dispożizzjonijiet għaż-żamma u possibbilment għat-titjib tal-bijodiversità f’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali u lokali, inklużi dawn li ġejjin:

(a)  l-iżgurar ta’ stat tajjeb ta’ konservazzjoni tal-ħabitat u tal-ispeċijiet, taż-żamma tal-ispeċijiet tipiċi tal-ħabitat;

(b)  l-esklużjoni tal-użu jew tar-rilaxx ta’ speċijiet aljeni invażivi;

(c)  l-esklużjoni tal-użu ta’ speċijiet eżotiċi sakemm ma jkunx jista’ jintwera li:

(i)  l-użu tal-materjal riproduttiv tal-foresti jwassal għal kundizzjoni favorevoli u xierqa tal-ekosistema (bħall-klima, il-kriterji tal-ħamrija, u ż-żona ta’ veġetazzjoni, ir-reżistenza għan-nirien fil-foresti);

(ii)  l-ispeċijiet indiġeni preżenti bħalissa fis-sit ma għadhomx adattati aktar għall-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-pedoidroloġiċi projettati;

(d)  l-iżgurar taż-żamma u tat-titjib tal-kwalità fiżika, kimika u bijoloġika tal-ħamrija;

(e)  il-promozzjoni ta’ prattiki li jiffavorixxu l-bijodiversità li jtejbu l-proċessi naturali tal-foresti;

(f)  l-esklużjoni tal-konverżjoni ta’ ekosistemi b’bijodiversità għolja f’dawk b’anqas bijodiversità;

(g)  l-iżgurar tad-diversità tal-ħabitats u tal-ispeċijiet assoċjati marbuta mal-foresta;

(h)  l-iżgurar tad-diversità tal-istrutturi tal-popolament u tal-manutenzjoni jew tat-titjib ta’ popolamenti fi stadju matur u ta’ injam mejjet.

(1)   

Żona tal-foresti li għandha pjan ta’ ġestjoni dokumentat fit-tul (għaxar snin jew aktar), immirat lejn miri ta’ ġestjoni definiti, u li jiġi rivedut perjodikament.

FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

(2)   

Inkluża analiżi ta’ dawn (i) is-sostenibbiltà fit-tul tar-riżorsa tal-injam (ii) l-impatti/il-pressjonijiet fuq il-konservazzjoni tal-ħabitats, fuq id-diversità tal-ħabitats assoċjati u fuq il-kundizzjoni tal-ħsad li jimminimizza l-impatti fuq il-ħamrija.

(3)   

L-amministrazzjoni u l-użu tal-foresti u tal-artijiet forestali b’mod, u b’rata, li jżommu l-bijodiversità, il-produttività, il-kapaċità ta’ riġenerazzjoni, il-vitalità u l-potenzjal tagħhom li jwettqu, issa u fil-futur, il-funzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali rilevanti, fil-livelli lokali, nazzjonali u globali, u li ma jikkawżawx ħsara lil ekosistemi oħrajn.

Resolution H1 General Guidelines for the Sustainable Management of Forests in Europe, It-Tieni Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa (Forest Europe), is-16-17 ta’ Ġunju 1993, Helsinki/il-Finlandja (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.foresteurope.org/docs/MC/MC_helsinki_resolutionH1.pdf).

(4)   

L-Anness 2 tar-Riżoluzzjoni L2. Pan-European Operational Level Guidelines for Sustainable Forest Management. It-tielet Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa, it-2-4 ta’ Ġunju 1998, Lisbona/Portugall (verżjoni tal-4.6.2021: https://foresteurope.org/wp-content/uploads/2016/10/MC_lisbon_resolutionL2_with_annexes.pdf#page=18).

(5)   

Art b’ħażna kbira ta’ karbonju tfisser artijiet mistagħdra, inklużi torbieri, u żoni kontinwament afforestati fis-sens tal-Artikolu 29(4)(a), (b) u (c) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(6)   

2019 Refinement to the 2006 IPCC Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.ipcc-nggip.iges.or.jp/public/2019rf/).

(7)   

Żona forestali li hija deżinjata sabiex tinżamm bħala foresta u ma tistax tiġi kkonvertita għal użu ieħor tal-art.

(FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions, verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

(8)   

“Żona tas-sorsi” tfisser iż-żona ddefinita ġeografikament li tkun is-sors tal-materja prima mill-bijomassa forestali, li minnha tkun disponibbli informazzjoni affidabbli u indipendenti u fejn il-kundizzjonijiet ikunu omoġenji biżżejjed sabiex jiġi evalwat ir-riskju tal-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà u ta’ legalità tal-bijomassa forestali.

(9)   

Li timplimenta fl-Unjoni l-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 3).

(10)   

Id-WHO Recommended Classification of Pesticides by Hazard (verżjoni 2019), (verżjoni tal-4.6.2021: https://apps.who.int/iris/bitstream/handle/10665/332193/9789240005662-eng.pdf?ua=1).

1.4.    Il-forestrija ta’ konservazzjoni

Deskrizzjoni tal-attività

Attivitajiet ta’ ġestjoni tal-foresti bl-objettiv li jiġu ppreservati ħabitats jew speċijiet individwali jew diversi. Il-forestrija ta’ konservazzjoni ma tassumi l-ebda tibdil fil-kategorija tal-art u sseħħ fuq art li taqbel mad-definizzjoni ta’ foresta kif stabbilita fil-liġi nazzjonali, jew fejn ma tkunx disponibbli, f’konformità mad-definizzjoni tal-FAO ta’ foresta ( 13 ).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi A2 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006. L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija huma limitati għal NACE II 02.10, jiġifieri s-silvikultura u attivitajiet oħrajn tal-forestrija, 02.20, jiġifieri qtugħ tas-siġar għall-injam, 02.30, jiġifieri l-ġbir ta’ prodotti mhux tal-injam li jikbru fis-selvaġġ u 02.40, jiġifieri servizzi ta’ appoġġ għall-forestrija.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti

1.1.  L-attività sseħħ f’żona li hija soġġetta għal pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew għal strument ekwivalenti, kif stabbilit fil-liġi nazzjonali jew, meta r-regolamenti nazzjonali ma jiddefinixxux pjan ta’ ġestjoni tal-foresti, kif imsemmi fid-definizzjoni tal-FAO ta’ żona tal-foresti bi pjan ta’ ġestjoni tal-foresti fit-tul (“forest area with long-term forest management plan”) (1).

Il-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew l-istrument ekwivalenti jkopri perjodu ta’ 10 snin jew aktar u jiġi aġġornat kontinwament.

1.2.  Tingħata informazzjoni dwar il-punti li ġejjin li mhumiex diġà ddokumentati fil-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew f’sistema ekwivalenti:

(a)  l-għanijiet tal-ġestjoni, inklużi l-limitazzjonijiet ewlenin;

(b)  l-istrateġiji u l-attivitajiet ġenerali ppjanati sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-ġestjoni, inklużi l-operazzjonijiet mistennija matul iċ-ċiklu kollu tal-foresta;

(c)  definizzjoni tal-kuntest tal-ħabitat tal-foresti, tal-ispeċijiet ewlenin tas-siġar tal-foresti u ta’ dawk maħsuba għall-firxa u għad-distribuzzjoni tagħhom, f’konformità mal-kuntest tal-ekosistema tal-foresti lokali;

(d)  id-definizzjoni taż-żona skont l-istabbiliment uffiċjali tagħha fir-reġistru tal-artijiet;

(e)  kompartimenti, toroq, drittijiet ta’ passaġġ u aċċess pubbliku ieħor, karatteristiċi fiżiċi inklużi passaġġi fuq l-ilma, żoni taħt restrizzjonijiet legali u oħrajn;

(f)  miżuri użati sabiex tinżamm il-kundizzjoni tajba tal-ekosistemi tal-foresti;

(g)  il-kunsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet soċjali (inklużi l-preservazzjoni tal-pajsaġġ, il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mat-termini u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dritt nazzjonali);

(h)  valutazzjoni tar-riskji relatati mal-foresti, inklużi n-nirien tal-foresti, u t-tifqigħat ta’ pesti u ta’ mard, bl-għan ta’ prevenzjoni, ta’ tnaqqis u ta’ kontroll tar-riskji u miżuri użati sabiex jiġi żgurati l-protezzjoni u l-adattament kontra r-riskji residwi;

(i)  id-DNSH kollha rilevanti għall-ġestjoni tal-foresti.

1.3.  Il-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew l-istrument ekwivalenti:

(a)  juri objettiv primarju deżinjat ta’ ġestjoni (2) li jikkonsisti fil-protezzjoni tal-ħamrija u tal-ilma (3), fil-konservazzjoni tal-bijodiversità (4) jew f’servizzi soċjali (5) fuq il-bażi tad-definizzjonijiet tal-FAO;

(b)  il-promozzjoni ta’ prattiki li jiffavorixxu l-bijodiversità li jtejbu l-proċessi naturali tal-foresti;

(c)  jinkludi analiżi ta’ dawn:

(i)  l-impatti u l-pressjonijiet fuq il-konservazzjoni tal-ħabitats u fuq id-diversità tal-ħabitats assoċjati;

(ii)  il-kundizzjoni tal-ħsad li timminimizza l-impatti fuq il-ħamrija;

(iii)  attivitajiet oħra li għandhom impatt fuq l-objettivi ta’ konservazzjoni, bħall-kaċċa u s-sajd, attivitajiet agrikoli, pastorali u tal-forestrija, attivitajiet industrijali, tal-estrazzjoni u kummerċjali.

1.4.  Is-sostenibbiltà tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-foresti, kif dokumentati fil-pjan imsemmi fil-punt 1.1, hija żgurata billi jintgħażel l-aktar approċċ ambizzjuż minn fost dawn li ġejjin:

(a)  il-ġestjoni tal-foresti taqbel mad-definizzjoni nazzjonali tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, jekk teżisti;

(b)  il-ġestjoni tal-foresti taqbel mad-definizzjoni minn Forest Europe (6) ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tikkonforma mal-Pan-European Operational Level Guidelines for Sustainable Forest Management (7);

(c)  is-sistema ta’ ġestjoni fis-seħħ turi konformità mal-kriterji dwar is-sostenibbiltà tal-foresti kif definiti fl-Artikolu 29(6) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, u, mid-data tal-applikazzjoni tiegħu, mal-att ta’ implimentazzjoni dwar il-gwida operazzjonali għall-enerġija mill-bijomassa tal-foresti adottat skont l-Artikolu 29(8) ta’ dik id-Direttiva.

1.5.  L-attività ma tinvolvix id-degradazzjoni tal-art b’ħażna għolja ta’ karbonju (8).

1.6.  Is-sistema ta’ ġestjoni assoċjata mal-attività fis-seħħ tikkonforma mal-obbligu ta’ diliġenza dovuta u mar-rekwiżiti ta’ legalità stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 995/2010.

1.7.  Il-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti jipprovdi għal monitoraġġ li jiżgura l-korrettezza tal-informazzjoni li tinsab fil-pjan, b’mod partikolari fir-rigward tad-data relatata maż-żona involuta.

2.  Analiżi tal-benefiċċji klimatiċi

2.1.  Għaż-żoni li jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-livell taż-żona ta’ kisba tas-sorsi tal-foresti sabiex jiġi żgurat li l-livelli tal-ħażniet u tal-bjar ta’ karbonju fil-foresta jinżammu jew jissaħħu fit-tul f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 29(7) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, l-attività tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)  l-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi turi li l-bilanċ nett tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta’ GHG iġġenerati mill-attività fuq perjodu ta’ 30 sena wara l-bidu tal-attività huwa aktar baxx minn linja bażi, li jikkorrispondi għall-bilanċ tal-emissjonijiet u għall-assorbimenti ta’ GHG fuq perjodu ta’ 30 sena li jibda fil-bidu tal-attività, assoċjati mal-prattiki ta’ żamma tal-istatus quo li kienu jseħħu fiż-żona involuta fin-nuqqas tal-attività;

(b)  il-benefiċċji klimatiċi fit-tul jitqiesu bħala pprovati permezz ta’ prova ta’ allinjament mal-punt (b) tal-Artikolu 29(7) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

2.2.  Għaż-żoni li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti fil-livell taż-żona ta’ kisba tas-sorsi tal-foresti sabiex jiġi żgurat li l-livelli tal-ħażniet u tal-bjar ta’ karbonju fil-foresta jinżammu jew jissaħħu fit-tul f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 29(7) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, l-attività tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)  l-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi turi li l-bilanċ nett tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta’ GHG iġġenerati mill-attività fuq perjodu ta’ 30 sena wara l-bidu tal-attività huwa aktar baxx minn linja bażi, li jikkorrispondi għall-bilanċ tal-emissjonijiet u għall-assorbimenti ta’ GHG fuq perjodu ta’ 30 sena li jibda fil-bidu tal-attività, assoċjati mal-prattiki ta’ żamma tal-istatus quo li kienu jseħħu fiż-żona involuta fin-nuqqas tal-attività.

(b)  il-bilanċ nett medju fit-tul projettat ta’ GHG tal-attività huwa anqas mill-bilanċ medju fit-tul ta’ GHG projettat għal-linja bażi, imsemmija fil-punt 2.2, fejn terminu twil jikkorrispondi għal durata itwal bejn 100 sena u d-durata ta’ ċiklu sħiħ tal-foresta.

2.3.  Il-kalkolu tal-benefiċċju klimatiku jikkonforma mal-kriterji kollha li ġejjin:

(a)  l-analiżi hija konsistenti mat-2019 Refinement to the 2006 IPCC Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories (9). L-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi hija bbażata fuq informazzjoni trasparenti, preċiża, konsistenti, kompleta u komparabbli, tkopri r-raggruppamenti kollha tal-karbonju milquta mill-attività, inklużi l-bijomassa tal-wiċċ, il-bijomassa taħt l-art, l-injam mejjet, il-mifrex u l-ħamrija, tiddependi fuq l-aktar suppożizzjonijiet konservattivi għall-kalkoli u tinkludi kunsiderazzjonijiet xierqa dwar ir-riskji ta’ nuqqas ta’ permanenza u ta’ treġġigħ lura tas-sekwestru tal-karbonju, ir-riskju ta’ saturazzjoni u r-riskju ta’ rilokazzjoni.

(b)  il-prattiki ta’ żamma tal-istatus quo, inklużi l-prattiki tal-ħsad, huma fost dawn li ġejjin:

(i)  il-prattiki ta’ ġestjoni kif dokumentati fl-aħħar verżjoni tal-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew fi strument ekwivalenti qabel il-bidu tal-attività, jekk ikun hemm;

(ii)  l-aktar prattiki riċenti ta’ żamma tal-istatus quo qabel il-bidu tal-attività;

(iii)  il-prattiki li jikkorrispondu għal sistema ta’ ġestjoni li tiżgura li l-ħażniet ta’ karbonju u l-livelli tal-bjar fiż-żona tal-foresti jinżammu jew jissaħħu fuq terminu twil kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 29(7) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(c)  ir-riżoluzzjoni tal-analiżi hija proporzjonata għad-daqs taż-żona kkonċernata u jintużaw valuri speċifiċi għaż-żona kkonċernata.

(d)  l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jseħħu minħabba disturbi naturali, bħal infestazzjonijiet ta’ pesti u ta’ mard, nirien fil-foresti, riħ, ħsarat minħabba maltempati, li jħallu impatt fuq iż-żona u jikkawżaw prestazzjoni mhux ottimali ma jirriżultawx f’nuqqas ta’ konformità mal-kriterji tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li l-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi tkun konsistenti mat-2019 Refinement to the 2006 IPCC Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories rigward l-emissjonijiet u l-assorbimenti minħabba disturbi naturali.

2.4.  L-azjendi forestali ta’ anqas minn 13-il ettaru mhumiex meħtieġa jwettqu analiżi tal-benefiċċji klimatiċi.

3.  Garanzija ta’ permanenza

3.1.  F’konformità mal-liġi nazzjonali, l-istatus tal-foresta taż-żona li fiha titwettaq l-attività huwa ggarantit minn waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a)  iż-żona hija kklassifikata fil-proprjetà forestali permanenti kif definita mill-FAO (10);

(b)  iż-żona hija kklassifikata bħala żona protetta;

(c)  iż-żona hija s-suġġett ta’ kwalunkwe garanzija legali jew kuntrattwali li tiżgura li se tibqa’ foresta.

3.2.  F’konformità mal-liġi nazzjonali, l-operatur tal-attività jimpenja ruħu li aġġornamenti futuri għall-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew ta’ strument ekwivalenti, lil hinn mill-attività ffinanzjata, ikomplu jfittxu l-benefiċċji klimatiċi kif determinati fil-punt 2. Barra minn hekk, l-operatur tal-attività jieħu impenn li jikkumpensa kwalunkwe tnaqqis tal-benefiċċju klimatiku ddeterminat fil-punt 2 b’benefiċċju klimatiku ekwivalenti li jirriżulta mit-twettiq ta’ attività li tikkorrispondi għal waħda mill-attivitajiet tal-forestrija definiti f’dan ir-Regolament.

4.  Awditu

Fi żmien sentejn mill-bidu tal-attività u kull 10 snin minn hemm’ il quddiem, il-konformità tal-attività mal-kontribut sostanzjali għall-kriterji ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-kriterji tad-DNSH tiġi vverifikata permezz ta’ wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti;

(b)  ċertifikatur terz indipendenti, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-operatur tal-attività.

Sabiex jitnaqqsu l-kostijiet, l-awditi jistgħu jitwettqu flimkien ma’ kwalunkwe ċertifikazzjoni tal-foresti, ċertifikazzjoni klimatika jew awditu ieħor.

Iċ-ċertifikatur ta’ parti terza indipendenti ma jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess mas-sid jew mal-finanzjatur, u ma jkunx involut fl-iżvilupp jew fl-operazzjoni tal-attività.

5.  Valutazzjoni tal-grupp

Il-konformità mal-kriterji għal kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u mal-kriterji tad-DNSH tista’ tiġi vverifikata:

(a)  fil-livell taż-żona tas-sorsi tal-foresti (11) kif definit fil-punt (30) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(b)  fil-livell ta’ grupp ta’ azjendi forestali omoġenji biżżejjed sabiex jiġi evalwat ir-riskju tas-sostenibbiltà tal-attività forestali, dment li dawk l-azjendi kollha jkollhom relazzjoni dejjiema bejniethom u jipparteċipaw fl-attività u l-grupp ta’ dawk l-azjendi jibqa’ l-istess għall-awditi sussegwenti kollha.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

L-informazzjoni dettaljata msemmija fil-punt 1.2.(i) tinkludi dispożizzjonijiet sabiex tinżamm konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

It-tibdil silvikulturali kkawżat mill-attività fiż-żona koperta mill-attività x’aktarx li ma jirriżultax fi tnaqqis sinifikanti tal-provvista sostenibbli tal-bijomassa primarja tal-foresti xierqa għall-manifattura ta’ prodotti bbażati fuq l-injam b’potenzjal ta’ ċirkolarità fit-tul. Dan il-kriterju jista’ jintwera permezz tal-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi msemmija fil-punt (2).

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività ma tużax pestiċidi jew fertilizzanti.

Jittieħdu miżuri dokumentati sew u verifikabbli sabiex jiġi evitat l-użu ta’ ingredjenti attivi li huma elenkati fil-parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 (12), fil-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-proċedura ta’ kunsens infurmat minn qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali, fil-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju, fil-Protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi li jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu, u ta’ ingredjenti attivi li huma elenkati bħala l-klassifikazzjoni Ia (“estremament perikolużi”) jew Ib (“perikolużi ħafna”) fid-WHO Recommended Classification of Pesticides by Hazard (13). L-attività tikkonforma mal-liġi nazzjonali rilevanti dwar l-ingredjenti attivi.

It-tniġġis tal-ilma u tal-ħamrija huwa evitat u jittieħdu miżuri għat-tindif meta jseħħ it-tniġġis.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

F’żoni magħżula mill-awtorità nazzjonali kompetenti għall-konservazzjoni jew f’ħabitats li huma protetti, l-attività hija konformi mal-objettivi ta’ konservazzjoni għal dawk iż-żoni.

Ma hemm l-ebda konverżjoni ta’ ħabitats speċifikament sensittivi għat-telf ta’ bijodiversità jew b’valur għoli ta’ konservazzjoni, jew ta’ żoni mserrħa għar-restawr ta’ ħabitats bħal dawn f’konformità mal-liġi nazzjonali.

L-informazzjoni dettaljata msemmija fil-punt 1.2.(i) tinkludi dispożizzjonijiet għaż-żamma u possibbilment għat-titjib tal-bijodiversità f’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali u lokali, inklużi dawn li ġejjin:

(a)  l-iżgurar ta’ stat tajjeb ta’ konservazzjoni tal-ħabitat u tal-ispeċijiet, taż-żamma tal-ispeċijiet tipiċi tal-ħabitat;

(b)  l-esklużjoni tal-użu jew tar-rilaxx ta’ speċijiet aljeni invażivi;

(c)  l-esklużjoni tal-użu ta’ speċijiet eżotiċi sakemm ma jkunx jista’ jintwera li:

(i)  l-użu tal-materjal riproduttiv tal-foresti jwassal għal kundizzjonijiet favorevoli u xierqa tal-ekosistema (bħall-klima, il-kriterji tal-ħamrija, u ż-żona ta’ veġetazzjoni, ir-reżistenza għan-nirien fil-foresti);

(ii)  l-ispeċijiet indiġeni preżenti bħalissa fis-sit ma għadhomx adattati aktar għall-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-pedoidroloġiċi projettati;

(d)  l-iżgurar taż-żamma u tat-titjib tal-kwalità fiżika, kimika u bijoloġika tal-ħamrija;

(e)  il-promozzjoni ta’ prattiki li jiffavorixxu l-bijodiversità li jtejbu l-proċessi naturali tal-foresti;

(f)  l-esklużjoni tal-konverżjoni ta’ ekosistemi b’bijodiversità għolja f’dawk b’anqas bijodiversità;

(g)  l-iżgurar tad-diversità tal-ħabitats u tal-ispeċijiet assoċjati marbuta mal-foresta;

(h)  l-iżgurar tad-diversità tal-istrutturi tal-popolament u tal-manutenzjoni jew tat-titjib ta’ popolamenti fi stadju matur u ta’ injam mejjet.

(1)   

Żona tal-foresti li għandha pjan ta’ ġestjoni dokumentat fit-tul (għaxar snin jew aktar), immirat lejn miri ta’ ġestjoni definiti, u li jiġi rivedut perjodikament, FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

(2)   

L-objettiv primarju deżinjat ta’ ġestjoni assenjat lil unità tal-ġestjoni (FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions, verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

(3)   

Foresta fejn l-objettiv ta’ ġestjoni jkun il-protezzjoni tal-ħamrija u tal-ilma. (FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions, verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

(4)   

Foresta fejn l-objettiv ta’ ġestjoni jkun il-konservazzjoni tad-diversità bijoloġika. Tinkludi iżda mhijiex limitata għal żoni deżinjati għall-konservazzjoni tal-bijodiversità fi ħdan iż-żoni protetti. (FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions, verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

(5)   

Foresta fejn l-objettiv ta’ ġestjoni jkun servizzi soċjali. (FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions, verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf)

(6)   

L-amministrazzjoni u l-użu tal-foresti u tal-artijiet forestali b’mod, u b’rata, li jżommu l-bijodiversità, il-produttività, il-kapaċità ta’ riġenerazzjoni, il-vitalità u l-potenzjal tagħhom li jwettqu, issa u fil-futur, il-funzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali rilevanti, fil-livelli lokali, nazzjonali u globali, u li ma jikkawżawx ħsara lil ekosistemi oħrajn.

Resolution H1 General Guidelines for the Sustainable Management of Forests in Europe, It-Tieni Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa (Forest Europe), is-16-17 ta’ Ġunju 1993, Helsinki/il-Finlandja (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.foresteurope.org/docs/MC/MC_helsinki_resolutionH1.pdf)

(7)   

L-Anness 2 tar-Riżoluzzjoni L2. Pan-European Operational Level Guidelines for Sustainable Forest Management. It-tielet Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa, it-2-4 ta’ Ġunju 1998, Lisbona/Portugall (verżjoni tal-4.6.2021: https://foresteurope.org/wp-content/uploads/2016/10/MC_lisbon_resolutionL2_with_annexes.pdf#page=18).

(8)   

Art b’ħażna kbira ta’ karbonju tfisser artijiet mistagħdra, inklużi torbieri, u żoni kontinwament afforestati fis-sens tal-Artikolu 29(4)(a), (b) u (c) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(9)   

2019 Refinement to the 2006 IPCC Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.ipcc-nggip.iges.or.jp/public/2019rf/).

(10)   

Żona forestali li hija deżinjata sabiex tinżamm bħala foresta u ma tistax tiġi kkonvertita għal użu ieħor tal-art.

(FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions, verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

(11)   

“Żona tas-sorsi” tfisser iż-żona ddefinita ġeografikament li tkun is-sors tal-materja prima mill-bijomassa forestali, li minnha tkun disponibbli informazzjoni affidabbli u indipendenti u fejn il-kundizzjonijiet ikunu omoġenji biżżejjed sabiex jiġi evalwat ir-riskju tal-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà u ta’ legalità tal-bijomassa forestali.

(12)   

Li timplimenta fl-Unjoni l-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 3).

(13)   

Id-WHO Recommended Classification of Pesticides by Hazard (verżjoni 2019), (verżjoni tal-4.6.2021: https://apps.who.int/iris/bitstream/handle/10665/332193/9789240005662-eng.pdf?ua=1).

2.   L-ATTIVITAJIET TA’ ĦARSIEN U TA’ RESTAWR TAL-AMBJENT

2.1.    Ir-restawr ta’ artijiet mistagħdra

Deskrizzjoni tal-attività

Ir-restawr tal-artijiet mistagħdra jirreferi għal attivitajiet ekonomiċi li jippromwovu ritorn għall-kundizzjonijiet oriġinali tal-artijiet mistagħdra u attivitajiet ekonomiċi li jtejbu l-funzjonijiet tal-artijiet mistagħdra mingħajr ma neċessarjament jippromwovu r-ritorn għal kundizzjonijiet ta’ qabel id-disturb, b’artijiet mistagħdra li jfissru art li taqbel mad-definizzjoni internazzjonali ta’ art mistagħdra ( 14 ) jew ta’ torbiera ( 15 ) kif stabbilita fil-Konvenzjoni dwar l-Artijiet Mistagħdra ta’ Importanza Internazzjonali speċjalment bħala l-Ħabitat għall-Għasafar tal-Ilma (il-Konvenzjoni ta’ Ramsar) ( 16 ). Iż-żona konċernata taqbel mad-definizzjoni tal-Unjoni ta’ artijiet mistagħdra, kif prevista fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu għaqli u l-konservazzjoni tal-artijiet mistagħdra ( 17 ).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija ma għandhom l-ebda kodiċi NACE dedikat kif imsemmi fil-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006, iżda jirrigwardaw il-klassi 6 tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ta’ ħarsien tal-ambjent (CEPA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ).

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Pjan ta’ restawr

1.1.  Iż-żona hija koperta minn pjan ta’ restawr, li huwa konsistenti mal-prinċipji u mal-linji gwida tal-Konvenzjoni ta’ Ramsar dwar ir-restawr tal-artijiet mistagħdra (1), sakemm iż-żona tiġi kklassifikata bħala art mistagħdra u tkun koperta bi pjan ta’ ġestjoni tal-artijiet mistagħdra, konsistenti mal-linji gwida tal-Konvenzjoni ta’ Ramsar għall-ippjanar tal-ġestjoni tas-siti ta’ Ramsar u ta’ artijiet mistagħdra oħra (2). Għat-torbiera, il-pjan ta’ restawr isegwi r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni ta’ Ramsar, inkluża r-riżoluzzjoni XIII/13.

1.2.  Il-pjan ta’ restawr jinkludi konsiderazzjoni bir-reqqa tal-kundizzjonijiet idroloġiċi u pedoloġiċi lokali, inkluża d-dinamika tas-saturazzjoni tal-ħamrija u t-tibdil tal-kundizzjonijiet aerobiċi u anaerobiċi.

1.3.  Il-kriterji tad-DNSH rilevanti kollha għall-ġestjoni tal-artijiet mistagħdra huma indirizzati fil-pjan ta’ restawr.

1.4.  Il-pjan ta’ restawr jipprovdi għal monitoraġġ li jiżgura l-korrettezza tal-informazzjoni li tinsab fil-pjan, b’mod partikolari fir-rigward tad-data relatata maż-żona involuta.

2.  Analiżi tal-benefiċċji klimatiċi

2.1.  L-attività tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)  l-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi turi li l-bilanċ nett tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta’ GHG iġġenerati mill-attività fuq perjodu ta’ 30 sena wara l-bidu tal-attività huwa aktar baxx minn linja bażi, li jikkorrispondi għall-bilanċ tal-emissjonijiet u għall-assorbimenti ta’ GHG fuq perjodu ta’ 30 sena li jibda fil-bidu tal-attività, assoċjati mal-prattiki ta’ żamma tal-istatus quo li kienu jseħħu fiż-żona involuta fin-nuqqas tal-attività;

(b)  il-bilanċ nett medju fit-tul projettat ta’ GHG tal-attività huwa anqas mill-bilanċ medju fit-tul ta’ GHG projettat għal-linja bażi, imsemmija fil-punt 2.2, fejn terminu twil jikkorrispondi għal 100 sena.

2.2.  Il-kalkolu tal-benefiċċju klimatiku jikkonforma mal-kriterji kollha li ġejjin:

(a)  l-analiżi hija konsistenti mat-2019 Refinement to the 2006 IPCC Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories (3). B’mod partikolari, jekk id-definizzjoni ta’ art mistagħdra użata f’dik l-analiżi tkun differenti mid-definizzjoni tal-art mistagħdra użata fl-inventarju nazzjonali ta’ GHG, l-analiżi tinkludi identifikazzjoni tal-kategoriji differenti ta’ art koperti miż-żona involuta. L-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi hija bbażata fuq informazzjoni trasparenti, preċiża, konsistenti, kompleta u komparabbli, tkopri r-raggruppamenti kollha tal-karbonju milquta mill-attività, inklużi l-bijomassa tal-wiċċ, il-bijomassa taħt l-art, l-injam mejjet, il-mifrex u l-ħamrija, tiddependi fuq l-aktar suppożizzjonijiet konservattivi għall-kalkoli u tinkludi kunsiderazzjonijiet xierqa dwar ir-riskji ta’ nuqqas ta’ permanenza u ta’ treġġigħ lura tas-sekwestru tal-karbonju, ir-riskju ta’ saturazzjoni u r-riskju ta’ rilokazzjoni. Għall-artijiet mistagħdra kostali, l-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi tqis projezzjonijiet taż-żieda relattiva mistennija fil-livell tal-baħar u l-potenzjal li l-artijiet mistagħdra jemigraw;

(b)  il-prattiki ta’ żamma tal-istatus quo, inklużi l-prattiki tal-ħsad, jistgħu jkunu waħda minn dawn li ġejjin:

(i)  il-prattiki ta’ ġestjoni kif dokumentati qabel il-bidu tal-attività, jekk ikun hemm;

(ii)  l-aktar prattiki riċenti ta’ żamma tal-istatus quo qabel il-bidu tal-attività.

(c)  ir-riżoluzzjoni tal-analiżi hija proporzjonata għad-daqs taż-żona kkonċernata u jintużaw valuri speċifiċi għaż-żona kkonċernata;

(d)  l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jseħħu minħabba disturbi naturali, bħal infestazzjonijiet ta’ pesti u ta’ mard, nirien, riħ, ħsarat minħabba maltempati, li jħallu impatt fuq iż-żona u jikkawżaw prestazzjoni mhux ottimali ma jirriżultawx f’nuqqas ta’ konformità mal-kriterji tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li l-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi tkun konsistenti mat-2019 Refinement to the 2006 IPCC Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories rigward l-emissjonijiet u l-assorbimenti minħabba disturbi naturali.

4.  Garanzija ta’ permanenza

4.1.  F’konformità mal-liġi nazzjonali, l-istatus tal-art mistagħdra taż-żona li fiha titwettaq l-attività huwa ggarantit minn waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a)  iż-żona hija ddeżinjata sabiex tinżamm bħala art mistagħdra u ma tistax tiġi kkonvertita għal użu ieħor tal-art;

(b)  iż-żona hija kklassifikata bħala żona protetta;

(c)  iż-żona hija s-suġġett ta’ kwalunkwe garanzija legali jew kuntrattwali li tiżgura li se tibqa’ art mistagħdra.

4.2.  F’konformità mal-liġi nazzjonali, l-operatur tal-attività jimpenja ruħu li aġġornamenti futuri għall-pjan ta’ restawr, lil hinn mill-attività ffinanzjata, ikomplu jfittxu l-benefiċċji klimatiċi kif determinati fil-punt 2. Barra minn hekk, l-operatur tal-attività jieħu impenn li jikkumpensa kwalunkwe tnaqqis tal-benefiċċju klimatiku ddeterminat fil-punt 2 b’benefiċċju klimatiku ekwivalenti li jirriżulta mit-twettiq ta’ attività li tikkorrispondi għal waħda mill-attivitajiet ta’ ħarsien u ta’ restawr tal-ambjent definiti f’dan ir-Regolament.

5.  Awditu

Fi żmien sentejn mill-bidu tal-attività u kull 10 snin minn hemm’ il quddiem, il-konformità tal-attività mal-kontribut sostanzjali għall-kriterji ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u mal-kriterji tad-DNSH tiġi vverifikata permezz ta’ wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti;

(b)  ċertifikatur terz indipendenti, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-operatur tal-attività.

Sabiex jitnaqqsu l-kostijiet, l-awditi jistgħu jitwettqu flimkien ma’ kwalunkwe ċertifikazzjoni tal-foresti, ċertifikazzjoni klimatika jew awditu ieħor.

Iċ-ċertifikatur ta’ parti terza indipendenti ma jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess mas-sid jew mal-finanzjatur, u ma jkunx involut fl-iżvilupp jew fl-operazzjoni tal-attività.

6.  Valutazzjoni tal-grupp

Il-konformità mal-kriterji għal kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u mal-kriterji tad-DNSH tista’ tiġi vverifikata fil-livell ta’ grupp ta’ azjendi omoġenji biżżejjed sabiex jiġi evalwat ir-riskju tas-sostenibbiltà tal-attività forestali, dment li dawk l-azjendi kollha jkollhom relazzjoni dejjiema bejniethom u jipparteċipaw fl-attività u l-grupp ta’ dawk l-azjendi jibqa’ l-istess għall-awditi sussegwenti kollha.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-estrazzjoni tal-pit tiġi mminimizzata.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-użu tal-pestiċidi jiġi mminimizzat u approċċi jew tekniki alternattivi, li jistgħu jinkludu alternattivi mhux kimiċi għall-pestiċidi, jingħataw preferenza, f’konformità mad-Direttiva 2009/128/KE, bl-eċċezzjoni ta’ okkażjonijiet li fihom l-użu tal-pestiċidi jkun meħtieġ għall-kontroll ta’ tifqigħat ta’ pesti u ta’ mard.

L-attività timminimizza l-użu tal-fertilizzanti u ma tużax demel. L-attività tikkonforma mar-Regolament (UE) 2019/1009 jew mar-regoli nazzjonali dwar il-fertilizzanti jew it-tejjieba tal-ħamrija għall-użu agrikolu.

Jittieħdu miżuri dokumentati sew u verifikabbli sabiex jiġi evitat l-użu ta’ ingredjenti attivi li huma elenkati fl-Anness I, il-parti A tar-Regolament (UE) 2019/1021 (4), il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-proċedura ta’ kunsens infurmat minn qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali, il-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju, il-Protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi li jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu, u ta’ ingredjenti attivi li huma elenkati bħala l-klassifikazzjoni Ia (“estremament perikolużi”) jew Ib (“perikolużi ħafna”) fid-WHO Recommended Classification of Pesticides by Hazard (5). L-attività tikkonforma mal-liġi nazzjonali rilevanti ta’ implimentazzjoni dwar l-ingredjenti attivi.

It-tniġġis tal-ilma u tal-ħamrija huwa evitat u jittieħdu miżuri għat-tindif meta jseħħ it-tniġġis.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

F’żoni magħżula mill-awtorità nazzjonali kompetenti għall-konservazzjoni jew f’ħabitats li huma protetti, l-attività hija konformi mal-objettivi ta’ konservazzjoni għal dawk iż-żoni.

Ma hemm l-ebda konverżjoni ta’ ħabitats speċifikament sensittivi għat-telf ta’ bijodiversità jew b’valur għoli ta’ konservazzjoni, jew ta’ żoni mserrħa għar-restawr ta’ ħabitats bħal dawn f’konformità mal-liġi nazzjonali.

Il-pjan imsemmi fil-punt 1 (Pjan ta’ restawr) ta’ din it-Taqsima jinkludi dispożizzjonijiet għaż-żamma u possibbilment għat-titjib tal-bijodiversità f’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali u lokali, inkluż dawn li ġejjin:

(a)  l-iżgurar ta’ stat tajjeb ta’ konservazzjoni tal-ħabitat u tal-ispeċijiet, taż-żamma tal-ispeċijiet tipiċi tal-ħabitat;

(b)  l-esklużjoni tal-użu jew tar-rilaxx ta’ speċijiet invażivi.

(1)   

Ramsar Convention (2002) Principles and guidelines for wetland restoration. Adopted by Resolution VIII.16 (2002) of the Ramsar Convention (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.ramsar.org/sites/default/files/documents/pdf/guide/guide-restoration.pdf).

(2)   

Ramsar Convention (2002) Resolution VIII.14 New Guidelines for management planning for Ramsar sites and other wetlands (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.ramsar.org/sites/default/files/documents/pdf/res/key_res_viii_14_e.pdf).

(3)   

2019 Refinement to the 2006 IPCC Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.ipcc-nggip.iges.or.jp/public/2019rf/).

(4)   

Li timplimenta fl-Unjoni l-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 3).

(5)   

Id-WHO Recommended Classification of Pesticides by Hazard (verżjoni 2019), (verżjoni tal-4.6.2021: https://apps.who.int/iris/bitstream/handle/10665/332193/9789240005662-eng.pdf?ua=1).

3.   IL-MANIFATTURA

3.1.    Il-manifattura ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli fejn l-enerġija rinnovabbli hija ddefinita fl-Artikolu 2 (1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari C25, C27, C28 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività f’din il-kategorija hija attività ta’ faċilitazzjoni f’konformità mal-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività ekonomika timmanifattura teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta t-tali tekniki li jappoġġaw:

(a)  l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u ta’ komponenti użati mill-ġdid fi prodotti manifatturati;

(b)  id-disinjar għal durabilità għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabilità tal-prodotti manifatturati;

(c)  l-immaniġġjar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)  informazzjoni u traċċabilità ta’ sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti maħduma.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

3.2.    Il-manifattura ta’ tagħmir għall-produzzjoni u għall-użu tal-idroġenu

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura ta’ tagħmir għall-produzzjoni u għall-użu tal-idroġenu.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari C25, C27, C28 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija hija attività ta’ faċilitazzjoni f’konformità mal-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività ekonomika timmanifattura tagħmir għall-produzzjoni tal-idroġenu konformi mal-Kriterji Tekniċi ta’ Skrinjar stabbiliti fit-Taqsima 3.10 ta’ dan l-Anness u tagħmir għall-użu tal-idroġenu.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta t-tali tekniki li jappoġġaw:

(a)  l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u ta’ komponenti użati mill-ġdid fi prodotti manifatturati;

(b)  id-disinjar għal durabilità għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabilità tal-prodotti manifatturati;

(c)  l-immaniġġjar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)  informazzjoni u traċċabilità ta’ sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti maħduma.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

3.3.    Il-manifattura ta’ teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju għat-trasport

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura, it-tiswija, il-manutenzjoni, ir-restrutturazzjoni, l-adattament u t-titjib ta’ vetturi tat-trasport, vetturi ferrovjarji u bastimenti b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari C29.1, C30.1, C30.2, C30.9, C33.15, u C33.17 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija hija attività ta’ faċilitazzjoni f’konformità mal-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività ekonomika timmanifattura, issewwi, tmantni, tagħmel modifika retroattiva (1), jew tagħti skop ġdid jew ittejjeb:

(a)  il-ferroviji, il-kowċijiet tal-passiġġieri u l-vaguni li għandhom emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);

(b)  il-ferroviji, il-kowċijiet tal-passiġġieri u l-vaguni li għandhom emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 mit-tailpipe meta jitħaddmu fuq binarju bl-infrastruttura meħtieġa, u jużaw magna konvenzjonali meta infrastruttura bħal din ma tkunx disponibbli (bimodalità);

(c)  apparati tat-trasport urban, suburban u tal-passiġġieri bit-triq, fejn l-emissjonijiet diretti ta’ CO2 (mit-tailpipe) tal-vetturi jkunu żero;

(d)  sal-31 ta’ Diċembru 2025, vetturi ddeżinjati bħala kategoriji M2 u M3 (2) li għandhom tip ta’ karozzerija kklassifikat bħala “CA” (vettura b’sular wieħed), “CB” (vettura b’żewġ sulari), “CC” (vettura artikolata b’sular waħda) jew “CD” (vettura artikolata b’żewġ sulari) (3), u jikkonformaw mal-aħħar standard EURO VI, jiġifieri kemm mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u minn meta jidħlu fis-seħħ l-emendi tar-Regolament, f’dawk l-atti emendatorji, anki qabel ma jibdew japplikaw, kif ukoll mal-aħħar pass tal-istandard Euro VI stabbilit fit-Tabella 1 tal-Appendiċi 9 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (5) li fih id-dispożizzjonijiet li jirregolaw dan il-pass daħlu fis-seħħ iżda għadhom ma japplikawx għal dan it-tip ta’ vettura (6). Jekk dan l-istandard ma jkunx disponibbli, l-emissjonijiet diretti ta’ CO2 tal-vetturi jkunu żero;

(e)  tagħmir ta’ mobilità personali bi propulsjoni li tiġi mill-attività fiżika tal-utent, minn mutur b’emissjonijiet żero, jew minn taħlita ta’ mutur b’emissjonijiet żero u ta’ attività fiżika;

(f)  il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 ikklassifikati bħala vetturi ħfief (7) b’dawn:

(i)  sal-31 ta’ Diċembru 2025: emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2, kif definiti fil-punt (h) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), anqas minn 50 g CO2/km (vetturi ħfief b’livell baxx ta’ emissjonijiet u b’emissjonijiet żero);

(ii)  mill-1 ta’ Jannar 2026: l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2, kif definiti fil-punt (h) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2019/631, ikunu żero;

(g)  vetturi tal-kategorija L (9) b’emissjonijiet ta’ CO2 mit-tailpipe ugwali għal 0 g CO2e/km ikkalkolati f’konformità mat-test tal-emissjonijiet stabbilit fir-Regolament (UE) 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10);

(h)  vetturi tal-kategoriji N2 u N3, u N1 klassifikati bħala vetturi heavy-duty mhux dedikati għat-trasport ta’ fjuwils fossili b’massa massima mgħobbija teknikament permissibbli li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati li huma “vettura tqila mingħajr emissjonijiet” kif definita fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11);

(i)  vetturi tal-kategoriji N2 u N3 mhux dedikati għat-trasport ta’ fjuwils fossili b’massa massima mgħobbija teknikament permissibbli li taqbeż is-7,5 tunnellati li huma “vettura tqila mingħajr emissjonijiet” kif definita fil-punt (11) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1242) jew “vettura tqila b’emissjonijiet baxxi” kif definita fil-punt (12) tal-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament;

(j)  bastimenti tat-trasport fuq l-ilmijiet interni għall-passiġġieri li:

(i)  għandhom emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);

(ii)  sal-31 ta’ Diċembru 2025, ikunu bastimenti ibridi u li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil li jużaw tal-anqas 50 % tal-enerġija tagħhom minn fjuwils tal-emissjonijiet żero diretti ta’ CO2 (mit-tailpipe) jew potenza elettrika rikarikabbli għat-tħaddim normali tagħhom;

(k)  bastimenti tat-trasport tal-merkanzija fuq l-ilmijiet interni, mhux dedikati għat-trasport tal-fjuwils fossili, li:

(i)  għandhom emissjoni diretta żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);

(ii)  sal-31 ta’ Diċembru 2025, ikollhom emissjonijiet diretti ta’ CO2 (mit-tailpipe) għal kull tunnellata kilometru (g CO2/tkm), ikkalkolati (jew stmati fil-każ ta’ bastimenti ġodda) bl-użu tal-Indikatur Operattiv tal-Effiċjenza Enerġetika (12), 50 % anqas mill-valur medju ta’ referenza għall 5-LH ta’ CO2 definiti għal vetturi tqal (sottogrupp 5-LH ta’ vetturi) f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/1242;

(l)  bastimenti tat-trasport tal-merkanzija fuq il-baħar u kostali, bastimenti għal operazzjonijiet tal-port u għal attivitajiet awżiljarji, li mhumiex dedikati għat-trasport ta’ fjuwils fossili, li:

(i)  għandhom emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);
(ii)  sal-31 ta’ Diċembru 2025, ikunu bastimenti ibridi u li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil li jġibu tal-anqas 25 % tal-enerġija tagħhom minn fjuwils tal-emissjonijiet żero diretti ta’ CO2 (mit-tailpipe) jew potenza elettrika rikarikabbli għat-tħaddim normali tagħhom fil-baħar u fil-portijiet;
(iii)  sal-31 ta’ Diċembru 2025, u biss meta jkun jista’ jiġi pprovat li l-bastimenti jkunu użati b’mod esklużiv għat-tħaddim ta’ servizzi kostali u fuq il-baħar fuq distanzi qosra mfassla sabiex jippermettu l-bidla modali tal-merkanzija attwalment trasportata mill-art għall-baħar, il-bastimenti li jkollhom emissjonijiet diretti ta’ CO2 (mit-tailpipe), ikkalkolati bl-użu tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (EEDI) (13) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), 50 % anqas mill-valur medju ta’ referenza ta’ emissjonijiet ta’ CO2 definit għal vetturi tqal (sottogrupp 5-LH ta’ vetturi) f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/1242;
(iv)  sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-bastimenti jkunu kisbu valur tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (EEDI) miksub b’valur ta’ 10 % anqas mir-rekwiżiti tal-EEDI applikabbli fl-1 ta’ April 2022 (14), jekk il-bastimenti jkunu jistgħu jaħdmu bi fjuwils b’emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe) jew bi fjuwils minn sorsi rinnovabbli (15); ►M2  
(v)  mill-1 ta’ Jannar 2026, il-bastimenti li jistgħu jaħdmu jistgħu jaħdmu bi fjuwils b’emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe) jew bi fjuwils minn sorsi rinnovabbli (15) għandhom valur tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (Energy Efficiency Design Index, EEDI) ekwivalenti għat-tnaqqis tal-linja ta’ referenza tal-EEDI b’mill-inqas 20 punt perċentwali taħt ir-rekwiżiti tal-EEDI applikabbli fl-1 ta’ April 2022 (18), u:
(a)  ikunu jistgħu jiġu ċċarġjati waqt l-irmiġġ;
(b)  għall-vapuri li jaħdmu bil-gass, juru l-użu ta’ miżuri u teknoloġiji avvanzati biex itaffu l-emissjonijiet tal-metan.  ◄

(m)  bastimenti tat-trasport tal-passiġġieri fuq l-ibħra u l-ilmijiet kostali mhux dedikati għat-trasport tal-fjuwils fossili, li:

(i)  għandhom emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);
(ii)  sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-bastimenti ibridi u li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil iġibu tal-anqas 25 % tal-enerġija tagħhom minn fjuwils tal-emissjonijiet żero diretti ta’ CO2 (mit-tailpipe) jew potenza elettrika rikarikabbli għat-tħaddim normali tagħhom fil-baħar u fil-portijiet;
(iii)  sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-bastimenti jkunu kisbu valur tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (EEDI) miksub b’valur ta’ 10 % anqas mir-rekwiżiti tal-EEDI applikabbli fl-1 ta’ April 2022, jekk il-bastimenti jkunu jistgħu jaħdmu bi fjuwils b’emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe) jew bi fjuwils minn sorsi rinnovabbli (16); ►M2  
(iv)  mill-1 ta’ Jannar 2026, il-bastimenti li jistgħu jaħdmu jistgħu jaħdmu bi fjuwils b’emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe) jew bi fjuwils minn sorsi rinnovabbli (16) għandhom valur tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (Energy Efficiency Design Index, EEDI) ekwivalenti għat-tnaqqis tal-linja ta’ referenza tal-EEDI b’mill-inqas 20 punt perċentwali taħt ir-rekwiżiti tal-EEDI applikabbli fl-1 ta’ April 2022 (19), u:
(a)  ikunu jistgħu jiġu ċċarġjati waqt l-irmiġġ;
(b)  għall-vapuri li jaħdmu bil-gass, juru l-użu ta’ miżuri u teknoloġiji avvanzati biex itaffu l-emissjonijiet tal-metan.  ◄

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta t-tali tekniki li jappoġġaw:

(a)  l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u ta’ komponenti użati mill-ġdid fi prodotti manifatturati;

(b)  id-disinjar għal durabilità għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabilità tal-prodotti manifatturati;

(c)  l-immaniġġjar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)  informazzjoni u traċċabilità ta’ sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti maħduma.

▼M2

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Fejn applikabbli, il-vetturi ma fihomx ċomb, merkurju, kromu eżavalenti u kadmju.

▼B

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Għall-punti minn (j) sa (m), il-kriterji relatati mal-modifika retroattiva huma koperti fit-Taqsimiet 6.9 u 6.12 ta’ dan l-Anness.

(2)   

Kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.06.2018, p. 1).

(3)   

Kif stabbilit fil-punt 3 tal-parti C tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858.

(4)   

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1).

(5)   

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda l-Annessi I u III għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1).

(6)   

Sal-31/12/2022, il-pass E tal-EURO VI kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 595/2009.

(7)   

Kif definiti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858).

(8)   

Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).

(9)   

Kif definita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).

(10)   

Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).

(11)   

Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).

(12)   

L-Indikatur Operattiv tal-Effiċjenza Enerġetika huwa ddefinit bħala l-proporzjon tal-massa ta’ CO2 emessa għal kull unità ta’ xogħol ta’ trasport. Ikun valur rappreżentattiv tal-effiċjenza enerġetika tal-operazzjoni tal-bastiment matul perjodu konsistenti li jirrappreżenta l-mudell tal-kummerċ kumplessiv tal-bastiment. Gwida dwar kif għandu jiġi kkalkolat dan l-indikatur hija pprovduta fid-dokument MEPC.1/Circ. 684 mill-IMO.

(13)   

Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.imo.org/fr/MediaCentre/HotTopics/GHG/Pages/EEDI.aspx).

(14)   

Ir-rekwiżiti tal-EEID applikabbli fl-1 ta’ April 2022 kif miftiehma mill-Kumitat għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fis-sessjoni erbgħa u sebgħin tiegħu.

(15)   

Fjuwils li jissodisfaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsimiet 3.10 u 4.13 ta’ dan l-Anness.

Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34).

(18)   

Rekwiżiti tal-EEDI speċifikati bħala koeffiċjent ta’ tnaqqis perċentwali, li għandhom jiġu applikati għall-valur ta’ referenza tal-EEDI, kif miftiehem mill-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fil-ħamsa u sebgħin sessjoni tiegħu. Il-punti perċentwali definiti fil-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-EEDI għandhom jiżdiedu mal-koeffiċjent ta’ tnaqqis perċentwali tal-EEDI.

(19)   

Rekwiżiti tal-EEDI definiti bħala koeffiċjent ta’ tnaqqis perċentwali, li għandhom jiġu applikati għall-valur ta’ referenza tal-EEDI, kif miftiehem mill-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fil-ħamsa u sebgħin sessjoni tiegħu. Il-punti perċentwali definiti fil-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-EEDI għandhom jiżdiedu mal-koeffiċjent ta’ tnaqqis perċentwali tal-EEDI.

3.4.    Il-manifattura ta’ batteriji

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura ta’ batteriji rikarikabbli, ta’ pakketti tal-batteriji u ta’ akkumulaturi għat-trasport, għall-ħżin tal-enerġija stazzjonarja u mhux kollegata mal-grilja u għal applikazzjonijiet industrijali oħra. Il-manifattura ta’ komponenti rispettivi (materjali attivi tal-batteriji, ċelloli tal-batteriji, kejsings u komponenti elettroniċi).

Ir-riċiklaġġ ta’ batteriji fi tmiem ħajjithom.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi C27.2 u E38.32 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija hija attività ta’ faċilitazzjoni f’konformità mal-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività ekonomika timmanifattura batteriji rikarikabbli, pakketti tal-batteriji u akkumulaturi (u l-komponenti rispettivi tagħhom), inkluż minn materja prima sekondarja, li jirriżultaw fi tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet ta’ GHG fit-trasport, fil-ħżin tal-enerġija stazzjonarja u mhux kollegata mal-grilja u f’applikazzjonijiet industrijali oħra.

L-attività ekonomika tirriċikla batteriji fi tmiem ħajjithom.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Għall-manifattura ta’ batteriji, ta’ komponenti u ta’ materjali ġodda, l-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta tali tekniki li jappoġġaw:

(a)  l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u ta’ komponenti użati mill-ġdid fi prodotti manifatturati;

(b)  id-disinjar għal durabilità għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabilità tal-prodotti manifatturati;

(c)  informazzjoni u traċċabilità ta’ sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti maħduma.

Il-proċessi ta’ riċiklaġġ jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u fil-Parti B tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva, inkluż l-użu tal-Aqwa Tekniki Disponibbli rilevanti, il-kisba tal-effiċjenzi speċifikati għall-batteriji taċ-ċomb u tal-aċidu, għall-batteriji tan-nikil u tal-kadmju u għal kimiki oħrajn. Dawn il-proċessi jiżguraw ir-riċiklaġġ tal-kontenut tal-metall sal-ogħla grad li jkun teknikament fattibbli filwaqt li jevitaw kostijiet eċċessivi.

Fejn applikabbli, il-faċilitajiet li jwettqu l-proċessi ta’ riċiklaġġ jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Il-batteriji jikkonformaw mar-regoli applikabbli dwar is-sostenibbiltà fuq it-tqegħid fis-suq ta’ batteriji fl-Unjoni, inklużi r-restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ sustanzi perikolużi fil-batteriji, inklużi r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u d-Direttiva 2006/66/KE.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1).

(2)   

Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17)

(3)   

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

3.5.    Il-manifattura ta’ tagħmir tal-effiċjenza enerġetika għall-bini

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura ta’ tagħmir tal-effiċjenza enerġetika għall-bini.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari C16.23, C23.11, C23.20, C23.31, C23.32, C23.43, C.23.61, C25.11, C25.12, C25.21, C25.29, C25.93, C27.31, C27.32, C27.33, C27.40, C27.51, C28.11, C28.12, C28.13, C28.14, f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija hija attività ta’ faċilitazzjoni f’konformità mal-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività ekonomika timmanifattura wieħed jew aktar mill-prodotti li ġejjin u mill-komponenti ewlenin tagħhom (1):

(a)  twieqi b’valur-U ta’ 1,0 W/m2K jew anqas;

(b)  bibien b’valur-U ta’ 1,2 W/m2K jew anqas;

(c)  sistemi ta’ ħitan esterni b’valur-U ta’ 0,5 W/m2K jew anqas;

(d)  sistemi ta’ soqfa b’valur-U ta’ 0,3 W/m2K jew anqas;

(e)  prodotti ta’ iżolament b’valur lambda ta’ 0,06 W/mK jew anqas;

(f)  apparati domestiċi li jaqgħu fl-ogħla żewġ klassijiet popolati tal-effiċjenza enerġetika f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u mal-atti delegati adottati skont dak ir-Regolament;

(g)  sorsi tad-dawl klassifikati fl-ogħla żewġ klassijiet popolati tal-effiċjenza enerġetika f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1369 u mal-atti delegati adottati skont dak ir-Regolament;

(h)  is-sistemi tat-tisħin tal-post u tal-ilma sħun domestiku klassifikati fl-ogħla żewġ klassijiet popolati tal-effiċjenza enerġetika f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1369 u mal-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament;

(i)  sistemi ta’tkessiħ u ta’ ventilazzjoni klassifikati fl-ogħla żewġ klassijiet popolati tal-effiċjenza enerġetika f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1369 u mal-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament;

(j)  kontrolli tal-preżenza u tad-dawl djurn għal sistemi tat-tidwil;

(k)  pompi tas-sħana konformi mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti fit-Taqsima 4.16 ta’ dan l-Anness;

(l)  l-elementi tal-faċċata u tas-soqfa b’funzjoni ta’ dell solari jew ta’ kontroll solari, inklużi dawk li jsostnu t-tkabbir tal-veġetazzjoni;

(m)  sistemi ta’ awtomatizzazzjoni u ta’ kontroll tal-bini effiċjenti fl-użu tal-enerġija għall-bini residenzjali u mhux residenzjali;

(n)  termostati u apparati b’żoni għall-monitoraġġ intelliġenti tat-tagħbijiet ewlenin tal-elettriku jew tat-tagħbijiet tat-tisħin għall-bini, u tagħmir ta’ sensuri;

(o)  prodotti għall-kejl tas-sħana u kontrolli termostatiċi għal djar individwali konnessi ma’ sistemi ta’ tisħin distrettwali, għal appartamenti individwali konnessi ma’ sistemi ta’ tisħin ċentrali li jservu bini sħiħ, u għal sistemi tat-tisħin ċentrali;

(p)  skambjaturi u substazzjonijiet tat-tisħin distrettwali konformi mal-attività ta’ distribuzzjoni tat-tisħin/tkessiħ distrettwali stabbilita fit-Taqsima 4.15 ta’ dan l-Anness;

(q)  prodotti għall-monitoraġġ intelliġenti u għar-regolamentazzjoni tas-sistema tat-tisħin, u tagħmir ta’ sensuri.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta t-tali tekniki li jappoġġaw:

(a)  l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u ta’ komponenti użati mill-ġdid fi prodotti manifatturati;

(b)  id-disinjar għal durabilità għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabilità tal-prodotti manifatturati;

(c)  l-immaniġġjar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)  informazzjoni u traċċabilità ta’ sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti maħduma.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Fejn rilevanti, il-valur U għandu jiġi kkalkolat skont l-istandards applikabbli, eż. EN ISO 10077-1:2017 (twieqi u bibien), EN ISO 12631:2017 (ħitan kappotto) u EN ISO 6946:2017 (komponenti u elementi oħrajn tal-bini).

(2)   

Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).

3.6.    Il-manifattura ta’ teknoloġiji oħra b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura ta’ teknoloġiji mmirati lejn tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet ta’ GHG f’setturi oħrajn tal-ekonomija, fejn dawk it-teknoloġiji mhumiex koperti fit-Taqsimiet 3.1 sa 3.5 ta’ dan l-Anness.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari ma’ C22, C25, C26, C27 u C28 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija hija attività ta’ faċilitazzjoni f’konformità mal-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività ekonomika timmanifattura teknoloġiji li juru u li huma mmirati lejn l-iffrankar sostanzjali ta’ emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja meta mqabbla mat-teknoloġija/mal-prodott/mas-soluzzjoni alternattiva bl-aħjar prestazzjoni disponibbli fis-suq.

L-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġi kkalkolat billi tintuża r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE (1) jew, inkella, l-istandard ISO 14067:2018 (2) jew ISO 14064-1:2018 (3).

L-iffrankar kwantifikat ta’ emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġi vverifikat minn parti terza indipendenti.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta t-tali tekniki li jappoġġaw:

(a)  l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u ta’ komponenti użati mill-ġdid fi prodotti manifatturati;

(b)  id-disinjar għal durabilità għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabilità tal-prodotti manifatturati;

(c)  l-immaniġġjar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)  informazzjoni u traċċabilità ta’ sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti maħduma.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE tad-9 ta’ April 2013 dwar l-użu ta’ metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u ta’ organizzazzjonijiet (ĠU L 124, 4.5.2013, p. 1).

(2)   

L-istandard ISO 14067:2018, Greenhouse gases — Carbon footprint of products — Requirements and guidelines for quantification (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/71206.html).

(3)   

Standard ISO 14064-1:2018, Greenhouse gases — Part 1: Specification with guidance at the organization level for quantification and reporting of greenhouse gas emissions and removals (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/66453.html).

3.7.    Il-manifattura tas-siment

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura tal-klinker tas-siment, tas-siment jew ta’ legant alternattiv.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi C23.51 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija tkun attività tranżitorja kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività timmanifattura wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)  klinker tas-siment griż fejn l-emissjonijiet speċifiċi ta’ GHG (1) ikunu inqas minn 0,722 (2) tCO2e għal kull tunnellata ta’ klinker tas-siment griż;

(b)  siment minn klinker griż jew legant idrawliku alternattiv, fejn l-emissjonijiet speċifiċi ta’ GHG (3) mill-klinker u mis-siment jew minn produzzjoni ta’ legant alternattiv ikunu inqas minn 0,469 (4) tCO2e għal kull tunnellata ta’ siment jew ta’ legant alternattiv manifatturat.

Fejn is-CO2 li altrimenti jiġi rrilaxxat mill-proċess ta’ manifattura jinqabad għall-fini ta’ ħżin taħt l-art, is-CO2 jiġi ttrasportat u jinħażen taħt l-art, f’konformità mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti fit-Taqsimiet 5.11 u 5.12 ta’ dan l-Anness.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-produzzjoni tas-siment, tal-ġir u tal-ossidu tal-manjeżju (5).

Ma hemm ebda effett transmedjali sinifikanti (6).

Għall-manifattura tas-siment bl-użu ta’ skart perikoluż bħala fjuwils alternattivi, hemm fis-seħħ miżuri li jiżguraw il-maniġġ sikur tal-iskart.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ikkalkolati f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 59, 27.2.2019, p. 8).

(2)   

Li jirrifletti l-valur medju tal-aqwa 10 % tal-installazzjonijiet f’termini ta’ effiċjenza fl-2016 u fl-2017 (t ekwivalenti ta’ CO2/t) kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447 tat-12 ta’ Marzu 2021 li jiddetermina l-valuri riveduti tal-parametri referenzjarji għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2025 skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 87, 15.3.2021, p. 29).

(3)   

Ikkalkolati f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/331.

(4)   

Li jirrifletti l-valur medju tal-aqwa 10 % tal-installazzjonijiet f’termini ta’ effiċjenza fl-2016 u fl-2017 (t ekwivalenti ta’ CO2/t) għall-klinker tas-siment griż kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/447, moltiplikat mill-proporzjon ta’ klinker għas-siment ta’ 0,65.

(5)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/163/UE tal-26 ta’ Marzu 2013 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali għall-produzzjoni tas-siment, il-ġir u l-ossidu tal-manjeżju (ĠU L 100, 9.4.2013, p. 1).

(6)   

Ara d-Dokument ta’ Referenza tal-Aqwa Tekniki Disponibbli (BREF) dwar l-Ekonomija u l-Effetti Transmedjali (verżjoni tal-4.6.2021: https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/sites/default/files/2019-11/ecm_bref_0706.pdf).

3.8.    Il-manifattura tal-aluminju

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura tal-aluminju mill-proċess tal-alumina (boksajt) primarja jew ir-riċiklaġġ tal-aluminju sekondarju.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi C24.42, C24.53 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija tkun attività tranżitorja kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività timmanifattura wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)  aluminju primarju fejn l-attività ekonomika tikkonforma ma’ tnejn mill-kriterji li ġejjin sal-2025 u mal-kriterji kollha li ġejjin (1) wara l-2025:

(i)  l-emissjonijiet ta’ GHG (2) ma jaqbżux l-1 484 (3) tCO2 għal kull tunnellata aluminju manifatturat (4):

(ii)  l-intensità medja tal-karbonju għall-emissjonijiet indiretti ta’ GHG (5) ma taqbiżx il-100 g CO2e/kWh;

(iii)  il-konsum tal-elettriku għall-proċess tal-manifattura ma jaqbiżx il-15,5 MWh/t Al.

(b)  aluminju sekondarju.

Il-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-industriji tal-metalli li ma fihomx ħadid (6). Ma hemm ebda effett transmedjali sinifikanti.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ikkombinat ma’ parametru referenzjarju uniku li jirriżulta fis-somma ta’ emissjonijiet diretti u indiretti, ikkalkulat bħala l-valur medju tal-ewwel 10 % fost l-installazzjonijiet fuq il-bażi tad-data miġbura fil-kuntest tal-istabbiliment tal-parametri referenzjarji industrijali tal-EU ETS għall-perjodu 2021-2026 u kkalkulat f’konformità mal-metodoloġija għall-istabbiliment tal-parametri referenzjarji stabbilita fid-Direttiva 2003/87/KE flimkien mal-kontribut sostanzjali għall-kriterju tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima għall-ġenerazzjoni tal-elettriku (100 g CO2e/kWh) multiplikat bl-effiċjenza enerġetika medja tal-manifattura tal-aluminju (15,5-il MWh/t Al)]

(2)   

Ikkalkulati f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/331.

(3)   

Li jirrifletti l-valur medju tal-aqwa 10 % tal-installazzjonijiet f’termini ta’ effiċjenza fl-2016 u fl-2017 (t ekwivalenti ta’ CO2/t) kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/447.

(4)   

L-aluminju manifatturat huwa l-aluminju likwidu mhux illigat mhux maħdum prodott mill-elettroliżi.

(5)   

L-emissjonijiet indiretti ta’ gassijiet serra huma l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja prodotti mill-ġenerazzjoni tal-elettriku użat għall-manifattura tal-aluminju primarju.

(6)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1032 tal-13 ta’ Ġunju 2016 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-industriji tal-metalli li ma fihomx ħadid (ĠU L 174, 30.6.2016, p. 32).

3.9.    Il-manifattura tal-ħadid u tal-azzar

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura tal-ħadid u tal-azzar.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari C24.10, C24.20, C24.31, C24.32, C24.33, C24.34, C24.51 u C24.52 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija tkun attività tranżitorja kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività timmanifattura wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)  ħadid u azzar fejn l-emissjonijiet ta’ GHG (1), imnaqqsa bl-ammont ta’ emissjonijiet assenjati għall-produzzjoni tal-gassijiet ta’ skart f’konformità mal-punt 10.1.5 (a) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 2019/331 ma jaqbżux il-valuri li ġejjin applikati għall-passi differenti tal-proċess tal-manifattura:

(i)  metall jaħraq = 1,331 (2) tCO2e/t prodott;

(ii)  minerali sinterizzati = 0,163 (3) tCO2e/t prodott;

(iii)  kokk (minbarra kokk tal-linjite) = 0,144 (4) tCO2e/t prodott;

(iv)  ħadid fondut = 0,299 (5) tCO2e/t prodott;

(v)  azzar illigat ħafna tal-forn bl-ark elettriku (EAF) = 0,266 (6) tCO2e/t prodott;

(vi)  azzar bil-karbonju tal-Forn bl-Ark Elettriku (EAF) = 0,209 (7) tCO2e/t prodott.

(b)  azzar fi fran bl-ark elettriku (EAFs) li jipproduċu azzar bil-karbonju bl-EAFs jew azzar illigat ħafna bl-EAFs kif iddefiniti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 u fejn l-input tar-ruttam tal-azzar meta mqabbel mal-output tal-prodott ma jkunx anqas minn:

(i)  70 % għall-produzzjoni tal-azzar illigat ħafna;

(ii)  90 % għall-produzzjoni tal-azzar bil-karbonju.

Fejn is-CO2 li altrimenti jiġi rrilaxxat mill-proċess ta’ manifattura jinqabad għall-fini ta’ ħżin taħt l-art, is-CO2 jiġi ttrasportat u jinħażen taħt l-art, f’konformità mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti fit-Taqsimiet 5.11 u 5.12 ta’ dan l-Anness.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar (8).

Ma hemm ebda effett transmedjali sinifikanti.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ikkalkolati f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/331.

(2)   

Li jirrifletti l-valur medju tal-aqwa 10 % tal-installazzjonijiet f’termini ta’ effiċjenza fl-2016 u fl-2017 (t ekwivalenti ta’ CO2/t) kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/447.

(3)   

Li jirrifletti l-valur medju tal-aqwa 10 % tal-installazzjonijiet f’termini ta’ effiċjenza fl-2016 u fl-2017 (t ekwivalenti ta’ CO2/t) kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/447.

(4)   

Li jirrifletti l-valur medju tal-aqwa 10 % tal-installazzjonijiet f’termini ta’ effiċjenza fl-2016 u fl-2017 (t ekwivalenti ta’ CO2/t) kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/447.

(5)   

Li jirrifletti l-valur medju tal-aqwa 10 % tal-installazzjonijiet f’termini ta’ effiċjenza fl-2016 u fl-2017 (t ekwivalenti ta’ CO2/t) kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/447.

(6)   

Li jirrifletti l-valur medju tal-aqwa 10 % tal-installazzjonijiet f’termini ta’ effiċjenza fl-2016 u fl-2017 (t ekwivalenti ta’ CO2/t) kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/447.

(7)   

Li jirrifletti l-valur medju tal-aqwa 10 % tal-installazzjonijiet f’termini ta’ effiċjenza fl-2016 u fl-2017 (t ekwivalenti ta’ CO2/t) kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/447.

(8)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/135/UE tat-28 ta’ Frar 2012 li tistabbilixxi l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali għall-manifattura tal-ħadid u tal-azzar (ĠU L 70, 8.3.2012, p. 63).

3.10.    Il-manifattura tal-idroġenu

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura ta’ idroġenu u ta’ fjuwils sintetiċi bbażati fuq l-idroġenu.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi C20.11 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mar-rekwiżit dwar l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ 73,4 % ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja għall-idroġenu [li jirriżulta f’emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja li jkunu aktar baxxi minn 3 tCO2e/tH2] u 70 % għall-karburanti sintetiċi bbażati fuq l-idroġenu meta mqabbla ma’ komparatur tal-fjuwils fossili ta’ 94 g CO2e/MJ b’analoġija mal-approċċ stabbilit fl-Artikolu 25(2) tal-Anness V tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

L-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġi kkalkolat bl-użu tal-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 28(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew, inkella, bl-użu tal-istandard ISO 14067:2018 (1) jew ISO 14064-1:2018 (2).

L-iffrankar kwantifikat tal-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġi vverifikat skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, fejn applikabbli, jew minn parti terza indipendenti.

Fejn is-CO2 li altrimenti jiġi rrilaxxat mill-proċess ta’ manifattura jinqabad għall-fini ta’ ħżin taħt l-art, is-CO2 jiġi ttrasportat u jinħażen taħt l-art, f’konformità mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti fit-Taqsimiet 5.11 u 5.12, rispettivament, ta’ dan l-Anness.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) rilevanti stabbiliti fil-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), inklużi:

(a)  il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-produzzjoni tal-kloroalkali (3) u l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni ta’ trattament/ġestjoni tal-ilma mormi u tal-gass ta’ skart fis-settur kimiku (4);

(b)  il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għar-raffinar taż-żejt minerali u tal-gass (5).

Ma hemm ebda effett transmedjali sinifikanti.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

L-istandard ISO 14067:2018, Greenhouse gases — Carbon footprint of products — Requirements and guidelines for quantification (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/71206.html).

(2)   

Standard ISO 14064-1:2018, Greenhouse gases — Part 1: Specification with guidance at the organization level for quantification and reporting of greenhouse gas emissions and removals (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/66453.html).

(3)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/732/UE tad-9 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għall-produzzjoni tal-chlor-alkali (OJ L 332, 11.12.2013, p. 34).

(4)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/902 tal-30 ta’ Mejju 2016 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni tat-trattament jew tal-immaniġġjar tal-ilma mormi u tal-gass ta’ skart fis-settur tal-kimika skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 9.6.2016, p. 23).

(5)   

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/738/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għar-raffinar taż-żejt minerali u tal-gass (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 38).

3.11.    Il-manifattura tal-iswed tal-karbonju

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura tal-iswed tal-karbonju.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi C20.13 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija tkun attività tranżitorja kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet ta’ GHG (1) mill-proċessi ta’ produzzjoni tal-iswed tal-karbonju huma inqas minn 1,141 (2) tCO2e għal kull tunnellata ta’ prodott.

Il-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) rilevanti stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), inklużi:

(a)  il-Best Available Techniques Reference Document (BREF) for the Large Volume Inorganic Chemicals – Solids and Others industry (3);

(b)  il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni ta’ trattament/ġestjoni tal-ilma mormi u tal-gass ta’ skart fis-settur kimiku (4).

Ma hemm ebda effett transmedjali sinifikanti.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ikkalkolati f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/331.

(2)   

Li jirrifletti l-valur medju tal-aqwa 10 % tal-installazzjonijiet f’termini ta’ effiċjenza fl-2016 u fl-2017 (t ekwivalenti ta’ CO2/t) kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/447.

(3)   

Best Available Techniques (BAT) Reference Document for the Large Volumes Inorganic Chemicals- Solids and Others industry (verżjoni tal-4.6.2021: https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/sites/default/files/2019-11/lvic-s_bref_0907.pdf).

(4)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2016/902.

3.12.    Il-manifattura tal-karbonat tas-sodju

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura tal-karbonat tad-disodju (soda, karbonat tas-sodju, melħ tad-disodju tal-aċidu karboniku).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi C20.13 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija tkun attività tranżitorja kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet ta’ GHG (1) mill-proċessi ta’ produzzjoni tas-soda huma inqas minn 0,789 (2) tCO2e għal kull tunnellata ta’ prodott.

3.13.    Il-manifattura tal-kloru

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura tal-kloru.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi C20.13 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija tkun attività tranżitorja kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Il-konsum tal-elettriku għall-elettroliżi u għat-trattament bil-kloru huwa daqs 2,45 MWh jew anqas għal kull tunnellata kloru.

L-emissjonijiet medji ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-elettriku użat għall-produzzjoni tal-kloru huma ta’ 100 g CO2e/kWh jew anqas.

L-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu kkalkolati billi tintuża r-Rakkomandazzjoni 2013/179/UE jew, inkella, billi jintuża l-istandard ISO 14067:2018 (1) jew ISO 14064-1:2018 (2).

L-emissjonijiet kwantifikati ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu vverifikati minn parti terza indipendenti.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) rilevanti stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), inklużi:

(a)  il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-produzzjoni tal-kloralkali (3);

(b)  il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni ta’ trattament/ġestjoni tal-ilma mormi u tal-gass ta’ skart fis-settur kimiku (4).

Ma hemm ebda effett transmedjali sinifikanti.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

L-istandard ISO 14067:2018, Greenhouse gases — Carbon footprint of products — Requirements and guidelines for quantification (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/71206.html).

(2)   

Standard ISO 14064-1:2018, Greenhouse gases — Part 1: Specification with guidance at the organization level for quantification and reporting of greenhouse gas emissions and removals (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/66453.html).

(3)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/732/UE.

(4)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2016/902.

3.14.    Il-manifattura ta’ sustanzi kimiċi bażiċi organiċi

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura ta’:

(a) 

sustanzi kimiċi ta’ valur għoli (HVC):

(i) 

aċetilen;

(ii) 

etilen;

(iii) 

propilen;

(iv) 

butadien;

(b) 

Aromatiċi:

(i) 

alkilbenżeni mħalltin, alkilnaftaleni mħalltin, ħlief HS 2707 jew 2902 ;

(ii) 

ċikloeżan;

(iii) 

benżen;

(iv) 

toluwen;

(v) 

o-Ksilen;

(vi) 

p-Ksilen;

(vii) 

m-Ksilen u isomeri mħallta tal-ksilen;

(viii) 

etilbenżen;

(ix) 

kumen;

(x) 

bifenil, terfenili, viniltoluweni, idrokarburi ċikliċi oħra esklużi ċiklani, ċikleni, ċikloterpeni, benżen, toluwen, ksileni, stren, etilbenżen, kumen, naftalen, antraċen;

(xi) 

benżol (benżen), toluwol (toluwen) u ksilol (ksileni)

(xii) 

naftalen u taħlitiet ta’ idrokarburi aromatiċi oħra (esklużi benżol, toluwol, ksilol).

(c) 

klorur tal-vinil;

(d) 

stiren;

(e) 

ossidu tal-etilen;

(f) 

glikol tal-monoetilen;

(g) 

aċidu adipiku.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi C20.14 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija tkun attività tranżitorja kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet ta’ GHG (1) mill-proċessi ta’ produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi bażiċi organiċi huma inqas minn:

(a)  għall-HVC: 0,693 (2) tCO2e/t ta’ HVC;

(b)  għall-aromatiċi: 0,0072 (3) tCO2e/t ta’ throughput ponderat kumpless;

(c)  għall-klorur tal-vinil: 0,171 (4) tCO2e/t ta’ klorur tal-vinil;

(d)  għall-istiren: 0,419 (5) tCO2e/t ta’ stiren;

(e)  għall-ossidu tal-etilen/glikoli tal-etilen: 0,314 (6) tCO2e/t ta’ ossidu tal-etilen/glikol;

(f)  għall-aċidu adipiku: 0,32 (7) tCO2e /t ta’ aċidu adipiku.

Meta s-sustanzi kimiċi organiċi fl-ambitu jkunu prodotti kollha kemm huma jew parzjalment minn feedstock rinnovabbli, l-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza kimika manifatturata, immanifatturata kollha kemm hi jew parzjalment minn feedstock rinnovabbli, ikunu inqas mill-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza kimika ekwivalenti manifatturata minn feedstock minn fjuwils fossili.

L-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu kkalkolati billi tintuża r-Rakkomandazzjoni 2013/179/UE jew, inkella, billi jintuża l-istandard ISO 14067:2018 (8) jew ISO 14064-1:2018 (9).

L-emissjonijiet kwantifikati ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu vverifikati minn parti terza indipendenti.

Il-bijomassa agrikola użata għall-manifattura ta’ sustanzi kimiċi bażiċi organiċi tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Il-bijomassa forestali użata għall-manifattura ta’ sustanzi kimiċi bażiċi organiċi tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 6 u 7 tal-Artikolu 29 ta’ dik id-Direttiva.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) rilevanti stabbiliti fil-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), inklużi:

(a)  il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi f’volumi kbar (10);

(b)  il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni ta’ trattament/ġestjoni tal-ilma mormi u tal-gass ta’ skart fis-settur kimiku (11).

Ma hemm ebda effett transmedjali sinifikanti.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ikkalkolati f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/331.

(2)   

Li jirrifletti l-valur medju tal-aqwa 10 % tal-installazzjonijiet f’termini ta’ effiċjenza fl-2016 u fl-2017 (t ekwivalenti ta’ CO2/t) kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/447.

(3)   

Li jirrifletti l-valur medju tal-aqwa 10 % tal-installazzjonijiet f’termini ta’ effiċjenza fl-2016 u fl-2017 (t ekwivalenti ta’ CO2/t) kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/447.

(4)   

Li jirrifletti l-valur medju tal-aqwa 10 % tal-installazzjonijiet f’termini ta’ effiċjenza fl-2016 u fl-2017 (t ekwivalenti ta’ CO2/t) kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/447.

(5)   

Li jirrifletti l-valur medju tal-aqwa 10 % tal-installazzjonijiet f’termini ta’ effiċjenza fl-2016 u fl-2017 (t ekwivalenti ta’ CO2/t) kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/447.

(6)   

Li jirrifletti l-valur medju tal-aqwa 10 % tal-installazzjonijiet f’termini ta’ effiċjenza fl-2016 u fl-2017 (t ekwivalenti ta’ CO2/t) kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/447.

(7)   

Li jirrifletti l-valur medju tal-aqwa 10 % tal-installazzjonijiet f’termini ta’ effiċjenza fl-2016 u fl-2017 (t ekwivalenti ta’ CO2/t) kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/447.

(8)   

L-istandard ISO 14067:2018, Greenhouse gases — Carbon footprint of products — Requirements and guidelines for quantification (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/71206.html).

(9)   

Standard ISO 14064-1:2018, Greenhouse gases — Part 1: Specification with guidance at the organization level for quantification and reporting of greenhouse gas emissions and removals (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/66453.html).

(10)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2117 tal-21 ta’ Novembru 2017 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi f’volumi kbar (ĠU L 323, 7.12.2017, p. 1).

(11)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2016/902.

3.15.    Il-manifattura ta’ ammonijaka anidra

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura ta’ ammonijaka anidra.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi C20.15 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)  l-ammonijaka tiġi prodotta mill-idroġenu li tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti fit-Taqsima 3.10 ta’ dan l-Anness (Il-manifattura tal-idroġenu);

(b)  l-ammonijaka tiġi rkuprata mill-ilma mormi.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) rilevanti stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), inklużi:

(a)  il-Best Available Techniques Reference Document (BREF) for the manufacture of Large Volume Inorganic Chemicals - Ammonia, Acids and Fertilisers (1);

(b)  il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni ta’ trattament/ġestjoni tal-ilma mormi u tal-gass ta’ skart fis-settur kimiku (2).

Ma hemm ebda effett transmedjali sinifikanti.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Best Available Techniques (BAT) Reference Document for the manufacture of Large Volume Inorganic Chemicals - Ammonia, Acids and Fertilisers (verżjoni tal-4.6.2021: https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/sites/default/files/2019-11/lvic_aaf.pdf).

(2)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2016/902.

3.16.    Il-manifattura tal-aċidu nitriku

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura tal-aċidu nitriku.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi C20.15 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija tkun attività tranżitorja kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet ta’ GHG (1) mill-manifattura tal-aċidu nitriku huma inqas minn 0,038 (2) tCO2e għal kull tunnellata ta’ aċidu nitriku.

Il-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) rilevanti stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), inklużi:

(a)  il-Best Available Techniques Reference Document (BREF) for the manufacture of Large Volume Inorganic Chemicals - Ammonia, Acids and Fertilisers (3);

(b)  il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni ta’ trattament/ġestjoni tal-ilma mormi u tal-gass ta’ skart fis-settur kimiku (4).

Ma hemm ebda effett transmedjali sinifikanti.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ikkalkolati f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/331.

(2)   

Li jirrifletti l-valur medju tal-aqwa 10 % tal-installazzjonijiet f’termini ta’ effiċjenza fl-2016 u fl-2017 (t ekwivalenti ta’ CO2/t) kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/447.

(3)   

Best Available Techniques (BAT) Reference Document for the manufacture of Large Volume Inorganic Chemicals - Ammonia, Acids and Fertilisers (verżjoni tal-4.6.2021: https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/sites/default/files/2019-11/lvic_aaf.pdf).

(4)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2016/902.

3.17.    Il-manifattura tal-plastik f’forma primarja

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura tar-reżini, tal-materjali tal-plastik u tal-elastomeri termoplastiċi mhux vulkanizzabbli, it-taħlit u t-tħawwid ta’ reżini fuq bażi personalizzata, kif ukoll il-manifattura ta’ reżini sintetiċi mhux personalizzati.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi C20.16 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija tkun attività tranżitorja kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)  il-plastik f’forma primarja jkun manifatturat għal kollox mir-riċiklaġġ mekkaniku tal-iskart tal-plastik;

(b)  fejn ir-riċiklaġġ mekkaniku ma jkunx teknikament jew ekonomikament fattibbli, il-plastik f’forma primarja jkun manifatturat għal kollox mir-riċiklaġġ kimiku tal-iskart tal-plastik u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-plastik manifatturat, eskluż kwalunkwe kreditu kkalkulat mill-produzzjoni tal-fjuwils, ikunu aktar baxxi mill-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-plastik ekwivalenti f’forma primarja manifatturat minn feedstock minn fjuwils fossili. L-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu kkalkolati billi tintuża r-Rakkomandazzjoni 2013/179/UE jew, inkella, billi jintuża l-istandard ISO 14067:2018 (1) jew ISO 14064-1:2018 (2). L-emissjonijiet kwantifikati ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu vverifikati minn parti terza indipendenti.

(c)  derivat kollu kemm hu jew parzjalment minn feedstock rinnovabbli (3) u l-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jkunu inqas mill-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-plastik ekwivalenti f’forma primarja manifatturat minn feedstock minn fjuwils fossili. L-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu kkalkolati billi tintuża r-Rakkomandazzjoni 2013/179/UE jew, inkella, billi jintuża l-istandard ISO 14067:2018 jew ISO 14064-1:2018. L-emissjonijiet kwantifikati ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu vverifikati minn parti terza indipendenti.

Il-bijomassa agrikola użata għall-manifattura tal-plastik fil-forma primarja tagħha tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Il-bijomassa forestali użata għall-manifattura tal-plastik fil-forma primarja tagħha tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 6 u 7 tal-Artikolu 29 ta’ dik id-Direttiva.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) rilevanti stabbiliti fil-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), inklużi:

(a)  id-Dokument ta’ Referenza dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BREF) għall-Produzzjoni tal-Polimeri (4);

(b)  il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni ta’ trattament/ġestjoni tal-ilma mormi u tal-gass ta’ skart fis-settur kimiku (5).

Ma hemm ebda effett transmedjali sinifikanti.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

L-istandard ISO 14067:2018, Greenhouse gases — Carbon footprint of products — Requirements and guidelines for quantification (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/71206.html).

(2)   

Standard ISO 14064-1:2018, Greenhouse gases — Part 1: Specification with guidance at the organization level for quantification and reporting of greenhouse gas emissions and removals (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/66453.html).

(3)   

Feedstock rinnovabbli jirreferi għall-bijomassa, għall-bijoskart industrijali jew għall-bijoskart muniċipali.

(4)   

Best Available Techniques (BAT) Reference Document for the Production of Polymers (verżjoni tal-4.6.2021: https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/sites/default/files/2019-11/pol_bref_0807.pdf).

(5)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2016/902.

▼M2

3.18.    Manifattura ta’ komponenti tal-karozzi u tal-mobbiltà

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura, it-tiswija, il-manutenzjoni, il-modifika retroattiva, l-adattament għal skop ġdid u t-titjib tal-komponenti tal-mobbiltà għall-apparati tal-mobbiltà personali b’emissjonijiet żero u tas-sistemi awtomotivi u tal-mobbiltà, il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati, il-parts u l-ispare parts kif definiti fil-punti minn (18) sa (21) u l-punt (23) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 19 ), bit-tip approvat, iddisinjati, u mibnija għall-użu biss f’vetturi u f’xarabanks tal-kategoriji M1, M2, M3, N1, N2 u N3, u fl-Artikolu 3, il-punti minn (15) sa (18) u l-punt (21) fir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ), bit-tip approvat, iddisinjat, u mibni għall-użu biss f’vetturi tal-kategorija L li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’din it-Taqsima u li huma essenzjali għat-twassil u t-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-vettura.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija huma esklużi mit-Taqsimiet 3.3. u 3.6. ta’ dan l-Anness.

Fejn japplikaw it-Taqsimiet 3.2. u 3.4. ta’ dan l-Anness, l-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija huma esklużi minn din it-Taqsima.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari C22.2, C26.1, C26.2, 26.3, 26.4, C28.14, C28.15, C29.2, C29.3 u C33.17 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija hija attività ta’ faċilitazzjoni f’konformità mal-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika timmanifattura, issewwi, tagħmel manutenzjoni, tagħmel modifiki retroattivi, tadatta għal skop ġdid u ttejjeb il-komponenti li huma essenzjali għat-twassil u t-titjib tal-prestazzjoni ambjentali għall-vetturi li ġejjin:

(a)  apparati tat-trasport urban, suburban u tal-passiġġieri bit-triq, fejn l-emissjonijiet diretti ta’ CO2 (mit-tailpipe) tal-vetturi jkunu żero;

(b)  vetturi deżinjati bħala kategoriji M2 u M3 (1) fejn l-emissjonijiet diretti ta’ CO2 (mit-tailpipe) tal-vetturi jkunu żero;

(c)  vetturi tal-kategoriji M1 u N1 klassifikati bħala vetturi ħfief (2) fejn l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2, kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (h), tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), ikunu żero;

(d)  il-vetturi tal-kategorija L (4) b’emissjonijiet ta’ CO2 mit-tailpipe ta’ 0 g CO2e/km ikkalkulati f’konformità mat-test tal-emissjonijiet stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 168/2013;

(e)  vetturi tal-kategoriji N2 u N3, u N1 klassifikati bħala vetturi heavy-duty mhux dedikati għat-trasport ta’ fjuwils fossili b’massa massima mgħobbija teknikament permissibbli li ma taqbiżx is–7,5 tunnellati li huma “vettura tqila mingħajr emissjonijiet” kif definita fil-punt (11) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

2.  L-attività ekonomika timmanifattura, issewwi, tagħmel manutenzjoni, tagħmel modifiki retroattivi, tadatta għal skop ġdid u ttejjeb komponenti tal-mobbiltà għall-apparati tal-mobbiltà personali bi propulsjoni li tiġi mill-attività fiżika tal-utent, minn mutur b’emissjonijiet żero, jew minn taħlita ta’ mutur b’emissjonijiet żero u ta’ attività fiżika.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  Użu sostenibbli u protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta dawn it-tekniki li jappoġġaw:

(a)  l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u komponenti użati mill-ġdid fil-prodotti manifatturati;

(b)  id-disinjar għal durabbiltà għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabbiltà tal-prodotti manifatturati;

(c)  l-immaniġġar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)  informazzjoni dwar sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti manifatturati u t-traċċabilità tagħhom.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness

Fejn applikabbli, il-komponenti u l-parts ma jkunx fihom ċomb, merkurju, kromu eżavalenti u kadmju.

(6)  Protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858.

(2)   

Kif definiti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858.

(3)   

Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (riformulazzjoni) (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).

(4)   

Kif definita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.

(5)   

Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).

3.19.    Manifattura ta’ kostitwenti tal-vetturi ferrovjarji

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura, l-installazzjoni, il-konsultazzjoni teknika, il-modifika retroattiva, it-titjib, it-tiswija, il-manutenzjoni, u l-adattament għal skop differenti ta’ prodotti, tagħmir, sistemi, u software relatati mal-kostitwenti ferrovjarji msemmija fil-Punt 2.7 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/797.

Dawn il-kostitwenti u s-servizzi huma essenzjali għall-prestazzjoni ambjentali, għat-tħaddim u għall-funzjonament tul il-ħajja tal-vetturi ferrovjarji li jikkonformaw mat-Taqsima 3.3. ta’ dan l-Anness.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari C30.2, C27.1, C27.9 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija huma esklużi mit-Taqsimiet 3.3. u 3.6. ta’ dan l-Anness.

Attività ekonomika f’din il-kategorija hija attività ta’ faċilitazzjoni f’konformità mal-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività ekonomika timmanifattura, tinstalla, tagħmel modifiki retroattivi, issewwi, tagħmel manutenzjoni, ittejjeb jew tadatta għal skop ġdid prodotti, tagħmir, sistemi jew software relatati mal-kostitwenti ferrovjarji li ġejjin imsemmija fil-Punt 2.7 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/797 jew tipprovdi servizzi ta’ konsulenza teknika relatati:

Dawn il-kostitwenti u servizzi huma essenzjali għall-prestazzjoni ambjentali, it-tħaddim u l-funzjonament matul il-ħajja ta’ waħda jew aktar mit-teknoloġiji elenkati hawn taħt:

(a)  fil-ferroviji, il-kowċijiet tal-passiġġieri u l-vaguni li għandhom emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe) li jikkonformaw mat-Taqsima 3.3. tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(b)  il-ferroviji, il-kowċijiet tal-passiġġieri u l-vaguni li għandhom emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 mit-tailpipe meta jitħaddmu fuq binarju bl-infrastruttura meħtieġa, u jużaw magna konvenzjonali meta infrastruttura bħal din ma tkunx disponibbli (bimodalità)i jikkonformaw mat-Taqsima 3.3. tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta dawn it-tekniki li jappoġġaw:

(a)  l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u komponenti użati mill-ġdid fil-prodotti manifatturati;

(b)  id-disinjar għal durabbiltà għolja, għal riċiklabbiltà, għal żmantellar faċli u għal adattabbiltà tal-prodotti manifatturati;

(c)  l-immaniġġar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)  informazzjoni dwar sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti manifatturati u t-traċċabilità tagħhom.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Fejn applikabbli, il-vetturi ma fihomx ċomb, merkurju, kromu eżavalenti u kadmju.

(6)  Protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

3.20.    Manifattura, installazzjoni, u manutenzjoni ta’ tagħmir elettriku b’vultaġġ għoli, medju u baxx għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku li jirriżulta f’kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew jabilitah

Deskrizzjoni tal-attività

L-attività ekonomika tiżviluppa, timmanifattura, tinstalla, iżżomm jew tagħmel manutenzjoni ta’ prodotti, tagħmir jew sistemi elettriċi, jew software immirat lejn tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’sistemi ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni tal-elettriku b’vultaġġ għoli, medju u baxx permezz tal-elettrifikazzjoni, l-effiċjenza enerġetika, l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli jew il-konverżjoni effiċjenti tal-potenza elettrika.

L-attività ekonomika tinkludi sistemi għall-integrazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-grilja elettrika, l-interkonnessjoni jew iż-żieda fl-awtomatizzazzjoni, il-flessibbiltà u l-istabbiltà tal-grilja, il-ġestjoni tar-rispons min-naħa tad-domanda, l-iżvilupp ta’ trasport jew sħana b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, jew l-użu ta’ teknoloġiji ta’ kejl intelliġenti għal titjib sostanzjali tal-effiċjenza enerġetika.

L-attività ekonomika f’din il-kategorija ma tinkludix tagħmir li jiġġenera s-sħana u l-potenza elettrika u apparat elettriku.

Meta attività ekonomika taqa’ taħt din it-Taqsima u t-Taqsima 4.9. ta’ dan l-Anness, tapplika t-Taqsima 4.9. ta’ dan l-Anness.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari C26.51, C27.1, C27.3, C27.9, C33.13, C33.14 u C33.2 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  L-attività timmanifattura, tinstalla jew iżżomm waħda minn dawn li ġejjin jew aktar, jew tipprovdi servizzi ta’ manutenzjoni, tiswija u konsulenza teknika essenzjali għall-funzjonament matul il-ħajja ta’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)  stazzjonijiet tal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi u appoġġ għall-infrastruttura elettrika għall-elettrifikazzjoni tat-trasport li hija installata primarjament biex tippermetti l-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi.

Kwalunkwe attività inkluża fit-Taqsima 7.4. hija eskluża minn dan il-punt.

(b)  apparati tal-wajers li jġorru kurrent u trażmissjoni u apparati tal-wajers li ma jġorrux kurrent għall-wajers ta’ ċirkwiti elettriċi, u transformers li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Livell 2 (l-1 ta’ Lulju 2021) għal transformers tal-potenza elettrika ta’ qawwa għolja stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 548/2014 (1), u transformers tal-potenza elettrika ta’ qawwa medja bl-ogħla vultaġġ għal tagħmir li ma jaqbiżx s-36 kV, bir-rekwiżiti tal-livell AA0 dwar it-telf mingħajr tagħbija stabbiliti fis-serje standard EN 50708, sakemm dawk l-apparati u transformers jikkontribwixxu biex jiżdied il-proporzjon ta’ enerġija rinnovabbli fis-sistema jew itejbu l-effiċjenza enerġetika;

(c)  prodotti, tagħmir u sistemi elettriċi b’vultaġġ baxx, li jżidu l-kontrollabbiltà tas-sistema tal-elettriku, u jikkontribwixxu biex jiżdied il-proporzjon tal-enerġija rinnovabbli jew itejbu l-effiċjenza enerġetika, li huma:

(i)  salvaviti ta’ vultaġġ baxx, kommutaturi, switchboards, pannelli jew ċentri ta’ kontroll li huma konnessi, awtomatizzati jew mgħammra b’apparat tal-metraġġ tal-potenza elettrika jew tal-enerġija u li jikkonformaw mal-IEC TR 63196 kommutatur u Tagħmir ta’ Kontroll b’Vultaġġ Baxx u l-assemblaġġi tagħhom – Effiċjenza enerġetika;

(ii)  Sistemi Elettroniċi għad-Dar u għall-Binjiet (Home and Building Electronic Systems, HBES), kif imsemmi fis-serje EN IEC 63044, fejn il-prodotti u s-sistemi huma meħtieġa biex jitkejjel, jiġi kkontrollat u jitnaqqas il-konsum tal-enerġija;

(iii)  teknoloġiji li jippermettu li tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-installazzjonijiet b’vultaġġ baxx, rikonoxxuti taħt HD 60364-8-1: Installazzjonijiet elettriċi ta’ vultaġġ baxx – il-Parti 8-1: Effiċjenza enerġetika u HD 60364-8-82: Installazzjonijiet elettriċi ta’ vultaġġ baxx – il-Parti 8-82: Aspetti funzjonali – L-installazzjonijiet elettriċi ta’ vultaġġ baxx ta’ prosumatur, inklużi l-miters tal-potenza elettrika u tal-enerġija, id-displej estern tal-klijenti, il-kumpens tal-potenza elettrika, il-kumpens u l-filtrazzjoni tal-fażi u l-filtrazzjoni u sistemi effiċjenti mħaddma b’mutur elettriku;

(d)  kommutaturi u ċentri ta’ kontroll ta’ vultaġġ għoli u medju, li jżidu l-kontrollabbiltà tas-sistema tal-elettriku, huma integrati biex jiżdied il-proporzjon tal-enerġija rinnovabbli jew tittejjeb l-effiċjenza enerġetika.

It-tagħmir imsemmi f’dan il-punt (d) jikkonforma ma’ EN 62271-1 Kommutatur u ċentri ta’ kontroll ta’ vultaġġ għoli – il-Parti 1: Speċifikazzjonijiet komuni għal kommutatur u ċentri ta’ kontroll għall-kurrent alternat u EN 62271–200 Kommutatur u ċentri ta’ kontroll ta’ vultaġġ għoli – il-Parti 200: Kommutatur u ċentri ta’ kontroll AC magħluqa fil-metall għal vultaġġi attribwiti ’l fuq minn 1 kV u sa u inkluż 52 kV jew b’Kommutatur u ċentru ta’ kontroll ta’ vultaġġ għoli EN 62271-203 – il-Parti 203: Kommutatur magħluq fil-metall, iżolat fil-gass għal vultaġġi attribwiti ’l fuq minn 52 kV;

(e)  it-tagħmir, is-sistemi u s-servizzi tar-rispons tad-domanda u tat-trasferiment tat-tagħbija li jżidu l-flessibbiltà tas-sistema tal-elettriku u jappoġġaw l-istabbiltà tal-grilja, li jinkludu:

(i)  soluzzjonijiet biex tinġarr informazzjoni lill-utenti biex jaġixxu mill-bogħod dwar il-provvista jew il-konsum, inklużi ċentri tad-data tal-klijenti;

(ii)  ċentri ta’ kontroll awtomatizzati għall-ġestjoni tad-domanda u l-komponenti ewlenin tagħhom (switchboard, kuntatturi, rilejs, salvaviti, swiċċijiet ta’ trasferiment awtomatiku).

Il-komponenti ewlenin jiġu installati bħala parti miċ-ċentri ta’ kontroll;

(iii)  meta ma jkunux inklużi fit-Taqsima 8.2., software u analitika avvanzati biex jiġu massimizzati l-effiċjenza u l-awtomatizzazzjoni tan-networks tal-elettriku jew l-integrazzjoni ta’ riżorsi tal-enerġija deċentralizzati, fil-livell tal-grilja tal-elettriku jew ta’ industrija, li jinkludu:

(a)  kmamar ta’ kontroll avvanzati, awtomatizzazzjoni ta’ substazzjonijiet elettriċi, kapaċitajiet ta’ kontroll tal-vultaġġ;

(b)  software operatorju li jippermetti lill-operaturi jissimulaw it-tħaddim tal-grilji bl-għan li jiżguraw l-istabbiltà tal-grilja, jimmaniġġjaw ir-Riżorsi Distribwiti tal-Enerġija jew itejbu l-prestazzjoni tal-grilja.

Is-software jappoġġa l-karatteristiċi dinamiċi tal-grilja meħtieġa għat-tranżizzjoni lejn l-enerġija rinnovabbli. Ikun jista’ jipproċessa d-data minn kejl tal-grilja f’ħin kważi reali biex josserva kif verament iseħħu t-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-konsum tal-enerġija, u juża din l-informazzjoni biex itejjeb l-istudji ta’ simulazzjoni u l-attivitajiet ta’ tħaddim, inkluż l-evitar ta’ indisponibilità, qtugħ tal-elettriku, u ħela;

(iv)  meta mhux inkluż fit-Taqsima 8.2., software li jappoġġa d-disinn u l-ippjanar ta’ grilji ġodda jew l-aġġornamenti tal-grilji.

Is-software jappoġġa l-karatteristiċi dinamiċi tal-grilja meħtieġa għat-tranżizzjoni lejn enerġija rinnovabbli, inkluża l-ġenerazzjoni volatili tal-potenza elettrika fil-livell ta’ distribuzzjoni (“prosumaturi”), it-tibdil tad-direzzjonijiet tal-fluss tal-enerġija, u l-użu ta’ unitajiet tal-ħżin tal-grilja;

(v)  sensuri meteoroloġiċi għat-tbassir tal-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli;

(vi)  kontrolluri u rilejs waħedhom jew inkorporati li jistgħu jkunu konessi u jippermettu użu effiċjenti ta’ sorsi u tagħbijiet elettriċi;

(vii)  tagħmir għat-tnaqqis tat-tagħbija u għat-trasferiment tat-tagħbija għat-tagħmir għall-ġestjoni tad-domanda u għall-qlib tas-sorsi tal-enerġija, fejn it-tagħmir ikun konformi mal-EN IEC 62962: 2019 Rekwiżiti partikolari għat-tagħmir li jnaqqas it-tagħbija;

(f)  fejn mhux inkluż fit-Taqsima 8.2., sistemi ta’ komunikazzjoni, software u tagħmir ta’ kontroll, prodotti, sistemi u servizzi għall-effiċjenza enerġetika jew l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli:

(i)  tagħmir li jippermetti l-iskambju ta’ elettriku rinnovabbli b’mod speċifiku bejn l-utenti;

(ii)  teknoloġija jew servizz ta’ tpartit ta’ batteriji, li jappoġġaw l-elettrifikazzjoni tat-trasport;

(iii)  sistemi ta’ ġestjoni tal-mikrogrilja;

(iv)  sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija jew tal-potenza elettrika, sistemi ta’ kontroll tal-enerġija jew tal-potenza elettrika u sistemi SCADA għall-ġestjoni tal-potenza elettrika;

(v)  kuntatturi, starters tal-muturi u kontrolli tal-muturi li jistgħu jiġu konnessi jew awtomatizzati u li jabilitaw il-kontroll mill-bogħod jew awtomatizzat tal-konsum tal-elettriku u l-ottimizzazzjoni tal-varjazzjoni tat-tagħbija;

(vi)  sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli u soluzzjonijiet oħra ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli, esklużi soft starters, li jabilitaw l-effiċjenza enerġetika fl-applikazzjonijiet tal-muturi elettriċi, meta t-tagħmir ikun konformi mal-EN 61800-9-1: Sistemi ta’ potenza elettrika b’veloċità varjabbli - il-Parti 9-1: Ekodisinn għas-sistemi li jħaddmu l-potenza elettrika, l-istarters tal-muturi, l-elettronika tal-potenza u l-applikazzjonijiet motorizzati tagħhom - Rekwiżiti ġenerali biex jiġu stabbiliti standards tal-effiċjenza enerġetika għal tagħmir li jaħdem bil-potenza elettrika li juża l-approċċ estiż tal-prodott (extended product approach, EPA) u l-mudell semi analitiku (semi analytic model, SAM) u EN 61800-9-2: Sistemi ta’ potenza elettrika b’veloċità varjabbli - il-Parti 9-2: Ekodisinn għas-sistemi li jħaddmu l-potenza elettrika, l-istarters tal-muturi, l-elettronika tal-potenza u l-applikazzjonijiet motorizzati tagħhom - Indikaturi tal-effiċjenza enerġetika għas-sistemi li jħaddmu l-potenza elettrika u għall-istarters tal-muturi;

(vii)  muturi elettriċi ta’ vultaġġ baxx bi klassi ta’ effiċjenza enerġetika (skont EN 60034-30-1: Magni elettriċi rotatorji - il-Parti 30-1: Klassijiet ta’ effiċjenza ta’ muturi AC imħaddma mil-linja (Kodiċi IE)) li jaqbżu r-rekwiżiti stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni 2019/1781 (2), speċifikament:

(a)  muturi monofażi b’output nominali ta’ 0,12 kW jew aktar u klassi ta’ effiċjenza ta’ IE3 jew ogħla;

(b)  Muturi ta’ sikurezza miżjuda Ex eb b’output nominali ta’ bejn 0,12 kW u 1 000  kW, b’2, 4, 6 jew 8 poli u klassi ta’ effiċjenza IE3 jew ogħla;

(c)  Muturi trifażi b’output nominali ta’ bejn 0,75 kW u 1 000  kW, b’2, 4, 6 jew 8 poli, li mhumiex muturi Ex eb b’sikurezza miżjuda u li għandhom (i) klassi ta’ effiċjenza IE5 għal muturi b’2, 4 jew 6 poli u kapaċità nominali ta’ bejn 75 kW u 200 kW, (ii) klassi ta’ effiċjenza ta’ IE 4 jew ogħla għall-muturi l-oħra kollha;

(d)  Muturi trifażi b’output nominali ta’ bejn 0,12 kW u 0,75 kW, b’2, 4, 6 jew 8 poli, li mhumiex muturi Ex eb b’sikurezza miżjuda u li għandhom klassi ta’ effiċjenza ta’ IE3 jew ogħla;

(e)  Muturi trifażi VSD biss b’output nominali ta’ bejn 0.75 kW u 1 000  kW b’ 2, 4, 6 jew 8 poli, ikklassifikati skont l-EN IEC TS 60034-30-2 u klassi tal-effiċjenza IE5;

(viii)  muturi ta’ vultaġġ medju u għoli b’kapaċità nominali ta’ aktar minn 1 000  kW u klassi tal-effiċjenza enerġetika IE 4 jew ogħla skont l-abbozz tal-istandard IEC 60034-30-3.

2.  L-elementi li ġejjin mhumiex konformi:

(a)  infrastruttura ddedikata għall-ħolqien ta’ konnessjoni diretta jew għall-espansjoni ta’ konnessjoni diretta eżistenti bejn substazzjon jew network u impjant tal-produzzjoni tal-enerġija li huwa aktar intensiv f’termini ta’ gassijiet serra minn 100 g CO2e/kWh imkejla fuq bażi taċ-ċiklu tal-ħajja. Dik l-esklużjoni tapplika biss għal tagħmir li jintuża direttament biex jikkonnettja, jew isaħħaħ il-konnessjoni ma’, impjant tal-produzzjoni tal-enerġija li jkun aktar intensiv f’gassijiet serra minn 100 g CO2e/kWh imkejla fuq bażi taċ-ċiklu tal-ħajja;

(b)  prodotti, tagħmir, sistemi u software li huma installati f’infrastruttura ddedikata għall-estrazzjoni, it-trasport, id-distribuzzjoni, il-ħżin, il-manifattura jew it-trasformazzjoni tal-fjuwils fossili.

3.  Kommutaturi b’mezz iżolanti jew li jwaqqaf li jużaw, jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq gassijiet b’Potenzjal ta’ Tisħin Globali ogħla minn 10 mhumiex konformi.

Għall-meded kollha tal-potenza elettrika, il-kommutatur li fihom SF6 mhumiex konformi.

4.  Il-prodotti, it-tagħmir u s-sistemi kollha jikkonformaw mar-rekwiżiti obbligatorji tal-prestazzjoni tal-effiċjenza enerġetika u tal-materjali stabbiliti fid-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Il-manifatturi jirreferu għall-aħħar rekwiżiti ta’ prestazzjoni applikabbli fl-Unjoni.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta dawn it-tekniki li jappoġġaw:

(a)  l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u ta’ komponenti użati mill-ġdid fi prodotti manifatturati;

(b)  id-disinjar għal durabbiltà għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabbiltà tal-prodotti manifatturati;

(c)  l-immaniġġjar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)  informazzjoni dwar sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti manifatturati u t-traċċabilità tagħhom.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

(6)  Protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 548/2014 tal-21 ta’ Mejju 2014 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ transformers tal-elettriku ta’ qawwa żgħira, medja u għolja (ĠU L 152, 22.5.2014, p. 1).

(2)   

Ir- Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1781 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal muturi elettriċi u sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 641/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009 (ĠU L 272, 25.10.2019, p. 74).

(3)   

Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (riformulazzjoni) (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).

3.21.    Manifattura ta’ inġenji tal-ajru

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura, it-tiswija, il-manutenzjoni, it-tiġdid, il-modifika retroattiva, id-disinn, l-adattament għal skop differenti u l-aġġornament ta’ inġenji tal-ajru u l-parts u t-tagħmir tagħhom ( 21 ).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ kodiċi NACE, b’mod partikolari C30.3 u C33.16 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija ma tissodisfax il-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punti (a) ta’ din it-Taqsima, l-attività tkun attività tranżizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar li jifdal stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività timmanifattura, issewwi, tagħmel manutenzjoni, iġġedded, tagħmel modifiki retroattivi, tiddisinja, tadatta għal skop ġdid jew ittejjeb wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)  l-inġenju tal-ajru b’emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);

(b)  sal-31 ta’ Diċembru 2027, l-inġenju tal-ajru, għajr dak prodott għall-avjazzjoni għall-skopijiet ta’ negozju kummerċjali jew privata, li jissodisfa l-marġnijiet speċifikati hawn taħt u limitat mill-proporzjon ta’ sostituzzjoni biex jiġi żgurat li l-konsenja ma żżidx l-għadd tal-flotta dinjija:

(i)  li jkollhom massa massima waqt it-tlugħ ta’ aktar minn 5,7t iżda mhux aktar minn 60t u valur imkejjel iċċertifikat tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ mill-inqas 11 % inqas mil-limitu tat-Tip il-Ġdid tal-istandard tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) (1);

(ii)  li jkollhom massa massima waqt it-tlugħ ta’ aktar minn 60t iżda mhux aktar minn 150t u valur imkejjel iċċertifikat tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ mill-inqas 2 % inqas mil-limitu tat-Tip il-Gdid tal-istandard tal-ICAO;

(iii)  li jkollhom massa massima waqt it-tlugħ ta’ aktar minn 150t u valur imkejjel iċċertifikat tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ mill-inqas 1,5 % inqas mil-limitu tat-Tip il-Gdid tal-istandard tal-ICAO.

Is-sehem tal-konformità mat-Tassonomija tal-inġenji tal-ajru eliġibbli għandu jkun limitat mill-proporzjon ta’ sostituzzjoni. Il-proporzjon ta’ sostituzzjoni għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-proporzjon ta’ inġenji tal-ajru rtirati b’mod permanenti mill-użu mal-inġenji tal-ajru kkonsenjati fil-livell globali fuq medja tal-10 snin preċedenti kif evidenzjat minn data vverifikata disponibbli minn fornituri indipendenti tad-data.

Fin-nuqqas ta’ ċertifikat dwar il-valuri mkejla tal-emissjonijiet tas-CO2 li jikkonferma l-marġni meħtieġ għal-limitu tat-Tip il-Ġdid tal-istandard tal-ICAO, il-manifattur tal-inġenju tal-ajru għandu jipprovdi dikjarazzjoni li l-inġenju tal-ajru jissodisfa l-livell meħtieġ ta’ prestazzjoni u l-marġnijiet ta’ titjib bil-kundizzjoni li l-inġenju tal-ajru jkun iċċertifikat sa 11 ta’ Diċembru 2026.

(c)  mill-1 ta’ Jannar 2028 sal-31 ta’ Diċembru 2032, l-inġenju tal-ajru li jissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti fil-punt (b) ta’ din is-sottotaqsima li huwa ċċertifikat li jopera fuq taħlita ta’ 100 % ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta dawn it-tekniki li jappoġġaw:

(a)  l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u komponenti użati mill-ġdid fil-prodotti manifatturati;

(b)  id-disinjar għal durabbiltà għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabbiltà tal-prodotti manifatturati;

(c)  l-immaniġġjar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)  informazzjoni dwar sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti manifatturati u t-traċċabilità tagħhom.

Hemm fis-seħħ miżuri għall-immaniġġar u r-riċiklaġġ tal-iskart li ma għadux jintuża, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali dwar id-dekummissjonar mal-fornituri tas-servizzi tar-riċiklaġġ, riflessjoni fil-proġettazzjonijiet finanzjarji jew dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġetti. Dawn il-miżuri jiżguraw li l-komponenti u l-materjali jiġu segregati u ttrattati biex jimmassimizzaw ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, il-prinċipji tar-regolamentazzjoni tal-UE dwar l-iskart u r-regolamenti applikabbli, b’mod partikolari permezz tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-batteriji u l-elettronika u l-materja prima kritika fihom. Dawn il-miżuri jinkludu wkoll il-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

L-inġenju tal-ajru msemmi fil-punti (b) u (c) ta’ din it-Taqsima jikkonforma mal-istandards li ġejjin:

(a)  l-emenda 13 tal-Volum I (storbju), il-Kapitolu 14 tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago, fejn is-somma tad-differenzi fit-tliet punti ta’ kejl kollha bejn il-livelli massimi tal-potenza akustika u l-livelli massimi permissibbli ta’ potenza akustika speċifikati f’ 14.4.1.1, 14.4.1.2 u 14.4.1.3, ma għandhiex tkun inqas minn 22 EPNdB;

(b)  l-emenda 10 tal-Volum II (emissjonijiet mill-magni), il-Kapitoli 2 u 4, tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago.

(6)  Protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Il-Volum 3 (Emmissjonijiet tas-CO2) tal-istandard tal-protezzjoni ambjentali tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (International Civil Aviation Organisation, ICAO) li jinsab fl-Anness 16 tal-ewwel edizzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Chicago.

▼B

4.   ENERĠIJA

4.1.    Il-ġenerazzjoni tal-enerġija bl-użu ta’ teknoloġija fotovoltajka solari

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ faċilitajiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku bl-użu tat-teknoloġija fotovoltajka (PV) solari.

Fejn attività ekonomika tkun element integrali tal-“Installazzjoni, manutenzjoni u tiswija ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli” kif imsemmija fit-Taqsima 7.6 ta’ dan l-Anness, japplikaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsima 7.6.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.11 u F42.22 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tiġġenera l-elettriku bl-użu ta’ teknoloġija PV solari.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tagħmir u ta’ komponenti b’durabilità u b’riċikabilità għoljin u li huma faċli li jiġu żarmati u rikondizzjonati, u tużahom.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

4.2.    Il-ġenerazzjoni tal-elettriku bl-użu ta’ teknoloġija ta’ konċentrazzjoni tal-enerġija solari (CSP)

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ faċilitajiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku bl-użu ta’ teknoloġija ta’ konċentrazzjoni tal-enerġija solari (CSP).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.11 u F42.22 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tiġġenera l-elettriku bl-użu ta’ teknoloġija CSP.

Il-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tagħmir u ta’ komponenti b’durabilità u b’riċikabilità għoljin u li huma faċli li jiġu żarmati u rikondizzjonati, u tużahom.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

4.3.    Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-potenza eolika

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ faċilitajiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku mill-potenza eolika.

Fejn attività ekonomika tkun element integrali tal-“Installazzjoni, manutenzjoni u tiswija ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli” kif imsemmija fit-Taqsima 7.6 ta’ dan l-Anness, japplikaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsima 7.6.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.11 u F42.22 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tiġġenera l-elettriku mill-potenza eolika.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Fil-każ tal-kostruzzjoni ta’ parks eoliċi lil hinn mill-kosta, l-attività ma tfixkilx il-kisba ta’ status ambjentali tajjeb, kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), li jirrikjedi li jittieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiġu evitati jew immitigati l-impatti fir-rigward tad-Deskrittur 11 (Storbju/Enerġija) ta’ dik id-Direttiva, stabbilit fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva u kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 (2) fir-rigward tal-kriterji u tal-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dak id-deskrittur.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tagħmir u ta’ komponenti b’durabilità u b’riċikabilità għoljin u li huma faċli li jiġu żarmati u rikondizzjonati, u tużahom.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness (3).

Fil-każ ta’ parks eoliċi lil hinn mill-kosta, l-attività ma tfixkilx il-kisba ta’ status ambjentali tajjeb, kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE, li jirrikjedi li jittieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiġu evitati jew immitigati l-impatti fir-rigward tad-Deskritturi 1 (bijodiversità) u 6 (integrità ta’ qiegħ il-baħar) ta’ dik id-Direttiva, stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva u kif stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2017/848 fir-rigward tal-kriterji u tal-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dawk id-deskritturi.

(1)   

Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

(2)   

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 tas-17 ta’ Mejju 2017 li tistabbilixxi kriterji u standards metodoloġiċi ta’ status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar, kif ukoll speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/477/UE (ĠU L 125, 18.5.2017, p. 43).

(3)   

Il-gwida prattika għall-implimentazzjoni ta’ dan il-kriterju tinsab fl-avviż tal-Kummissjoni Ewropea C(2020) 7730 final “Dokument ta’ gwida dwar l-iżviluppi tal-enerġija eolika u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar in-natura” (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/management/docs/wind_farms_mt.pdf).

4.4.    Il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn teknoloġiji tal-enerġija mill-oċeani

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ faċilitajiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku mill-enerġija mill-oċeani.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.11 u F42.22 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tiġġenera l-elettriku mill-enerġija mill-oċeani.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività ma tfixkilx il-kisba ta’ status ambjentali tajjeb, kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE, li jirrikjedi li jittieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiġu evitati jew immitigati l-impatti fir-rigward tad-Deskrittur 11 (Storbju/Enerġija) ta’ dik id-Direttiva, stabbilit fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva u kif stabbilit fid-Deċiżjoni (UE) 2017/848 fir-rigward tal-kriterji u tal-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dak id-deskrittur.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tagħmir u ta’ komponenti b’durabilità u b’riċikabilità għoljin u li huma faċli li jiġu żarmati u rikondizzjonati, u tużahom.

▼M2

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Hemm fis-seħħ miżuri biex tiġi minimizzata t-tossiċità taż-żebgħa kontra l-inkrostazzjoni bijoloġika u tal-bijoċidi kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

▼B

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

L-attività ma tfixkilx il-kisba ta’ status ambjentali tajjeb, kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE, li jirrikjedi li jittieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiġu evitati jew mitigati l-impatti fir-rigward tad-Deskrittur 1 (bijodiversità) ta’ din id-Direttiva, stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Direttiva, u kif stabbilit fid-Deċiżjoni (UE) 2017/848 fir-rigward tal-kriterji u tal-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dak id-deskrittur.

(1)   

Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

4.5.    Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-enerġija idroelettrika

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ faċilitajiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku mill-enerġija idroelettrika.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.11 u F42.22 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)  il-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku hija impjant tat-tip “run-of-river” u ma għandhiex ġibjun artifiċjali;

(b)  id-densità tal-enerġija tal-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku hija ogħla minn 5 W/m2;

(c)  l-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-idroenerġija huma inqas minn 100 g CO2e/kWh. L-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu kkalkolati billi tintuża r-Rakkomandazzjoni 2013/179/UE jew, inkella, billi jintuża l-istandard ISO 14067:2018 (1), ISO 14064-1:2018 (2) jew l-għodda G-res (3). L-emissjonijiet kwantifikati ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu vverifikati minn parti terza indipendenti.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

1.  L-attività tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/60/KE, b’mod partikolari mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva.

2.  Għat-tħaddim ta’ impjanti eżistenti tal-enerġija idroelettrika, inklużi l-attivitajiet ta’ rikondizzjonar sabiex jittejjeb il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli jew tal-ħżin tal-enerġija, l-attività tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

2.1.  F’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE u b’mod partikolari mal-Artikoli 4 u 11 ta’ dik id-Direttiva, il-miżuri ta’ mitigazzjoni teknikament fattibbli u ekoloġikament rilevanti kollha ġew implimentati sabiex jitnaqqsu l-impatti avversi fuq l-ilma kif ukoll fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti li jiddependu b’mod dirett fuq l-ilma.

2.2.  Il-miżuri jinkludu, fejn rilevanti u skont l-ekosistemi preżenti b’mod naturali fil-korpi tal-ilma affettwati:

(a)  miżuri li jiżguraw il-migrazzjoni tal-ħut fid-direzzjoni tax-xmara u kontra x-xmara (bħal turbini li jiffavorixxu l-ħut, strutturi ta’ gwida għall-ħut, passaġġi għall-ħut tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u kompletament funzjonali, miżuri li jwaqqfu jew jimminimizzaw it-tħaddim u l-iskariki waqt il-migrazzjoni jew ir-riproduzzjoni);

(b)  miżuri li jiżguraw fluss ekoloġiku minimu (inkluża l-mitigazzjoni ta’ varjazzjonijiet rapidi u fuq terminu qasir f’operazzjonijiet ta’ fluss jew ta’ hydro-peaking) u fluss tan-naqal minimu;

(c)  miżuri li jipproteġu jew itejbu l-ħabitats.

2.3.  L-effettività ta’ dawk il-miżuri hija ssorveljata fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni jew tal-permess li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet immirati lejn il-kisba ta’ status jew ta’ potenzjal tajjeb tal-korp tal-ilma affettwat.

3.  Għall-kostruzzjoni ta’ impjanti ġodda tal-enerġija idroelettrika, l-attività tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

3.1.  F’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE u b’mod partikolari mal-paragrafu 7 ta’ dak l-Artikolu, qabel il-kostruzzjoni, titwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-proġett sabiex jiġu vvalutati l-impatti potenzjali kollha tiegħu fuq l-istatus tal-korpi tal-ilma fl-istess baċir idrografiku u fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti li jiddependu direttament fuq l-ilma, b’kunsiderazzjoni partikolari tal-kurituri tal-migrazzjoni, tax-xmajjar bi fluss liberu jew tal-ekosistemi qrib il-kundizzjonijiet mhux disturbati.

Il-valutazzjoni hija bbażata fuq data riċenti, komprensiva u akkurata, li tinkludi data ta’ monitoraġġ fuq elementi tal-kwalità bijoloġika li huma speċifikament sensittivi għal alterazzjonijiet idromorfoloġiċi, u fuq l-istatus mistenni tal-korp tal-ilma bħala riżultat tal-attivitajiet il-ġodda, meta mqabbla ma’ dak kurrenti tiegħu.

Hija tivvaluta, b’mod partikolari, l-impatti akkumulati ta’ dan il-proġett il-ġdid fuq infrastruttura eżistenti jew ippjanata oħra fil-baċir idrografiku.

3.2.  Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni tal-impatt, ġie stabbilit li l-impjant huwa konċepit, skont id-disinn u l-post u permezz ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni, sabiex ikun konformi ma’ wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  l-impjant ma jinvolvi l-ebda deterjorament u lanqas ma jikkomprometti l-kisba ta’ status jew ta’ potenzjal tajjeb tal-korp tal-ilma speċifiku li huwa relatat miegħu;

(b)  fejn l-impjant jirriskja li jiddeterjora jew jikkomprometti l-kisba ta’ status/potenzjal tajjeb tal-korp tal-ilma speċifiku li jkun relatat miegħu, tali deterjorament ma jkunx sinifikanti, u jkun iġġustifikat minn valutazzjoni dettaljata tal-ispejjeż u l-benefiċċji li turi dawn it-tnejn li ġejjin:

(i)  ir-raġunijiet ta’ interess pubbliku prevalenti jew il-fatt li l-benefiċċji mistennija mill-impjant tal-enerġija idroelettrika ppjanat jisbqu l-ispejjeż mit-tgħarriq tal-istatus tal-ilma li jiġġarrbu mill-ambjent u mis-soċjetà;

(ii)  il-fatt li l-interess pubbliku prevalenti jew il-benefiċċji mistennija mill-impjant ma jistgħux, għal raġunijiet ta’ fattibbiltà teknika jew ta’ spejjeż sproporzjonati, jinkisbu b’mezzi alternattivi li jkunu jwasslu għal eżitu ambjentali aħjar (bħal rikostruzzjoni ta’ impjanti eżistenti tal-enerġija idroelettrika, jew l-użu ta’ teknoloġiji li ma jfixklux il-kontinwità tax-xmara).

3.3.  Il-miżuri ta’ mitigazzjoni teknikament fattibbli u ekoloġikament rilevanti kollha jkunu implimentati sabiex jitnaqqsu l-impatti avversi fuq l-ilma kif ukoll fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti li jiddependu b’mod dirett fuq l-ilma.

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni jinkludu, fejn rilevanti u skont l-ekosistemi preżenti b’mod naturali fil-korpi tal-ilma affettwati:

L-effettività ta’ dawk il-miżuri hija ssorveljata fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni jew tal-permess li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet immirati lejn il-kisba ta’ status jew ta’ potenzjal tajjeb tal-korp tal-ilma affettwat.

3.4.  L-impjant ma jikkompromettix b’mod permanenti l-kisba ta’ status/potenzjal tajjeb fi kwalunkwe wieħed mill-korpi tal-ilma fl-istess distrett tal-baċir idrografiku.

3.5.  Minbarra l-miżuri ta’ mitigazzjoni msemmija aktar ’il fuq, u fejn rilevanti, huma implimentati miżuri ta’ kumpens li jiżguraw li l-proġett ma jżidx il-frammentazzjoni tal-korpi tal-ilma fl-istess distrett tal-baċir idrografiku. Dan huwa miksub bir-restawr tal-kontinwità fi ħdan l-istess distrett tal-baċir idrografiku sa livell li jikkumpensa t-tfixkil tal-kontinwità, li l-impjant tal-enerġija idroelettrika ppjanat jista’ jikkawża. Il-kumpens jibda qabel l-eżekuzzjoni tal-proġett.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness (4).

(1)   

L-istandard ISO 14067:2018, Greenhouse gases — Carbon footprint of products — Requirements and guidelines for quantification (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/71206.html).

(2)   

Standard ISO 14064-1:2018, Greenhouse gases — Part 1: Specification with guidance at the organization level for quantification and reporting of greenhouse gas emissions and removals (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/66453.html).

(3)   

Għodda online disponibbli għall-pubbliku żviluppata mill-International Hydropower Association (IHA) f’kollaborazzjoni mal-President tal-UNESCO għat-Tibdil Ambjentali Globali (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.hydropower.org/gres).

(4)   

Il-gwida prattika hija pprovduta fl-avviż tal-Kummissjoni C/2018/2619 “Dokument dwar ir-rekwiżiti għall-enerġija idroelettrika f’rabta mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar in-Natura” (ĠU C 213, 18.6.2018, p. 1).

4.6.    Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-enerġija ġeotermali

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ faċilitajiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku mill-enerġija ġeotermali.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.11 u F42.22 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-enerġija ġeotermali huma inqas minn 100 g CO2e/kWh. L-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġi kkalkolat billi tintuża r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE jew, inkella, billi jintuża l-istandard ISO 14067:2018 jew ISO 14064-1:2018. L-emissjonijiet kwantifikati ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu vverifikati minn parti terza indipendenti.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għat-tħaddim tas-sistemi tal-enerġija ġeotermali b’entalpija għolja, hemm sistemi ta’ tnaqqis adegwati fis-seħħ sabiex jitnaqqsu l-livelli ta’ emissjonijiet sabiex ma tkunx imxekkla l-kisba tal-valuri ta’ limitu tal-kwalità tal-arja stabbiliti fid-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u fid-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 3).

(2)   

Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).

4.7.    Il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn fjuwils gassużi u likwidi mhux fossili rinnovabbli

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ faċilitajiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku bl-użu ta’ fjuwils gassużi u likwidi ta’ oriġini rinnovabbli. Din l-attività ma tinkludix il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-użu esklussiv ta’ bijogass u ta’ fjuwils bijolikwidi (ara t-Taqsima 4.8 ta’ dan l-Anness).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.11 u F42.22 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  L-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-ġenerazzjoni tal-elettriku bl-użu tal-fjuwils gassużi u likwidi rinnovabbli huma inqas minn 100 g CO2e/kWh.

L-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu kkalkolati fuq il-bażi ta’ data speċifika għall-proġetti, fejn tkun disponibbli, billi tintuża r-Rakkomandazzjoni 2013/179/UE jew, inkella, billi jintuża l-istandard ISO 14067:2018 (1) jew ISO 14064-1:2018 (2).

L-emissjonijiet kwantifikati ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu vverifikati minn parti terza indipendenti.

2.  Meta l-faċilitajiet jinkorporaw xi forma ta’ tnaqqis (inkluż il-qbid tad-diossidu tal-karbonju jew l-użu ta’ fjuwils dekarbonizzati), dik l-attività ta’ tnaqqis tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima rilevanti ta’ dan l-Anness, fejn applikabbli.

Fejn is-CO2 li altrimenti jiġi rrilaxxat mill-proċess ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku jinqabad għall-fini ta’ ħżin taħt l-art, is-CO2 jiġi ttrasportat u jinħażen taħt l-art, f’konformità mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti fit-Taqsimiet 5.11 u 5.12 ta’ dan l-Anness.

3.  L-attività tissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)  matul il-kostruzzjoni, jiġi installat tagħmir tal-kejl għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet fiżiċi, bħat-tnixxija ta’ metan, jew jiġi introdott programm ta’ detezzjoni u ta’ tiswija tat-tnixxijiet;

(b)  matul it-tħaddim, jiġi rrapportat il-kejl fiżiku tal-emissjonijiet tal-metan u t-tnixxija tiġi eliminata.

4.  Fejn l-attività tħallat fjuwils gassużi jew likwidi rinnovabbli ma’ bijogass jew ma’ bijolikwidi, il-bijomassa agrikola użata għall-produzzjoni tal-bijogass jew tal-bijolikwidi tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 29, tad-Direttiva (UE) 2018/2001 filwaqt li l-bijomassa tal-foresti tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 6 u 7 tal-Artikolu 29 ta’ dik id-Direttiva.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-impjanti kbar tal-kombustjoni (3). Ma hemm ebda effett transmedjali sinifikanti.

Sabiex il-konklużjonijiet dwar il-BAT għal impjanti kbar tal-kombustjoni jkunu japplikaw għal impjanti tal-kombustjoni b’input termiku akbar minn 1 MW iżda anqas mil-limiti, l-emissjonijiet ikunu anqas mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-parti 2 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

L-istandard ISO 14067:2018, Greenhouse gases — Carbon footprint of products — Requirements and guidelines for quantification (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/71206.html).

(2)   

Standard ISO 14064-1:2018, Greenhouse gases — Part 1: Specification with guidance at the organization level for quantification and reporting of greenhouse gas emissions and removals (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/66453.html).

(3)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1442 tal-31 ta’ Lulju 2017 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-impjanti kbar tal-kombustjoni (ĠU L 212, 17.8.2017, p. 1).

(4)   

Id-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji (ĠU L 313, 28.11.2015, p. 1).

4.8.    Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-bijoenerġija

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku esklussivament mill-bijomassa, il-bijogass jew il-bijolikwidi, minbarra l-ġenerazzjoni tal-elettriku mit-taħlit ta’ fjuwils rinnovabbli ma’ bijogass jew ma’ bijolikwidi (ara t-Taqsima 4.7 ta’ dan l-Anness).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi D35.11 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Il-bijomassa agrikola użata fl-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Il-bijomassa tal-foresti użata fl-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 6 u 7 tal-Artikolu 29 ta’ dik id-Direttiva.

2.  L-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu tal-bijomassa jilħaq minimu ta’ 80 % fir-rigward tal-metodoloġija ta’ ffrankar ta’ GHG u tal-komparatur tal-fjuwils fossili relattiv stabbilit fl-Anness VI tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

3.  Meta l-installazzjonijiet ikunu jiddependu fuq id-diġestjoni anaerobika ta’ materjal organiku, il-produzzjoni tad-diġestat tissodisfa l-kriterji fit-Taqsima 5.6 u l-kriterji 1 u 2 tat-Taqsima 5.7 ta’ dan l-Anness, kif applikabbli.

4.  Il-punti 1 u 2 ma japplikawx għal installazzjonijiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku b’input termiku nominali totali ta’ anqas minn 2 MW u li jużaw fjuwils tal-bijomassa gassużi.

5.  Għal installazzjonijiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku b’input termiku nominali totali minn 50 sa 100 MW, l-attività tapplika teknoloġija tal-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja, jew, għal installazzjonijiet tal-elettriku biss, l-attività tissodisfa livell ta’ effiċjenza enerġetika assoċjat mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għal impjanti kbar tal-kombustjoni (1).

6.  Għal installazzjonijiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku b’input termiku nominali totali ta’ aktar minn 100 MW, l-attività tikkonforma ma’ wieħed jew aktar minn fost dawn il-kriterji li ġejjin:

(a)  tikseb effiċjenza elettrika minima ta’ 36 %;

(b)  tapplika teknoloġija ta’ CHP (sħana u potenza kombinati) b’effiċjenza għolja kif imsemmija fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

(c)  tuża teknoloġija għall-qbid u għall-ħżin tad-diossidu tal-karbonju. Fejn is-CO2 li altrimenti jiġi rrilaxxat mill-proċess ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku jinqabad għall-fini ta’ ħżin taħt l-art, is-CO2 jiġi ttrasportat u jinħażen taħt l-art, f’konformità mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti fit-Taqsimiet 5.11 u 5.12, rispettivament, ta’ dan l-Anness.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għal installazzjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fil-konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-impjanti kbar tal-kombustjoni (4). Ma hemm ebda effett transmedjali sinifikanti.

Sabiex il-konklużjonijiet dwar il-BAT għal impjanti kbar tal-kombustjoni jkunu japplikaw għal impjanti tal-kombustjoni b’input termiku akbar minn 1 MW iżda anqas mil-limiti, l-emissjonijiet ikunu anqas mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-parti 2 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

Għal impjanti f’żoni jew f’partijiet ta’ żoni mhux konformi mal-valuri ta’ limitu għall-kwalità tal-arja stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE, ikunu implimentati miżuri li jnaqqsu l-livelli ta’ emissjonijiet b’kunsiderazzjoni tar-riżultati tal-iskambju ta’ informazzjoni (5) li jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafi 9 u 10 tal-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

Għad-diġestjoni anaerobika tal-materjal organiku, fejn id-diġestat prodott jintuża bħala fertilizzant jew bħala tejjieb tal-ħamrija, b’mod dirett jew inkella wara l-kompostjar jew kwalunkwe trattament ieħor, huwa jissodisfa r-rekwiżiti għall-materjali ta’ fertilizzazzjoni stabbiliti fil-Kategoriji tal-Materjali Komponenti (CMC) 4 u 5 fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009 jew fir-regoli nazzjonali dwar il-fertilizzanti jew it-tejjieba tal-ħamrija għal użu agrikolu.

Għal impjanti tad-diġestjoni anaerobika li jittrattaw aktar minn 100 tunnellata kull jum, l-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti għat-trattament anaerobiku tal-iskart fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart (6). Ma hemm ebda effett transmedjali sinifikanti.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2017/1442.

(2)   

Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(3)   

Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(4)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2017/1442.

(5)   

Ir-rapport finali dwar it-teknoloġija li jirriżulta mill-iskambju ta’ informazzjoni mal-Istati Membri, mal-industriji kkonċernati u mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi fih informazzjoni teknika dwar l-aqwa tekniki disponibbli użati fl-impjanti tal-kombustjoni medji sabiex jitnaqqsu l-impatti ambjentali tagħhom, u fuq il-livelli ta’ emissjonijiet li jistgħu jinkisbu bl-aqwa teknoloġiji disponibbli u emerġenti u l-ispejjeż relatati (verżjoni tal-4.6.2021: https://circabc.europa.eu/ui/group/06f33a94-9829-4eee-b187-21bb783a0fbf/library/9a99a632-9ba8-4cc0-9679-08d929afda59/details).

(6)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1147 tal-10 ta’ Awwissu 2018 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart, skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 208, 17.8.2018, p. 38).

4.9.    It-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim tas-sistemi ta’ trażmissjoni li jittrasportaw l-elettriku fuq is-sistema interkonnessa ta’ vultaġġ għoli supplimentari u ta’ vultaġġ għoli.

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim tas-sistemi ta’ distribuzzjoni li jittrasportaw l-elettriku fuq sistemi ta’ distribuzzjoni ta’ vultaġġ għoli, ta’ vultaġġ medju u ta’ vultaġġ baxx.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.12 u D35.13 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija hija attività ta’ faċilitazzjoni f’konformità mal-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin:

1.  L-infrastruttura jew it-tagħmir ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni huwa f’sistema tal-elettriku li tikkonforma ma’ tal-anqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)  is-sistema hija s-sistema Ewropea interkonnessa, jiġifieri ż-żoni ta’ kontroll interkonnessi tal-Istati Membri, tan-Norveġja, tal-Iżvizzera u tar-Renju Unit, u s-sistemi subordinati tagħha;

(b)  aktar minn 67 % tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni li għadha kif tiġi attivata fis-sistema tkun anqas mill-valur ta’ limitu tal-ġenerazzjoni ta’ 100 g CO2e/kWh imkejjel fuq bażi taċ-ċiklu tal-ħajja f’konformità mal-kriterji dwar il-ġenerazzjoni tal-elettriku, fuq perjodu kontinwu ta’ ħames snin;

(c)  il-fattur medju ta’ emissjonijiet tal-grilja tas-sistema, ikkalkolat bħala l-emissjonijiet annwali totali mill-ġenerazzjoni tal-enerġija konnessa mas-sistema, diviż bil-produzzjoni tal-elettriku netta annwali totali f’dik-sistema, huwa anqas mill-valur ta’ limitu ta’ 100 g CO2e/kWh imkejjel fuq bażi taċ-ċiklu tal-ħajja f’konformità mal-kriterji dwar il-ġenerazzjoni tal-elettriku, fuq perjodu kontinwu ta’ ħames snin;

L-infrastruttura ddedikata għall-ħolqien ta’ konnessjoni diretta jew għall-espansjoni ta’ konnessjoni diretta eżistenti bejn substazzjon jew network u impjant tal-produzzjoni tal-enerġija li huwa aktar intensiv f’termini ta’ gassijiet serra minn 100 g CO2e/kWh imkejla fuq bażi taċ-ċiklu tal-ħajja, mhijiex eliġibbli.

L-installazzjoni ta’ infrastruttura ta’ kejl li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-sistemi ta’ kejl intelliġenti tal-Artikolu 20 tad-Direttiva (UE) 2019/944 mhijiex eliġibbli.

2.  L-attività hija waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ konnessjoni diretta, jew l-espansjoni ta’ konnessjoni diretta eżistenti, ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju taħt il-valur ta’ limitu ta’ 100 g CO2e/kWh imkejjel fuq bażi taċ-ċiklu tal-ħajja għal substazzjon jew għal network;
(b)  il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ stazzjonijiet għall-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi (EV) u li jappoġġaw l-infrastruttura elettrika għall-eletrifikazzjoni tat-trasport, soġġetti għall-konformità mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar skont it-Taqsima dwar it-trasport ta’ dan l-Anness; ►M2  
(c)  l-installazzjoni ta’ transformers ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Grad 2 (l-1 ta’ Lulju 2021) stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 548/2014 u, għal transformers b’potenza medja bl-ogħla vultaġġ għal tagħmir li ma jaqbiżx is-36 kV, mar-rekwiżiti dwar il-livell AA0 fuq telf mingħajr tagħbija stabbiliti fl-istandard EN 50588-1 (2);  ◄
(d)  il-kostruzzjoni/l-installazzjoni u t-tħaddim ta’ tagħmir u ta’ infrastruttura meta l-objettiv ewlieni jkun żieda fil-ġenerazzjoni jew fl-użu tal-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli;
(e)  l-installazzjoni ta’ tagħmir sabiex jiżdiedu l-kontrollabbiltà u l-osservabbiltà tas-sistema tal-elettriku u sabiex ikunu permessi l-iżvilupp u l-integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, inklużi:
(i)  sensuri u għodod tal-kejl (inklużi sensuri meteoroloġiċi għat-tbassir tal-produzzjoni rinnovabbli);
(ii)  il-komunikazzjoni u l-kontroll (li jinkludu software avvanzat u kmamar tal-kontroll, awtomatizzazzjoni tas-substazzjonijiet jew tal-alimentaturi, u kapaċitajiet ta’ kontroll tal-vultaġġ bħala adattament għal infeed rinnovabbli aktar deċentralizzat).
(f)  l-installazzjoni ta’ tagħmir bħal, iżda mhux limitat għal, sistemi futuri ta’ kejl intelliġenti jew dawk li jissostitwixxu sistemi ta’ kejl intelliġenti f’konformità mal-Artikolu 19(6) tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 20 tad-Direttiva (UE) 2019/944, li jistgħu jġorru informazzjoni lill-utenti għat-teħid ta’ azzjoni mill-bogħod fuq il-konsum, inklużi ċentri tad-data tal-klijenti;
(g)  il-kostruzzjoni/l-installazzjoni ta’ tagħmir li jippermetti l-iskambju ta’ elettriku rinnovabbli b’mod speċifiku bejn l-utenti;
(h)  il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ interkonnetturi bejn is-sistemi ta’ trażmissjoni, dment li waħda mis-sistema tkun eliġibbli.

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

(a)  il-perjodu kontinwu ta’ ħames snin użat fid-determinazzjoni tal-konformità mal-valuri ta’ limitu huwa bbażat fuq ħames snin storiċi konsekuttivi, inkluża s-sena li għaliha tkun disponibbli l-aktar data riċenti;

(b)  “sistema” tfisser iż-żona ta’ kontroll tal-enerġija tan-network ta’ trażmissjoni jew ta’ distribuzzjoni fejn tiġi installata l-infrastruttura jew it-tagħmir;

(c)  is-sistemi ta’ trażmissjoni jistgħu jinkludu l-kapaċità ta’ ġenerazzjoni konnessa ma’ sistemi ta’ distribuzzjoni subordinati;

(d)  is-sistemi ta’ distribuzzjoni subordinati għal sistema ta’ trażmissjoni li titqies li tkun fuq trajettorja għal dekarbonizzazzjoni sħiħa jistgħu wkoll jitqiesu li jkunu fuq trajettorja lejn dekarbonizzazzjoni sħiħa;

(e)  sabiex tiġi ddeterminata l-eliġibbiltà, huwa possibbli li tiġi kkunsidrata sistema li tkopri diversi żoni ta’ kontroll li jkunu interkonnessi u bi skambji tal-enerġija sinifikanti bejniethom, f’liema każ jintuża l-fattur ta’ emissjonijiet medju ponderat fost iż-żoni ta’ kontroll inklużi kollha, u s-sistemi subordinati individwali ta’ trażmissjoni jew ta’ distribuzzjoni f’dik is-sistema ma jkunux meħtieġa li juru l-eliġibbiltà b’mod separat;

(f)  huwa possibbli li sistema ssir ineliġibbli minkejja li fl-imgħoddi kienet eliġibbli. F’sistemi li jsiru ineliġibbli, l-ebda attività ġdida ta’ trażmissjoni jew ta’ distribuzzjoni ma tkun eliġibbli minn dak iż-żmien ’il quddiem, sakemm is-sistema terġa’ ssir konformi mal-livell limitu (ħlief għal dawk l-attivitajiet li dejjem ikunu eliġibbli, ara aktar ’il fuq). L-attivitajiet f’sistemi subordinati jistgħu jibqgħu eliġibbli, meta dawn is-sistemi subordinati jissodisfaw il-kriterji ta’ din it-Taqsima;

(g)  konnessjoni diretta jew espansjoni ta’ konnessjoni diretta eżistenti għal impjanti tal-produzzjoni tinkludi infrastruttura li tkun indispensabbli għall-ġarr tal-elettriku assoċjat mill-faċilità għall-ġenerazzjoni tal-enerġija lejn substazzjon jew lejn in- network..

Il-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Pjan għall-immaniġġjar tal-iskart huwa fis-seħħ u jiżgura użu mill-ġdid jew riċiklaġġ massimu fi tmiem il-ħajja f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali mas-sħab tal-immaniġġjar tal-iskart, kif rifless fi projezzjonijiet finanzjarji jew f’dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġett.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Linji ta’ vultaġġ għoli fuq l-art:

(a)  għal attivitajiet f’siti ta’ kostruzzjoni, l-attivitajiet isegwu l-prinċipji tal-IFC General Environmental, Health, and Safety Guidelines (4).

(b)  l-attivitajiet jirrispettaw in-normi u r-regolamenti applikabbli sabiex jillimitaw l-impatt tar-radjazzjoni elettromanjetika fuq is-saħħa tal-bniedem, inkluż għal attivitajiet imwettqa fl-Unjoni, ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-limitazzjoni tal-esponiment tal-pubbliku ġenerali għal kampi elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz) (5) u għal attivitajiet imwettqa f’pajjiżi terzi, il-Linji Gwida tal-1998 tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni mir-Radjazzjoni Mhux Jonizzanti (ICNIRP) (6).

Attivitajiet li ma jużawx bifenili poliklorinati, PCBs.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness (7).

(1)   

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 548/2014 tal-21 ta’ Mejju 2014 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ transformers tal-elettriku ta’ qawwa żgħira, medja u għolja (ĠU L 152, 22.5.2014, p. 1).

(2)   

CEI EN 50588-1 Transformers b’potenza medja 50 Hz, bl-ogħla vultaġġ għal tagħmir li ma jaqbiżx is-36 kV.

(3)   

Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158/125, 14.6.2019),

(4)   

Environmental, Health, and Safety (EHS) Guidelines tat-30 ta’ April 2007 (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.ifc.org/wps/wcm/connect/29f5137d-6e17-4660-b1f9-02bf561935e5/Final%2B-%2BGeneral%2BEHS%2BGuidelines.pdf?MOD=AJPERES&CVID=jOWim3p).

(5)   

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni tal-esponiment tal-pubbliku ġenerali għal kampi elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz) (1999/519/KE) (ĠU L 199, 30.7.1999, p. 59).

(6)   

ICNIRP 1998 Guidelines for limiting exposure to time-varying electric, magnetic and electromagnetic fields (up to 300 ghz) (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.icnirp.org/cms/upload/publications/ICNIRPemfgdl.pdf).

(7)   

Gwida prattika għall-implimentazzjoni ta’ dan il-kriterju tinsab fl-avviż tal-Kummissjoni Ewropea C(2018)2620 “L-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-Enerġija u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar in-Natura” (ĠU C 213, 18.6.2018, p. 62).

4.10.    Il-ħżin tal-elettriku

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet li jaħżnu l-elettriku u jirritornawh aktar tard fil-forma ta’ elettriku. L-attività tinkludi l-ħżin ippompjat tal-enerġija idroelettrika.

Fejn attività ekonomika tkun element integrali tal-“Installazzjoni, manutenzjoni u tiswija ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli” kif imsemmija fit-Taqsima 7.6 ta’ dan l-Anness, japplikaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsima 7.6.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija ma għandhom l-ebda kodiċi tal-NACE dedikat kif imsemmi fil-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija hija attività ta’ faċilitazzjoni f’konformità mal-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività hija l-kostruzzjoni u t-tħaddim tal-ħżin tal-elettriku inkluż il-ħżin ippompjat tal-enerġija idroelettrika.

Fejn l-attività tinkludi l-ħżin tal-enerġija kimika, il-mezz tal-ħżin (bħall-idroġenu jew l-ammonijaka) jikkonforma mal-kriterji għall-manifattura tal-prodott korrispondenti speċifikat fit-Taqsimiet 3.7 sa 3.17 ta’ dan l-Anness. Fil-każ tal-użu tal-idroġenu bħala ħżin tal-elettriku, fejn l-idroġenu jissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsima 3.10 ta’ dan l-Anness, l-elettrifikazzjoni mill-ġdid tal-idroġenu titqies ukoll bħala parti mill-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Fil-każ tal-ħżin ippompjat tal-enerġija idroelettrika mhux konness ma’ sors ta’ ilma ġieri, l-attività tikkonforma mal-kriterji stipulati fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

Fil-każ tal-ħżin ippompjat tal-enerġija idroelettrika konness ma’ sors ta’ ilma ġieri, l-attività tikkonforma mal-kriterji tal-prinċipju DNSH għall-użu sostenibbli u għall-protezzjoni tal-ilma u tar-riżorsi tal-baħar speċifikati fit-Taqsima 4.5 (Il-produzzjoni tal-elettriku mill-enerġija idroelettrika).

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Pjan għall-immaniġġjar tal-iskart huwa fis-seħħ u jiżgura użu mill-ġdid jew riċiklaġġ massimu fi tmiem il-ħajja f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali mas-sħab tal-immaniġġjar tal-iskart, kif rifless fi projezzjonijiet finanzjarji jew f’dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġett.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

4.11.    Il-ħżin tal-enerġija termali

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet li jaħżnu l-enerġija termali u jirritornawha aktar tard fil-forma ta’ enerġija termali jew ta’ vetturi tal-enerġija oħrajn.

Fejn attività ekonomika tkun element integrali tal-“Installazzjoni, manutenzjoni u tiswija ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli” kif imsemmija fit-Taqsima 7.6 ta’ dan l-Anness, japplikaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsima 7.6.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija ma għandhom l-ebda kodiċi tal-NACE dedikat kif imsemmi fil-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija hija attività ta’ faċilitazzjoni f’konformità mal-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività taħżen l-enerġija termali, inklużi l-Ħżin tal-Enerġija Termali Taħt l-Art (UTES) jew il-Ħżin tal-Enerġija Termali tal-Akwiferi (ATES).

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Għall-Ħżin tal-Enerġija Termali fl-Akwiferi, l-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Pjan għall-immaniġġjar tal-iskart huwa fis-seħħ u jiżgura użu mill-ġdid, manifattura mill-ġdid jew riċiklaġġ massimu fi tmiem il-ħajja, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali mas-sħab tal-immaniġġjar tal-iskart, kif rifless fi projezzjonijiet finanzjarji jew f’dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġett.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

4.12.    Il-ħżin tal-idroġenu

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet li jaħżnu l-idroġenu u jirritornawh aktar tard.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija ma għandhom l-ebda kodiċi tal-NACE dedikat f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija hija attività ta’ faċilitazzjoni f’konformità mal-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività hija waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  il-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet għall-ħżin tal-idroġenu;

(b)  il-konverżjoni tal-faċilitajiet eżistenti tal-ħżin tal-gass taħt l-art f’faċilitajiet tal-ħżin dedikati għall-ħżin tal-idroġenu;

(c)  it-tħaddim ta’ faċilitajiet għall-ħżin tal-idroġenu fejn l-idroġenu maħżun fil-faċilità jissodisfa l-kriterji għall-manifattura tal-idroġenu stabbiliti fit-Taqsima 3.10. ta’ dan l-Anness.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Pjan għall-immaniġġjar tal-iskart huwa fis-seħħ u jiżgura użu mill-ġdid, manifattura mill-ġdid jew riċiklaġġ massimu fi tmiem il-ħajja, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali mas-sħab tal-immaniġġjar tal-iskart, kif rifless fi projezzjonijiet finanzjarji jew f’dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġett.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Fil-każ ta’ ħżin ta’ aktar minn ħames tunnellati, l-attività tikkonforma mad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).

4.13.    Il-manifattura ta’ bijogass u ta’ bijofjuwils għall-użu fit-trasport u ta’ bijolikwidi

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura ta’ bijogass jew ta’ bijofjuwils għall-użu fit-trasport u ta’ bijolikwidi.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi D35.21 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Il-bijomassa agrikola użata għall-manifattura tal-bijogass jew tal-bijofjuwils għall-użu fit-trasport jew għall-manifattura tal-bijolikwidi tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Il-bijomassa forestali użata għall-manifattura tal-bijogass jew tal-bijofjuwils għall-użu fit-trasport u għall-manifattura tal-bijolikwidi tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 6 u 7 tal-Artikolu 29 ta’ dik id-Direttiva.

L-għelejjel tal-ikel u tal-għalf ma jintużawx għall-manifattura ta’ bijofjuwils għall-użu fit-trasport jew għall-manifattura tal-bijolikwidi.

2.  L-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-manifattura ta’ bijofjuwils jew ta’ bijogass għall-użu fit-trasport u mill-manifattura tal-bijolikwidi jilħaq minimu ta’ 65 % fir-rigward tal-metodoloġija ta’ ffrankar ta’ GHG u tal-komparatur tal-fjuwils fossili relattiv stabbilit fl-Anness V tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

3.  Meta l-manifattura tal-bijogass tkun tiddependi fuq id-diġesjoni anaerobika ta’ materjal organiku, il-produzzjoni tad-diġestat tissodisfa l-kriterji fit-Taqsima 5.6 u l-kriterji 1 u 2 tat-Taqsima 5.7 ta’ dan l-Anness, kif applikabbli.

4.  Fejn is-CO2 li altrimenti jiġi rrilaxxat mill-proċess ta’ manifattura jinqabad għall-fini ta’ ħżin taħt l-art, is-CO2 jiġi ttrasportat u jinħażen taħt l-art, f’konformità mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti fit-Taqsimiet 5.11 u 5.12 ta’ dan l-Anness.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għall-produzzjoni tal-bijogass, tiġi applikata kopertura li ma tnixxix gass fuq il-ħżin tad-diġestat.

Għal impjanti tad-diġestjoni anaerobika li jittrattaw aktar minn 100 tunnellata kull jum, l-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti għat-trattament anaerobiku tal-iskart fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart (1). Ma hemm ebda effett transmedjali sinifikanti.

Fil-każ ta’ diġestjoni anaerobika tal-materjal organiku, fejn id-diġestat prodott jintuża bħala fertilizzant jew bħala tejjieb tal-ħamrija, b’mod dirett jew inkella wara l-kompostjar jew kwalunkwe trattament ieħor, huwa jissodisfa r-rekwiżiti għall-materjali ta’ fertilizzazzjoni stabbiliti fil-Kategoriji tal-Materjali Komponenti (CMC) 4 u 5 għad-diġestat jew CMC 3 għall-kompost, skont kif ikun applikabbli, fl-Anness II tar-Regolament UE 2019/1009 jew fir-regoli nazzjonali dwar il-fertilizzanti jew it-tejjieba tal-ħamrija għal użu agrikolu.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2018/1147.

4.14.    In-networks ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni għal gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju

Deskrizzjoni tal-attività

Il-konverżjoni, l-adattament jew il-modifika retroattiva tan-networks tal-gass għat-trażmissjoni u għad-distribuzzjoni ta’ gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju.

Il-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ piplines ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni dedikati għat-trasport tal-idroġenu jew ta’ gassijiet oħra b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.22, F42.21 u H49.50 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  L-attività tikkonsisti f’waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  il-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ networks ġodda ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni dedikati għall-idroġenu jew għal gassijiet oħra b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju;

(b)  il-konverżjoni/l-adattament mill-ġdid tan-networks tal-gass naturali eżistenti għal 100 % idroġenu;

(c)  il-modifika retroattiva tan-networks ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni tal-gass li jippermetti l-integrazzjoni tal-idroġenu u ta’ gassijiet oħrajn b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fin-netwerk, inkluża kwalunkwe attività ta’ network ta’ trażmissjoni jew ta’ distribuzzjoni tal-gass, li tippermetti ż-żieda tat-taħlita ta’ idroġenu jew ta’ gassijiet oħra b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fis-sistema tal-gass;

2.  L-attività tinkludi d-detezzjoni u t-tiswija ta’ tnixxijiet f’pipelines eżistenti tal-gass u f’elementi oħrajn tan-network sabiex titnaqqas it-tnixxija ta’ metan.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Fannijiet, kumpressuri, pompi u tagħmir ieħor użat u kopert bid-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jikkonformaw, fejn rilevanti, ma’ rekwiżiti tal-aqwa klassi tat-tikketta tal-enerġija, u mar-regolamenti ta’ implimentazzjoni skont dik id-Direttiva u jirrappreżentaw l-aqwa teknoloġija disponibbli.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).

4.15.    Id-distribuzzjoni tat-tisħin/tat-tkessiħ distrettwali

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, ir-rikondizzjonar u t-tħaddim tal-pipelines u tal-infrastruttura assoċjata għad-distribuzzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ, li jintemmu fis-substazzjon jew fl-iskambjatur tas-sħana.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi D35.30 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)  għall-kostruzzjoni u għat-tħaddim tal-pipelines u tal-infrastruttura assoċjata għad-distribuzzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ, is-sistema tissodisfa d-definizzjoni ta’ sistemi effiċjenti ta’ tisħin u ta’ tkessiħ distrettwali stabbilita fil-punt 41 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(b)  għar-rikondizzjonar tal-pipelines u tal-infrastruttura assoċjata għad-distribuzzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ, l-investiment li jallinja s-sistema mad-definizzjoni ta’ tisħin jew ta’ tkessiħ distrettwali effiċjenti stabbilita fil-punt 41 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE jibda fi ħdan perjodu ta’ tliet snin kif sostnut minn obbligu kuntrattwali jew ekwivalenti fil-każ ta’ operaturi inkarigati kemm mill-ġenerazzjoni kif ukoll min-network;

(c)  l-attività hija fost dawn li ġejjin:

(i)  modifika ta’ reġimi ta’ temperatura inferjuri;

(ii)  sistemi pilota avvanzati (sistemi ta’ kontroll u ta’ ġestjoni tal-enerġija, Internet tal-Oġġetti).

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Fannijiet, kumpressuri, pompi u tagħmir ieħor użat u kopert bid-Direttiva 2009/125/KE jikkonformaw, fejn rilevanti, ma’ rekwiżiti tal-aqwa klassi tat-tikketta tal-enerġija, u jikkonformaw ukoll mar-regolamenti ta’ implimentazzjoni skont dik id-Direttiva u jirrappreżentaw l-aqwa teknoloġija disponibbli.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

4.16.    L-installazzjoni u t-tħaddim ta’ pompi elettriċi tas-sħana

Deskrizzjoni tal-attività

L-installazzjoni u t-tħaddim ta’ pompi elettriċi tas-sħana.

Fejn attività ekonomika tkun element integrali tal-“Installazzjoni, manutenzjoni u tiswija ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli” kif imsemmija fit-Taqsima 7.6 ta’ dan l-Anness, japplikaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsima 7.6.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.30 u F43.22 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-installazzjoni u t-tħaddim ta’ pompi elettriċi tas-sħana jikkonformaw maż-żewġ kriterji li ġejjin:

(a)  livell limitu ta’ refriġerant: Potenzjal ta’ Tisħin Globali ma jaqbiżx is-675;

(b)  ir-rekwiżiti dwar l-effiċjenza enerġetika stabbiliti fir-regolamenti ta’ implimentazzjoni (1) skont id-Direttiva 2009/125/KE huma ssodisfati.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tagħmir u ta’ komponenti b’durabilità u b’riċikabilità għoljin u li huma faċli li jiġu żarmati u rikondizzjonati, u tużahom.

Pjan għall-immaniġġjar tal-iskart huwa fis-seħħ u jiżgura użu mill-ġdid, manifattura mill-ġdid jew riċiklaġġ massimu fi tmiem il-ħajja, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali mas-sħab tal-immaniġġjar tal-iskart, kif rifless fi projezzjonijiet finanzjarji jew f’dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġett.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għal pompi tas-sħana mill-arja għall-arja b’kapaċità nominali ta’ 12-il kW jew anqas, il-livelli ta’ potenza tal-ħoss fuq ġewwa u fuq barra huma anqas mil-limitu stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2012 (2).

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2012 tas-6 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali (ĠU L 72, 10.3.2012, p. 7), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 tat-2 ta’ Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 136) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2281 tat-30 ta’ Novembru 2016 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti tat-tisħin tal-arja, għall-prodotti tat-tkessiħ, għaċ-ċillers ta’ proċessi ta’ temperatura għolja u għall-fannijiet konvetturi (ĠU L 346, 20.12.2016, p. 1).

(2)   

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2012 tas-6 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali (ĠU L 72, 10.3.2012, p. 7).

4.17.    Il-koġenerazzjoni ta’ tisħin/tkessiħ u ta’ enerġija mill-enerġija solari

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet li jikkoġeneraw l-elettriku u tisħin/tkessiħ mill-enerġija solari.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.11 u D35.30 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonsisti fil-koġenerazzjoni (1) tal-elettriku u tat-tisħin/tkessiħ mill-enerġija solari.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tagħmir u ta’ komponenti b’durabilità u b’riċikabilità għoljin u li huma faċli li jiġu żarmati u rikondizzjonati, u tużahom.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Il-koġenerazzjoni hija definita fil-punt 30 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE.

4.18.    Il-koġenerazzjoni tat-tisħin/tkessiħ u ta’ enerġija mill-enerġija ġeotermali

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet li jikkoġeneraw it-tisħin/tkessiħ u l-enerġija mill-enerġija ġeotermali.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.11 u D35.30 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-ġenerazzjoni kombinata tat-tisħin/tkessiħ u ta’ enerġija (1) mill-enerġija ġeotermali huma inqas minn 100 g CO2e għal kull 1 kWh ta’ output tal-enerġija fil-ġenerazzjoni kombinata.

L-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu kkalkolati fuq il-bażi ta’ data speċifika għall-proġetti, fejn tkun disponibbli, billi tintuża r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE jew, inkella, billi jintuża l-istandard ISO 14067:2018 jew ISO 14064-1:2018.

L-emissjonijiet kwantifikati ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu vverifikati minn parti terza indipendenti.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għat-tħaddim ta’ sistemi tal-enerġija ġeotermali b’entalpija għolja, hemm sistemi adegwati ta’ tnaqqis fis-seħħ sabiex ma jiġix imfixkel l-ilħuq tal-valuri ta’ limiti dwar il-kwalità tal-arja stabbiliti fid-Direttivi 2004/107/KE u 2008/50/KE.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Il-koġenerazzjoni hija definita fil-punt 30 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE.

4.19.    Il-koġenerazzjoni ta’ tisħin/tkessiħ u ta’ enerġija minn fjuwils gassużi u likwidi rinnovabbli mhux fossili

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tas-sħana/tat-tkessiħ u tal-enerġija kkombinati li jużaw fjuwils gassużi u likwidi ta’ oriġini rinnovabbli. Din l-attività ma tinkludix il-koġenerazzjoni tas-sħana/tal-kesħa u tal-enerġija mill-użu esklussiv ta’ bijogass u ta’ fjuwils bijolikwidi (ara t-Taqsima 4.20 ta’ dan l-Anness)

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.11 u D35.30 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  L-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-koġenerazzjoni tat-tisħin/tkessiħ u ta’ enerġija (1) mill-fjuwils gassużi u likwidi rinnovabbli huma inqas minn 100 g CO2e għal kull 1 kWh ta’ output tal-enerġija mill-koġenerazzjoni.

L-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu kkalkolati fuq il-bażi ta’ data speċifika għall-proġetti, fejn tkun disponibbli, billi tintuża r-Rakkomandazzjoni 2013/179/UE jew, inkella, billi jintuża l-istandard ISO 14067:2018 (2) jew ISO 14064-1:2018 (3).

L-emissjonijiet kwantifikati ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu vverifikati minn parti terza indipendenti.

2.  Meta l-faċilitajiet jinkorporaw xi forma ta’ tnaqqis (inkluż il-qbid tad-diossidu tal-karbonju jew l-użu ta’ fjuwils dekarbonizzati), dik l-attività ta’ tnaqqis tikkonforma mat-Taqsimiet rilevanti ta’ dan l-Anness, fejn applikabbli.

Fejn is-CO2 li altrimenti jiġi rrilaxxat mill-proċess ta’ koġenerazzjoni jinqabad għall-fini ta’ ħżin taħt l-art, is-CO2 jiġi ttrasportat u jinħażen taħt l-art, f’konformità mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti fit-Taqsimiet 5.11 u 5.12 ta’ dan l-Anness.

3.  L-attività tissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)  matul il-kostruzzjoni, jiġi installat tagħmir tal-kejl għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet fiżiċi, bħat-tnixxija ta’ metan, jew jiġi introdott programm ta’ detezzjoni u ta’ tiswija tat-tnixxijiet;

(b)  matul it-tħaddim, jiġi rrapportat il-kejl fiżiku tal-emissjonijiet tal-metan u t-tnixxija tiġi eliminata.

4.  Fejn l-attività tħallat fjuwils gassużi jew likwidi rinnovabbli ma’ bijogass jew ma’ bijolikwidi, il-bijomassa agrikola użata għall-produzzjoni tal-bijogass jew tal-bijolikwidi tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 29, tad-Direttiva (UE) 2018/2001 filwaqt li l-bijomassa tal-foresti tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 6 u 7 tal-Artikolu 29 ta’ dik id-Direttiva.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-impjanti kbar tal-kombustjoni (4). Ma hemm ebda effett transmedjali sinifikanti.

Sabiex il-konklużjonijiet dwar il-BAT għal impjanti kbar tal-kombustjoni jkunu japplikaw għal impjanti tal-kombustjoni b’input termiku akbar minn 1 MW iżda anqas mil-limiti, l-emissjonijiet ikunu anqas mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-parti 2 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Il-koġenerazzjoni hija definita fil-punt 30 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE.

(2)   

L-istandard ISO 14067:2018, Greenhouse gases — Carbon footprint of products — Requirements and guidelines for quantification (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/71206.html).

(3)   

Standard ISO 14064-1:2018, Greenhouse gases — Part 1: Specification with guidance at the organization level for quantification and reporting of greenhouse gas emissions and removals (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/66453.html).

(4)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2017/1442.

4.20.    Il-koġenerazzjoni ta’ tisħin/tkessiħ u ta’ enerġija mill-bijoenerġija

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ installazzjonijiet użati għall-koġenerazzjoni tas-sħana/tat-tkessiħ u tal-enerġija esklussivament mill-bijomassa, mill-bijogass jew mill-bijolikwidi, u bl-esklużjoni tal-koġenerazzjoni mit-taħlit tal-fjuwils rinnovabbli mal-bijogass jew mal-bijolikwidi (ara t-Taqsima 4.19 ta’ dan l-Anness).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.11 u D35.30 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Il-bijomassa agrikola użata fl-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Il-bijomassa tal-foresti użata fl-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 6 u 7 tal-Artikolu 29 ta’ din id-Direttiva.

2.  L-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu tal-bijomassa fl-installazzjonijiet ta’ koġenerazzjoni jilħaq minimu ta’ 80 % fir-rigward tal-metodoloġija ta’ ffrankar ta’ GHG u tal-komparatur tal-fjuwils fossili stabbilit fl-Anness VI tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

3.  Meta l-installazzjonijiet tal-koġenerazzjoni jkunu jiddependu fuq id-diġestjoni anaerobika ta’ materjal organiku, il-produzzjoni tad-diġestat tissodisfa l-kriterji fit-Taqsima 5.6 u l-kriterji 1 u 2 tat-Taqsima 5.7 ta’ dan l-Anness, kif applikabbli.

4.  Il-punti 1 u 2 ma japplikawx għal installazzjonijiet għall-koġenerazzjoni b’input termiku nominali totali ta’ anqas minn 2 MW u li jużaw fjuwils tal-bijomassa gassużi.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għal installazzjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE, l-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-impjanti kbar tal-kombustjoni (1), filwaqt li jiġi żgurat fl-istess ħin li ma jkun hemm l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

Sabiex il-konklużjonijiet dwar il-BAT għal impjanti kbar tal-kombustjoni jkunu japplikaw għal impjanti tal-kombustjoni b’input termiku akbar minn 1 MW iżda anqas mil-limiti, l-emissjonijiet ikunu anqas mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-parti 2 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

Għal impjanti f’żoni jew f’partijiet ta’ żoni mhux konformi mal-valuri ta’ limitu għall-kwalità tal-arja stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE, huma kkunsidrati r-riżultati tal-iskambju ta’ informazzjoni (2) li jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafi 9 u 10 tal-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

Fil-każ ta’ diġestjoni anaerobika tal-materjal organiku, fejn id-diġestat prodott jintuża bħala fertilizzant jew bħala tejjieb tal-ħamrija, b’mod dirett jew inkella wara l-kompostjar jew kwalunkwe trattament ieħor, huwa jissodisfa r-rekwiżiti għall-materjali ta’ fertilizzazzjoni stabbiliti fil-Kategoriji tal-Materjali Komponenti (CMC) 4 u 5 fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009 jew fir-regoli nazzjonali dwar il-fertilizzanti jew it-tejjieba tal-ħamrija għal użu agrikolu.

Għal impjanti tad-diġestjoni anaerobika li jittrattaw aktar minn 100 tunnellata kull jum, l-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti għat-trattament anaerobiku tal-iskart fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart (3). Ma hemm ebda effett transmedjali sinifikanti.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2017/1442.

(2)   

Ir-rapport finali dwar it-teknoloġija li jirriżulta mill-iskambju ta’ informazzjoni mal-Istati Membri, mal-industriji kkonċernati u mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi fih informazzjoni teknika dwar l-aqwa tekniki disponibbli użati fl-impjanti tal-kombustjoni medji sabiex jitnaqqsu l-impatti ambjentali tagħhom, u fuq il-livelli ta’ emissjonijiet li jistgħu jinkisbu bl-aqwa teknoloġiji disponibbli u emerġenti u l-ispejjeż relatati (verżjoni tal-4.6.2021: https://circabc.europa.eu/ui/group/06f33a94-9829-4eee-b187-21bb783a0fbf/library/9a99a632-9ba8-4cc0-9679-08d929afda59/details).

(3)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2018/1147.

4.21.    Il-produzzjoni ta’ tisħin/tkessiħ mit-tisħin termali solari

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet li jipproduċu tisħin/tkessiħ minn teknoloġija ta’ tisħin termali solari.

Fejn attività ekonomika tkun element integrali tal-“Installazzjoni, manutenzjoni u tiswija ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli” kif imsemmija fit-Taqsima 7.6 ta’ dan l-Anness, japplikaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsima 7.6.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi D35.30 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tipproduċi tisħin/tkessiħ billi tuża t-tisħin termali solari.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tagħmir u ta’ komponenti b’durabilità u b’riċikabilità għoljin u li huma faċli li jiġu żarmati u rikondizzjonati, u tużahom.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

4.22.    Il-produzzjoni ta’ tisħin/tkessiħ mill-enerġija ġeotermali

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ faċilitajiet li jipproduċu tisħin/tkessiħ mill-enerġija ġeotermali.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi D35.30 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-ġenerazzjoni tat-tisħin/tkessih mill-enerġija ġeotermali huma inqas minn 100 g CO2e/kWh.

L-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu kkalkolati fuq il-bażi ta’ data speċifika għall-proġetti, fejn tkun disponibbli, billi tintuża r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE jew, inkella, billi jintuża l-istandard ISO 14067:2018 jew ISO 14064-1:2018.

L-emissjonijiet kwantifikati ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu vverifikati minn parti terza indipendenti.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għat-tħaddim ta’ sistemi tal-enerġija ġeotermali b’entalpija għolja, hemm sistemi adegwati ta’ tnaqqis fis-seħħ sabiex ma jiġix imfixkel l-ilħuq tal-valuri ta’ limiti dwar il-kwalità tal-arja stabbiliti fid-Direttivi 2004/107/KE u 2008/50/KE.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

4.23.    Il-produzzjoni ta’ tisħin/tkessiħ minn fjuwils gassużi u likwidi rinnovabbli mhux fossili

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-sħana li jipproduċu tisħin/tkessiħ bl-użu ta’ fjuwils gassużi u likwidi ta’ oriġini rinnovabbli. Din l-attività ma tinkludix il-produzzjoni tat-tisħin/tat-tkessiħ mill-użu esklussiv ta’ bijogass u ta’ fjuwils bijolikwidi (ara t-Taqsima 4.24 ta’ dan l-Anness).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi D35.30 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  L-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-ġenerazzjoni ta’ tisħin/tkessiħ bl-użu tal-fjuwils gassużi u likwidi rinnovabbli huma inqas minn 100 g CO2e/kWh.

L-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu kkalkolati fuq il-bażi ta’ data speċifika għall-proġetti, fejn tkun disponibbli, billi tintuża r-Rakkomandazzjoni 2013/179/UE jew, inkella, billi jintuża l-istandard ISO 14067:2018 (1) jew ISO 14064-1:2018 (2).

L-emissjonijiet kwantifikati ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu vverifikati minn parti terza indipendenti.

2.  Meta l-faċilitajiet jinkorporaw xi forma ta’ tnaqqis (inkluż il-qbid tad-diossidu tal-karbonju jew l-użu ta’ fjuwils dekarbonizzati), dik l-attività ta’ tnaqqis tikkonforma mat-Taqsimiet rilevanti ta’ dan l-Anness, fejn applikabbli.

Fejn is-CO2 li altrimenti jiġi rrilaxxat mill-proċess ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku jinqabad għall-fini ta’ ħżin taħt l-art, is-CO2 jiġi ttrasportat u jinħażen taħt l-art, f’konformità mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti fit-Taqsimiet 5.11 u 5.12 ta’ dan l-Anness.

3.  L-attività tissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)  matul il-kostruzzjoni, jiġi installat tagħmir tal-kejl għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet fiżiċi, bħat-tnixxija ta’ metan, jew jiġi introdott programm ta’ detezzjoni u ta’ tiswija tat-tnixxijiet;

(b)  matul it-tħaddim, jiġi rrapportat il-kejl fiżiku tal-emissjonijiet tal-metan u t-tnixxija tiġi eliminata.

4.  Fejn l-attività tħallat fjuwils gassużi jew likwidi rinnovabbli ma’ bijogass jew ma’ bijolikwidi, il-bijomassa agrikola użata għall-produzzjoni tal-bijogass jew tal-bijolikwidi tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 29, tad-Direttiva (UE) 2018/2001 filwaqt li l-bijomassa tal-foresti tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 6 u 7 tal-Artikolu 29 ta’ dik id-Direttiva.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-impjanti kbar tal-kombustjoni (3). Ma hemm ebda effett transmedjali sinifikanti.

Sabiex il-konklużjonijiet dwar il-BAT għal impjanti kbar tal-kombustjoni jkunu japplikaw għal impjanti tal-kombustjoni b’input termiku akbar minn 1 MW iżda anqas mil-limiti, l-emissjonijiet ikunu anqas mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-parti 2 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

L-istandard ISO 14067:2018, Greenhouse gases — Carbon footprint of products — Requirements and guidelines for quantification (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/71206.html).

(2)   

Standard ISO 14064-1:2018, Greenhouse gases — Part 1: Specification with guidance at the organization level for quantification and reporting of greenhouse gas emissions and removals (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/66453.html).

(3)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2017/1442.

4.24.    Il-produzzjoni ta’ tisħin/tkessiħ mill-bijoenerġija

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet li jipproduċu s-sħana/t-tkessiħ esklussivament mill-bijomassa, mill-bijogass jew mill-bijolikwidi, u bl-esklużjoni tal-produzzjoni tat-tisħin/tat-tkessiħ mit-taħlit ta’ fjuwils rinnovabbli mal-bijogass jew mal-bijolikwidi (ara t-Taqsima 4.23 ta’ dan l-Anness.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi D35.30 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Il-bijomassa agrikola użata fl-attività għall-produzzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Il-bijomassa tal-foresti użata fl-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 6 u 7 tal-Artikolu 29 ta’ dik id-Direttiva.

2.  L-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu tal-bijomassa jilħaq minimu ta’ 80 % fir-rigward tal-metodoloġija ta’ ffrankar ta’ GHG u tal-komparatur tal-fjuwils fossili relattiv stabbilit fl-Anness VI tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

3.  Meta l-installazzjonijiet ikunu jiddependu fuq id-diġestjoni anaerobika ta’ materjal organiku, il-produzzjoni tad-diġestat tissodisfa l-kriterji fit-Taqsima 5.6 u l-kriterji 1 u 2 tat-Taqsima 5.7 ta’ dan l-Anness, kif applikabbli.

4.  Il-punti 1 u 2 ma japplikawx għal installazzjonijiet għall-ġenerazzjoni tat-tisħin b’input termiku nominali totali ta’ anqas minn 2 MW u li jużaw fjuwils tal-bijomassa gassużi.

Il-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għal installazzjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE, l-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-impjanti kbar tal-kombustjoni (1), filwaqt li jiġi żgurat fl-istess ħin li ma jkun hemm l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

Sabiex il-konklużjonijiet dwar il-BAT għal impjanti kbar tal-kombustjoni jkunu japplikaw għal impjanti tal-kombustjoni b’input termiku akbar minn 1 MW iżda anqas mil-limiti, l-emissjonijiet ikunu anqas mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-parti 2 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

Għal impjanti f’żoni jew f’partijiet ta’ żoni mhux konformi mal-valuri ta’ limitu għall-kwalità tal-arja stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE huma kkunsidrati r-riżultati tal-iskambju ta’ informazzjoni (2) li jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafi 9 u 10 tal-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

Għad-diġestjoni anaerobika tal-materjal organiku, fejn id-diġestat prodott jintuża bħala fertilizzant jew bħala tejjieb tal-ħamrija, b’mod dirett jew inkella wara l-kompostjar jew kwalunkwe trattament ieħor, huwa jissodisfa r-rekwiżiti għall-materjali ta’ fertilizzazzjoni stabbiliti fil-Kategoriji tal-Materjali Komponenti (CMC) 4 u 5 fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009 jew fir-regoli nazzjonali dwar il-fertilizzanti jew it-tejjieba tal-ħamrija għal użu agrikolu.

Għal impjanti tad-diġestjoni anaerobika li jittrattaw aktar minn 100 tunnellata kull jum, l-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti għat-trattament anaerobiku tal-iskart fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart (3). Ma hemm ebda effett transmedjali sinifikanti.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2017/1442.

(2)   

Ir-rapport finali dwar it-teknoloġija li jirriżulta mill-iskambju ta’ informazzjoni mal-Istati Membri, mal-industriji kkonċernati u mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi fih informazzjoni teknika dwar l-aqwa tekniki disponibbli użati fl-impjanti tal-kombustjoni medji sabiex jitnaqqsu l-impatti ambjentali tagħhom, u fuq il-livelli ta’ emissjonijiet li jistgħu jinkisbu bl-aqwa teknoloġiji disponibbli u emerġenti u l-ispejjeż relatati (verżjoni tal-4.6.2021: https://circabc.europa.eu/ui/group/06f33a94-9829-4eee-b187-21bb783a0fbf/library/9a99a632-9ba8-4cc0-9679-08d929afda59/details).

(3)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2018/1147.

4.25.    Il-produzzjoni ta’ tisħin/tkessiħ bl-użu tas-sħana mormija

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet li jipproduċu tisħin/tkessiħ bl-użu tas-sħana mormija.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi D35.30 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tipproduċi tisħin/tkessiħ mis-sħana mormija.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tagħmir u ta’ komponenti b’durabilità u b’riċikabilità għoljin u li huma faċli li jiġu żarmati u rikondizzjonati, u tużahom.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Pompi u t-tip ta’ tagħmir użat, li huwa kopert mit-tikkettar dwar l-Ekodisinn u l-Enerġija, jikkonformaw, fejn rilevanti, mar-rekwiżiti tal-ogħla klassi tat-tikketta tal-enerġija stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/1369, u mar-regolamenti ta’ implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE u jirrappreżentaw l-aqwa teknoloġija disponibbli.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

▼M1

4.26.    Stadji prekummerċjali ta’ teknoloġiji avvanzati għall-produzzjoni tal-enerġija minn proċessi nukleari bi skart minimu miċ-ċiklu tal-fjuwil

Deskrizzjoni tal-attività

Ir-riċerka, l-iżvilupp, id-dimostrazzjoni u l-użu ta’ faċilitajiet innovattivi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, liċenzjati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, li jipproduċu enerġija minn proċessi nukleari bi skart minimu miċ-ċiklu tal-fjuwil.

L-attività hija klassifikata taħt il-kodiċijiet NACE M72 u M72.1 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija tkun attività tranżitorja kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Il-kriterji ġenerali li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” (Do no significant harm, “DNSH”)

1. Il-proġett relatat mal-attività ekonomika (“il-proġett”) ikun jinsab fi Stat Membru li jikkonforma ma’ dan kollu li ġej:

(a) 

l-Istat Membru jkun ittraspona kompletament id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom ( 22 ) u d-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom ( 23 );

(b) 

l-Istat Membru jkun konformi mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (it-“Trattat Euratom”) u mal-leġiżlzzjoni adottata fuqu, b’mod partikolari d-Direttiva 2009/71/Euratom, id-Direttiva 2011/70/Euratom u d-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom ( 24 ), kif ukoll il-liġi ambjentali applikabbli tal-Unjoni adottata skont l-Artikolu 192 TFUE, b’mod partikolari d-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 25 ) u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 26 );

(c) 

l-Istat Membru jkollu fis-seħħ, mid-data tal-approvazzjoni tal-proġett, fond għall-ġestjoni tal-iskart radjuattiv u fond għad-dekummissjonar nukleari li jistgħu jiġu kkombinati;

(d) 

l-Istat Membru jkun wera li se jkollu riżorsi disponibbli fi tmiem il-ħajja utli stmata tal-impjant tal-enerġija nukleari li jikkorrispondu għall-ispiża stmata tal-ġestjoni tal-iskart radjuattiv u d-dekummissjonar f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/851/Euratom ( 27 );

(e) 

l-Istat Membru jkollu faċilitajiet operattivi għar-rimi finali tal-iskart radjuattiv kollu ta’ livell baxx ħafna, baxx u intermedju, li jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 41 tat-Trattat Euratom jew l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 2587/1999, u inklużi fil-programm nazzjonali aġġornat skont id-Direttiva 2011/70/Euratom;

(f) 

l-Istat Membru jkollu pjan dokumentat b’passi ddettaljati biex jopera sal-2050 faċilità tar-rimi għall-iskart radjuattiv ta’ livell għoli li jiddeskrivi dan kollu li ġej:

(i) 

il-kunċetti jew il-pjanijiet u s-soluzzjonijiet tekniċi għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv mill-ġenerazzjoni sar-rimi;

(ii) 

il-kunċetti jew il-pjanijiet għall-perjodu ta’ wara l-għeluq ta’ ħajjet il-faċilità tar-rimi, inkluż il-perjodu li matulu jseħħu l-kontrolli xierqa u l-mezzi li għandhom jintużaw biex l-għarfien ta’ dik il-faċilità jiġi ppreservat fuq terminu itwal;

(iii) 

ir-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tal-pjan u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jiġi mmonitorjat il-progress tiegħu;

(iv) 

il-valutazzjonijiet tal-ispejjeż u l-iskemi ta’ finanzjament.

Għall-finijiet tal-punt (f), l-Istati Membri jistgħu jużaw pjanijiet imfassla bħala parti mill-programm nazzjonali kif meħtieġ mill-Artikoli 11 u 12 tad-Direttiva 2011/70/Euratom.

2. Il-proġett huwa parti minn programm ta’ riċerka ffinanzjat mill-Unjoni jew il-proġett ikun ġie nnotifikat lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 41 tat-Trattat Euratom jew mal-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 2587/1999, skont liema minn dawn id-dispożizzjonijiet tkun applikabbli, il-Kummissjoni tkun tat l-opinjoni tagħha dwaru f’konformità mal-Artikolu 43 tat-Trattat Euratom, u l-kwistjonijiet kollha msemmija fl-opinjoni, b’rilevanza għall-applikazzjoni tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, u tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima jkunu ġew indirizzati b’mod sodisfaċenti.

3. L-Istat Membru kkonċernat intrabat li jagħti rendikont lill-Kummissjoni kull ħames snin, għal kull proġett, dwar dan kollu li ġej:

(a) 

l-adegwatezza tar-riżorsi akkumulati msemmija fil-punt 1(c);

(b) 

il-progress reali fl-implimentazzjoni tal-pjan imsemmi fil-punt 1(f).

Fuq il-bażi tar-rapporti, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-adegwatezza tar-riżorsi akkumulati tal-fond għall-ġestjoni tal-iskart radjuattiv u tal-fond għad-dekummissjonar nukleari msemmija fil-punt 1(c) u l-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan dokumentat imsemmi fil-punt 1(f) u tista’ tindirizzalu, lill-Istat Membru kkonċernat, opinjoni.

4. L-attività tikkonforma mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi l-leġiżlazzjoni msemmija fil-punt 1(a) u (b), inkluż fir-rigward tal-evalwazzjoni, b’mod partikolari permezz ta’ testijiet tal-istress, tar-reżiljenza tal-impjanti tal-enerġija nukleari li jinsabu fit-territorju tal-Unjoni kontra perikli naturali estremi, inklużi t-terremoti. Bl-istess mod, l-attività sseħħ fit-territorju ta’ Stat Membru fejn l-operatur ta’ installazzjoni nukleari:

(a) 

ikun ippreżenta dimostrazzjoni tas-sikurezza nukleari, li l-ambitu u l-livell ta’ dettall tagħha jkunu proporzjonali għad-daqs potenzjali u n-natura tal-periklu rilevanti għall-installazzjoni nukleari u s-sit tagħha (l-Artikolu 6, il-punt (b), tad-Direttiva 2009/71/Euratom);

(b) 

ikun ħa miżuri ta’ difiża fil-fond biex jiżgura, inter alia, li l-impatt ta’ perikli esterni estremi, kemm naturali kif ukoll mhux intenzjonati ta’ oriġini umana, jiġi minimizzat (l-Artikolu 8b(1), il-punt (a) tad-Direttiva 2009/71/Euratom);

(c) 

ikun wettaq valutazzjoni xierqa speċifika għas-sit u għall-installazzjoni meta l-operatur ikkonċernat japplika għal liċenzja biex jibni jew iħaddem impjant tal-enerġija nukleari (l-Artikolu 8c(a) tad-Direttiva 2009/71/Euratom).

5. L-attività tissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/71/Euratom, appoġġata mill-aħħar gwida internazzjonali mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (“International Atomic Energy Agency, IAEA”) u mill-Assoċjazzjoni tar-Regolaturi Nukleari tal-Ewropa tal-Punent (“Western European Nuclear Regulator’s Association, WENRA”), filwaqt li tikkontribwixxi biex tiżdied ir-reżiljenza u l-kapaċità ta’ impjanti tal-enerġija nukleari ġodda u eżistenti biex ilaħħqu ma’ perikli naturali estremi, inklużi għargħar u kundizzjonijiet estremi tat-temp.

6. L-iskart radjuattiv kif imsemmi fil-punt 1(e) u (f), jintrema fl-Istat Membru fejn ikun ġie ġġenerat, sakemm ma jkunx hemm ftehim bejn l-Istat Membru kkonċernat u l-Istat Membru tad-destinazzjoni, kif stabbilit fid-Direttiva 2011/70/Euratom. F’dan il-każ, l-Istat Membru tad-destinazzjoni jrid ikollu programmi ta’ ġestjoni u rimi għall-iskart radjuattiv u faċilità ta’ rimi xierqa li topera f’konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/70/Euratom.

Kriterji oħra li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività għandha l-għan li tiġġenera jew qiegħda tiġġenera l-elettriku bl-użu tal-enerġija nukleari. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra (greenhouse gas, GHG) tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-enerġija nukleari jkunu taħt il-limitu ta’ 100 g CO2e/kWh.

L-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġi kkalkolat billi tintuża r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE jew, inkella, billi jintuża l-istandard ISO 14067:2018 jew ISO 14064-1:2018.

L-emissjonijiet tal-GHG ikkwantifikati tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu vverifikati minn parti terza indipendenti.

Kriterji oħra marbutin mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” (“DNSH”)

(2)  L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

L-attività tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(b), 8b(1), il-punt (a), u l-Artikolu 8c(a) tad-Direttiva 2009/71/Euratom.

L-attività tissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/71/Euratom implimentata skont il-gwida internazzjonali tal-IAEA u tal-WENRA dwar il-perikli naturali estremi, inklużi l-għargħar u l-kundizzjonijiet estremi tat-temp.

▼M2

(3)  Użu sostenibbli u protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

Ir-riskji ta’ degradazzjoni ambjentali relatati mal-preservazzjoni tal-kwalità tal-ilma u mal-prevenzjoni tal-istress idriku huma identifikati u indirizzati, f’konformità ma’ pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma, żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet konċernati rilevanti.

Sabiex jiġu limitati l-anomaliji termali assoċjati mar-rilaxx tas-sħana mormija, l-operaturi ta’ impjanti tal-enerġija nukleari interni jużaw it-tkessiħ idriku b’ċirkwit miftuħ billi jieħdu l-ilma minn xmara jew għadira għandhom jikkontrollaw:

(a)  it-temperatura massima tal-korp idriku riċeventi wara li jitħallat, u

(b)  id-differenza massima fit-temperatura bejn l-ilma tat-tkessiħ mormi u l-korp idriku riċeventi.

Il-kontroll tat-temperatura jiġi implimentat skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja individwali għal operazzjonijiet speċifiċi, fejn applikabbli, jew skont il-valuri ta’ limitu f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

L-attività tikkonforma mal-istandards tal-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali (IFC).

L-attivitajiet nukleari huma operati f’konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2000/60/KE u tad-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom li tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

▼M1

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Pjan għall-ġestjoni tal-iskart kemm radjuattiv u kemm mhux radjuattiv huwa fis-seħħ u jiżgura l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ massimu ta’ dan l-iskart fi tmiem ħajtu f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali mas-sħab tal-ġestjoni tal-iskart, kif muri fi projezzjonijiet finanzjarji jew f’dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġett.

Waqt l-operat u d-dekummissjonar, l-ammont ta’ skart radjuattiv jiġi minimizzat u l-ammont ta’ materjali għar-rilaxx bla restrizzjonijiet jiġi massimizzat skont id-Direttiva 2011/70/Euratom, u f’konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni mir-radjazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2013/59/Euratom.

Hemm fis-seħħ skema ta’ finanzjament biex tiżgura finanzjament adegwat għall-attivitajiet kollha ta’ dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, f’konformità mad-Direttiva 2011/70/Euratom u r-Rakkomandazzjoni 2006/851/Euratom.

Trid titlesta valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali qabel ma jinbena impjant tal-enerġija nukleari, skont id-Direttiva 2011/92/UE. Il-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens meħtieġa jiġu implimentati.

L-elementi rilevanti f’din it-Taqsima huma koperti mir-rapporti tal-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2011/70/Euratom.

(5)  Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet mhux radjuattivi huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-firxiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fil-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (best available techniques, BAT) għall-impjanti kbar tal-kombustjoni. Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

Sabiex il-konklużjonijiet dwar il-BAT għal impjanti kbar tal-kombustjoni jkunu japplikaw għal impjanti tal-enerġija nukleari b’input termiku ta’ akbar minn 1 MW iżda anqas mil-limiti, l-emissjonijiet ikunu anqas mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-parti 2 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

L-iskariki radjuattivi fl-arja, il-korpi tal-ilma u l-art (il-ħamrija) jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-liċenzja individwali għal operazzjonijiet speċifiċi, fejn applikabbli, jew mal-valuri ta’ limitu nazzjonali f’konformità mad-Direttiva 2013/51/Euratom (1) u d-Direttiva 2013/59/Euratom.

Il-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv huma ġestiti b’mod sikur u responsabbli skont id-Direttiva 2011/70/Euratom u d-Direttiva 2013/59/Euratom.

Hemm disponibbli kapaċità adegwata ta’ ħżin temporanju għall-proġett, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali għar-rimi huma fis-seħħ biex jimminimizzaw it-tul ta’ żmien tal-ħżin temporanju, f’konformità mad-dispożizzjoni tad-Direttiva 2011/70/Euratom li tqis il-ħżin tal-iskart radjuattiv, inkluż il-ħżin fit-tul, bħala soluzzjoni temporanja u mhux alternattiva għar-rimi.

(6)  Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

Trid titlesta valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali qabel ma jinbena impjant tal-enerġija nukleari, skont id-Direttiva 2011/92/UE. Il-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens meħtieġa jiġu implimentati.

Għal siti/operazzjonijiet li jinsabu f’żoni sensittivi għall-bijodiversità jew qribhom li probabbilment ikollhom effett sinifikanti fuq iż-żoni sensittivi għall-bijodiversità (inkluż in-network Natura 2000 taż-żoni protetti, is-siti ta’ Wirt Dinji tal-Unesco u ż-Żoni ta’ Bijodiversità Ewlenin, kif ukoll żoni protetti oħrajn), twettqet valutazzjoni xierqa, fejn applikabbli, u fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tagħha ġew implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni meħtieġa.

Is-siti/l-operazzjonijiet ma għandhomx ikunu detrimentali għall-istatus ta’ konservazzjoni ta’ xi ħabitat jew speċi li jinsabu f’żoni protetti.

(1)   

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom tat-22 ta’ Ottubru 2013 li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 296, 7.11.2013, p. 12).

4.27.    Il-kostruzzjoni u t-tħaddim sikur ta’ impjanti tal-enerġija nukleari ġodda, għall-ġenerazzjoni tal-elettriku jew tas-sħana, inkluż għall-produzzjoni tal-idroġenu, bl-użu tal-aħjar teknoloġiji disponibbli

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, l-aqwa teknoloġiji disponibbli tfisser it-teknoloġiji li jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/71/Euratom u li jirrispettaw bis-sħiħ l-aktar parametri tekniċi reċenti tal-istandards tal-IAEA u l-objettivi ta’ Sikurezza u l-Livelli ta’ Referenza tal-WENRA.

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim sikur ta’ installazzjonijiet nukleari ġodda li għalihom l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu ħarġu l-permess tal-bini sal-2045, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, għall-produzzjoni tal-elettriku jew għas-sħana tul il-proċess, inkluż għall-finijiet tat-tisħin distrettwali jew tal-proċessi industrijali bħall-produzzjoni tal-idroġenu (installazzjonijiet nukleari ġodda), kif ukoll it-titjib tas-sikurezza tagħhom.

L-attività hija klassifikata taħt il-kodiċijiet NACE D35.11 u F42.22 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija tkun attività tranżitorja kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Il-kriterji ġenerali li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” (Do no significant harm, “DNSH”)

1. Il-proġett relatat mal-attività ekonomika (“il-proġett”) ikun jinsab fi Stat Membru li jikkonforma ma’ dan kollu li ġej:

(a) 

l-Istat Membru jkun ittraspona kompletament id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom u d-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom;

(b) 

l-Istat Membru jkun konformi mat-Trattat Euratom u mal-leġiżlzzjoni adottata fuqu, b’mod partikolari d-Direttiva 2009/71/Euratom, id-Direttiva 2011/70/Euratom u d-Direttiva 2013/59/Euratom, kif ukoll il-liġi ambjentali applikabbli tal-Unjoni adottata skont l-Artikolu 192 TFUE, b’mod partikolari d-Direttiva 2011/92/UE u d-Direttiva 2000/60/KE;

(c) 

l-Istat Membru jkollu fis-seħħ, mid-data tal-approvazzjoni tal-proġett, fond għall-ġestjoni tal-iskart radjuattiv u fond għad-dekummissjonar nukleari li jistgħu jiġu kkombinati;

(d) 

l-Istat Membru jkun wera li se jkollu riżorsi disponibbli fi tmiem il-ħajja utli stmata tal-impjant tal-enerġija nukleari li jikkorrispondu għall-ispiża stmata tal-ġestjoni tal-iskart radjuattiv u d-dekummissjonar f’konformità mar-Rakkomandazzjoni 2006/851/Euratom;

(e) 

l-Istat Membru jkollu faċilitajiet operattivi għar-rimi finali tal-iskart radjuattiv kollu ta’ livell baxx ħafna, baxx u intermedju, li jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 41 tat-Trattat Euratom jew skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill 2587/1999 u inklużi fil-programm nazzjonali aġġornat skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom;

(f) 

l-Istat Membru jkollu pjan dokumentat bil-passi ddettaljati biex jopera sal-2050 faċilità tar-rimi għall-iskart radjuattiv ta’ livell għoli li jiddeskrivi dan kollu li ġej:

(i) 

il-kunċetti jew il-pjanijiet u s-soluzzjonijiet tekniċi għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv mill-ġenerazzjoni sar-rimi;

(ii) 

il-kunċetti jew il-pjanijiet għall-perjodu ta’ wara l-għeluq ta’ ħajjet il-faċilità tar-rimi, inkluż il-perjodu li matulu jseħħu l-kontrolli xierqa u l-mezzi li għandhom jintużaw biex l-għarfien ta’ dik il-faċilità jiġi ppreservat fuq terminu itwal;

(iii) 

ir-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tal-pjan u l-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin għall-monitoraġġ tal-progress tiegħu;

(iv) 

il-valutazzjonijiet tal-ispejjeż u l-iskemi ta’ finanzjament.

Għall-finijiet tal-punt (f), l-Istati Membri jistgħu jużaw il-pjanijiet imfassla bħala parti mill-programm nazzjonali kif meħtieġ mill-Artikoli 11 u 12 tad-Direttiva 2011/70/Euratom.

2. Il-proġett japplika bis-sħiħ l-aħjar teknoloġija disponibbli u mill-2025 il-fjuwil b’tolleranza għall-aċċidenti. It-teknoloġija hija ċċertifikata u approvata mir-regolatur nazzjonali tas-sikurezza nazzjonali.

3. Il-proġett ikun ġie nnotifikat lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 41 tat-Trattat Euratom jew mal-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill 2587/1999, skont liema minn dawn id-dispożizzjonijiet tkun applikabbli, il-Kummissjoni tkun tat l-opinjoni tagħha dwaru f’konformità mal-Artikolu 43 tat-Trattat Euratom, u l-kwistjonijiet kollha msemmija fl-opinjoni, b’rilevanza għall-applikazzjoni tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, u tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima jkunu ġew indirizzati b’mod sodisfaċenti.

4. L-Istat Membru kkonċernat intrabat li jagħti rendikont lill-Kummissjoni kull ħames snin, għal kull proġett, dwar dan kollu li ġej:

(a) 

l-adegwatezza tar-riżorsi akkumulati msemmija fil-punt 1(c);

(b) 

il-progress reali fl-implimentazzjoni tal-pjan imsemmi fil-punt 1(f).

Fuq il-bażi tar-rapporti, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-adegwatezza tar-riżorsi akkumulati tal-fond għall-ġestjoni tal-iskart radjuattiv u tal-fond għad-dekummissjonar nukleari msemmija fil-punt 1(c) u l-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan dokumentat imsemmi fil-punt 1(f) u tista’ tindirizzalu, lill-Istat Membru kkonċernat, opinjoni.

5. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina mill-2025, u mill-inqas kull 10 snin, il-parametri tekniċi li jikkorrispondu għall-aħjar teknoloġija disponibbli fuq il-bażi tal-valutazzjoni mill-Grupp ta’ Regolaturi Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari (European Nuclear Safety Regulators’ Group, “ENSREG”).

6. L-attività tikkonforma mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi l-leġiżlazzjoni msemmija fil-punt 1(a) u (b), inkluż fir-rigward tal-evalwazzjoni, b’mod partikolari permezz ta’ testijiet tal-istress, tar-reżiljenza tal-impjanti tal-enerġija nukleari li jinsabu fit-territorju tal-Unjoni kontra perikli naturali estremi, inklużi t-terremoti. Bl-istess mod, l-attività sseħħ fit-territorju ta’ Stat Membru fejn l-operatur ta’ installazzjoni nukleari:

(a) 

ikun ippreżenta dimostrazzjoni tas-sikurezza nukleari, li l-ambitu u l-livell ta’ dettall tagħha jkunu proporzjonali għad-daqs potenzjali u n-natura tal-periklu rilevanti għall-installazzjoni nukleari u s-sit tagħha (l-Artikolu 6, il-punt (b), tad-Direttiva 2009/71/Euratom);

(b) 

ta’ perikli naturali esterni estremi u perikli mhux intenzjonati kkawżati mill-bniedem kemm jista’ jkun jitnaqqsu (L-Artikolu 8b(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2009/71/Euratom); ikun ħa l-miżuri ta’ difiża profonda biex jiżgura, fost l-oħrajn, li l-impatt ta’

(c) 

ikun wettaq valutazzjoni xierqa speċifika għas-sit u għall-installazzjoni meta l-operatur ikkonċernat japplika għal liċenzja biex jibni jew iħaddem impjant tal-enerġija nukleari (l-Artikolu 8c(a) tad-Direttiva 2009/71/Euratom).

7. L-attività tissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/71/Euratom, appoġġata mill-aħħar gwida internazzjonali tal-IAEA u tal-WENRA, filwaqt li tikkontribwixxi biex tiżdied ir-reżiljenza u l-kapaċità ta’ impjanti tal-enerġija nukleari ġodda u eżistenti biex ilaħħqu ma’ perikli naturali estremi, inklużi għargħar u kundizzjonijiet estremi tat-temp.

8. L-iskart radjuattiv kif imsemmi fil-punt 1(e) u (f) jintrema fl-Istat Membru fejn ikun ġie ġġenerat, sakemm ma jkunx hemm ftehim bejn l-Istat Membru kkonċernat u l-Istat Membru tad-destinazzjoni, kif stabbilit fid-Direttiva 2011/70/Euratom. F’dan il-każ, l-Istat Membru tad-destinazzjoni jrid ikollu programmi ta’ ġestjoni u rimi għall-iskart radjuattiv u faċilità ta’ rimi xierqa li topera f’konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/70/Euratom.

Kriterji oħra li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tiġġenera l-elettriku bl-użu tal-enerġija nukleari. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra (greenhouse gas, GHG) tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-enerġija nukleari jkunu taħt il-limitu ta’ 100 g CO2e/kWh.

L-iffrankar tal-emissjonijiet tal-GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġi kkalkolat billi tintuża r-Rakkomandazzjoni 2013/179/UE jew, inkella, billi jintuża l-istandard ISO 14067:2018 jew ISO 14064-1:2018.

L-emissjonijiet tal-GHG ikkwantifikati tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu vverifikati minn parti terza indipendenti.

Kriterji oħra marbutin mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” (“DNSH”)

(2)  L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

L-attività tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(b), l-Artikolu 8b(1), il-punt (a), u l-Artikolu 8c(a) tad-Direttiva 2009/71/Euratom.

L-attività tissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/71/Euratom implimentata skont il-gwida internazzjonali tal-IAEA u tal-WENRA dwar il-perikli naturali estremi, inklużi l-għargħar u l-kundizzjonijiet estremi tat-temp.

▼M2

(3)  Użu sostenibbli u protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

Ir-riskji ta’ degradazzjoni ambjentali relatati mal-preservazzjoni tal-kwalità tal-ilma u mal-prevenzjoni tal-istress idriku huma identifikati u indirizzati, f’konformità ma’ pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma, żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet konċernati rilevanti.

Sabiex jiġu limitati l-anomaliji termali assoċjati mar-rilaxx tas-sħana mormija, l-operaturi ta’ impjanti tal-enerġija nukleari interni jużaw it-tkessiħ idriku b’ċirkwit miftuħ billi jieħdu l-ilma minn xmara jew għadira għandhom jikkontrollaw:

(a)  it-temperatura massima tal-korp idriku riċeventi wara li jitħallat, u

(b)  id-differenza massima fit-temperatura bejn l-ilma tat-tkessiħ mormi u l-korp idriku riċeventi.

Il-kontroll tat-temperatura jiġi implimentat skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja individwali għal operazzjonijiet speċifiċi, fejn applikabbli, jew skont il-valuri ta’ limitu f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

L-attività tikkonforma mal-istandards tal-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali (IFC).

L-attivitajiet nukleari huma operati f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE dwar il-korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni tal-ilma tax-xorb u mad-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom li tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

▼M1

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Pjan għall-ġestjoni tal-iskart kemm radjuattiv u kemm mhux radjuattiv huwa fis-seħħ u jiżgura l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ massimu ta’ dan l-iskart fi tmiem ħajtu f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali mas-sħab tal-ġestjoni tal-iskart, kif muri fi projezzjonijiet finanzjarji jew f’dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġett.

Waqt l-operat u d-dekummissjonar, l-ammont ta’ skart radjuattiv jiġi minimizzat u l-ammont ta’ materjali għar-rilaxx bla restrizzjonijiet jiġi massimizzat skont id-Direttiva 2011/70/Euratom, u f’konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni mir-radjazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2013/59/Euratom.

Hemm fis-seħħ skema ta’ finanzjament biex tiżgura finanzjament adegwat għall-attivitajiet kollha ta’ dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, f’konformità mad-Direttiva 2011/70/Euratom u r-Rakkomandazzjoni 2006/851/Euratom.

Trid titlesta valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali qabel ma jinbena impjant tal-enerġija nukleari, skont id-Direttiva 2011/92/UE. Il-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens meħtieġa jiġu implimentati.

L-elementi rilevanti f’din it-Taqsima huma koperti mir-rapporti tal-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2011/70/Euratom.

(5)  Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet mhux radjuattivi huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-firxiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fil-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (best available techniques, BAT) għall-impjanti kbar tal-kombustjoni. Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

Sabiex il-konklużjonijiet dwar il-BAT għal impjanti kbar tal-kombustjoni jkunu japplikaw għal impjanti tal-enerġija nukleari b’input termiku ta’ akbar minn 1 MW iżda anqas mil-limiti, l-emissjonijiet ikunu anqas mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-parti 2 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

L-iskariki radjuattivi fl-arja, il-korpi tal-ilma u l-art (il-ħamrija) jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-liċenzja individwali għal operazzjonijiet speċifiċi, fejn applikabbli, jew mal-valuri ta’ limitu nazzjonali f’konformità mad-Direttiva 2013/51/Euratom u d-Direttiva 2013/59/Euratom.

Il-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv huma ġestiti b’mod sikur u responsabbli skont id-Direttiva 2011/70/Euratom u d-Direttiva 2013/59/Euratom.

Hemm disponibbli kapaċità adegwata ta’ ħżin temporanju għall-proġett, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali għar-rimi huma fis-seħħ biex jimminimizzaw it-tul ta’ żmien tal-ħżin temporanju, f’konformità mad-Direttiva 2011/70/Euratom li tqis il-ħżin tal-iskart radjuattiv, inkluż il-ħżin fit-tul, bħala soluzzjoni temporanja u mhux alternattiva għar-rimi.

(6)  Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

Trid titlesta valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali qabel ma jinbena impjant tal-enerġija nukleari, skont id-Direttiva 2011/92/UE. Il-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens meħtieġa jiġu implimentati.

Għal siti/operazzjonijiet li jinsabu f’żoni sensittivi għall-bijodiversità jew qribhom li probabbilment ikollhom effett sinifikanti fuq iż-żoni sensittivi għall-bijodiversità (inkluż in-network Natura 2000 taż-żoni protetti, is-siti ta’ Wirt Dinji tal-Unesco u ż-Żoni ta’ Bijodiversità Ewlenin, kif ukoll żoni protetti oħrajn), twettqet valutazzjoni xierqa, fejn applikabbli, u fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tagħha ġew implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni meħtieġa.

Is-siti/l-operazzjonijiet ma għandhomx ikunu detrimentali għall-istatus ta’ konservazzjoni ta’ xi ħabitat jew speċi li jinsabu f’żoni protetti.

4.28.    Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-enerġija nukleari f’installazzjonijiet eżistenti

Deskrizzjoni tal-attività

Il-modifika ta’ installazzjonijiet nukleari eżistenti bil-għan li jiġi estiż il-perjodu ta’ tħaddim sikur tal-installazzjonijiet nukleari li jipproduċu l-elettriku jew is-sħana mill-enerġija nukleari (“impjanti tal-enerġija nukleari”), awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sal-2040, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli.

L-attività hija klassifikata taħt il-kodiċijiet NACE D35.11 u F42.22 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija tkun attività tranżitorja kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Il-kriterji ġenerali li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” (Do no significant harm, “DNSH”)

1. Il-proġett relatat mal-attività ekonomika (“il-proġett”) ikun jinsab fi Stat Membru li jikkonforma ma’ dan kollu li ġej:

(a) 

l-Istat Membru jkun ittraspona kompletament id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom u d-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom;

(b) 

l-Istat Membru jkun konformi mat-Trattat Euratom u mal-leġiżlzzjoni adottata fuqu, b’mod partikolari d-Direttiva 2009/71/Euratom, id-Direttiva 2011/70/Euratom u d-Direttiva 2013/59/Euratom, u mal-liġi ambjentali applikabbli tal-Unjoni adottata skont l-Artikolu 192 TFUE, b’mod partikolari d-Direttiva 2011/92/UE u d-Direttiva 2000/60/KE;

(c) 

fond għall-ġestjoni tal-iskart radjuattiv u fond għad-dekummissjonar nukleari li jistgħu jiġu kkombinati; l-Istat Membru jkollu fis-seħħ, mid-data tal-approvazzjoni tal-proġett,

(d) 

l-Istat Membru jkun wera li se jkollu riżorsi disponibbli fi tmiem il-ħajja utli stmata tal-impjant tal-enerġija nukleari li jikkorrispondu għall-ispiża stmata tal-ġestjoni tal-iskart radjuattiv u d-dekummissjonar f’konformità mar-Rakkomandazzjoni 2006/851/Euratom;

(e) 

l-Istat Membru jkollu faċilitajiet operattivi għar-rimi finali tal-iskart radjuattiv kollu ta’ livell baxx ħafna, baxx u intermedju, li jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 41 tat-Trattat Euratom jew skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill 2587/1999 u inklużi fil-programm nazzjonali aġġornat skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom;

(f) 

għall-proġetti awtorizzati wara l-2025, l-Istat Membru jkollu pjan dokumentat bil-passi ddettaljati biex jopera sal-2050 faċilità tar-rimi għall-iskart radjuattiv ta’ livell għoli li jiddeskrivi dan kollu li ġej:

(i) 

il-kunċetti jew il-pjanijiet u s-soluzzjonijiet tekniċi għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv mill-ġenerazzjoni sar-rimi;

(ii) 

il-kunċetti jew il-pjanijiet għall-perjodu ta’ wara l-għeluq ta’ ħajjet il-faċilità tar-rimi, inkluż il-perjodu li matulu jseħħu l-kontrolli xierqa u l-mezzi li għandhom jintużaw biex l-għarfien ta’ dik il-faċilità jiġi ppreservat fuq terminu itwal;

(iii) 

ir-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tal-pjan u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jiġi mmonitorjat il-progress tiegħu;

(iv) 

il-valutazzjonijiet tal-ispejjeż u l-iskemi ta’ finanzjament.

Għall-finijiet tal-punt (f), l-Istati Membri jistgħu jużaw il-pjanijiet imfassla bħala parti mill-programm nazzjonali kif meħtieġ mill-Artikoli 11 u 12 tad-Direttiva 2011/70/Euratom.

2. Il-proġett imtejjeb jimplimenta kull titjib fis-sikurezza raġonevolment prattiku u mill-2025 se jagħmel użu mill-fjuwil b’tolleranza għall-aċċidenti. It-teknoloġija hija ċċertifikata u approvata mir-regolatur nazzjonali tas-sikurezza nazzjonali.

3. Il-proġett ikun ġie nnotifikat lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 41 tat-Trattat Euratom jew mal-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill 2587/1999, skont liema minn dawn id-dispożizzjonijiet tkun applikabbli, il-Kummissjoni tkun tat l-opinjoni tagħha dwaru f’konformità mal-Artikolu 43 tat-Trattat Euratom, u l-kwistjonijiet kollha msemmija fl-opinjoni, b’rilevanza għall-applikazzjoni tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, u tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima jkunu ġew indirizzati b’mod sodisfaċenti.

4. L-Istat Membru kkonċernat intrabat li jagħti rendikont lill-Kummissjoni kull ħames snin, għal kull proġett, dwar dan kollu li ġej:

(a) 

l-adegwatezza tar-riżorsi akkumulati msemmija fil-punt 1(c);

(b) 

il-progress reali fl-implimentazzjoni tal-pjan imsemmi fil-punt 1(f).

Fuq il-bażi tar-rapporti, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-adegwatezza tar-riżorsi akkumulati tal-fond għall-ġestjoni tal-iskart radjuattiv u tal-fond għad-dekummissjonar nukleari msemmija fil-punt 1(c) u l-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan dokumentat imsemmi fil-punt 1(f) u tista’ tindirizzalu, lill-Istat Membru kkonċernat, opinjoni.

5. L-attività tikkonforma mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi l-leġiżlazzjoni msemmija fil-punt 1(a) u (b), inkluż fir-rigward tal-evalwazzjoni, b’mod partikolari permezz ta’ testijiet tal-istress, tar-reżiljenza tal-impjanti tal-enerġija nukleari tal-Unjoni kontra perikli naturali estremi, inklużi t-terremoti. Bl-istess mod, l-attività sseħħ fit-territorju ta’ Stat Membru fejn l-operatur ta’ installazzjoni nukleari:

(a) 

ikun ippreżenta dimostrazzjoni tas-sikurezza nukleari, li l-ambitu u l-livell ta’ dettall tagħha jkunu proporzjonali għad-daqs potenzjali u n-natura tal-periklu rilevanti għall-installazzjoni nukleari u s-sit tagħha (l-Artikolu 6, il-punt (b), tad-Direttiva 2009/71/Euratom);

(b) 

ikun ħa miżuri ta’ difiża fil-fond biex jiżgura, inter alia, li l-impatt ta’ perikli esterni estremi, kemm naturali kif ukoll mhux intenzjonati ta’ oriġini umana, jiġi minimizzat (l-Artikolu 8b(1), il-punt (a) tad-Direttiva 2009/71/Euratom);

(c) 

ikun wettaq valutazzjoni xierqa speċifika għas-sit u għall-installazzjoni meta l-operatur ikkonċernat japplika għal liċenzja biex jibni jew iħaddem impjant tal-enerġija nukleari (l-Artikolu 8c(a) tad-Direttiva 2009/71/Euratom).

6. L-attività tissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/71/Euratom, appoġġata mill-aħħar gwida internazzjonali tal-IAEA u tal-WENRA, filwaqt li tikkontribwixxi biex tiżdied ir-reżiljenza u l-kapaċità ta’ impjanti tal-enerġija nukleari ġodda u eżistenti biex ilaħħqu ma’ perikli naturali estremi, inklużi għargħar u kundizzjonijiet estremi tat-temp.

7. L-iskart radjuattiv imsemmi fil-punt 1(e) u (f) jintrema fl-Istat Membru fejn ikun ġie ġġenerat, sakemm ma jkunx hemm ftehim bejn l-Istat Membru kkonċernat u l-Istat Membru tad-destinazzjoni, kif stabbilit fid-Direttiva 2011/70/Euratom. F’dan il-każ, l-Istat Membru tad-destinazzjoni jrid ikollu programmi ta’ ġestjoni u rimi għall-iskart radjuattiv u faċilità ta’ rimi xierqa li topera f’konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/70/Euratom.

Kriterji oħra li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tiġġenera l-elettriku bl-użu tal-enerġija nukleari. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra (greenhouse gas, GHG) tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-enerġija nukleari jkunu taħt il-limitu ta’ 100 g CO2e/kWh.

L-iffrankar tal-emissjonijiet tal-GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġi kkalkolat billi tintuża r-Rakkomandazzjoni 2013/179/UE jew, inkella, billi jintuża l-istandard ISO 14067:2018 jew ISO 14064-1:2018.

L-emissjonijiet tal-GHG ikkwantifikati tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu vverifikati minn parti terza indipendenti.

Kriterji oħra marbutin mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” (“DNSH”)

(2)  L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

L-attività tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(b), l-Artikolu 8b(1), il-punt (a), u l-Artikolu 8c(a) tad-Direttiva 2009/71/Euratom.

L-attività tissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/71/Euratom implimentata skont il-gwida internazzjonali tal-IAEA u tal-WENRA dwar il-perikli naturali estremi, inklużi l-għargħar u l-kundizzjonijiet estremi tat-temp.

▼M2

(3)  Użu sostenibbli u protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

Ir-riskji ta’ degradazzjoni ambjentali relatati mal-preservazzjoni tal-kwalità tal-ilma u mal-prevenzjoni tal-istress idriku huma identifikati u indirizzati, f’konformità ma’ pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma, żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet konċernati rilevanti.

Sabiex jiġu limitati l-anomaliji termali assoċjati mar-rilaxx tas-sħana mormija, l-operaturi ta’ impjanti tal-enerġija nukleari interni jużaw it-tkessiħ idriku b’ċirkwit miftuħ billi jieħdu l-ilma minn xmara jew għadira għandhom jikkontrollaw:

(a)  it-temperatura massima tal-korp idriku riċeventi wara li jitħallat, u

(b)  id-differenza massima fit-temperatura bejn l-ilma tat-tkessiħ mormi u l-korp idriku riċeventi.

Il-kontroll tat-temperatura jiġi implimentat skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja individwali għal operazzjonijiet speċifiċi, fejn applikabbli, jew skont il-valuri ta’ limitu f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

L-attività tikkonforma mal-istandards tal-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali (IFC).

L-attivitajiet nukleari huma operati f’konformità mamad-Direttiva 2000/60/KE dwar il-korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni tal-ilma tax-xorb u mad-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom li tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

▼M1

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Pjan għall-ġestjoni tal-iskart kemm radjuattiv u kemm mhux radjuattiv huwa fis-seħħ u jiżgura l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ massimu ta’ dan l-iskart fi tmiem ħajtu f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali mas-sħab tal-ġestjoni tal-iskart, kif muri fi projezzjonijiet finanzjarji jew f’dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġett.

Waqt l-operat u d-dekummissjonar, l-ammont ta’ skart radjuattiv jiġi minimizzat u l-ammont ta’ materjali għar-rilaxx bla restrizzjonijiet jiġi massimizzat skont id-Direttiva 2011/70/Euratom, u f’konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni mir-radjazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2013/59/Euratom.

Hemm fis-seħħ skema ta’ finanzjament biex tiżgura finanzjament adegwat għall-attivitajiet kollha ta’ dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, f’konformità mad-Direttiva 2011/70/Euratom u r-Rakkomandazzjoni 2006/851/Euratom.

Trid titlesta valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali qabel ma jinbena impjant tal-enerġija nukleari, skont id-Direttiva 2011/92/UE. Il-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens meħtieġa jiġu implimentati.

L-elementi rilevanti f’din it-Taqsima huma koperti mir-rapporti tal-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2011/70/Euratom.

(5)  Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet mhux radjuattivi huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-firxiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fil-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (best available techniques, BAT) għall-impjanti kbar tal-kombustjoni. Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

Sabiex il-konklużjonijiet dwar il-BAT għal impjanti kbar tal-kombustjoni jkunu japplikaw għal impjanti tal-enerġija nukleari b’input termiku ta’ akbar minn 1 MW iżda anqas mil-limiti, l-emissjonijiet ikunu anqas mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-parti 2 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

L-iskariki radjuattivi fl-arja, il-korpi tal-ilma u l-art (il-ħamrija) jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-liċenzja individwali għal operazzjonijiet speċifiċi, fejn applikabbli, jew mal-valuri ta’ limitu nazzjonali f’konformità mad-Direttiva 2013/51/Euratom u d-Direttiva 2013/59/Euratom.

Il-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv huma ġestiti b’mod sikur u responsabbli skont id-Direttiva 2011/70/Euratom u d-Direttiva 2013/59/Euratom.

Hemm disponibbli kapaċità adegwata ta’ ħżin temporanju għall-proġett, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali għar-rimi huma fis-seħħ biex jimminimizzaw it-tul ta’ żmien tal-ħżin temporanju, f’konformità mad-Direttiva 2011/70/Euratom li tqis il-ħżin tal-iskart radjuattiv, inkluż il-ħżin fit-tul, bħala soluzzjoni temporanja u mhux alternattiva għar-rimi.

(6)  Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

Trid titlesta valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali qabel ma jinbena impjant tal-enerġija nukleari, skont id-Direttiva 2011/92/UE. Il-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens meħtieġa jiġu implimentati.

Għal siti/operazzjonijiet li jinsabu f’żoni sensittivi għall-bijodiversità jew qribhom li probabbilment ikollhom effett sinifikanti fuq iż-żoni sensittivi għall-bijodiversità (inkluż in-network Natura 2000 taż-żoni protetti, is-siti ta’ Wirt Dinji tal-Unesco u ż-Żoni ta’ Bijodiversità Ewlenin, kif ukoll żoni protetti oħrajn), twettqet valutazzjoni xierqa, fejn applikabbli, u fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tagħha ġew implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni meħtieġa.

Is-siti/l-operazzjonijiet ma għandhomx ikunu detrimentali għall-istatus ta’ konservazzjoni ta’ xi ħabitat jew speċi li jinsabu f’żoni protetti.

4.29.    Ġenerazzjoni tal-elettriku minn fjuwils gassużi fossili

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ faċilitajiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku bl-użu ta’ fjuwils gassużi fossili. Din l-attività ma tinkludix il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-użu esklużiv ta’ fjuwils gassużi u likwidi rinnovabbli mhux fossili kif imsemmi fit-Taqsima 4.7 ta’ dan l-Anness u l-bijogass u l-fjuwils bijolikwidi kif imsemmi fit-Taqsima 4.8 ta’ dan l-Anness.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.11 u F42.22 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija tkun attività tranżitorja kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  L-attività tissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)  L-emissjonijiet tal-GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-ġenerazzjoni tal-elettriku bl-użu ta’ fjuwils gassużi fossili huma inqas minn 100 g CO2e/kWh.

L-emissjonijiet tal-GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu kkalkolati fuq il-bażi ta’ data speċifika għall-proġetti, fejn tkun disponibbli, billi tintuża r-Rakkomandazzjoni 2013/179/UE jew, inkella, billi jintuża l-istandard ISO 14067:2018 jew ISO 14064-1:2018.

L-emissjonijiet tal-GHG ikkwantifikati tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu vverifikati minn parti terza indipendenti.

Meta l-faċilitajiet jinkorporaw xi forma ta’ tnaqqis, inkluż il-qbid tad-diossidu tal-karbonju jew l-użu ta’ gassijiet rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, dik l-attività ta’ tnaqqis tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima rilevanti ta’ dan l-Anness, fejn applikabbli.

Meta s-CO2 li altrimenti jiġi rrilaxxat mill-proċess ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku jinqabad għall-fini ta’ ħżin taħt l-art, is-CO2 jiġi ttrasportat u jinħażen taħt l-art, f’konformità mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti fit-Taqsimiet 5.11 u 5.12 ta’ dan l-Anness.

(b)  il-faċilitajiet li għalihom jingħata l-permess għall-bini sal-31 ta’ Diċembru 2030 jikkonformaw ma’ dan kollu li ġej:

(i)  l-emissjonijiet diretti tal-GHG tal-attività jkunu inqas minn 270 g CO2e/kWh tal-output tal-enerġija, jew l-emissjonijiet diretti tal-GHG tal-attività ma jaqbżux il-medja ta’ 550 kg CO2e/kW tal-kapaċità tal-faċilità fuq perjodu ta’ 20 sena;

(ii)  l-enerġija li għandha tiġi sostitwita ma tistax tiġi ġġenerata minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni komparattiva bl-aktar alternattiva rinnovabbli kosteffettiva u teknikament fattibbli għall-istess kapaċità identifikata; ir-riżultat ta’ din il-valutazzjoni komparattiva jiġi ppubblikat u jkun soġġett għall-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati;

(iii)  l-attività tieħu post attività eżistenti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku b’emissjonijiet għoljin li tuża fjuwils fossili solidi jew likwidi;

(iv)  il-kapaċità ta’ produzzjoni installata ġdida ma taqbiżx il-kapaċità tal-faċilità sostitwita b’aktar minn 15 %;

(v)  il-faċilità hija ddisinjata u mibnija biex tuża fjuwils gassużi rinnovabbli u/jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, u l-bidla għall-użu totali ta’ fjuwils gassużi rinnovabbli u/jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju se sseħħ sal-31 ta’ Diċembru 2035, b’impenn u bi pjan verifikabbli approvat mill-korp maniġerjali tal-impriża;

(vi)  is-sostituzzjoni twassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ mill-inqas 55 % ta’ gassijiet b’effett ta’ serra tul il-ħajja tal-kapaċità ta’ produzzjoni installata ġdida;

(vii)  meta l-attività sseħħ fit-territorju ta’ Stat Membru li fih il-faħam jintuża għall-ġenerazzjoni tal-enerġija, dan l-Istat Membru jkun impenja ruħu li jelimina gradwalment l-użu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-faħam u jkun irrapporta dan fil-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima msemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jew f’xi strument ieħor.

Il-konformità mal-kriterji msemmijin fil-punt 1(b) tiġi vverifikata minn parti terza indipendenti. Il-verifikatur terz indipendenti għandu r-riżorsi u l-għarfien espert meħtieġa biex iwettaq din il-verifika. Il-verifikatur terz indipendenti ma jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess mas-sid jew mal-finanzjatur, u ma jkunx involut fl-iżvilupp jew fl-operat tal-attività. Il-verifikatur terz indipendenti jwettaq b’mod diliġenti l-verifika tal-konformità mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku. B’mod partikolari, kull sena l-parti terza indipendenti tippubblika u tibgħat rapport lill-Kummissjoni:

(a)  li jiċċertifika l-livell ta’ emissjonijiet diretti ta’ GHG msemmijin fil-punt 1(b)(i);

(b)  fejn applikabbli, il-valutazzjoni ta’ jekk l-emissjonijiet diretti annwali ta’ GHG tal-attività humiex fuq rotta kredibbli biex jikkonformaw mal-limitu medju fuq l-20 sena msemmijin fil-punt 1(b)(i);

(c)  il-valutazzjoni ta’ jekk l-attività hijiex fuq rotta kredibbli biex tikkonforma mal-punt 1(b)(v).

Meta jwettaq il-valutazzjoni msemmija fil-punt 1(b), il-verifikatur terz indipendenti jqis b’mod partikolari l-emissjonijiet diretti annwali ta’ GHG ppjanati għal kull sena ta’ din ir-rotta, l-emissjonijiet diretti annwali ta’ GHG li seħħew, is-sigħat operattivi ppjanati li seħħew, u l-użu ppjanat u li seħħ ta’ gassijiet rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

Fuq il-bażi tar-rapporti mibgħuta lilha, il-Kummissjoni tista’ tindirizza opinjoni lill-operaturi rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tqis dawn ir-rapporti meta twettaq ir-rieżami msemmi fl-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) 2020/852.

2.  L-attività tissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)  waqt il-kostruzzjoni, jiġi installat tagħmir tal-kejl għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet fiżiċi, bħal dawk mit-tnixxija tal-metan, jew jiġi introdott programm għad-detezzjoni tat-tnixxijiet u għat-tiswija tat-tnixxijiet;

(b)  waqt l-operat, jiġi rrapportat il-kejl fiżiku tal-emissjonijiet u t-tnixxija tiġi eliminata.

3.  Meta l-attività tħallat fjuwils gassużi fossili ma’ bijofjuwils gassużi jew likwidi, il-bijomassa agrikola użata għall-produzzjoni tal-bijofjuwils tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 5 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 filwaqt li l-bijomassa tal-foresti tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 6 u 7 tal-Artikolu 29 ta’ din id-Direttiva.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux Applikabbli

(5)  Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-impjanti kbar tal-kombustjoni.

Ma jseħħ l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

Sabiex il-konklużjonijiet dwar il-BAT għal impjanti kbar tal-kombustjoni jkunu japplikaw għal impjanti tal-kombustjoni b’input termiku akbar minn 1 MW iżda anqas mil-limiti, l-emissjonijiet ikunu anqas mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-parti 2 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

(6)  Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

4.30.    Il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja ta’ sħana/kesħa u enerġija minn fjuwils gassużi fossili

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, ir-rinnovazzjoni, u l-operat ta’ faċilitajiet tal-ġenerazzjoni kkombinata tas-sħana/tal-kesħa u tal-enerġija li jużaw il-fjuwils gassużi fossili. Din l-attività ma tinkludix il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja ta’ sħana/kesħa u enerġija mill-użu esklużiv ta’ fjuwils gassużi u likwidi rinnovabbli mhux fossili msemmijin fit-Taqsima 4.19 ta’ dan l-Anness, u l-bijogass u l-fjuwils bijolikwidi msemmijin fit-Taqsima 4.20 ta’ dan l-Anness.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċijiet NACE D35.11 u D35.30 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija tkun attività tranżitorja kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  L-attività tissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)  l-emissjonijiet tal-GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-koġenerazzjoni tas-sħana/tal-kesħa u ta’ enerġija mill-fjuwils gassużi huma inqas minn 100 g CO2e għal kull 1 kWh ta’ output tal-enerġija mill-koġenerazzjoni.

L-emissjonijiet tal-GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu kkalkolati fuq il-bażi ta’ data speċifika għall-proġetti, fejn tkun disponibbli, billi tintuża r-Rakkomandazzjoni 2013/179/UE jew, inkella, billi jintuża l-istandard ISO 14067:2018 jew ISO 14064-1:2018.

L-emissjonijiet tal-GHG ikkwantifikati tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu vverifikati minn parti terza indipendenti.

Meta l-faċilitajiet jinkorporaw xi forma ta’ tnaqqis, inkluż il-qbid tad-diossidu tal-karbonju jew l-użu ta’ gassijiet rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, din l-attività ta’ tnaqqis tikkonforma mat-Taqsimiet rilevanti ta’ dan l-Anness, fejn applikabbli. Meta s-CO2 li joħroġ mill-ġenerazzjoni tal-elettriku jinqabad, is-CO2 għandu jissodisfa l-limitu tal-emissjonijiet stabbilit fil-punt 1 ta’ din it-Taqsima, is-CO2 għandu jiġi ttrasportat u jinħażen taħt l-art b’mod li jissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għat-trasport tas-CO2 u għall-ħżin tas-CO2 stipulati fit-Taqsimiet 5.11 u 5.12, rispettivament, ta’ dan l-Anness.

(b)  il-faċilitajiet li għalihom jingħata l-permess għall-bini sal-31 ta’ Diċembru 2030 jikkonformaw ma’ dan kollu li ġej:

(i)  l-attività tikseb iffrankar tal-enerġija primarja ta’ mill-inqas 10 % meta mqabbla mar-referenzi għall-produzzjoni separata tas-sħana u tal-elettriku; l-iffrankar tal-enerġija primarja jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-formula pprovduta fid-Direttiva 2012/27/UE;

(ii)  l-emissjonijiet diretti tal-GHG tal-attività huma anqas minn 270 g CO2e/kWh tal-output tal-enerġija;

(iii)  l-enerġija u/jew is-sħana/il-kesħa li għandhom jiġu sostitwiti ma jistgħux jiġu ġġenerati minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni komparattiva bl-aktar alternattiva rinnovabbli kosteffettiva u teknikament fattibbli għall-istess kapaċità identifikata; ir-riżultat ta’ din il-valutazzjoni komparattiva jiġi ppubblikat u jkun soġġett għall-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati;

(iv)  l-attività tissostitwixxi attività eżistenti ta’ ġenerazzjoni kkombinata ta’ sħana/kesħa u ta’ enerġija b’emissjonijiet għoljin, attività separata tal-ġenerazzjoni tas-sħana/tal-kesħa, jew attività separata tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li tuża fjuwils fossili solidi jew likwidi;

(v)  il-kapaċità ta’ produzzjoni installata ġdida ma taqbiżx il-kapaċità tal-faċilità sostitwita;

(vi)  il-faċilità hija ddisinjata u mibnija biex tuża fjuwils gassużi rinnovabbli u/jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, u l-bidla għall-użu totali ta’ fjuwils gassużi rinnovabbli u/jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju se sseħħ sal-31 ta’ Diċembru 2035, b’impenn u bi pjan verifikabbli approvat mill-korp maniġerjali tal-impriża;

(vii)  is-sostituzzjoni twassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ mill-inqas 55 % ta’ gassijiet b’effett ta’ serra għal kull kWh ta’ output tal-enerġija;

(viii)  ir-rinnovazzjoni tal-faċilità ma żżidx il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-faċilità;

(ix)  meta l-attività sseħħ fit-territorju ta’ Stat Membru li fih il-faħam jintuża għall-ġenerazzjoni tal-enerġija, dan l-Istat Membru jkun impenja ruħu li jelimina gradwalment l-użu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-faħam u jkun irrapporta dan fil-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima msemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1999 jew f’xi strument ieħor.

Il-konformità mal-kriterji msemmijin fil-punt 1(b) tiġi vverifikata minn parti terza indipendenti. Il-verifikatur terz indipendenti għandu r-riżorsi u l-għarfien espert meħtieġa biex iwettaq din il-verifika. Il-verifikatur terz indipendenti ma jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess mas-sid jew mal-finanzjatur, u ma jkunx involut fl-iżvilupp jew fl-operat tal-attività. Il-verifikatur terz indipendenti jwettaq b’mod diliġenti l-verifika tal-konformità mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku. B’mod partikolari, kull sena l-parti terza indipendenti tippubblika u tibgħat rapport lill-Kummissjoni:

(a)  li jiċċertifika l-livell ta’ emissjonijiet diretti ta’ GHG msemmijin fil-punt 1(b)(ii);

(b)  li jivvaluta jekk l-attività hijiex fuq rotta kredibbli biex tikkonforma mal-punt 1(b)(vi).

Fuq il-bażi tar-rapporti mibgħuta lilha, il-Kummissjoni tista’ tindirizza opinjoni lill-operaturi kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tqis dawn ir-rapporti meta twettaq ir-rieżami msemmi fl-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) 2020/852.

2.  L-attività tissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)  waqt il-kostruzzjoni, jiġi installat tagħmir tal-kejl għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet fiżiċi, inkluż dawk mit-tnixxija tal-metan, jew jiġi introdott programm għad-detezzjoni tat-tnixxijiet u għat-tiswija tat-tnixxijiet;

(b)  waqt l-operat, jiġi rrapportat il-kejl fiżiku tal-emissjonijiet u kull tnixxija tiġi eliminata.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux Applikabbli

(5)  Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-impjanti kbar tal-kombustjoni.

Ma jseħħ l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

Sabiex il-konklużjonijiet dwar il-BAT għal impjanti kbar tal-kombustjoni jkunu japplikaw għal impjanti tal-kombustjoni b’input termiku akbar minn 1 MW iżda anqas mil-limiti, l-emissjonijiet ikunu anqas mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-parti 2 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

(6)  Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

4.31.    Produzzjoni ta’ sħana/kesħa minn fjuwils gassużi fossili f’sistema effiċjenti ta’ tisħin u ta’ tkessiħ distrettwali

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, ir-rinnovazzjoni u l-operat ta’ faċilitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-sħana li jipproduċu sħana/kesħa bl-użu ta’ fjuwils gassużi fossili konnessi ma’ sistema effiċjenti ta’ tisħin u ta’ tkessiħ distrettwali skont it-tifsira tal-punt (41) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE. Din l-attività ma tinkludix il-produzzjoni ta’ sħana/kesħa f’sistema effiċjenti ta’ tisħin distrettwali mill-użu esklużiv ta’ fjuwils gassużi u likwidi rinnovabbli mhux fossili msemmijin fit-Taqsima 4.23 ta’ dan l-Anness, u l-bijogass u l-fjuwils bijolikwidi msemmijin fit-Taqsima 4.24 ta’ dan l-Anness.

L-attività hija klassifikata taħt il-kodiċi NACE D35.30 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija tkun attività tranżitorja kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  L-attività tissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)  L-emissjonijiet tal-GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-ġenerazzjoni tas-sħana/tal-kesħa minn fjuwils gassużi huma inqas minn 100 g CO2e/kWh. L-iffrankar tal-emissjonijiet tal-GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġi kkalkolat billi tintuża r-Rakkomandazzjoni 2013/179/UE jew, inkella, billi jintuża l-istandard ISO 14067:2018 jew ISO 14064-1:2018.

L-emissjonijiet tal-GHG ikkwantifikati tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu vverifikati minn parti terza indipendenti.

Meta l-faċilitajiet jinkorporaw xi forma ta’ tnaqqis, inkluż il-qbid tad-diossidu tal-karbonju jew l-użu ta’ gassijiet rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, din l-attività ta’ tnaqqis tikkonforma mat-Taqsimiet rilevanti ta’ dan l-Anness, fejn applikabbli. Meta s-CO2 li joħroġ mill-ġenerazzjoni tal-elettriku jinqabad, is-CO2 għandu jissodisfa l-limitu tal-emissjonijiet stabbilit fil-punt 1 ta’ din it-Taqsima u għandu jiġi ttrasportat u jinħażen taħt l-art b’mod li jissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għat-trasport tas-CO2 u għall-ħżin tas-CO2 stipulati fit-Taqsimiet 5.11 u 5.12, rispettivament, ta’ dan l-Anness.

(b)  il-faċilitajiet li għalihom jingħata l-permess għall-bini sal-31 ta’ Diċembru 2030 jikkonformaw ma’ dan kollu li ġej:

(i)  l-enerġija termali ġġenerata mill-attività tintuża f’sistema effiċjenti ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali kif definit fid-Direttiva 2012/27/UE;

(ii)  l-emissjonijiet diretti tal-GHG tal-attività huma anqas minn 270 g CO2e/kWh tal-output tal-enerġija;

(iii)  is-sħana/il-kesħa li għandha tiġi sostitwita ma tistax tiġi ġġenerata minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni komparattiva bl-aktar alternattiva rinnovabbli kosteffettiva u teknikament fattibbli għall-istess kapaċità identifikata; ir-riżultat ta’ din il-valutazzjoni komparattiva jiġi ppubblikat u jkun soġġett għall-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati;

(iv)  l-attività tissostitwixxi attività eżistenti tat-tisħin/tat-tkessiħ b’emissjonijiet għoljin li tuża fjuwil fossili solidu jew likwidu;

(v)  il-kapaċità ta’ produzzjoni installata ġdida ma taqbiżx il-kapaċità tal-faċilità sostitwita;

(vi)  il-faċilità hija ddisinjata u mibnija biex tuża fjuwils gassużi rinnovabbli u/jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, u l-bidla għall-użu totali ta’ fjuwils gassużi rinnovabbli u/jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju se sseħħ sal-31 ta’ Diċembru 2035, b’impenn u bi pjan verifikabbli approvat mill-korp maniġerjali tal-impriża;

(vii)  is-sostituzzjoni twassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ mill-inqas 55 % ta’ gassijiet b’effett ta’ serra għal kull kWh ta’ output tal-enerġija;

(viii)  ir-rinnovazzjoni tal-faċilità ma żżidx il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-faċilità;

(ix)  meta l-attività sseħħ fit-territorju ta’ Stat Membru li fih il-faħam jintuża għall-ġenerazzjoni tal-enerġija, dan l-Istat Membru jkun impenja ruħu li jelimina gradwalment l-użu tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-faħam u jkun irrapporta dan fil-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima msemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1999 jew f’xi strument ieħor.

Il-konformità mal-kriterji msemmijin fil-punt 1(b) tiġi vverifikata minn parti terza indipendenti. Il-verifikatur terz indipendenti għandu r-riżorsi u l-għarfien espert meħtieġa biex iwettaq din il-verifika. Il-verifikatur terz indipendenti ma jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess mas-sid jew mal-finanzjatur, u ma jkunx involut fl-iżvilupp jew fl-operat tal-attività. Il-verifikatur terz indipendenti jwettaq b’mod diliġenti l-verifika tal-konformità mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku. B’mod partikolari, kull sena l-parti terza indipendenti tippubblika u tibgħat rapport lill-Kummissjoni:

(a)  li jiċċertifika l-livell ta’ emissjonijiet diretti ta’ GHG msemmijin fil-punt 1(b)(ii);

(b)  li jivvaluta jekk l-attività hijiex fuq rotta kredibbli biex tikkonforma mal-punt 1(b)(vi).

Fuq il-bażi tar-rapporti mibgħuta lilha, il-Kummissjoni tista’ tindirizza opinjoni lill-operaturi kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tqis dawn ir-rapporti meta twettaq ir-rieżami msemmi fl-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) 2020/852.

2.  L-attività tissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)  waqt il-kostruzzjoni, jiġi installat tagħmir tal-kejl għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet fiżiċi, bħal dawk mit-tnixxija tal-metan, jew jiġi introdott programm għad-detezzjoni tat-tnixxijiet u għat-tiswija tat-tnixxijiet;

(b)  waqt l-operat, jiġi rrapportat il-kejl fiżiku tal-emissjonijiet u kull tnixxija tiġi eliminata.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux Applikabbli

(5)  Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-impjanti kbar tal-kombustjoni.

Ma jseħħ l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

Sabiex il-konklużjonijiet dwar il-BAT għal impjanti kbar tal-kombustjoni jkunu japplikaw għal impjanti tal-kombustjoni b’input termiku akbar minn 1 MW iżda anqas mil-limiti, l-emissjonijiet ikunu anqas mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-parti 2 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

(6)  Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

▼B

5.   PROVVISTA TAL-ILMA, SISTEMA TA’ DRENAĠĠI, IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART U RIMEDJU

5.1.    Il-kostruzzjoni, l-estensjoni u t-tħaddim tas-sistemi ta’ ġbir, ta’ trattament u ta’ provvista tal-ilma

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, l-estensjoni u t-tħaddim tas-sistemi ta’ ġbir, ta’ trattament u ta’ provvista tal-ilma.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari E36.00 u F42.99 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Is-sistema ta’ provvista tal-ilma tikkonforma ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)  il-konsum tal-enerġija medju nett għall-astrazzjoni u għat-trattament huwa ugwali għal 0,5 kWh jew anqas għal kull metru kubu prodott tal-provvista tal-ilma. Il-konsum nett tal-enerġija jista’ jqis miżuri li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija, bħall-kontroll tas-sors (inputs ta’ karga inkwinanti), u, kif xieraq, il-ġenerazzjoni tal-enerġija (bħall-enerġija idrawlika, solari u eolika);

(b)  il-livell ta’ tnixxija jiġi kkalkolat permezz tal-metodu ta’ klassifikazzjoni tal-Indiċi tat-Tnixxija tal-Infrastruttura (ILI) (1) u l-valur ta’ limitu jkun ta’ 1,5 jew anqas, jew jiġi kkalkolat bl-użu ta’ metodu xieraq ieħor u l-valur ta’ limitu jiġi stabbilit f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). ►C1  Dak il-kalkolu għandu jiġi applikat tul il-firxa tan-network (ta’ distribuzzjoni) tal-provvista tal-ilma fejn jitwettqu x-xogħlijiet, jiġifieri fil-livell taż-żona tal-provvista tal-ilma, taż-żona/i ta’ metraġġ separat (DMAs) jew taż-żona/i ta’ ġestjoni tal-pressa (PMAs). ◄

Il-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

L-Indiċi tat-Tnixxija tal-Infrastruttura (ILI) huwa kkalkolat bħala t-telf reali annwali kurrenti (CARL)/it-telf reali annwali inevitabbli (UARL): It-telf reali annwali kurrenti (CARL) jirrappreżenta l-ammont ta’ ilma li fil-fatt jintilef min-network ta’ distribuzzjoni (jiġifieri mhux imwassal lill-utenti finali). It-telf reali annwali inevitabbli (UARL) jieħu f’kunsiderazzjoni li dejjem se jkun hemm xi tnixxija f’network ta’ distribuzzjoni tal-ilma. Il-UARL huwa kkalkolat fuq il-bażi ta’ fatturi bħat-tul tan-network, in-numru ta’ konnessjonijiet tas-servizz u l-pressjoni li biha jopera n-network.

(2)   

Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1).

5.2.    It-tiġdid tas-sistemi ta’ ġbir, ta’ trattament u ta’ provvista tal-ilma

Deskrizzjoni tal-attività

It-tiġdid tas-sistemi ta’ ġbir, ta’ trattament u ta’ provvista tal-ilma li jinkludi t-tiġdid fl-infrastrutturi ta’ ġbir, ta’ trattament u ta’ distribuzzjoni tal-ilma għal ħtiġijiet domestiċi u industrijali. Dan ma jimplika l-ebda tibdil materjali fil-volum tal-fluss miġbur, ittrattat jew fornit.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari E36.00 u F42.99 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

It-tiġdid tas-sistema ta’ provvista tal-ilma jwassal għal effiċjenza enerġetika mtejba f’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)  billi jnaqqas il-konsum medju nett tal-enerġija tas-sistema b’tal-anqas 20 % meta mqabbla mal-prestazzjoni tal-linja bażi proprja fuq medja ta’ tliet snin, inklużi l-astrazzjoni u t-trattament, imkejjel f’kWh għal kull metru kubu prodott tal-provvista tal-ilma;

(b)  billi jitnaqqas id-distakk b’tal-anqas 20 % jew bejn il-livell attwali ta’ tnixxija fuq medja ta’ tliet snin, ikkalkolat bl-użu tal-metodu ta’ klassifikazzjoni tal-Indiċi tat-Tnixxija tal-Infrastruttura (ILI) u ILI ta’ 1,5 (1), jew bejn il-livell attwali ta’ tnixxija fuq medja ta’ tliet snin, ikkalkolat bl-użu ta’ metodu xieraq ieħor, u l-valur ta’ limitu stabbilit f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2020/2184. ►C1  Il-livell attwali ta’ tnixxija fuq medja ta’ tliet snin jiġi kkalkolat fuq il-firxa tan-network (ta’ distribuzzjoni) tal-provvista tal-ilma fejn jitwettqu x-xogħlijiet, jiġifieri għan-network imġedded (ta’ distribuzzjoni) tal-provvista tal-ilma f’żona/i ta’ metraġġ separat (DMAs) jew f’żona/i ta’ ġestjoni tal-pressa (PMAs). ◄

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

L-Indiċi tat-Tnixxija tal-Infrastruttura (ILI) huwa kkalkolat bħala t-telf reali annwali kurrenti (CARL)/it-telf reali annwali inevitabbli (UARL): It-telf reali annwali kurrenti (CARL) jirrappreżenta l-ammont ta’ ilma li fil-fatt jintilef min-network ta’ distribuzzjoni (jiġifieri mhux imwassal lill-utenti finali). It-telf reali annwali inevitabbli (UARL) jieħu f’kunsiderazzjoni li dejjem se jkun hemm xi tnixxija f’network ta’ distribuzzjoni tal-ilma. Il-UARL huwa kkalkolat fuq il-bażi ta’ fatturi bħat-tul tan-network, in-numru ta’ konnessjonijiet tas-servizz u l-pressjoni li biha jopera n-network.

5.3.    Il-kostruzzjoni, l-estensjoni u t-tħaddim tal-ġbir u tat-trattament tal-ilma mormi

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, l-estensjoni u t-tħaddim ta’ sistemi ċentralizzati tal-ilma mormi li jinkludu (network tad-drenaġġ għal) l-ġbir u t-trattament.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari E37.00 u F42.99 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Il-konsum nett tal-enerġija tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi huwa daqs jew anqas minn:

(a)  35 kWh għal kull ekwivalent tal-popolazzjoni (p.e.) fis-sena għal kapaċità tal-impjanti tat-trattament taħt l-10 000  p.e.;

(b)  25 kWh għal kull ekwivalent tal-popolazzjoni (p.e.) fis-sena għal kapaċità tal-impjanti tat-trattament bejn l-10 000  u l-100 000  p.e.;

(c)  20 kWh għal kull ekwivalent tal-popolazzjoni (p.e.) fis-sena għal kapaċità tal-impjanti tat-trattament ta’ aktar minn 100 000  p.e.

Il-konsum nett tal-enerġija tat-tħaddim tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi jista’ jqis miżuri li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija relatati mal-kontroll tas-sors (tnaqqis tal-inputs tal-ilma tal-maltemp jew tal-karga inkwinanti), u, kif xieraq, il-ġenerazzjoni tal-enerġija fi ħdan is-sistema (bħall-enerġija idrawlika, solari, termali u eolika).

2.  Għall-kostruzzjoni u għall-estensjoni ta’ impjant tat-trattament tal-ilma mormi jew ta’ impjant tat-trattament tal-ilma mormi b’sistema ta’ ġbir, li jissostitwixxu sistemi ta’ trattament aktar intensivi fil-GHG (bħal tankijiet settiċi, laguni anaerobiċi), titwettaq valutazzjoni tal-emissjonijiet diretti tal-GHG (1). Ir-riżultati jiġu żvelati lill-investituri u lill-klijenti meta jitolbuhom.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness. Meta l-ilma mormi jiġi ttrattat f’livell xieraq għall-użu mill-ġdid fit-tisqija fl-agrikoltura, ġew iddefiniti u implimentati l-azzjonijiet meħtieġa ta’ ġestjoni tar-riskju sabiex jiġu evitati impatti ambjentali avversi (2).

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-iskariki fl-ilmijiet riċeventi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE (3) jew kif meħtieġ mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jiddikjaraw il-livelli massimi permissibbli ta’ sustanzi niġġiesa mill-iskariki sal-ilmijiet riċeventi.

Ġew implimentati miżuri xierqa sabiex jiġu evitati u mmitigati flussi eċċessi tal-ilma mill-maltempati mis-sistema ta’ ġbir tal-ilma mormi, li jistgħu jinkludu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura, sistemi separati għall-ġbir tal-ilma mill-maltempati, vaski ta’ ritenzjoni u t-trattament tal-ewwel flaxxjatura.

Il-ħama tad-dranaġġ tintuża f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE (4) jew kif meħtieġ mil-liġi nazzjonali relatata mat-tifrix tal-ħama fuq il-ħamrija jew ma’ kwalunkwe applikazzjoni oħra tal-ħama fuq u fil-ħamrija.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Pereżempju, billi jiġu segwiti l-linji gwida tal-IPCC għall-inventarji nazzjonali ta’ GHG għat-trattament tal-ilma mormi (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.ipcc-nggip.iges.or.jp/public/2019rf/pdf/5_Volume5/19R_V5_6_Ch06_Wastewater.pdf).

(2)   

Kif stabbilit fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (ĠU L 177, 5.6.2020, p. 32).

(3)   

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).

(4)   

Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-Ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura (ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6).

5.4.    It-tiġdid tal-ġbir u tat-trattament tal-ilma mormi

Deskrizzjoni tal-attività

It-tiġdid ta’ sistemi ċentralizzati tal-ilma mormi li jinkludu (network tad-drenaġġ għal) l-ġbir u t-trattament. Dan ma jimplika l-ebda tibdil materjali relatata mat-tagħbija jew mal-volum tal-fluss miġbur jew ittrattat fis-sistema tal-ilma mormi.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi E37.00 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  It-tiġdid ta’ sistema tal-ġbir itejjeb l-effiċjenza enerġetika billi jnaqqas il-konsum medju tal-enerġija b’20 % meta mqabbel mal-prestazzjoni tal-linja bażi proprja fuq medja ta’ 3 snin, murija fuq bażi annwali. Dak it-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija jista’ jitqies fil-livell tal-proġett (jiġifieri t-tiġdid tas-sistema ta’ ġbir) jew, fl-agglomerazzjoni tal-ilma mormi fid-direzzjoni tax-xmara (jiġifieri inkluża s-sistema ta’ ġbir fid-direzzjoni tax-xmara, l-impjant tat-trattament jew l-iskariku tal-ilma mormi).

2.  It-tiġdid ta’ impjant tat-trattament tal-ilma mormi jtejjeb l-effiċjenza enerġetika billi jnaqqas il-konsum medju tal-enerġija tas-sistema b’tal-anqas 20 % meta mqabbel mal-prestazzjoni tal-linja bażi proprja fuq medja ta’ 3 snin, murija fuq bażi annwali.

3.  Għall-finijiet tal-punti 1 u 2, il-konsum nett tal-enerġija tas-sistema jiġi kkalkolat f’kWh għal kull ekwivalenti tal-popolazzjoni fis-sena tal-ilma mormi miġbur jew tal-effluwent ittrattat, b’kunsiderazzjoni tal-miżuri li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija relatati mal-kontroll tas-sors (tnaqqis tal-inputs tal-ilma tal-maltemp jew tal-karga inkwinanti), u, kif xieraq, il-ġenerazzjoni tal-enerġija fi ħdan is-sistema (bħall-enerġija idrawlika, solari termali u eolika).

4.  Għall-finijiet tal-punti 1 u 2, l-operatur juri li ma hemm l-ebda tibdil materjali relatat mal-kundizzjonijiet esterni, inklużi modifiki fl-awtorizzazzjoni(jiet) għall-iskariku jew tibdiliet fl-agglomerazzjoni li jkunu jwasslu għal tnaqqis fil-konsum tal-enerġija, indipendentement mill-miżuri tal-effiċjenza meħuda.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness. Meta l-ilma mormi jiġi ttrattat f’livell xieraq għall-użu mill-ġdid fit-tisqija fl-agrikoltura, ġew iddefiniti u implimentati l-azzjonijiet meħtieġa ta’ ġestjoni tar-riskju sabiex jiġu evitati impatti ambjentali avversi (1).

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-iskariki fl-ilmijiet riċeventi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 91/271/KEE jew kif meħtieġ mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jiddikjaraw il-livelli massimi permissibbli ta’ sustanzi niġġiesa mill-iskariki sal-ilmijiet riċeventi.

Ġew implimentati miżuri xierqa sabiex jiġu evitati u mmitigati flussi eċċessi tal-ilma mill-maltempati mis-sistema ta’ ġbir tal-ilma mormi, li jistgħu jinkludu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura, sistemi separati għall-ġbir tal-ilma mill-maltempati, vaski ta’ ritenzjoni u t-trattament tal-ewwel flaxxjatura.

Il-ħama tad-dranaġġ tintuża f’konformità mad-Direttiva 86/278/KEE jew kif meħtieġ mil-liġi nazzjonali relatata mat-tifrix tal-ħama fuq il-ħamrija jew ma’ kwalunkwe applikazzjoni oħra tal-ħama fuq u fil-ħamrija.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Kif stabbilit fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (ĠU L 177, 5.6.2020, p. 32).

5.5.    Il-ġbir u t-trasport ta’ skart mhux perikoluż fi frazzjonijiet segregati fis-sors

Deskrizzjoni tal-attività

Il-ġbir u t-trasport separati ta’ skart mhux perikoluż fi frazzjonijiet uniċi jew imħallta ( 28 ) għandhom l-għan li jħejju għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi E38.11 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-iskart mhux perikoluż kollu miġbur b’mod separat u ttrasportat li jiġi ssegregat fis-sors huwa maħsub għat-tħejjija għal operazzjonijiet ta’ użu mill-ġdid jew ta’ riċiklaġġ.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Frazzjonijiet ta’ skart miġbur separatament ma jitħalltux f’faċilitajiet ta’ ħżin u ta’ trasferiment tal-iskart ma’ skart jew ma’ materjali oħrajn bi proprjetajiet differenti.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

5.6.    Id-diġestjoni anaerobika tal-ħama tad-drenaġġ

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet għat-trattament tal-ħama tad-drenaġġ b’diġestjoni anaerobika bil-produzzjoni u bl-użu li jirriżultaw tal-bijogass jew tas-sustanzi kimiċi.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari E37.00 u F42.99 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Hemm pjan ta’ monitoraġġ u ta’ kontinġenza fis-seħħ għall-minimizzazzjoni tat-tnixxija tal-metan fil-faċilità.

2.  Il-bijogass prodott jintuża direttament għall-ġenerazzjoni tal-elettriku jew tas-sħana, jew jittejjeb għal bijometan għall-injezzjoni fil-grilja tal-gass naturali, jew jintuża bħala fjuwil għall-vtturi jew bħala feedstock fl-industrija tas-sustanzi kimiċi.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti għat-trattament anaerobiku tal-iskart fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart (1). Ma hemm ebda effett transmedjali sinifikanti.

Meta d-diġestat li jirriżulta jkun maħsub għall-użu bħala fertilizzant jew tejjieb tal-ħamrija, il-kontenut ta’ nitroġenu tiegħu (b’livell ta’ tolleranza ta’ ± 25 %) jiġi kkomunikat lix-xerrej jew lill-entità inkarigata mit-tneħħija tad-diġestat.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2018/1147.

5.7.    Id-diġestjoni anaerobika tal-bijoskart

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet dedikati għat-trattament tal-bijoskart ( 29 ) miġbur b’mod separat permezz tad-diġestjoni anaerobika bil-produzzjoni u bl-użu li jirriżultaw tal-bijogass u tad-diġestat u/jew tas-sustanzi kimiċi.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari E38.21 u F42.99 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Hemm pjan ta’ monitoraġġ u ta’ kontinġenza fis-seħħ għall-minimizzazzjoni tat-tnixxija tal-metan fil-faċilità.

2.  Il-bijogass prodott jintuża direttament għall-ġenerazzjoni tal-elettriku jew tas-sħana, jew jittejjeb għal bijometan għall-injezzjoni fil-grilja tal-gass naturali, jew jintuża bħala fjuwil għall-vtturi jew bħala feedstock fl-industrija tas-sustanzi kimiċi.

3.  Il-bijoskart li jintuża għad-diġestjoni anaerobika jiġi ssegregat fis-sors u jinġabar b’mod separat.

4.  Id-diġestat prodott jintuża bħala fertilizzant/tejjieb tal-ħamrija – jew direttament jew wara l-ikkompostjar jew kwalunkwe trattament ieħor.

5.  Fl-impjanti ddedikati għat-trattament tal-bijoskart, is-sehem tal-għelejjel tal-ikel u tal-għalf (1) użati bħala materja prima għall-input, imkejjel skont il-piż, bħala medja annwali, huwa ta’ 10 % jew anqas mill-materja prima tal-input.

Il-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għal impjanti tad-diġestjoni anaerobika li jittrattaw aktar minn 100 tunnellata kull jum, l-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti għat-trattament anaerobiku tal-iskart fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart (2). Ma hemm ebda effett transmedjali sinifikanti.

Id-diġestat prodott jissodisfa r-rekwiżiti għall-materjali fertilizzanti stabbiliti fil-Kategoriji tal-Materjal Komponent (CMC) 4 u 5 għad-diġestat jew fis-CMC 3 għall-kompost, skont kif ikun applikabbli, fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009, jew fir-regoli nazzjonali dwar il-fertilizzanti jew it-tejjieba tal-ħamrija għall-użu agrikolu

Il-kontenut ta’ nitroġenu (b’livell ta’ tolleranza ta’ ± 25 %) tad-diġestat użat bħala fertilizzant jew tejjieb tal-ħamrija huwa kkomunikat lix-xerrej jew lill-entità inkarigata mit-tneħħija tad-diġestat.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Kif definit fil-punt (40) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(2)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2018/1147.

5.8.    Il-kompostjar tal-bijoskart

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet dedikati għat-trattament tal-bijoskart miġbur b’mod separat ( 30 ) permezz tal-kompostjar (diġestjoni anaerobika) bil-produzzjoni u bl-użu li jirriżultaw tal-kompost.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari E38.21 u F42.99 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Il-bijoskart li huwa kompost jiġi ssegregat fis-sors u jinġabar b’mod separat.

2.  Il-kompost prodott jintuża bħala fertilizzant jew tejjieb tal-ħamrija u jissodisfa r-rekwiżiti għall-materjali fertilizzanti stabbiliti fil-Kategorija tal-Materjal Komponent 3 fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009 jew fir-regoli nazzjonali dwar il-fertilizzanti jew it-tejjieba tal-ħamrija għall-użu agrikolu.

Il-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għal impjanti tal-kompostjar li jittrattaw aktar minn 75 tunnellata kull jum, l-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti għat-trattament anaerobiku tal-iskart fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart (1). Ma hemm ebda effett transmedjali sinifikanti.

Is-sit għandu sistema fis-seħħ li tipprevjeni milli l-lissija tilħaq l-ilma ta’ taħt l-art.

Il-kompost prodott jissodisfa r-rekwiżiti għall-materjali fertilizzanti stabbiliti fil-Kategorija tal-Materjal Komponent 3 fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009 jew fir-regoli nazzjonali dwar il-fertilizzanti jew it-tejjieba tal-ħamrija għall-użu agrikolu.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2018/1147.

5.9.    L-irkupru tal-materjal mill-iskart mhux perikoluż

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet għall-għażla u għall-proċessar ta’ flussi ta’ skart mhux perikoluż miġbur b’mod separat f’materja prima sekondarja li jinvolvu riproċessar mekkaniku, ħlief għal finijiet ta’ mili tal-vojt.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari E38.32 u F42.99 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonverti tal-anqas 50 % f’termini ta’ piż tal-iskart mhux perikoluż miġbur b’mod separat proċessat f’materja prima sekondarja li hija adattata għas-sostituzzjoni ta’ materjali verġni fil-proċessi tal-produzzjoni.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

5.10.    Il-qbid u l-użu tal-gass tal-landfills

Deskrizzjoni tal-attività

L-installazzjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura għall-qbid u għall-użu tal-gass tal-landfills ( 31 ) f’landfills magħluqa jew f’ċelloli tal-landfills b’mod permanenti li jużaw faċilitajiet tekniċi dedikati ġodda jew supplimentari u tagħmir installat matul jew wara l-għeluq tal-landfills jew taċ-ċelloli tal-landfills.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi E38.21 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Il-landfill ma nfetħitx wara t-8 ta’ Lulju 2020.

2.  Il-landfill jew iċ-ċellola tal-landfill fejn tkun għadha kif ġiet installata, estiża jew modifikata b’mod retroattiv is-sistema ta’ qbid tal-gass hija magħluqa b’mod permanenti u mhijiex qed tieħu aktar skart bijodegradabbli (1).

3.  Il-gass tal-landfill jintuża għall-ġenerazzjoni tal-elettriku jew tas-sħana bħala bijogass (2), jew jittejjeb għal bijometan għall-injezzjoni fil-grilja tal-gass naturali, jew jintuża bħala fjuwil għall-vtturi jew bħala feedstock fl-industrija tas-sustanzi kimiċi.

4.  L-emissjonijiet ta’ metan mil-landfill u t-tnixxijiet mill-faċilitajiet għall-ġbir u għall-użu tal-gass tal-landfills huma soġġetti għall-proċeduri ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE (3).

Il-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-għeluq permanenti u r-rimedju kif ukoll il-postrattament tal-landfills l-antiki, fejn tkun installata s-sistema ta’ qbid tal-gass tal-landfills, jitwettqu f’konformità mar-regoli li ġejjin:

(a)  ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 1999/31/KE;

(b)  il-proċeduri ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ stipulati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Kif stabbilit fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 1999/31/KE.

(2)   

“Bijogass” huwa definit fil-punt 28 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(3)   

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).

5.11.    It-trasport ta’ CO2

Deskrizzjoni tal-attività

It-trasport ta’ CO2 maqbud permezz tal-modi kollha.

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ pipelines tas-CO2 u l-modifika retroattiva tan-networks tal-gass fejn l-iskop ewlieni jkun l-integrazzjoni tas-CO2 maqbud.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F42.21 u H49.50 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija hija attività ta’ faċilitazzjoni f’konformità mal-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Is-CO2 trasportat mill-installazzjoni fejn jinqabad lejn il-punt ta’ injezzjoni ma jwassalx għal tnixxijiet ta’ CO2 ogħla minn 0,5 % mill-massa tas-CO2 trasportat.

2.  Is-CO2 jitwassal f’sit ta’ ħżin permanenti ta’ CO2 li jissodisfa l-kriterji għall-ħżin ġeoloġiku taħt l-art ta’ CO2 stabbiliti fit-Taqsima 5.12 ta’ dan l-Anness; jew f’modalitajiet oħra tat-trasport, li jwasslu għal sit permanenti ta’ ħżin ta’ CO2 li jissodisfa dawk il-kriterji.

3.  Huma applikati sistemi xierqa ta’ detezzjoni tat-tnixxijiet u hemm pjan ta’ monitoraġġ fis-seħħ, bir-rapport ivverifikat minn parti terza indipendenti.

4.  L-attività tista’ tinkludi l-installazzjoni ta’ assi li jżidu l-flessibbiltà u jtejbu l-ġestjoni ta’ network eżistenti.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

5.12.    Il-ħżin ġeoloġiku permanenti taħt l-art ta’ CO2

Deskrizzjoni tal-attività

Il-ħżin permanenti ta’ CO2 maqbud f’formazzjonijiet ġeoloġiċi xierqa taħt l-art.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi E39.00 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Il-karatterizzazzjoni u l-valutazzjoni tal-kumpless tal-ħżin potenzjali u taż-żona tal-madwar, jew l-esplorazzjoni skont it-tifsira tal-punt (8) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jitwettqu sabiex jiġi stabbilit jekk il-formazzjoni ġeoloġika hijiex adattata għall-użu bħalasit tal-ħżin tas-CO2.

2.  Għat-tħaddim ta’ siti ġeoloġiċi taħt l-art ta’ ħżin tas-CO2, inklużi l-obbligi ta’ għeluq u ta’ wara l-għeluq:

(a)  huma implimentati sistemi xierqa għad-detezzjoni tat-tnixxijiet għall-prevenzjoni tar-rilaxx matul it-tħaddim;

(b)  pjan ta’ monitoraġġ tal-faċilitajiet ta’ injezzjoni, tal-kumpless ta’ ħżin u, fejn xieraq, tal-ambjent tal-madwar huwa fis-seħħ, bir-rapporti regolari vverifikati mill-awtorità nazzjonali kompetenti.

3.  Għall-esplorazzjoni u għat-tħaddim tas-siti ta’ ħżin fi ħdan l-Unjoni, l-attività tikkonforma mad-Direttiva 2009/31/KE. Għall-esplorazzjoni u għat-tħaddim tas-siti ta’ ħżin f’pajjiżi terzi, l-attività tikkonforma mal-istandard ISO 27914:2017 (2) għall-ħżin ġeoloġiku ta’ CO2.

Il-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mad-Direttiva 2009/31/KE.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114).

(2)   

L-Istandard ISO 27914:2017, Carbon dioxide capture, transportation and geological storage — Geological storage (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/64148.html).

6.   TRASPORT

6.1.    It-trasport ferrovjarju interurban tal-passiġġieri

Deskrizzjoni tal-attività

Ix-xiri, il-finanzjament, il-kiri, il-lokazzjoni u t-tħaddim tat-trasport tal-passiġġieri bl-użu ta’ rolling stock ferrovjarju fuq in-networks tal-linji primarji, mifruxa fuq żona ġeografika estensiva, it-trasport tal-passiġġieri b’ferroviji interurbani u t-tħaddim ta’ sleeping cars jew ta’ dining cars bħala tħaddim integrat tal-kumpaniji ferrovjarji.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari H49.10, N77.39 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija ma tissodisfax il-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punti (a) ta’ din it-Taqsima, dik l-attività tkun attività tranżizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar li jifdal stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)  il-ferroviji u l-kowċijiet tal-passiġġieri għandhom emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);

(b)  il-ferroviji u l-kowċijiet tal-passiġġieri għandhom emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 mit-(tailpipe) meta jitħaddmu fuq binarju bl-infrastruttura meħtieġa, u jużaw magna konvenzjonali meta infrastruttura bħal din ma tkunx disponibbli (bimodalità).

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm miżuri fis-seħħ għall-immaniġġjar tal-iskart f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, b’mod partikolari matul il-manutenzjoni.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Il-magni għall-propulsjoni ta’ lokomotivi ferrovjarji (RLL) u l-magni għall-propulsjoni tar-railcars (RLR) jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ir-Regolament (UE) Nru 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b’kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53).

6.2.    It-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija

Deskrizzjoni tal-attività

Ix-xiri, il-finanzjament, il-lokazzjoni, il-kiri u t-tħaddim ttal-merkanzija fuq networks ferrovjarji tal-linji ewlenin kif ukoll ta’ binarji tal-merkanzija b’linja qasira.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari H49.20 u N77.39 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija ma tissodisfax il-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punti (a) ta’ din it-Taqsima, dik l-attività tkun attività tranżizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar li jifdal stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  L-attività tikkonforma ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin jew mat-tnejn li huma:

(a)  il-ferroviji u l-vaguni għandhom emissjoni diretta żero ta’ CO2 mit-tailpipe;

(b)  il-ferroviji u l-vaguni għandhom emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 mit-tailpipe meta jitħaddmu fuq binarju bl-infrastruttura meħtieġa, u jużaw magna konvenzjonali meta infrastruttura bħal din ma tkunx disponibbli (bimodalità).

2.  Il-ferroviji u l-vaguni mhumiex dedikati għat-trasport ta’ fjuwils fossili.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm miżuri fis-seħħ għall-immaniġġjar tal-iskart f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, b’mod partikolari matul il-manutenzjoni.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Il-magni għall-propulsjoni ta’ lokomotivi ferrovjarji (RLL) u l-magni għall-propulsjoni tar-railcars (RLR) jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

6.3.    It-trasport urban u suburban, it-trasport bit-triq tal-passiġġieri

Deskrizzjoni tal-attività

Ix-xiri, il-finanzjament, il-lokazzjoni, il-kiri u t-tħaddim ta’ vetturi tat-trasport urban u suburban għall-passiġġieri u tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq.

Għall-vetturi bil-mutur, it-tħaddim ta’ vetturi ddeżinjati bħala tal-kategorija M2 jew M3, f’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858, għall-forniment ta’ trasport tal-passiġġieri.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jinkludu t-tħaddim ta’ modi differenti ta’ trasport fuq l-art, bħal bil-motor bus, bit-tram, bit-tramvija, bit-trolley bus, bil-metrò u bil-ferroviji elevati. Din tinkludi wkoll linji bejn il-bliet u l-ajruporti jew bejn il-bliet u l-istazzjonijiet u t-tħaddim ta’ ferroviji funikulari u ta’ funivjarji fl-ajru fejn ikunu parti minn sistemi ta’ tranżitu urbani jew suburbani.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jinkludu wkoll servizzi skedati ta’ xarabanks fuq distanzi twal, noleġġi, eskursjonijiet u servizzi okkażjonali oħrajn ta’ kowċijiet, shuttles tal-ajruporti (inkluż fl-ajruporti), l-operat ta’ vannijiet tal-iskola u ta’ xarabanks għat-trasport.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari H49.31, H49.3.9, N77.39 u N77.11 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija ma tissodisfax il-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punti (a) ta’ din it-Taqsima, l-attività tkun attività tranżizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar li jifdal stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)  l-attività tipprovdi trasport urban jew suburban tal-passiġġieri u l-emissjonijiet diretti ta’ CO2 tagħha (mit-tailpipe) huma żero (1);

(b)  sal-31 ta’ Diċembru 2025, l-attività tipprovdi trasport bit-triq interurban għall-passiġġieri bl-użu ta’ vetturi ddeżinjati bħala kategoriji M2 u M3 (2) li għandhom tip ta’ karozzerija kklassifikat bħala “CA” (vettura b’sular wieħed), “CB” (vettura b’żewġ sulari), “CC” (vettura artikolata b’sular wieħed) jew “CD” (vettura artikolata b’żewġ sulari) (3), u li jikkonformaw mal-aħħar standard EURO IV, jiġifieri kemm mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u, mid-dħul fis-seħħ tal-emendi ta’ dan ir-Regolament, f’dawk l-atti emendatorji, anki qabel ma jibdew japplikaw, kif ukoll mal-aħħar pass tal-istandard Euro VI stabbilit fit-Tabella 1 tal-Appendiċi 9 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 li fih id-dispożizzjonijiet li jirregolaw dan il-pass ikunu daħlu fis-seħħ iżda jkunu għadhom ma japplikawx għal dan it-tip ta’ vettura (4). Jekk dan l-istandard ma jkunx disponibbli, l-emissjonijiet diretti ta’ CO2 tal-vetturi jkunu żero.

Il-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm miżuri fis-seħħ għall-immaniġġjar tal-iskart, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, kemm fil-fażi tal-użu (manutenzjoni) kif ukoll fi tmiem il-ħajja tal-flotta, inkluż permezz tal-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ tal-batteriji u tal-prodotti elettroniċi (b’mod partikolari l-materja prima kritika fihom).

▼M2

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għall-vetturi tat-triq tal-kategorija M, it-tajers jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-istorbju estern tad-dawrien fl-ogħla klassi popolata u mal-Koeffiċjent tar-Reżistenza għad-Dawrien (li jinfluwenza l-effiċjenza enerġetika tal-vettura) fl-ogħla żewġ klassijiet popolati kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/740 u kif jista’ jiġi vverifikat mill-Bażi tad-Data Ewropea tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija (EPREL).

Fejn applikabbli, il-vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-aktar stadju applikabbli riċenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet ta’ vetturi tqal Euro VI stabbiliti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009.

▼B

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Dan jinkludi Xarabanks bil-mutur b’tip ta’ karozzerija kklassifikat bħala “CE” (vettura bi gverta waħda b’qiegħ baxx), “CF” (vettura b’żewġ sulari b’qiegħ baxx), “CG” (Vettura artikolata bi gverta waħda b’qiegħ baxx), “CH” (Vettura artikolata b’żewġ sulari b’qiegħ baxx), “CI” (vettura bi gverta waħda b’saqaf miftuħ) jew “CJ” (vettura b’żewġ sulari b’saqaf miftuħ), kif stabbilit fil-punt 3 tal-parti C tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858.

(2)   

Kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858.

(3)   

Kif stabbilit fil-punt 3 tal-parti C tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858.

(4)   

Sal-31/12/2021, il-pass E tal-EURO VI kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 595/2009.

(5)   

Ir-Regolament (UE) Nru 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (ĠU L 177, 5.6.2020, p. 1).

6.4.    It-tħaddim ta’ apparati tal-mobilità personali, il-loġistika taċ-ċikli

Deskrizzjoni tal-attività

Il-bejgħ, ix-xiri, il-finanzjament, il-lokazzjoni, il-kiri u t-tħaddim ta’ tagħmir ta’ mobilità jew ta’ trasport personali meta l-propulsjoni tiġi mill-attività fiżika tal-utent, minn mutur b’emissjonijiet żero, jew minn taħlita ta’ mutur b’emissjonijiet żero u ta’ attività fiżika. Dan jinkludi l-forniment ta’ servizzi tat-trasport tal-merkanzija bir-roti (tal-merkanzija).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari N77.11 u N77.21 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Il-propulsjoni tat-tagħmir ta’ mobilità personali tiġi mill-attività fiżika tal-utent, minn mutur b’emissjonijiet żero, jew minn taħlita ta’ mutur b’emissjonijiet żero u ta’ attività fiżika.

2.  It-tagħmir ta’ mobilità personali huwa permess li jitħaddem fuq l-istess infrastruttura pubblika bħar-roti jew bħall-persuni mixjin.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm miżuri fis-seħħ għall-immaniġġjar tal-iskart, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, kemm fil-fażi tal-użu (manutenzjoni) kif ukoll fi tmiem il-ħajja, inkluż permezz tal-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ tal-batteriji u tal-prodotti elettroniċi (b’mod partikolari l-materja prima kritika fihom).

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

6.5.    It-trasport b’muturi, b’karozzi tal-passiġġieri u b’vetturi kummerċjali ħfief

Deskrizzjoni tal-attività

Ix-xiri, il-finanzjament, il-kiri, il-lokazzjoni u t-tħaddim ta’ vetturi ddeżinjati bħala vetturi tal-kategoriji M1 ( 32 ), N1 ( 33 ) li t-tnejn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 34 ), jew L (vetturi b’2 u bi 3 roti u kwadriċikli) ( 35 ).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari H49.32, H49.39 u N77.11 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija ma tissodisfax il-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punti (a)(ii) u (b) ta’ din it-Taqsima, l-attività tkun attività tranżizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar li jifdal stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)  għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, li t-tnejn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007:

(i)  sal-31 ta’ Diċembru 2025, l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2, kif definiti fil-punt (h) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2019/631 huma inqas minn 50 g CO2/km (vetturi ħfief b’livell baxx ta’ emissjonijiet u b’emissjonijiet żero);

(ii)  mill-1 ta’ Jannar 2026, l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2, kif definiti fil-punt (h) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2019/631, ikunu żero.

(b)  għal vetturi tal-kategorija L, l-emissjonijiet ta’ CO2 mit-tailpipe jkunu ta’ 0 g CO2e/km ikkalkolati f’konformità mat-test tal-emissjonijiet stabbilit fir-Regolament (UE) 168/2013.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 huma dawn it-tnejn li ġejjin:

(a)  riutilizzabbli jew riċiklabbli għal minimu ta’ 85 % skont il-piż;

(b)  riutilizzabbli jew rekuperabbli għal minimu ta’ 95 % skont il-piż (1).

Jeżistu miżuri għall-immaniġġar tal-iskart kemm fil-fażi tal-użu (manutenzjoni) kif ukoll fit-tmiem taċ-ċiklu tal-ħajja tal-flotta, inkluż permezz ta’ użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ batteriji u tal-apparati elettroniċi (b’mod partikolari l-materja prima kritika fihom), f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart.

▼M2

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Il-vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-aktar stadju applikabbli riċenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief Euro 6 (2) stabbiliti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

Il-vetturi jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet għall-vetturi ħfief nodfa stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness tad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Għall-vetturi tat-triq tal-kategoriji M u N, it-tajers jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-istorbju estern tad-dawrien fl-ogħla klassi popolata u mal-Koeffiċjent tar-Reżistenza għad-Dawrien (li jinfluwenza l-effiċjenza enerġetika tal-vettura) fl-ogħla żewġ klassijiet popolati kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/740 u kif jista’ jiġi vverifikat mill-Bażi tad-Data Ewropea tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija (EPREL).

Il-vetturi jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

▼B

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Kif stipulat fl-Anness I tad-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u tal-irkupru tagħhom, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 10).

(2)   

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1832 tal-5 ta’ Novembru 2018 li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 għall-fini tat-titjib tat-testijiet u l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet għal vetturi ħfief għall-passiġġieri u għal vetturi kummerċjali, inklużi dawk it-testijiet u l-proċeduri għall-konformità fis-servizz u l-emissjonijiet f’sewqan reali u li jintroduċi mezzi għall-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija elettrika (ĠU L 301, 27.11.2018, p. 1).

(3)   

Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).

(4)   

Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-livell ta’ ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 131).

6.6.    Is-servizzi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq

Deskrizzjoni tal-attività

Ix-xiri, il-finanzjament, il-lokazzjoni, il-kiri u t-tħaddim ta’ vetturi ddeżinjati bħala tal-kategorija N1, N2 ( 36 ) jew N3 ( 37 ) li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-pass E tal-EURO VI ( 38 ) jew is-suċċessur tiegħu għas-servizzi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari H49.4.1, H53.10, H53.20 u N77.12 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija ma tissodisfax il-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punti (1)(a), (1)(b) jew (1)(c)(i) ta’ din it-Taqsima, l-attività tkun attività tranżizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar li jifdal stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  L-attività tikkonforma ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)  il-vetturi tal-kategorija N1 għandhom emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);

(b)  il-vetturi tal-kategoriji N2 u N3 b’massa massima mgħobbija teknikament permissibbli li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati huma “vettura tqila mingħajr emissjonijiet” kif definita fil-punt (11) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1242;

(c)  il-vetturi tal-kategoriji N2 u N3 b’massa massima mgħobbija teknikament permissibbli li taqbeż is-7,5 tunnellati huma fost dawn li ġejjin:

(i)  (I) “vetturi heavy-duty mingħajr emissjonijiet”, kif definiti fil-punt (11) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1242;

(ii)  fejn teknoloġikament u ekonomikament mhux fattibbli li jkun hemm konformità mal-kriterju fil-punt (i), “vetturi heavy-duty b’livell baxx ta’ emissjonijiet” kif definit fil-punt (12) tal-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament.

2.  Il-vetturi mhumiex dedikati għat-trasport ta’ fjuwils fossili.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Il-vetturi tal-kategoriji N1, N2 u N3 huma dawn it-tnejn li ġejjin:

(a)  riutilizzabbli jew riċiklabbli għal minimu ta’ 85 % skont il-piż;

(b)  riutilizzabbli jew rekuperabbli għal minimu ta’ 95 % skont il-piż (1).

Jeżistu miżuri għall-immaniġġar tal-iskart kemm fil-fażi tal-użu (manutenzjoni) kif ukoll fit-tmiem taċ-ċiklu tal-ħajja tal-flotta, inkluż permezz ta’ użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ batteriji u tal-apparati elettroniċi (b’mod partikolari l-materja prima kritika fihom), f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart.

▼M2

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għall-vetturi tat-triq tal-kategoriji M u N, it-tajers jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-istorbju estern tad-dawrien fl-ogħla klassi popolata u mal-Koeffiċjent tar-Reżistenza għad-Dawrien (li jinfluwenza l-effiċjenza enerġetika tal-vettura) fl-ogħla żewġ klassijiet popolati kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/740 u kif jista’ jiġi vverifikat mill-Bażi tad-Data Ewropea tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija (EPREL). Il-vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-aktar stadju applikabbli riċenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet ta’ vetturi tqal Euro VI (2) stabbiliti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009.

Il-vetturi jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 540/2014.

▼B

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Kif stabbilit fl-Anness I tad-Direttiva 2005/64/KE.

(2)   

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda l-Annessi I u III għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1).

6.7.    It-trasport ta’ passiġġieri fuq ilmijiet interni

Deskrizzjoni tal-attività

Ix-xiri, il-finanzjament, il-lokazzjoni, il-kiri u t-tħaddim ta’ bastimenti tal-passiġġieri f’ilmijiet interni, li jinvolvu bastimenti li mhumiex adatti għat-trasport bil-baħar.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi H50.30 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija ma tissodisfax il-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punti (a) ta’ din it-Taqsima, l-attività tkun attività tranżizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar li jifdal stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin:
(a)  il-bastimenti għandhom emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);
(b)  sal-31 ta’ Diċembru 2025, bastimenti ibridi li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil iġibu tal-anqas 50 % tal-enerġija tagħhom minn fjuwils tal-emissjonijiet żero diretti ta’ CO2 (mit-tailpipe) jew potenza elettrika rikarikabbli għat-tħaddim normali tagħhom; ►M2  
(c)  fejn ma huwiex teknoloġikament u ekonomikament fattibbli li jkun hemm konformità mal-punt (a), mill-1 ta’ Jannar 2026 ’il quddiem, l-intensità medja annwali ta’ gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn bastiment matul perjodu ta’ rapportar (1) ma taqbiżx il-limiti li ġejjin:
(a)  76,4 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2029;
(b)  61,1 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2030 sal-31 ta’ Diċembru 2034;
(c)  45,8 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2035 sal-31 ta’ Diċembru 2039;
(d)  30,6 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2040 sal-31 ta’ Diċembru 2044;
(e)  15,3 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2045 sal-31 ta’ Diċembru 2049;
(f)  0 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2050.  ◄

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

▼M2

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm fis-seħħ miżuri għall-immaniġġar u r-riċiklaġġ tal-iskart li ma għadux jintuża, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali dwar id-dekummissjonar mal-fornituri tas-servizzi tar-riċiklaġġ, riflessjoni fil-proġettazzjonijiet finanzjarji jew dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġetti. Dawn il-miżuri jiżguraw li l-komponenti u l-materjali jiġu segregati u ttrattati biex jimmassimizzaw ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, il-prinċipji tar-regolamentazzjoni tal-UE dwar l-iskart u r-regolamenti applikabbli, b’mod partikolari permezz tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-batteriji u l-elettronika u l-materja prima kritika fihom. Dawn il-miżuri jinkludu wkoll il-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi.

Hemm fis-seħħ miżuri għall-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni ta’ skart fil-fażi tal-użu (il-manutenzjoni, it-tħaddim tas-servizzi tat-trasport fir-rigward tal-iskart tal-catering) u għall-ġestjoni ta’ kwalunkwe skart li jifdal f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart.

▼B

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Il-magni fil-bastimenti jikkonformaw mal-limiti fuq l-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628 (inklużi bastimenti li jissodisfaw dawk il-limiti mingħajr soluzzjonijiet approvati skont it-tip bħal permezz ta’ posttrattament).

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

L-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn bastiment tiġi vverifikata minn parti terza indipendenti u kkalkulata bħala l-ammont ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal kull unità ta’ enerġija skont il-metodoloġija u l-valuri prestabbiliti speċifikati f’Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE.

6.8.    It-trasport ta’ merkanzija fuq ilmijiet interni

Deskrizzjoni tal-attività

Ix-xiri, il-finanzjament, il-lokazzjoni, il-kiri u t-tħaddim ta’ bastimenti tal-merkanzija fuq ilmijiet interni, li jinvolvu bastimenti li mhumiex adatti għat-trasport bil-baħar.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-bosta kodiċi H50.4 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija ma tissodisfax il-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punti (a) ta’ din it-Taqsima, l-attività tkun attività tranżizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar li jifdal stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  L-attività tikkonforma ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin jew mat-tnejn li huma:

(a)  il-bastimenti għandhom emissjoni diretta żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);
(b)  fejn teknoloġikament u ekonomikament mhux fattibbli li jkun hemm konformità mal-kriterju fil-punt (a), sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-bastimenti jkollhom emissjonijiet diretti ta’ CO2 (mit-tailpipe) għal kull tunnellata kilometru (g CO2/tkm), ikkalkolati (jew stmati fil-każ ta’ bastimenti ġodda) bl-użu tal-Indikatur Operattiv tal-Effiċjenza Enerġetika (1), 50 % anqas mill-valur medju ta’ referenza għall-emissjonijiet ta’ CO2 definiti għal vetturi tqal (sottogrupp 5-LH ta’ vetturi) f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament 2019/1242; ►M2  
(c)  fejn ma huwiex teknoloġikament u ekonomikament fattibbli li wieħed jikkonforma mal-punt (a), mill-1 ta’ Jannar 2026 ’il quddiem, l-intensità medja annwali tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn bastiment jew flotta ta’ kumpanija matul perjodu ta’ rapportar (2) ma taqbiżx il-limiti li ġejjin:
(a)  76,4 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2029;
(b)  61,1 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2030 sal-31 ta’ Diċembru 2034;
(c)  45,8 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2035 sal-31 ta’ Diċembru 2039;
(d)  30,6 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2040 sal-31 ta’ Diċembru 2044;
(e)  15,3 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2045 sal-31 ta’ Diċembru 2049;
(f)  0 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2050.  ◄

2.  Il-bastimenti mhumiex dedikati għat-trasport ta’ fjuwils fossili.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

▼M2

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm fis-seħħ miżuri għall-immaniġġar u r-riċiklaġġ tal-iskart li ma għadux jintuża, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali dwar id-dekummissjonar mal-fornituri tas-servizzi tar-riċiklaġġ, riflessjoni fil-proġettazzjonijiet finanzjarji jew dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġetti. Dawn il-miżuri jiżguraw li l-komponenti u l-materjali jiġu segregati u ttrattati biex jimmassimizzaw ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, il-prinċipji tar-regolamentazzjoni tal-UE dwar l-iskart u r-regolamenti applikabbli, b’mod partikolari permezz tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-batteriji u l-elettronika u l-materja prima kritika fihom. Dawn il-miżuri jinkludu wkoll il-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Il-magni fil-bastimenti jikkonformaw mal-limiti fuq l-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628 (inklużi bastimenti li jissodisfaw dawk il-limiti mingħajr soluzzjonijiet approvati skont it-tip bħal permezz ta’ posttrattament tal-egżost).

▼B

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

L-Indikatur Operattiv tal-Effiċjenza Enerġetika huwa ddefinit bħala l-proporzjon tal-massa ta’ CO2 emess għal kull unità ta’ xogħol ta’ trasport. Ikun valur rappreżentattiv tal-effiċjenza enerġetika tal-operazzjoni tal-bastiment matul perjodu konsistenti li jirrappreżenta l-mudell tal-kummerċ kumplessiv tal-bastiment. Gwida dwar kif għandu jiġi kkalkolat dan l-indikatur hija pprovduta fid-dokument MEPC.1/Circ. 684 mill-IMO.

(2)   

L-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn bastiment tiġi vverifikata minn parti terza indipendenti u kkalkulata bħala l-ammont ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal kull unità ta’ enerġija skont il-metodoloġija u l-valuri prestabbiliti speċifikati f’Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE.

6.9.    Il-modifika retroattiva tat-trasport ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija fuq ilmijiet interni

Deskrizzjoni tal-attività

Il-modifika retroattiva ta’ bastimenti għat-trasport ta’ merkanzija jew ta’ passiġġieri fuq ilmijiet interni, li tinvolvi bastimenti li mhumiex adattati għat-trasport fuq il-baħar.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari H50.4, H50.30 u C33.15 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija tkun attività tranżitorja kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

►M2  
1.  L-attività ta’ modifika retroattiva tikseb wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a)  tnaqqas il-konsum tal-fjuwil tal-bastiment tal-passiġġieri intern b’mill-inqas 15 % espress għal kull unità ta’ enerġija għal kull vjaġġ sħiħ (kruċiera sħiħa tal-passiġġieri), kif muri minn kalkolu komparattiv għaż-żoni tan-navigazzjoni rappreżentattivi (inklużi profili tat-tagħbija rappreżentattivi u dokkjar) li fihom għandu jopera l-bastiment jew permezz tar-riżultati tat-testijiet jew tas-simulazzjonijiet mudell;
(b)  tnaqqas il-konsum tal-fjuwil tal-bastiment tal-merkanzija intern b’mill-inqas 15 % espress għal kull unità ta’ enerġija għal kull tunnellata-kilometru, kif muri minn kalkolu komparattiv għaż-żoni tan-navigazzjoni rappreżentattivi (inklużi profili tat-tagħbija rappreżentattivi) li fihom għandu jopera l-bastiment jew permezz tar-riżultati tat-testijiet jew tas-simulazzjonijiet mudell.  ◄
2.  Il-vetturi modifikati b’mod retroattiv jew imtejba mhumiex dedikati għat-trasport ta’ fjuwils fossili.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

▼M2

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm fis-seħħ miżuri għall-immaniġġar u r-riċiklaġġ tal-iskart li ma għadux jintuża, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali dwar id-dekummissjonar mal-fornituri tas-servizzi tar-riċiklaġġ, riflessjoni fil-proġettazzjonijiet finanzjarji jew dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġetti. Dawn il-miżuri jiżguraw li l-komponenti u l-materjali jiġu segregati u ttrattati biex jimmassimizzaw ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, il-prinċipji tar-regolamentazzjoni tal-UE dwar l-iskart u r-regolamenti applikabbli, b’mod partikolari permezz tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-batteriji u l-elettronika u l-materja prima kritika fihom. Dawn il-miżuri jinkludu wkoll il-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Il-magni fil-bastimenti jikkonformaw mal-limiti fuq l-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628 (inklużi bastimenti li jissodisfaw dawk il-limiti mingħajr soluzzjonijiet approvati skont it-tip bħal permezz ta’ posttrattament tal-egżost).

▼B

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

6.10.    It-trasport ta’ merkanzija bl-ilma baħar u kostali, bastimenti għal operazzjonijiet portwarji u għal attivitajiet awżiljarji

Deskrizzjoni tal-attività

Ix-xiri, il-finanzjament, in-noleġġ (bl-ekwipaġġ jew mingħajru) u t-tħaddim ta’ bastimenti ddisinjati u mgħammra għat-trasport tal-merkanzija jew għat-trasport ikkombinat ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri fuq il-baħar jew f’ilmijiet kostali, kemm jekk skedati kif ukoll jekk le. Ix-xiri, il-finanzjament, it-tiswija u t-tħaddim ta’ bastimenti meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-port u għal attivitajiet awżiljarji, bħal laneċ tal-irmonk, bastimenti tal-irmiġġ, bastimenti pilota, bastimenti tas-salvataġġ u ice breakers.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari H50.2, H52.22 u N77.34 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija ma tissodisfax il-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punt 1(a) ta’ din it-Taqsima, l-attività tkun attività tranżizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar li jifdal stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  L-attività tikkonforma ma’ wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(a)  il-bastimenti għandhom emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);
(b)  sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-bastimenti ibridi u li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil iġibu tal-anqas 25 % tal-enerġija tagħhom minn fjuwils tal-emissjonijiet żero diretti ta’ CO2 (mit-tailpipe) jew potenza elettrika rikarikabbli għat-tħaddim normali tagħhom fil-baħar u fil-portijiet;
(c)  fejn teknoloġikament u ekonomikament mhux fattibbli li jkun hemm konformità mal-kriterju fil-punt (a), sal-31 ta’ Diċembru 2025, u biss meta jkun jista’ jiġi pprovat li l-bastimenti jkunu użati b’mod esklużiv għall-operat ta’ servizzi kostali u fuq distanzi qosra fuq il-baħar imfassla sabiex jippermettu l-bidla modali tal-merkanzija attwalment trasportata mill-art għall-baħar, il-bastimenti jkollhom emissjonijiet diretti ta’ CO2 (mit-tailpipe), ikkalkolati bl-użu tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (EEDI) (1) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), 50 % anqas mill-valur medju ta’ referenza ta’ emissjonijiet ta’ CO2 definit għal vetturi tqal (sottogrupp 5-LH ta’ vetturi) f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament 2019/1242;
(d)  fejn teknoloġikament u ekonomikament mhux fattibbli li jkun hemm konformità mal-kriterju fil-punt (a), sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-bastimenti jkunu kisbu valur tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (EEDI) miksub b’valur ta’ 10 % anqas mir-rekwiżiti tal-EEDI applikabbli fl-1 ta’ April 2022 (2), jekk il-bastimenti jkunu jistgħu jaħdmu bi fjuwils b’emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe) jew bi fjuwils minn sorsi rinnovabbli (3); ►M2  
(e)  fejn ma huwiex teknoloġikament u ekonomikament fattibbli li jkun hemm konformità mal-punt (a), mill-1 ta’ Jannar 2026, il-bastimenti li jistgħu jaħdmu jistgħu jaħdmu bi fjuwils b’emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe) jew bi fjuwils minn sorsi rinnovabbli (3) għandhom valur tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (Energy Efficiency Design Index, EEDI) ekwivalenti għat-tnaqqis tal-linja ta’ referenza tal-EEDI b’mill-inqas 20 punt perċentwali taħt ir-rekwiżiti tal-EEDI applikabbli fl-1 ta’ April 2022 (15), u:
(a)  ikunu jistgħu jiġu ċċarġjati waqt l-irmiġġ;
(b)  għall-vapuri li jaħdmu bil-gass, juru l-użu ta’ miżuri u teknoloġiji avvanzati biex itaffu l-emissjonijiet tal-metan;
(f)  fejn ma jkunx teknoloġikament u ekonomikament fattibbli li jkun hemm konformità mal-kriterju fil-punt (a), mill-1 ta’ Jannar 2026, minbarra l-valur miksub tal-Indiċi ta’ Bastiment Eżistenti għall-Effiċjenza Enerġetika (EEXI) ekwivalenti għat-tnaqqis tal-linja ta’ referenza tal-EEDI b’mill-inqas 10 punti perċentwali taħt ir-rekwiżiti tal-EEXI applikabbli fl-1 ta’ Jannar 2023 (16), l-intensità medja annwali tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn bastiment matul perjodu ta’ rapportar (17) ma taqbiżx il-limiti li ġejjin:
(a)  76,4 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2029;
(b)  61,1 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2030 sal-31 ta’ Diċembru 2034;
(c)  45,8 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2035 sal-31 ta’ Diċembru 2039;
(d)  30,6 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2040 sal-31 ta’ Diċembru 2044;
(e)  15.3 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2045.  ◄

2.  Il-bastimenti mhumiex dedikati għat-trasport ta’ fjuwils fossili.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

▼M2

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm fis-seħħ miżuri għall-immaniġġar u r-riċiklaġġ tal-iskart li ma għadux jintuża, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali dwar id-dekummissjonar mal-fornituri tas-servizzi tar-riċiklaġġ, riflessjoni fil-proġettazzjonijiet finanzjarji jew dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġetti. Dawn il-miżuri jiżguraw li l-komponenti u l-materjali jiġu segregati u ttrattati biex jimmassimizzaw ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, il-prinċipji tar-regolamentazzjoni tal-UE dwar l-iskart u r-regolamenti applikabbli, b’mod partikolari permezz tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-batteriji u l-elettronika u l-materja prima kritika fihom. Dawn il-miżuri jinkludu wkoll il-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi.

Għal bastimenti eżistenti b’tunnellaġġ gross ta’ aktar minn 500 u dawk ġodda li jissostitwuhom, l-attività tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Il-bastimenti għar-ruttam jiġu rriċiklati f’faċilitajiet inklużi fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti kif stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2016/2323 (5).

L-attività tikkonforma mad-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) fir-rigward tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar kontra l-effetti negattivi mill-iskariki tal-iskart mill-bastimenti.

Il-bastiment jitħaddem f’konformità mal-Anness V tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri tat-2 ta’ Novembru 1973 (il-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO), b’mod partikolari biex jiġu prodotti kwantitajiet imnaqqsa ta’ skart u biex jitnaqqas l-iskariku legali, billi l-iskart tiegħu jiġi mmaniġġjat b’mod sostenibbli u ambjentalment korrett.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ ossidi tal-kubrit u tal-materja partikolata, il-bastimenti jikkonformaw mad-Direttiva (UE) 2016/802 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u mar-Regolament 14 (18) tal-Anness VI tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO. Il-kontenut ta’ kubrit fil-fjuwil ma jaqbiżx 0,5 % fil-massa (il-limitu globali ta’ kubrit) u 0,1 % fil-massa fiż-żona ta’ kontroll tal-emissjonijiet (emission control area, ECA) iddeżinjata mill-IMO fil-Baħar tat-Tramuntana u fil-Baħar Baltiku u wkoll fil-Baħar Mediterran (mill-2025) (18).

Fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu (NOx), il-bastimenti jikkonformaw mar-Regolament 13 (19) tal-Anness VI tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO. Ir-rekwiżiti ta’ NOx tal-Livell II japplika għal bastimenti mibnija wara l-2011. Huwa biss matul it-tħaddim f’żoni ta’ kontroll tal-emissjonijiet NOx stabbiliti skont ir-regoli tal-IMO li l-bastimenti mibnija wara l-1 ta’ Jannar 2016 iridu jikkonformaw ma’ rekwiżiti aktar stretti fuq il-magni (Livell III) li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ NOx (11).

L-iskariki ta’ ilma iswed u aħdar jikkonformaw mal-Anness IV tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO.

Hemm fis-seħħ miżuri biex tiġi minimizzata t-tossiċità taż-żebgħa kontra l-inkrostazzjoni bijoloġika u tal-bijoċidi kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 528/2012.

▼B

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Ir-rilaxxi ta’ ilma tas-saborra li fih speċijiet mhux indiġeni huma pprevenuti f’konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Kontroll u għall-Ġestjoni tal-Ilma u tas-Sedimenti tas-Saborra tal-Bastimenti (BWM).

Hemm fis-seħħ miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni ta’ speċijiet mhux indiġeni permezz tal-bijoinkrostazzjoni tal-buq u ta’ żoni niċċa ta’ bastimenti b’kont meħud tal-Linji Gwida tal-IMO dwar il-Bijoinkrostazzjoni (13).

L-istorbju u l-vibrazzjonijiet huma limitati bl-użu ta’ skrejjen li jnaqqsu l-istorbju, ta’ disinn tal-buq jew ta’ makkinarju abbord f’konformità mal-gwida mogħtija fil-Linji Gwida tal-IMO għat-Tnaqqis tal-Istorbju taħt l-Ilma (14).

Fl-Unjoni, l-attività ma tfixkilx il-kisba ta’ status ambjentali tajjeb, kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE, li tirrikjedi li jittieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiġu evitati jew immitigati l-impatti fir-rigward tad-Deskritturi 1 (bijodiversità), 2 (speċijiet mhux indiġeni), 6 (integrità ta’ qiegħ il-baħar), 8 (kontaminanti), 10 (skart tal-baħar), 11 (Storbju/Enerġija) ta’ dik id-Direttiva u kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 fir-rigward tal-kriterji u tal-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dawk id-deskritturi, kif applikabbli.

(1)   

Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.imo.org/fr/MediaCentre/HotTopics/GHG/Pages/EEDI.aspx).

(2)   

Ir-rekwiżiti tal-EEID kif miftiehma mill-Kumitat għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fis-sessjoni ħamsa u sebgħin tiegħu. Bastimenti li jaqgħu fost it-tipi ta’ bastimenti stabbiliti fl-Anness VI tar-Regolament 2 tal-MARPOL, iżda li ma jitqisux bħala bastimenti ġodda skont dak ir-regolament jistgħu jipprovdu valur tal-EEDI miksub ikkalkolat fuq bażi volontarja f’konformità mal-Kapitolu 4 tal-Anness VI tal-MARPOL u jitolbu li dawk il-kalkoli jiġu vverifikati f’konformità mal-Kapitolu 2 tal-Anness VI tal-MARPOL.

(3)   

Fjuwils li jissodisfaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-taqsimiet 3.10 u 4.13 ta’ dan l-Anness.

(4)   

Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1).

(5)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 tad-19 ta’ Diċembru 2016 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (ĠU L 345, 20.12.2016, p. 119).

(6)   

Id-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti, li temenda d-Direttiva 2010/65/UE u li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 116).

(7)   

Id-Direttiva (UE) 2016/802 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 58).

(8)   

(verżjoni tal-4.6.2021: http://www.imo.org/en/OurWork/Environment/PollutionPrevention/AirPollution/Pages/Sulphur-oxides-(SOx)-%E2%80%93-Regulation-14.aspx).

(9)   

Fir-rigward tal-estensjoni tar-rekwiżiti li japplikaw fiż-Żona ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet għal ibħra oħra tal-Unjoni, pajjiżi li jmissu mal-Baħar Mediterran qed jiddiskutu l-ħolqien ta’ ECA rilevanti skont il-qafas ġuridiku tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona.

(10)   

(verżjoni tal-4.6.2021: http://www.imo.org/en/OurWork/Environment/PollutionPrevention/AirPollution/Pages/Nitrogen-oxides-(NOx)-–-Regulation-13.aspx).

(11)   

Fl-ibħra tal-Unjoni, ir-rekwiżit huwa applikabbli mill-2021 fil-Baħar Baltiku u fil-Baħar tat-Tramuntana.

(12)   

Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kontroll tas-Sistemi tal-Anti-fouling ta’ Ħsara fuq il-Bastimenti tal-5 ta’ Ottubru 2001.

(13)   

Il-Linji Gwida tal-IMO, Guidelines for the control and management of ships’ biofouling to minimize the transfer of invasive aquatic species, ir-riżoluzzjoni MEPC.207(62).

(14)   

Linji gwida tal-IMO, Guidelines for the Reduction of Underwater Noise from Commercial Shipping to Address Adverse Impacts on Marine Life, (MEPC.1/Circ.833).

(15)   

Rekwiżiti tal-EEDI definiti bħala koeffiċjent ta’ tnaqqis perċentwali, li għandhom jiġu applikati għall-valur ta’ referenza tal-EEDI, kif miftiehem mill-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fil-ħamsa u sebgħin sessjoni tiegħu. Il-punti perċentwali definiti fil-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-EEDI għandhom jiżdiedu mal-koeffiċjent ta’ tnaqqis perċentwali tal-EEDI.

(16)   

Ir-rekwiżiti tal-EEXI ddefiniti bħala koeffiċjent ta’ tnaqqis perċentwali, li għandhom jiġu applikati għall-valur ta’ referenza tal-EEDI, kif miftiehem mill-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fis-sitta u sebgħin sessjoni tiegħu. Il-punti perċentwali definiti fil-kriterji tekniċi ta’ skrinjar tat-Tassonomija għall-EEXI jridu jiżdiedu mal-koeffiċjent ta’ tnaqqis perċentwali tal-EEXI. (Valur miksub tal-Indiċi ta’ Bastiment Eżistenti għall-Effiċjenza Enerġetika (Energy Efficiency Existing Ship Index, EEXI), mandatorju mill-1 ta’ Jannar 2023 għall-bastimenti kollha fit-trasport marittimu tal-merkanzija/tal-passiġġieri, biex titkejjel l-effiċjenza enerġetika tagħhom u biex jinbeda l-ġbir ta’ data għar-rapportar tal-indikatur operazzjonali annwali tal-intensità tal-karbonju (CII) u l-klassifikazzjoni CII tagħhom. (il-verżjoni tas-27.6.2023: https://www.imo.org/en/MediaCentre/HotTopics/Pages/EEXI-CII-FAQ.aspx).

(17)   

L-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn bastiment tiġi vverifikata minn parti terza indipendenti u kkalkulata bħala l-ammont ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal kull unità ta’ enerġija skont il-metodoloġija u l-valuri prestabbiliti speċifikati f’Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE.

(18)   

(Il-Verżjoni tas-27.6.2023: http://www.imo.org/en/OurWork/Environment/PollutionPrevention/AirPollution/Pages/Sulphur-oxides- (SOx)-%E2 %80 %93-Regulation-14.aspx).

(19)   

(Il-Verżjoni tas-27.6.2023: http://www.imo.org/en/OurWork/Environment/PollutionPrevention/AirPollution/Pages/Nitrogenoxides-(NOx)-–-Regulation-13.aspx).

6.11.    It-trasport ta’ passiġġieri bl-ilma baħar u kostali

Deskrizzjoni tal-attività

Ix-xiri, il-finanzjament, in-noleġġ (bl-ekwipaġġ jew mingħajru) u t-tħaddim ta’ bastimenti ddisinjati u mgħammra għat-trasport tal-passiġġieri, fuq il-baħar jew f’ilmijiet kostali, kemm jekk skedati kif ukoll jekk le. L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jinkludu t-tħaddim ta’ mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma, ta’ taxies tal-ilma u ta’ bastimenti tal-eskursjonijiet, tal-kruċieri jew ta’ mawriet għall-veduti.

L-attività tista’ tiġi assoċjata ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari H50.10, N77.21 u N77.34 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija ma tissodisfax il-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punti (a) ta’ din it-Taqsima, l-attività tkun attività tranżizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar li jifdal stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma ma’ wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:
(a)  il-bastimenti għandhom emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);
(b)  fejn teknoloġikament u ekonomikament ma jkunx fattibbli li tinżamm konformità mal-kriterju fil-punt (a), sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-bastimenti ibridi u li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil iġibu tal-anqas 25 % tal-enerġija tagħhom minn fjuwils tal-emissjonijiet żero diretti ta’ CO2 (mit-tailpipe) jew potenza elettrika rikarikabbli għat-tħaddim normali tagħhom fil-baħar u fil-portijiet;
(c)  fejn teknoloġikament u ekonomikament mhux fattibbli li jkun hemm konformità mal-kriterju fil-punt (a), sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-bastimenti jkunu kisbu valur tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (EEDI) (1) miksub b’valur ta’ 10 % anqas mir-rekwiżiti tal-EEDI applikabbli fl-1 ta’ April 2022 (2), jekk il-bastimenti jkunu jistgħu jaħdmu bi fjuwils b’emissjonijiet diretti żero (mit-tailpipe) jew bi fjuwils minn sorsi rinnovabbli (3); ►M2  
(d)  fejn ma huwiex teknoloġikament u ekonomikament fattibbli li jkun hemm konformità mal-punt (a), mill-1 ta’ Jannar 2026, il-bastimenti li jistgħu jaħdmu jistgħu jaħdmu bi fjuwils b’emissjonijiet diretti żero (mit-tailpipe) jew bi fjuwils minn sorsi rinnovabbli (3) għandhom valur tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (EEDI) ekwivalenti għat-tnaqqis tal-linja ta’ referenza tal-EEDI b’mill-inqas 20 punt perċentwali taħt ir-rekwiżiti tal-EEDI applikabbli fl-1 ta’ April 2022 (8), u:
(a)  ikunu jistgħu jiġu ċċarġjati waqt l-irmiġġ;
(b)  għall-vapuri li jaħdmu bil-gass, juru l-użu ta’ miżuri u teknoloġiji avvanzati biex itaffu l-emissjonijiet tal-metan.
(e)  fejn ma jkunx teknoloġikament u ekonomikament fattibbli li jkun hemm konformità mal-punt (a), mill-1 ta’ Jannar 2026, minbarra l-valur miksub tal-Indiċi ta’ Bastiment Eżistenti għall-Effiċjenza Enerġetika (EEXI) ekwivalenti għat-tnaqqis tal-linja ta’ referenza tal-EEDI b’mill-inqas 10 punti perċentwali taħt ir-rekwiżiti tal-EEXI applikabbli fl-1 ta’ Jannar 2023 (9), l-intensità medja annwali tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn bastiment matul perjodu ta’ rapportar (10) ma taqbiżx il-limiti li ġejjin:
(a)  76,4 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2029;
(b)  61,1 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2030 sal-31 ta’ Diċembru 2034;
(c)  45,8 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2035 sal-31 ta’ Diċembru 2039;
(d)  30,6 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2040 sal-31 ta’ Diċembru 2044;
(e)  15.3 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2045.  ◄

Il-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

▼M2

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm fis-seħħ miżuri għall-immaniġġar u r-riċiklaġġ tal-iskart li ma għadux jintuża, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali dwar id-dekummissjonar mal-fornituri tas-servizzi tar-riċiklaġġ, riflessjoni fil-proġettazzjonijiet finanzjarji jew dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġetti. Dawn il-miżuri jiżguraw li l-komponenti u l-materjali jiġu segregati u ttrattati biex jimmassimizzaw ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, il-prinċipji tar-regolamentazzjoni tal-UE dwar l-iskart u r-regolamenti applikabbli, b’mod partikolari permezz tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-batteriji u l-elettronika u l-materja prima kritika fihom. Dawn il-miżuri jinkludu wkoll il-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi.

Hemm fis-seħħ miżuri għall-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni ta’ skart fil-fażi tal-użu (il-manutenzjoni, it-tħaddim tas-servizzi tat-trasport fir-rigward tal-iskart tal-catering) u għall-ġestjoni ta’ kwalunkwe skart li jifdal f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart.

Għal bastimenti eżistenti b’tunnellaġġ gross ta’ aktar minn 500 u dawk ġodda li jissostitwixxuhom, l-attività tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Il-bastimenti għar-ruttam jiġu rriċiklati f’faċilitajiet inklużi fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti kif stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2016/2323.

L-attività tikkonforma mad-Direttiva (UE) 2019/883 fir-rigward tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar kontra l-effetti negattivi mill-iskariki tal-iskart mill-bastimenti.

Il-bastiment jitħaddem f’konformità mal-Anness V tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri tat-2 ta’ Novembru 1973 (il-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO), b’mod partikolari biex jiġu prodotti kwantitajiet imnaqqsa ta’ skart u biex jitnaqqas l-iskariku legali, billi l-iskart tiegħu jiġi mmaniġġjat b’mod sostenibbli u ambjentalment korrett.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ ossidi tal-kubrit u tal-materja partikolata, il-bastimenti jikkonformaw mad-Direttiva (UE) 2016/802, u mar-Regolament 14 tal-Anness VI tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO. Il-kontenut ta’ kubrit fil-fjuwil ma jaqbiżx 0,50 % fil-massa (il-limitu globali ta’ kubrit) u 0,10 % fil-massa fiż-żona ta’ kontroll tal-emissjonijiet (emission control area, ECA) iddeżinjata mill-IMO fil-Baħar tat-Tramuntana u fil-Baħar Baltiku u wkoll fil-Baħar Mediterran (mill-2025) (4).

Fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu (NOx), il-bastimenti jikkonformaw mar-Regolament 13 tal-Anness VI tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO. Ir-rekwiżiti ta’ NOx tal-Livell II japplika għal bastimenti mibnija wara l-2011. Huwa biss matul it-tħaddim f’żoni ta’ kontroll tal-emissjonijiet NOx stabbiliti skont ir-regoli tal-IMO li l-bastimenti mibnija wara l-1 ta’ Jannar 2016 iridu jikkonformaw ma’ rekwiżiti aktar stretti fuq il-magni (Livell III) li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ NOx (5).

L-iskariki ta’ ilma iswed u aħdar jikkonformaw mal-Anness IV tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO.

Hemm fis-seħħ miżuri biex tiġi minimizzata t-tossiċità taż-żebgħa kontra l-inkrostazzjoni bijoloġika u tal-bijoċidi kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 528/2012.

▼B

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Ir-rilaxxi ta’ ilma tas-saborra li fih speċijiet mhux indiġeni huma pprevenuti f’konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Kontroll u għall-Ġestjoni tal-Ilma u tas-Sedimenti tas-Saborra tal-Bastimenti (BWM).

Hemm fis-seħħ miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni ta’ speċijiet mhux indiġeni permezz tal-bijoinkrostazzjoni tal-buq u ta’ żoni niċċa ta’ bastimenti b’kont meħud tal-Linji Gwida tal-IMO dwar il-Bijoinkrostazzjoni (6).

L-istorbju u l-vibrazzjonijiet huma limitati bl-użu ta’ skrejjen li jnaqqsu l-istorbju, ta’ disinn tal-buq jew ta’ makkinarju abbord f’konformità mal-gwida mogħtija fil-Linji Gwida tal-IMO għat-Tnaqqis tal-Istorbju taħt l-Ilma (7).

Fl-Unjoni, l-attività ma tfixkilx il-kisba ta’ status ambjentali tajjeb, kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE, li tirrikjedi li jittieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiġu evitati jew immitigati l-impatti fir-rigward tad-Deskritturi 1 (bijodiversità), 2 (speċijiet mhux indiġeni), 6 (integrità ta’ qiegħ il-baħar), 8 (kontaminanti), 10 (skart tal-baħar), 11 (Storbju/Enerġija) ta’ dik id-Direttiva u kif stabbilit fid-Deċiżjoni (UE) 2017/848 fir-rigward tal-kriterji u tal-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dawk id-deskritturi, kif applikabbli.

(1)   

Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.imo.org/fr/MediaCentre/HotTopics/GHG/Pages/EEDI.aspx).

(2)   

Ir-rekwiżiti tal-EEID kif miftiehma mill-Kumitat għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fis-sessjoni ħamsa u sebgħin tiegħu. Bastimenti li jaqgħu fost it-tipi ta’ bastimenti stabbiliti fl-Anness VI tar-Regolament 2 tal-MARPOL, iżda li ma jitqisux bħala bastimenti ġodda skont dak ir-regolament jistgħu jipprovdu valur tal-EEDI miksub ikkalkolat fuq bażi volontarja f’konformità mal-Kapitolu 4 tal-Anness VI tal-MARPOL u jitolbu li dawk il-kalkoli jiġu vverifikati f’konformità mal-Kapitolu 2 tal-Anness VI tal-MARPOL.

(3)   

Fjuwils li jissodisfaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-taqsimiet 3.10 u 4.13 ta’ dan l-Anness.

(4)   

Fir-rigward tal-estensjoni tar-rekwiżiti li japplikaw fiż-Żona ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet għal ibħra oħra tal-Unjoni, pajjiżi li jmissu mal-Baħar Mediterran qed jiddiskutu l-ħolqien ta’ ECA rilevanti skont il-qafas ġuridiku tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona.

(5)   

Fl-ibħra tal-Unjoni, ir-rekwiżit huwa applikabbli mill-2021 fil-Baħar Baltiku u fil-Baħar tat-Tramuntana.

(6)   

Il-Linji Gwida tal-IMO, Guidelines for the control and management of ships’ biofouling to minimize the transfer of invasive aquatic species, ir-riżoluzzjoni MEPC.207(62).

(7)   

Linji gwida tal-IMO, Guidelines for the Reduction of Underwater Noise from Commercial Shipping to Address Adverse Impacts on Marine Life, (MEPC.1/Circ.833).

(8)   

Rekwiżiti tal-EEDI definiti bħala koeffiċjent ta’ tnaqqis perċentwali, li għandhom jiġu applikati għall-valur ta’ referenza tal-EEDI, kif miftiehem mill-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fil-ħamsa u sebgħin sessjoni tiegħu. Il-punti perċentwali definiti fil-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-EEDI għandhom jiżdiedu mal-koeffiċjent ta’ tnaqqis perċentwali tal-EEDI.

(9)   

Ir-rekwiżiti tal-EEXI ddefiniti bħala koeffiċjent ta’ tnaqqis perċentwali, li għandhom jiġu applikati għall-valur ta’ referenza tal-EEDI, kif miftiehem mill-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fis-sitta u sebgħin sessjoni tiegħu. Il-punti perċentwali definiti fil-kriterji tekniċi ta’ skrinjar tat-Tassonomija għall-EEXI jridu jiżdiedu mal-koeffiċjent ta’ tnaqqis perċentwali tal-EEXI. (Valur miksub tal-Indiċi ta’ Bastiment Eżistenti għall-Effiċjenza Enerġetika (Energy Efficiency Existing Ship Index, EEXI), mandatorju mill-1 ta’ Jannar 2023 għall-bastimenti kollha fit-trasport marittimu tal-merkanzija/tal-passiġġieri, biex titkejjel l-effiċjenza enerġetika tagħhom u biex jinbeda l-ġbir ta’ data għar-rapportar tal-indikatur operazzjonali annwali tal-intensità tal-karbonju (CII) u l-klassifikazzjoni CII tagħhom. (il-verżjoni tas-27.6.2023: https://www.imo.org/en/MediaCentre/HotTopics/Pages/EEXI-CII-FAQ.aspx).

(10)   

L-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn bastiment tiġi vverifikata minn parti terza indipendenti u kkalkulata bħala l-ammont ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal kull unità ta’ enerġija skont il-metodoloġija u l-valuri prestabbiliti speċifikati f’Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE.

6.12.    Il-modifika retroattiva ta’ trasport ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri fl-ibħra u fuq l-ilmijiet kostali

Deskrizzjoni tal-attività

Modifika retroattiva u titjib ta’ bastimenti ddisinjati u mgħammra għat-trasport ta’ merkanzija jew ta’ passiġġieri fuq ibħra jew f’ilmijiet kostali, u ta’ bastimenti meħtieġa għal operazzjonijiet tal-port u għal attivitajiet awżiljarji, bħal laneċ tal-irmonk, bastimenti tal-irmiġġ, bastimenti pilota, bastimenti tas-salvataġġ u ice-breakers.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċijiet tal-NACE H50.10, H50.2, H52.22, C33.15, N77.21 u N.77.34 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija tkun attività tranżitorja kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

►M2  
1.  L-attività tikkonforma ma’ wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:
(a)  l-attività ta’ modifika retroattiva tnaqqas il-konsum ta’ fjuwil tal-bastiment b’tal-anqas 15 % espress fi grammi ta’ fjuwil għal kull tunnellata ta’ piż mejjet għal kull mil nawtiku għall-bastimenti tal-merkanzija, jew għal kull tunnellaġġ gross għal kull mil nawtiku għall-bastimenti tal-passiġġieri, kif muri mid-dinamika tal-fluwdi komputazzjonali (computational fluid dynamics, CFD), mit-testijiet tat-tankijiet jew minn kalkoli simili tal-inġinerija;
(b)  tippermetti lill-bastimenti jiksbu valur tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tal-Bastimenti Eżistenti (EEXI) ta’ mill-inqas 10 % taħt ir-rekwiżiti tal-EEXI applikabbli fl-1 ta’ Jannar 2023 u jekk il-bastimenti jkunu jistgħu jaħdmu bi fjuwils b’emissjonijiet diretti żero (mit-tailpipe) jew bi fjuwils minn sorsi rinnovabbli (5), u jkollhom il-kapaċità li jiġu ċċarġjati waqt l-irmiġġ u jkunu mgħammra b’teknoloġija tal-enerġija rikarikabbli.  ◄
2.  Il-bastimenti mhumiex dedikati għat-trasport ta’ fjuwils fossili.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

▼M2

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm fis-seħħ miżuri għall-immaniġġar u r-riċiklaġġ tal-iskart li ma għadux jintuża, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali dwar id-dekummissjonar mal-fornituri tas-servizzi tar-riċiklaġġ, riflessjoni fil-proġettazzjonijiet finanzjarji jew dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġetti. Dawn il-miżuri jiżguraw li l-komponenti u l-materjali jiġu segregati u ttrattati biex jimmassimizzaw ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, il-prinċipji tar-regolamentazzjoni tal-UE dwar l-iskart u r-regolamenti applikabbli, b’mod partikolari permezz tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-batteriji u l-elettronika u l-materja prima kritika fihom. Dawn il-miżuri jinkludu wkoll il-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi.

Għal bastimenti eżistenti b’tunnellaġġ gross ta’ aktar minn 500 u dawk ġodda li jissostitwixxuhom, l-attività tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Il-bastimenti għar-ruttam jiġu rriċiklati f’faċilitajiet inklużi fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti kif stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2016/2323.

L-attività tikkonforma mad-Direttiva (UE) 2019/883 fir-rigward tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar kontra l-effetti negattivi mill-iskariki tal-iskart mill-bastimenti.

Il-bastiment jitħaddem f’konformità mal-Anness V tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri tat-2 ta’ Novembru 1973 (il-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO), b’mod partikolari biex jiġu prodotti kwantitajiet imnaqqsa ta’ skart u biex jitnaqqas l-iskariku legali, billi l-iskart tiegħu jiġi mmaniġġjat b’mod sostenibbli u ambjentalment korrett.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ ossidi tal-kubrit u tal-materja partikolata, il-bastimenti jikkonformaw mad-Direttiva (UE) 2016/802, u mar-Regolament 14 tal-Anness VI tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO. Il-kontenut ta’ kubrit fil-fjuwil ma jaqbiżx 0,50 % fil-massa (il-limitu globali ta’ kubrit) u 0,10 % fil-massa fiż-żona ta’ kontroll tal-emissjonijiet (emission control area, ECA) iddeżinjata mill-IMO fil-Baħar tat-Tramuntana u fil-Baħar Baltiku u wkoll fil-Baħar Mediterran (mill-2025) (1).

Fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu (NOx), il-bastimenti jikkonformaw mar-Regolament 13 tal-Anness VI tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO. Ir-rekwiżit ta’ NOx tal-Livell II japplika għal bastimenti mibnija wara l-2011. Huwa biss matul it-tħaddim f’żoni ta’ kontroll tal-emissjonijiet NOx stabbiliti skont ir-regoli tal-IMO li l-bastimenti mibnija wara l-1 ta’ Jannar 2016 iridu jikkonformaw ma’ rekwiżiti aktar stretti fuq il-magni (Livell III) li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ NOx (2).

L-iskariki ta’ ilma iswed u aħdar jikkonformaw mal-Anness IV tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO.

Hemm fis-seħħ miżuri biex tiġi minimizzata t-tossiċità taż-żebgħa kontra l-inkrostazzjoni bijoloġika u tal-bijoċidi kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 528/2012.

▼B

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Ir-rilaxxi ta’ ilma tas-saborra li fih speċijiet mhux indiġeni huma pprevenuti f’konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Kontroll u għall-Ġestjoni tal-Ilma u tas-Sedimenti tas-Saborra tal-Bastimenti (BWM).

Hemm fis-seħħ miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni ta’ speċijiet mhux indiġeni permezz tal-bijoinkrostazzjoni tal-buq u ta’ żoni niċċa ta’ bastimenti b’kont meħud tal-Linji Gwida tal-IMO dwar il-Bijoinkrostazzjoni (3).

L-istorbju u l-vibrazzjonijiet huma limitati bl-użu ta’ skrejjen li jnaqqsu l-istorbju, ta’ disinn tal-buq jew ta’ makkinarju abbord f’konformità mal-gwida mogħtija fil-Linji Gwida tal-IMO għat-Tnaqqis tal-Istorbju taħt l-Ilma (4).

Fl-Unjoni, l-attività ma tfixkilx il-kisba ta’ status ambjentali tajjeb, kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE, li tirrikjedi li jittieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiġu evitati jew immitigati l-impatti fir-rigward tad-Deskritturi 1 (bijodiversità), 2 (speċijiet mhux indiġeni), 6 (integrità ta’ qiegħ il-baħar), 8 (kontaminanti), 10 (skart tal-baħar), 11 (Storbju/Enerġija) ta’ dik id-Direttiva u kif stabbilit fid-Deċiżjoni (UE) 2017/848 fir-rigward tal-kriterji u tal-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dawk id-deskritturi, kif applikabbli.

(1)   

Fir-rigward tal-estensjoni tar-rekwiżiti li japplikaw fiż-Żona ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet għal ibħra oħra tal-Unjoni, pajjiżi li jmissu mal-Baħar Mediterran qed jiddiskutu l-ħolqien ta’ ECA rilevanti skont il-qafas ġuridiku tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona.

(2)   

Fl-ibħra tal-Unjoni, ir-rekwiżit huwa applikabbli mill-2021 fil-Baħar Baltiku u fil-Baħar tat-Tramuntana.

(3)   

Il-Linji Gwida tal-IMO, Guidelines for the control and management of ships’ biofouling to minimize the transfer of invasive aquatic species, ir-riżoluzzjoni MEPC.207(62).

(4)   

Linji gwida tal-IMO, Guidelines for the Reduction of Underwater Noise from Commercial Shipping to Address Adverse Impacts on Marine Life, (MEPC.1/Circ.833).

(5)   

Fjuwils li jissodisfaw il-Kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsimiet 3.10 u 4.13 ta’ dan l-Anness.

6.13.    L-infrastruttura għall-mobbiltà personali, il-loġistika taċ-ċikli

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ infrastruttura għall-mobilità personali, inkluża l-kostruzzjoni ta’ toroq, ta’ pontijiet għall-awtostradi u ta’ mini u ta’ infrastruttura oħra dedikati għall-persuni mixjin u għar-roti, b’assistenza elettrika jew mingħajr.

▼M2

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F42.11, F42.12, F42.13, F43.21, M71.12 u M71.20 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

▼B

Attività ekonomika f’din il-kategorija ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-infrastruttura li hija mibnija u mħaddma hija ddedikata għall-mobilità personali jew għal-loġistika taċ-ċikli: bankini, korsiji tar-roti u żoni għall-persuni mixjin, installazzjonijiet għall-iċċarġjar elettriku u għar-riforniment tal-idroġenu għal tagħmir tal-mobilità personali.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Tal-anqas 70 % (skont il-piż) tal-iskart mhux perikoluż mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni (eskluż il-materjal li jseħħ b’mod naturali msemmi fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea ta’ Skart stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE (1)) iġġenerat fuq is-sit tal-kostruzzjoni jitħejja għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għall-irkupru ta’ materjal ieħor, inklużi operazzjonijiet ta’ backfilling li jużaw l-iskart sabiex jissostitwixxi materjali oħra, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u mal-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (2). L-operaturi jillimitaw il-ġenerazzjoni tal-iskart fil-proċessi relatati mal-kostruzzjoni u mad-demolizzjoni, f’konformità mal-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni, filwaqt li jqisu l-aħjar tekniki disponibbli u jużaw demolizzjoni selettiva sabiex ikunu jistgħu jitneħħew u jiġu maniġġati b’mod sikur is-sustanzi perikolużi u jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja permezz tat-tneħħija selettiva tal-materjali, billi jużaw is-sistemi ta’ tqassim disponibbli għall-iskart mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Ittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta’ Mejju 2000 li tistabilixxi lista ta’ skart skont l-Artikolu 1(a) tad- Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabilixxi lista ta’ skart perikoluż skond l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3).

(2)   

Il-Protokoll tal-UE dwar l-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/growth/content/eu-construction-and-demolition-waste-protocol-0_mt).

6.14.    L-infrastruttura għat-trasport ferrovjarju

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-binarji ferrovjarji u tal-metrò kif ukoll tal-pontijiet u tal-mini, tal-istazzjonijiet, tat-terminali, tal-faċilitajiet ta’ servizz għall-ferroviji ( 39 ), u tas-sistemi tas-sikurezza u ta’ ġestjoni tat-traffiku li jinkludu l-provvista ta’ servizzi arkitettoniċi, ta’ servizzi tal-inġinerija, ta’ servizzi ta’ abbozzar, ta’ servizzi ta’ spezzjoni tal-bini u ta’ servizzi ta’ stħarriġ u ta’ mmappjar u l-bqija kif ukoll it-twettiq tal-ittestjar fiżiku, kimiku u ta’ ttestjar analitiku ieħor ta’ kull tip ta’ materjal u ta’ prodott.

▼M2

Il-manifattura, l-installazzjoni, il-konsultazzjoni teknika, il-modifika retroattiva, it-titjib, it-tiswija, il-manutenzjoni, u l-adattament għal skop differenti ta’ prodotti, tagħmir, sistemi, u software relatati ma’ wieħed mill-elementi li ġejjin:

(a) 

stallazzjoni ta’ binarji muntati;

(b) 

il-kostitwenti ferrovjarji dettaljati fil-Punti 2.2 sa 2.6 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/797.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari C25.99, C27.9, C30.20, F42.12, F42.13, M71.12, M71.20, F43.21 u H52.21 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

▼B

Attività ekonomika f’din il-kategorija ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  L-attività tikkonforma ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)  l-infrastruttura (kif definita fl-Anness II.2 tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)) hija jew:
(i)  l-infrastruttura u s-subsistemi assoċjati elettrizzati maġenb il-binarji: l-infrastruttura, l-enerġija, il-kmand-kontroll u s-sinjalazzjoni abbord, u s-subsistemi tal-kmand-kontroll u s-sinjalazzjoni maġenb il-binarji kif definiti fl-Anness II.2 tad-Direttiva (UE) 2016/797;
(ii)  l-infrastruttura ġdida jew eżistenti maġenb il-binarji u s-subsistemi assoċjati fejn ikun hemm pjan għall-elettrizzazzjoni fir-rigward tal-linji ferrovjarji, u, sa fejn meħtieġ għall-operazzjonijiet tal-ferroviji elettriċi, fir-rigward ta’ binarji żgħar maġenb il-binarji, jew fejn li l-infrastruttura tkun idonea sabiex tintuża minn ferroviji b’emissjonijiet żero ta’ CO2 mit-tailpipe fi żmien 10 snin mill-bidu tal-attività: l-infrastruttura, l-enerġija, il-kmand-kontroll u s-sinjalazzjoni abbord, u s-subsistemi tal-kmand-kontroll u s-sinjalazzjoni maġenb il-binarji kif definiti fl-Anness II. tad-Direttiva (UE) 2016/797;
(iii)  sal-2030, l-infrastruttura eżistenti maġenb il-binarji u s-subsistemi assoċjati li mhumiex parti min-network TEN-T (2) u l-estensjonijiet indikattivi tiegħu għal pajjiżi terzi, u lanqas kwalunkwe network ta’ linji ferrovjarji ewlenin definit fil-livell nazzjonali, supranazzjonali jew internazzjonali: l-infrastruttura, l-enerġija, il-kmand-kontroll u s-sinjalazzjoni abbord, u s-subsistemi tal-kmand-kontroll u s-sinjalazzjoni maġenb il-binarji kif definiti fl-Anness II. tad-Direttiva (UE) 2016/797;
(b)  l-infrastruttura u l-installazzjonijiet huma dedikati għat-trasbord tal-merkanzija bejn il-modi: l-infrastruttura tat-terminali u s-superstrutturi għat-tagħbija, għall-ħatt u għat-trasbord tal-oġġetti;
(c)  l-infrastruttura u l-installazzjonijiet huma dedikati għat-trasferiment ta’ passiġġieri minn ferrovija għal oħra jew minn modi oħra għall-ferroviji; ►M2  
(d)  l-għodod diġitali jippermettu żieda fl-effiċjenza, fil-kapaċità jew fl-iffrankar tal-enerġija.  ◄

2.  L-infrastruttura mhijiex dedikata għat-trasport jew għall-ħżin ta’ fjuwils fossili.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

▼M2

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-operaturi jillimitaw il-ġenerazzjoni tal-iskart fi proċessi relatati mal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni u jqisu l-aħjar tekniki disponibbli. Tal-anqas 70 % (skont il-piż) tal-iskart mhux perikoluż mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni (eskluż il-materjal li jseħħ b’mod naturali msemmi fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea ta’ Skart stabbilita bid-Deċiżjoni 2000/532/KE) iġġenerat fuq is-sit tal-kostruzzjoni jitħejja għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għall-irkupru ta’ materjal ieħor, inklużi operazzjonijiet ta’ radam mill-ġdid li jużaw l-iskart sabiex jissostitwixxi materjali oħra, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u mal-Protokoll tal-UE dwar il-Ġestjoni tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (5). L-operaturi jużaw d-demolizzjoni selettiva biex jippermettu t-tneħħija u l-immaniġġar sikur ta’ sustanzi perikolużi u jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja.

Għall-kostitwenti tal-manifattura, l-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta dawn it-tekniki li jappoġġaw:

(a)  l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u ta’ komponenti użati mill-ġdid fi prodotti manifatturati;

(b)  id-disinjar għal durabbiltà għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabbiltà tal-prodotti manifatturati;

(c)  l-immaniġġjar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)  informazzjoni dwar sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti manifatturati u t-traċċabilità tagħhom.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Meta xieraq, fid-dawl tas-sensittività taż-żona affettwata, b’mod partikolari f’termini tad-daqs tal-popolazzjoni affettwata, l-istorbju u l-vibrazzjonijiet mill-użu tal-infrastruttura huma mitigati bl-introduzzjoni ta’ gandotti miftuħa, ta’ lqugħ b’ħitan, jew b’miżuri oħra u jikkonformaw mad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

Ittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni.

Għall-kostitwenti tal-manifattura, l-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

(6)  Protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

Addizzjonalment, dan li ġej għandu jiġi żgurat:

(a)  fl-Unjoni, b’rabta mas-siti ta’ Natura 2000: l-attività ma għandhiex effetti sinifikanti fuq is-siti ta’ Natura 2000 fid-dawl tal-objettivi ta’ konservazzjoni tagħhom fuq il-bażi ta’ valutazzjoni xierqa mwettqa f’konformità mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (7);

(b)  fl-Unjoni, fi kwalunkwe żona: l-attività ma hijiex ta’ detriment għall-irkupru jew għall-manutenzjoni tal-poplazzjonijiet tal-ispeċi protetti bis-saħħa tad-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli. L-attività lanqas ma hija ta’ detriment għall-irkupru jew għall-manutenzjoni tat-tipi ta’ ħabitats protetti bis-saħħa tad-Direttiva 92/43/KEE fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli;

(c)  barra mill-Unjoni, l-attivitajiet jitwettqu f’konformità mal-liġi applikabbli relatata mal-konservazzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet.

▼B

(1)   

Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).

(2)   

F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

(3)   

Il-Protokoll tal-UE dwar l-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/growth/content/eu-construction-and-demolition-waste-protocol-0_mt).

(4)   

Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12).

(5)   

Il-Protokoll tal-UE dwar il-Ġestjoni tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni, Settembru 2016: https://ec.europa.eu/docsroom/documents/20509/?locale=mt.

(6)   

Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali - Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-Laqgħa Konċiljatorja dwar id-Direttiva relatata mal-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12).

(7)   

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(8)   

Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

6.15.    L-infrastruttura li tippermetti t-trasport bit-triq u t-trasport pubbliku b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni, il-manutenzjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura li hija meħtieġa għat-tħaddim b’emissjonijiet żero ta’ CO2 mit-tailpipe tat-trasport bit-triq b’emissjonijiet żero, kif ukoll tal-infrastruttura dedikata għat-trasbord, u tal-infrastruttura meħtieġa għat-tħaddim tat-trasport urban.

▼M2

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari F42.11, F42.13, M71.12 u M71.20 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

▼B

Attività ekonomika f’din il-kategorija ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  L-attività tikkonforma ma’ wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(a)  l-infrastruttura hija dedikata għat-tħaddim ta’ vetturi b’emissjonijiet żero ta’ CO2 mit-tailpipe: il-punti għall-iċċarġjar elettriku, it-titjib tal-konnessjonijiet mal-grilja tal-elettriku, l-istazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu jew is-sistemi elettriċi tat-toroq (ERS);

(b)  l-infrastruttura u l-installazzjonijiet huma dedikati għat-trasbord tal-merkanzija bejn il-modi: l-infrastruttura tat-terminali u s-superstrutturi għat-tagħbija, għall-ħatt u għat-trasbord tal-oġġetti;

(c)  l-infrastruttura u l-installazzjonijiet huma dedikati għat-trasport pubbliku urban u suburban tal-passiġġieri, inklużi sistemi ta’ sinjalar assoċjati għas-sistemi tal-metro, tat-tram u tal-ferrovija.

2.  L-infrastruttura mhijiex dedikata għat-trasport jew għall-ħżin ta’ fjuwils fossili.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Tal-anqas 70 % (skont il-piż) tal-iskart mhux perikoluż mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni (eskluż il-materjal li jseħħ b’mod naturali ddefinit fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea ta’ Skart stabbilita bid-Deċiżjoni 2000/532/KE) iġġenerat fuq is-sit tal-kostruzzjoni jitħejja għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għall-irkupru ta’ materjal ieħor, inklużi operazzjonijiet ta’ backfilling li jużaw l-iskart sabiex jissostitwixxi materjali oħra, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u mal-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (1). L-operaturi jillimitaw il-ġenerazzjoni tal-iskart fil-proċessi relatati mal-kostruzzjoni u mad-demolizzjoni, f’konformità mal-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni, u filwaqt li jqisu l-aħjar tekniki disponibbli u jużaw demolizzjoni selettiva sabiex ikunu jistgħu jitneħħew u jiġu maniġġati b’mod sikur is-sustanzi perikolużi u jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja permezz tat-tneħħija selettiva tal-materjali, billi jużaw is-sistemi ta’ tqassim disponibbli għall-iskart mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Fejn rilevanti, l-istorbju u l-vibrazzjonijiet mill-użu tal-infrastruttura huma mmitigati bl-introduzzjoni ta’ gandotti miftuħin, ta’ ħitan ta’ lqugħ jew b’miżuri oħra u jikkonformaw mad-Direttiva 2002/49/KE.

Ittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

Fejn rilevanti, il-manutenzjoni tal-veġetazzjoni tul l-infrastruttura tat-trasport bit-triq tiżgura li l-ispeċijiet invażivi ma jinfirxux.

Ġew implimentati miżuri ta’ mitigazzjoni sabiex jiġu evitati kolliżjonijiet ma’ organiżmi selvaġġi.

(1)   

Il-Protokoll tal-UE dwar l-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/growth/content/eu-construction-and-demolition-waste-protocol-0_mt).

6.16.    L-infrastruttura li tippermetti t-trasport bl-ilma b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju

▼M2

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-infrastruttura li hija meħtieġa għat-tħaddim b’emissjonijiet żero tas-CO2 mill-iżbokk tal-egżost tal-bastimenti jew għall-operazzjonijiet proprji tal-port, kif ukoll infrastruttura dedikata għat-trażbord u l-bidla modali u faċilitajiet tas-servizzi, is-sikurezza u s-sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jeskludu t-tħammil tal-passaġġi fuq l-ilma interni.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F42.91, M71.12 u M71.20 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006. Attività ekonomika f’din il-kategorija ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

▼B

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  L-attività tikkonforma ma’ wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(a)  l-infrastruttura hija dedikata għat-tħaddim ta’ bastiment b’emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe): iċċarġjar elettriku, riforniment ibbażat fuq l-idroġenu;
(b)  l-infrastruttura hija dedikata għall-provvista ta’ enerġija elettrika mix-xatt għall-bastimenti rmiġġati;
(c)  l-infrastruttura hija dedikata għat-twettiq tal-operazzjonijiet proprji tal-portijiet b’emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);
(d)  l-infrastruttura u l-installazzjonijiet huma dedikati għat-trasbord tal-merkanzija bejn il-modi: l-infrastruttura tat-terminali u s-superstrutturi għat-tagħbija, għall-ħatt u għat-trasbord tal-oġġetti; ►M2  
(e)  il-modernizzazzjoni tal-infrastruttura eżistenti meħtieġa biex tippermetti bidla modali u tajba għall-użu minn bastimenti b’emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe) u li tkun ġiet soġġetta għal valutazzjoni verifikata tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima f’konformità mal-Avviż tal-Kummissjoni — Gwida teknika dwar il-verifika tar-reżistenza klimatika tal-infrastruttura fil-perjodu 2021-2027 (2021/C 373/01).  ◄

2.  L-infrastruttura mhijiex dedikata għat-trasport jew għall-ħżin ta’ fjuwils fossili.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

▼M2

(3)  Użu sostenibbli u protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE.

F’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE u b’mod partikolari mal-paragrafu 7 ta’ dak l-Artikolu, għandha titwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-proġett sabiex jiġu vvalutati l-impatti potenzjali kollha tiegħu fuq l-istat tal-korpi tal-ilma fl-istess baċir idrografiku u fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti li jiddependu direttament fuq l-ilma, b’kunsiderazzjoni partikolari tal-kurituri tal-migrazzjoni, tax-xmajjar bi fluss liberu jew tal-ekosistemi qrib il-kundizzjonijiet mhux disturbati.

Il-valutazzjoni hija bbażata fuq data reċenti, komprensiva u akkurata, li tinkludi data ta’ monitoraġġ fuq elementi tal-kwalità bijoloġika li huma speċifikament sensittivi għal alterazzjonijiet idromorfoloġiċi, u fuq l-istat mistenni tal-korp tal-ilma bħala riżultat tal-attivitajiet il-ġodda, meta mqabbel ma’ dak kurrenti tiegħu. Hija tivvaluta, b’mod partikolari, l-impatti akkumulati tal-proġett il-ġdid fuq infrastruttura eżistenti jew ippjanata oħra fil-baċir idrografiku.

Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni tal-impatt, ġie stabbilit li l-proġett huwa konċepit, skont id-disinn u l-post u permezz ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni, sabiex ikun konformi ma’ wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  il-proġett ma jinvolvi l-ebda deterjorament u lanqas ma jikkomprometti l-kisba ta’ stat jew ta’ potenzjal tajjeb tal-korp tal-ilma speċifiku li huwa relatat miegħu;

(b)  fejn il-proġett jirriskja li jiddeterjora jew jikkomprometti l-kisba ta’ stat/potenzjal tajjeb tal-korp tal-ilma speċifiku li jkun relatat miegħu, tali deterjorament ma jkunx sinifikanti, u jkun iġġustifikat minn valutazzjoni dettaljata tal-kost-benefiċċji li turi dawn it-tnejn li ġejjin:

(i)  ir-raġunijiet prevalenti fl-interess pubbliku jew il-fatt li l-benefiċċji mistennija mill-proġett ta’ infrastruttura ta’ navigazzjoni ppjanat, f’termini ta’ benefiċċji għall-mitigazzjoni tat -tibdil fil-klima u għall-adattament għat-tibdil fil-klima, jisbqu l-kostijiet mid-deterjorament tal-istat tal-ilma li jakkumulaw għall-ambjent u għas-soċjetà;

(ii)  il-fatt li l-interess pubbliku prevalenti jew il-benefiċċji mistennija mill-attività ma jistgħux, għal raġunijiet ta’ fattibbiltà teknika jew ta’ kost sproporzjonat, jinkisbu b’mezzi alternattivi li jkunu jwasslu għal eżitu ambjentali aħjar (bħal soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, post alternattiv, riabilitazzjoni/rinnovazzjoni ta’ infrastrutturi eżistenti, jew l-użu ta’ teknoloġiji li ma jfixklux il-kontinwità tax-xmara).

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni teknikament fattibbli u ekoloġikament rilevanti kollha jkunu implimentati sabiex jitnaqqsu l-impatti avversi fuq l-ilma kif ukoll fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti li jiddependu b’mod dirett fuq l-ilma.

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni jinkludu, fejn rilevanti u skont l-ekosistemi preżenti b’mod naturali fil-korpi tal-ilma affettwati:

(a)  miżuri li jiżguraw kundizzjonijiet kemm jista’ jkun qrib ta’ kontinwità mhux disturbata, inklużi miżuri li jiżguraw kontinwità lonġitudinali u laterali, fluss ekoloġiku minimu u fluss tas-sediment;

(b)  miżuri li jipproteġu jew itejbu l-kundizzjonijiet morfoloġiċi u l-ħabitats għall-ispeċijiet akkwatiċi;

(c)  miżuri sabiex jitnaqqsu l-impatti negattivi tal-ewtrofikazzjoni.

L-effettività ta’ dawk il-miżuri hija ssorveljata fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni jew tal-permess li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet immirati lejn il-kisba ta’ stat jew ta’ potenzjal tajjeb tal-korp tal-ilma affettwat.

Il-proġett ma jikkompromettix b’mod permanenti l-kisba ta’ stat/potenzjal tajjeb fi kwalunkwe wieħed mill-korpi tal-ilma fl-istess żona tal-baċir idrografiku.

Minbarra l-miżuri ta’ mitigazzjoni, u fejn rilevanti, jiġu implimentati miżuri kompensatorji sabiex jiġi żgurat li l-proġett ma jirriżultax f’deterjorament ġenerali tal-istat tal-korpi tal-ilma fl-istess żona tal-baċir idrografiku. Dak ir-riżultat jinkiseb bir-restawr tal-kontinwità (lonġitudinali jew laterali) fl-istess żona tal-baċir idrografiku sa livell li jikkumpensa t-tfixkil tal-kontinwità, li l-proġett tal-infrastruttura tan-navigazzjoni ppjanat jista’ jikkawża. Il-kumpens jibda qabel l-eżekuzzjoni tal-proġett.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-operaturi jillimitaw il-ġenerazzjoni tal-iskart fi proċessi relatati mal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni u jqisu l-aħjar tekniki disponibbli. Talanqas 70 % (skont il-piż) tal-iskart mhux perikoluż mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni (eskluż il-materjal li jseħħ b’mod naturali msemmi fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea ta’ Skart stabbilita bid-Deċiżjoni 2000/532/KE iġġenerat fuq is-sit tal-kostruzzjoni jitħejja għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għall-irkupru ta’ materjal ieħor, inklużi operazzjonijiet ta’ radam mill-ġdid li jużaw l-iskart sabiex jissostitwixxi materjali oħra, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u mal-Protokoll tal-UE dwar il-Ġestjoni tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni. L-operaturi jużaw d-demolizzjoni selettiva biex jippermettu t-tneħħija u l-immaniġġar sikur ta’ sustanzi perikolużi u jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja.

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta dawn it-tekniki li jappoġġaw:

(a)  l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u ta’ komponenti użati mill-ġdid fi prodotti manifatturati;

(b)  id-disinjar għal durabbiltà għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabbiltà tal-prodotti manifatturati;

(c)  l-immaniġġjar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)  informazzjoni dwar sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti manifatturati u t-traċċabilità tagħhom.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Ittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, il-vibrazzjoni, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni.

(6)  Protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Tlestiet Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) jew skrinjar (2) f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE (3). Meta twettqet VIA, jiġu implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens meħtieġa għall-ħarsien tal-ambjent.

L-attività ma għandhiex effetti sinifikanti fuq iż-żoni protetti (siti ta’ Patrimonju Dinji tal-Unesco, Żoni Ewlenin tal-Bijodiversità, kif ukoll żoni protetti oħra għajr is-siti Natura 2000), u fuq speċijiet protetti abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt tagħha li tqis l-aħjar għarfien disponibbli (4).

Addizzjonalment, dan li ġej għandu jiġi żgurat:

(a)  fl-Unjoni, b’rabta mas-siti ta’ Natura 2000: l-attività ma għandhiex effetti sinifikanti fuq is-siti ta’ Natura 2000 fid-dawl tal-objettivi ta’ konservazzjoni tagħhom fuq il-bażi ta’ valutazzjoni xierqa mwettqa f’konformità mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE;

(b)  fl-Unjoni, fi kwalunkwe żona: l-attività ma hijiex ta’ detriment għall-irkupru jew għall-manutenzjoni tal-poplazzjonijiet tal-ispeċi protetti bis-saħħa tad-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli. L-attività lanqas ma hija ta’ detriment għall-irkupru jew għall-manutenzjoni tat-tipi ta’ ħabitats protetti bis-saħħa tad-Direttiva 92/43/KEE fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli;

(c)  fl-Unjoni, l-introduzzjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi tiġi evitata jew it-tixrid tagħhom jiġi ġestit f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

(d)  barra mill-Unjoni, l-attivitajiet jitwettqu f’konformità mal-liġi applikabbli relatata mal-konservazzjoni tal-ħabitat, tal-ispeċijiet u l-immaniġġar ta’ speċijiet aljeni invażivi.

▼B

(1)   

Il-Protokoll tal-UE dwar l-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/growth/content/eu-construction-and-demolition-waste-protocol-0_mt).

(2)   

Il-proċedura li permezz tagħha l-awtorità kompetenti tiddetermina jekk il-proġetti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/92/UE għandhomx ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali (kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) ta’ dik id-Direttiva).

(3)   

Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali ekwivalenti li jeħtieġu t-tlestija ta’ VIA jew l-iskrinjar, pereżempju l-Istandard ta’ Prestazzjoni 1 tal-IFC: Valutazzjoni u Ġestjoni tar-Riskji Ambjentali u Soċjali.

(4)   

Għall-attivitajiet li jinsabu f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali ekwivalenti, li għandhom l-għan li jippreservaw il-ħabitats naturali, il-fawna selvaġġa u l-flora selvaġġa, u li jirrikjedu li (1) titwettaq proċedura ta’ skrinjar sabiex jiġi ddeterminat jekk, għal attività partikolari, tkunx meħtieġa valutazzjoni xierqa tal-impatti possibbli fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti; (2) valutazzjoni xierqa bħal din fejn l-iskrinjar jiddetermina li hija meħtieġa, pereżempju l-Istandard tal-Prestazzjoni 6 tal-IFC: Konservazzjoni tal-Bijodiversità u Ġestjoni Sostenibbli tar-Riżorsi Naturali Ħajjin.

(5)   

Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).

6.17.    Infrastruttura tal-ajruporti b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju

Deskrizzjoni tal-attività

▼M2

Il-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ infrastruttura li hija meħtieġa għat-tħaddim b’emissjonijiet żero ta’ CO2 mit-tailpipe ta’ inġenji tal-ajru jew għall-operazzjonijiet proprji tal-ajruporti, u għall-provvista ta’ potenza elettrika tal-art u għall-inġenji tal-ajru prekundizzjonati mill-ajru għall-stazzjonarji u wkoll infrastruttura dedikata għat-trażbord bit-trasport ferrovjarju u fuq l-ilma.

▼B

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F41.20 u F42.99 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika hija attività ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  L-attività tikkonforma ma’ wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(a)  l-infrastruttura hija dedikata għat-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru b’emissjonijiet żero ta’ CO2 mit-tailpipe: iċċarġjar elettriku u riforniment tal-idroġenu;
(b)  l-infrastruttura hija dedikata għall-provvista ta’ ground power elettriku fiss u ta’ arja prekundizzjonata għall-inġenji tal-ajru stazzjonarji;
(c)  l-infrastruttura hija dedikata għall-eżekuzzjoni b’emissjonijiet diretti żero tal-operazzjonijiet proprji tal-ajruporti: il-punti għall-iċċarġjar elettriku, it-titjib tal-konnessjonijiet mal-grilja tal-elettriku, l-istazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu; ►M2  
(d)  l-infrastruttura u l-installazzjonijiet huma dedikati għat-trasbord tal-merkanzija bit-trasport bil-ferrovija u bl-ilma: infrastruttura tat-terminals u sovrastrutturi għat-tagħbija, il-ħatt u t-trasbord tal-merkanzija.  ◄

2.  L-infrastruttura mhijiex dedikata għat-trasport jew għall-ħżin ta’ fjuwils fossili.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Tal-anqas 70 % (skont il-piż) tal-iskart mhux perikoluż mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni (eskluż il-materjal li jseħħ b’mod naturali ddefinit fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea ta’ Skart stabbilita bid-Deċiżjoni 2000/532/KE) iġġenerat fuq is-sit tal-kostruzzjoni jitħejja għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għall-irkupru ta’ materjal ieħor, inklużi operazzjonijiet ta’ backfilling li jużaw l-iskart sabiex jissostitwixxi materjali oħra, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u mal-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (1). L-operaturi jillimitaw il-ġenerazzjoni tal-iskart fil-proċessi relatati mal-kostruzzjoni u mad-demolizzjoni, f’konformità mal-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni, u filwaqt li jqisu l-aħjar tekniki disponibbli u jużaw demolizzjoni selettiva sabiex ikunu jistgħu jitneħħew u jiġu maniġġati b’mod sikur is-sustanzi perikolużi u jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja permezz tat-tneħħija selettiva tal-materjali, billi jużaw is-sistemi ta’ tqassim disponibbli għall-iskart mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Ittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, il-vibrazzjoni, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Il-Protokoll tal-UE dwar l-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (https://ec.europa.eu/growth/content/eu-construction-and-demolition-waste-protocol-0_mt).

▼M2

6.18.    Lokazzjoni ta’ inġenji tal-ajru

Deskrizzjoni tal-attività

Kiri u lokazzjoni ta’ inġenji tal-ajru u partijiet u tagħmir tal-inġenji tal-ajru ( 40 ).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ kodiċi NACE, b’mod partikolari N77.35 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija ma tissodisfax il-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punti (a) ta’ din it-Taqsima, l-attività tkun attività tranżizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar li jifdal stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonsisti fil-kiri jew fil-lokazzjoni ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)  l-inġenji tal-ajru b’emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);

(b)  l-inġenju tal-ajru kkonsenjat qabel 11 ta’ Diċembru 2023, li jikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fit-Taqsima 3.21., is-sottotaqsima “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, il-punti (b) jew (c);

(c)  l-inġenju tal-ajru kkonsenjat wara 11 ta’ Diċembru 2023 f’konformità mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fit-Taqsima 3.21., is-sottotaqsima “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, il-punti (b) jew (c) u mal-impenn li inġenju tal-ajru ieħor mhux konformi fil-flotta jkun jew:

(i)  irtirat b’mod permanenti mill-użu fi żmien 6 xhur mill-kunsinna tal-inġenju tal-ajru konformi, f’liema każ, il-proporzjon ta’ sostituzzjoni ma japplikax; jew

(ii)  irtirat b’mod permanenti mill-flotta fi żmien 6 xhur mill-kunsinna tal-inġenju tal-ajru konformi f’liema każ is-sehem tal-konformità mat-Tassonomija tal-inġenji tal-ajru eliġibbli huwa limitat mill-proporzjon ta’ sostituzzjoni kif stabbilit fit-Taqsima 3.21;

fejn l-inġenju tal-ajru jkun irtirat b’mod permanenti mill-użu jew mill-flotta:

(i)  ma jkunx konformi mal-marġini stabbiliti fit-Taqsima 3.21., is-sottotaqsima “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, il-punt (b);

(ii)  ikollu mill-inqas 80 % tal-piż massimu waqt il-qtugħ mill-art tal-inġenju tal-ajru konformi;

(iii)  ikun baqa’ fil-flotta fi żmien mill-inqas 12-il xahar qabel l-irtirar tiegħu;

(iv)  ikollu prova tal-ajrunavigabbiltà li tmur lura inqas minn 6 xhur qabel il-konsenja tal-inġenju tal-ajru konformi.

Il-lokatur jiżgura li l-inġenji tal-ajru fil-punt (b) jew (c) jitħaddmu bi fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli (sustainable aviation fuels, SAF) b’mod konsistenti mal-kriterji speċifikati fil-punt (d) u fil-paragrafu 2 tat-Taqsima 6.19 ta’ dan l-Anness.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm fis-seħħ miżuri għall-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni ta’ skart fil-fażi tal-użu (il-manutenzjoni) u għall-ġestjoni ta’ kwalunkwe skart li jifdal f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart.

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta dawn it-tekniki li jappoġġaw:

(a)  l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u komponenti użati mill-ġdid fil-prodotti manifatturati;

(b)  id-disinjar għal durabbiltà għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabbiltà tal-prodotti manifatturati;

(c)  l-immaniġġjar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)  informazzjoni dwar sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti manifatturati u t-traċċabilità tagħhom.

Hemm fis-seħħ miżuri għall-immaniġġar u r-riċiklaġġ tal-iskart li ma għadux jintuża, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali dwar id-dekummissjonar mal-fornituri tas-servizzi tar-riċiklaġġ, riflessjoni fil-proġettazzjonijiet finanzjarji jew dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġetti. Dawn il-miżuri jiżguraw li l-komponenti u l-materjali jiġu segregati u ttrattati biex jimmassimizzaw ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, il-prinċipji tar-regolamentazzjoni tal-UE dwar l-iskart u r-regolamenti applikabbli, b’mod partikolari permezz tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-batteriji u l-elettronika u l-materja prima kritika fihom. Dawn il-miżuri jinkludu wkoll il-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-inġenju tal-ajru jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

L-inġenju tal-ajru msemmi fis-sottotaqsima “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, il-punti (b) sa (c), jikkonforma mal-istandards li ġejjin:

(a)  għal inġenji tal-ajru għajr dawk li jġorru l-merkanzija: l-emenda 13 tal-Volum I (storbju), il-Kapitolu 14 tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago, fejn is-somma tad-differenzi fit-tliet punti ta’ kejl kollha bejn il-livelli massimi tal-potenza akustika u l-livelli massimi permissibbli ta’ potenza akustika speċifikati f’ 14.4.1.1, 14.4.1.2 u 14.4.1.3, ma għandhiex tkun inqas minn 22 EPNdB; għall-inġenji tal-ajru tal-merkanzija: l-emenda 13 tal-Volum I (storbju), il-Kapitolu 14 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

(b)  l-emenda 10 tal-Volum II (emissjonijiet mill-magni), il-Kapitoli 2 u 4, tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago.

(6)  Protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

6.19.    Trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija

Deskrizzjoni tal-attività

Ix-xiri, il-finanzjament u l-operat ta’ inġenji tal-ajru inkluż it-trasport ta’ passiġġieri u merkanzija.

L-attività ekonomika ma tinkludix il-kiri ta’ inġenji tal-ajru msemmija fit-Taqsima 6.18.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari H51.1 u H51.21 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija ma tissodisfax il-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punt (a) ta’ din it-Taqsima, l-attività tkun attività tranżizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar li jifdal stabbiliti f’din it-taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tittwettaq b’waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  l-inġenji tal-ajru b’emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);

(b)  sal-31 ta’ Diċembru 2029, l-inġenju tal-ajru akkwiżit qabel 11 ta’ Diċembru 2023, li jikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsima 3.21., is-sottotaqsima “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, il-punti (b) jew (c);

(c)  sal-31 ta’ Diċembru 2029, l-inġenju tal-ajru akkwiżit wara 11 ta’ Diċembru 2023 f’konformità mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsima 3.21., is-sottotaqsima “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, il-punti (b) jew (c) u mal-impenn li inġenju tal-ajru ieħor mhux konformi fil-flotta jkun jew:

(i)  irtirat b’mod permanenti mill-użu fi żmien 6 xhur mill-kunsinna tal-inġenju tal-ajru konformi f’liema każ, il-proporzjon ta’ sostituzzjoni ma japplikax; jew

(ii)  irtirat b’mod permanenti mill-flotta fi żmien 6 xhur mill-kunsinna tal-inġenju tal-ajru konformi f’liema każ is-sehem tal-konformità mat-Tassonomija tal-inġenji tal-ajru eliġibbli huwa limitat mill-proporzjon ta’ sostituzzjoni kif stabbilit fit-Taqsima 3.21;

fejn l-inġenju tal-ajru jkun irtirat b’mod permanenti mill-użu jew mill-flotta:

(i)  ma jkunx konformi mal-marġini definiti fit-Taqsima 3.21., is-sottotaqsima “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, il-punt (b);

(ii)  ikollu mill-inqas 80 % tal-piż massimu waqt il-qtugħ mill-art tal-inġenju tal-ajru konformi;

(iii)  ikun baqa’ fil-flotta fi żmien mill-inqas 12-il xahar qabel l-irtirar tiegħu;

(iv)  ikollu prova tal-ajrunavigabbiltà li tmur lura inqas minn 6 xhur qabel il-konsenja tal-inġenju tal-ajru konformi.

(d)  mill-1 ta’ Jannar 2030, l-inġenju tal-ajru li jissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fil-punti (b) jew (c) hawn fuq u mħaddem b’sehem minimu ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli (SAF), li jikkorrispondi għal 15 % fl-2030 u jiżdied b’ 2 punti perċentwali fis-sena minn hemm ’il quddiem;

(e)  l-inġenji tal-ajru operaw b’sehem minimu ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli (SAF), li jikkorrispondi għal 5 % SAF fl-2022, bil-perċentwal ta’ SAF jiżdied b’2 punti perċentwali fis-sena minn hemm ’il quddiem.

Ir-rekwiżit tal-użu tas-SAF imsemmi fil-punti (d) u (e) jiġi kkalkulat b’referenza għall-fjuwil tal-avjazzjoni totali użat mill-inġenju tal-ajru konformi u s-SAF użat fil-livell tal-flotta. L-operaturi jikkalkulaw il-konformità bħala l-proporzjon tal-kwantità (espressa f’tunnellati) ta’ SAF mixtrija fil-livell tal-flotta diviż bil-fjuwil tal-avjazzjoni totali użat mill-inġenju tal-ajru konformi mmultiplikat b’100. Is-SAF huma definiti fir-Regolament dwar l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi għat-trasport sostenibbli bl-ajru.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm fis-seħħ miżuri għall-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni ta’ skart fil-fażi tal-użu (il-manutenzjoni, it-tħaddim tas-servizzi tat-trasport fir-rigward tal-iskart tal-catering) u għall-ġestjoni ta’ kwalunkwe skart li jifdal f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart.

Hemm fis-seħħ miżuri għall-immaniġġar u r-riċiklaġġ tal-iskart li ma għadux jintuża, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali dwar id-dekummissjonar mal-fornituri tas-servizzi tar-riċiklaġġ, riflessjoni fil-proġettazzjonijiet finanzjarji jew dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġetti. Dawn il-miżuri jiżguraw li l-komponenti u l-materjali jiġu segregati u ttrattati biex jimmassimizzaw ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, il-prinċipji tar-regolamentazzjoni tal-UE dwar l-iskart u r-regolamenti applikabbli, b’mod partikolari permezz tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-batteriji u l-elettronika u l-materja prima kritika fihom. Dawn il-miżuri jinkludu wkoll il-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-inġenju tal-ajru jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

L-inġenju tal-ajru konformi mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar fil-punti minn (b) sa (e) jikkonforma mal-istandards li ġejjin:

(a)  għal inġenji tal-ajru għajr dawk li jġorru l-merkanzija: l-emenda 13 tal-Volum I (storbju), il-Kapitolu 14 tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago, fejn is-somma tad-differenzi fit-tliet punti ta’ kejl kollha bejn il-livelli massimi tal-potenza akustika u l-livelli massimi permissibbli ta’ potenza akustika speċifikati f’ 14.4.1.1, 14.4.1.2 u 14.4.1.3, ma għandhiex tkun inqas minn 22 EPNdB; għall-inġenji tal-ajru tal-merkanzija: l-emenda 13 tal-Volum I (storbju), il-Kapitolu 14 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

(b)  l-emenda 10 tal-Volum II (emissjonijiet mill-magni), il-Kapitoli 2 u 4, tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago.

(6)  Protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

6.20.    Operazzjonijiet ta’ groundhandling għat-trasport bl-ajru

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura, it-tiswija, il-manutenzjoni, it-tiġdid, il-modifika retroattiva, id-disinn, l-adattament għal skop ġdid u t-titjib, ix-xiri, il-finanzjament, il-kiri, il-lokazzjoni u t-tħaddim ta’ tagħmir u attivitajiet ta’ servizz inċidentali għat-trasport bl-ajru (groundhandling), inklużi attivitajiet ta’ servizzi fuq l-art fl-ajruporti u l-immaniġġar tal-merkanzija, inkluż it-tagħbija u l-ħatt ta’ merkanzija mill-inġenji tal-ajru.

L-attivitajiet ekonomiċi jinkludu:

(a) 

vetturi għall-marshalling tal-inġenji tal-ajru u servizzi oħra fir-rampa;

(b) 

tagħmir għall-imbark tal-passiġġieri, inklużi shuttles tal-passiġġieri, taraġ mobbli;

(c) 

tagħmir għall-immaniġġar ta’ bagalji u merkanzija inklużi magni għat-tagħbija fuq iċ-ċinturin, tratturi tal-bagalji, pallet trucks tal-ajruport għat-tgħabija fis-sular t’isfel, vetturi għat-tgħabija fil-pjan prinċipali;

(d) 

tagħmir għall-catering inklużi dollies ta’ kontejners li jżommu friski, eskluż tagħmir b’unitajiet ta’ refriġerazzjoni mħaddma b’magna ta’ kombustjoni interna;

(e) 

tagħmir ta’ manutenzjoni inklużi stands u pjattaformi ta’ manutenzjoni;

(f) 

laneċ tal-irmonk pushback;

(g) 

tagħmir għat-tneħħija tas-silġ għall-inġenji tal-ajru u għat-tneħħija tas-silġ mill-magni;

(h) 

imħaret tas-silġ u tagħmir ieħor għat-tneħħija tal-borra u għat-tneħħija tas-silġ;

(i) 

taxiing mhux awtonomu.

L-attività ekonomika ma tinkludix vetturi għat-trasport tal-passiġġieri u l-ekwipaġġ u għar-riforniment tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru użati fl-ajruport koperti fit-Taqsimiet 3.3., 6.3. u 6.6 ta’ dan l-Anness.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari H52.23, H52.24, H52.29 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet diretti ta’ CO2 tal-vetturi tas-servizzi fuq l-art (mit-tailpipe) huma żero.

Il-propulsjoni tal-apparat u t-tagħmir kollu tal-groundhandling tiġi minn mutur b’emissjonijiet żero.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

Fir-rigward tal-attivitajiet tat-tneħħija tas-silġ, hemm fis-seħħ miżuri biex jiġu żgurati l-kontrolli ta’ skariku meħtieġa fil-livell tal-ajruporti, biex jitnaqqas l-impatt ambjentali fuq il-mogħdijiet tal-ilma, inkluż permezz tal-użu ta’ sustanzi kimiċi aktar ambjentalment sostenibbli, l-irkupru tal-glikol u t-trattament tal-ilma tal-wiċċ.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm fis-seħħ miżuri għall-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni ta’ skart fil-fażi tal-użu (il-manutenzjoni, it-tħaddim tas-servizzi tat-trasport fir-rigward tal-iskart tal-catering) u għall-ġestjoni ta’ kwalunkwe skart li jifdal f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart.

Hemm fis-seħħ miżuri għall-immaniġġar u r-riċiklaġġ tal-iskart li ma għadux jintuża, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali dwar id-dekummissjonar mal-fornituri tas-servizzi tar-riċiklaġġ, riflessjoni fil-proġettazzjonijiet finanzjarji jew dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġetti. Dawn il-miżuri jiżguraw li l-komponenti u l-materjali jiġu segregati u ttrattati biex jimmassimizzaw ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, il-prinċipji tar-regolamentazzjoni tal-UE dwar l-iskart u r-regolamenti applikabbli, b’mod partikolari permezz tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-batteriji u l-elettronika u l-materja prima kritika fihom. Dawn il-miżuri jinkludu wkoll il-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

(6)  Protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

▼B

7.   ATTIVITAJIET TA’ KOSTRUZZJONI U TA’ PROPRJETÀ IMMOBBLI

7.1.    Kostruzzjoni ta’ bini ġdid

Deskrizzjoni tal-attività

L-iżvilupp ta’ proġetti ta’ bini għal bini residenzjali u mhux residenzjali billi jingħaqdu flimkien mezzi finanzjarji, tekniċi u fiżiċi għat-twettiq tal-proġetti ta’ bini għall-bejgħ aktar tard kif ukoll il-kostruzzjoni ta’ bini residenzjali jew mhux residenzjali komplut, għan-nom proprju għall-bejgħ jew fuq bażi ta’ tariffa jew ta’ kuntratt.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F41.1 u F41.2, inklużi attivitajiet oħrajn skont F43, f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Kostruzzjonijiet ta’ bini ġdid li għalihom:

1.  Id-Domanda għall-Enerġija Primarja (PED) (1), li tiddefinixxi r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija li jirriżulta mill-kostruzzjoni, tkun tal-anqas 10 % anqas mil-limitu stabbilit għar-rekwiżiti ta’ bini b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero (NZEB) fil-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Ir-rendiment fl-użu tal-enerġija huwa ċċertifikat bl-użu ta’ Ċertifikat tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija (EPC) kif mibni.

2.  Għal bini akbar minn 5 000  m2 (3), malli jitlesta, li bini li jirriżulta mill-kostruzzjoni jiġi ttestjat għall-impermeabbiltà tal-arja u għall-integrità termali (4), u kwalunkwe devjazzjoni fil-livelli ta’ rendiment stabbiliti fl-istadju tat-tfassil jew difett fl-involukru tal-bini jiġu żvelati lill-investituri u lill-klijenti. Bħala alternattiva; meta jkunu fis-seħħ proċessi ta’ kontroll tal-kwalità robusti u traċċabbli matul il-proċess tal-kostruzzjoni, dan ikun aċċettabbli bħala alternattiva għall-ittestjar tal-integrità termika.

3.  Għal bini akbar minn 5 000  m2 (5), il-Potenzjal ta’ Tisħin Globali (GWP) (6) tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini li jirriżulta mill-kostruzzjoni ġie kkalkolat għal kull stadju fiċ-ċiklu tal-ħajja u jiġi żvelat lill-investituri u lill-klijenti meta jitolbuh.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Meta jkunu installati, ħlief għal installazzjonijiet f’unitajiet ta’ binjiet residenzjali, l-użu tal-ilma speċifikati għall-apparati tal-ilma li ġejjin huma attestati bi skedi ta’ data tal-prodott, b’ċertifikazzjoni tal-bini jew b’tikketta tal-prodott eżistenti fl-Unjoni, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Appendiċi E ta’ dan l-Anness:

(a)  vitien tas-sinkijiet u vitien tal-kċina għandhom fluss massimu ta’ 6 litri ilma/minuta;

(b)  doċċi għandhom fluss massimu ta’ 8 litri ilma/minuta;

(c)  tojlits, li jinkludu settijiet, bowls u ċisterni tal-flaxing, għandhom volum ta’ flaxxjatura sħiħa ta’ massimu ta’ 6 litri u volum medju massimu ta’ flaxxjatura ta’ 3,5 litri;

(d)  l-awrinarji jużaw massimu ta’ 2 litri/bowl/siegħa. L-awrinarji bil-flaxing għandhom volum massimu ta’ flaxxjatura sħiħa ta’ litru (1).

Sabiex jiġi evitat l-impatt mis-sit tal-kostruzzjoni, l-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Tal-anqas 70 % (skont il-piż) tal-iskart mhux perikoluż mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni (eskluż il-materjal li jseħħ b’mod naturali msemmi fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea ta’ Skart stabbilita bid-Deċiżjoni 2000/532/KE) iġġenerat fuq is-sit tal-kostruzzjoni jitħejja għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għall-irkupru ta’ materjal ieħor, inklużi operazzjonijiet ta’ backfilling li jużaw l-iskart sabiex jissostitwixxi materjali oħra, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u mal-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (7). L-operaturi jillimitaw il-ġenerazzjoni tal-iskart fil-proċessi relatati mal-kostruzzjoni u mad-demolizzjoni, f’konformità mal-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni, u filwaqt li jqisu l-aħjar tekniki disponibbli u jużaw demolizzjoni selettiva sabiex ikunu jistgħu jitneħħew u jiġu maniġġati b’mod sikur is-sustanzi perikolużi u jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja permezz tat-tneħħija selettiva tal-materjali, billi jużaw is-sistemi ta’ tqassim disponibbli għall-iskart mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni.

Id-disinni tal-bini u t-tekniki ta’ kostruzzjoni jappoġġaw iċ-ċirkolarità u b’mod partikolari juru, b’referenza għall-istandard ISO 20887 (8) jew għal standards oħra għall-valutazzjoni tad-diżassemblaġġ jew għall-adattabilità tal-bini, kif dawn huma mfassla sabiex ikunu aktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, adattabbli, flessibbli u żmantellabbli sabiex ikunu jistgħu jintużaw mill-ġdid u jiġu rriċiklati.

▼M2

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Il-komponenti u l-materjali tal-bini użati fil-kostruzzjoni jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Il-komponenti u l-materjali ta’ bini użati fil-kostruzzjoni li jistgħu jiġu f’kuntatt mal-okkupanti (9) jemettu anqas minn 0,06 mg ta’ formaldeid għal kull m3 ta’ arja tal-kompartiment tat-test wara l-ittestjar f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u anqas minn 0,001 mg ta’ komposti organiċi volatili karċinoġeniċi tal-kategoriji 1 A u 1B għal kull m3 ta’ arja tal-kompartiment tat-test, wara ttestjar f’konformità mal-istandards CEN/EN 16516 (10) jew ISO 16000-3:2011 (11) jew ma’ kundizzjonijiet ta’ ttestjar u metodi ta’ determinazzjoni standardizzati ekwivalenti oħrajn (12).

Fejn il-kostruzzjoni l-ġdida tinsab f’sit potenzjalment ikkontaminat (sit abbandunat), is-sit kien soġġett għal investigazzjoni għal kontaminanti potenzjali, pereżempju bl-użu tal-istandard ISO 18400 (13).

Ittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni.

▼B

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

Il-kostruzzjoni l-ġdida mhijiex mibnija fuq wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  raba’ li jinħadem u raba’ għat-tkabbir tal-għelejjel b’livell moderat sa għoli ta’ fertilità tal-ħamrija u ta’ bijodiversità taħt l-art kif imsemmija fl-istħarriġ LUCAS tal-UE (14);

(b)  art f’maħdar ta’ valur ta’ bijodiversità għoli rikonoxxut u art li sservi bħala ħabitat għal speċijiet f’periklu (flora u fawna) elenkati fil-Lista Ħamra Ewropea (15) jew fil-Lista Ħamra tal-IUCN (16);

(c)  art li taqbel mad-definizzjoni ta’ foresta kif stabbilita fil-liġi nazzjonali użata fl-inventarju nazzjonali tal-gassijiet serra, jew meta dan ma jkunx disponibbli, hija konformi mad-definizzjoni ta’ foresta tal-FAO (17).

(1)   

L-ammont kalkolat tal-enerġija meħtieġa sabiex tiġi ssodisfata d-domanda għall-enerġija assoċjata mal-użi tipiċi ta’ bini espressa b’indikatur numeriku ta’ użu ta’ enerġija primarja totali f’kWh/m2 fis-sena u fuq il-bażi tal-metodoloġija ta’ kalkolu nazzjonali rilevanti u kif murija fuq iċ-Ċertifikat tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija (EPC).

(2)   

Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(3)   

Għal bini residenzjali, l-ittestjar isir għal sett rappreżentattiv ta’ tipi ta’ abitazzjonijiet/appartamenti.

(4)   

L-ittestjar isir f’konformità mal-istandards EN13187 (Prestazzjoni Termali tal-Bini - Detezzjoni Kwalitattiva ta’ Irregolaritajiet Termali fil-Involukri tal-Bini - Metodu tal-Infraħmar) u EN 13829 (Prestazzjoni termali tal-bini. Determinazzjoni tal-permeabbiltà tal-arja tal-bini. Metodu ta’ pressurizzazzjoni bil-fannijiet) jew ma’ standards ekwivalenti aċċettati mill-korp rispettiv ta’ kontroll tal-bini fejn ikun jinsab il-bini.

(5)   

Għal bini residenzjali, il-kalkolu u l-iżvelar isiru għal sett rappreżentattiv ta’ tipi ta’ abitazzjonijiet/appartamenti.

(6)   

Il-GWP jiġi kkomunikat bħala indikatur numeriku għal kull stadju tul iċ-ċiklu tal-ħajja espress bħala kg CO2e/m2 (ta’ erja tas-superfiċje interna utli) fuq medja ta’ sena ta’ perjodu ta’ studju ta’ referenza ta’ 50 sena. L-għażla tad-data, id-definizzjoni tax-xenarju u l-kalkoli jsiru f’konformità mal-istandard EN 15978 (BS EN 15978:2011. Sostenibbiltà tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni. Valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-bini. Metodu ta’ kalkolu). L-ambitu tal-elementi ta’ bini u tat-tagħmir tekniku huwa kif iddefinit fil-qafas tal-Livell(i) komuni tal-UE għall-indikatur 1.2. Meta tkun teżisti għodda ta’ kalkolu nazzjonali, jew din tkun meħtieġa sabiex isir żvelar jew jinkisbu permessi tal-bini, tista’ tintuża l-għodda rispettiva sabiex jiġi pprovdut l-iżvelar meħtieġ. Jistgħu jintużaw għodod oħra ta’ kalkolu jekk dawn jissodisfaw il-kriterji minimi stabbiliti mill-qafas tal-Livell(i) komuni tal-UE (verżjoni tal-4.6.2021: https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau/product-groups/412/documents), ara l-manwal tal-utenti tal-indikatur 1.2.

(7)   

Il-Protokoll tal-UE dwar l-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/growth/content/eu-construction-and-demolition-waste-protocol-0_mt).

(8)   

ISO 20887:2020, Sustainability in buildings and civil engineering works - Design for disassembly and adaptability - Principles, requirements and guidance (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/69370.html).

(9)   

L-applikazzjoni għaż-żebgħat u għall-verniċi, għall-madum tas-saqaf, għall-koperturi tal-art, inklużi l-adeżivi u s-siġillanti assoċjati, għall-iżolament intern u għat-trattamenti tas-superfiċje interna, bħal dawk għat-trattament tal-umdu u tal-moffa.

(10)   

CEN/TS 16516: 2013, Prodotti tal-kostruzzjoni - Valutazzjoni tar-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi - Determinazzjoni tal-emissjonijiet fl-arja interna.

(11)   

ISO 16000-3:2011, Indoor air — Part 3: Determination of formaldehyde and other carbonyl compounds in indoor air and test chamber air — Active sampling method (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/51812.html).

(12)   

Il-limiti tal-emissjonijiet għall-komposti organiċi volatili karċinoġeniċi huma relatati ma’ perjodu ta’ ttestjar ta’ 28 jum.

(13)   

ISO 18400 serje dwar il-Kwalità tal-ħamrija — Kampjunar

(14)   

JRC ESDCA, LUCAS: Stħarriġ qafas tal-Użu tal-Art u tal-Erja ta’ Kopertura verżjoni tal-4.6.2021: https://esdac.jrc.ec.europa.eu/projects/lucas

(15)   

IUCN, The IUCN European Red List of Threatened Species (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iucn.org/regions/europe/our-work/biodiversity-conservation/european-red-list-threatened-species).

(16)   

IUCN, The IUCN Red List of Threatened Species (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iucnredlist.org).

(17)   

Art mifruxa fuq aktar minn 0,5 ta’ ettaru b’siġar ogħla minn ħames metri u b’kopertura ta’ qċaċet ta’ aktar minn 10 %, jew b’siġar li jistgħu jilħqu dawk il-limiti in situ. Ma tinkludix art li fil-biċċa l-kbira tagħha hija taħt użu agrikolu jew urban tal-art, FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

7.2.    Ir-rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti

Deskrizzjoni tal-attività

Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u ta’ inġinerija ċivili jew tħejjija ta’ dawn

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F41 u F43 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija tkun attività tranżitorja kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Ir-rinovazzjoni tal-bini tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għal rinovazzjonijiet kbar (1).

Inkella, iwassal għal tnaqqis ta’ tal-anqas 30 % fid-domanda għall-enerġija primarja (PED) (2).

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Meta jkunu installati bħala parti mix-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni, ħlief għal xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni f’unitajiet ta’ binjiet residenzjali, l-użu tal-ilma speċifikat għall-apparati tal-ilma li ġejjin ikun attestat bi skedi ta’ data tal-prodott, b’ċertifikazzjoni tal-bini jew b’tikketta tal-prodott eżistenti fl-Unjoni, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Appendiċi E ta’ dan l-Anness:

(a)  vitien tas-sinkijiet u vitien tal-kċina għandhom fluss massimu ta’ 6 litri ilma/minuta;

(b)  doċċi għandhom fluss massimu ta’ 8 litri ilma/minuta;

(c)  tojlits, li jinkludu settijiet, bowls u ċisterni tal-flaxing, għandhom volum ta’ flaxxjatura sħiħa ta’ massimu ta’ 6 litri u volum medju massimu ta’ flaxxjatura ta’ 3,5 litri;

(d)  l-awrinarji jużaw massimu ta’ 2 litri/bowl/siegħa. L-awrinarji bil-flaxing għandhom volum massimu ta’ flaxxjatura sħiħa ta’ litru (1).

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Tal-anqas 70 % (skont il-piż) tal-iskart mhux perikoluż mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni (eskluż il-materjal li jseħħ b’mod naturali msemmi fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea ta’ Skart stabbilita bid-Deċiżjoni 2000/532/KE) iġġenerat fuq is-sit tal-kostruzzjoni jitħejja għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għall-irkupru ta’ materjal ieħor, inklużi operazzjonijiet ta’ backfilling li jużaw l-iskart sabiex jissostitwixxi materjali oħra, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u mal-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (3). L-operaturi jillimitaw il-ġenerazzjoni tal-iskart fil-proċessi relatati mal-kostruzzjoni u mad-demolizzjoni, f’konformità mal-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni, u filwaqt li jqisu l-aħjar tekniki disponibbli u jużaw demolizzjoni selettiva sabiex ikunu jistgħu jitneħħew u jiġu maniġġati b’mod sikur is-sustanzi perikolużi u jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja permezz tat-tneħħija selettiva tal-materjali, billi jużaw is-sistemi ta’ tqassim disponibbli għall-iskart mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni.

Id-disinni tal-bini u t-tekniki ta’ kostruzzjoni jappoġġaw iċ-ċirkolarità u b’mod partikolari juru, b’referenza għall-istandard ISO 20887 (4) jew għal standards oħra għall-valutazzjoni tad-diżassemblaġġ jew għall-adattabilità tal-bini, kif dawn huma mfassla sabiex ikunu aktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, adattabbli, flessibbli u żmantellabbli sabiex ikunu jistgħu jintużaw mill-ġdid u jiġu rriċiklati.

▼M2

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Il-komponenti u l-materjali tal-bini użati fil-kostruzzjoni jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Il-komponenti u l-materjali ta’ bini użati fir-rinnovazzjoni tal-bini li jistgħu jiġu f’kuntatt mal-okkupanti (5) jemettu anqas minn 0,06 mg ta’ formaldeid għal kull m3 ta’ arja tal-kompartiment tat-test wara l-ittestjar f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u anqas minn 0,001 mg ta’ komposti organiċi volatili karċinoġeniċi tal-kategoriji 1 A u 1B għal kull m3 ta’ arja tal-kompartiment tat-test, wara ttestjar f’konformità mal-istandards CEN/EN 16516 jew ISO 16000-3:2011 (6) jew ma’ kundizzjonijiet ta’ ttestjar u metodi ta’ determinazzjoni standardizzati ekwivalenti oħrajn (7).

Ittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni.

▼B

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

M/A.

(1)   

Kif stipulat fir-regolamenti nazzjonali u reġjonali applikabbli dwar il-bini għal “rinovazzjoni maġġuri” li jimplimentaw id-Direttiva 2010/31/UE. Ir-rendiment tal-bini jew tal-parti rinovata mtejba fl-użu tal-enerġija jissodisfa r-rekwiżiti dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija minimu kostottimali f’konformità mad-direttiva rispettiva.

(2)   

Id-domanda għall-enerġija primarja inizjali u t-titjib stmat huma bbażati fuq stħarriġ dettaljat tal-bini, fuq awditu tal-enerġija mwettaq minn espert indipendenti akkreditat jew fuq kwalunkwe metodu trasparenti u proporzjonat ieħor, u vvalidati permezz ta’ Ċertifikat tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija. It-titjib ta’ 30 % jirriżulta minn tnaqqis attwali fid-domanda għal enerġija primarja (fejn it-tnaqqis fid-domanda għal enerġija primarja netta permezz ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli ma jiġix ikkunsidrat), u jista’ jinkiseb permezz ta’ suċċessjoni ta’ miżuri fi żmien massimu ta’ tliet snin.

(3)   

Il-Protokoll tal-UE dwar l-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/growth/content/eu-construction-and-demolition-waste-protocol-0_mt).

(4)   

ISO 20887:2020, Sustainability in buildings and civil engineering works - Design for disassembly and adaptability - Principles, requirements and guidance (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/69370.html).

(5)   

L-applikazzjoni għaż-żebgħat u għall-verniċi, għall-madum tas-saqaf, għall-koperturi tal-art, (inklużi l-adeżivi u s-siġillanti assoċjati), għall-iżolament intern u għat-trattamenti tas-superfiċje interna (bħal pereżempju għat-trattament tal-umdu u tal-moffa).

(6)   

ISO 16000-3:2011, Indoor air — Part 3: Determination of formaldehyde and other carbonyl compounds in indoor air and test chamber air — Active sampling method (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/51812.html).

(7)   

Il-limiti tal-emissjonijiet għall-komposti organiċi volatili karċinoġeniċi huma relatati ma’ perjodu ta’ ttestjar ta’ 28 jum.

7.3.    L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ tagħmir tal-effiċjenza enerġetika

Deskrizzjoni tal-attività

Miżuri ta’ rinovazzjoni individwali li jikkonsistu fl-installazzjoni, fil-manutenzjoni jew fit-tiswija ta’ tagħmir tal-effiċjenza enerġetika.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F42, F43, M71, C16, C17, C22, C23, C25, C27, C28, S95.21, S95.22, C33.12, f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonsisti f’waħda mill-miżuri individwali li ġejjin, dment li jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi stabbiliti għal komponenti u għal sistemi individwali fil-miżuri nazzjonali applikabbli tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2010/31/UE u, fejn applikabbli, ikunu kklassifikati fl-ogħla żewġ klassijiet ippopolati tal-effiċjenza enerġetika f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1369 u mal-atti delegati adottati skont dak ir-Regolament:

(a)  iż-żieda ta’ iżolament ma’ komponenti tal-involukru eżistenti, bħal ħitan esterni (inklużi ħitan ekoloġiċi), bjut (inklużi bjut ekoloġiċi), lofts, kantini u terrani (inklużi miżuri sabiex tiġi żgurata l-impermeabbiltà tal-arja, miżuri li jnaqqsu l-effetti tal-pontijiet termali u tal-falk) u prodotti għall-applikazzjoni tal-iżolament għall-involukru tal-bini (inklużi installazzjonijiet mekkaniċi u adeżiv);

(b)  is-sostituzzjoni ta’ twieqi eżistenti ma’ twieqi ġodda effiċjenti fl-użu tal-enerġija;

(c)  is-sostituzzjoni ta’ bibien esterni eżistenti ma’ bibien ġodda effiċjenti fl-użu tal-enerġija;

(d)  l-installazzjoni u s-sostituzzjoni ta’ sorsi tad-dawl effiċjenti fl-użu tal-enerġija;

(e)  l-installazzjoni, is-sostituzzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ sistemi ta’ tisħin, ta’ ventilazzjoni u tal-arja kundizzjonata (HVAC) u ta’ sistemi ta’ tisħin tal-ilma, inkluż tagħmir relatat ma’ servizzi ta’ tisħin distrettwali, ma’ teknoloġiji effiċjenti ħafna;

(f)  l-installazzjoni ta’ apparati tal-ilma tal-kċina u sanitarji b’livelli baxxi ta’ konsum ta’ ilma u ta’ enerġija li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Appendiċi E ta’ dan l-Anness u, fil-każ ta’ soluzzjonijiet tad-doċċa, ta’ doċċa bil-mikser, ta’ żbokki u ta’ vitien tad-doċċa, għandhom fluss massimu ta’ 6 litri ilma/minuta jew inqas attestat minn tikketta eżistenti fis-suq tal-Unjoni.

Il-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Il-komponenti u l-materjali tal-bini jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Fil-każ ta’ żieda ta’ iżolament termali ma’ involukru tal-bini eżistenti, isir stħarriġ tal-bini f’konformità mal-liġi nazzjonali minn speċjalist kompetenti b’taħriġ fl-istħarriġ tal-asbestos. Kwalunkwe strippaġġ ta’ għata iżolanti li fihom jew x’aktarx ikun fihom l-asbestos, it-tkissir jew it-tħaffir jew l-invitar mekkaniku jew it-tneħħija ta’ pannella ta’ iżolament, ta’ madum u ta’ materjali oħra li fihom l-asbestos issir minn persunal imħarreġ kif xieraq, bil-monitoraġġ tas-saħħa qabel, matul u wara x-xogħlijiet, f’konformità mal-liġi nazzjonali.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

7.4.    L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ stazzjonijiet għall-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi fil-bini (u fl-ispazji ta’ parkeġġ biswit il-bini)

Deskrizzjoni tal-attività

L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ stazzjonijiet għall-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi fil-bini u fl-ispazji ta’ parkeġġ biswit il-bini.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F42, F43, M71, C16, C17, C22, C23, C25, C27 jew C28, f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-installazzjoni, il-manutenzjoni jew it-tiswija tal-istazzjonijiet għall-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

7.5.    L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ strumenti u ta’ apparati għall-kejl, għar-regolamentazzjoni u għall-kontroll tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija

Deskrizzjoni tal-attività

L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ strumenti u ta’ apparati għall-kejl, għar-regolamentazzjoni u għall-kontroll tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F42, F43, M71, u C16, C17, C22, C23, C25, C27, C28, f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonsisti f’waħda mill-miżuri individwali li ġejjin:

(a)  l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ termostats biż-żoni, ta’ sistemi ta’ termostats intelliġenti u ta’ tagħmir ta’ sensuri intelliġenti, inkluż il-kontroll taċ-ċaqliq u tad-dawl djurn;

(b)  l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ sistemi ta’ awtomatizzazzjoni u ta’ kontroll tal-bini, ta’ sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija tal-bini (building energy management systems, BEMS), ta’ sistemi ta’ kontroll tad-dawl u ta’ sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija (energy management systems, EMS);

(c)  l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ arloġġi intelliġenti għall-gass, għat-tisħin, għat-tkessiħ u għall-elettriku;

(d)  l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ elementi tal-faċċata u tas-soqfa b’funzjoni ta’ dell solari jew ta’ kontroll solari, inklużi dawk li jsostnu t-tkabbir tal-veġetazzjoni.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

7.6.    L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli

Deskrizzjoni tal-attività

L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli, fuq il-post.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F42, F43, M71, C16, C17, C22, C23, C25, C27 jew C28, f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonsisti f’waħda mill-miżuri individwali li ġejjin, jekk dawn jiġu installati fuq il-post bħala sistemi tekniċi ta’ bini:

(a)  l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ sistemi fotovoltajċi solari u tat-tagħmir tekniku anċillari;

(b)  l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ pannelli solari tal-misħun u tat-tagħmir tekniku anċillari;

(c)  l-installazzjoni, il-manutenzjoni, it-tiswija u t-titjib tal-pompi tas-sħana li jikkontribwixxu għall-miri għall-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u fit-tkessiħ f’konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001 u tat-tagħmir tekniku anċillari;

(d)  l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ turbini eoliċi u tat-tagħmir tekniku anċillari;

(e)  l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ kolletturi traspirati solari u tat-tagħmir tekniku anċillari;

(f)  l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ unitajiet ta’ ħażna tal-enerġija elettrika u tat-tagħmir tekniku anċillari;

(g)  l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ impjant mikro tas-CHP (tisħin u enerġija kombinati) b’effiċjenza għolja;

(h)  l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ sistemi ta’ skambjatur/irkupru tas-sħana.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

7.7.    L-akkwist u s-sjieda tal-bini

Deskrizzjoni tal-attività

Ix-xiri ta’ proprjetà immobbli u l-eżerċizzjar tas-sjieda fuq dik il-proprjetà immobbli.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi L68 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Għall-bini mibni qabel il-31 ta’ Diċembru 2020, il-bini jkollu tal-anqas Ċertifikat tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija (EPC) tal-klassi A. Bħala alternattiva, il-bini jkun fl-ogħla 15 % tal-istokk tal-bini nazzjonali jew reġjonali espress bħala Domanda għall-Enerġija Primarja (PED) operazzjonali u muri minn evidenza adegwata, li tal-anqas tqabbel ir-rendiment tal-assi rilevanti mal-prestazzjoni tal-istokk nazzjonali jew reġjonali mibni qabel il-31 ta’ Diċembru 2020 u tal-anqas tagħmel distinzjoni bejn bini residenzjali u mhux residenzjali.

2.  Għal bini mibni wara l-31 ta’ Diċembru 2020, il-bini jissodisfa l-kriterji speċifikati fit-Taqsima 7.1 ta’ dan l-Anness li jkunu rilevanti fiż-żmien tal-akkwist.

3.  Meta l-bini jkun bini mhux residenzjali kbir (b’output nominali effettiv għas-sistemi ta’ tisħin, għas-sistemi għal tisħin u ventilazzjoni kombinati tal-ispazju, għal sistemi tal-arja kundizzjonata jew għal sistemi għall-arja kundizzjonata u għall-ventilazzjoni kombinati ta’ aktar minn 290 kW), huwa mħaddem b’mod effiċjenti permezz ta’ monitoraġġ u ta’ valutazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (1).

Il-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Dan jista’ jintwera, pereżempju, permezz tal-preżenza ta’ Kuntratt tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija jew permezz ta’ sistema ta’ awtomatizzazzjoni u ta’ kontroll tal-bini f’konformità mal-Artikolu 14(4) u mal-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2010/31/UE.

8.   L-INFORMAZZJONI U L-KOMUNIKAZZJONI

8.1.    L-ipproċessar ta’ data, il-hosting u l-attivitajiet relatati

Deskrizzjoni tal-attività

Il-ħżin, il-manipulazzjoni, il-ġestjoni, il-moviment, il-wiri, l-iswiċċjar, l-interkambju, it-trażmissjoni jew il-proċessar ta’ data minn ċentri tad-data  ( 41 ), inkluż l-edge computing.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi J63.11 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija tkun attività tranżitorja kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  L-attività implimentat il-prattiki rilevanti kollha elenkati bħala prattiki mistennija fl-aktar verżjoni riċenti tal-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew dwar l-Effiċjenza Enerġetika taċ-Ċentri tad-Data (1), jew fid-dokument tas-CEN-CENELEC CLC TR50600-99-1 “Data centre facilities and infrastructures - Part 99-1: Recommended practices for energy management” (2).

L-implimentazzjoni ta’ dawk il-prattiki hija vverifikata minn parti terza indipendenti u tiġi awditjata tal-anqas kull tliet snin.

2.  Meta prattika mistennija ma titqiesx rilevanti minħabba limitazzjonijiet fiżiċi, loġistiċi, tal-ippjana jew oħrajn, hija pprovduta spjegazzjoni dwar għaliex il-prattika mistennija mhijiex applikabbli jew prattika. L-aħjar prattiki alternattivi mill-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew dwar l-Effiċjenza Enerġetika taċ-Ċentri tad-Data jew minn sorsi oħra jistgħu jiġu identifikati bħala sostituti diretti jekk jirriżultaw f’iffrankar simili tal-enerġija.

3.  Il-potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) tar-refriġiranti użat fis-sistema ta’ tkessiħ taċ-ċentru tad-data ma jeċċedix is-675.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

It-tagħmir użat jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2009/125/KE għas-servers u għall-prodotti għall-ħżin tad-data.

It-tagħmir użat ma fihx is-sustanzi ristretti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), ħlief meta l-valuri ta’ konċentrazzjoni skont il-piż f’materjali omoġeni ma jaqbżux il-valuri massimi elenkati f’dak l-Anness.

Pjan għall-immaniġġjar tal-iskart huwa fis-seħħ u jiżgura riċiklaġġ massimu fi tmiem il-ħajja tat-tagħmir elettriku u elettroniku, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali mas-sħab tar-riċiklaġġ, kif rifless fi projezzjonijiet finanzjarji jew f’dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġett.

Fi tmiem il-ħajja tiegħu, it-tagħmir jitħejja għal operazzjonijiet ta’ użu mill-ġdid, ta’ rkupru jew ta’ riċiklaġġ, jew għal trattament xieraq, inklużi t-tneħħija tal-fluwidi kollha u trattament selettiv f’konformità mal-Anness VII tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

L-aktar verżjoni reċenti tal-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew dwar l-Effiċjenza Enerġetika taċ-Ċentri tad-Data hija l-aħħar verżjoni ppubblikata fis-sit web tal-Pjattaforma Ewropea għall-Effiċjenza Enerġetika (E3P) taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (E3P), https://e3p.jrc.ec.europa.eu/communities/data-centres-code-conduct, b’perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ sitt xhur li jibda mill-jum tal-pubblikazzjoni tagħha (il-verżjoni tal-2021 hija disponibbli fuq https://e3p.jrc.ec.europa.eu/publications/2021-best-practice-guidelines-eu-code-conduct-data-centre-energy-efficiency).

(2)   

Maħruġ fl-1 ta’ Lulju 2019 mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC), (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.cenelec.eu/dyn/www/f?p=104:110: 508227404055501::::FSP_ORG_ID,FSP_PROJECT,FSP_LANG_ID:1258297,65095,25).

(3)   

Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).

(4)   

Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).

8.2.    Soluzzjonijiet ibbażati fuq id-data għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ GHG

Deskrizzjoni tal-attività

L-iżvilupp jew l-użu ta’ soluzzjonijiet tal-ICT li huma mmirati lejn il-ġbir, it-trażmissjoni, il-ħżin ta’ data u l-immudellar u l-użu tagħha meta dawk l-attivitajiet ikunu fil-biċċa l-kbira mmirati lejn il-provvista ta’ data u ta’ analitika li jippermettu t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ GHG. Tali soluzzjonijiet tal-ICT jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, l-użu ta’ teknoloġiji deċentralizzati (jiġifieri teknoloġiji ta’ reġistru distribwit), l-Internet tal-Oġġetti (IoT), il-5G u l-Intelliġenza Artifiċjali. L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari J61, J62 u J63.11 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Is-soluzzjonijiet tal-ICT jintużaw b’mod predominanti għall-provvista ta’ data u ta’ analitika li jippermettu t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ GHG.

2.  Meta soluzzjoni/teknoloġija alternattiva tkun diġà disponibbli fis-suq, is-soluzzjoni tal-ICT turi ffrankar sostanzjali tal-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja meta mqabbla mas-soluzzjoni/it-teknoloġija bl-aħjar prestazzjoni alternattiva.

L-emissjonijiet ta’ GHG matul iċ-ċiklu tal-ħajja u l-emissjonijiet netti jiġu kkalkolati bl-użu tar-Rakkomandazzjoni 2013/179/UE jew, b’mod alternattiv, bl-użu tal-ETSI ES 203 199  (1), tal-ISO 14067:2018 (2) jew tal-ISO 14064-2:2019 (3).

It-tnaqqis kwantifikat tal-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġi vverifikat minn parti terza indipendenti li tivvaluta b’mod trasparenti kif il-kriterji standard, inklużi dawk għal rieżami kritiku, ġew segwiti meta ġie dderivat il-valur.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

It-tagħmir użat jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’konformità mad-Direttiva 2009/125/KE għas-servers u għall-prodotti għall-ħżin tad-data.

It-tagħmir użat ma fihx is-sustanzi ristretti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE, ħlief meta l-valuri ta’ konċentrazzjoni skont il-piż f’materjali omoġeni ma jaqbżux dawk elenkati f’dak l-Anness.

Pjan għall-immaniġġjar tal-iskart huwa fis-seħħ u jiżgura riċiklaġġ massimu fi tmiem il-ħajja tat-tagħmir elettriku u elettroniku, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali mas-sħab tar-riċiklaġġ, kif rifless fi projezzjonijiet finanzjarji jew f’dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġett.

Fi tmiem il-ħajja tiegħu, it-tagħmir jitħejja għal operazzjonijiet ta’ użu mill-ġdid, ta’ rkupru jew ta’ riċiklaġġ, jew għat-trattament xieraq, inklużi t-tneħħija tal-fluwidi kollha u trattament selettiv f’konformità mal-Anness VII tad-Direttiva 2012/19/UE.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

ETSI ES 203 199 , Environmental Engineering (EE); Methodology for environmental Life Cycle Assessment (LCA) of Information and Communication Technology (ICT) goods, networks and services (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.etsi.org/deliver/etsi_es/203100_203199/203199/01.03.00_50/es_203199v010300m.pdf). L-istandard ETSI ES 203 199 tal-ETSI jikkorrispondi għall-istandard ITU–T L.1410 tal-ITU.

(2)   

L-istandard ISO 14067:2018, Greenhouse gases — Carbon footprint of products — Requirements and guidelines for quantification (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/71206.html).

(3)   

Standard ISO 14064-2:2019, Greenhouse gases — Part 2: Specification with guidance at the project level for quantification, monitoring and reporting of greenhouse gas emission reductions or removal enhancements (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/66454.html).

9.   L-ATTIVITAJIET PRROFESSJONALI, XJENTIFIĊI U TEKNIĊI

9.1.    Ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni qrib is-suq

Deskrizzjoni tal-attività

Ir-riċerka, ir-riċerka applikata u l-iżvilupp sperimentali ta’ soluzzjonijiet, ta’ proċessi, ta’ teknoloġiji, ta’ mudelli ta’ negozju u prodotti oħra dedikati għat-tnaqqis, għall-evitar jew għat-tneħħija tal-emissjonijiet ta’ GHG (RŻ&I) li għalihom il-kapaċità ta’ tnaqqis, ta’ tneħħija jew ta’ evitar tal-emissjonijiet ta’ GHG fl-attivitajiet ekonomiċi fil-mira tal-anqas intwera f’ambjent rilevanti, li jikkorrispondi għal tal-anqas Livell ta’ Tħejjija Teknoloġika (TRL) 6 ( 42 ).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jkunu assoċjati mal-kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari M71.1.2 u M72.1, jew għar-riċerka li tkun parti integrali minn dawk l-attivitajiet ekonomiċi li għalihom il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar huma speċifikati f’dan l-Anness, il-kodiċijiet tal-NACE stabbiliti f’Taqsimiet oħrajn ta’ dan l-Anness f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  L-attività tirriċerka, tiżviluppa jew tipprovdi innovazzjoni għal teknoloġiji, għal prodotti jew għal soluzzjonijiet oħra li huma dedikati għal attività ekonomika waħda jew aktar li għalihom il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ġew stabbiliti f’dan l-Anness.

2.  Ir-riżultati tar-riċerka, tal-iżvilupp u tal-innovazzjoni jippermettu li waħda jew aktar minn dawk l-attivitajiet ekonomiċi jissodisfaw il-kriterji rispettivi għal kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, filwaqt li jirrispettaw il-kriterji rilevanti sabiex ma ssir l-ebda ħsara sinifikanti għal objettivi ambjentali oħra.

3.  L-attività ekonomika għandha l-għan li ġġib fis-suq soluzzjoni li għadha mhijiex fis-suq u hija mistennija jkollha prestazzjoni aħjar f’termini ta’ emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-aqwa teknoloġiji kummerċjalment disponibbli fuq il-bażi ta’ informazzjoni pubblika jew dwar is-suq. L-implimentazzjoni ta’ dawn it-teknoloġiji, il-prodotti jew ta’ soluzzjonijiet oħra li qed jiġu rriċerkati tirriżulta fi tnaqqis ġenerali nett ta’ emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

4.  Meta t-teknoloġija, il-prodott jew soluzzjoni oħra riċerkata, żviluppata jew innovata diġà tkun tippermetti attività jew diversi attivitajiet indirizzati f’dan l-Anness sabiex jissodisfaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsima applikabbli ta’ dan l-Anness, jew fejn dik it-teknoloġija, il-prodott jew soluzzjoni oħra tippermetti waħda jew aktar mill-attivitajiet ekonomiċi kkunsidrati bħala abilitanti jew tranżizzjonali sabiex tissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fil-punti 5 u 6 rispettivament, l-attività ta’ riċerka, ta’ żvilupp u ta’ innovazzjoni tiffoka fuq l-iżvilupp ta’ teknoloġiji, ta’ prodotti jew ta’ soluzzjonijiet oħra bl-istess emissjonijiet baxxi jew b’saħansitra emissjonijiet aktar baxxi u b’vantaġġi sinifikanti ġodda, bħal kostijiet orħos.

5.  Meta attività ta’ riċerka tkun dedikata għal attività ekonomika waħda jew aktar meqjusa bħala attivitajiet ta’ abilitazzjoni f’konformità mal-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament UE 2020/852 li għalihom il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar huma stabbiliti f’dan l-Anness, ir-riżultati tar-riċerka jwasslu teknoloġiji, proċessi jew prodotti innovattivi li jippermettu li dawk l-attivitajiet abilitanti u l-attivitajiet li huma fl-aħħar mill-aħħar jabilitaw sabiex inaqqsu sostanzjalment l-emissjonijiet ta’ GHG tagħhom jew itejbu sostanzjalment il-fattibbiltà teknoloġika u ekonomika tagħhom sabiex tiġi ffaċilitata l-espansjoni tagħhom.

6.  Meta attività ta’ riċerka tkun dedikata għal attività ekonomika waħda jew aktar ikkunsidrati bħala attivitajiet tranżizzjonali f’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament UE 2020/852 li għalihom il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar huma stabbiliti f’dan l-Anness, it-teknoloġiji, il-prodotti jew soluzzjonijiet oħrajn riċerkati jippermettu li l-attivitajiet fil-mira jitwettqu b’emissjonijiet projettati sostanzjalment aktar baxxi meta mqabbla mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima stabbiliti f’dan l-Anness.

Meta attività ta’ riċerka tkun dedikata għal attività ekonomika waħda jew aktar speċifikati fit-Taqsimiet 3.7, 3.8, 3.9, 3.11, 3.12, 3.13, 3.14 u 3.16 ta’ dan l-Anness, it-teknoloġiji, il-prodotti jew soluzzjonijiet oħrajn jew jippermettu li l-attivitajiet fil-mira jitwettqu b’emissjonijiet sostanzjalment aktar baxxi ta’ GHG, li jimmiraw għal tnaqqis ta’ 30 % meta mqabbla mal-parametru referenzjarju jew mal-parametri referenzjarji rilevanti tal-EU ETS (1) jew huma dedikati għat-teknoloġiji jew għall-proċessi rilevanti b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju aċċettati b’mod mifrux f’dawn is-setturi, b’mod partikolari l-elettrifikazzjoni, b’mod partikolari tat-tisħin u tat-tkessiħ, tal-idroġenu bħala fjuwil jew materja prima, CCS, CCU u bijomassa bħala fjuwil jew materja prima, fejn il-bijomassa tikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fit-Taqsimiet 4.8, 4.20, 4.24 f’dan l-Anness.

7.  Meta t-teknoloġija, il-prodott jew soluzzjoni oħra riċerkata, żviluppata jew innovata jkunu fit-TRL 6 jew 7, l-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu evalwati f’forma ssimplifikata skont l-entità li twettaq ir-riċerka. L-entità turi wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin, fejn applikabbli:

(a)  privattiva li ma tkunx eqdem minn 10 snin assoċjata mat-teknoloġija, mal-prodott jew ma’ soluzzjoni oħra, fejn tkun ingħatat informazzjoni dwar il-potenzjal tagħha ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ GHG;

(b)  permess miksub minn awtorità kompetenti għat-tħaddim tas-sit ta’ dimostrazzjoni assoċjat mat-teknoloġija innovattiva, mal-prodott jew ma’ soluzzjoni oħra għad-durata tal-proġett ta’ dimostrazzjoni, fejn tkun ġiet ipprovduta informazzjoni dwar il-potenzjal ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ GHG tiegħu.

Meta t-teknoloġija, il-prodott jew soluzzjoni oħra rriċerkata, żviluppata jew innovata tkun ta’ TRL ta’ 8 jew ogħla, l-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu kkalkolati bl-użu tar-Rakkomandazzjoni 2013/179/UE jew, inkella, bl-użu tal-istandard tal-ISO 14067:2018 (2) jew tal-ISO 14064-1:2018 (3) u jiġu vverifikati minn parti terza indipendenti.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

It-teknoloġija, il-prodott jew soluzzjoni oħra rriċerkata tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Kwalunkwe riskju potenzjali għall-istatus tajjeb jew għall-potenzjal ekoloġiku tajjeb tal-korpi tal-ilma, inklużi l-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art, jew għall-istatus ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar mit-teknoloġija, mill-prodott jew minn soluzzjoni oħra rriċerkata jiġi evalwat u indirizzat.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Kwalunkwe riskju potenzjali għall-objettivi tal-ekonomija ċirkolari mit-teknoloġija, mill-prodott jew minn soluzzjoni oħra rriċerkata jiġi evalwat u indirizzat, billi jitqiesu t-tipi ta’ ħsara sinifikanti potenzjali kif stabbiliti fil-punt (d) tal-Artikolu 17(1). tar-Regolament (UE) 2020/852.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Kwalunkwe riskju potenzjali li tiġi ġġenerata żieda sinifikanti fl-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja, fl-ilma jew fl-art mit-teknoloġija, mill-prodott jew minn soluzzjoni oħra rriċerkata jiġi evalwat u indirizzat.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Kwalunkwe riskju potenzjali għall-kundizzjoni tajba jew għar-reżiljenza tal-ekosistemi jew għall-istatus ta’ konservazzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet, inklużi dawk ta’ interess tal-Unjoni, mit-teknoloġija, mill-prodott jew minn soluzzjoni oħra rriċerkata jiġi evalwat u indirizzat.

(1)   

Li jirrifletti l-valur medju tal-aqwa 10 % tal-installazzjonijiet f’termini ta’ effiċjenza fl-2016 u fl-2017 (t ekwivalenti ta’ CO2/t) kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/447.

(2)   

L-istandard ISO 14067:2018, Greenhouse gases — Carbon footprint of products — Requirements and guidelines for quantification (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/71206.html).

(3)   

Standard ISO 14064-1:2018, Greenhouse gases — Part 1: Specification with guidance at the organization level for quantification and reporting of greenhouse gas emissions and removals (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/66453.html.)

9.2.    Ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni għall-qbid dirett fl-arja tas-CO2

Deskrizzjoni tal-attività

Ir-riċerka, ir-riċerka applikata u l-iżvilupp sperimentali ta’ soluzzjonijiet, ta’ proċessi, ta’ teknoloġiji, ta’ mudelli ta’ negozju u ta’ prodotti oħra dedikati għall-qbid dirett fl-arja ta’ CO2 fl-atmosfera.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari M71.1.2 u M72.1 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  L-attività tirriċerka, tiżviluppa jew tipprovdi innovazzjoni għal teknoloġiji, għal prodotti jew għal soluzzjonijiet oħra li huma dedikati għall-qbid dirett fl-arja ta’ CO2 fl-atmosfera.

2.  L-implimentazzjoni tat-teknoloġiji, tal-prodotti jew ta’ soluzzjonijiet oħra li qed jiġu rriċerkati għall-qbid dirett fl-arja ta’ CO2 fl-atmosfera għandha l-potenzjal li tirriżulta fi tnaqqis ġenerali nett tal-emissjonijiet ta’ GHG ladarba jiġu kkummerċjalizzati.

3.  Meta t-teknoloġija, il-prodott jew soluzzjoni oħra riċerkata, żviluppata jew innovata jkunu fit-TRL 1 sa 7, l-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu evalwati f’forma ssimplifikata skont l-entità li twettaq ir-riċerka. L-entità turi wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin, fejn applikabbli:

(a)  privattiva li ma tkunx eqdem minn 10 snin assoċjata mat-teknoloġija, mal-prodott jew ma’ soluzzjoni oħra, fejn tkun ingħatat informazzjoni dwar il-potenzjal tagħha ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ GHG;

(b)  permess miksub minn awtorità kompetenti għat-tħaddim tas-sit ta’ dimostrazzjoni assoċjat mat-teknoloġija innovattiva, mal-prodott jew ma’ soluzzjoni oħra għad-durata tal-proġett ta’ dimostrazzjoni, fejn tkun ġiet ipprovduta informazzjoni dwar il-potenzjal ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ GHG tiegħu.

Meta t-teknoloġija, il-prodott jew soluzzjoni oħra rriċerkata, żviluppata jew innovata tkun ta’ TRL ta’ 8 jew ogħla, l-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu kkalkolati bl-użu tar-Rakkomandazzjoni 2013/179/UE jew, inkella, bl-użu tal-istandard tal-ISO 14067:2018 (1) jew tal-ISO 14064-1:2018 (2) u jiġu vverifikati minn parti terza indipendenti.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

It-teknoloġija, il-prodott jew soluzzjoni oħra rriċerkata tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Kwalunkwe riskju potenzjali għall-istatus tajjeb jew għall-potenzjal ekoloġiku tajjeb tal-korpi tal-ilma, inklużi l-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art, jew għall-istatus ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar mit-teknoloġija, mill-prodott jew minn soluzzjoni oħra rriċerkata jiġi evalwat u indirizzat.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Kwalunkwe riskju potenzjali għall-objettivi tal-ekonomija ċirkolari mit-teknoloġija, mill-prodott jew minn soluzzjoni oħra rriċerkata jiġi evalwat u indirizzat, billi jitqiesu t-tipi ta’ ħsara sinifikanti potenzjali kif stabbiliti fil-punt (d) tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2020/852.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Kwalunkwe riskju potenzjali li tiġi ġġenerata żieda sinifikanti fl-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja, fl-ilma jew fl-art mit-teknoloġija, mill-prodott jew minn soluzzjoni oħra rriċerkata jiġi evalwat u indirizzat.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Kwalunkwe riskju potenzjali għall-kundizzjoni tajba jew għar-reżiljenza tal-ekosistemi jew għall-istatus ta’ konservazzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet, inklużi dawk ta’ interess tal-Unjoni, mit-teknoloġija, mill-prodott jew minn soluzzjoni oħra rriċerkata jiġi evalwat u indirizzat.

(1)   

L-istandard ISO 14067:2018, Greenhouse gases — Carbon footprint of products — Requirements and guidelines for quantification (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/71206.html).

(2)   

Standard ISO 14064-1:2018, Greenhouse gases — Part 1: Specification with guidance at the organization level for quantification and reporting of greenhouse gas emissions and removals (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/66453.html).

9.3.    Servizzi professjonali relatati mar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija

Deskrizzjoni tal-attività

Servizzi professjonali relatati mar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi M71 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonsisti f’waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  konsultazzjonijiet tekniċi (konsultazzjonijiet dwar l-enerġija, simulazzjonijiet tal-enerġija, ġestjoni tal-proġetti, produzzjoni ta’ kuntratti ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija, taħriġ dedikat) marbuta mat-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija;

(b)  awditjar tal-enerġija akkreditat u valutazzjonijiet akkreditati tar-rendiment tal-bini;

(c)  servizzi ta’ ġestjoni tal-enerġija;

(d)  kuntratti ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija;

(e)  servizzi tal-enerġija pprovduti minn kumpaniji tas-servizzi tal-enerġija (ESCOs).

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

Appendiċi A

KRITERJI ĠENERIĊI GĦAD-DNSH GĦALL-ADATTAMENT GĦAT-TIBDIL FIL-KLIMA

I.    Kriterji

Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fit-tabella fit-Taqsima II ta’ dan l-Appendiċi billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi skont il-passi li ġejjin:

(a) 

skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fit-Taqsima II ta’ dan l-Appendiċi jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b) 

meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fit-Taqsima II ta’ dan l-Appendiċi, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c) 

valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a) 

għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b) 

għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri ( 43 ) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima ( 44 ), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ ( 45 ) jew bi ħlas.

Għal attivitajiet eżistenti u għal attivitajiet ġodda li jużaw assi fiżiċi eżistenti, l-operatur ekonomiku jimplimenta soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”), fuq perjodu sa 5 snin, li jnaqqsu r-riskji klimatiċi fiżiċi identifikati bħala l-aktar importanti li jkunu materjali għal dik l-attività. Jitfassal kif xieraq pjan ta’ adattament għall-implimentazzjoni ta’ dawk is-soluzzjonijiet.

Għal attivitajiet ġodda u għal attivitajiet eżistenti li jużaw assi fiżiċi mibnija ġodda, l-operatur ekonomiku jintegra s-soluzzjonijiet ta’ adattament li jnaqqsu r-riskji klimatiċi fiżiċi l-aktar importanti identifikati li jkunu materjali għal dik l-attività fiż-żmien tad-disinn u tal-kostruzzjoni u jkun implimentahom qabel il-bidu tal-operazzjonijiet.

Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra; ikunu konsistenti mal-istrateġiji u mal-pjanijiet ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali; u jikkunsidraw l-użu ta’ soluzzjonijiet ibbażati fin-natura ( 46 ) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra ( 47 ) sa fejn ikun possibbli.

II.    Il-klassifikazzjoni tal-perikli relatati mal-klima ( 48 )

Relatati mat-temperatura

Relatati mar-riħ

Relatati mal-ilma

Relatati mal-massa solida

Kroniċi

Tibdil fit-temperatura (arja, ilma ħelu, ilma baħar)

Tibdil fix-xejriet tar-riħ

Tibdil fix-xejriet u fit-tipi ta’ preċipitazzjoni (xita, silġ, borra)

Erożjoni kostali

Stress termiku

Varjabbiltà fil-preċipitazzjoni jew idroloġika

Degradazzjoni tal-ħamrija

Varjabbiltà fit-temperatura

Aċifikazzjoni tal-oċeani

Erożjoni tal-ħamrija

Taħlil tal-permafrost

Intrużjoni salina

Soliflussjoni

Żieda fil-livell tal-baħar

Stress fuq l-ilma

Akuti

Mewġa ta’ sħana

Ċiklun, uragan, tifun

Nixfa

Valanga

Mewġa ta’ kesħa/ġlata

Maltempati (inklużi maltempati tas-silġ, tat-trab u tar-ramel)

Preċipitazzjoni qawwija (xita, silġ, borra)

Uqigħ tal-art

Nirien forestali bla kontroll

Tromba tal-arja

Għargħar (kostali, fjuvjali, pluvjali, tal-ilma ta’ taħt l-art)

Ċediment

Kollass ta’ lag glaċjali

Appendiċi B

IL-KRITERJI ĠENERIĊI GĦAD-DNSH GĦALL-UŻU SOSTENIBBLI U GĦALL-PROTEZZJONI TAR-RIŻORSI TAL-ILMA U TAL-BAĦAR

Ir-riskji ta’ degradazzjoni ambjentali relatati mal-preservazzjoni tal-kwalità tal-ilma u mal-evitar tal-istress fuq l-ilma huma identifikati u indirizzati bl-għan li jinkiseb status tajjeb tal-ilma u potenzjal ekoloġiku tajjeb kif definiti fil-punti (22) u (23) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2020/852, f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 49 ) u pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma, żviluppat skont dan għall-korp jew għall-korpi tal-ilma potenzjalment affettwati, f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

Fejn titwettaq Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 50 ) u tinkludi valutazzjoni tal-impatt fuq l-ilma f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE, ma tkun meħtieġa l-ebda valutazzjoni addizzjonali tal-impatt fuq l-ilma, dment li r-riskji identifikati jkunu ġew indirizzati.

►M2  L-attività ma xxekkilx l-ilħuq ta’ status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet marini jew ma tiddeterjorax l-ilmijiet marini li diġà jinsabu fi stat ambjentali tajjeb kif definit fl-Artikolu 3, il-punt 5, tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 51 ), ( 52 ), filwaqt li titqies id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 ( 53 ) fir-rigward tal-kriterji u l-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dawk id-deskritturi. ◄

Appendiċi C

IL-KRITERJI ĠENERIĊI GĦAD-DNSH GĦALL-PREVENZJONI U GĦALL-KONTROLL TAT-TNIĠĠIS FIR-RIGWARD TAL-UŻU U TAL-PREŻENZA TA’ SUSTANZI KIMIĊI

L-attività ma twassalx għall-manifattura, għat-tqegħid fis-suq jew għall-użu ta’:

(a) 

sustanzi, kemm jekk waħedhom, f’taħlitiet jew f’oġġetti, elenkati fl-Anness I jew II tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 54 ), ħlief fil-każ ta’ sustanzi preżenti bħala kontaminant bi traċċi mhux intenzjonat;

(b) 

il-merkurju u l-komposti tal-merkurju, it-taħlitiet tagħhom u l-prodotti miżjudin bil-merkurju kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 55 );

(c) 

sustanzi, kemm jekk waħedhom, f’taħlita jew f’oġġetti, elenkati fl-Anness I jew II tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 56 );

(d) 

sustanzi, kemm jekk waħedhom, f’taħlitiet jew f’oġġetti, elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 57 ), ħlief meta jkun hemm konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva;

(e) 

sustanzi, kemm jekk waħedhom, f’taħlitiet jew f’oġġett, elenkati fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 58 ), ħlief meta jkun hemm konformità sħiħa mal-kundizzjonijiet speċifikati f’dak l-Anness;

▼M2

(f) 

sustanzi, kemm jekk waħedhom, jew f’taħlitiet jew f’oġġett, f’konċentrazzjoni ogħla minn 0,1 % skont il-piż (w/w) u li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li kienu identifikati f’konformità mal-Artikolu 59(1) ta’ dak ir-Regolament għal perjodu ta’ mill-inqas 18-il xahar, ħlief jekk jiġi vvalutat u ddokumentat mill-operaturi li ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa oħra disponibbli fis-suq, u li jintużaw f’kundizzjonijiet ikkontrollati ( 59 ).

▼M2 —————

▼B

Appendiċi D

IL-KRITERJI ĠENERIĊI GĦAD-DNSH GĦALL-PROTEZZJONI U GĦAR-RESTAWR TAL-BIJODIVERSITÀ U TAL-EKOSISTEMI

Tlestiet Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) jew skrinjar ( 60 ) f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE ( 61 ).

Fejn twettqet VIA, jiġu implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens meħtieġa għall-ħarsien tal-ambjent.

Għal siti/operazzjonijiet li jinsabu f’żoni sensittivi għall-bijodiversità jew qribhom (inkluż in-network Natura 2000 ta’ żoni protetti, siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO u Żoni ta’ Bijodiversità Ewlenin, kif ukoll żoni protetti oħrajn), twettqet valutazzjoni xierqa ( 62 ), fejn applikabbli, u fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tagħha ġew implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni meħtieġa ( 63 ).

Appendiċi E

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI  ( 64 ) GĦALL-APPARATI TAL-ILMA

1. Ir-rata ta’ fluss hija rreġistrata bil-pressa ta’ referenza standard 3 – 0/+ 0,2 bar jew 0,1 – 0/+ 0,02 għal prodotti bi pressa limitata sa baxxa.

2. Ir-rata tal-fluss bil-pressa baxxa 1,5 – 0/+ 0,2 bar hija ta’ ≥ 60 % tar-rata ta’ fluss massima disponibbli.

3. Għad-doċċi bil-mikser, it-temperatura ta’ referenza hija ta’ 38 ± 1 °C.

4. Meta l-fluss ikun irid ikun anqas minn 6 L/min, dan jikkonforma mar-regola stabbilita fil-punt 2.

5. Għall-vitien, hija segwita l-proċedura deskritta fil-klawżola 10.2.3 tal-EN 200, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a) 

għal vitien li mhumiex limitati għal applikazzjonijiet bi pressa baxxa biss: tiġi applikata pressa ta’ 3 – 0/+ 0,2 bar kemm fuq id-dħul tal-jaħraq kif ukoll tal-kiesaħ, b’mod alternattiv;

(b) 

għal vitien li huma limitati għal applikazzjonijiet bi pressa baxxa biss: tiġi applikata pressa ta’ 0,4 – 0/+ 0,02 bar kemm fuq id-dħul tal-jaħraq kif ukoll tal-kiesa u jinfetaħ bis-sħiħ il-kontroll tal-fluss.

ANNESS II

Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom attività ekonomika tikkwalifika bħala waħda li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima u biex jiġi ddeterminat jekk din l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali oħra

1.

Il-forestrija

1.1.

It-tisġir

1.2.

Ir-riabilitazzjoni u r-restawr tal-foresti, inklużi r-riforestazzjoni u r-riġenerazzjoni tal-foresti naturali wara event estrem

1.3.

Il-ġestjoni tal-foresti

1.4.

Il-forestrija ta’ konservazzjoni

2.

L-attivitajiet ta’ ħarsien u ta’ restawr tal-ambjent

2.1.

Ir-restawr ta’ artijiet mistagħdra

3.

Il-manifattura

3.1.

Il-manifattura ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli

3.2.

Il-manifattura ta’ tagħmir għall-produzzjoni u għall-użu tal-idroġenu

3.3.

Il-manifattura ta’ teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għat-trasport

3.4.

Il-manifattura ta’ batteriji

3.5.

Il-manifattura ta’ tagħmir tal-effiċjenza enerġetika għall-bini

3.6.

Il-manifattura ta’ teknoloġiji oħrajn b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju

3.7.

Il-manifattura tas-siment

3.8.

Il-manifattura tal-aluminju

3.9.

Il-manifattura tal-ħadid u tal-azzar

3.10.

Il-manifattura tal-idroġenu

3.11.

Il-manifattura tal-iswed tal-karbonju

3.12.

Il-manifattura tal-karbonat tas-sodju

3.13.

Il-manifattura tal-kloru

3.14.

Il-manifattura ta’ sustanzi kimiċi bażiċi organiċi

3.15.

Il-manifattura tal-ammonijaka anidra

3.16.

Il-manifattura tal-aċidu nitriku

3.17.

Il-manifattura tal-plastik f’forma primarja

4.

L-enerġija

4.1.

Il-ġenerazzjoni tal-enerġija bl-użu ta’ teknoloġija fotovoltajka solari

4.2.

Il-ġenerazzjoni tal-elettriku bl-użu ta’ teknoloġija ta’ konċentrazzjoni tal-enerġija solari (CSP)

4.3.

Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-potenza eolika

4.4.

Il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn teknoloġiji tal-enerġija mill-oċeani

4.5.

Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-enerġija idroelettrika

4.6.

Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-enerġija ġeotermali

4.7.

Il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn fjuwils gassużi u likwidi mhux fossili rinnovabbli

4.8.

Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-bijoenerġija

4.9.

It-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku

4.10.

Il-ħżin tal-elettriku

4.11.

Il-ħżin tal-enerġija termali

4.12.

Il-ħżin tal-idroġenu

4.13.

Il-manifattura ta’ bijogass u ta’ bijofjuwils għall-użu fit-trasport u ta’ bijolikwidi

4.14.

In-networks ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni għal gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju

4.15.

Id-distribuzzjoni tat-tisħin/tat-tkessiħ distrettwali

4.16.

L-installazzjoni u t-tħaddim ta’ pompi elettriċi tas-sħana

4.17.

Il-koġenerazzjoni ta’ tisħin/tkessiħ u ta’ enerġija mill-enerġija solari

4.18.

Il-koġenerazzjoni ta’ tisħin/tkessiħ u ta’ enerġija mill-enerġija ġeotermali

4.19.

Il-koġenerazzjoni ta’ tisħin/tkessiħ u ta’ enerġija minn fjuwils gassużi u likwidi rinnovabbli mhux fossili

4.20.

Il-koġenerazzjoni ta’ tisħin/tkessiħ u ta’ enerġija mill-bijoenerġija

4.21.

Il-produzzjoni ta’ tisħin/tkessiħ mit-tisħin termali solari

4.22.

Il-produzzjoni ta’ tisħin/tkessiħ mill-enerġija ġeotermali

4.23.

Il-produzzjoni ta’ tisħin/tkessiħ minn fjuwils gassużi u likwidi rinnovabbli mhux fossili

4.24.

Il-produzzjoni ta’ tisħin/tkessiħ mill-bijoenerġija

4.25.

Il-produzzjoni ta’ tisħin/tkessiħ bl-użu tas-sħana mormija

4.26.

Stadji prekummerċjali ta’ teknoloġiji avvanzati għall-produzzjoni tal-enerġija minn proċessi nukleari bi skart minimu miċ-ċiklu tal-fjuwil

4.27.

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim sikur ta’ impjanti tal-enerġija nukleari ġodda, għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u/jew tas-sħana, inkluż għall-produzzjoni tal-idroġenu, bl-użu tal-aħjar teknoloġiji disponibbli

4.28.

Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-enerġija nukleari f’installazzjonijiet eżistenti

4.29.

Ġenerazzjoni tal-elettriku minn fjuwils gassużi fossili

4.30.

Il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja ta’ sħana/kesħa u l-enerġija minn fjuwils gassużi fossili

4.31.

Produzzjoni ta’ sħana/kesħa minn fjuwils gassużi fossili f’sistema effiċjenti ta’ tisħin u ta’ tkessiħ distrettwali

5.

L-attivitajiet tal-provvista tal-ilma, tas-sistema ta’ drenaġġi, ta’ mmaniġġjar tal-iskart u ta’ rimedju

5.1.

Il-kostruzzjoni, l-estensjoni u t-tħaddim tas-sistemi ta’ ġbir, ta’ trattament u ta’ provvista tal-ilma

5.2.

It-tiġdid tas-sistemi ta’ ġbir, ta’ trattament u ta’ provvista tal-ilma

5.3.

Il-kostruzzjoni, l-estensjoni u t-tħaddim tal-ġbir u tat-trattament tal-ilma mormi

5.4.

It-tiġdid tal-ġbir u tat-trattament tal-ilma mormi

5.5.

Il-ġbir u t-trasport ta’ skart mhux perikoluż fi frazzjonijiet segregati fis-sors

5.6.

Id-diġestjoni anaerobika tal-ħama tad-drenaġġ

5.7.

Id-diġestjoni anaerobika tal-bijoskart

5.8.

Il-kompostjar tal-bijoskart

5.9.

L-irkupru tal-materjal mill-iskart mhux perikoluż

5.10.

Il-qbid u l-użu tal-gass tal-landfills

5.11.

It-trasport ta’ CO2

5.12.

Il-ħżin ġeoloġiku permanenti taħt l-art ta’ CO2

6.

It-trasport

6.1.

It-trasport ferrovjarju interurban tal-passiġġieri

6.2.

It-trasport ferrovjarju tal-merkanzija

6.3.

It-trasport urban u suburban, it-trasport bit-triq tal-passiġġieri

6.4.

It-tħaddim ta’ apparati tal-mobilità personali, il-loġistika taċ-ċikli

6.5.

It-trasport b’muturi, b’karozzi tal-passiġġieri u b’vetturi kummerċjali

6.6.

Is-servizzi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq

6.7.

It-trasport ta’ passiġġieri fuq ilmijiet interni

6.8.

It-trasport ta’ merkanzija fuq ilmijiet interni

6.9.

Il-modifika retroattiva tat-trasport ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija fuq ilmijiet interni

6.10.

It-trasport ta’ merkanzija bl-ilma baħar u kostali, bastimenti għal operazzjonijiet portwarji u għal attivitajiet awżiljarji

6.11.

It-trasport ta’ passiġġieri bl-ilma baħar u kostali

6.12.

Il-modifika retroattiva tat-trasport ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri bl-ilma baħar u kostali

6.13.

L-infrastruttura għall-mobbiltà personali, il-loġistika taċ-ċikli

6.14.

L-infrastruttura għat-trasport ferrovjarju

6.15.

L-infrastruttura li tippermetti t-trasport bit-triq u t-trasport pubbliku

6.16.

L-infrastruttura għat-trasport bl-ilma

6.17.

L-infrastruttura tal-ajruport

7.

Il-kostruzzjoni u l-proprjetà immobbli

7.1.

Il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda

7.2.

Ir-rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti

7.3.

L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ tagħmir tal-effiċjenza enerġetika

7.4.

L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ stazzjonijiet għall-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi fil-bini (u fl-ispazji ta’ parkeġġ biswit il-bini)

7.5.

L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ strumenti u ta’ apparati għall-kejl, għar-regolamentazzjoni u għall-kontroll tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija

7.6.

L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli

7.7.

L-akkwist u s-sjieda tal-bini

8.

L-informazzjoni u l-komunikazzjoni

8.1.

L-ipproċessar ta’ data, il-hosting u l-attivitajiet relatati

8.2.

Il-programmar tal-kompjuters, il-konsulenza u l-attivitajiet relatati

8.3.

L-attivitajiet ta’ programmazzjoni u ta’ xandir

9.

L-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi

9.1.

L-attivitajiet tal-inġinerija u l-konsulenza teknika relatata ddedikati għall-adattament għat-tibdil fil-klima

9.2.

Ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni qrib is-suq

10.

L-attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni

10.1.

L-assigurazzjoni mhux tal-ħajja: is-sottoskrizzjoni ta’ perikli relatati mal-klima

10.2.

Ir-riassigurazzjoni

11.

L-edukazzjoni

12.

L-attivitajiet tas-saħħa tal-bniedem u ta’ ħidma soċjali

12.1.

L-attivitajiet ta’ kura residenzjali

13.

L-arti, id-divertiment u r-rikreazzjoni

13.1.

L-attivitajiet kreattivi, tal-arti u ta’ divertiment

13.2.

L-attivitajiet ta’ libreriji, ta’ arkivji, ta’ mużewijiet u kulturali

13.3.

Il-produzzjoni ta’ motion pictures, il-produzzjoni ta’ videos u ta’ programmi televiżivi, ir-reġistrazzjoni tal-ħoss u l-attivitajiet ta’ pubblikazzjoni tal-mużika

Appendiċi A:

Il-klassifikazzjoni tal-perikli relatati mal-klima

Appendiċi B:

Il-kriterji ġeneriċi għad-DNSH għall-użu sostenibbli u għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Appendiċi C:

Il-kriterji ġeneriċi għad-DNSH għall-prevenzjoni u għall-kontroll tat-tniġġis fir-rigward tal-użu u tal-preżenza ta’ sustanzi kimiċi

Appendiċi D:

Il-kriterji ġeneriċi għad-DNSH għall-protezzjoni u għar-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

1.   IL-FORESTRIJA

1.1.    It-tisġir

Deskrizzjoni tal-attività

L-istabbiliment ta’ foresta permezz tat-tħawwil, tat-tiżrigħ intenzjonat jew tar-riġenerazzjoni naturali fuq art li, sa dak iż-żmien, kienet taħt użu differenti tal-art jew ma kinitx użata. It-tisġir jimplika trasformazzjoni tal-użu tal-art minn mhux forestali għal forestali, f’konformità mad-definizzjoni ta’ tisġir ( 65 ) tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (“FAO”), fejn foresta tfisser art li taqbel mad-definizzjoni kif stabbilita fil-liġi nazzjonali, jew fejn mhux disponibbli, tkun konformi mad-definizzjoni ta’ foresta ( 66 ) tal-FAO. It-tisġir jista’ jkopri t-tisġir tal-imgħoddi sakemm isseħħ fil-perjodu bejn it-tħawwil tas-siġar u ż-żmien meta l-użu tal-art jiġi rikonoxxut bħala foresta.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi A2 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006. L-attivitajiet huma limitati għal NACE II 02.10, jiġifieri s-silvikultura u attivitajiet oħrajn tal-forestrija, 02.20, jiġifieri qtugħ tas-siġar għall-injam, 02.30, jiġifieri l-ġbir ta’ prodotti mhux tal-injam li jikbru fis-selvaġġ u 02.40, jiġifieri servizzi ta’ appoġġ għall-forestrija.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija tikkonforma mal-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punt 5, l-attività tkun attività ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

5.  Sabiex attività titqies bħala attività li tiffaċilita kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, l-operatur ekonomiku juri, permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji klimatiċi attwali u futuri, inkluża l-inċertezza u fuq il-bażi ta’ data robusta, li l-attività tipprovdi teknoloġija, prodott, servizz, informazzjoni, jew prattika, jew tippromwovi l-użi tagħhom b’wieħed mill-objettivi primarji li ġejjin:

(a)  iż-żieda fil-livell ta’ reżiljenza għar-riskji klimatiċi fiżiċi ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn;

(b)  il-kontribut għall-isforzi ta’ adattament ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Pjan ta’ tisġir u pjan sussegwenti ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti

1.1.  Iż-żona li fiha sseħħ l-attività hija koperta minn pjan ta’ tisġir ta’ mill-inqas ħames snin, jew il-perjodu minimu stipulat fil-liġi nazzjonali, żviluppat qabel il-bidu tal-attività, u aġġornat kontinwament sakemm din iż-żona taqbel mad-definizzjoni ta’ foresta kif stabbilita fil-liġi nazzjonali jew, fejn mhux disponibbli, hija konformi mad-definizzjoni tal-FAO ta’ foresta.

Il-pjan ta’ tisġir fih l-elementi kollha meħtieġa mil-liġi nazzjonali relatati mal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali tat-tisġir.

1.2.  Preferibbilment permezz tal-pjan ta’ tisġir, jew jekk l-informazzjoni tkun nieqsa, permezz ta’ kwalunkwe dokument ieħor, tingħata informazzjoni dettaljata dwar il-punti li ġejjin:

(a)  deskrizzjoni taż-żona skont l-istabbiliment uffiċjali tagħha fir-reġistru tal-artijiet;

(b)  it-tħejjija tas-sit u l-impatti tagħha fuq il-ħażniet ta’ karbonju li kienu jeżistu minn qabel, inklużi l-ħamriji u l-bijomassa ta’ fuq l-art, sabiex l-art tiġi protetta b’ħażna għolja ta’ karbonju (6);

(c)  l-għanijiet tal-ġestjoni, inklużi l-limitazzjonijiet ewlenin;

(d)  l-istrateġiji u l-attivitajiet ġenerali ppjanati sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-ġestjoni, inklużi l-operazzjonijiet mistennija matul iċ-ċiklu kollu tal-foresta;

(e)  definizzjoni tal-kuntest tal-ħabitat tal-foresta, inklużi l-ispeċijiet ewlenin eżistenti u maħsuba tas-siġar tal-foresti, u l-firxa u d-distribuzzjoni tagħhom;

(f)  kompartimenti, toroq, drittijiet ta’ passaġġ u aċċess pubbliku ieħor, karatteristiċi fiżiċi inklużi passaġġi fuq l-ilma, żoni taħt restrizzjonijiet legali u oħrajn;

(g)  miżuri użati sabiex tiġi stabbilita u tinżamm il-kundizzjoni tajba tal-ekosistemi tal-foresti;

(h)  il-kunsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet soċjali (inklużi l-preservazzjoni tal-pajsaġġ, il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mat-termini u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dritt nazzjonali);

(i)  valutazzjoni tar-riskji relatati mal-foresti, inklużi n-nirien tal-foresti, u t-tifqigħat ta’ pesti u ta’ mard, bl-għan ta’ prevenzjoni, ta’ tnaqqis u ta’ kontroll tar-riskji u miżuri użati sabiex jiġi żgurati l-protezzjoni u l-adattament kontra r-riskji residwi;

(j)  valutazzjoni tal-impatt fuq is-sigurtà tal-ikel;

(k)  il-kriterji kollha tad-DNSH rilevanti għat-tisġir.

1.3.  Meta ż-żona ssir foresta, il-pjan ta’ tisġir jiġi segwit minn pjan sussegwenti ta’ ġestjoni tal-foresti jew minn strument ekwivalenti, kif stabbilit fil-liġi nazzjonali jew, fejn il-liġi nazzjonali ma tiddefinixxix pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti, kif imsemmi fid-definizzjoni tal-FAO ta’ “żona ta’ foresta bi pjan ta’ ġestjoni tal-foresti fit-tul” (7). Il-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew l-istrument ekwivalenti jkopri perjodu ta’ 10 snin jew aktar u jiġi aġġornat kontinwament.

1.4.  Tingħata informazzjoni dwar il-punti li ġejjin li mhumiex diġà ddokumentati fil-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew f’sistema ekwivalenti:

(a)  l-għanijiet tal-ġestjoni, inklużi l-limitazzjonijiet ewlenin (8);

(b)  l-istrateġiji u l-attivitajiet ġenerali ppjanati sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-ġestjoni, inklużi l-operazzjonijiet mistennija matul iċ-ċiklu kollu tal-foresta;

(c)  definizzjoni tal-kuntest tal-ħabitat tal-foresta, inklużi l-ispeċijiet ewlenin eżistenti u maħsuba tas-siġar tal-foresti, u l-firxa u d-distribuzzjoni tagħhom;

(d)  id-definizzjoni taż-żona skont l-istabbiliment uffiċjali tagħha fir-reġistru tal-artijiet;

(e)  kompartimenti, toroq, drittijiet ta’ passaġġ u aċċess pubbliku ieħor, karatteristiċi fiżiċi inklużi passaġġi fuq l-ilma, żoni taħt restrizzjonijiet legali u oħrajn;

(f)  miżuri użati sabiex tinżamm il-kundizzjoni tajba tal-ekosistemi tal-foresti;

(g)  il-kunsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet soċjali (inklużi l-preservazzjoni tal-pajsaġġ, il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mat-termini u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dritt nazzjonali);

(h)  valutazzjoni tar-riskji relatati mal-foresti, inklużi n-nirien tal-foresti, u t-tifqigħat ta’ pesti u ta’ mard, bl-għan ta’ prevenzjoni, ta’ tnaqqis u ta’ kontroll tar-riskji u miżuri użati sabiex jiġi żgurati l-protezzjoni u l-adattament kontra r-riskji residwi

(i)  il-kriterji kollha tad-DNSH rilevanti għall-ġestjoni tal-foresti.

1.5.  L-attività ssegwi l-aħjar prattiki ta’ tisġir stabbiliti fil-liġi nazzjonali, jew, fejn ma tkun ġiet stabbilita l-ebda l-aħjar prattiki ta’ tisġir bħal din fil-liġi nazzjonali, l-attività tkun konformi ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)  l-attività tikkonforma mar-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014;

(b)  l-attività ssegwi l-“Pan-European Guidelines for Afforestation and Reforestation with a special focus on the provisions of the UNFCCC” (9).

1.6.  L-attività ma tinvolvix id-degradazzjoni tal-art b’ħażna għolja ta’ karbonju (10).

1.7.  Is-sistema ta’ ġestjoni assoċjata mal-attività fis-seħħ tikkonforma mal-obbligu ta’ diliġenza dovuta u mar-rekwiżiti ta’ legalità stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 995/2010.

1.8.  Il-pjan ta’ tisġir u l-pjan sussegwenti ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti jipprovdi għal monitoraġġ li jiżgura l-korrettezza tal-informazzjoni li tinsab fil-pjan, b’mod partikolari fir-rigward tad-data relatata maż-żona involuta.

2.  Awditu

Fi żmien sentejn mill-bidu tal-attività u kull 10 snin minn hemm’ il quddiem, il-konformità tal-attività mal-kontribut sostanzjali għall-kriterji ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-kriterji tad-DNSH tiġi vverifikata permezz ta’ wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti;

(b)  korp ta’ ċertifikazzjoni terz indipendenti, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-operatur tal-attività.

Sabiex jitnaqqsu l-kostijiet, l-awditi jistgħu jitwettqu flimkien ma’ kwalunkwe ċertifikazzjoni tal-foresti, ċertifikazzjoni klimatika jew awditu ieħor.

Iċ-ċertifikatur ta’ parti terza indipendenti ma jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess mas-sid jew mal-finanzjatur, u ma jkunx involut fl-iżvilupp jew fl-operazzjoni tal-attività.

3.  Valutazzjoni tal-grupp

Il-konformità mal-kriterji tad-DNSH tista’ tiġi vverifikata:

(a)  fil-livell taż-żona tas-sorsi tal-foresti (11) kif iddefinita mid-Direttiva 2018/2001;

(b)  fil-livell ta’ grupp ta’ azjendi forestali omoġenji biżżejjed sabiex jiġi evalwat ir-riskju tas-sostenibbiltà tal-attività forestali, dment li dawn l-azjendi kollha jkollhom relazzjoni dejjiema bejniethom u jipparteċipaw fl-attività u l-grupp ta’ dawn l-azjendi jibqa’ l-istess għall-awditi sussegwenti kollha.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

L-informazzjoni dettaljata msemmija fil-punt 1.2. (i) tinkludi dispożizzjonijiet sabiex tinżamm konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-użu tal-pestiċidi jitnaqqas u approċċi jew tekniki alternattivi, li jistgħu jinkludu alternattivi mhux kimiċi għall-pestiċidi, jingħataw preferenza, f’konformità mad-Direttiva 2009/128/KE, bl-eċċezzjoni ta’ okkażjonijiet li fihom l-użu tal-pestiċidi jkun meħtieġ għall-kontroll ta’ tifqigħat ta’ pesti u ta’ mard.

L-attività timminimizza l-użu tal-fertilizzanti u ma tużax demel. L-attività tikkonforma mar-Regolament (UE) 2019/1009 jew mar-regoli nazzjonali dwar il-fertilizzanti jew it-tejjieba tal-ħamrija għall-użu agrikolu

Jittieħdu miżuri dokumentati sew u verifikabbli sabiex jiġi evitat l-użu ta’ ingredjenti attivi li huma elenkati fil-parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 (12), fil-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-proċedura ta’ kunsens infurmat minn qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali, fil-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju, fil-Protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi li jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu, u ta’ ingredjenti attivi li huma elenkati bħala l-klassifikazzjoni Ia (“estremament perikolużi”) jew Ib (“perikolużi ħafna”) fid-WHO Recommended Classification of Pesticides by Hazard (13). L-attività tikkonforma mal-liġi nazzjonali rilevanti dwar l-ingredjenti attivi.

It-tniġġis tal-ilma u tal-ħamrija huwa evitat u jittieħdu miżuri għat-tindif meta jseħħ it-tniġġis.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

F’żoni magħżula mill-awtorità nazzjonali kompetenti għall-konservazzjoni jew f’ħabitats li huma protetti, l-attività hija konformi mal-objettivi ta’ konservazzjoni għal dawk iż-żoni.

Ma hemm l-ebda konverżjoni ta’ ħabitats speċifikament sensittivi għat-telf ta’ bijodiversità jew b’valur għoli ta’ konservazzjoni, jew ta’ żoni mserrħa għar-restawr ta’ ħabitats bħal dawn f’konformità mal-liġi nazzjonali.

L-informazzjoni dettaljata msemmija fil-punti 1.2 (k) (Pjan ta’ tisġir) u 1.4(i) (Pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew sistema ekwivalenti) tinkludi dispożizzjonijiet għaż-żamma u possibbilment għat-titjib tal-bijodiversità f’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali u lokali, inklużi dawn li ġejjin:

(a)  l-iżgurar ta’ stat tajjeb ta’ konservazzjoni tal-ħabitat u tal-ispeċijiet, taż-żamma tal-ispeċijiet tipiċi tal-ħabitat;

(b)  l-esklużjoni tal-użu jew tar-rilaxx ta’ speċijiet invażivi;

(c)  l-esklużjoni tal-użu ta’ speċijiet eżotiċi sakemm ma jkunx jista’ jintwera li:

(i)  l-użu tal-materjal riproduttiv tal-foresti jwassal għal kundizzjonijiet favorevoli u xierqa tal-ekosistema (bħall-klima, il-kriterji tal-ħamrija, u ż-żona ta’ veġetazzjoni, ir-reżistenza għan-nirien fil-foresti);

(ii)  l-ispeċijiet indiġeni preżenti bħalissa fis-sit ma għadhomx adattati aktar għall-kundizzjonijiet klimatiċi u pedoidroloġiċi projettati;

(d)  l-iżgurar taż-żamma u tat-titjib tal-kwalità fiżika, kimika u bijoloġika tal-ħamrija;

(e)  il-promozzjoni ta’ prattiki favorevoli għall-bijodiversità li jsaħħu l-proċessi naturali tal-foresti;

(f)  l-esklużjoni tal-konverżjoni ta’ ekosistemi b’bijodiversità għolja f’dawk b’anqas bijodiversità;

(g)  l-iżgurar tad-diversità tal-ħabitats u tal-ispeċijiet assoċjati marbuta mal-foresta;

(h)  l-iżgurar tad-diversità tal-istrutturi tal-popolament u tal-manutenzjoni jew tat-titjib ta’ popolamenti fi stadju matur u ta’ injam mejjet.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Art b’ħażna kbira ta’ karbonju tfisser artijiet mistagħdra, inklużi torbieri, u żoni kontinwament ifforestati fis-sens tal-Artikolu 29(4)(a), (b) u (c) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(7)   

Żona tal-foresti li għandha pjan ta’ ġestjoni dokumentat fit-tul (għaxar snin jew aktar), immirat lejn miri ta’ ġestjoni definiti, u li jiġi rivedut perjodikament, FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

(8)   

Inkluża analiżi ta’ (i) is-sostenibbiltà fit-tul tar-riżorsa tal-injam u (ii) l-impatti/il-pressjonijiet fuq il-konservazzjoni tal-ħabitats, fuq id-diversità tal-ħabitats assoċjati u fuq il-kundizzjoni tal-ħsad li jimminimizzaw l-impatti fuq il-ħamrija.

(9)   

Forest Europe Pan-European Guidelines for Afforestation and Reforestation with a special focus on the provisions of the UNFCCC adopted by the MCPFE Expert Level Meeting on 12-13 November, 2008 and by the PEBLDS Bureau on behalf of the PEBLDS Council on 4 November, 2008 (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.foresteurope.org/docs/other_meetings/2008/Geneva/Guidelines_Aff_Ref_ADOPTED.pdf).

(10)   

Art b’ħażna kbira ta’ karbonju tfisser artijiet mistagħdra, inklużi torbieri, u żoni kontinwament ifforestati fis-sens tal-Artikolu 29(4)(a), (b) u (c) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(11)   

“Żona tas-sorsi” tfisser iż-żona ddefinita ġeografikament li tkun is-sors tal-materja prima tal-bijomassa forestali, li minnha tkun disponibbli informazzjoni affidabbli u indipendenti u fejn il-kundizzjonijiet ikunu omoġenji biżżejjed sabiex jiġi evalwat ir-riskju tal-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà u ta’ legalità tal-bijomassa forestali.

(12)   

Li timplimenta fl-Unjoni l-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 3.).

(13)   

Id-WHO Recommended Classification of Pesticides by Hazard (verżjoni 2019) (verżjoni tal-4.6.2021: https://apps.who.int/iris/bitstream/handle/10665/332193/9789240005662-eng.pdf?ua=1).

1.2.    Ir-riabilitazzjoni u r-restawr tal-foresti, inklużi r-riforestazzjoni u r-riġenerazzjoni tal-foresti naturali wara event estrem

Deskrizzjoni tal-attività

Ir-riabilitazzjoni u r-restawr tal-foresti kif iddefiniti mil-liġi nazzjonali. Fejn il-liġi nazzjonali ma jkunx fiha tali definizzjoni, ir-riabilitazzjoni u r-restawr jirreferu għal definizzjoni bi qbil ġenerali fil-letteratura xjentifika rieżaminata bejn il-pari għal pajjiżi speċifiċi jew għal definizzjoni konformi mal-kunċett tal-FAO ta’ restawr tal-foresti ( 67 ) jew għal definizzjoni konformi ma’ waħda mid-definizzjonijiet ta’ restawr ekoloġiku ( 68 ), applikati għall-foresti, jew għar-riabilitazzjoni tal-foresti ( 69 ) skont il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika. L-attivitajiet ekonomiċi jinkludu wkoll attivitajiet tal-foresti f’konformità mad-definizzjoni tal-FAO ta’ “riforestazzjoni”  ( 70 ) u ta’ “foresta li tirriġenera b’mod naturali”  ( 71 ) wara event estrem, fejn event estrem ikun iddefinit mil-liġi nazzjonali, u fejn il-liġi nazzjonali ma jkunx fiha definizzjoni bħal din, tkun konformi mad-definizzjoni tal-IPCC ta’ event ta’ temp estrem ( 72 ); jew wara nirien mhux ikkontrollati, fejn in-nirien mhux ikkontrollati jkunu ddefiniti mil-liġi nazzjonali, u fejn il-liġi nazzjonali ma jkunx fiha definizzjoni bħal din, kif iddefinita fil-Glossarju Ewropew għan-nirien mhux ikkontrollati u għan-nirien fil-foresti ( 73 ).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija ma jimplikaw l-ebda tibdil fl-użu tal-art u jseħħu fuq art degradata li taqbel mad-definizzjoni ta’ foresta kif stabbilita fil-liġi nazzjonali, jew fejn ma tkunx disponibbli, tkun konformi mad-definizzjoni tal-FAO ta’ foresta ( 74 ).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi A2 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006. L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija huma limitati għal NACE II 02.10, jiġifieri s-silvikultura u attivitajiet oħrajn tal-forestrija, 02.20, jiġifieri qtugħ tas-siġar għall-injam 02.30, jiġifieri l-ġbir ta’ prodotti mhux tal-injam li jikbru fis-selvaġġ u 02.40, jiġifieri servizzi ta’ appoġġ għall-forestrija.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija tikkonforma mal-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punt 5, l-attività tkun attività ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

5.  Sabiex attività titqies bħala attività li tiffaċilita kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, l-operatur ekonomiku juri, permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji klimatiċi attwali u futuri, inkluża l-inċertezza u fuq il-bażi ta’ data robusta, li l-attività tipprovdi teknoloġija, prodott, servizz, informazzjoni, jew prattika, jew tippromwovi l-użi tagħhom b’wieħed mill-objettivi primarji li ġejjin:

(a)  iż-żieda fil-livell ta’ reżiljenza għar-riskji klimatiċi fiżiċi ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn;

(b)  il-kontribut għall-isforzi ta’ adattament ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti

1.1.  L-attività sseħħ f’żona li hija soġġetta għal pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew għal strument ekwivalenti, kif stabbilit fil-liġi nazzjonali jew, meta l-liġi nazzjonali ma tiddefinixxix pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti, kif imsemmi fid-definizzjoni tal-FAO ta’ żona tal-foresti bi pjan ta’ ġestjoni tal-foresti fit-tul (“forest area with long-term forest management plan”) (6).

Il-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew l-istrument ekwivalenti jkopri perjodu ta’ 10 snin jew aktar u jiġi aġġornat kontinwament.

1.2.  Tingħata informazzjoni dwar il-punti li ġejjin li mhumiex diġà ddokumentati fil-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew f’sistema ekwivalenti:

(a)  l-għanijiet tal-ġestjoni, inklużi l-limitazzjonijiet ewlenin (7);

(b)  l-istrateġiji u l-attivitajiet ġenerali ppjanati sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-ġestjoni, inklużi l-operazzjonijiet mistennija matul iċ-ċiklu kollu tal-foresta;

(c)  definizzjoni tal-kuntest tal-ħabitat tal-foresta, inklużi l-ispeċijiet ewlenin eżistenti u maħsuba tas-siġar tal-foresti, u l-firxa u d-distribuzzjoni tagħhom;

(d)  id-definizzjoni taż-żona skont l-istabbiliment uffiċjali tagħha fir-reġistru tal-artijiet;

(e)  kompartimenti, toroq, drittijiet ta’ passaġġ u aċċess pubbliku ieħor, karatteristiċi fiżiċi inklużi passaġġi fuq l-ilma, żoni taħt restrizzjonijiet legali u oħrajn;

(f)  miżuri użati sabiex tinżamm il-kundizzjoni tajba tal-ekosistemi tal-foresti;

(g)  il-kunsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet soċjali (inklużi l-preservazzjoni tal-pajsaġġ, il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mat-termini u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dritt nazzjonali);

(h)  valutazzjoni tar-riskji relatati mal-foresti, inklużi n-nirien tal-foresti, u t-tifqigħat ta’ pesti u ta’ mard, bl-għan ta’ prevenzjoni, ta’ tnaqqis u ta’ kontroll tar-riskji u miżuri użati sabiex jiġi żgurati l-protezzjoni u l-adattament kontra r-riskji residwi;

(i)  il-kriterji kollha tad-DNSH rilevanti għall-ġestjoni tal-foresti.

1.3.  Is-sostenibbiltà tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-foresti, kif dokumentati fil-pjan imsemmi fil-punt 1.1, hija żgurata billi jintgħażel l-aktar approċċ ambizzjuż minn fost dawn li ġejjin:

(a)  il-ġestjoni tal-foresti taqbel mad-definizzjoni nazzjonali applikabbli tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti;

(b)  il-ġestjoni tal-foresti taqbel mad-definizzjoni minn Forest Europe (8) ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tikkonforma mal-Pan-European Operational Level Guidelines for Sustainable Forest Management (9);

(c)  is-sistema ta’ ġestjoni fis-seħħ tikkonforma mal-kriterji dwar is-sostenibbiltà tal-foresti stabbiliti fl-Artikolu 29(6) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, u, mid-data tal-applikazzjoni tiegħu, mal-att ta’ implimentazzjoni dwar il-gwida operazzjonali għall-enerġija mill-bijomassa tal-foresti adottat skont l-Artikolu 29(8) ta’ dik id-Direttiva.

1.4.  L-attività ma tinvolvix id-degradazzjoni tal-art b’ħażna għolja ta’ karbonju (10).

1.5.  Is-sistema ta’ ġestjoni assoċjata mal-attività fis-seħħ tikkonforma mal-obbligu ta’ diliġenza dovuta u mar-rekwiżiti ta’ legalità stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 995/2010.

1.6.  Il-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti jipprovdi għal monitoraġġ li jiżgura l-korrettezza tal-informazzjoni li tinsab fil-pjan, b’mod partikolari fir-rigward tad-data relatata maż-żona involuta.

2.  Awditu

Fi żmien sentejn mill-bidu tal-attività u kull 10 snin minn hemm’ il quddiem, il-konformità tal-attività mal-kontribut sostanzjali għall-kriterji ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-kriterji tad-DNSH tiġi vverifikata permezz ta’ wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti;

(b)  korp ta’ ċertifikazzjoni terz indipendenti, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-operatur tal-attività.

Sabiex jitnaqqsu l-kostijiet, l-awditi jistgħu jitwettqu flimkien ma’ kwalunkwe ċertifikazzjoni tal-foresti, ċertifikazzjoni klimatika jew awditu ieħor.

Iċ-ċertifikatur ta’ parti terza indipendenti ma jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess mas-sid jew mal-finanzjatur, u ma jkunx involut fl-iżvilupp jew fl-operazzjoni tal-attività.

3.  Valutazzjoni tal-grupp

Il-konformità mal-kriterji tad-DNSH tista’ tiġi vverifikata:

(a)  fil-livell taż-żona tas-sorsi tal-foresti (11) kif iddefinita mid-Direttiva 2018/2001;

(b)  fil-livell ta’ grupp ta’ azjendi omoġenji biżżejjed sabiex jiġi evalwat ir-riskju tas-sostenibbiltà tal-attività forestali, dment li dawk l-azjendi kollha jkollhom relazzjoni dejjiema bejniethom u jipparteċipaw fl-attività u l-grupp ta’ dawk l-azjendi jibqa’ l-istess għall-awditi sussegwenti kollha.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

L-informazzjoni dettaljata msemmija fil-punt 1.2. (i) tinkludi dispożizzjonijiet sabiex tinżamm konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

It-tibdil silvikulturali kkawżat mill-attività fiż-żona koperta mill-attività x’aktarx li ma jirriżultax fi tnaqqis sinifikanti tal-provvista sostenibbli tal-bijomassa primarja tal-foresti xierqa għall-manifattura ta’ prodotti tal-injam b’potenzjal ta’ ċirkolarità fit-tul. Dan il-kriterju jista’ jintwera permezz tal-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi msemmija fil-punt (2).

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-użu tal-pestiċidi jitnaqqas u approċċi jew tekniki alternattivi, li jistgħu jinkludu alternattivi mhux kimiċi għall-pestiċidi, jingħataw preferenza, f’konformità mad-Direttiva 2009/128/KE, bl-eċċezzjoni ta’ okkażjonijiet li fihom l-użu tal-pestiċidi jkun meħtieġ għall-kontroll ta’ tifqigħat ta’ pesti u ta’ mard.

L-attività timminimizza l-użu tal-fertilizzanti u ma tużax demel. L-attività tikkonforma mar-Regolament (UE) 2019/1009 jew mar-regoli nazzjonali dwar il-fertilizzanti jew it-tejjieba tal-ħamrija għall-użu agrikolu.

Jittieħdu miżuri dokumentati sew u verifikabbli sabiex jiġi evitat l-użu ta’ ingredjenti attivi li huma elenkati fil-parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 (12), fil-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ kunsens infurmat minn qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali, fil-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju, fil-Protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi li jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu, u ta’ ingredjenti attivi li huma elenkati bħala l-klassifikazzjoni Ia (“estremament perikolużi”) jew Ib (“perikolużi ħafna”) fid-WHO Recommended Classification of Pesticides by Hazard. L-attività tikkonforma mal-liġi nazzjonali rilevanti dwar l-ingredjenti attivi.

It-tniġġis tal-ilma u tal-ħamrija huwa evitat u jittieħdu miżuri għat-tindif meta jseħħ it-tniġġis.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

F’żoni magħżula mill-awtorità nazzjonali kompetenti għall-konservazzjoni jew f’ħabitats li huma protetti, l-attività hija konformi mal-objettivi ta’ konservazzjoni għal dawk iż-żoni.

Ma hemm l-ebda konverżjoni ta’ ħabitats speċifikament sensittivi għat-telf ta’ bijodiversità jew b’valur għoli ta’ konservazzjoni, jew ta’ żoni mserrħa għar-restawr ta’ ħabitats bħal dawn f’konformità mal-liġi nazzjonali.

L-informazzjoni dettaljata msemmija fil-punti 1.2.(i) tinkludi dispożizzjonijiet għaż-żamma u possibbilment għat-titjib tal-bijodiversità f’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali u lokali, inklużi dawn li ġejjin:

(a)  l-iżgurar ta’ stat tajjeb ta’ konservazzjoni tal-ħabitat u tal-ispeċijiet, taż-żamma tal-ispeċijiet tipiċi tal-ħabitat;

(b)  l-esklużjoni tal-użu jew tar-rilaxx ta’ speċijiet aljeni invażivi;

(c)  l-esklużjoni tal-użu ta’ speċijiet eżotiċi sakemm ma jkunx jista’ jintwera li:

(i)  l-użu tal-materjal riproduttiv tal-foresti jwassal għal kundizzjonijiet favorevoli u xierqa tal-ekosistema (bħall-klima, il-kriterji tal-ħamrija, u ż-żona ta’ veġetazzjoni, ir-reżistenza għan-nirien fil-foresti);

(ii)  l-ispeċijiet indiġeni preżenti bħalissa fis-sit ma għadhomx adattati aktar għall-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-pedoidroloġiċi projettati;

(d)  l-iżgurar taż-żamma u tat-titjib tal-kwalità fiżika, kimika u bijoloġika tal-ħamrija;

(e)  il-promozzjoni ta’ prattiki favorevoli għall-bijodiversità li jsaħħu l-proċessi naturali tal-foresti;

(f)  l-esklużjoni tal-konverżjoni ta’ ekosistemi b’bijodiversità għolja f’dawk b’anqas bijodiversità;

(g)  l-iżgurar tad-diversità tal-ħabitats u tal-ispeċijiet assoċjati marbuta mal-foresta;

(h)  l-iżgurar tad-diversità tal-istrutturi tal-popolament u tal-manutenzjoni jew tat-titjib ta’ popolamenti fi stadju matur u ta’ injam mejjet.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Żona tal-foresti li għandha pjan ta’ ġestjoni dokumentat fit-tul (għaxar snin jew aktar), immirat lejn miri ta’ ġestjoni definiti, u li jiġi rivedut perjodikament.

FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

(7)   

Inkluża analiżi ta’ dawn (i) is-sostenibbiltà fit-tul tar-riżorsa tal-injam (ii) l-impatti/il-pressjonijiet fuq il-konservazzjoni tal-ħabitats, fuq id-diversità tal-ħabitats assoċjati u fuq il-kundizzjoni tal-ħsad li jimminimizza l-impatti fuq il-ħamrija.

(8)   

L-amministrazzjoni u l-użu tal-foresti u tal-artijiet forestali b’mod, u b’rata, li jżommu l-bijodiversità, il-produttività, il-kapaċità ta’ riġenerazzjoni, il-vitalità u l-potenzjal tagħhom li jwettqu, issa u fil-futur, il-funzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali rilevanti, fil-livelli lokali, nazzjonali u globali, u li ma jikkawżawx ħsara lil ekosistemi oħrajn.

Resolution H1 General Guidelines for the Sustainable Management of Forests in Europe, It-Tieni Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa (Forest Europe), is-16-17 ta’ Ġunju 1993, Helsinki/il-Finlandja (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.foresteurope.org/docs/MC/MC_helsinki_resolutionH1.pdf.

(9)   

L-Anness 2 tar-Riżoluzzjoni L2. Pan-European Operational Level Guidelines for Sustainable Forest Management. It-tielet Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa, it-2-4 ta’ Ġunju 1998, Lisbona/Portugall (verżjoni tal-4.6.2021: https://foresteurope.org/wp-content/uploads/2016/10/MC_lisbon_resolutionL2_with_annexes.pdf#page=18 ).

(10)   

Art b’ħażna kbira ta’ karbonju tfisser artijiet mistagħdra, inklużi torbieri, u żoni kontinwament ifforestati fis-sens tal-Artikolu 29(4)(a), (b) u (c) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(11)   

“Żona tas-sorsi” tfisser iż-żona ddefinita ġeografikament li tkun is-sors tal-materja prima mill-bijomassa forestali, li minnha tkun disponibbli informazzjoni affidabbli u indipendenti u fejn il-kundizzjonijiet ikunu omoġenji biżżejjed sabiex jiġi evalwat ir-riskju tal-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà u ta’ legalità tal-bijomassa forestali.

(12)   

Li jimplimenta fl-Unjoni l-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 3.).

1.3.    Il-ġestjoni tal-foresti

Deskrizzjoni tal-attività

Il-ġestjoni tal-foresti kif definita mil-liġi nazzjonali. Meta l-liġi nazzjonali ma jkunx fiha definizzjoni bħal din, il-ġestjoni tal-foresti tirreferi għal kwalunkwe attività ekonomika li tirriżulta minn sistema applikabbli għal foresta li tinfluwenza l-funzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiċi jew soċjali tal-foresta. Il-ġestjoni tal-foresti ma tassumi l-ebda tibdil fl-użu tal-art u sseħħ fuq art li taqbel mad-definizzjoni ta’ foresta kif stabbilita fil-liġi nazzjonali, jew fejn ma tkunx disponibbli, f’konformità mad-definizzjoni tal-FAO ta’ foresta ( 75 ).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi A2 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006. L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija huma limitati għal NACE II 02.10, jiġifieri s-silvikultura u attivitajiet oħrajn tal-forestrija, 02.20, jiġifieri qtugħ tas-siġar għall-injam, 02.30, jiġifieri l-ġbir ta’ prodotti mhux tal-injam li jikbru fis-selvaġġ u 02.40, jiġifieri servizzi ta’ appoġġ għall-forestrija.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija tikkonforma mal-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punt 5, l-attività tkun attività ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

5.  Sabiex attività titqies bħala attività li tiffaċilita kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, l-operatur ekonomiku juri, permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji klimatiċi attwali u futuri, inkluża l-inċertezza u fuq il-bażi ta’ data robusta, li l-attività tipprovdi teknoloġija, prodott, servizz, informazzjoni, jew prattika, jew tippromwovi l-użi tagħhom b’wieħed mill-objettivi primarji li ġejjin:

(a)  iż-żieda fil-livell ta’ reżiljenza għar-riskji klimatiċi fiżiċi ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn;

(b)  il-kontribut għall-isforzi ta’ adattament ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti

1.1.  L-attività sseħħ f’żona li hija soġġetta għal pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew għal strument ekwivalenti, kif stabbilit fil-liġi nazzjonali jew, meta l-liġi nazzjonali ma tiddefinixxix pjan ta’ ġestjoni tal-foresti, kif imsemmi fid-definizzjoni tal-FAO ta’ żona tal-foresti bi pjan ta’ ġestjoni tal-foresti fit-tul (“forest area with long-term forest management plan”) (6).

Il-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew l-istrument ekwivalenti jkopri perjodu ta’ 10 snin jew aktar u jiġi aġġornat kontinwament.

1.2.  Tingħata informazzjoni dwar il-punti li ġejjin li mhumiex diġà ddokumentati fil-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew f’sistema ekwivalenti:

(a)  l-għanijiet tal-ġestjoni, inklużi l-limitazzjonijiet ewlenin (7);

(b)  l-istrateġiji u l-attivitajiet ġenerali ppjanati sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-ġestjoni, inklużi l-operazzjonijiet mistennija matul iċ-ċiklu kollu tal-foresta;

(c)  definizzjoni tal-kuntest tal-ħabitat tal-foresta, inklużi l-ispeċijiet ewlenin eżistenti u maħsuba tas-siġar tal-foresti, u l-firxa u d-distribuzzjoni tagħhom;

(d)  id-definizzjoni taż-żona skont l-istabbiliment uffiċjali tagħha fir-reġistru tal-artijiet;

(e)  kompartimenti, toroq, drittijiet ta’ passaġġ u aċċess pubbliku ieħor, karatteristiċi fiżiċi inklużi passaġġi fuq l-ilma, żoni taħt restrizzjonijiet legali u oħrajn;

(f)  miżuri użati sabiex tiġi stabbilita u tinżamm il-kundizzjoni tajba tal-ekosistemi tal-foresti;

(g)  il-kunsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet soċjali (inklużi l-preservazzjoni tal-pajsaġġ, il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mat-termini u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dritt nazzjonali);

(h)  valutazzjoni tar-riskji relatati mal-foresti, inklużi n-nirien tal-foresti, u t-tifqigħat ta’ pesti u ta’ mard, bl-għan ta’ prevenzjoni, ta’ tnaqqis u ta’ kontroll tar-riskji u miżuri użati sabiex jiġi żgurati l-protezzjoni u l-adattament kontra r-riskji residwi;

(i)  il-kriterji kollha tad-DNSH rilevanti għall-ġestjoni tal-foresti.

1.3.  Is-sostenibbiltà tas-sistema ta’ ġestjoni tal-foresti, kif dokumentata fil-pjan imsemmi fil-punt 1.1, hija żgurata billi jintgħażel l-aktar approċċ ambizzjuż minn fost dawn li ġejjin:

(a)  il-ġestjoni tal-foresti taqbel mad-definizzjoni nazzjonali applikabbli tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti;

(b)  il-ġestjoni tal-foresti taqbel mad-definizzjoni minn Forest Europe (8) ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tikkonforma mal-Pan-European Operational Level Guidelines for Sustainable Forest Management (9);

(c)  is-sistema ta’ ġestjoni fis-seħħ turi konformità mal-kriterji dwar is-sostenibbiltà tal-foresti stabbiliti fl-Artikolu 29(6) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, u, mid-data tal-applikazzjoni tiegħu, mal-att ta’ implimentazzjoni dwar il-gwida operazzjonali għall-enerġija mill-bijomassa tal-foresti adottat skont l-Artikolu 29(8) ta’ dik id-Direttiva.

1.4.  L-attività ma tinvolvix id-degradazzjoni tal-art b’ħażna għolja ta’ karbonju (10).

1.5.  Is-sistema ta’ ġestjoni assoċjata mal-attività fis-seħħ tikkonforma mal-obbligu ta’ diliġenza dovuta u mar-rekwiżiti ta’ legalità stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 995/2010.

1.6.  Il-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew dokument ekwivalenti jipprovdi għal monitoraġġ li jiżgura l-korrettezza tal-informazzjoni li tinsab fil-pjan, b’mod partikolari fir-rigward tad-data relatata maż-żona involuta.

2.  Awditu

Fi żmien sentejn mill-bidu tal-attività u kull 10 snin minn hemm’ il quddiem, il-konformità tal-attività mal-kontribut sostanzjali għall-kriterji ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-kriterji tad-DNSH tiġi vverifikata permezz ta’ wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti;

(b)  korp ta’ ċertifikazzjoni terz indipendenti, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-operatur tal-attività.

Sabiex jitnaqqsu l-kostijiet, l-awditi jistgħu jitwettqu flimkien ma’ kwalunkwe ċertifikazzjoni tal-foresti, ċertifikazzjoni klimatika jew awditu ieħor.

Iċ-ċertifikatur ta’ parti terza indipendenti ma jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess mas-sid jew mal-finanzjatur, u ma jkunx involut fl-iżvilupp jew fl-operazzjoni tal-attività.

3.  Valutazzjoni tal-grupp

Il-konformità mal-kriterji tad-DNSH tista’ tiġi vverifikata:

(a)  fil-livell taż-żona tas-sorsi tal-foresti (11) kif iddefinita mid-Direttiva 2018/2001;

(b)  fil-livell ta’ grupp ta’ azjendi omoġenji biżżejjed sabiex jiġi evalwat ir-riskju tas-sostenibbiltà tal-attività forestali, dment li dawn l-azjendi kollha jkollhom relazzjoni dejjiema bejniethom u jipparteċipaw fl-attività u l-grupp ta’ dawn l-azjendi jibqa’ l-istess għall-awditi sussegwenti kollha.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

L-informazzjoni dettaljata msemmija fil-punt 1.2. (i) tinkludi dispożizzjonijiet sabiex tinżamm konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

It-tibdil silvikulturali kkawżat mill-attività fiż-żona koperta mill-attività x’aktarx li ma jirriżultax fi tnaqqis sinifikanti tal-provvista sostenibbli tal-bijomassa primarja tal-foresti xierqa għall-manifattura ta’ prodotti tal-injam b’potenzjal ta’ ċirkolarità fit-tul. Dan il-kriterju jista’ jintwera permezz tal-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi msemmija fil-punt (2).

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-użu tal-pestiċidi jitnaqqas u approċċi jew tekniki alternattivi, li jistgħu jinkludu alternattivi mhux kimiċi għall-pestiċidi, jingħataw preferenza, f’konformità mad-Direttiva 2009/128/KE, bl-eċċezzjoni ta’ okkażjonijiet li fihom l-użu tal-pestiċidi jkun meħtieġ għall-kontroll ta’ tifqigħat ta’ pesti u ta’ mard.

L-attività mminimizzat l-użu tal-fertilizzanti u ma tużax demel. L-attività tikkonforma mar-Regolament (UE) 2019/1009 jew mar-regoli nazzjonali dwar il-fertilizzanti jew it-tejjieba tal-ħamrija għall-użu agrikolu.

Jittieħdu miżuri dokumentati sew u verifikabbli sabiex jiġi evitat l-użu ta’ ingredjenti attivi li huma elenkati fil-parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 (12), fil-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-proċedura ta’ kunsens infurmat minn qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali, fil-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju, fil-Protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi li jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu, u ta’ ingredjenti attivi li huma elenkati bħala l-klassifikazzjoni Ia (“estremament perikolużi”) jew Ib (“perikolużi ħafna”) fid-WHO Recommended Classification of Pesticides by Hazard (13). L-attività tikkonforma mal-liġi nazzjonali rilevanti dwar l-ingredjenti attivi.

It-tniġġis tal-ilma u tal-ħamrija huwa evitat u jittieħdu miżuri għat-tindif meta jseħħ it-tniġġis.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

F’żoni magħżula mill-awtorità nazzjonali kompetenti għall-konservazzjoni jew f’ħabitats li huma protetti, l-attività hija konformi mal-objettivi ta’ konservazzjoni għal dawk iż-żoni.

Ma hemm l-ebda konverżjoni ta’ ħabitats speċifikament sensittivi għat-telf ta’ bijodiversità jew b’valur għoli ta’ konservazzjoni, jew ta’ żoni mserrħa għar-restawr ta’ ħabitats bħal dawn f’konformità mal-liġi nazzjonali.

L-informazzjoni dettaljata msemmija fil-punti 1.2.(i) tinkludi dispożizzjonijiet għaż-żamma u possibbilment għat-titjib tal-bijodiversità f’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali u lokali, inklużi dawn li ġejjin:

(a)  l-iżgurar ta’ stat tajjeb ta’ konservazzjoni tal-ħabitat u tal-ispeċijiet, taż-żamma tal-ispeċijiet tipiċi tal-ħabitat;

(b)  l-esklużjoni tal-użu jew tar-rilaxx ta’ speċijiet aljeni invażivi;

(c)  l-esklużjoni tal-użu ta’ speċijiet eżotiċi sakemm ma jkunx jista’ jintwera li:

(i)  l-użu tal-materjal riproduttiv tal-foresti jwassal għal kundizzjoni favorevoli u xierqa tal-ekosistema (bħall-klima, il-kriterji tal-ħamrija, u ż-żona ta’ veġetazzjoni, ir-reżistenza għan-nirien fil-foresti);

(ii)  l-ispeċijiet indiġeni preżenti bħalissa fis-sit ma għadhomx adattati aktar għall-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-pedoidroloġiċi projettati;

(d)  l-iżgurar taż-żamma u tat-titjib tal-kwalità fiżika, kimika u bijoloġika tal-ħamrija;

(e)  il-promozzjoni ta’ prattiki favorevoli għall-bijodiversità li jsaħħu l-proċessi naturali tal-foresti;

(f)  l-esklużjoni tal-konverżjoni ta’ ekosistemi b’bijodiversità għolja f’dawk b’anqas bijodiversità;

(g)  l-iżgurar tad-diversità tal-ħabitats u tal-ispeċijiet assoċjati marbuta mal-foresta;

(h)  l-iżgurar tad-diversità tal-istrutturi tal-popolament u tal-manutenzjoni jew tat-titjib ta’ popolamenti fi stadju matur u ta’ injam mejjet.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Żona tal-foresti li għandha pjan ta’ ġestjoni dokumentat fit-tul (għaxar snin jew aktar), immirat lejn miri ta’ ġestjoni definiti, u li jiġi rivedut perjodikament.

FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

(7)   

Inkluża analiżi ta’ dawn (i) is-sostenibbiltà fit-tul tar-riżorsa tal-injam (ii) l-impatti/il-pressjonijiet fuq il-konservazzjoni tal-ħabitats, fuq id-diversità tal-ħabitats assoċjati u fuq il-kundizzjoni tal-ħsad li jimminimizza l-impatti fuq il-ħamrija.

(8)   

L-amministrazzjoni u l-użu tal-foresti u tal-artijiet forestali b’mod, u b’rata, li jżommu l-bijodiversità, il-produttività, il-kapaċità ta’ riġenerazzjoni, il-vitalità u l-potenzjal tagħhom li jwettqu, issa u fil-futur, il-funzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali rilevanti, fil-livelli lokali, nazzjonali u globali, u li ma jikkawżawx ħsara lil ekosistemi oħrajn.

Resolution H1 General Guidelines for the Sustainable Management of Forests in Europe, It-Tieni Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa (Forest Europe), is-16-17 ta’ Ġunju 1993, Helsinki/il-Finlandja (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.foresteurope.org/docs/MC/MC_helsinki_resolutionH1.pdf).

(9)   

L-Anness 2 tar-Riżoluzzjoni L2. Pan-European Operational Level Guidelines for Sustainable Forest Management. It-tielet Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa, it-2-4 ta’ Ġunju 1998, Lisbona/Portugall (verżjoni tal-4.6.2021:

https://foresteurope.org/wp-content/uploads/2016/10/MC_lisbon_resolutionL2_with_annexes.pdf#page=18).

(10)   

Art b’ħażna kbira ta’ karbonju tfisser artijiet mistagħdra, inklużi torbieri, u żoni kontinwament ifforestati fis-sens tal-Artikolu 29(4)(a), (b) u (c) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(11)   

“Żona tas-sorsi” tfisser iż-żona ddefinita ġeografikament li tkun is-sors tal-materja prima mill-bijomassa forestali, li minnha tkun disponibbli informazzjoni affidabbli u indipendenti u fejn il-kundizzjonijiet ikunu omoġenji biżżejjed sabiex jiġi evalwat ir-riskju tal-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà u ta’ legalità tal-bijomassa forestali.

(12)   

Li timplimenta fl-Unjoni l-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 3.).

(13)   

Id-WHO Recommended Classification of Pesticides by Hazard (verżjoni 2019) (verżjoni tal-4.6.2021: https://apps.who.int/iris/bitstream/handle/10665/332193/9789240005662-eng.pdf?ua=1).

1.4.    Il-forestrija ta’ konservazzjoni

Deskrizzjoni tal-attività

Attivitajiet ta’ ġestjoni tal-foresti bl-objettiv li jiġu ppreservati ħabitats jew speċijiet individwali jew diversi. Il-forestrija ta’ konservazzjoni ma tassumi l-ebda tibdil fil-kategorija tal-art u sseħħ fuq art li taqbel mad-definizzjoni ta’ foresta kif stabbilita fil-liġi nazzjonali, jew fejn ma tkunx disponibbli, f’konformità mad-definizzjoni tal-FAO ta’ foresta ( 76 ).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi A2 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006. L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija huma limitati għal NACE II 02.10, jiġifieri s-silvikultura u attivitajiet oħrajn tal-forestrija, 02.20, jiġifieri qtugħ tas-siġar għall-injam, 02.30, jiġifieri l-ġbir ta’ prodotti mhux tal-injam li jikbru fis-selvaġġ u 02.40, jiġifieri servizzi ta’ appoġġ għall-forestrija.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija tikkonforma mal-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punt 5, l-attività tkun attività ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

5.  Sabiex attività titqies bħala attività li tiffaċilita kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, l-operatur ekonomiku juri, permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji klimatiċi attwali u futuri, inkluża l-inċertezza u fuq il-bażi ta’ data robusta, li l-attività tipprovdi teknoloġija, prodott, servizz, informazzjoni, jew prattika, jew tippromwovi l-użi tagħhom b’wieħed mill-objettivi primarji li ġejjin:

(a)  iż-żieda fil-livell ta’ reżiljenza għar-riskji klimatiċi fiżiċi ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn; jew

(b)  il-kontribut għall-isforzi ta’ adattament ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti

1.1.  L-attività sseħħ f’żona li hija soġġetta għal pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew għal strument ekwivalenti, kif stabbilit fil-liġi nazzjonali jew, meta r-regolamenti nazzjonali ma jiddefinixxux pjan ta’ ġestjoni tal-foresti, kif imsemmi fid-definizzjoni tal-FAO ta’ żona tal-foresti bi pjan ta’ ġestjoni tal-foresti fit-tul (“forest area with long-term forest management plan”) (6).

Il-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew l-istrument ekwivalenti jkopri perjodu ta’ 10 snin jew aktar u jiġi aġġornat kontinwament.

1.2.  Tingħata informazzjoni dwar il-punti li ġejjin li mhumiex diġà ddokumentati fil-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew f’sistema ekwivalenti:

(a)  l-għanijiet tal-ġestjoni, inklużi l-limitazzjonijiet ewlenin;

(b)  l-istrateġiji u l-attivitajiet ġenerali ppjanati sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-ġestjoni, inklużi l-operazzjonijiet mistennija matul iċ-ċiklu kollu tal-foresta;

(c)  definizzjoni tal-kuntest tal-ħabitat tal-foresti, tal-ispeċijiet ewlenin tas-siġar tal-foresti u ta’ dawk maħsuba għall-firxa u għad-distribuzzjoni tagħhom, f’konformità mal-kuntest tal-ekosistema tal-foresti lokali;

(d)  id-definizzjoni taż-żona skont l-istabbiliment uffiċjali tagħha fir-reġistru tal-artijiet;

(e)  kompartimenti, toroq, drittijiet ta’ passaġġ u aċċess pubbliku ieħor, karatteristiċi fiżiċi inklużi passaġġi fuq l-ilma, żoni taħt restrizzjonijiet legali u oħrajn;

(f)  miżuri użati sabiex tinżamm il-kundizzjoni tajba tal-ekosistemi tal-foresti;

(g)  il-kunsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet soċjali (inklużi l-preservazzjoni tal-pajsaġġ, il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mat-termini u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dritt nazzjonali);

(h)  valutazzjoni tar-riskji relatati mal-foresti, inklużi n-nirien tal-foresti, u t-tifqigħat ta’ pesti u ta’ mard, bl-għan ta’ prevenzjoni, ta’ tnaqqis u ta’ kontroll tar-riskji u miżuri użati sabiex jiġi żgurati l-protezzjoni u l-adattament kontra r-riskji residwi;

(i)  id-DNSH kollha rilevanti għall-ġestjoni tal-foresti.

1.3.  Il-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew l-istrument ekwivalenti:

(a)  juri objettiv primarju deżinjat ta’ ġestjoni (7) li jikkonsisti fil-protezzjoni tal-ħamrija u tal-ilma (8), fil-konservazzjoni tal-bijodiversità (9) jew f’servizzi soċjali (10) fuq il-bażi tad-definizzjonijiet tal-FAO;

(b)  il-promozzjoni ta’ prattiki favorevoli għall-bijodiversità li jsaħħu l-proċessi naturali tal-foresti;

(c)  jinkludi analiżi ta’ dawn:

(i)  l-impatti u l-pressjonijiet fuq il-konservazzjoni tal-ħabitats u fuq id-diversità tal-ħabitats assoċjati;

(ii)  il-kundizzjoni tal-ħsad li timminimizza l-impatti fuq il-ħamrija;

(iii)  attivitajiet oħra li għandhom impatt fuq l-objettivi ta’ konservazzjoni, bħall-kaċċa u s-sajd, attivitajiet agrikoli, pastorali u tal-forestrija, attivitajiet industrijali, tal-estrazzjoni u kummerċjali.

1.4.  Is-sostenibbiltà tas-sistema ta’ ġestjoni tal-foresti, kif dokumentata fil-pjan imsemmi fil-punt 1.1, hija żgurata billi jintgħażel l-aktar approċċ ambizzjuż minn fost dawn li ġejjin:

(a)  il-ġestjoni tal-foresti taqbel mad-definizzjoni nazzjonali tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, jekk teżisti;

(b)  il-ġestjoni tal-foresti taqbel mad-definizzjoni minn Forest Europe (11) ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tikkonforma mal-Pan-European Operational Level Guidelines for Sustainable Forest Management (12)

(c)  is-sistema ta’ ġestjoni fis-seħħ turi konformità mal-kriterji dwar is-sostenibbiltà tal-foresti kif definiti fl-Artikolu 29(6) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, u, mid-data tal-applikazzjoni tiegħu, mal-att ta’ implimentazzjoni dwar il-gwida operazzjonali għall-enerġija mill-bijomassa tal-foresti adottat skont l-Artikolu 29(8) ta’ dik id-Direttiva.

1.5.  L-attività ma tinvolvix id-degradazzjoni tal-art b’ħażna għolja ta’ karbonju (13).

1.6.  Is-sistema ta’ ġestjoni assoċjata mal-attività fis-seħħ tikkonforma mal-obbligu ta’ diliġenza dovuta u mar-rekwiżiti ta’ legalità stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 995/2010.1.7. Il-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti jipprovdi għal monitoraġġ li jiżgura l-korrettezza tal-informazzjoni li tinsab fil-pjan, b’mod partikolari fir-rigward tad-data relatata maż-żona involuta.

1.7.  Is-sistema ta’ ġestjoni assoċjata mal-attività fis-seħħ tikkonforma mal-obbligu ta’ diliġenza dovuta u mar-rekwiżiti ta’ legalità stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 995/2010.1.7. Il-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti jipprovdi għal monitoraġġ li jiżgura l-korrettezza tal-informazzjoni li tinsab fil-pjan, b’mod partikolari fir-rigward tad-data relatata maż-żona involuta.

2.  Awditu

Fi żmien sentejn mill-bidu tal-attività u kull 10 snin minn hemm’ il quddiem, il-konformità tal-attività mal-kontribut sostanzjali għall-kriterji ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-kriterji tad-DNSH tiġi vverifikata permezz ta’ wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti;

(b)  korp ta’ ċertifikazzjoni terz indipendenti, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-operatur tal-attività.

Sabiex jitnaqqsu l-kostijiet, l-awditi jistgħu jitwettqu flimkien ma’ kwalunkwe ċertifikazzjoni tal-foresti, ċertifikazzjoni klimatika jew awditu ieħor.

Iċ-ċertifikatur ta’ parti terza indipendenti ma jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess mas-sid jew mal-finanzjatur, u ma jkunx involut fl-iżvilupp jew fl-operazzjoni tal-attività.

3.  Valutazzjoni tal-grupp

Il-konformità mal-kriterji tad-DNSH tista’ tiġi vverifikata:

(a)  fil-livell taż-żona tas-sorsi tal-foresti (14) kif iddefinita mid-Direttiva 2018/2001;

(b)  fil-livell ta’ grupp ta’ azjendi omoġenji biżżejjed sabiex jiġi evalwat ir-riskju tas-sostenibbiltà tal-attività forestali, dment li dawk l-azjendi kollha jkollhom relazzjoni dejjiema bejniethom u jipparteċipaw fl-attività u l-grupp ta’ dawk l-azjendi jibqa’ l-istess għall-awditi sussegwenti kollha.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

L-informazzjoni dettaljata msemmija fil-punt 1.2. (i) tinkludi dispożizzjonijiet sabiex tinżamm konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

It-tibdil silvikulturali kkawżat mill-attività fiż-żona koperta mill-attività x’aktarx li ma jirriżultax fi tnaqqis sinifikanti tal-provvista sostenibbli tal-bijomassa primarja tal-foresti xierqa għall-manifattura ta’ prodotti tal-injam b’potenzjal ta’ ċirkolarità fit-tul. Dan il-kriterju jista’ jintwera permezz tal-analiżi tal-benefiċċji klimatiċi msemmija fil-punt (2).

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività ma tużax pestiċidi jew fertilizzanti.

Jittieħdu miżuri dokumentati sew u verifikabbli sabiex jiġi evitat l-użu ta’ ingredjenti attivi li huma elenkati fil-parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 (15), fil-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-proċedura ta’ kunsens infurmat minn qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali, fil-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju, fil-Protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi li jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu, u ta’ ingredjenti attivi li huma elenkati bħala l-klassifikazzjoni Ia (“estremament perikolużi”) jew Ib (“perikolużi ħafna”) fid-WHO Recommended Classification of Pesticides by Hazard (16). L-attività tikkonforma mal-liġi nazzjonali rilevanti dwar l-ingredjenti attivi.

It-tniġġis tal-ilma u tal-ħamrija huwa evitat u jittieħdu miżuri għat-tindif meta jseħħ it-tniġġis.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

F’żoni magħżula mill-awtorità nazzjonali kompetenti għall-konservazzjoni jew f’ħabitats li huma protetti, l-attività hija konformi mal-objettivi ta’ konservazzjoni għal dawk iż-żoni.

Ma hemm l-ebda konverżjoni ta’ ħabitats speċifikament sensittivi għat-telf ta’ bijodiversità jew b’valur għoli ta’ konservazzjoni, jew ta’ żoni mserrħa għar-restawr ta’ ħabitats bħal dawn f’konformità mal-liġi nazzjonali.

L-informazzjoni dettaljata msemmija fil-punt 1.2.(i) tinkludi dispożizzjonijiet għaż-żamma u possibbilment għat-titjib tal-bijodiversità f’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali u lokali, inklużi dawn li ġejjin:

(a)  l-iżgurar ta’ stat tajjeb ta’ konservazzjoni tal-ħabitat u tal-ispeċijiet, taż-żamma tal-ispeċijiet tipiċi tal-ħabitat;

(b)  l-esklużjoni tal-użu jew tar-rilaxx ta’ speċijiet aljeni invażivi;

(c)  l-esklużjoni tal-użu ta’ speċijiet eżotiċi sakemm ma jkunx jista’ jintwera li:

(i)  l-użu tal-materjal riproduttiv tal-foresti jwassal għal kundizzjonijiet favorevoli u xierqa tal-ekosistema (bħall-klima, il-kriterji tal-ħamrija, u ż-żona ta’ veġetazzjoni, ir-reżistenza għan-nirien fil-foresti);

(ii)  l-ispeċijiet indiġeni preżenti bħalissa fis-sit ma għadhomx adattati aktar għall-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-pedoidroloġiċi projettati;

(d)  l-iżgurar taż-żamma u tat-titjib tal-kwalità fiżika, kimika u bijoloġika tal-ħamrija;

(e)  il-promozzjoni ta’ prattiki favorevoli għall-bijodiversità li jsaħħu l-proċessi naturali tal-foresti;

(f)  l-esklużjoni tal-konverżjoni ta’ ekosistemi b’bijodiversità għolja f’dawk b’anqas bijodiversità;

(g)  l-iżgurar tad-diversità tal-ħabitats u tal-ispeċijiet assoċjati marbuta mal-foresta;

(h)  l-iżgurar tad-diversità tal-istrutturi tal-popolament u tal-manutenzjoni jew tat-titjib ta’ popolamenti fi stadju matur u ta’ injam mejjet.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Żona tal-foresti li għandha pjan ta’ ġestjoni dokumentat fit-tul (għaxar snin jew aktar), immirat lejn miri ta’ ġestjoni definiti, u li jiġi rivedut perjodikament, FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

(7)   

L-objettiv primarju deżinjat ta’ ġestjoni assenjat lil unità tal-ġestjoni (FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions, verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

(8)   

Foresta fejn l-objettiv ta’ ġestjoni jkun il-protezzjoni tal-ħamrija u tal-ilma. (FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions, verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

(9)   

Foresta fejn l-objettiv ta’ ġestjoni jkun il-konservazzjoni tad-diversità bijoloġika. Tinkludi iżda mhijiex limitata għal żoni deżinjati għall-konservazzjoni tal-bijodiversità fiż-żoni protetti. (FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions, verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

(10)   

Foresta fejn l-objettiv ta’ ġestjoni jkun servizzi soċjali. (FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions, verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

(11)   

L-amministrazzjoni u l-użu tal-foresti u tal-artijiet forestali b’mod, u b’rata, li jżommu l-bijodiversità, il-produttività, il-kapaċità ta’ riġenerazzjoni, il-vitalità u l-potenzjal tagħhom li jwettqu, issa u fil-futur, il-funzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali rilevanti, fil-livelli lokali, nazzjonali u globali, u li ma jikkawżawx ħsara lil ekosistemi oħrajn.

Resolution H1 General Guidelines for the Sustainable Management of Forests in Europe, It-Tieni Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa (Forest Europe), is-16-17 ta’ Ġunju 1993, Helsinki/il-Finlandja (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.foresteurope.org/docs/MC/MC_helsinki_resolutionH1.pdf).

(12)   

L-Anness 2 tar-Riżoluzzjoni L2. Pan-European Operational Level Guidelines for Sustainable Forest Management. It-tielet Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa, it-2-4 ta’ Ġunju 1998, Lisbona/Portugall (verżjoni tal-4.6.2021: https://foresteurope.org/wp-content/uploads/2016/10/MC_lisbon_resolutionL2_with_annexes.pdf#page=18).

(13)   

Art b’ħażna kbira ta’ karbonju tfisser artijiet mistagħdra, inklużi torbieri, u żoni kontinwament ifforestati fis-sens tal-Artikolu 29(4)(a), (b) u (c) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(14)   

“Żona tas-sorsi” tfisser iż-żona ddefinita ġeografikament li tkun is-sors tal-materja prima mill-bijomassa forestali, li minnha tkun disponibbli informazzjoni affidabbli u indipendenti u fejn il-kundizzjonijiet ikunu omoġenji biżżejjed sabiex jiġi evalwat ir-riskju tal-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà u ta’ legalità tal-bijomassa forestali.

(15)   

Li timplimenta fl-Unjoni l-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 3.).

(16)   

Id-WHO Recommended Classification of Pesticides by Hazard (verżjoni 2019) (verżjoni tal-4.6.2021: https://apps.who.int/iris/bitstream/handle/10665/332193/9789240005662-eng.pdf?ua=1).

2.   L-ATTIVITAJIET TA’ ĦARSIEN U TA’ RESTAWR TAL-AMBJENT

2.1.    Ir-restawr ta’ artijiet mistagħdra

Deskrizzjoni tal-attività

Ir-restawr tal-artijiet mistagħdra jirreferi għal attivitajiet ekonomiċi li jippromwovu ritorn għall-kundizzjonijiet oriġinali tal-artijiet mistagħdra u attivitajiet ekonomiċi li jtejbu l-funzjonijiet tal-artijiet mistagħdra mingħajr ma neċessarjament jippromwovu r-ritorn għal kundizzjonijiet ta’ qabel id-disturb, b’artijiet mistagħdra li jfissru art li taqbel mad-definizzjoni internazzjonali ta’ art mistagħdra ( 77 ) jew ta’ torbiera ( 78 ) kif stabbilita fil-Konvenzjoni ta’ Ramsar dwar l-Artijiet Mistagħdra ta’ Importanza Internazzjonali speċjalment bħala l-Ħabitat għall-Għasafar tal-Ilma (il-Konvenzjoni ta’ Ramsar) ( 79 ). Iż-żona konċernata taqbel mad-definizzjoni tal-Unjoni ta’ artijiet mistagħdra, kif prevista fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu għaqli u l-konservazzjoni tal-artijiet mistagħdra ( 80 ).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija ma għandhom l-ebda kodiċi tal-NACE dedikat kif imsemmi fil-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006, iżda huma relatati mal-klassi 6 tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ta’ ħarsien tal-ambjent (CEPA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 691/2011.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija tikkonforma mal-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punt 5, l-attività tkun attività ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

5.  Sabiex attività titqies bħala attività li tiffaċilita kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, l-operatur ekonomiku juri, permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji klimatiċi attwali u futuri, inkluża l-inċertezza u fuq il-bażi ta’ data robusta, li l-attività tipprovdi teknoloġija, prodott, servizz, informazzjoni, jew prattika, jew tippromwovi l-użi tagħhom b’wieħed mill-objettivi primarji li ġejjin:

(a)  iż-żieda fil-livell ta’ reżiljenza għar-riskji klimatiċi fiżiċi ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn;

(b)  il-kontribut għall-isforzi ta’ adattament ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Pjan ta’ restawr

1.1.  Iż-żona hija koperta minn pjan ta’ restawr, li huwa konsistenti mal-prinċipji u mal-linji gwida tal-Konvenzjoni ta’ Ramsar dwar ir-restawr tal-artijiet mistagħdra, sakemm iż-żona tiġi kklassifikata bħala art mistagħdra u tkun koperta bi pjan ta’ ġestjoni tal-artijiet mistagħdra, konsistenti mal-linji gwida tal-Konvenzjoni ta’ Ramsar għall-ippjanar tal-ġestjoni tas-siti ta’ Ramsar u ta’ artijiet mistagħdra oħra. Għat-torbiera, il-pjan ta’ restawr isegwi r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni ta’ Ramsar, inkluża r-riżoluzzjoni XIII/13.

1.2.  Il-pjan ta’ restawr jinkludi konsiderazzjoni bir-reqqa tal-kundizzjonijiet idroloġiċi u pedoloġiċi lokali, inkluża d-dinamika tas-saturazzjoni tal-ħamrija u t-tibdil tal-kundizzjonijiet aerobiċi u anaerobiċi.

1.3.  Il-kriterji tad-DNSH rilevanti kollha għall-ġestjoni tal-artijiet mistagħdra huma indirizzati fil-pjan ta’ restawr.

1.4.  Il-pjan ta’ restawr jipprovdi għal monitoraġġ li jiżgura l-korrettezza tal-informazzjoni li tinsab fil-pjan, b’mod partikolari fir-rigward tad-data relatata maż-żona involuta.

2.  Awditu

Fi żmien sentejn mill-bidu tal-attività u kull 10 snin minn hemm’ il quddiem, il-konformità tal-attività mal-kontribut sostanzjali għall-kriterji ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u mal-kriterji tad-DNSH tiġi vverifikata permezz ta’ wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti;

(b)  korp ta’ ċertifikazzjoni terz indipendenti, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-operatur tal-attività.

Sabiex jitnaqqsu l-kostijiet, l-awditi jistgħu jitwettqu flimkien ma’ kwalunkwe ċertifikazzjoni tal-foresti, ċertifikazzjoni klimatika jew awditu ieħor.

Iċ-ċertifikatur ta’ parti terza indipendenti ma jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess mas-sid jew mal-finanzjatur, u ma jkunx involut fl-iżvilupp jew fl-operazzjoni tal-attività.

Valutazzjoni tal-grupp

Il-konformità mal-kriterji tad-DNSH tista’ tiġi vverifikata fil-livell ta’ grupp ta’ azjendi omoġenji biżżejjed sabiex jiġi evalwat ir-riskju tas-sostenibbiltà tal-attività forestali, dment li dawk l-azjendi kollha jkollhom relazzjoni dejjiema bejniethom u jipparteċipaw fl-attività u l-grupp ta’ dawk l-azjendi jibqa’ l-istess għall-awditi sussegwenti kollha.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-estrazzjoni tal-pit tiġi mminimizzata.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-użu tal-pestiċidi jiġi mminimizzat u approċċi jew tekniki alternattivi, li jistgħu jinkludu alternattivi mhux kimiċi għall-pestiċidi, jingħataw preferenza, f’konformità mad-Direttiva 2009/128/KE, bl-eċċezzjoni ta’ okkażjonijiet li fihom l-użu tal-pestiċidi jkun meħtieġ għall-kontroll ta’ tifqigħat ta’ pesti u ta’ mard.

L-attività timminimizza l-użu tal-fertilizzanti u ma tużax demel. L-attività tikkonforma mar-Regolament (UE) 2019/1009 jew mar-regoli nazzjonali dwar il-fertilizzanti jew it-tejjieba tal-ħamrija għall-użu agrikolu.

Jittieħdu miżuri dokumentati sew u verifikabbli sabiex jiġi evitat l-użu ta’ ingredjenti attivi li huma elenkati fil-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes, il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam (6)dwar il-proċedura ta’ kunsens infurmat minn qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali, il-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju, il-Protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi li jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu, u ta’ ingredjenti attivi li huma elenkati bħala l-klassifikazzjoni Ia (“estremament perikolużi”) jew Ib (“perikolużi ħafna”) fid-WHO Recommended Classification of Pesticides by Hazard (7). L-attività tikkonforma mal-liġi nazzjonali rilevanti dwar l-ingredjenti attivi.

It-tniġġis tal-ilma u tal-ħamrija huwa evitat u jittieħdu miżuri għat-tindif meta jseħħ it-tniġġis.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

F’żoni magħżula mill-awtorità nazzjonali kompetenti għall-konservazzjoni jew f’ħabitats li huma protetti, l-attività hija konformi mal-objettivi ta’ konservazzjoni għal dawk iż-żoni.

Ma hemm l-ebda konverżjoni ta’ ħabitats speċifikament sensittivi għat-telf ta’ bijodiversità jew b’valur għoli ta’ konservazzjoni, jew ta’ żoni mserrħa għar-restawr ta’ ħabitats bħal dawn f’konformità mal-liġi nazzjonali.

Il-pjan imsemmi fil-punt 1 (Pjan ta’ Restawr) ta’ din it-Taqsima jinkludi dispożizzjonijiet għaż-żamma u possibbilment għat-titjib tal-bijodiversità f’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali u lokali, inkluż dawn li ġejjin:

(a)  l-iżgurar ta’ stat tajjeb ta’ konservazzjoni tal-ħabitat u tal-ispeċijiet, taż-żamma tal-ispeċijiet tipiċi tal-ħabitat;

(b)  l-esklużjoni tal-użu jew tar-rilaxx ta’ speċijiet invażivi.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Li timplimenta fl-Unjoni l-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 3.).

(7)   

Id-WHO Recommended Classification of Pesticides by Hazard (verżjoni 2019), (verżjoni tal-4.6.2021: https://apps.who.int/iris/bitstream/handle/10665/332193/9789240005662-eng.pdf?ua=1).

3.   IL-MANIFATTURA

3.1.    Il-manifattura ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli fejn l-enerġija rinnovabbli hija kif iddefinita fl-Artikolu 2 (1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari C25, C27, C28 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta t-tali tekniki li jappoġġaw:

(a)  l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u ta’ komponenti użati mill-ġdid fi prodotti manifatturati;

(b)  id-disinjar għal durabilità għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabilità tal-prodotti manifatturati;

(c)  l-immaniġġjar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)  informazzjoni u traċċabilità ta’ sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti maħduma

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

3.2.    Il-manifattura ta’ tagħmir għall-produzzjoni u għall-użu tal-idroġenu

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura ta’ tagħmir għall-produzzjoni u għall-użu tal-idroġenu, li fih l-idroġenu li għall-produzzjoni tiegħu huwa mmanifatturat it-tagħmir, ikun konformi mar-rekwiżit ta’ ffrankar ta’ 73,4 % tal-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja [li jirriżulta f’rata ta’ emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ inqas minn 3 tCO2e/tH2] u ta’ 70 % għal fjuwils sintetiċi bbażati fuq l-idroġenu meta mqabbla ma’ komparatur ta’ fjuwil fossili ta’ 94 g CO2e/MJ b’analoġija għall-approċċ stabbilit fl-Artikolu 25(2) u fl-Anness V tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari C25, C27, C28 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta t-tali tekniki li jappoġġaw:

(a)  l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u ta’ komponenti użati mill-ġdid fi prodotti manifatturati;

(b)  id-disinjar għal durabilità għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabilità tal-prodotti manifatturati;

(c)  l-immaniġġjar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)  informazzjoni u traċċabilità ta’ sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti maħduma.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

3.3.    Il-manifattura ta’ teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju għat-trasport

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura, it-tiswija, il-manutenzjoni, il-modifika retroattiva ( 81 ), l-adattament u t-titjib ta’ vetturi tat-trasport, materjal fuq ir-roti u bastimenti b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, fejn it-teknoloġija hija waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-ferroviji, il-kowċijiet tal-passiġġieri u l-vaguni li għandhom emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);

(b) 

il-ferroviji, il-kowċijiet tal-passiġġieri u l-vaguni li għandhom emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 mit-tailpipe meta jitħaddmu fuq binarju bl-infrastruttura meħtieġa, u jużaw magna konvenzjonali meta infrastruttura bħal din ma tkunx disponibbli (bimodalità);

(c) 

apparati tat-trasport urban, suburban u tal-passiġġieri bit-triq, fejn l-emissjonijiet diretti ta’ CO2 (mit-tailpipe) tal-vetturi jkunu żero;

(d) 

sal-31 ta’ Diċembru 2025, vetturi ddeżinjati bħala tal-kategoriji M2 u M3 ( 82 ) li għandhom tip ta’ karozzerija klassifikata bħala “CA”(vettura b’sular wieħed), “CB” (vettura b’żewġ sulari), “CC” (vettura artikolata b’sular wieħed) jew “CD” (vettura artikolata b’żewġ sulari) ( 83 ), u jikkonformaw mal-aħħar standard EURO VI, jiġifieri t-tnejn jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u, minn meta jidħlu fis-seħħ l-emendi ta’ dan ir-Regolament, f’dawk l-atti emendatorji, anki qabel ma jibdew japplikaw, u mal-aħħar pass tal-istandard Euro VI stabbilit fit-Tabella 1 tal-Appendiċi 9 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 li fih id-dispożizzjonijiet li jirregolaw dan il-pass ikunu daħlu fis-seħħ iżda ma jkunux għadhom qed japplikaw għal dan it-tip ta’ vettura ( 84 ). Jekk dan l-istandard ma jkunx disponibbli, l-emissjonijiet diretti ta’ CO2 tal-vetturi jkunu żero;

(e) 

tagħmir ta’ mobilità personali bi propulsjoni li tiġi mill-attività fiżika tal-utent, minn mutur b’emissjonijiet żero, jew minn taħlita ta’ mutur b’emissjonijiet żero u ta’ attività fiżika;

(f) 

il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 ikklassifikati bħala vetturi ħfief ( 85 ) b’dawn:

(i) 

sal-31 ta’ Diċembru 2025: l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2, kif definiti fil-punt (h) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2019/631, ikunu anqas minn 50 g CO2/km (vetturi ħfief b’livell baxx ta’ emissjonijiet u b’emissjonijiet żero);

(ii) 

mill-1 ta’ Jannar 2026: l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2, kif definiti fil-punt (h) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2019/631, ikunu żero;

(g) 

il-vetturi tal-kategorija L ( 86 ) b’emissjonijiet ta’ CO2 mit-tailpipe ta’ 0 g CO2e/km ikkalkulati f’konformità mat-test tal-emissjonijiet stabbilit fir-Regolament (UE) 168/2013;

(h) 

vetturi tal-kategoriji N2 u N3, u N1 klassifikati bħala vetturi heavy-duty mhux dedikati għat-trasport ta’ fjuwils fossili b’massa massima mgħobbija teknikament permissibbli li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati li huma “vettura tqila mingħajr emissjonijiet” kif definita fir-Regolament (UE) 2019/1242;

(i) 

vetturi tal-kategoriji N2 u N3 mhux dedikati għat-trasport ta’ fjuwils fossili b’massa massima mgħobbija teknikament permissibbli li taqbeż is-7,5 tunnellati li huma “vettura tqila mingħajr emissjonijiet” kif definita fil-punt (11) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1242) jew “vettura tqila b’emissjonijiet baxxi” kif definita fil-punt (12) tal-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament;

(j) 

bastimenti tat-trasport fuq l-ilmijiet interni għall-passiġġieri li:

(i) 

għandhom emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);

(ii) 

sal-31 ta’ Diċembru 2025, ikunu bastimenti ibridi jew li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil li jużaw tal-anqas 50 % tal-enerġija tagħhom minn fjuwils tal-emissjonijiet żero diretti ta’ CO2 (mit-tailpipe) jew potenza elettrika rikarikabbli għat-tħaddim normali tagħhom;

(k) 

bastimenti tat-trasport tal-merkanzija fuq l-ilmijiet interni, mhux dedikati għat-trasport tal-fjuwils fossili, li:

(i) 

għandhom emissjoni diretta żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);

(ii) 

sal-31 ta’ Diċembru 2025, ikollhom emissjonijiet diretti ta’ CO2 (mit-tailpipe) għal kull tunnellata kilometru (g CO2/tkm), ikkalkulati (jew stmati fil-każ ta’ bastimenti ġodda) bl-użu tal-Indikatur Operattiv tal-Effiċjenza Enerġetika ( 87 ), 50 % anqas mill-valur medju ta’ referenza għall-emissjonijiet ta’ CO2 definiti għal vetturi tqal (sottogrupp 5-LH ta’ vetturi) f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/1242;

(l) 

bastimenti tat-trasport tal-merkanzija fuq il-baħar u kostali, bastimenti għal operazzjonijiet tal-port u għal attivitajiet awżiljarji, li mhumiex dedikati għat-trasport ta’ fjuwils fossili, li:

(i) 

għandhom emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);

(ii) 

sal-31 ta’ Diċembru 2025, ikunu bastimenti ibridi u li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil li jġibu tal-anqas 25 % tal-enerġija tagħhom minn fjuwils tal-emissjonijiet żero diretti ta’ CO2 (mit-tailpipe) jew potenza elettrika rikarikabbli għat-tħaddim normali tagħhom fil-baħar u fil-portijiet;

(iii) 

sal-31 ta’ Diċembru 2025, u biss meta jkun jista’ jiġi pprovat li l-bastimenti jkunu użati b’mod esklużiv għat-tħaddim ta’ servizzi kostali u fuq il-baħar fuq distanzi qosra mfassla sabiex jippermettu l-bidla modali tal-merkanzija attwalment trasportata mill-art għall-baħar, il-bastimenti li jkollhom emissjonijiet diretti ta’ CO2 (mit-tailpipe), ikkalkulati bl-użu tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (EEDI) ( 88 ) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), 50 % anqas mill-valur medju ta’ referenza ta’ emissjonijiet ta’ CO2 definit għal vetturi tqal (sottogrupp 5-LH ta’ vetturi) f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/1242;

(iv) 

sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-bastimenti jkunu kisbu valur tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (EEDI) miksub b’valur ta’ 10 % anqas mir-rekwiżiti tal-EEDI applikabbli fl-1 ta’ April 2022 ( 89 ), jekk il-bastimenti jkunu jistgħu jaħdmu bi fjuwils b’emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe) jew bi fjuwils minn sorsi rinnovabbli ( 90 );

(m) 

bastimenti tat-trasport tal-passiġġieri fuq l-ibħra u l-ilmijiet kostali mhux dedikati għat-trasport tal-fjuwils fossili, li:

(i) 

għandhom emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);

(ii) 

sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-bastimenti ibridi u li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil iġibu tal-anqas 25 % tal-enerġija tagħhom minn fjuwils tal-emissjonijiet żero diretti ta’ CO2 (mit-tailpipe) jew potenza elettrika rikarikabbli għat-tħaddim normali tagħhom fil-baħar u fil-portijiet;

(iii) 

sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-bastimenti jkunu kisbu valur tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (EEDI) miksub b’valur ta’ 10 % anqas mir-rekwiżiti tal-EEDI applikabbli fl-1 ta’ April 2022, jekk il-bastimenti jkunu jistgħu jaħdmu bi fjuwils b’emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe) jew bi fjuwils minn sorsi rinnovabbli ( 91 ).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari C29.1, C30.1, C30.2, C30.9, C33.15, C33.17 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta t-tali tekniki li jappoġġaw:

(a)  l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u ta’ komponenti użati mill-ġdid fi prodotti manifatturati;

(b)  id-disinjar għal durabilità għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabilità tal-prodotti manifatturati;

(c)  l-immaniġġjar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)  informazzjoni u traċċabilità ta’ sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti maħduma.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Fejn applikabbli, il-vetturi ma fihomx ċomb, merkurju, kromu eżavalenti u kadmju, f’konformità mad-Direttiva 2000/53/KE.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

3.4.    Il-manifattura ta’ batteriji

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura ta’ batteriji rikarikabbli, ta’ pakketti ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi għat-trasport, għall-ħażna tal-enerġija stazzjonarja u mhux kollegata mal-grilja u għal applikazzjonijiet industrijali oħrajn u għall-manifattura tal-komponenti rispettivi (materjali attivi tal-batteriji, ċelloli tal-batteriji, kejsings u komponenti elettroniċi) li jirriżultaw fi tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet ta’ GHG fit-trasport, fil-ħażna tal-enerġija stazzjonarja u mhux kollegata mal-grilja u f’applikazzjonijiet industrijali oħrajn.

Ir-riċiklaġġ ta’ batteriji fi tmiem ħajjithom.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi C27.2 u E38.3.2 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Għall-manifattura ta’ batteriji, ta’ komponenti u ta’ materjali ġodda, l-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta tali tekniki li jappoġġaw:

(a)  l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u ta’ komponenti użati mill-ġdid fi prodotti manifatturati;

(b)  id-disinjar għal durabilità għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabilità tal-prodotti manifatturati;

(c)  informazzjoni u traċċabilità ta’ sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti maħduma.

Il-proċessi ta’ riċiklaġġ jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12 u fil-Parti B tal-Anness III tad-Direttiva 2006/66/KE, inkluż l-użu tal-Aqwa Tekniki Disponibbli rilevanti, il-kisba tal-effiċjenzi speċifikati għall-batteriji taċ-ċomb u tal-aċidu, għall-batteriji tan-nikil u tal-kadmju u għal kimiki oħrajn. Dawn il-proċessi jiżguraw ir-riċiklaġġ tal-kontenut tal-metall sal-ogħla grad li jkun teknikament fattibbli filwaqt li jevitaw kostijiet eċċessivi.

Fejn applikabbli, il-faċilitajiet li jwettqu l-proċessi ta’ riċiklaġġ jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2010/75/UE.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Il-batteriji jikkonformaw mar-regoli applikabbli dwar is-sostenibbiltà fuq it-tqegħid fis-suq ta’ batteriji fl-Unjoni, inklużi r-restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ sustanzi perikolużi fil-batteriji, inklużi r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u d-Direttiva 2006/66/KE.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

3.5.    Il-manifattura ta’ tagħmir tal-effiċjenza enerġetika għall-bini

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura ta’ tagħmir wieħed jew aktar minn fost dawn li ġejjin għall-effiċjenza enerġetika prodotti u l-komponenti ewlenin ( 92 ) tagħhom għall-bini:

(a) 

twieqi b’valur-U ta’ 1,0 W/m2K jew anqas;

(b) 

bibien b’valur-U ta’ 1,2 W/m2K jew anqas;

(c) 

sistemi ta’ ħitan esterni b’valur-U ta’ 0,5 W/m2K jew anqas;

(d) 

sistemi ta’ soqfa b’valur-U ta’ 0,3 W/m2K jew anqas;

(e) 

prodotti ta’ iżolament b’valur lambda ta’ 0,06 W/mK jew anqas;

(f) 

apparati domestiċi li jaqgħu fl-ogħla żewġ klassijiet popolati tal-effiċjenza enerġetika f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1369 u mal-atti delegati adottati skont dak ir-Regolament;

(g) 

sorsi tad-dawl klassifikati fl-ogħla żewġ klassijiet popolati tal-effiċjenza enerġetika f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1369 u mal-atti delegati adottati skont dak ir-Regolament;

(h) 

is-sistemi tat-tisħin tal-post u tal-ilma sħun domestiku klassifikati fl-ogħla żewġ klassijiet popolati tal-effiċjenza enerġetika f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1369 u mal-atti delegati adottati skont dak ir-Regolament;

(i) 

sistemi ta’tkessiħ u ventilazzjoni klassifikati fl-ogħla żewġ klassijiet popolati tal-effiċjenza enerġetika f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1369 u mal-atti delegati adottati skont dak ir-Regolament;

(j) 

kontrolli tal-preżenza u tad-dawl djurn għal sistemi tat-tidwil;

(k) 

pompi tas-sħana konformi mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti fit-Taqsima 4.16 ta’ dan l-Anness;

(l) 

l-elementi tal-faċċata u tas-soqfa b’funzjoni ta’ dell solari jew ta’ kontroll solari, inklużi dawk li jsostnu t-tkabbir tal-veġetazzjoni;

(m) 

sistemi ta’ awtomatizzazzjoni u ta’ kontroll tal-bini effiċjenti fl-użu tal-enerġija għall-bini residenzjali u mhux residenzjali;

(n) 

termostati u apparati b’żoni għall-monitoraġġ intelliġenti tat-tagħbijiet ewlenin tal-elettriku jew tat-tagħbijiet tat-tisħin għall-bini, u tagħmir ta’ sensuri;

(o) 

prodotti għall-kejl tas-sħana u kontrolli termostatiċi għal djar individwali konnessi ma’ sistemi ta’ tisħin distrettwali, għal appartamenti individwali konnessi ma’ sistemi ta’ tisħin ċentrali li jservu bini sħiħ, u għal sistemi tat-tisħin ċentrali;

(p) 

skambjaturi u substazzjonijiet tat-tisħin distrettwali konformi mal-attività ta’ distribuzzjoni tat-tisħin/tkessiħ distrettwali stabbilita fit-Taqsima 4.15 ta’ dan l-Anness;

(q) 

prodotti għall-monitoraġġ intelliġenti u għar-regolamentazzjoni tas-sistema tat-tisħin, u tagħmir ta’ sensuri.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari C16.23, C23.11, C23.20, C23.31, C23.32, C23.43, C.23.61, C25.11, C25.12, C25.21, C25.29, C25.93, C27.31, C27.32, C27.33, C27.40, C27.51, C28.11, C28.12, C28.13, C28.14, f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta t-tali tekniki li jappoġġaw:

(a)  l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u ta’ komponenti użati mill-ġdid fi prodotti manifatturati;

(b)  id-disinjar għal durabilità għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabilità tal-prodotti manifatturati;

(c)  l-immaniġġjar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)  informazzjoni u traċċabilità ta’ sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti maħduma.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

3.6.    Il-manifattura ta’ teknoloġiji oħra b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura ta’ teknoloġiji mmirati lejn tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet ta’ GHG f’setturi oħra tal-ekonomija, fejn dawk it-teknoloġiji ma jkunux koperti fit-Taqsimiet 3.1 sa 3.5 ta’ dan l-Anness u fejn dawk it-teknoloġiji juru ffrankar sostanzjali ta’ emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja meta mqabblin mat-teknoloġija, mal-prodott jew mas-soluzzjoni alternattiva bl-aħjar prestazzjoni disponibbli fis-suq, ikkalkulat bl-użu tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE jew tal-ISO 14067:2018 ( 93 ) jew tal-ISO 14064-1:2018 ( 94 ) u fejn l-iffrankar kwantifikat tal-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġi vverifikat minn parti terza indipendenti.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari C22, C25, C26, C27 u C28 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta t-tali tekniki li jappoġġaw:

(a)  l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u ta’ komponenti użati mill-ġdid fi prodotti manifatturati;

(b)  id-disinjar għal durabilità għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabilità tal-prodotti manifatturati;

(c)  l-immaniġġjar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)  informazzjoni u traċċabilità ta’ sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti maħduma.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

3.7.    Il-manifattura tas-siment

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura tal-klinker tas-siment, tas-siment jew ta’ legant alternattiv.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi C23.51 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (6) mill-proċessi ta’ produzzjoni tas-siment huma:

(a)  għall-klinker tas-siment griż, anqas minn 0,816 (7) tCO2e għal kull tunnellata ta’ klinker tas-siment griż;

(b)  għas-siment minn klinker griż jew minn legant idrawliku alternattiv, anqas minn 0,530 (8) tCO2e għal kull tunnellata ta’ siment jew legant alternattiv manifatturat.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-produzzjoni tas-siment, tal-ġir u tal-ossidu tal-manjeżju (9). Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti (10).

Għall-manifattura tas-siment bl-użu ta’ skart perikoluż bħala fjuwils alternattivi, hemm fis-seħħ miżuri li jiżguraw il-maniġġ sikur tal-iskart.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Ikkalkulati f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/331.

(7)   

Li jirriflettu l-valur medjan tal-installazzjonijiet fl-2019 u l-2017 (tunnellati ekwivalenti ta’ CO2/t) tad-data miġbura fil-kuntest tal-istabbiliment tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447, determinat abbażi ta’ informazzjoni verifikata dwar l-effiċjenza ta’ gassijiet serra tal-installazzjonijiet rapportati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE.

(8)   

B’riflessjoni tal-valur medjan tal-installazzjonijiet fl-2016 u fl-2017 (tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2/t) tad-data miġbura għall-klinker tas-siment griż fil-kuntest tal-istabbiliment tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447), immultiplikat bil-proporzjon ta’ klinkar għas-siment (0.65), determinat abbażi ta’ informazzjoni verifikata tal-effiċjenza tal-gassijiet serra ta’ installazzjonijiet rapportati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE.

(9)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/163/UE tal-26 ta’ Marzu 2013 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali għall-produzzjoni tas-siment, il-ġir u l-ossidu tal-manjeżju (ĠU L 100, 9.4.2013, p. 1).

(10)   

Ara d-Dokument ta’ Referenza tal-Aqwa Tekniki Disponibbli (BREF) dwar l-Ekonomija u l-Effetti Transmedjali (verżjoni tal-4.6.2021: https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/sites/default/files/2019-11/ecm_bref_0706.pdf).

3.8.    Il-manifattura tal-aluminju

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura tal-aluminju mill-proċess tal-alumina (boksajt) primarja jew ir-riċiklaġġ tal-aluminju sekondarju.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi C24.42, C24.53 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività timmanifattura wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)  aluminju primarju fejn l-attività ekonomika tikkonforma ma’ tnejn mill-kriterji li ġejjin sal-2025 u mal-kriterji kollha li ġejjin (6) wara l-2025:

(i)  l-emissjonijiet ta’ GHG ma jaqbżux l-1,604 (7) tCO2 għal kull tunnellata ta’ aluminju manifatturata (8);

(ii)  l-emissjonijiet indiretti ta’ GHG ma jaqbżux il-270 g CO2e/kWh;

(iii)  il-konsum tal-elettriku għall-proċess tal-manifattura ma jaqbiżx il-15,5 MWh/t Al;

(b)  aluminju sekondarju.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-industriji tal-metalli li ma fihomx ħadid (9). Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_en/-.

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Ikkombinat ma’ parametru referenzjarju uniku li jirriżulta fis-somma ta’ emissjonijiet diretti u indiretti, ikkalkulati bħal l-valur medjan tad-data miġbura fil-kuntest tal-istabbiliment tal-parametri referenzjarji industrijali tal-EU ETS għall-perjodu 2021-2026 u kkalkulat f’konformità mal-metodoloġija għall-istabbiliment tal-parametri referenzjarji stabbiliti fid-Direttiva 2003/87/KE flimkien mal-kriterju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima għall-ġenerazzjoni tal-elettriku (270 g CO2e/kWh) multiplikat bl-effiċjenza enerġetika medja tal-manifattura tal-aluminju (15.5 MWh/t Al).

(7)   

Li jirriflettu l-valur medjan tal-installazzjonijiet fl-2016 u l-2017 (tunnellati ekwivalenti ta’ CO2/t) tad-data miġbura fil-kuntest tal-istabbiliment tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447, determinat abbażi ta’ informazzjoni verifikata dwar l-effiċjenza ta’ gassijiet serra tal-installazzjonijiet rapportati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE.

(8)   

L-aluminju manifatturat huwa l-aluminju likwidu mhux illigat mhux maħdum prodott mill-elettroliżi.

(9)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1032 tat-13 ta’ Ġunju 2016 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-industriji tal-metalli li ma fihomx ħadid (ĠU L 174, 30.6.2016, p. 32).

3.9.    Il-manifattura tal-ħadid u tal-azzar

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura tal-ħadid u tal-azzar.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari C24.10, C24.20, C24.31, C24.32, C24.33, C24.34, C24.51 u C24.52 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività timmanifattura wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)  ħadid u azzar fejn l-emissjonijiet ta’ GHG (6), imnaqqsa bl-ammont ta’ emissjonijiet assenjati għall-produzzjoni tal-gassijiet ta’ skart f’konformità mal-punt 10.1.5 (a) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 2019/331 ma jaqbżux il-valuri li ġejjin applikati għall-passi differenti tal-proċess tal-manifattura:

(i)  metall jaħraq =1,443 (7) tCO2e/t prodott;

(ii)  minerali sinterizzati = 0,242 (8) tCO2e/t prodott;

(iii)  kokk (minbarra kokk tal-linjite) = 0,237 (9) tCO2e/t prodott;

(iv)  ħadid fondut = 0,390 (10) tCO2e/t prodott;

(v)  azzar illigat ħafna tal-forn bl-ark elettriku (EAF) = 0,360 (11) tCO2e/t prodott;

(vi)  azzar bil-karbonju tal-forn bl-ark elettriku (EAF) = 0,276 (12)] tCO2e/t prodott.

(b)  azzar fi fran bl-ark elettriku (EAFs) li jipproduċu azzar bil-karbonju bl-EAFs jew azzar illigat ħafna bl-EAFs kif iddefiniti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 u fejn l-input tar-ruttam tal-azzar meta mqabbel mal-output tal-prodott ikun:

(i)  tal-anqas 70 % għall-produzzjoni tal-azzar illigat ħafna

(ii)  tal-anqas 90 % għall-produzzjoni tal-azzar bil-karbonju.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar (13).

Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Ikkalkulati f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/331.

(7)   

Li jirrifletti l-valur medjan tal-installazzjonijiet fl-2016 u l-2017 (tunnellati ekwivalenti ta’ CO2/t) tad-data miġbura fil-kuntest tal-istabbiliment tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447, determinat abbażi ta’ informazzjoni verifikata dwar l-effiċjenza ta’ gassijiet serra tal-installazzjonijiet rapportati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE.

(8)   

Li jirriflettu l-valur medjan tal-installazzjonijiet fl-2016 u l-2017 (tunnellati ekwivalenti ta’ CO2/t) tad-data miġbura fil-kuntest tal-istabbiliment tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447, determinat abbażi ta’ informazzjoni verifikata dwar l-effiċjenza ta’ gassijiet serra tal-installazzjonijiet rapportati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE.

(9)   

Li jirrifletti l-valur medjan tal-installazzjonijiet fl-2016 u l-2017 (tunnellati ekwivalenti ta’ CO2/t) tad-data miġbura fil-kuntest tal-istabbiliment tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447, determinat abbażi ta’ informazzjoni verifikata dwar l-effiċjenza ta’ gassijiet serra tal-installazzjonijiet rapportati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE.

(10)   

Li jirrifletti l-valur medjan tal-installazzjonijiet fl-2016 u l-2017 (tunnellati ekwivalenti ta’ CO2/t) tad-data miġbura fil-kuntest tal-istabbiliment tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447, determinat abbażi ta’ informazzjoni verifikata dwar l-effiċjenza ta’ gassijiet serra tal-installazzjonijiet rapportati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE.

(11)   

Li jirrifletti l-valur medjan tal-installazzjonijiet fl-2016 u l-2017 (tunnellati ekwivalenti ta’ CO2/t) tad-data miġbura fil-kuntest tal-istabbiliment tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447, determinat abbażi ta’ informazzjoni verifikata dwar l-effiċjenza ta’ gassijiet serra tal-installazzjonijiet rapportati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE.

(12)   

Li jirrifletti l-valur medjan tal-installazzjonijiet fl-2016 u l-2017 (tunnellati ekwivalenti ta’ CO2/t) tad-data miġbura fil-kuntest tal-istabbiliment tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447, determinat abbażi ta’ informazzjoni verifikata dwar l-effiċjenza ta’ gassijiet serra tal-installazzjonijiet rapportati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE.

(13)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/135/UE tat-28 ta’ Frar 2012 li tistabbilixxi l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali għall-manifattura tal-ħadid u tal-azzar (ĠU L 70, 8.3.2012, p. 63).

3.10.    Il-manifattura tal-idroġenu

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura ta’ idroġenu u ta’ fjuwils sintetiċi bbażati fuq l-idroġenu.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi C20.11 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mar-rekwiżit dwar l-iffrankar ta’ 70 % tal-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja fir-rigward ta’ komparatur ta’ fjuwils fossili ta’ 94 g CO2e/MJ kif stipulat fl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

L-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġi kkalkulat bl-użu tal-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 28(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew, inkella, bl-użu tal-istandard ISO 14067:2018 (7) jew ISO 14064-1:2018 (8).

L-iffrankar kwantifikat tal-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġi vverifikat skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, fejn applikabbli, jew minn parti terza indipendenti.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) rilevanti stabbiliti fil-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), inklużi:

(a)  il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-produzzjoni tal-kloroalkali (9) u l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni ta’ trattament/ġestjoni tal-ilma mormi u tal-gass ta’ skart fis-settur kimiku (10);

(b)  il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għar-raffinar taż-żejt minerali u tal-gass (11).

Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(7)   

L-istandard ISO 14067:2018, Greenhouse gases — Carbon footprint of products — Requirements and guidelines for quantification (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/71206.html).

(8)   

Standard ISO 14064-1:2018, Greenhouse gases — Part 1: Specification with guidance at the organization level for quantification and reporting of greenhouse gas emissions and removals (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/66453.html).

(9)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/732/UE.

(10)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2016/902.

(11)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/738/UE.

3.11.    Il-manifattura tal-iswed tal-karbonju

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura tal-iswed tal-karbonju.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi C20.13 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DHSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (6) mill-proċessi ta’ produzzjoni tal-iswed tal-karbonju huma anqas minn 1,615 (7) tCO2e għal kull tunnellata ta’ prodott.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) rilevanti stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), inklużi:

(a)  il-Best Available Techniques Reference Document (BREF) for the Large Volume Inorganic Chemicals- Solids and Others industry (8);

(b)  il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni ta’ trattament/ġestjoni tal-ilma mormi u tal-gass ta’ skart fis-settur kimiku (9).

Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Ikkalkulati f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/331.

(7)   

Li jirrifletti l-valur medjan tal-installazzjonijiet fl-2016 u l-2017 (tunnellati ekwivalenti ta’ CO2/t) tad-data miġbura fil-kuntest tal-istabbiliment tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447, determinat abbażi ta’ informazzjoni verifikata dwar l-effiċjenza ta’ gassijiet serra tal-installazzjonijiet rapportati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE.

(8)   

Best Available Techniques (BAT) Reference Document for the Large Volumes Inorganic Chemicals- Solids and Others industry (verżjoni tal-4.6.2021: https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/sites/default/files/2019-11/lvic-s_bref_0907.pdf ).

(9)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2016/902.

3.12.    Il-manifattura tal-karbonat tas-sodju

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura tal-karbonat tad-disodju (soda, karbonat tas-sodju, melħ tad-disodju tal-aċidu karboniku).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi C20.13 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (6) mill-proċessi ta’ produzzjoni tas-soda huma anqas minn 0,866 (7) tCO2e għal kull tunnellata ta’ prodott.

L-emissjonijiet medji diretti ta’ gassijiet serra tal-elettriku użat għall-produzzjoni tal-kloru huma ta’ 270 g CO2e/kWh jew anqas.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) rilevanti stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), inklużi:

(a)  il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-produzzjoni tal-kloralkali (6);

(b)  il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni ta’ trattament/ġestjoni tal-ilma mormi u tal-gass ta’ skart fis-settur kimiku (7).

Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

▼M2

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

▼B

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/732/UE.

(7)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2016/902.

3.14.    Il-manifattura ta’ sustanzi kimiċi bażiċi organiċi

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura ta’:

(a) 

sustanzi kimiċi ta’ valur għoli (HVC):

(i) 

aċetilen;

(ii) 

etilen;

(iii) 

propilen;

(iv) 

butadien;

(b) 

Aromatiċi:

(i) 

alkilbenżeni mħalltin, alkilnaftaleni mħalltin, ħlief HS 2707 jew 2902 ;

(ii) 

ċikloeżan;

(iii) 

benżen;

(iv) 

toluwen;

(v) 

o-Ksilen;

(vi) 

p-Ksilen;

(vii) 

m-Ksilen u isomeri mħallta tal-ksilen;

(viii) 

etilbenżen;

(ix) 

kumen;

(x) 

bifenil, terfenili, vinyltoluweni, idrokarburi ċikliċi oħra esklużi ċiklani, ċikleni, ċikloterpeni, benżen, toluwen, ksileni, stren, etilbenżen, kumen, naftalen, antraċen;

(xi) 

benżol (benżen), toluwol (toluwen) u ksilol (ksileni);

(xii) 

naftalen u taħlitiet ta’ idrokarburi aromatiċi oħra (esklużi benżol, toluwol, ksilol).

(c) 

klorur tal-vinil;

(d) 

stiren;

(e) 

ossidu tal-etilen;

(f) 

glikol tal-monoetilen;

(g) 

aċidu adipiku.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi C20.14 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet ta’ GHG (6) mill-proċessi ta’ produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi huma anqas minn:

(a)  għall-HVC: [0,851 (7)] tCO2e/t ta’ HVC;

(b)  għall-aromatiċi: 0,0300 (8) tCO2e/t ta’ throughput ponderat kumpless;

(c)  għall-klorur tal-vinil: [0,268 (9) tCO2e/t ta’ klorur tal-vinil;

(d)  għall-istiren: 0,564 (10) tCO2e/t ta’ stiren;

(e)  għall-ossidu tal-etilen/glikoli tal-etilen: 0,489 (11) tCO2e/t ta’ ossidu tal-etilen/glikol;

(f)  għall-aċidu adipiku: 0,76 (12) tCO2e/t ta’ aċidu adipiku.

Meta s-sustanzi kimiċi organiċi fl-ambitu jkunu prodotti kollha kemm huma jew parzjalment minn feedstock rinnovabbli, l-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza kimika manifatturata, immanifatturata kollha kemm hi jew parzjalment minn feedstock rinnovabbli, ikunu anqas mill-emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza kimika ekwivalenti manifatturata minn feedstock minn fjuwils fossili

Il-bijomassa agrikola użata għall-manifattura ta’ sustanzi kimiċi bażiċi organiċi fil-forma primarja tagħha tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Il-bijomassa forestali użata għall-manifattura ta’ sustanzi kimiċi bażiċi organiċi tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 6 u 7 tal-Artikolu 29 ta’ dik id-Direttiva.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) rilevanti stabbiliti fil-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), inklużi:

(a)  il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi f’volumi kbar (13);

(b)  il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni ta’ trattament/ġestjoni tal-ilma mormi u tal-gass ta’ skart fis-settur kimiku (14).

Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Ikkalkulati f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/331.

(7)   

Li jirrifletti l-valur medjan tal-installazzjonijiet fl-2016 u l-2017 (tunnellati ekwivalenti ta’ CO2/t) tad-data miġbura fil-kuntest tal-istabbiliment tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447, determinat abbażi ta’ informazzjoni verifikata dwar l-effiċjenza ta’ gassijiet serra tal-installazzjonijiet rapportati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE.

(8)   

Li jirrifletti l-valur medjan tal-installazzjonijiet fl-2016 u l-2017 (tunnellati ekwivalenti ta’ CO2/t) tad-data miġbura fil-kuntest tal-istabbiliment tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447, determinat abbażi ta’ informazzjoni verifikata dwar l-effiċjenza ta’ gassijiet serra tal-installazzjonijiet rapportati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE.

(9)   

Li jirrifletti l-valur medjan tal-installazzjonijiet fl-2016 u l-2017 (tunnellati ekwivalenti ta’ CO2/t) tad-data miġbura fil-kuntest tal-istabbiliment tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447, determinat abbażi ta’ informazzjoni verifikata dwar l-effiċjenza ta’ gassijiet serra tal-installazzjonijiet rapportati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE.

(10)   

Li jirrifletti l-valur medjan tal-installazzjonijiet fl-2016 u l-2017 (tunnellati ekwivalenti ta’ CO2/t) tad-data miġbura fil-kuntest tal-istabbiliment tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447, determinat abbażi ta’ informazzjoni verifikata dwar l-effiċjenza ta’ gassijiet serra tal-installazzjonijiet rapportati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE.

(11)   

Li jirrifletti l-valur medjan tal-installazzjonijiet fl-2016 u l-2017 (tunnellati ekwivalenti ta’ CO2/t) tad-data miġbura fil-kuntest tal-istabbiliment tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447, determinat abbażi ta’ informazzjoni verifikata dwar l-effiċjenza ta’ gassijiet serra tal-installazzjonijiet rapportati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE.

(12)   

Li jirrifletti l-valur medjan tal-installazzjonijiet fl-2016 u l-2017 (tunnellati ekwivalenti ta’ CO2/t) tad-data miġbura fil-kuntest tal-istabbiliment tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447, determinat abbażi ta’ informazzjoni verifikata dwar l-effiċjenza ta’ gassijiet serra tal-installazzjonijiet rapportati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE.

(13)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2117 tal-21 ta’ Novembru 2017 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi f’volumi kbar (ĠU L 323, 7.12.2017, p. 1).

(14)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2016/902.

3.15.    Il-manifattura ta’ ammonijaka anidra

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura ta’ ammonijaka anidra.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi C20.15 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)  il-manifattura tal-ammonijaka anidra għandha emissjonijiet ta’ gassijiet serra (6) anqas minn 1,948 (7) tCO2e għal kull tunnellata ta’ ammonijaka anidra;

(b)  l-ammonijaka tiġi rkuprata mill-ilma mormi.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) rilevanti stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), inklużi:

(a)  il-Best Available Techniques Reference Document (BREF) for the manufacture of Large Volume Inorganic Chemicals - Ammonia, Acids and Fertilisers (8);

(b)  il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni ta’ trattament/ġestjoni tal-ilma mormi u tal-gass ta’ skart fis-settur kimiku (9).

Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Ikkalkulati f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/331.

(7)   

Li jirrifletti l-valur medjan tal-installazzjonijiet fl-2016 u l-2017 (tunnellati ekwivalenti ta’ CO2/t) tad-data miġbura fil-kuntest tal-istabbiliment tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447, determinat abbażi ta’ informazzjoni verifikata dwar l-effiċjenza ta’ gassijiet serra tal-installazzjonijiet rapportati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE.

(8)   

Best Available Techniques (BAT) Reference Document for the manufacture of Large Volume Inorganic Chemicals - Ammonia, Acids and Fertilisers (verżjoni tal-4.6.2021: https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/sites/default/files/2019-11/lvic_aaf.pdf).

(9)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2016/902.

3.16.    Il-manifattura tal-aċidu nitriku

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura tal-aċidu nitriku.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi C20.15 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet ta’ GHG (6) mill-manifattura tal-aċidu nitriku huma anqas minn 0,184 (7) tCO2e għal kull tunnellata ta’ aċidu nitriku.

Il-plastik f’forma primarja huwa wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)  manifatturat bis-sħiħ b’riċiklaġġ mekkaniku tal-iskart tal-plastik;

(b)  fejn ir-riċiklaġġ mekkaniku ma jkunx possibbli, manifatturat bis-sħiħ b’riċiklaġġ kimiku tal-iskart tal-plastik fejn l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-plastik manifatturat, eskluż kwalunkwe kreditu kkalkulat mill-produzzjoni tal-fjuwils, huma anqas mill-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-plastik primarju ekwivalenti manifatturat minn feedstock minn fjuwils fossili. L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu kkalkulati billi tintuża r-Rakkomandazzjoni 2013/179/UE jew, inkella, billi jintuża l-istandard ISO 14067:2018 (6) jew ISO 14064-1:2018 (7). L-emissjonijiet kwantifikati ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu vverifikati minn parti terza indipendenti.

(c)  derivat kompletament jew parzjalment minn feedstock rinnovabbli (8) fejn l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-plastik manifatturat f’forma primarja, manifatturat kompletament jew parzjalment minn feedstock rinnovabbli, ikunu anqas mill-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-plastik ekwivalenti f’forma primarja manifatturat minn feedstock ta’ fjuwils fossili. L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu kkalkulati billi tintuża r-Rakkomandazzjoni 2013/179/UE jew, inkella, billi jintuża l-istandard ISO 14067:2018 jew ISO 14064-1:2018. L-emissjonijiet kwantifikati ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu vverifikati minn parti terza indipendenti.

Il-bijomassa agrikola użata għall-manifattura tal-plastik fil-forma primarja tagħha tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Il-bijomassa forestali użata għall-manifattura tal-plastik fil-forma primarja tagħha tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 6 u 7 tal-Artikolu 29 ta’ dik id-Direttiva.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) rilevanti stabbiliti fil-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), inklużi:

(a)  id-Dokument ta’ Referenza dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BREF) għall-Produzzjoni tal-Polimeri (9);

(b)  il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni ta’ trattament/ġestjoni tal-ilma mormi u tal-gass ta’ skart fis-settur kimiku (10).

Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

L-istandard ISO 14067:2018, Greenhouse gases — Carbon footprint of products — Requirements and guidelines for quantification (https://www.iso.org/standard/71206.html).

(7)   

Standard ISO 14064-1:2018, Greenhouse gases — Part 1: Specification with guidance at the organization level for quantification and reporting of greenhouse gas emissions and removals (https://www.iso.org/standard/66453.html).

(8)   

Feedstock rinnovabbli jirreferi għall-bijomassa, għall-bijoskart industrijali jew għall-bijoskart muniċipali.

(9)   

Best Available Techniques (BAT) Reference Document for the Production of Polymers (verżjoni tal-4.6.2021: https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/sites/default/files/2019-11/pol_bref_0807.pdf).

(10)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2016/902.

4.   L-ENERĠIJA

4.1.    Il-ġenerazzjoni tal-enerġija bl-użu ta’ teknoloġija fotovoltajka solari

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ faċilitajiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku bl-użu tat-teknoloġija fotovoltajka (PV) solari.

Fejn attività ekonomika tkun element integrali tal-“Installazzjoni, manutenzjoni u tiswija ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli” kif imsemmija fit-Taqsima 7.6 ta’ dan l-Anness, japplikaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsima 7.6.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.11 u F42.22 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tagħmir u ta’ komponenti b’durabilità u b’riċikabilità għoljin u li huma faċli li jiġu żarmati u rikondizzjonati, u tużahom.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

4.2.    Il-ġenerazzjoni tal-elettriku bl-użu ta’ teknoloġija ta’ konċentrazzjoni tal-enerġija solari (CSP)

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ faċilitajiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku bl-użu ta’ teknoloġija ta’ konċentrazzjoni tal-enerġija solari (CSP).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.11 u F42.22 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tagħmir u ta’ komponenti b’durabilità u b’riċikabilità għoljin u li huma faċli li jiġu żarmati u rikondizzjonati, u tużahom.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

4.3.    Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-potenza eolika

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ faċilitajiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku mill-potenza eolika.

Fejn attività ekonomika tkun element integrali tal-“Installazzjoni, manutenzjoni u tiswija ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli” kif imsemmija fit-Taqsima 7.6 ta’ dan l-Anness, japplikaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsima 7.6.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.11 u F42.22 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Fil-każ tal-kostruzzjoni ta’ parks eoliċi lil hinn mill-kosta, l-attività ma tfixkilx il-kisba ta’ status ambjentali tajjeb, kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE, li jirrikjedi li jittieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiġu evitati jew immitigati l-impatti fir-rigward tad-Deskrittur 11 (Storbju/Enerġija) ta’ dik id-Direttiva, stabbilit fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva u kif stabbilit fid-Deċiżjoni (UE) 2017/848 fir-rigward tal-kriterji u tal-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dak id-deskrittur.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tagħmir u ta’ komponenti b’durabilità u b’riċikabilità għoljin u li huma faċli li jiġu żarmati u rikondizzjonati, u tużahom.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness (6).

Fil-każ ta’ parks eoliċi lil hinn mill-kosta, l-attività ma tfixkilx il-kisba ta’ status ambjentali tajjeb, kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE, li jirrikjedi li jittieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiġu evitati jew immitigati l-impatti fir-rigward tad-Deskritturi 1 (bijodiversità) u 6 (integrità ta’ qiegħ il-baħar) ta’ dik id-Direttiva, stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva u kif stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2017/848 fir-rigward tal-kriterji u tal-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dawk id-deskritturi.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Il-gwida prattika għall-implimentazzjoni ta’ dan il-kriterju tinsab fl-avviż tal-Kummissjoni Ewropea C(2020) 7730 final “Dokument ta’ gwida dwar l-iżviluppi tal-enerġija eolika u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar in-natura” (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/management/docs/wind_farms_mt.pdf).

4.4.    Il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn teknoloġiji tal-enerġija mill-oċeani

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ faċilitajiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku mill-enerġija mill-oċeani.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.11 u F42.22 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività ma tfixkilx il-kisba ta’ status ambjentali tajjeb, kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE, li jirrikjedi li jittieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiġu evitati jew immitigati l-impatti fir-rigward tad-Deskrittur 11 (Storbju/Enerġija) ta’ dik id-Direttiva, stabbilit fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva u kif stabbilit fid-Deċiżjoni (UE) 2017/848 fir-rigward tal-kriterji u tal-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dak id-deskrittur.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tagħmir u ta’ komponenti b’durabilità u b’riċikabilità għoljin u li huma faċli li jiġu żarmati u rikondizzjonati, u tużahom.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Hemm miżuri fis-seħħ sabiex tiġi mminimizzata t-tossiċità taż-żebgħa antifouling u tal-bijoċidi kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 528/2012, li jimplimenta fid-dritt tal-Unjoni l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kontroll tas-Sistemi tal-Anti-fouling ta’ Ħsara fuq il-Bastimenti adottata fil-5 ta’ Ottubru 2001.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

L-attività ma tfixkilx il-kisba ta’ status ambjentali tajjeb, kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE, li jirrikjedi li jittieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiġu evitati jew mitigati l-impatti fir-rigward tad-Deskrittur 1 (bijodiversità) ta’ din id-Direttiva, stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Direttiva, u kif stabbilit fid-Deċiżjoni (UE) 2017/848 fir-rigward tal-kriterji u tal-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dak id-deskrittur.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

4.5.    Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-enerġija idroelettrika

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ faċilitajiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku mill-enerġija idroelettrika.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.11 u F42.22 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet diretti ta’ GHG tal-attività huma anqas minn 270 g CO2e/kWh.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

1.  L-attività tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/60/KE, b’mod partikolari mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva.

2.  Għat-tħaddim ta’ impjanti eżistenti tal-enerġija idroelettrika, inklużi l-attivitajiet ta’ rikondizzjonar sabiex jittejjeb il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli jew tal-ħżin tal-enerġija, l-attività tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

2.1.  F’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE u b’mod partikolari mal-Artikoli 4 u 11 ta’ dik id-Direttiva, il-miżuri ta’ mitigazzjoni teknikament fattibbli u ekoloġikament rilevanti kollha ġew implimentati sabiex jitnaqqsu l-impatti avversi fuq l-ilma kif ukoll fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti li jiddependu b’mod dirett fuq l-ilma.

2.2.  Il-miżuri jinkludu, fejn rilevanti u skont l-ekosistemi preżenti b’mod naturali fil-korpi tal-ilma affettwati:

(a)  miżuri li jiżguraw il-migrazzjoni tal-ħut fid-direzzjoni tax-xmara u kontra x-xmara (bħal turbini li jiffavorixxu l-ħut, strutturi ta’ gwida għall-ħut, passaġġi għall-ħut tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u kompletament funzjonali, miżuri li jwaqqfu jew jimminimizzaw it-tħaddim u l-iskariki waqt il-migrazzjoni jew ir-riproduzzjoni);

(b)  miżuri li jiżguraw fluss ekoloġiku minimu (inkluża l-mitigazzjoni ta’ varjazzjonijiet rapidi u fuq terminu qasir f’operazzjonijiet ta’ fluss jew ta’ hydro-peaking) u fluss tan-naqal minimu;

(c)  miżuri li jipproteġu jew itejbu l-ħabitats.

2.3.  L-effettività ta’ dawk il-miżuri hija ssorveljata fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni jew tal-permess li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet immirati lejn il-kisba ta’ status jew ta’ potenzjal tajjeb tal-korp tal-ilma affettwat.

3.  Għall-kostruzzjoni ta’ impjanti ġodda tal-enerġija idroelettrika, l-attività tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

3.1.  F’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE u b’mod partikolari mal-paragrafu 7 ta’ dak l-Artikolu, qabel il-kostruzzjoni, titwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-proġett sabiex jiġu vvalutati l-impatti potenzjali kollha tiegħu fuq l-istatus tal-korpi tal-ilma fl-istess baċir idrografiku u fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti li jiddependu direttament fuq l-ilma, b’kunsiderazzjoni partikolari tal-kurituri tal-migrazzjoni, tax-xmajjar bi fluss liberu jew tal-ekosistemi qrib il-kundizzjonijiet mhux disturbati.

Il-valutazzjoni hija bbażata fuq data riċenti, komprensiva u akkurata, li tinkludi data ta’ monitoraġġ fuq elementi tal-kwalità bijoloġika li huma speċifikament sensittivi għal alterazzjonijiet idromorfoloġiċi, u fuq l-istatus mistenni tal-korp tal-ilma bħala riżultat tal-attivitajiet il-ġodda, meta mqabbla ma’ dak kurrenti tiegħu.

Hija tivvaluta, b’mod partikolari, l-impatti akkumulati ta’ dan il-proġett il-ġdid fuq infrastruttura eżistenti jew ippjanata oħra fil-baċir idrografiku.

3.2.  Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni tal-impatt, ġie stabbilit li l-impjant huwa konċepit, skont id-disinn u l-post u permezz ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni, sabiex ikun konformi ma’ wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  l-impjant ma jinvolvi l-ebda deterjorament u lanqas ma jikkomprometti l-kisba ta’ status jew ta’ potenzjal tajjeb tal-korp tal-ilma speċifiku li huwa relatat miegħu;

(b)  fejn l-impjant jirriskja li jiddeterjora jew jikkomprometti l-kisba ta’ status/potenzjal tajjeb tal-korp tal-ilma speċifiku li jkun relatat miegħu, tali deterjorament ma jkunx sinifikanti, u jkun iġġustifikat minn valutazzjoni dettaljata tal-ispejjeż u l-benefiċċji li turi dawn it-tnejn li ġejjin:

(i)  ir-raġunijiet ta’ interess pubbliku prevalenti jew il-fatt li l-benefiċċji mistennija mill-impjant tal-enerġija idroelettrika ppjanat jisbqu l-ispejjeż mit-tgħarriq tal-istatus tal-ilma li jiġġarrbu mill-ambjent u mis-soċjetà;

(ii)  il-fatt li l-interess pubbliku prevalenti jew il-benefiċċji mistennija mill-impjant ma jistgħux, għal raġunijiet ta’ fattibbiltà teknika jew ta’ spejjeż sproporzjonati, jinkisbu b’mezzi alternattivi li jkunu jwasslu għal eżitu ambjentali aħjar (bħal rikostruzzjoni ta’ impjanti eżistenti tal-enerġija idroelettrika, jew l-użu ta’ teknoloġiji li ma jfixklux il-kontinwità tax-xmara).

3.3.  Il-miżuri ta’ mitigazzjoni teknikament fattibbli u ekoloġikament rilevanti kollha jkunu implimentati sabiex jitnaqqsu l-impatti avversi fuq l-ilma kif ukoll fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti li jiddependu b’mod dirett fuq l-ilma.

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni jinkludu, fejn rilevanti u skont l-ekosistemi preżenti b’mod naturali fil-korpi tal-ilma affettwati:

(a)  miżuri li jiżguraw il-migrazzjoni tal-ħut fid-direzzjoni tax-xmara u kontra x-xmara (bħal turbini li jiffavorixxu l-ħut, strutturi ta’ gwida għall-ħut, passaġġi għall-ħut tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u kompletament funzjonali, miżuri li jwaqqfu jew jimminimizzaw it-tħaddim u l-iskariki waqt il-migrazzjoni jew ir-riproduzzjoni);

(b)  miżuri li jiżguraw fluss ekoloġiku minimu (inkluża l-mitigazzjoni ta’ varjazzjonijiet rapidi u fuq terminu qasir f’operazzjonijiet ta’ fluss jew ta’ hydro-peaking) u fluss tan-naqal minimu;

(c)  miżuri li jipproteġu jew itejbu l-ħabitats.

L-effettività ta’ dawk il-miżuri hija ssorveljata fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni jew tal-permess li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet immirati lejn il-kisba ta’ status jew ta’ potenzjal tajjeb tal-korp tal-ilma affettwat.

3.4.  L-impjant ma jikkompromettix b’mod permanenti l-kisba ta’ status/potenzjal tajjeb fi kwalunkwe wieħed mill-korpi tal-ilma fl-istess distrett tal-baċir idrografiku.

3.5.  Minbarra l-miżuri ta’ mitigazzjoni msemmija aktar ’il fuq, u fejn rilevanti, huma implimentati miżuri ta’ kumpens li jiżguraw li l-proġett ma jżidx il-frammentazzjoni tal-korpi tal-ilma fl-istess distrett tal-baċir idrografiku. Dan huwa miksub bir-restawr tal-kontinwità fl-istess distrett tal-baċir idrografiku sa livell li jikkumpensa t-tfixkil tal-kontinwità, li l-impjant tal-enerġija idroelettrika ppjanat jista’ jikkawża. Il-kumpens jibda qabel l-eżekuzzjoni tal-proġett.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness (6).

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Il-gwida prattika hija pprovduta fl-avviż tal-Kummissjoni C/2018/2619 “Dokument dwar ir-rekwiżiti għall-enerġija idroelettrika f’rabta mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar in-Natura” (ĠU C 213, 18.6.2018, p. 1).

4.6.    Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-enerġija ġeotermali

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ faċilitajiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku mill-enerġija ġeotermali.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.11 u F42.22 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet diretti ta’ GHG tal-attività huma anqas minn 270 g CO2e/kWh.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għat-tħaddim ta’ sistemi tal-enerġija ġeotermali b’entalpija għolja, hemm sistemi adegwati ta’ tnaqqis fis-seħħ sabiex ma jiġix imfixkel l-ilħuq tal-valuri ta’ limiti dwar il-kwalità tal-arja stabbiliti fid-Direttiva 2004/107/KE u fid-Direttiva 2008/50/KE.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

4.7.    Il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn fjuwils gassużi u likwidi mhux fossili rinnovabbli

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ faċilitajiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku bl-użu ta’ fjuwils gassużi u likwidi ta’ oriġini rinnovabbli. Din l-attività ma tinkludix il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-użu esklussiv ta’ bijogass u ta’ fjuwils bijolikwidi (ara t-Taqsima 4.8 ta’ dan l-Anness).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.11 u F42.22 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet diretti ta’ GHG tal-attività huma anqas minn 270 g CO2e/kWh.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-impjanti kbar tal-kombustjoni (6). Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

Sabiex il-konklużjonijiet dwar il-BAT għal impjanti kbar tal-kombustjoni jkunu japplikaw għal impjanti tal-kombustjoni b’input termiku akbar minn 1 MW iżda anqas mil-limiti, l-emissjonijiet ikunu anqas mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-parti 2 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1442 tal-31 ta’ Lulju 2017 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-impjanti kbar tal-kombustjoni (ĠU L 212, 17.8.2017, p.1).

4.8.    Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-bijoenerġija

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku esklussivament mill-bijomassa, il-bijogass jew il-bijolikwidi, minbarra l-ġenerazzjoni tal-elettriku mit-taħlit ta’ fjuwils rinnovabbli ma’ bijogass jew ma’ bijolikwidi (ara t-Taqsima 4.7 ta’ dan l-Anness).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi D35.11 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tissodisfa r-rekwiżiti relatati mas-sostenibbiltà, mal-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u mal-effiċjenza stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2018/2001.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għal installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), l-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fil-konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-impjanti kbar tal-kombustjoni (7). Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

Sabiex il-konklużjonijiet dwar il-BAT għal impjanti kbar tal-kombustjoni jkunu japplikaw għal impjanti tal-kombustjoni b’input termiku akbar minn 1 MW iżda anqas mil-limiti, l-emissjonijiet ikunu anqas mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-parti 2 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

Għal impjanti f’żoni jew f’partijiet ta’ żoni mhux konformi mal-valuri ta’ limitu għall-kwalità tal-arja stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE, ikunu implimentati miżuri li jnaqqsu l-livelli ta’ emissjonijiet b’kunsiderazzjoni tar-riżultati tal-iskambju ta’ informazzjoni (8) li jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafi 9 u 10 tal-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

Għad-diġestjoni anaerobika tal-materjal organiku, fejn id-diġestat prodott jintuża bħala fertilizzant jew bħala tejjieb tal-ħamrija, b’mod dirett jew inkella wara l-kompostjar jew kwalunkwe trattament ieħor, huwa jissodisfa r-rekwiżiti għall-materjali ta’ fertilizzazzjoni stabbiliti fil-Kategoriji tal-Materjali Komponenti (CMC) 4 u 5 fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009 jew fir-regoli nazzjonali dwar il-fertilizzanti jew it-tejjieba tal-ħamrija għal użu agrikolu.

Għal impjanti tad-diġestjoni anaerobika li jittrattaw aktar minn 100 tunnellata kull jum, l-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti għat-trattament anaerobiku tal-iskart fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart (9). Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(7)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2017/1442.

(8)   

Ir-rapport finali dwar it-teknoloġija li jirriżulta mill-iskambju ta’ informazzjoni mal-Istati Membri, mal-industriji kkonċernati u mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi fih informazzjoni teknika dwar l-aqwa tekniki disponibbli użati fl-impjanti tal-kombustjoni medji sabiex jitnaqqsu l-impatti ambjentali tagħhom, u fuq il-livelli ta’ emissjonijiet li jistgħu jinkisbu bl-aqwa teknoloġiji disponibbli u emerġenti u l-ispejjeż relatati (verżjoni tal-4.6.2021: https://circabc.europa.eu/ui/group/06f33a94-9829-4eee-b187-21bb783a0fbf/library/9a99a632-9ba8-4cc0-9679-08d929afda59/details).

(9)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1147 tal-10 ta’ Awwissu 2018 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart, skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 208, 17.8.2018, p. 38).

4.9.    It-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim tas-sistemi ta’ trażmissjoni li jittrasportaw l-elettriku fuq is-sistema interkonnessa ta’ vultaġġ għoli supplimentari u ta’ vultaġġ għoli.

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim tas-sistemi ta’ distribuzzjoni li jittrasportaw l-elettriku fuq sistemi ta’ distribuzzjoni ta’ vultaġġ għoli, ta’ vultaġġ medju u ta’ vultaġġ baxx.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.12 u D35.13 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-infrastruttura mhijiex dedikata għall-ħolqien ta’ konnessjoni diretta, jew għall-espansjoni ta’ konnessjoni diretta eżistenti ma’ impjant tal-produzzjoni tal-enerġija fejn l-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra jaqbżu l-270 g CO2e/kWh.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Pjan għall-immaniġġjar tal-iskart huwa fis-seħħ u jiżgura użu mill-ġdid jew riċiklaġġ massimu fi tmiem il-ħajja f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali mas-sħab tal-immaniġġjar tal-iskart, kif rifless fi projezzjonijiet finanzjarji jew f’dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġett.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Linji ta’ vultaġġ għoli fuq l-art:

(a)  għal attivitajiet f’siti ta’ kostruzzjoni, l-attivitajiet isegwu l-prinċipji tal-General Environmental, Health, and Safety Guidelines (6) tal-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali (IFC).

(b)  l-attivitajiet jirrispettaw in-normi u r-regolamenti applikabbli sabiex jillimitaw l-impatt tar-radjazzjoni elettromanjetika fuq is-saħħa tal-bniedem, inkluż għal attivitajiet imwettqa fl-Unjoni, ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-limitazzjoni tal-esponiment tal-pubbliku ġenerali għal kampi elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz) (7) u għal attivitajiet imwettqa f’pajjiżi terzi, il-Linji Gwida tal-1998 tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni mir-Radjazzjoni Mhux Jonizzanti (ICNIRP) (8).

Attivitajiet li ma jużawx bifenili poliklorinati, PCBs.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness (9).

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Environmental, Health, and Safety (EHS) Guidelines tat-30 ta’ April 2007 (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.ifc.org/wps/ wcm/connect/29f5137d-6e17-4660-b1f9-02bf561935e5/Final%2B-%2BGeneral%2BEHS%2BGuidelines.pdf?MOD=AJPERES&CVID=jOWim3p).

(7)   

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni tal-esponiment tal-pubbliku ġenerali għal kampi elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz) (1999/519/KE) (ĠU L 199, 30.7.1999, p.59).

(8)   

ICNIRP 1998 Guidelines for limiting exposure to time-varying electric, magnetic and electromagnetic fields (up to 300 ghz) (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.icnirp.org/cms/upload/publications/ICNIRPemfgdl.pdf).

(9)   

Il-gwida prattika għall-implimentazzjoni ta’ dan il-kriterju tinsab fl-avviż tal-Kummissjoni Ewropea C(2018)2620 “L-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-Enerġija u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar in-Natura” (ĠU C 213, 18.6.2018, p.62).

4.10.    Il-ħżin tal-elettriku

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet li jaħżnu l-elettriku u jirritornawh aktar tard fil-forma ta’ elettriku. L-attività tinkludi l-akkumulu ppompjat tal-enerġija idroelettrika.

Fejn attività ekonomika tkun element integrali tal-“Installazzjoni, manutenzjoni u tiswija ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli” kif imsemmija fit-Taqsima 7.6 ta’ dan l-Anness, japplikaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsima 7.6.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija ma għandhom l-ebda kodiċi tal-NACE dedikat kif imsemmi fil-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Għall-ħżin tal-enerġija idroelettrika ppumpjata mhux konnessa ma’ sors ta’ xmara, l-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

Fil-każ tal-ħżin tal-enerġija idroelettrika konnessa ma’ sors ta’ xmara, l-attività tikkonforma mal-kriterji tal-prinċipju DNSH għall-użu sostenibbli u għall-protezzjoni tal-ilma u tar-riżorsi tal-baħar speċifikati fit-Taqsima 4.5 (Il-produzzjoni tal-elettriku mill-idroenerġija).

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Pjan għall-immaniġġjar tal-iskart huwa fis-seħħ u jiżgura użu mill-ġdid jew riċiklaġġ massimu fi tmiem il-ħajja f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali mas-sħab tal-immaniġġjar tal-iskart, kif rifless fi projezzjonijiet finanzjarji jew f’dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġett.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

4.11.    Il-ħżin tal-enerġija termali

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet li jaħżnu l-enerġija termali u jirritornawha aktar tard fil-forma ta’ enerġija termali jew ta’ vetturi tal-enerġija oħrajn.

Meta attività ekonomika tkun element integrali tal-“Installazzjoni, manutenzjoni u tiswija ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli” kif imsemmija fit-Taqsima 7.6 ta’ dan l-Anness, japplikaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsima 7.6.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija ma għandhom l-ebda kodiċi tal-NACE dedikat kif imsemmi fil-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Għall-Ħżin tal-Enerġija Termali fl-Akwiferi, l-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Pjan għall-immaniġġjar tal-iskart huwa fis-seħħ u jiżgura użu mill-ġdid, manifattura mill-ġdid jew riċiklaġġ massimu fi tmiem il-ħajja, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali mas-sħab tal-immaniġġjar tal-iskart, kif rifless fi projezzjonijiet finanzjarji jew f’dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġett.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

4.12.    Il-ħżin tal-idroġenu

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet li jaħżnu l-idroġenu u jirritornawh aktar tard.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija ma għandhom l-ebda kodiċi tal-NACE dedikat f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Pjan għall-immaniġġjar tal-iskart huwa fis-seħħ u jiżgura użu mill-ġdid, manifattura mill-ġdid jew riċiklaġġ massimu fi tmiem il-ħajja, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali mas-sħab tal-immaniġġjar tal-iskart, kif rifless fi projezzjonijiet finanzjarji jew f’dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġett.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Fil-każ ta’ ħżin ta’ aktar minn ħames tunnellati, l-attività tikkonforma mad-Direttiva 2012/18/UE.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

4.13.    Il-manifattura ta’ bijogass u ta’ bijofjuwils għall-użu fit-trasport u ta’ bijolikwidi

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura ta’ bijogass jew ta’ bijofjuwils għall-użu fit-trasport u ta’ bijolikwidi.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi D35.21 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tissodisfa r-rekwiżiti relatati mas-sostenibbiltà, mal-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u mal-effiċjenza stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2018/2001.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għall-produzzjoni tal-bijogass, tiġi applikata kopertura li ma tnixxix gass fuq il-ħżin tad-diġestat.

Għal impjanti tad-diġestjoni anaerobika li jittrattaw aktar minn 100 tunnellata kull jum, l-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti għat-trattament anaerobiku tal-iskart fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart (6). Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

Fil-każ ta’ diġestjoni anaerobika tal-materjal organiku, fejn id-diġestat prodott jintuża bħala fertilizzant jew bħala tejjieb tal-ħamrija, b’mod dirett jew inkella wara l-kompostjar jew kwalunkwe trattament ieħor, huwa jissodisfa r-rekwiżiti għall-materjali ta’ fertilizzazzjoni stabbiliti fil-Kategoriji tal-Materjali Komponenti (CMC) 4 u 5 għad-diġestat jew CMC 3 għall-kompost, skont kif ikun applikabbli, fl-Anness II tar-Regolament UE 2019/1009 jew fir-regoli nazzjonali dwar il-fertilizzanti jew it-tejjieba tal-ħamrija għal użu agrikolu.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2018/1147.

4.14.    In-networks ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni għal gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju

Deskrizzjoni tal-attività

Il-konverżjoni, l-adattament jew il-modifika retroattiva tan-networks tal-gass għat-trażmissjoni u għad-distribuzzjoni ta’ gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju.

Il-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ piplines ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni dedikati għat-trasport tal-idroġenu u ta’ gassijiet oħra b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju.

▼M2

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.22, F42.21 u H49.50 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

▼B

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

▼M2

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Il-konverżjoni, l-adattament jew il-modifika retroattiva ma jżidux il-kapaċità ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni tal-gass.

Il-konverżjoni, l-adattament jew il-modifika retroattiva ma jestendux it-tul tal-ħajja tan-networks lil hinn mit-tul tal-ħajja projettata tagħhom qabel il-konverżjoni, l-adattament jew il-modifika retroattiva, sakemm in-network ma jkunx dedikat għall-idroġenu jew għal gassijiet oħra b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju.

▼B

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Fannijiet, kumpressuri, pompi u tagħmir ieħor użat u kopert bid-Direttiva 2009/125/KE jikkonformaw, fejn rilevanti, ma’ rekwiżiti tal-aqwa klassi tat-tikketta tal-enerġija u mar-regolamenti ta’ implimentazzjoni skont dik id-Direttiva u jirrappreżentaw l-aqwa teknoloġija disponibbli.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

4.15.    Id-distribuzzjoni tat-tisħin/tat-tkessiħ distrettwali

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, ir-rikondizzjonar u t-tħaddim tal-pipelines u tal-infrastruttura assoċjata għad-distribuzzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ, li jintemmu fis-substazzjon jew fl-iskambjatur tas-sħana.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi D35.30 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Fannijiet, kumpressuri, pompi u tagħmir ieħor użat u kopert bid-Direttiva 2009/125/KE jikkonformaw, fejn rilevanti, ma’ rekwiżiti tal-aqwa klassi tat-tikketta tal-enerġija, u jikkonformaw ukoll mar-regolamenti ta’ implimentazzjoni skont dik id-Direttiva u jirrappreżentaw l-aqwa teknoloġija disponibbli.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

4.16.    L-installazzjoni u t-tħaddim ta’ pompi elettriċi tas-sħana

Deskrizzjoni tal-attività

L-installazzjoni u t-tħaddim ta’ pompi elettriċi tas-sħana.

Fejn attività ekonomika tkun element integrali tal-“Installazzjoni, manutenzjoni u tiswija ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli” kif imsemmija fit-Taqsima 7.6 ta’ dan l-Anness, japplikaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsima 7.6.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.30, F43.22 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tagħmir u ta’ komponenti b’durabilità u b’riċikabilità għoljin u li huma faċli li jiġu żarmati u rikondizzjonati, u tużahom.

Pjan għall-immaniġġjar tal-iskart huwa fis-seħħ u jiżgura użu mill-ġdid, manifattura mill-ġdid jew riċiklaġġ massimu fi tmiem il-ħajja, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali mas-sħab tal-immaniġġjar tal-iskart, kif rifless fi projezzjonijiet finanzjarji jew f’dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġett.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għal pompi tas-sħana mill-arja għall-arja b’kapaċità nominali ta’ 12-il kW jew anqas, il-livelli ta’ potenza tal-ħoss fuq ġewwa u fuq barra huma anqas mil-limitu stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 206/2012.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

4.17.    Il-koġenerazzjoni ta’ tisħin/tkessiħ u ta’ enerġija mill-enerġija solari

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilità li tikkoġenera l-elettriku u tisħin/tkessiħ mill-enerġija solari.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.11 u D35.30 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tagħmir u ta’ komponenti b’durabilità u b’riċikabilità għoljin u li huma faċli li jiġu żarmati u rikondizzjonati, u tużahom.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

4.18.    Il-koġenerazzjoni ta’ tisħin/tkessiħ u ta’ enerġija mill-enerġija ġeotermali

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet li jikkoġeneraw it-tisħin/tkessiħ u l-enerġija mill-enerġija ġeotermali.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.11 u D35.30 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet diretti ta’ GHG tal-attività huma anqas minn 270 g CO2e/kWh.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għat-tħaddim ta’ sistemi tal-enerġija ġeotermali b’entalpija għolja, hemm sistemi adegwati ta’ tnaqqis fis-seħħ sabiex ma jiġix imfixkel l-ilħuq tal-valuri ta’ limiti dwar il-kwalità tal-arja stabbiliti fid-Direttivi 2004/107/KE u 2008/50/KE.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

4.19.    Il-koġenerazzjoni ta’ tisħin/tkessiħ u ta’ enerġija minn fjuwils gassużi u likwidi rinnovabbli mhux fossili

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tas-sħana/tat-tkessiħ u tal-enerġija kkombinati li jużaw fjuwils gassużi u likwidi ta’ oriġini rinnovabbli. Din l-attività ma tinkludix il-koġenerazzjoni tas-sħana/tal-kesħa u tal-enerġija mill-użu esklussiv ta’ bijogass u ta’ fjuwils bijolikwidi (ara t-Taqsima 4.20 ta’ dan l-Anness).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.11 u D35.30 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet diretti ta’ GHG tal-attività huma anqas minn 270 g CO2e/kWh.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-impjanti kbar tal-kombustjoni (6). Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

Sabiex il-konklużjonijiet dwar il-BAT għal impjanti kbar tal-kombustjoni jkunu japplikaw għal impjanti tal-kombustjoni b’input termiku akbar minn 1 MW iżda anqas mil-limiti, l-emissjonijiet ikunu anqas mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-parti 2 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2017/1442.

4.20.    Il-koġenerazzjoni ta’ tisħin/tkessiħ u ta’ enerġija mill-bijoenerġija

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ installazzjonijiet użati għall-koġenerazzjoni tas-sħana/tat-tkessiħ u tal-enerġija esklussivament mill-bijomassa, mill-bijogass jew mill-bijolikwidi, bl-esklużjoni tal-koġenerazzjoni mit-taħlit tal-fjuwils rinnovabbli mal-bijogass jew mal-bijolikwidi (ara t-Taqsima 4.19 ta’ dan l-Anness).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.11 u D35.30 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tissodisfa r-rekwiżiti relatati mas-sostenibbiltà, mal-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u mal-effiċjenza stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2018/2001.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għal installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE, l-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-impjanti kbar tal-kombustjoni (6), filwaqt li jiġi żgurat fl-istess ħin li ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

Sabiex il-konklużjonijiet dwar il-BAT għal impjanti kbar tal-kombustjoni jkunu japplikaw għal impjanti tal-kombustjoni b’input termiku akbar minn 1 MW iżda anqas mil-limiti, l-emissjonijiet ikunu anqas mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-parti 2 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

Għal impjanti f’żoni jew f’partijiet ta’ żoni mhux konformi mal-valuri ta’ limitu għall-kwalità tal-arja stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE, huma kkunsidrati r-riżultati tal-iskambju ta’ informazzjoni (7) li jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafi 9 u 10 tal-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

Fil-każ ta’ diġestjoni anaerobika tal-materjal organiku, fejn id-diġestat prodott jintuża bħala fertilizzant jew bħala tejjieb tal-ħamrija, b’mod dirett jew inkella wara l-kompostjar jew kwalunkwe trattament ieħor, huwa jissodisfa r-rekwiżiti għall-materjali ta’ fertilizzazzjoni stabbiliti fil-Kategoriji tal-Materjali Komponenti (CMC) 4 u 5 fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009 jew fir-regoli nazzjonali dwar il-fertilizzanti jew it-tejjieba tal-ħamrija għal użu agrikolu.

Għal impjanti tad-diġestjoni anaerobika li jittrattaw aktar minn 100 tunnellata kull jum, l-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti għat-trattament anaerobiku tal-iskart fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart (8). Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2017/1442.

(7)   

Ir-rapport finali dwar it-teknoloġija li jirriżulta mill-iskambju ta’ informazzjoni mal-Istati Membri, mal-industriji kkonċernati u mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi fih informazzjoni teknika dwar l-aqwa tekniki disponibbli użati fl-impjanti tal-kombustjoni medji sabiex jitnaqqsu l-impatti ambjentali tagħhom, u fuq il-livelli ta’ emissjonijiet li jistgħu jinkisbu bl-aqwa teknoloġiji disponibbli u emerġenti u l-ispejjeż relatati (verżjoni tal-4.6.2021: https://circabc.europa.eu/ui/group/06f33a94-9829-4eee-b187-21bb783a0fbf/library/9a99a632-9ba8-4cc0-9679-08d929afda59/details).

(8)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2018/1147.

4.21.    Il-produzzjoni ta’ tisħin/tkessiħ mit-tisħin termali solari

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet li jipproduċu tisħin/tkessiħ minn teknoloġija ta’ tisħin termali solari.

Fejn attività ekonomika tkun element integrali tal-“Installazzjoni, manutenzjoni u tiswija ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli” kif imsemmija fit-Taqsima 7.6 ta’ dan l-Anness, japplikaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsima 7.6.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi D35.30 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tagħmir u ta’ komponenti b’durabilità u b’riċikabilità għoljin u li huma faċli li jiġu żarmati u rikondizzjonati, u tużahom.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

4.22.    Il-produzzjoni ta’ tisħin/tkessiħ mill-enerġija ġeotermali

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet li jipproduċu tisħin/tkessiħ mill-enerġija ġeotermali.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi D35.30 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet diretti ta’ GHG tal-attività huma anqas minn 270 g CO2e/kWh.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għat-tħaddim ta’ sistemi tal-enerġija ġeotermali b’entalpija għolja, hemm sistemi adegwati ta’ tnaqqis fis-seħħ sabiex ma jiġix imfixkel l-ilħuq tal-valuri ta’ limiti dwar il-kwalità tal-arja stabbiliti fid-Direttivi 2004/107/KE u 2008/50/KE.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

4.23.    Il-produzzjoni ta’ tisħin/tkessiħ minn fjuwils gassużi u likwidi rinnovabbli mhux fossili

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-sħana li jipproduċu tisħin/tkessiħ bl-użu ta’ fjuwils gassużi u likwidi ta’ oriġini rinnovabbli. Din l-attività ma tinkludix il-produzzjoni tat-tisħin/tat-tkessiħ mill-użu esklussiv ta’ bijogass u ta’ fjuwils bijolikwidi (ara t-Taqsima 4.24 ta’ dan l-Anness).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi D35.30 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet diretti ta’ GHG tal-attività huma anqas minn 270 g CO2e/kWh.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-impjanti kbar tal-kombustjoni (6). Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

Sabiex il-konklużjonijiet dwar il-BAT għal impjanti kbar tal-kombustjoni jkunu japplikaw għal impjanti tal-kombustjoni b’input termiku akbar minn 1 MW iżda anqas mil-limiti, l-emissjonijiet ikunu anqas mill-Valuri ta’ Limitu tal-Emissjonijiet stabbiliti fil-parti 2 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2017/1442.

4.24.    Il-produzzjoni ta’ tisħin/tkessiħ mill-bijoenerġija

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet li jipproduċu s-sħana/t-tkessiħ esklussivament mill-bijomassa, mill-bijogass jew mill-bijolikwidi, bl-esklużjoni tal-produzzjoni tat-tisħin/tat-tkessiħ mit-taħlit ta’ fjuwils rinnovabbli mal-bijogass jew mal-bijolikwidi (ara t-Taqsima 4.23 ta’ dan l-Anness).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi D35.30 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tissodisfa r-rekwiżiti relatati mas-sostenibbiltà, mal-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u mal-effiċjenza stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2018/2001.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għal installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE, l-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-impjanti kbar tal-kombustjoni (6), filwaqt li jiġi żgurat fl-istess ħin li ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

Sabiex il-konklużjonijiet dwar il-BAT għal impjanti kbar tal-kombustjoni jkunu japplikaw għal impjanti tal-kombustjoni b’input termiku akbar minn 1 MW iżda anqas mil-limiti, l-emissjonijiet ikunu anqas mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-parti 2 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

Għal impjanti f’żoni jew f’partijiet ta’ żoni mhux konformi mal-valuri ta’ limitu għall-kwalità tal-arja stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE huma kkunsidrati r-riżultati tal-iskambju ta’ informazzjoni (7) li jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafi 9 u 10 tal-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

Għad-diġestjoni anaerobika tal-materjal organiku, fejn id-diġestat prodott jintuża bħala fertilizzant jew bħala tejjieb tal-ħamrija, b’mod dirett jew inkella wara l-kompostjar jew kwalunkwe trattament ieħor, huwa jissodisfa r-rekwiżiti għall-materjali ta’ fertilizzazzjoni stabbiliti fil-Kategoriji tal-Materjali Komponenti (CMC) 4 u 5 fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009 jew fir-regoli nazzjonali dwar il-fertilizzanti jew it-tejjieba tal-ħamrija għal użu agrikolu.

Għal impjanti tad-diġestjoni anaerobika li jittrattaw aktar minn 100 tunnellata kull jum, l-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti għat-trattament anaerobiku tal-iskart fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart (8). Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2017/1442.

(7)   

Ir-rapport finali dwar it-teknoloġija li jirriżulta mill-iskambju ta’ informazzjoni mal-Istati Membri, mal-industriji kkonċernati u mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi fih informazzjoni teknika dwar l-aqwa tekniki disponibbli użati fl-impjanti tal-kombustjoni medji sabiex jitnaqqsu l-impatti ambjentali tagħhom, u fuq il-livelli ta’ emissjonijiet li jistgħu jinkisbu bl-aqwa teknoloġiji disponibbli u emerġenti u l-ispejjeż relatati (verżjoni tal-4.6.2021: https://circabc.europa.eu/ui/group/06f33a94-9829-4eee-b187-21bb783a0fbf/library/9a99a632-9ba8-4cc0-9679-08d929afda59/details).

(8)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2018/1147.

4.25.    Il-produzzjoni ta’ tisħin/tkessiħ bl-użu tas-sħana mormija

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet li jipproduċu tisħin/tkessiħ bl-użu tas-sħana mormija.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi D35.30 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tagħmir u ta’ komponenti b’durabilità u b’riċikabilità għoljin u li huma faċli li jiġu żarmati u rikondizzjonati, u tużahom.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Pompi u t-tip ta’ tagħmir użat, li huwa kopert mit-tikkettar dwar l-Ekodisinn u l-Enerġija, jikkonformaw, fejn rilevanti, mar-rekwiżiti tal-ogħla klassi tat-tikketta tal-enerġija stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/1369, u mar-regolamenti ta’ implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE u jirrappreżentaw l-aqwa teknoloġija disponibbli.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

▼M1

4.26.    Stadji prekummerċjali ta’ teknoloġiji avvanzati għall-produzzjoni tal-enerġija minn proċessi nukleari bi skart minimu miċ-ċiklu tal-fjuwil

Deskrizzjoni tal-attività

Ir-riċerka, l-iżvilupp, id-dimostrazzjoni u l-użu ta’ faċilitajiet innovattivi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, liċenzjati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, li jipproduċu enerġija minn proċessi nukleari bi skart minimu miċ-ċiklu tal-fjuwil.

L-attività hija kklassifikata taħt il-kodiċijiet NACE M72 u M72.1 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu essenzjali għal din l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma essenzjali għall-attività ġew identifikati minn fost dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi rigoruża bil-proċeduri li ġejjin:

(a)  l-iskrinjar tal-attività sabiex jiġu identifikati liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika tul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, issir valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata r-rilevanza tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  il-valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-proġettazzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala adegwata;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu ta’ proġettazzjonijiet klimatiċi avvanzati u bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli tul firxa eżistenti ta’ xenarji (1) futuri b’mod konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ proġettazzjonijiet klimatiċi ta’ bejn 10 snin u 30 sena għall-investimenti l-kbar.

3.  Il-proġettazzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza avvanzata għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u l-metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti (2) dwar it-Tibdil fil-Klima l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti, mal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati minn pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod ħażin l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għar-riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura (4) jew jibbażaw, sa fejn ikun possibbli, fuq infrastrutturi blu jew ħodor (5)

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawn l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji ta’ skrinjar tekniku f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għal din l-attività.

5.  L-attività hija konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat Euratom u mal-leġiżlzzjoni adottata fuqu, b’mod partikolari d-Direttiva 2013/59/Euratom, id-Direttiva 2009/71/Euratom u d-Direttiva 2011/70/Euratom, kif ukoll il-liġi ambjentali applikabbli tal-Unjoni adottata skont l-Artikolu 192 TFUE, b’mod partikolari d-Direttiva 2011/92/UE u d-Direttiva 2000/60/KE;

6.  L-attività tikkonforma mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2009/71/Euratom, inkluż fir-rigward tal-evalwazzjoni, permezz ta’ testijiet tal-istress, tar-reżiljenza tal-impjanti tal-enerġija nukleari tal-Unjoni kontra perikli naturali estremi, inklużi t-terremoti. Bħala konsegwenza, l-attività sseħħ fit-territorju ta’ Stat Membru fejn l-operatur ta’ installazzjoni nukleari:

(a)  ikun ippreżenta dimostrazzjoni tas-sikurezza nukleari, li l-ambitu u l-livell ta’ dettall tagħha jkunu proporzjonali għad-daqs potenzjali u n-natura tal-periklu rilevanti għall-installazzjoni nukleari u s-sit tagħha (l-Artikolu 6, il-punt (b), tad-Direttiva 2009/71/Euratom);

(b)  ikun ħa miżuri ta’ difiża fil-fond biex jiżgura, inter alia, li l-impatt ta’ perikli esterni estremi, kemm naturali kif ukoll mhux intenzjonati ta’ oriġini umana, jiġi minimizzat (l-Artikolu 8b(1), il-punt (a) tad-Direttiva 2009/71/Euratom);

(c)  ikun wettaq valutazzjoni xierqa speċifika għas-sit u għall-installazzjoni meta l-operatur ikkonċernat japplika għal liċenzja biex jibni jew jopera impjant tal-enerġija nukleari (l-Artikolu 8c(a) tad-Direttiva 2009/71/Euratom).

L-attività tissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/71/Euratom, appoġġata mill-aħħar gwida internazzjonali permezz tal-IAEA u tal-WENRA, filwaqt li tikkontribwixxi biex tiżdied ir-reżiljenza tal-kapaċità ta’ impjanti tal-enerġija nukleari ġodda u eżistenti biex ilaħħqu ma’ perikli naturali estremi, inklużi l-għargħar u l-kundizzjonijiet estremi tat-temp.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet diretti tal-GHG tal-attività jkunu anqas minn 270 g CO2e/kWh.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

Ir-riskji ta’ degradazzjoni ambjentali relatati mal-preservazzjoni tal-kwalità tal-ilma u mal-prevenzjoni tal-istress idriku huma identifikati u indirizzati, f’konformità ma’ pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma, żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet konċernati rilevanti.

Sabiex jiġu limitati l-anomaliji termali assoċjati mar-rilaxx tas-sħana mormija, l-operaturi ta’ impjanti tal-enerġija nukleari interni li jużaw it-tkessiħ idriku b’ċirkwit miftuħ li jieħdu l-ilma minn xmara jew għadira għandhom jikkontrollaw:

(a)  it-temperatura massima tal-korp idriku riċeventi wara li jitħallat, u

(b)  id-differenza massima fit-temperatura bejn l-ilma tat-tkessiħ mormi u l-korp idriku riċeventi.

Il-kontroll tat-temperatura jiġi implimentat skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja individwali għal operazzjonijiet speċifiċi, fejn applikabbli, jew skont il-valuri ta’ limitu f’konformità mal-qafas regolatorju tal-UE.

L-attività tikkonforma mal-istandards tal-Industry Foundation Classes (IFC).

L-attivitajiet nukleari huma operati f’konformità mar-rekwiżiti dwar l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tad-Direttiva 2000/60/KE u tad-Direttiva 2013/51/Euratom li tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Pjan għall-ġestjoni tal-iskart kemm radjuattiv u kemm mhux radjuattiv huwa fis-seħħ u jiżgura l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ massimu ta’ dan l-iskart fi tmiem ħajtu f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali mas-sħab tal-ġestjoni tal-iskart, kif muri fi proġettazzjonijiet finanzjarji jew f’dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġett.

Waqt l-operat u d-dekummissjonar, l-ammont ta’ skart radjuattiv jiġi minimizzat u l-ammont ta’ materjali għar-rilaxx bla restrizzjonijiet jiġi massimizzat skont id-Direttiva 2011/70/Euratom, u f’konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni mir-radjazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2013/59/Euratom.

Hemm fis-seħħ skema ta’ finanzjament biex tiżgura finanzjament adegwat għall-attivitajiet kollha ta’ dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, f’konformità mad-Direttiva 2011/70/Euratom u r-Rakkomandazzjoni 2006/851/Euratom.

Trid titlesta valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali qabel ma jinbena impjant tal-enerġija nukleari, skont id-Direttiva 2011/92/UE. Il-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens meħtieġa jiġu implimentati.

L-elementi rilevanti f’din it-Taqsima huma koperti mir-rapporti tal-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2011/70/Euratom.

(5)  Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness. L-emissjonijiet mhux radjuattivi huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-firxiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fil-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (best available techniques, BAT) għall-impjanti kbar tal-kombustjoni. Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

Sabiex il-konklużjonijiet dwar il-BAT għal impjanti kbar tal-kombustjoni jkunu japplikaw għal impjanti tal-enerġija nukleari b’input termiku ta’ akbar minn 1 MW iżda anqas mil-limiti, l-emissjonijiet huma anqas mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-parti 2 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

L-iskariki radjuattivi fl-arja, il-korpi tal-ilma u l-art (il-ħamrija) jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-liċenzja individwali għal operazzjonijiet speċifiċi, fejn applikabbli, u/jew mal-limiti nazzjonali f’konformità mad-Direttiva 2013/51/Euratom u d-Direttiva 2013/59/Euratom.

Il-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv jiġu ġestiti b’mod sikur u responsabbli skont id-Direttiva 2011/70/Euratom u d-Direttiva 2013/59/Euratom.

Hemm disponibbli kapaċità adegwata ta’ ħżin temporanju għall-proġett, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali għar-rimi huma fis-seħħ biex jimminimizzaw it-tul ta’ żmien tal-ħżin temporanju, f’konformità mad-dispożizzjoni tad-Direttiva 2011/70/Euratom li tqis il-ħżin tal-iskart radjuattiv, inkluż il-ħżin fit-tul, bħala soluzzjoni temporanja u mhux alternattiva għar-rimi.

(6)  Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

Trid titlesta valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali qabel ma jinbena impjant tal-enerġija nukleari, skont id-Direttiva 2011/92/UE. Il-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens meħtieġa jiġu implimentati.

Għal siti/operazzjonijiet li jinsabu f’żoni sensittivi għall-bijodiversità jew qribhom li probabbilment ikollhom effett sinifikanti fuq iż-żoni sensittivi għall-bijodiversità (inkluż in-network Natura 2000 taż-żoni protetti, is-siti ta’ Wirt Dinji tal-Unesco u ż-Żoni ta’ Bijodiversità Ewlenin, kif ukoll żoni protetti oħrajn), twettqet valutazzjoni xierqa, fejn applikabbli, u fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tagħha ġew implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni meħtieġa.

Is-siti/l-operazzjonijiet ma għandhomx ikunu detrimentali għall-istatus ta’ konservazzjoni ta’ xi ħabitat jew speċi li jinsabu f’żoni protetti.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-profil rappreżentattiv tal-evoluzzjoni tal-konċentrazzjoni jiġifieri l-RCP2.6, l-RCP4.5, l-RCP6.0 u l-RCP8.5 tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima.

(2)   

Ir-Rapporti ta’ Valutazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima: l-Impatti, l-Adattament u l-Vulnerabbiltà, ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (Intergovernmental Panel on Climate Change, IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti inkarigat mill-valutazzjoni tax-xjenza relatata ma’ dak li jipproduċi t-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma definiti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, sistemiċi u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi ekosistemiċi (il-verżjoni ta’ [id-data tal-adozzjoni]: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_en/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: l-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa, COM/2013/249 final.

4.27.    Il-kostruzzjoni u t-tħaddim sikur ta’ impjanti tal-enerġija nukleari ġodda, għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u/jew tas-sħana, inkluż għall-produzzjoni tal-idroġenu, bl-użu tal-aħjar teknoloġiji disponibbli

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim sikur ta’ installazzjonijiet nukleari ġodda li għalihom l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu ħarġu l-permess tal-bini sal-2045, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, għall-produzzjoni tal-elettriku jew tas-sħana tul il-proċess, inkluż għall-finijiet tat-tisħin distrettwali jew tal-proċessi industrijali bħall-produzzjoni tal-idroġenu (installazzjonijiet nukleari ġodda), kif ukoll it-titjib tas-sikurezza tagħhom.

L-attività hija klassifikata taħt il-kodiċijiet NACE D35.11 u F42.22 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu essenzjali għal din l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma essenzjali għall-attività ġew identifikati minn fost dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi rigoruża bil-proċeduri li ġejjin:

(a)  l-iskrinjar tal-attività sabiex jiġu identifikati liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika tul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, issir valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata r-rilevanza tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  il-valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-proġettazzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala adegwata;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu ta’ proġettazzjonijiet klimatiċi avvanzati u bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli tul firxa eżistenti ta’ xenarji (1) futuri b’mod konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ proġettazzjonijiet klimatiċi ta’ bejn 10 snin u 30 sena għall-investimenti l-kbar.

3.  Il-proġettazzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza avvanzata għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u l-metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti (2) dwar it-Tibdil fil-Klima l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti, mal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati minn pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod ħażin l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għar-riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura (4) jew jibbażaw, sa fejn ikun possibbli, fuq infrastrutturi blu jew ħodor (5)

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawn l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji ta’ skrinjar tekniku f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għal din l-attività.

5.  L-attività hija konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat Euratom u mal-leġiżlzzjoni adottata fuqu, b’mod partikolari d-Direttiva 2013/59/Euratom, id-Direttiva 2009/71/Euratom u d-Direttiva 2011/70/Euratom, kif ukoll il-liġi ambjentali applikabbli tal-Unjoni adottata skont l-Artikolu 192 TFUE, b’mod partikolari d-Direttiva 2011/92/UE u d-Direttiva 2000/60/KE;

6.  L-attività tikkonforma mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2009/71/Euratom, inkluż fir-rigward tal-evalwazzjoni, permezz ta’ testijiet tal-istress, tar-reżiljenza tal-impjanti tal-enerġija nukleari tal-Unjoni kontra perikli naturali estremi, inklużi t-terremoti. Bħala konsegwenza, l-attività sseħħ fit-territorju ta’ Stat Membru fejn l-operatur ta’ installazzjoni nukleari:

(a)  ikun ippreżenta dimostrazzjoni tas-sikurezza nukleari, li l-ambitu u l-livell ta’ dettall tagħha jkunu proporzjonali għad-daqs potenzjali u n-natura tal-periklu rilevanti għall-installazzjoni nukleari u s-sit tagħha (l-Artikolu 6, il-punt (b), tad-Direttiva 2009/71/Euratom);

(b)  ikun ħa miżuri ta’ difiża fil-fond biex jiżgura, inter alia, li l-impatt ta’ perikli esterni estremi, kemm naturali kif ukoll mhux intenzjonati ta’ oriġini umana, jiġi minimizzat (l-Artikolu 8b(1), il-punt (a) tad-Direttiva 2009/71/Euratom);

(c)  ikun wettaq valutazzjoni xierqa speċifika għas-sit u għall-installazzjoni meta l-operatur ikkonċernat japplika għal liċenzja biex jibni jew jopera impjant tal-enerġija nukleari (l-Artikolu 8c(a) tad-Direttiva 2009/71/Euratom).

L-attività tissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/71/Euratom, appoġġata mill-aħħar gwida internazzjonali permezz tal-IAEA u tal-WENRA, filwaqt li tikkontribwixxi biex tiżdied ir-reżiljenza tal-kapaċità ta’ impjanti tal-enerġija nukleari ġodda u eżistenti biex ilaħħqu ma’ perikli naturali estremi, inklużi l-għargħar u l-kundizzjonijiet estremi tat-temp.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet diretti tal-GHG tal-attività jkunu anqas minn 270 g CO2e/kWh.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

Ir-riskji ta’ degradazzjoni ambjentali relatati mal-preservazzjoni tal-kwalità tal-ilma u mal-prevenzjoni tal-istress idriku huma identifikati u indirizzati, f’konformità ma’ pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma, żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet konċernati rilevanti.

Sabiex jiġu limitati l-anomaliji termali assoċjati mar-rilaxx tas-sħana mormija, l-operaturi ta’ impjanti tal-enerġija nukleari interni li jużaw it-tkessiħ idriku b’ċirkwit miftuħ li jieħdu l-ilma minn xmara jew għadira għandhom jikkontrollaw:

(a)  it-temperatura massima tal-korp idriku riċeventi wara li jitħallat, u

(b)  id-differenza massima fit-temperatura bejn l-ilma tat-tkessiħ mormi u l-korp idriku riċeventi.

Il-kontroll tat-temperatura jiġi implimentat skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja individwali għal operazzjonijiet speċifiċi, fejn applikabbli, u/jew skont il-valuri ta’ limitu f’konformità mal-qafas regolatorju tal-UE.

L-attività tikkonforma mal-istandards tal-Industry Foundation Classes (IFC).

L-attivitajiet nukleari huma operati f’konformità mar-rekwiżiti dwar l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tad-Direttiva 2000/60/KE u tad-Direttiva 2013/51/Euratom li tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Pjan għall-ġestjoni tal-iskart kemm radjuattiv u kemm mhux radjuattiv huwa fis-seħħ u jiżgura l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ massimu ta’ dan l-iskart fi tmiem ħajtu f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali mas-sħab tal-ġestjoni tal-iskart, kif muri fi proġettazzjonijiet finanzjarji jew f’dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġett.

Waqt l-operat u d-dekummissjonar, l-ammont ta’ skart radjuattiv jiġi minimizzat u l-ammont ta’ materjali għar-rilaxx bla restrizzjonijiet jiġi massimizzat skont id-Direttiva 2011/70/Euratom, u f’konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni mir-radjazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2013/59/Euratom.

Hemm fis-seħħ skema ta’ finanzjament biex tiżgura finanzjament adegwat għall-attivitajiet kollha ta’ dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, f’konformità mad-Direttiva 2011/70/Euratom u r-Rakkomandazzjoni 2006/851/Euratom.

Trid titlesta valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali qabel ma jinbena impjant tal-enerġija nukleari, skont id-Direttiva 2011/92/UE. Il-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens meħtieġa jiġu implimentati.

L-elementi rilevanti f’din it-Taqsima huma koperti mir-rapporti tal-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2011/70/Euratom.

(5)  Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness. L-emissjonijiet mhux radjuattivi huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-firxiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fil-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (best available techniques, BAT) għall-impjanti kbar tal-kombustjoni. Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

Sabiex il-konklużjonijiet dwar il-BAT għal impjanti kbar tal-kombustjoni jkunu japplikaw għal impjanti tal-enerġija nukleari b’input termiku ta’ akbar minn 1 MW iżda anqas mil-limiti, l-emissjonijiet huma anqas mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-parti 2 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

L-iskariki radjuattivi fl-arja, il-korpi tal-ilma u l-art (il-ħamrija) jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-liċenzja individwali għal operazzjonijiet speċifiċi, fejn applikabbli, u/jew mal-limiti nazzjonali f’konformità mad-Direttiva 2013/51/Euratom u d-Direttiva 2013/59/Euratom.

Il-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv jiġu ġestiti b’mod sikur u responsabbli skont id-Direttiva 2011/70/Euratom u d-Direttiva 2013/59/Euratom.

Hemm disponibbli kapaċità adegwata ta’ ħżin temporanju għall-proġett, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali għar-rimi huma fis-seħħ biex jimminimizzaw it-tul ta’ żmien tal-ħżin temporanju, f’konformità mad-dispożizzjoni tad-Direttiva 2011/70/Euratom li tqis il-ħżin tal-iskart radjuattiv, inkluż il-ħżin fit-tul, bħala soluzzjoni temporanja u mhux alternattiva għar-rimi.

(6)  Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

Trid titlesta valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali qabel ma jinbena impjant tal-enerġija nukleari, skont id-Direttiva 2011/92/UE. Il-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens meħtieġa jiġu implimentati.

Għal siti/operazzjonijiet li jinsabu f’żoni sensittivi għall-bijodiversità jew qribhom li probabbilment ikollhom effett sinifikanti fuq iż-żoni sensittivi għall-bijodiversità (inkluż in-network Natura 2000 taż-żoni protetti, is-siti ta’ Wirt Dinji tal-Unesco u ż-Żoni ta’ Bijodiversità Ewlenin, kif ukoll żoni protetti oħrajn), twettqet valutazzjoni xierqa, fejn applikabbli, u fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tagħha ġew implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni meħtieġa.

Is-siti/l-operazzjonijiet ma għandhomx ikunu detrimentali għall-istatus ta’ konservazzjoni ta’ xi ħabitat jew speċi li jinsabu f’żoni protetti.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-profil rappreżentattiv tal-evoluzzjoni tal-konċentrazzjoni jiġifieri l-RCP2.6, l-RCP4.5, l-RCP6.0 u l-RCP8.5 tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima.

(2)   

Ir-Rapporti ta’ Valutazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima: l-Impatti, l-Adattament u l-Vulnerabbiltà, ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (Intergovernmental Panel on Climate Change, IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti inkarigat mill-valutazzjoni tax-xjenza relatata ma’ dak li jipproduċi t-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma definiti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, sistemiċi u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi ekosistemiċi (il-verżjoni ta’ [id-data tal-adozzjoni]: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_en/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: l-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa, COM/2013/249 final.

4.28.    Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-enerġija nukleari f’installazzjonijiet eżistenti

Deskrizzjoni tal-attività

Il-modifika ta’ installazzjonijiet nukleari eżistenti bil-għan li jiġi estiż il-perjodu ta’ tħaddim sikur tal-installazzjonijiet nukleari li jipproduċu l-elettriku jew is-sħana mill-enerġija nukleari (“impjanti tal-enerġija nukleari”), awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sal-2040, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli.

L-attività hija klassifikata taħt il-kodiċijiet NACE D35.11 u F42.2 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu essenzjali għal din l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma essenzjali għall-attività ġew identifikati minn fost dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi rigoruża bil-proċeduri li ġejjin:

(a)  l-iskrinjar tal-attività sabiex jiġu identifikati liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika tul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, issir valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata r-rilevanza tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  il-valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-proġettazzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala adegwata;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu ta’ proġettazzjonijiet klimatiċi avvanzati u bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli tul firxa eżistenti ta’ xenarji (1) futuri b’mod konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ proġettazzjonijiet klimatiċi ta’ bejn 10 snin u 30 sena għall-investimenti l-kbar.

3.  Il-proġettazzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza avvanzata għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u l-metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti (2) dwar it-Tibdil fil-Klima l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti, mal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati minn pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod ħażin l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għar-riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura (4) jew jibbażaw, sa fejn ikun possibbli, fuq infrastrutturi blu jew ħodor (5)

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawn l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji ta’ skrinjar tekniku f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għal din l-attività.

5.  L-attività hija konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat Euratom u mal-leġiżlzzjoni adottata fuqu, b’mod partikolari d-Direttiva 2013/59/Euratom, id-Direttiva 2009/71/Euratom u d-Direttiva 2011/70/Euratom, kif ukoll il-liġi ambjentali applikabbli tal-Unjoni adottata skont l-Artikolu 192 TFUE, b’mod partikolari d-Direttiva 2011/92/UE u d-Direttiva 2000/60/KE.

6.  L-attività tikkonforma mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2009/71/Euratom, inkluż fir-rigward tal-evalwazzjoni, permezz ta’ testijiet tal-istress, tar-reżiljenza tal-impjanti tal-enerġija nukleari tal-Unjoni kontra perikli naturali estremi, inklużi t-terremoti. Bħala konsegwenza, l-attività sseħħ fit-territorju ta’ Stat Membru fejn l-operatur ta’ installazzjoni nukleari:

(a)  ikun ippreżenta dimostrazzjoni tas-sikurezza nukleari, li l-ambitu u l-livell ta’ dettall tagħha jkunu proporzjonali għad-daqs potenzjali u n-natura tal-periklu rilevanti għall-installazzjoni nukleari u s-sit tagħha (l-Artikolu 6, il-punt (b), tad-Direttiva 2009/71/Euratom);

(b)  ikun ħa miżuri ta’ difiża fil-fond biex jiżgura, inter alia, li l-impatt ta’ perikli esterni estremi, kemm naturali kif ukoll mhux intenzjonati ta’ oriġini umana, jiġi minimizzat (l-Artikolu 8b(1), il-punt (a) tad-Direttiva 2009/71/Euratom);

(c)  ikun wettaq valutazzjoni xierqa speċifika għas-sit u għall-installazzjoni meta l-operatur ikkonċernat japplika għal liċenzja biex jibni jew jopera impjant tal-enerġija nukleari (l-Artikolu 8c(a) tad-Direttiva 2009/71/Euratom).

L-attività tissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/71/Euratom, appoġġata mill-aħħar gwida internazzjonali permezz tal-IAEA u tal-WENRA, filwaqt li tikkontribwixxi biex tiżdied ir-reżiljenza tal-kapaċità ta’ impjanti tal-enerġija nukleari ġodda u eżistenti biex ilaħħqu ma’ perikli naturali estremi, inklużi l-għargħar u l-kundizzjonijiet estremi tat-temp.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet diretti tal-GHG tal-attività jkunu anqas minn 270 g CO2e/kWh.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

Ir-riskji ta’ degradazzjoni ambjentali relatati mal-preservazzjoni tal-kwalità tal-ilma u mal-prevenzjoni tal-istress idriku huma identifikati u indirizzati, f’konformità ma’ pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma, żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet konċernati rilevanti.

Sabiex jiġu limitati l-anomaliji termali assoċjati mar-rilaxx tas-sħana mormija, l-operaturi ta’ impjanti tal-enerġija nukleari interni li jużaw it-tkessiħ idriku b’ċirkwit miftuħ li jieħdu l-ilma minn xmara jew għadira għandhom jikkontrollaw:

(a)  it-temperatura massima tal-korp idriku riċeventi wara li jitħallat, u

(b)  id-differenza massima fit-temperatura bejn l-ilma tat-tkessiħ mormi u l-korp idriku riċeventi.

Il-kontroll tat-temperatura jiġi implimentat skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja individwali għal operazzjonijiet speċifiċi, fejn applikabbli, jew skont il-valuri ta’ limitu f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

L-attività tikkonforma mal-istandards tal-Industry Foundation Classes (IFC).

L-attivitajiet nukleari huma operati f’konformità mar-rekwiżiti dwar l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tad-Direttiva 2000/60/KE u tad-Direttiva 2013/51/Euratom li tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Pjan għall-ġestjoni tal-iskart kemm radjuattiv u kemm mhux radjuattiv huwa fis-seħħ u jiżgura l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ massimu ta’ dan l-iskart fi tmiem ħajtu f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali mas-sħab tal-ġestjoni tal-iskart, kif muri fi proġettazzjonijiet finanzjarji jew f’dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġett.

Waqt l-operat u d-dekummissjonar, l-ammont ta’ skart radjuattiv jiġi minimizzat u l-ammont ta’ materjali għar-rilaxx bla restrizzjonijiet jiġi massimizzat skont id-Direttiva 2011/70/Euratom, u f’konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni mir-radjazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2013/59/Euratom.

Hemm fis-seħħ skema ta’ finanzjament biex tiżgura finanzjament adegwat għall-attivitajiet kollha ta’ dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, f’konformità mad-Direttiva 2011/70/Euratom u r-Rakkomandazzjoni 2006/851/Euratom.

Trid titlesta valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali qabel ma jinbena impjant tal-enerġija nukleari, skont id-Direttiva 2011/92/UE. Il-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens meħtieġa jiġu implimentati.

L-elementi rilevanti f’din it-Taqsima huma koperti mir-rapporti tal-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2011/70/Euratom.

(5)  Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness. L-emissjonijiet mhux radjuattivi huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-firxiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fil-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (best available techniques, BAT) għall-impjanti kbar tal-kombustjoni. Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

Sabiex il-konklużjonijiet dwar il-BAT għal impjanti kbar tal-kombustjoni jkunu japplikaw għal impjanti tal-enerġija nukleari b’input termiku ta’ akbar minn 1 MW iżda anqas mil-limiti, l-emissjonijiet ikunu anqas mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-parti 2 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

L-iskariki radjuattivi fl-arja, il-korpi tal-ilma u l-art (il-ħamrija) jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-liċenzja individwali għal operazzjonijiet speċifiċi, fejn applikabbli, u/jew mal-limiti nazzjonali f’konformità mad-Direttiva 2013/51/Euratom u d-Direttiva 2013/59/Euratom.

Il-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv jiġu ġestiti b’mod sikur u responsabbli skont id-Direttiva 2011/70/Euratom u d-Direttiva 2013/59/Euratom.

Hemm disponibbli kapaċità adegwata ta’ ħżin temporanju għall-proġett, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali għar-rimi huma fis-seħħ biex jimminimizzaw it-tul ta’ żmien tal-ħżin temporanju, f’konformità mad-dispożizzjoni tad-Direttiva 2011/70/Euratom li tqis il-ħżin tal-iskart radjuattiv, inkluż il-ħżin fit-tul, bħala soluzzjoni temporanja u mhux alternattiva għar-rimi.

(6)  Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

Trid titlesta valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali qabel ma jinbena impjant tal-enerġija nukleari, skont id-Direttiva 2011/92/UE. Il-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens meħtieġa jiġu implimentati.

Għal siti/operazzjonijiet li jinsabu f’żoni sensittivi għall-bijodiversità jew qribhom li probabbilment ikollhom effett sinifikanti fuq iż-żoni sensittivi għall-bijodiversità (inkluż in-network Natura 2000 taż-żoni protetti, is-siti ta’ Wirt Dinji tal-Unesco u ż-Żoni ta’ Bijodiversità Ewlenin, kif ukoll żoni protetti oħrajn), twettqet valutazzjoni xierqa, fejn applikabbli, u fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tagħha ġew implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni meħtieġa.

Is-siti/l-operazzjonijiet ma għandhomx ikunu detrimentali għall-istatus ta’ konservazzjoni ta’ xi ħabitat jew speċi li jinsabu f’żoni protetti.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-profil rappreżentattiv tal-evoluzzjoni tal-konċentrazzjoni jiġifieri l-RCP2.6, l-RCP4.5, l-RCP6.0 u l-RCP8.5 tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima.

(2)   

Ir-Rapporti ta’ Valutazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima: l-Impatti, l-Adattament u l-Vulnerabbiltà, ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (Intergovernmental Panel on Climate Change, IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti inkarigat mill-valutazzjoni tax-xjenza relatata ma’ dak li jipproduċi t-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma definiti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, sistemiċi u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi ekosistemiċi (il-verżjoni ta’ [id-data tal-adozzjoni]: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_en/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: l-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa, COM/2013/249 final.

4.29.    Ġenerazzjoni tal-elettriku minn fjuwils gassużi fossili

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni jew l-operat ta’ faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku bl-użu ta’ fjuwils gassużi fossili li jissodisfaw il-kriterji fil-punt 1(a) tat-Taqsima 4.29 tal-Anness I. Din l-attività ma tinkludix il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-użu esklużiv ta’ fjuwils gassużi u likwidi rinnovabbli mhux fossili msemmijin fit-Taqsima 4.7 tal-Anness I u l-bijogass u l-fjuwils bijolikwidi msemmijin fit-Taqsima 4.8 tal-Anness I.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari d-D35.11 u l-F42.22 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu essenzjali għal din l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma essenzjali għall-attività ġew identifikati minn fost dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi rigoruża bil-proċeduri li ġejjin:

(a)  l-iskrinjar tal-attività sabiex jiġu identifikati liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika tul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, issir valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata r-rilevanza tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  il-valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-proġettazzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala adegwata;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu ta’ proġettazzjonijiet klimatiċi avvanzati u bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli tul firxa eżistenti ta’ xenarji (1) futuri b’mod konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ proġettazzjonijiet klimatiċi ta’ bejn 10 snin u 30 sena għall-investimenti l-kbar.

3.  Il-proġettazzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza avvanzata għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u l-metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti (2) dwar it-Tibdil fil-Klima l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti, mal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati minn pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod ħażin l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għar-riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura (4) jew jibbażaw, sa fejn ikun possibbli, fuq infrastrutturi blu jew ħodor (5)

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawn l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji ta’ skrinjar tekniku f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għal din l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet diretti tal-GHG tal-attività jkunu anqas minn 270 g CO2e/kWh.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux Applikabbli

(5)  Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-firxiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-impjanti l-kbar tal-kombustjoni.

Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

Sabiex il-konklużjonijiet dwar il-BAT għall-impjanti l-kbar tal-kombustjoni jkunu japplikaw għal impjanti tal-kombustjoni b’input termiku akbar minn 1 MW iżda anqas mil-livelli limitu, l-emissjonijiet huma anqas mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-parti 2 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

(6)  Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-profil rappreżentattiv tal-evoluzzjoni tal-konċentrazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

Ir-Rapporti ta’ Valutazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima: l-Impatti, l-Adattament u l-Vulnerabbiltà, ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (Intergovernmental Panel on Climate Change, IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti inkarigat mill-valutazzjoni tax-xjenza relatata ma’ dak li jipproduċi t-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma definiti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, sistemiċi u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi ekosistemiċi (il-verżjoni ta’ [id-data tal-adozzjoni]: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_en/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: l-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa, COM/2013/249 final.

4.30.    Il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja ta’ sħana/kesħa u l-enerġija minn fjuwils gassużi fossili

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, ir-rinnovazzjoni u l-operat ta’ faċilitajiet tal-ġenerazzjoni kkombinata tas-sħana/tal-kesħa u tal-enerġija bl-użu ta’ fjuwils gassużi fossili li jissodisfaw il-kriterji fil-punt 1(a) tat-Taqsima 4.30 tal-Anness I. Din l-attività ma tinkludix il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja tas-sħana/tal-kesħa u l-enerġija mill-użu esklużiv ta’ fjuwils gassużi u likwidi rinnovabbli mhux fossili msemmijin fit-Taqsima 4.19 tal-Anness I u l-bijogass u l-fjuwils bijolikwidi msemmijin fit-Taqsima 4.20 tal-Anness I.

Il-kostruzzjoni, ir-rinovazzjoni u l-operat tal-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tas-sħana li jipproduċu s-sħana/l-kesħa bl-użu ta’ fjuwils gassużi fossili konessi ma’ sistema effiċjenti ta’ tisħin u ta’ tkessiħ distrettwali skont l-Artikolu 2(41) tad-Direttiva 2012/27/UE li tissodisfa l-kriterji fil-punt 1(a) tat-Taqsima 4.31 tal-Anness I. Din l-attività ma tinkludix il-produzzjoni tas-sħana/tal-kesħa minn sistema effiċjenti ta’ tisħin distrettwali bl-użu esklużiv ta’ fjuwils gassużi u likwidi rinnovabbli mhux fossili msemmijin fit-Taqsima 4.23 tal-Anness I u l-bijogass u l-fjuwils bijolikwidi msemmijin fit-Taqsima 4.24 tal-Anness I.

L-attività hija klassifikata taħt il-kodiċi NACE D35.30 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu essenzjali għal din l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma essenzjali għall-attività ġew identifikati minn fost dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi rigoruża bil-proċeduri li ġejjin:

(a)  l-iskrinjar tal-attività sabiex jiġu identifikati liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika tul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, issir valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata r-rilevanza tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  il-valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-proġettazzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala adegwata;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu ta’ proġettazzjonijiet klimatiċi avvanzati u bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli tul firxa eżistenti ta’ xenarji (1) futuri b’mod konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ proġettazzjonijiet klimatiċi ta’ bejn 10 snin u 30 sena għall-investimenti l-kbar.

3.  Il-proġettazzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza avvanzata għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u l-metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti (2) dwar it-Tibdil fil-Klima l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti, mal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati minn pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod ħażin l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għar-riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura (4) jew jibbażaw, sa fejn ikun possibbli, fuq infrastrutturi blu jew ħodor (5)

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawn l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji ta’ skrinjar tekniku f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għal din l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet diretti tal-GHG tal-attività jkunu anqas minn 270 g CO2e/kWh.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux Applikabbli

(5)  Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-firxiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-impjanti l-kbar tal-kombustjoni.

Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

Sabiex il-konklużjonijiet dwar il-BAT għall-impjanti l-kbar tal-kombustjoni jkunu japplikaw għal impjanti tal-kombustjoni b’input termiku akbar minn 1 MW iżda anqas mil-livelli limitu, l-emissjonijiet huma anqas mill-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-parti 2 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2015/2193.

(6)  Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-profil rappreżentattiv tal-evoluzzjoni tal-konċentrazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

Ir-Rapporti ta’ Valutazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima: l-Impatti, l-Adattament u l-Vulnerabbiltà, ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (Intergovernmental Panel on Climate Change, IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti inkarigat mill-valutazzjoni tax-xjenza relatata ma’ dak li jipproduċi t-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma definiti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, sistemiċi u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi ekosistemiċi (il-verżjoni ta’ [id-data tal-adozzjoni]: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_en/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: l-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa, COM/2013/249 final.

▼B

5.   L-ATTIVITAJIET TAL-PROVVISTA TAL-ILMA, TAS-SISTEMA TA’ DRENAĠĠI, TA’ MMANIĠĠJAR TAL-ISKART U TA’ RIMEDJU

5.1.    Il-kostruzzjoni, l-estensjoni u t-tħaddim tas-sistemi ta’ ġbir, ta’ trattament u ta’ provvista tal-ilma

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, l-estensjoni u t-tħaddim tas-sistemi ta’ ġbir, ta’ trattament u ta’ provvista tal-ilma.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari E36.00 u F42.99 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

5.2.    It-tiġdid tas-sistemi ta’ ġbir, ta’ trattament u ta’ provvista tal-ilma

Deskrizzjoni tal-attività

It-tiġdid tas-sistemi ta’ ġbir, ta’ trattament u ta’ provvista tal-ilma li jinkludi t-tiġdid fl-infrastrutturi ta’ ġbir, ta’ trattament u ta’ distribuzzjoni tal-ilma għal ħtiġijiet domestiċi u industrijali. Dan ma jimplika l-ebda tibdil materjali fil-volum tal-fluss miġbur, ittrattat jew fornit.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari E36.00 u F42.99 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

5.3.    Il-kostruzzjoni, l-estensjoni u t-tħaddim tal-ġbir u tat-trattament tal-ilma mormi

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, l-estensjoni u t-tħaddim ta’ sistemi ċentralizzati tal-ilma mormi li jinkludu (network tad-drenaġġ għal) l-ġbir u t-trattament.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari E37.00 u F42.99 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Saret valutazzjoni tal-emissjonijiet diretti ta’ GHG mis-sistema ċentralizzata tal-ilma mormi li tinkludi (network tad-drenaġġ għal) l-ġbir u t-trattament (6). Ir-riżultati huma żvelati lill-investituri u lill-klijenti meta jitolbuhom.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

Meta l-ilma mormi jiġi ttrattat f’livell xieraq għall-użu mill-ġdid fit-tisqija fl-agrikoltura, ġew iddefiniti u implimentati l-azzjonijiet meħtieġa ta’ ġestjoni tar-riskju sabiex jiġu evitati impatti ambjentali avversi (7).

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-iskariki fl-ilmijiet riċeventi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 91/271/KEE jew kif meħtieġ mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jiddikjaraw il-livelli massimi permissibbli ta’ sustanzi niġġiesa mill-iskariki sal-ilmijiet riċeventi.

Ġew implimentati miżuri xierqa sabiex jiġu evitati u mmitigati flussi eċċessi tal-ilma mill-maltempati mis-sistema ta’ ġbir tal-ilma mormi, li jistgħu jinkludu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura, sistemi separati għall-ġbir tal-ilma mill-maltempati, vaski ta’ ritenzjoni u t-trattament tal-ewwel flaxxjatura.

Il-ħama tad-dranaġġ tintuża f’konformità mad-Direttiva 86/278/KEE jew kif meħtieġ mil-liġi nazzjonali relatata mat-tifrix tal-ħama fuq il-ħamrija jew ma’ kwalunkwe applikazzjoni oħra tal-ħama fuq u fil-ħamrija.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Pereżempju, billi jiġu segwiti l-linji gwida tal-IPCC għall-inventarji nazzjonali ta’ GHG għat-trattament tal-ilma mormi (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.ipcc-nggip.iges.or.jp/public/2019rf/pdf/5_Volume5/19R_V5_6_Ch06_Wastewater.pdf).

(7)   

Kif speċifikat fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (ĠU L 177, 5.6.2020, p. 32).

Il-ġbir u t-trasport separati ta’ skart mhux perikoluż fi frazzjonijiet uniċi jew imħallta ( 95 ) għandhom l-għan li jħejju għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ.

Hemm pjan ta’ monitoraġġ fis-seħħ għat-tnixxija tal-metan fil-faċilità.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-emissjonijiet huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti għat-trattament anaerobiku tal-iskart fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart (6). Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

Meta d-diġestat li jirriżulta jkun maħsub għall-użu bħala fertilizzant jew tejjieb tal-ħamrija, il-kontenut ta’ nitroġenu tiegħu (b’livell ta’ tolleranza ta’ ±25 %) jiġi kkomunikat lix-xerrej jew lill-entità inkarigata mit-tneħħija tad-diġestat.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2018/1147.

5.7.    Id-diġestjoni anaerobika tal-bijoskart

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ faċilitajiet dedikati għat-trattament tal-bijoskart miġbur b’mod separat ( 96 ) permezz tad-diġestjoni anaerobika bil-produzzjoni u bl-użu li jirriżultaw tal-bijogass u tad-diġestat jew tas-sustanzi kimiċi.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari E38.21 u F42.99 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Hemm pjan ta’ monitoraġġ u ta’ kontinġenza fis-seħħ għall-minimizzazzjoni tat-tnixxija tal-metan fil-faċilità.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għal impjanti tad-diġestjoni anaerobika li jittrattaw aktar minn 100 tunnellata kull jum, l-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti għat-trattament anaerobiku tal-iskart fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart (6). Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

Id-diġestat prodott jissodisfa r-rekwiżiti għall-materjali fertilizzanti stabbiliti fil-Kategoriji tal-Materjal Komponent (CMC) 4 u 5 għad-diġestat jew fis-CMC 3 għall-kompost, skont kif ikun applikabbli, fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009, jew fir-regoli nazzjonali dwar il-fertilizzanti jew it-tejjieba tal-ħamrija għall-użu agrikolu.

Il-kontenut ta’ nitroġenu (b’livell ta’ tolleranza ta’ ±25 %) tad-diġestat użat bħala fertilizzant jew tejjieb tal-ħamrija huwa kkomunikat lix-xerrej jew lill-entità inkarigata mit-tneħħija tad-diġestat.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2018/1147.

5.8.    Il-kompostjar tal-bijoskart

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ faċilitajiet dedikati għat-trattament tal-bijoskart miġbur b’mod separat permezz tal-kompostjar (diġestjoni anaerobika) bil-produzzjoni u bl-użu li jirriżultaw tal-kompost ( 97 ).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari E38.21 u F42.99 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għal impjanti tal-kompostjar li jittrattaw aktar minn 75 tunnellata kull jum, l-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma huma fil-livelli jew inqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti għat-trattament anaerobiku tal-iskart fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) li jinkludu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart (6). Ma jħallu l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

Is-sit għandu sistema fis-seħħ li tipprevjeni milli l-lissija tilħaq l-ilma ta’ taħt l-art.

Il-kompost prodott jissodisfa r-rekwiżiti għall-materjali fertilizzanti stabbiliti fil-Kategorija tal-Materjal Komponent 3 fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009 jew fir-regoli nazzjonali dwar il-fertilizzanti jew it-tejjieba tal-ħamrija għall-użu agrikolu.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2018/1147.

5.9.    L-irkupru tal-materjal mill-iskart mhux perikoluż

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet għall-għażla u għall-proċessar ta’ flussi ta’ skart mhux perikoluż miġbur b’mod separat f’materja prima sekondarja li jinvolvu riproċessar mekkaniku, ħlief għal finijiet ta’ mili tal-vojt.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari E38.32 u F42.99 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

5.10.    Il-qbid u l-użu tal-gass tal-landfills

Deskrizzjoni tal-attività

L-installazzjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura għall-qbid u għall-użu tal-gass tal-landfills ( 98 ) f’landfills magħluqa jew f’ċelloli tal-landfills b’mod permanenti li jużaw faċilitajiet tekniċi dedikati ġodda jew supplimentari u tagħmir installat matul jew wara l-għeluq tal-landfills jew taċ-ċelloli tal-landfills.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi E38.21 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Hemm pjan ta’ monitoraġġ fis-seħħ għat-tnixxija tal-metan fil-faċilità.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-għeluq permanenti u r-rimedju kif ukoll il-postrattament tal-landfills l-antiki, fejn tkun installata s-sistema ta’ qbid tal-gass tal-landfills, jitwettqu f’konformità mar-regoli li ġejjin:

(a)  ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 1999/31/KE;

(b)  il-proċeduri ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ stipulati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

5.11.    It-trasport ta’ CO2

Deskrizzjoni tal-attività

It-trasport ta’ CO2 bil-modalitajiet kollha, il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ pipelines tas-CO2 u l-modifika retroattiva tan-networks tal-gass fejn l-iskop ewlieni jkun l-integrazzjoni tas-CO2 maqbud u fejn:

(a) 

is-CO2 trasportat mill-installazzjoni fejn jinqabad lejn il-punt ta’ injezzjoni ma jwassalx għal tnixxijiet ta’ CO2 ogħla minn 0,5 % mill-massa tas-CO2 trasportat;

(b) 

is-CO2 jitwassal f’sit ta’ ħżin permanenti ta’ CO2 li jissodisfa l-kriterji għall-ħżin ġeoloġiku taħt l-art ta’ CO2 stabbiliti fit-taqsima 5.12 ta’ dan l-Anness; jew f’modalitajiet oħra tat-trasport, li jwasslu għal sit permanenti ta’ ħżin ta’ CO2 li jissodisfa dawk il-kriterji;

(c) 

huma applikati sistemi xierqa ta’ detezzjoni tat-tnixxijiet u hemm pjan ta’ monitoraġġ fis-seħħ, bir-rapport ivverifikat minn parti terza indipendenti;

(d) 

l-attività tista’ tinkludi l-installazzjoni ta’ assi li jżidu l-flessibbiltà u jtejbu l-ġestjoni ta’ network eżistenti.

L-attività tista’ tiġi assoċjata ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F42.21 u H49.50 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Hemm pjan ta’ monitoraġġ fis-seħħ għat-tnixxijiet ta’ CO2.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

5.12.    Il-ħżin ġeoloġiku permanenti taħt l-art ta’ CO2

Deskrizzjoni tal-attività

Il-ħżin permanenti ta’ CO2 maqbud f’formazzjonijiet ġeoloġiċi xierqa taħt l-art.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi E39.00 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Hemm pjan ta’ monitoraġġ fis-seħħ għat-tnixxijiet ta’ CO2.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mad-Direttiva 2009/31/KE.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

▼M2

5.13.    Desalinizzazzjoni

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, l-operat, l-aġġornament, l-estensjoni u t-tiġdid ta’ impjanti ta’ desalinizzazzjoni għall-produzzjoni tal-ilma li għandu jitqassam fis-sistemi tal-provvista tal-ilma tax-xorb.

L-attività ekonomika tinkludi l-astrazzjoni ta’ ilma baħar jew salmastru, il-pretrattament (bħat-trattament iddisinjat biex jitneħħew il-kontaminanti, il-formazzjoni tal-ġebla jew il-kontaminazzjoni tal-membrana), it-trattament (bħall-ożmożi inversa bl-użu tat-teknoloġija tal-membrana), il-posttrattament (id-diżinfezzjoni u l-kundizzjonament) u l-ħżin tal-ilma pproċessat. L-attività ekonomika tinkludi wkoll ir-rimi tas-salmura (ilma rrifjutat) li jsir permezz ta’ pajpijiet tal-baħar fond jew ħruġ li jipprovdu dilwizzjoni, jew permezz ta’ tekniki oħra ta’ rimi tas-salmura għal impjanti li jinsabu f’siti aktar interni (bħad-desalinizzazzjoni tal-ilma salmastru).

L-attività ekonomika tista’ tiġi applikata għal ilmijiet b’livelli varji ta’ salinità, sakemm dawk l-ilmijiet ma jikkwalifikawx bħala ilma ħelu, kif definit fl-Anness II tad-Direttiva 2000/60/KE.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari E36.00 u F42.9, f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija tikkonforma mal-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punt 5, l-attività tkun attività ta’ faċilitazzjoni kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu essenzjali għal din l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  l-iskrinjar tal-attività sabiex jiġu identifikati liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika tul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, issir valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata r-rilevanza tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà tal-klima hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala adegwata;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu ta’ projezzjonijiet klimatiċi tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli tul firxa eżistenti ta’ xenarji futuri (1) b’mod konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi ta’ bejn 10 snin u 30 sena għall-investimenti l-kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u l-metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar reċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), mal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod ħażin l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għar-riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-patrimonju kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura (4) jew jibbażaw, sa fejn ikun possibbli, fuq infrastruttura blu jew ħodra (5);

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawn l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji ta’ skrinjar tekniku f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għal dik l-attività.

5.  Sabiex attività titqies bħala attività li tiffaċilita kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, l-operatur ekonomiku juri, permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji klimatiċi attwali u futuri, inkluża l-inċertezza u fuq il-bażi ta’ data robusta, li l-attività tipprovdi teknoloġija, prodott, servizz, informazzjoni, jew prattika, jew tippromwovi l-użi tagħhom b’wieħed mill-objettivi primarji li ġejjin:

(a)  iż-żieda fil-livell ta’ reżiljenza għar-riskji klimatiċi fiżiċi ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-patrimonju kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn;

(b)  il-kontribut għall-isforzi ta’ adattament ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-patrimonju kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-impjant tad-desalinizzazzjoni ma jaqbżux l-1 080 gCO2e/m3 ta’ ilma ħelu prodott (inklużi t-trattamenti, l-ippumpjar u r-rimi tas-salmura u l-użu tal-enerġija relatat).

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Ir-riskji ta’ degradazzjoni ambjentali relatati mal-preservazzjoni tal-kwalità tal-ilma u mal-prevenzjoni tal-istress fuq l-ilma huma identifikati u indirizzati bl-għan li jinkiseb status tajjeb tal-ilma u potenzjal ekoloġiku tajjeb kif definiti fil-punti (22) u (23) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2020/852, f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE (6) u pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma, żviluppat skont dan għall-korp jew għall-korpi tal-ilma potenzjalment affettwati, f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

Il-proġett ġie awtorizzat mill-awtorità kompetenti, fil-qafas tal-ġestjoni integrata tal-ilma, filwaqt li bħala prijorità tqiesu l-għażliet vijabbli l-oħra kollha tal-provvista tal-ilma, il-ġestjoni tad-domanda għall-ilma u l-miżuri ta’ effiċjenza, f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet tal-ġestjoni tal-ilma.

Titwettaq Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali jew skrinjar f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, u tinkludi valutazzjoni tal-impatt fuq l-ilma ħelu u l-ilmijiet tal-baħar f’konformità mad-Direttivi 2000/60/KE u 2008/56/KE.

L-attività ma xxekkilx il-kisba ta’ status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar jew ma tiddeterjorax l-ilmijiet tal-baħar li diġà jinsabu fi status ambjentali tajjeb kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2020/852 u f’konformità mad-Direttiva 2008/56/KE, li teħtieġ b’mod partikolari li jittieħdu l-miżuri xierqa biex jiġu pprevenuti jew immitigati l-impatti fir-rigward tad-deskritturi stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, filwaqt li titqies id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 fir-rigward tal-kriterji u l-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dawk id-deskritturi.

L-attività tikkonforma mad-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

Sabiex jiġu llimitati l-anomaliji termali assoċjati mar-rilaxx tas-sħana mormija, l-operatur tal-impjanti ta’ desalinizzazzjoni jikkontrolla:

(a)  it-temperatura massima tal-korp tal-ilma baħar riċevitur wara t-taħlit;

(b)  id-differenza massima fit-temperatura bejn is-salmura skarikata u l-korp ta’ baħar riċeventi.

Il-kontroll tat-temperatura jiġi implimentat f’konformità mal-valuri ta’ limitu stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni u fid-dritt nazzjonali.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Ir-rimi tas-salmura huwa bbażat fuq studju tal-impatt ambjentali li jinkludi valutazzjoni speċifika għas-sit tal-impatti fir-rigward tar-rimi tas-salmura fil-baħar filwaqt li jitqiesu l-elementi li ġejjin:

(a)  deskrizzjoni u fehim tal-kundizzjonijiet lokali tal-linja bażi, bħall-kwalità tal-ilma baħar, it-topografija, il-karatteristiċi idrodinamiċi, u l-ekosistemi tal-baħar abbażi ta’ kejl u stħarriġ fuq il-post;

(b)  analiżi tal-impatti tar-rilaxx tas-salmura, ibbażata fuq l-immudellar tad-dispersjoni tar-rilaxx tas-salmura u l-ittestjar tat-tossiċità fil-laboratorju, immirati biex jiddefinixxu kundizzjonijiet ta’ rilaxx sikuri filwaqt li jqisu l-konċentrazzjoni tal-melħ, l-alkalinità totali, it-temperatura u l-metalli tossiċi.

Il-livell ta’ dettall meħtieġ fil-valutazzjoni huwa xieraq għad-daqs, għall-proċess u għar-rati ta’ rkupru tal-impjant ta’ desalinizzazzjoni, kif ukoll għall-post fejn jinsab.

L-istudju dwar l-impatt ambjentali juri li l-impatt tar-rilaxx tas-salmura ma jiddeterjorax l-integrità tal-ekosistema.

Abbażi tal-istudju dwar l-impatt ambjentali, l-attività tadotta kriterji sikuri dwar ir-rilaxx tas-salmura, inklużi objettivi minimi ta’ dilwizzjoni tas-salmura speċifiċi għas-sit, abbażi ta’ karatterizzazzjoni xierqa tal-kundizzjonijiet tal-ilma, tal-ekosistemi, tal-ispeċijiet u tal-ħabitats lokali, sabiex jittaffew l-effetti negattivi possibbli tar-rimi tas-salmura.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Tlestiet Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) jew skrinjar (8) f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti tal-VIA (9). Fejn twettqet VIA, jiġu implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni, ta’ restawr jew ta’ kumpens meħtieġa għall-ħarsien tal-ambjent.

L-attività ma għandhiex effetti sinifikanti fuq iż-żoni protetti (siti ta’ Patrimonju Dinji tal-Unesco, Żoni Ewlenin tal-Bijodiversità, kif ukoll żoni protetti oħra għajr is-siti Natura 2000), u fuq speċijiet protetti abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt tagħha li tqis l-aħjar għarfien disponibbli (10).

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-profili rappreżentattivi tal-evoluzzjoni tal-konċentrazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

Ir-Rapporti ta’ Valutazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima: L-Impatti, l-Adattament u l-Vulnerabbiltà, ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti inkarigat mill-valutazzjoni tax-xjenza relatata ma’ dak li jipproduċi t-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fir-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni ta’ 27.6.2023: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM(2013) 249 final).

(6)   

Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali jew mal-istandards internazzjonali applikabbli li jsegwu objettivi ekwivalenti ta’ status tajjeb tal-ilma u ta’ potenzjal ekoloġiku tajjeb, permezz ta’ regoli proċedurali u sostantivi ekwivalenti, jiġifieri pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti li jiżgura li: 1) jiġi vvalutat l-impatt tal-attivitajiet fuq l-istatus identifikat jew il-potenzjal ekoloġiku ta’ korp jew korpi tal-ilma potenzjalment affettwati u 2) jiġi evitat id-deterjorament jew il-prevenzjoni ta’ status/potenzjal ekoloġiku tajjeb jew, fejn dan ma jkunx possibbli, 3) jiġi ġġustifikat min-nuqqas ta’ alternattivi ambjentali aħjar li ma humiex għaljin/teknikament mhux fattibbli b’mod sproporzjonat, u jittieħdu l-passi prattikabbli kollha biex jittaffa l-impatt negattiv fuq l-istatus tal-korp tal-ilma.

(7)   

Id-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar tal-ispazju marittimu (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 135).

(8)   

Il-proċedura li permezz tagħha l-awtorità kompetenti tiddetermina jekk il-proġetti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/92/UE għandhomx ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali (kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) ta’ dik id-Direttiva).

(9)   

Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali ekwivalenti li jeħtieġu t-tlestija ta’ VIA jew l-iskrinjar, pereżempju l-Istandard ta’ Prestazzjoni tal-IFC 1: Valutazzjoni u Ġestjoni tar-Riskji Ambjentali u Soċjali.

(10)   

Għall-attivitajiet li jinsabu f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali ekwivalenti, li għandhom l-għan li jippreservaw il-ħabitats naturali, il-fawna selvaġġa u l-flora selvaġġa, u li jirrikjedu li (1) titwettaq proċedura ta’ skrinjar sabiex jiġi ddeterminat jekk, għal attività partikolari, tkunx meħtieġa valutazzjoni xierqa tal-impatti possibbli fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti; (2) valutazzjoni xierqa bħal din fejn l-iskrinjar jiddetermina li hija meħtieġa, pereżempju l-Istandard tal-Prestazzjoni tal-IFC 6: Konservazzjoni tal-Bijodiversità u Ġestjoni Sostenibbli tar-Riżorsi Naturali Ħajjin.

▼B

6.   TRASPORT

6.1.    It-trasport ferrovjarju interurban tal-passiġġieri

Deskrizzjoni tal-attività

Ix-xiri, il-finanzjament, il-kiri, il-lokazzjoni u t-tħaddim tat-trasport tal-passiġġieri bl-użu ta’ vetturi ferrovjarji fuq in-networks tal-linji primarji, mifruxa fuq żona ġeografika estensiva, it-trasport tal-passiġġieri b’ferroviji interurbani u t-tħaddim ta’ sleeping cars jew ta’ dining cars bħala tħaddim integrat tal-kumpaniji ferrovjarji.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari H49.10, N77.39 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm miżuri fis-seħħ għall-immaniġġjar tal-iskart f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, b’mod partikolari matul il-manutenzjoni.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Il-magni għall-propulsjoni ta’ lokomotivi ferrovjarji (RLL) u l-magni għall-propulsjoni tar-railcars (RLR) jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

6.2.    It-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija

Deskrizzjoni tal-attività

Ix-xiri, il-finanzjament, il-lokazzjoni, il-kiri u t-tħaddim tal-merkanzija fuq networks ferrovjarji tal-linji ewlenin kif ukoll ta’ binarji tal-merkanzija b’linja qasira.

Il-ferroviji u l-vaguni mhumiex dedikati għat-trasport ta’ fjuwils fossili.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm miżuri fis-seħħ għall-immaniġġjar tal-iskart f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, b’mod partikolari matul il-manutenzjoni.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Il-magni għall-propulsjoni ta’ lokomotivi ferrovjarji (RLL) u l-magni għall-propulsjoni tar-railcars (RLR) jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

6.3.    It-trasport urban u suburban, it-trasport bit-triq tal-passiġġieri

Deskrizzjoni tal-attività

Ix-xiri, il-finanzjament, il-lokazzjoni, il-kiri u t-tħaddim ta’ vetturi tat-trasport urban u suburban għall-passiġġieri u tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq.

Għall-vetturi bil-mutur, tinkludi t-tħaddim ta’ vetturi ddeżinjati bħala tal-kategorija M2 jew M3, f’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858, għall-provvista ta’ trasport tal-passiġġieri.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jinkludu t-tħaddim ta’ modi differenti ta’ trasport fuq l-art, bħal bil-motor bus, bit-tram, bit-tramvija, bit-trolley bus, bil-metrò u bil-ferroviji elevati. Din tinkludi wkoll linji bejn il-bliet u l-ajruporti jew bejn il-bliet u l-istazzjonijiet u t-tħaddim ta’ ferroviji funikulari u ta’ funivjarji fl-ajru fejn ikunu parti minn sistemi ta’ tranżitu urbani jew suburbani.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jinkludu wkoll servizzi skedati ta’ xarabanks fuq distanzi twal, noleġġi, eskursjonijiet u servizzi okkażjonali oħrajn ta’ kowċijiet, shuttles tal-ajruporti (inkluż fl-ajruporti), l-operat ta’ vannijiet tal-iskola u ta’ xarabanks għat-trasport.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari H49.31, H49.3.9, N77.39 u N77.11 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

M/A (6)

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm miżuri fis-seħħ għall-immaniġġjar tal-iskart, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, kemm fil-fażi tal-użu (manutenzjoni) kif ukoll fi tmiem il-ħajja tal-flotta, inkluż permezz tal-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ tal-batteriji u tal-prodotti elettroniċi (b’mod partikolari l-materja prima kritika fihom).

▼M2

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għall-vetturi tat-triq tal-kategorija M, it-tajers jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-istorbju estern tad-dawrien fl-ogħla klassi popolata u mal-Koeffiċjent tar-Reżistenza għad-Dawrien (li jinfluwenza l-effiċjenza enerġetika tal-vettura) fl-ogħla żewġ klassijiet popolati kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/740 u kif jista’ jiġi verifikat mir-Reġistru Ewropew tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija (European Product Registry for Energy Labelling, EPREL).

Meta applikabbli, il-vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-aktar stadju applikabbli riċenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet ta’ vetturi tqal Euro VI stabbiliti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009.

▼B

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Il-vetturi huma meħtieġa jikkonformaw mal-kriterji tad-DNSH għall-prevenzjoni u għall-kontroll tat-tniġġis speċifikati f’din it-taqsima, inkluż fir-rigward tal-livelli ta’ emissjonijiet ta’ CO2.

6.4.    Tħaddim ta’ apparati tal-mobilità personali, il-loġistika taċ-ċikli

Deskrizzjoni tal-attività

Il-bejgħ, ix-xiri, il-lokazzjoni, il-kiri u t-tħaddim ta’ tagħmir ta’ mobilità jew ta’ trasport personali meta l-propulsjoni tiġi mill-attività fiżika tal-utent, minn mutur b’emissjonijiet żero, jew minn taħlita ta’ mutur b’emissjonijiet żero u ta’ attività fiżika. Dan jinkludi l-forniment ta’ servizzi tat-trasport tal-merkanzija bir-roti (tal-merkanzija).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari N77.11 u N77.21 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm miżuri fis-seħħ għall-immaniġġjar tal-iskart, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, kemm fil-fażi tal-użu (manutenzjoni) kif ukoll fi tmiem il-ħajja, inkluż permezz tal-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ tal-batteriji u tal-prodotti elettroniċi (b’mod partikolari l-materja prima kritika fihom).

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

▼M2

6.5.    It-trasport b’muturi, b’karozzi tal-passiġġieri u b’vetturi kummerċjali ħfief

▼B

Deskrizzjoni tal-attività

▼M2

Ix-xiri, il-finanzjament, il-kiri, il-lokazzjoni u t-tħaddim ta’ vetturi ddeżinjati bħala vetturi tal-kategoriji M1 ( 99 ), N1 ( 100 ) li t-tnejn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, jew L (vetturi b’2 u bi 3 roti u kwadriċikli) ( 101 ).

▼B

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari H49.32, H49.39 u N77.11 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 definiti fil-punt (h) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2019/631 mhumiex ogħla mill-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-flotta kollha (6).

Il-valuri fil-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-flotta kollha li għandhom jiġu kkunsidrati huma:

(a)  sal-31 ta’ Diċembru 2024:

(i)  għall-valuri tal-NEDC, il-valuri fil-mira kif speċifikati fil-paragrafi 2-3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2019/631: 95 g CO2/km għall-vetturi tal-kategoriji M1 u 147 g CO2/km għall-vetturi tal-kategorija N1;

(ii)  għall-valuri tad-WLTP, il-mira għall-flotta kollha tal-UE għall-2021, kif speċifikata fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631, fil-punt 6.0 tal-Parti A għall-vetturi tal-kategorija M1 u fil-punt 6.0 tal-Parti B għall-vetturi tal-kategorija N1. Sakemm tiġi ppubblikata l-mira rispettiva għall-flotta kollha tal-UE għall-2021, dawk il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 li l-emissjonijiet ta’ CO2 tagħhom huma espressi biss skont il-proċedura ta’ ttestjar tad-WLTP se jiġi applikat għalihom fattur ta’ konverżjoni ta’ 1,21 u ta’ 1,24 rispettivament sabiex titqies it-tranżizzjoni mill-NEDC għad-WLTP, li tirriżulta fil-valuri korrispondenti tad-WLTP ta’ 115-il g CO2/km għall-vetturi tal-kategorija M1 u 182 g CO2/km għall-vetturi tal-kategorija N1;

(b)  mill-1 ta’ Jannar 2025, il-valuri fil-mira kif speċifikati fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2019/631.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 huma dawn it-tnejn li ġejjin:

(a)  riutilizzabbli jew riċiklabbli għal minimu ta’ 85 % skont il-piż;

(b)  riutilizzabbli jew rekuperabbli għal minimu ta’ 95 % skont il-piż (7).

Hemm miżuri fis-seħħ għall-immaniġġjar tal-iskart fil-fażi tal-użu (manutenzjoni) kif ukoll fi tmiem il-ħajja tal-flotta, inkluż permezz tal-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ tal-batteriji u tal-prodotti elettroniċi (b’mod partikolari l-materja prima kritika fihom), f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart.

▼M2

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Il-vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-aktar stadju applikabbli riċenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief Euro 6 (8) stabbiliti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

Il-vetturi jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet għall-vetturi ħfief nodfa stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness tad-Direttiva 2009/33/KE.

Għall-vetturi tat-triq tal-kategoriji M, it-tajers jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-istorbju estern tad-dawrien fl-ogħla klassi popolata u mal-Koeffiċjent tar-Reżistenza għad-Dawrien (li jinfluwenza l-effiċjenza enerġetika tal-vettura) fl-ogħla żewġ klassijiet popolati kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/740 u kif jista’ jiġi verifikat mir-Reġistru Ewropew tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija (European Product Registry for Energy Labelling, EPREL).

Il-vetturi jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 540/2014.

▼B

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Il-vetturi huma meħtieġa jikkonformaw mal-kriterji tad-DNSH għall-prevenzjoni u għall-kontroll tat-tniġġis speċifikati f’din it-taqsima, inkluż fir-rigward tal-livelli ta’ emissjonijiet ta’ CO2.

(7)   

Kif stabbilit fl-Anness I tad-Direttiva 2005/64/KE.

(8)   

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1832.

6.6.    Is-servizzi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq

Deskrizzjoni tal-attività

Ix-xiri, il-finanzjament, il-lokazzjoni, il-kiri u t-tħaddim ta’ vetturi ddeżinjati bħala tal-kategorija N1, N2 ( 102 ) jew N3 ( 103 ) li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-pass E tal-EURO VI ( 104 ) jew is-suċċessur tiegħu għas-servizzi ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari H49.4.1, H53.10, H53.20 u N77.12 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Il-vetturi mhumiex dedikati għat-trasport ta’ fjuwils fossili.

2.  Għall-vetturi tal-kategoriji N2 u N3 li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1242, l-emissjonijiet diretti speċifiċi ta’ CO2 huma daqs jew anqas mill-emissjonijiet ta’ referenza ta’ CO2 tal-vetturi kollha fl-istess sottogrupp, kif iddefiniti fl-Artikolu 3 ta’dak ir-Regolament (6).

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Il-vetturi tal-kategoriji N1, N2 u N3 huma dawn it-tnejn li ġejjin:

(a)  riutilizzabbli jew riċiklabbli għal minimu ta’ 85 % skont il-piż;

(b)  riutilizzabbli jew rekuperabbli għal minimu ta’ 95 % skont il-piż (7).

Hemm miżuri fis-seħħ għall-immaniġġjar tal-iskart fil-fażi tal-użu (manutenzjoni) kif ukoll fi tmiem il-ħajja tal-flotta, inkluż permezz tal-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ tal-batteriji u tal-prodotti elettroniċi (b’mod partikolari l-materja prima kritika fihom), f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart.

▼M2

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għall-vetturi tat-triq tal-kategoriji M, it-tajers jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-istorbju estern tad-dawrien fl-ogħla klassi popolata u mal-Koeffiċjent tar-Reżistenza għad-Dawrien (li jinfluwenza l-effiċjenza enerġetika tal-vettura) fl-ogħla żewġ klassijiet popolati kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/740 u kif jista’ jiġi verifikat mir-Reġistru Ewropew tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija (European Product Registry for Energy Labelling, EPREL).

Il-vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-aktar stadju applikabbli riċenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet ta’ vetturi tqal Euro VI (8) stabbiliti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009.

Il-vetturi jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 540/2014.

▼B

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Il-vetturi kollha huma meħtieġa jikkonformaw mal-kriterji tad-DNSH għall-prevenzjoni u għall-kontroll tat-tniġġis speċifikati f’din it-taqsima, inkluż fir-rigward tal-livelli ta’ emissjonijiet ta’ CO2.

(7)   

Kif speċifikat fl-Anness I tad-Direttiva 2005/64/KE.

(8)   

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda l-Annessi I u III għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1).

6.7.    It-trasport ta’ passiġġieri fuq ilmijiet interni

Deskrizzjoni tal-attività

Ix-xiri, il-finanzjament, il-lokazzjoni, il-kiri u t-tħaddim ta’ bastimenti tal-passiġġieri f’ilmijiet interni, li jinvolvu bastimenti li mhumiex adatti għat-trasport bil-baħar.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari H50.30 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm miżuri fis-seħħ għall-immaniġġjar tal-iskart, kemm fil-fażi tal-użu kif ukoll fi tmiem il-ħajja tal-bastiment, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, inklużi l-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi abbord bastimenti u l-iżgurar tar-riċiklaġġ sigur tagħhom.

Għall-bastimenti mħaddmin bil-batterija, dawk il-miżuri jinkludu l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ batteriji u tal-prodotti elettroniċi, inklużi l-materja prima kritika fihom.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Il-magni fil-bastimenti jikkonformaw mal-limiti fuq l-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628 (inklużi bastimenti li jissodisfaw dawk il-limiti mingħajr soluzzjonijiet approvati skont it-tip bħal permezz ta’ posttrattament).

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

6.8.    It-trasport ta’ merkanzija fuq ilmijiet interni

Deskrizzjoni tal-attività

Ix-xiri, il-finanzjament, il-lokazzjoni, il-kiri u t-tħaddim ta’ bastimenti tal-merkanzija fuq ilmijiet interni, li jinvolvu bastimenti li mhumiex adatti għat-trasport bil-baħar.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari H50.4 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Il-bastimenti mhumiex dedikati għat-trasport ta’ fjuwils fossili.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm miżuri fis-seħħ għall-immaniġġjar tal-iskart, kemm fil-fażi tal-użu kif ukoll fi tmiem il-ħajja tal-bastiment, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, inklużi l-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi abbord bastimenti u l-iżgurar tar-riċiklaġġ sigur tagħhom.

Għall-bastimenti mħaddmin bil-batterija, dawk il-miżuri jinkludu l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ batteriji u tal-prodotti elettroniċi, inklużi l-materja prima kritika fihom.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Il-bastimenti jikkonformaw mal-limiti fuq l-emissjonijiet tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628 (inklużi bastimenti li jissodisfaw dawk il-limiti mingħajr soluzzjonijiet approvati skont it-tip bħal permezz ta’ posttrattament).

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

6.9.    Il-modifika retroattiva tat-trasport ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija fuq ilmijiet interni

Deskrizzjoni tal-attività

Il-modifika retroattiva ta’ bastimenti għat-trasport ta’ merkanzija jew ta’ passiġġieri fuq ilmijiet interni, li tinvolvi bastimenti li mhumiex adattati għat-trasport fuq il-baħar.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari H50.4, H50.30 u C33.15 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Il-bastimenti mhumiex dedikati għat-trasport ta’ fjuwils fossili.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm miżuri fis-seħħ għall-immaniġġjar tal-iskart, kemm fil-fażi tal-użu kif ukoll fi tmiem il-ħajja tal-bastiment, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, inklużi l-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi abbord bastimenti u l-iżgurar tar-riċiklaġġ sigur tagħhom.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Il-bastimenti jikkonformaw mal-limiti fuq l-emissjonijiet tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628 (inklużi bastimenti li jissodisfaw dawk il-limiti mingħajr soluzzjonijiet approvati skont it-tip bħal permezz ta’ posttrattament).

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

6.10.    It-trasport ta’ merkanzija bl-ilma baħar u kostali, bastimenti għal operazzjonijiet portwarji u għal attivitajiet awżiljarji

Deskrizzjoni tal-attività

Ix-xiri, il-finanzjament, in-noleġġ (bl-ekwipaġġ jew mingħajru) u t-tħaddim ta’ bastimenti ddisinjati u mgħammra għat-trasport tal-merkanzija jew għat-trasport ikkombinat ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri fuq il-baħar jew f’ilmijiet kostali, kemm jekk skedati kif ukoll jekk le. Ix-xiri, il-finanzjament, it-tiswija u t-tħaddim ta’ bastimenti meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-port u għal attivitajiet awżiljarji, bħal laneċ tal-irmonk, bastimenti tal-irmiġġ, bastimenti pilota, bastimenti tas-salvataġġ u ice breakers.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari H50.2, H52.22 u N77.34 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Il-bastimenti mhumiex dedikati għat-trasport ta’ fjuwils fossili.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm miżuri fis-seħħ għall-immaniġġjar tal-iskart, kemm fil-fażi tal-użu kif ukoll fi tmiem il-ħajja tal-bastiment, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart.

Għall-bastimenti mħaddmin bil-batterija, dawk il-miżuri jinkludu l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ batteriji u tal-prodotti elettroniċi, inklużi l-materja prima kritika fihom.

Għal bastimenti eżistenti b’tunnellaġġ gross ta’ aktar minn 500 u dawk ġodda li jissostitwixxuhom, l-attività tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 relatati mal-inventarju ta’ materjali perikolużi abbord. Il-bastimenti għar-ruttam jiġu rriċiklati f’faċilitajiet inklużi fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti kif stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2016/2323.

L-attività tikkonforma mad-Direttiva (UE) 2019/883 fir-rigward tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar kontra l-effetti negattivi mill-iskariki tal-iskart mill-bastimenti.

Il-bastiment jitħaddem f’konformità mal-Anness V tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġu prodotti kwantitajiet imnaqqsa ta’ skart u li jitnaqqas ir-rimi legali, billi l-iskart tiegħu jiġi mmaniġġjat b’mod sostenibbli u ambjentalment korrett.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ ossidi tal-kubrit u tal-materja partikolata, il-bastimenti jikkonformaw mad-Direttiva (UE) 2016/802, u mar-Regolament 14 (6) tal-Anness VI tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO. Il-kontenut ta’ kubrit fil-fjuwil ma jaqbiżx iż-0,5 % fil-massa (il-limitu globali ta’ kubrit) u ż-0,1 % fil-massa fiż-żona ta’ kontroll tal-emissjonijiet (ECA) iddeżinjata fil-Baħar tat-Tramuntana u fil-Baħar Baltiku mill-IMO (7).

Fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu (NOx), il-bastimenti jikkonformaw mar-Regolament 13 (8) tal-Anness VI tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO. Ir-rekwiżit ta’ NOx tal-Livell II japplika għal bastimenti mibnija wara l-2011. Huwa biss matul it-tħaddim f’żoni ta’ kontroll tal-emissjonijiet ta’ NOx stabbiliti skont ir-regoli tal-IMO li l-bastimenti mibnija wara l-1 ta’ Jannar 2016 iridu jikkonformaw ma’ rekwiżiti aktar stretti fuq il-magni (Livell III) li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ NOx (9).

L-iskariki ta’ ilma iswed u aħdar jikkonformaw mal-Anness IV tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO.

Hemm miżuri fis-seħħ sabiex tiġi mminimizzata t-tossiċità taż-żebgħa antifouling u tal-bijoċidi kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 528/2012, li jimplimenta fid-dritt tal-Unjoni l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kontroll tas-Sistemi tal-Anti-fouling ta’ Ħsara fuq il-Bastimenti adottata fil-5 ta’ Ottubru 2001.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Ir-rilaxxi ta’ ilma tas-saborra li fih speċijiet mhux indiġeni huma pprevenuti f’konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Kontroll u għall-Ġestjoni tal-Ilma u tas-Sedimenti tas-Saborra tal-Bastimenti (BWM).

Hemm fis-seħħ miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni ta’ speċijiet mhux indiġeni permezz tal-bijoinkrostazzjoni tal-buq u ta’ żoni niċċa ta’ bastimenti b’kont meħud tal-Linji Gwida tal-IMO dwar il-Bijoinkrostazzjoni (10).

L-istorbju u l-vibrazzjonijiet huma limitati bl-użu ta’ skrejjen li jnaqqsu l-istorbju, ta’ disinn tal-buq jew ta’ makkinarju abbord f’konformità mal-gwida mogħtija fil-Linji Gwida tal-IMO għat-Tnaqqis tal-Istorbju taħt l-Ilma (11).

Fl-Unjoni, l-attività ma tfixkilx il-kisba ta’ status ambjentali tajjeb, kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE, li tirrikjedi li jittieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiġu evitati jew immitigati l-impatti fir-rigward tad-Deskritturi 1 (bijodiversità), 2 (speċijiet mhux indiġeni), 6 (integrità ta’ qiegħ il-baħar), 8 (kontaminanti), 10 (skart tal-baħar), 11 (Storbju/Enerġija) ta’ dik id-Direttiva u kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 fir-rigward tal-kriterji u tal-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dawk id-deskritturi, kif applikabbli.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

(verżjoni tal-4.6.2021: http://www.imo.org/en/OurWork/Environment/PollutionPrevention/AirPollution/Pages/Sulphur-oxides-(SOx)-%E2%80%93-Regulation-14.aspx).

(7)   

Fir-rigward tal-estensjoni tar-rekwiżiti li japplikaw fiż-Żona ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet għal ibħra oħra tal-Unjoni, pajjiżi li jmissu mal-Baħar Mediterran qed jiddiskutu l-ħolqien ta’ ECA rilevanti skont il-qafas ġuridiku tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona.

(8)   

(verżjoni tal-4.6.2021: http://www.imo.org/en/OurWork/Environment/PollutionPrevention/AirPollution/Pages/Nitrogen-oxides-(NOx)-–-Regulation-13.aspxo.

(9)   

Fl-ibħra tal-Unjoni, ir-rekwiżit huwa applikabbli mill-2021 fil-Baħar Baltiku u fil-Baħar tat-Tramuntana.

(10)   

Il-Linji Gwida tal-IMO, Guidelines for the control and management of ships’ biofouling to minimize the transfer of invasive aquatic species, ir-riżoluzzjoni MEPC.207(62).

(11)   

Linji gwida tal-IMO, Guidelines for the Reduction of Underwater Noise from Commercial Shipping to Address Adverse Impacts on Marine Life, (MEPC.1/Circ.833).

6.11.    It-trasport ta’ passiġġieri bl-ilma baħar u kostali

Deskrizzjoni tal-attività

Ix-xiri, il-finanzjament, in-noleġġ (bl-ekwipaġġ jew mingħajru) u t-tħaddim ta’ bastimenti ddisinjati u mgħammra għat-trasport tal-passiġġieri, fuq il-baħar jew f’ilmijiet kostali, kemm jekk skedati kif ukoll jekk le. L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jinkludu t-tħaddim ta’ mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma, ta’ taxies tal-ilma u ta’ bastimenti tal-eskursjonijiet, tal-kruċieri jew ta’ mawriet għall-veduti.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari H50.10, N77.21 u N77.34 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm miżuri fis-seħħ għall-immaniġġjar tal-iskart, kemm fil-fażi tal-użu kif ukoll fi tmiem il-ħajja tal-bastiment, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart.

Għall-bastimenti mħaddmin bil-batterija, dawk il-miżuri jinkludu l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ batteriji u tal-prodotti elettroniċi, inklużi l-materja prima kritika fihom.

Għal bastimenti eżistenti b’tunnellaġġ gross ta’ aktar minn 500 u dawk ġodda li jissostitwixxuhom, l-attività tikkonforma mar-rekwiżit tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 relatat mal-inventarju ta’ materjali perikolużi. Il-bastimenti għar-ruttam jiġu rriċiklati f’faċilitajiet inklużi fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti kif stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2016/2323.

L-attività tikkonforma mad-Direttiva (UE) 2019/883 fir-rigward tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar kontra l-effetti negattivi mill-iskariki tal-iskart mill-bastimenti

Il-bastiment jitħaddem f’konformità mal-Anness V tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġu prodotti kwantitajiet imnaqqsa ta’ skart u li jitnaqqas ir-rimi legali, billi l-iskart tiegħu jiġi mmaniġġjat b’mod sostenibbli u ambjentalment korrett.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ ossidi tal-kubrit u tal-materja partikolata, il-bastimenti jikkonformaw mad-Direttiva (UE) 2016/802, u mar-Regolament 14 tal-Anness VI tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO. Il-kontenut ta’ kubrit fil-fjuwil ma jaqbiżx iż-0,5 % fil-massa (il-limitu globali ta’ kubrit) u ż-0,1 % fil-massa fiż-żona ta’ kontroll tal-emissjonijiet (ECA) iddeżinjata fil-Baħar tat-Tramuntana u fil-Baħar Baltiku mill-IMO (6).

Fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu (NOx), il-bastimenti jikkonformaw mar-Regolament 13 tal-Anness VI tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO. Ir-rekwiżiti ta’ NOx tal-Livell II japplika għal bastimenti mibnija wara l-2011. Huwa biss matul it-tħaddim f’żoni ta’ kontroll tal-emissjonijiet ta’ NOx stabbiliti skont ir-regoli tal-IMO li l-bastimenti mibnija wara l-1 ta’ Jannar 2016 iridu jikkonformaw ma’ rekwiżiti aktar stretti fuq il-magni (Livell III) li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ NOx (7).

L-iskariki ta’ ilma iswed u aħdar jikkonformaw mal-Anness IV tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO.

Hemm miżuri fis-seħħ sabiex tiġi mminimizzata t-tossiċità taż-żebgħa antifouling u tal-bijoċidi kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 528/2012, li jimplimenta fid-dritt tal-Unjoni l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kontroll tas-Sistemi tal-Anti-fouling ta’ Ħsara fuq il-Bastimenti adottata fil-5 ta’ Ottubru 2001.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Ir-rilaxxi ta’ ilma tas-saborra li fih speċijiet mhux indiġeni huma pprevenuti f’konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Kontroll u għall-Ġestjoni tal-Ilma u tas-Sedimenti tas-Saborra tal-Bastimenti (BWM).

Hemm fis-seħħ miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni ta’ speċijiet mhux indiġeni permezz tal-bijoinkrostazzjoni tal-buq u ta’ żoni niċċa ta’ bastimenti b’kont meħud tal-Linji Gwida tal-IMO dwar il-Bijoinkrostazzjoni (8).

L-istorbju u l-vibrazzjonijiet huma limitati bl-użu ta’ skrejjen li jnaqqsu l-istorbju, ta’ disinn tal-buq jew ta’ makkinarju abbord f’konformità mal-gwida mogħtija fil-Linji Gwida tal-IMO għat-Tnaqqis tal-Istorbju taħt l-Ilma (9).

Fl-Unjoni, l-attività ma tfixkilx il-kisba ta’ status ambjentali tajjeb, kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE, li tirrikjedi li jittieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiġu evitati jew immitigati l-impatti fir-rigward tad-Deskritturi 1 (bijodiversità), 2 (speċijiet mhux indiġeni), 6 (integrità ta’ qiegħ il-baħar), 8 (kontaminanti), 10 (skart tal-baħar), 11 (Storbju/Enerġija) ta’ dik id-Direttiva u kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 fir-rigward tal-kriterji u tal-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dawk id-deskritturi, kif applikabbli.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema 5verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Fir-rigward tal-estensjoni tar-rekwiżiti li japplikaw fiż-Żona ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet għal ibħra oħra tal-Unjoni, pajjiżi li jmissu mal-Baħar Mediterran qed jiddiskutu l-ħolqien ta’ ECA rilevanti skont il-qafas ġuridiku tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona.

(7)   

Fl-ibħra tal-Unjoni, ir-rekwiżit huwa applikabbli mill-2021 fil-Baħar Baltiku u fil-Baħar tat-Tramuntana.

(8)   

Il-Linji Gwida tal-IMO, Guidelines for the control and management of ships’ biofouling to minimize the transfer of invasive aquatic species, ir-riżoluzzjoni MEPC.207(62).

(9)   

Linji gwida tal-IMO, Guidelines for the Reduction of Underwater Noise from Commercial Shipping to Address Adverse Impacts on Marine Life, (MEPC.1/Circ.833).

6.12.    Il-modifika retroattiva ta’ trasport ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri fl-ibħra u fuq l-ilmijiet kostali

Deskrizzjoni tal-attività

Modifika retroattiva u titjib ta’ bastimenti ddisinjati u mgħammra għat-trasport ta’ merkanzija jew ta’ passiġġieri fuq ibħra jew f’ilmijiet kostali, u ta’ bastimenti meħtieġa għal operazzjonijiet tal-port u għal attivitajiet awżiljarji, bħal laneċ tal-irmonk, bastimenti tal-irmiġġ, bastimenti pilota, bastimenti tas-salvataġġ u ice-breakers.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċijiet tal-NACE H50.10, H50.2, H52.22, C33.15, N77.21 u N.77.34 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

▼M2

fis-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, it-titolu “Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima” huwa sostitwit bit-titolu “Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima”;

▼B

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

▼M2

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Il-bastimenti ma humiex iddedikati għat-trasport tal-fjuwils fossili.

▼B

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm miżuri fis-seħħ għall-immaniġġjar tal-iskart, kemm fil-fażi tal-użu kif ukoll fi tmiem il-ħajja tal-bastiment, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart.

Għall-bastimenti mħaddmin bil-batterija, dawk il-miżuri jinkludu l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ batteriji u tal-prodotti elettroniċi, inklużi l-materja prima kritika fihom.

Għal bastimenti eżistenti b’tunnellaġġ gross ta’ aktar minn 500 u dawk ġodda li jissostitwixxuhom, l-attività tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 relatati mal-inventarju ta’ materjali perikolużi. Il-bastimenti għar-ruttam jiġu rriċiklati f’faċilitajiet inklużi fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti kif stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2016/2323.

L-attività tikkonforma mad-Direttiva (UE) 2019/883 fir-rigward tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar kontra l-effetti negattivi mill-iskariki tal-iskart mill-bastimenti.

Il-bastiment jitħaddem f’konformità mal-Anness V tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġu prodotti kwantitajiet imnaqqsa ta’ skart u li jitnaqqas ir-rimi legali, billi l-iskart tiegħu jiġi mmaniġġjat b’mod sostenibbli u ambjentalment korrett.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ ossidi tal-kubrit u tal-materja partikolata, il-bastimenti jikkonformaw mad-Direttiva (UE) 2016/802, u mar-Regolament 14 tal-Anness VI tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO. Il-kontenut ta’ kubrit fil-fjuwil ma jaqbiżx iż-0,5 % fil-massa (il-limitu globali ta’ kubrit) u ż-0,1 % fil-massa fiż-żona ta’ kontroll tal-emissjonijiet (ECA) iddeżinjata fil-Baħar tat-Tramuntana u fil-Baħar Baltiku mill-IMO (6).

Fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu (NOx), il-bastimenti jikkonformaw mar-Regolament 13 tal-Anness VI tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO. Ir-rekwiżiti ta’ NOx tal-Livell II japplika għal bastimenti mibnija wara l-2011. Huwa biss matul it-tħaddim f’żoni ta’ kontroll tal-emissjonijiet ta’ NOx stabbiliti skont ir-regoli tal-IMO li l-bastimenti mibnija wara l-1 ta’ Jannar 2016 iridu jikkonformaw ma’ rekwiżiti aktar stretti fuq il-magni (Livell III) li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ NOx (7).

L-iskariki ta’ ilma iswed u aħdar jikkonformaw mal-Anness IV tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO.

Hemm miżuri fis-seħħ sabiex tiġi mminimizzata t-tossiċità taż-żebgħa antifouling u tal-bijoċidi kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 528/2012, li jimplimenta fid-dritt tal-Unjoni l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kontroll tas-Sistemi tal-Anti-fouling ta’ Ħsara fuq il-Bastimenti adottata fil-5 ta’ Ottubru 2001.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Ir-rilaxxi ta’ ilma tas-saborra li fih speċijiet mhux indiġeni huma pprevenuti f’konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Kontroll u għall-Ġestjoni tal-Ilma u tas-Sedimenti tas-Saborra tal-Bastimenti (BWM).

Hemm fis-seħħ miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni ta’ speċijiet mhux indiġeni permezz tal-bijoinkrostazzjoni tal-buq u ta’ żoni niċċa ta’ bastimenti b’kont meħud tal-Linji Gwida tal-IMO dwar il-Bijoinkrostazzjoni (8).

L-istorbju u l-vibrazzjonijiet huma limitati bl-użu ta’ skrejjen li jnaqqsu l-istorbju, ta’ disinn tal-buq jew ta’ makkinarju abbord f’konformità mal-gwida mogħtija fil-Linji Gwida tal-IMO għat-Tnaqqis tal-Istorbju taħt l-Ilma (9).

Fl-Unjoni, l-attività ma tfixkilx il-kisba ta’ status ambjentali tajjeb, kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE, li tirrikjedi li jittieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiġu evitati jew immitigati l-impatti fir-rigward tad-Deskritturi 1 (bijodiversità), 2 (speċijiet mhux indiġeni), 6 (integrità ta’ qiegħ il-baħar), 8 (kontaminanti), 10 (skart tal-baħar), 11 (Storbju/Enerġija) ta’ dik id-Direttiva u kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 fir-rigward tal-kriterji u tal-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dawk id-deskritturi, kif applikabbli.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Fir-rigward tal-estensjoni tar-rekwiżiti li japplikaw fiż-Żona ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet għal ibħra oħra tal-Unjoni, pajjiżi li jmissu mal-Baħar Mediterran qed jiddiskutu l-ħolqien ta’ ECA rilevanti skont il-qafas ġuridiku tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona.

(7)   

Fl-ibħra tal-Unjoni, ir-rekwiżit huwa applikabbli mill-2021 fil-Baħar Baltiku u fil-Baħar tat-Tramuntana.

(8)   

Il-Linji Gwida tal-IMO, Guidelines for the control and management of ships’ biofouling to minimize the transfer of invasive aquatic species, ir-riżoluzzjoni MEPC.207(62).

(9)   

Linji gwida tal-IMO, Guidelines for the Reduction of Underwater Noise from Commercial Shipping to Address Adverse Impacts on Marine Life, (MEPC.1/Circ.833).

6.13.    L-infrastruttura għall-mobbiltà personali, il-loġistika taċ-ċikli

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ infrastruttura għall-mobilità personali, inkluża l-kostruzzjoni ta’ toroq, ta’ pontijiet għall-awtostradi u ta’ mini u ta’ infrastruttura oħra dedikati għall-persuni mixjin u għar-roti, b’assistenza elettrika jew mingħajr.

▼M2

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F42.11, F42.12, F42.13, F43.21, M71.12 u M71.20 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

▼B

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Tal-anqas 70 % (skont il-piż) tal-iskart mhux perikoluż mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni (eskluż il-materjal li jseħħ b’mod naturali msemmi fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea ta’ Skart stabbilita bid-Deċiżjoni 2000/532/KE) iġġenerat fuq is-sit tal-kostruzzjoni jitħejja għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għall-irkupru ta’ materjal ieħor, inklużi operazzjonijiet ta’ backfilling li jużaw l-iskart sabiex jissostitwixxi materjali oħra, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u mal-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (6). L-operaturi jillimitaw il-ġenerazzjoni tal-iskart fil-proċessi relatati mal-kostruzzjoni u mad-demolizzjoni, f’konformità mal-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni, u filwaqt li jqisu l-aħjar tekniki disponibbli u jużaw demolizzjoni selettiva sabiex ikunu jistgħu jitneħħew u jiġu maniġġati b’mod sikur is-sustanzi perikolużi u jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja permezz tat-tneħħija selettiva tal-materjali, billi jużaw is-sistemi ta’ tqassim disponibbli għall-iskart mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Ittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Il-Protokoll tal-UE dwar l-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/growth/content/eu-construction-and-demolition-waste-protocol-0_mt).

6.14.    L-infrastruttura għat-trasport ferrovjarju

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-binarji ferrovjarji u tal-metrò kif ukoll tal-pontijiet u tal-mini, tal-istazzjonijiet, tat-terminali, tal-faċilitajiet ta’ servizz għall-ferroviji ( 105 ), u tas-sistemi tas-sikurezza u ta’ ġestjoni tat-traffiku li jinkludu l-provvista ta’ servizzi arkitettoniċi, ta’ servizzi tal-inġinerija, ta’ servizzi ta’ abbozzar, ta’ servizzi ta’ spezzjoni tal-bini u ta’ servizzi ta’ stħarriġ u ta’ mmappjar u l-bqija kif ukoll it-twettiq tal-ittestjar fiżiku, kimiku u ta’ ttestjar analitiku ieħor ta’ kull tip ta’ materjal u ta’ prodott.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F42.12, F42.13, M71.12, M71.20, F43.21 u H52.21 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-infrastruttura mhijiex dedikata għat-trasport jew għall-ħżin ta’ fjuwils fossili.

F’każ ta’ infrastruttura ġdida jew ta’ rinnovazzjoni maġġuri, l-infrastruttura sarulha azzjonijiet favur ir-reżistenza kontra t-tibdil fil-klima f’konformità mal-prattika xierqa ta’ azzjonijiet favur ir-reżistenza għall-klima li tinkludi l-improntar tal-karbonju u kost delli (“shadow cost”) tal-karbonju ddefinit b’mod ċar. Tali improntar tal-karbonju jkopri l-emissjonijiet tal-ambitu 1-3, u juri li l-infrastruttura ma twassalx għal emissjonijiet relattivi addizzjonali ta’ gassijiet serra, ikkalkulati fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet, ta’ valuri u ta’ proċeduri konservattivi.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Tal-anqas 70 % (skont il-piż) tal-iskart mhux perikoluż mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni (eskluż il-materjal li jseħħ b’mod naturali msemmi fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea ta’ Skart stabbilita bid-Deċiżjoni 2000/532/KE) iġġenerat fuq is-sit tal-kostruzzjoni jitħejja għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għall-irkupru ta’ materjal ieħor, inklużi operazzjonijiet ta’ backfilling li jużaw l-iskart sabiex jissostitwixxi materjali oħra, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u mal-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (6). L-operaturi jillimitaw il-ġenerazzjoni tal-iskart fil-proċessi relatati mal-kostruzzjoni u mad-demolizzjoni, f’konformità mal-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni, u filwaqt li jqisu l-aħjar tekniki disponibbli u jużaw demolizzjoni selettiva sabiex ikunu jistgħu jitneħħew u jiġu maniġġati b’mod sikur is-sustanzi perikolużi u jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja permezz tat-tneħħija selettiva tal-materjali, billi jużaw is-sistemi ta’ tqassim disponibbli għall-iskart mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Meta xieraq, fid-dawl tas-sensittività taż-żona affettwata, b’mod partikolari f’termini tad-daqs tal-popolazzjoni affettwata, l-istorbju u l-vibrazzjonijiet mill-użu tal-infrastruttura huma mitigati bl-introduzzjoni ta’ gandotti miftuħa, ta’ lqugħ b’ħitan, jew b’miżuri oħra u jikkonformaw mad-Direttiva 2002/49/KE.

Ittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Il-Protokoll tal-UE dwar l-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/growth/content/eu-construction-and-demolition-waste-protocol-0_mt).

6.15.    L-infrastruttura li tippermetti t-trasport bit-triq u t-trasport pubbliku

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni. il-modernizzazzjoni, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ awtostradi, ta’ toroq, ta’ toroq prinċipali, ta’ passaġġi oħra għal vetturi u għal persuni mixjin, xogħlijiet fuq il-wiċċ ta’ toroq, ta’ toroq prinċipali, ta’ toroq pubbliċi, ta’ pontijiet jew ta’ mini u l-kostruzzjoni ta’ runways ta’ mitjar, li jinkludu l-provvista ta’ servizzi arkitettoniċi, ta’ servizzi tal-inġinerija, ta’ servizzi ta’ abbozzar, ta’ servizzi ta’ spezzjoni tal-bini u ta’ servizzi ta’ stħarriġ u ta’ mmappjar u l-bqija kif ukoll it-twettiq tal-ittestjar fiżiku, kimiku u ta’ ttestjar analitiku ieħor ta’ kull tip ta’ materjal u ta’ prodott, u eskluża l-installazzjoni ta’ dwal tat-toroq u ta’ sinjali elettriċi.

▼M2

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu kklassifikati taħt diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F42.11, F42.13, M71.12 u M71.20 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

▼B

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-infrastruttura mhijiex dedikata għat-trasport jew għall-ħżin ta’ fjuwils fossili.

F’każ ta’ infrastruttura ġdida jew ta’ rinnovazzjoni maġġuri, l-infrastruttura sarulha azzjonijiet favur ir-reżistenza kontra t-tibdil fil-klima f’konformità mal-prattika xierqa ta’ azzjonijiet favur ir-reżistenza għall-klima li tinkludi l-improntar tal-karbonju u kost delli (“shadow cost”) tal-karbonju ddefinit b’mod ċar. Tali improntar tal-karbonju jkopri l-emissjonijiet tal-ambitu 1-3, u juri li l-infrastruttura ma twassalx għal emissjonijiet relattivi addizzjonali ta’ gassijiet serra, ikkalkulati fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet, ta’ valuri u ta’ proċeduri konservattivi.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Tal-anqas 70 % (skont il-piż) tal-iskart mhux perikoluż mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni (eskluż il-materjal li jseħħ b’mod naturali ddefinit fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea ta’ Skart stabbilita bid-Deċiżjoni 2000/532/KE) iġġenerat fuq is-sit tal-kostruzzjoni jitħejja għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għall-irkupru ta’ materjal ieħor, inklużi operazzjonijiet ta’ backfilling li jużaw l-iskart sabiex jissostitwixxi materjali oħra, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u mal-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (6). L-operaturi jillimitaw il-ġenerazzjoni tal-iskart fil-proċessi relatati mal-kostruzzjoni u mad-demolizzjoni, f’konformità mal-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni, u filwaqt li jqisu l-aħjar tekniki disponibbli u jużaw demolizzjoni selettiva sabiex ikunu jistgħu jitneħħew u jiġu maniġġati b’mod sikur is-sustanzi perikolużi u jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja permezz tat-tneħħija selettiva tal-materjali, billi jużaw is-sistemi ta’ tqassim disponibbli għall-iskart mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Fejn rilevanti, l-istorbju u l-vibrazzjonijiet mill-użu tal-infrastruttura huma mmitigati bl-introduzzjoni ta’ gandotti miftuħin, ta’ ħitan ta’ lqugħ jew b’miżuri oħra u jikkonformaw mad-Direttiva 2002/49/KE.

Ittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

Fejn rilevanti, il-manutenzjoni tal-veġetazzjoni tul l-infrastruttura tat-trasport bit-triq tiżgura li l-ispeċijiet invażivi ma jinfirxux.

Ġew implimentati miżuri ta’ mitigazzjoni sabiex jiġu evitati kolliżjonijiet ma’ organiżmi selvaġġi.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Il-Protokoll tal-UE dwar l-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/growth/content/eu-construction-and-demolition-waste-protocol-0_mt).

6.16.    L-infrastruttura għat-trasport fuq l-ilma

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni u t-tħaddim ta’ passaġġi fuq l-ilma, ta’ xogħlijiet fil-portijiet u fuq ix-xmajjar, ta’ portijiet ta’ rikreazzjoni, ta’ magħluqa, ta’ digi u ta’ imbankmenti u ta’ oħrajn, li jinkludu l-provvista ta’ servizzi arkitettoniċi, ta’ servizzi tal-inġinerija, ta’ servizzi ta’ abbozzar, ta’ servizzi ta’ spezzjoni tal-bini u ta’ servizzi ta’ stħarriġ u ta’ mmappjar u l-bqija kif ukoll it-twettiq tal-ittestjar fiżiku, kimiku u ta’ ttestjar analitiku ieħor ta’ kull tip ta’ materjal u ta’ prodott u esklużi l-attivitajiet ta’ ġestjoni tal-proġetti relatati max-xogħlijiet tal-inġinerija ċivili.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jeskludu t-tħammil tal-passaġġi fuq l-ilma interni.

▼M2

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F42.91, M71.12 u M71.20 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

▼B

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-infrastruttura mhijiex dedikata għat-trasport jew għall-ħżin ta’ fjuwils fossili.

F’każ ta’ infrastruttura ġdida jew ta’ rinnovazzjoni maġġuri, l-infrastruttura sarulha azzjonijiet favur ir-reżistenza kontra t-tibdil fil-klima f’konformità mal-prattika xierqa ta’ azzjonijiet favur ir-reżistenza għall-klima li tinkludi l-improntar tal-karbonju u kost delli (“shadow cost”) tal-karbonju ddefinit b’mod ċar. Tali improntar tal-karbonju jkopri l-emissjonijiet tal-ambitu 1-3, u juri li l-infrastruttura ma twassalx għal emissjonijiet relattivi addizzjonali ta’ gassijiet serra, ikkalkulati fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet, ta’ valuri u ta’ proċeduri konservattivi.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/60/KE, b’mod partikolari mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva. F’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE u b’mod partikolari mal-paragrafu 7 ta’ dak l-Artikolu, qabel ir-rinnovazzjoni/il-kostruzzjoni, titwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-proġett sabiex jiġu vvalutati l-impatti potenzjali kollha tiegħu fuq l-istatus tal-korpi tal-ilma fl-istess baċir idrografiku u fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti li jiddependu direttament fuq l-ilma, b’kunsiderazzjoni partikolari tal-kurituri tal-migrazzjoni, tax-xmajjar bi fluss liberu jew tal-ekosistemi qrib il-kundizzjonijiet mhux disturbati.

Il-valutazzjoni hija bbażata fuq data riċenti, komprensiva u akkurata, li tinkludi data ta’ monitoraġġ fuq elementi tal-kwalità bijoloġika li huma speċifikament sensittivi għal alterazzjonijiet idromorfoloġiċi, u fuq l-istatus mistenni tal-korp tal-ilma bħala riżultat tal-attivitajiet il-ġodda, meta mqabbla ma’ dak kurrenti tiegħu.

Hija tivvaluta, b’mod partikolari, l-impatti akkumulati ta’ dan il-proġett il-ġdid fuq infrastruttura eżistenti jew ippjanata oħra fil-baċir idrografiku.

Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni tal-impatt, ġie stabbilit li l-proġett huwa konċepit, skont id-disinn u l-post u permezz ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni, sabiex ikun konformi ma’ wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  il-proġett ma jinvolvi l-ebda deterjorament u lanqas ma jikkomprometti l-kisba ta’ status jew ta’ potenzjal tajjeb tal-korp tal-ilma speċifiku li huwa relatat miegħu,

(b)  fejn il-proġett jirriskja li jiddeterjora jew jikkomprometti l-kisba ta’ status/potenzjal tajjeb tal-korp tal-ilma speċifiku li jkun relatat miegħu, tali deterjorament ma jkunx sinifikanti, u jkun iġġustifikat minn valutazzjoni dettaljata tal-ispejjeż u l-benefiċċji li turi dawn it-tnejn li ġejjin:

(i)  ir-raġunijiet prevalenti fl-interess pubbliku jew il-fatt li l-benefiċċji mistennija mill-proġett ta’ infrastruttura ta’ navigazzjoni ppjanat f’termini ta’ benefiċċji għall-mitigazzjoni/għall-adattament għat-tibdil fil-klima jisbqu l-ispejjeż mid-deterjorament tal-istatus tal-ilma li jakkumulaw għall-ambjent u għas-soċjetà

(ii)  il-fatt li l-interess pubbliku prevalenti jew il-benefiċċji mistennija mill-attività ma jistgħux, għal raġunijiet ta’ fattibbiltà teknika jew ta’ spejjeż sproporzjonati, jinkisbu b’mezzi alternattivi li jkunu jwasslu għal eżitu ambjentali aħjar (bħal soluzzjoni bbażata fuq in-natura, post alternattiv, riabilitazzjoni/rinnovazzjoni ta’ infrastrutturi eżistenti, jew l-użu ta’ teknoloġiji li ma jfixklux il-kontinwità tax-xmara).

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni teknikament fattibbli u ekoloġikament rilevanti kollha jkunu implimentati sabiex jitnaqqsu l-impatti avversi fuq l-ilma kif ukoll fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti li jiddependu b’mod dirett fuq l-ilma.

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni jinkludu, fejn rilevanti u skont l-ekosistemi preżenti b’mod naturali fil-korpi tal-ilma affettwati:

(a)  miżuri li jiżguraw kundizzjonijiet kemm jista’ jkun qrib ta’ kontinwità mhux disturbata (inklużi miżuri li jiżguraw kontinwità lonġitudinali u laterali, fluss ekoloġiku minimu u fluss tas-sediment);

(b)  miżuri li jipproteġu jew itejbu l-kundizzjonijiet morfoloġiċi u l-ħabitats għall-ispeċijiet akkwatiċi;

(c)  miżuri sabiex jitnaqqsu l-impatti negattivi tal-ewtrofikazzjoni.

L-effettività ta’ dawk il-miżuri hija ssorveljata fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni jew tal-permess li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet immirati lejn il-kisba ta’ status jew ta’ potenzjal tajjeb tal-korp tal-ilma affettwat.

Il-proġett ma jikkompromettix b’mod permanenti l-kisba ta’ status/potenzjal tajjeb fi kwalunkwe wieħed mill-korpi tal-ilma fl-istess distrett tal-baċir idrografiku.

Minbarra l-miżuri ta’ mitigazzjoni msemmija hawn fuq, u fejn rilevanti, jiġu implimentati miżuri kompensatorji sabiex jiġi żgurat li l-proġett ma jirriżultax f’deterjorament ġenerali tal-istatus tal-korpi tal-ilma fl-istess distrett tal-baċir idrografiku. Dan huwa miksub bir-restawr tal-kontinwità (lonġitudinali jew laterali) fl-istess distrett tal-baċir idrografiku sa livell li jikkumpensa t-tfixkil tal-kontinwità, li l-proġett tal-infrastruttura tan-navigazzjoni ppjanat jista’ jikkawża. Il-kumpens jibda qabel l-eżekuzzjoni tal-proġett.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Tal-anqas 70 % (skont il-piż) tal-iskart mhux perikoluż mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni (eskluż il-materjal li jseħħ b’mod naturali ddefinit fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea ta’ Skart stabbilita bid-Deċiżjoni 2000/532/KE) iġġenerat fuq is-sit tal-kostruzzjoni jitħejja għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għall-irkupru ta’ materjal ieħor, inklużi operazzjonijiet ta’ backfilling li jużaw l-iskart sabiex jissostitwixxi materjali oħra, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u mal-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (6). L-operaturi jillimitaw il-ġenerazzjoni tal-iskart fil-proċessi relatati mal-kostruzzjoni u mad-demolizzjoni, f’konformità mal-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni, u filwaqt li jqisu l-aħjar tekniki disponibbli u jużaw demolizzjoni selettiva sabiex ikunu jistgħu jitneħħew u jiġu maniġġati b’mod sikur is-sustanzi perikolużi u jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja permezz tat-tneħħija selettiva tal-materjali, billi jużaw is-sistemi ta’ tqassim disponibbli għall-iskart mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Ittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, il-vibrazzjoni, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Il-Protokoll tal-UE dwar l-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/growth/content/eu-construction-and-demolition-waste-protocol-0_mt).

6.17.    L-infrastruttura tal-ajruport

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni u t-tħaddim ta’ infrastruttura li hija meħtieġa għat-tħaddim b’emissjonijiet żero ta’ CO2 mit-tailpipe ta’ inġenji tal-ajru jew għall-operazzjonijiet proprji tal-ajruporti, kif ukoll għall-provvista ta’ ground power elettriku fiss u arja prekundizzjonata għall-inġenji tal-ajru stazzjonarji.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu kklassifikati taħt diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F41.20 u F42.99 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-infrastruttura mhijiex dedikata għat-trasport jew għall-ħżin ta’ fjuwils fossili.

F’każ ta’ infrastruttura ġdida jew ta’ rinnovazzjoni maġġuri, l-infrastruttura sarulha azzjonijiet favur ir-reżistenza kontra t-tibdil fil-klima f’konformità mal-prattika xierqa ta’ azzjonijiet favur ir-reżistenza għall-klima li tinkludi l-improntar tal-karbonju u kost delli (“shadow cost”) tal-karbonju ddefinit b’mod ċar. Tali improntar tal-karbonju jkopri l-emissjonijiet tal-ambitu 1-3, u juri li l-infrastruttura ma twassalx għal emissjonijiet relattivi addizzjonali ta’ gassijiet serra, ikkalkulati fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet, ta’ valuri u ta’ proċeduri konservattivi.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Tal-anqas 70 % (skont il-piż) tal-iskart mhux perikoluż mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni (eskluż il-materjal li jseħħ b’mod naturali ddefinit fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea ta’ Skart stabbilita bid-Deċiżjoni 2000/532/KE) iġġenerat fuq is-sit tal-kostruzzjoni jitħejja għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għall-irkupru ta’ materjal ieħor, inklużi operazzjonijiet ta’ backfilling li jużaw l-iskart sabiex jissostitwixxi materjali oħra, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u mal-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (6). L-operaturi jillimitaw il-ġenerazzjoni tal-iskart fil-proċessi relatati mal-kostruzzjoni u mad-demolizzjoni, f’konformità mal-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni, u filwaqt li jqisu l-aħjar tekniki disponibbli u jużaw demolizzjoni selettiva sabiex ikunu jistgħu jitneħħew u jiġu maniġġati b’mod sikur is-sustanzi perikolużi u jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja permezz tat-tneħħija selettiva tal-materjali, billi jużaw is-sistemi ta’ tqassim disponibbli għall-iskart mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Ittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, il-vibrazzjoni, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Il-Protokoll tal-UE dwar l-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/growth/content/eu-construction-and-demolition-waste-protocol-0_mt).

7.   KOSTRUZZJONI U PROPRJETÀ IMMOBBLI

7.1.    Kostruzzjoni ta’ bini ġdid

Deskrizzjoni tal-attività

L-iżvilupp ta’ proġetti ta’ bini għal bini residenzjali u mhux residenzjali billi jingħaqdu flimkien mezzi finanzjarji, tekniċi u fiżiċi għat-twettiq tal-proġetti ta’ bini għall-bejgħ aktar tard kif ukoll il-kostruzzjoni ta’ bini residenzjali jew mhux residenzjali komplut, għan-nom proprju għall-bejgħ jew fuq bażi ta’ tariffa jew ta’ kuntratt.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F41.1 u F41.2, inklużi attivitajiet oħrajn skont F43, f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Il-bini mhuwiex dedikat għall-estrazzjoni, għall-ħżin, għat-trasport jew għall-manifattura ta’ fjuwils fossili.

Id-Domanda għall-Enerġija Primarja (PED) (6), li tistabbilixxi r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija li jirriżulta mill-kostruzzjoni ma taqbiżx il-limitu stabbilit għar-rekwiżiti ta’ bini b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero (NZEB) fir-regolament nazzjonali li jimplimenta d-Direttiva 2010/31/UE. Ir-rendiment fl-użu tal-enerġija huwa ċċertifikat bl-użu ta’ Ċertifikat tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija (EPC) kif mibni.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Meta jkunu installati, ħlief għal installazzjonijiet f’unitajiet ta’ binjiet residenzjali, l-użu tal-ilma speċifikati għall-apparati tal-ilma li ġejjin huma attestati bi skedi ta’ data tal-prodott, b’ċertifikazzjoni tal-bini jew b’tikketta tal-prodott eżistenti fl-Unjoni, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Appendiċi E tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament:

(a)  vitien tas-sinkijiet u vitien tal-kċina għandhom fluss massimu ta’ 6 litri ilma/minuta;

(b)  doċċi għandhom fluss massimu ta’ 8 litri ilma/minuta;

(c)  tojlits, li jinkludu settijiet, bowls u ċisterni tal-flaxing, għandhom volum ta’ flaxxjatura sħiħa ta’ massimu ta’ 6 litri u volum medju massimu ta’ flaxxjatura ta’ 3,5 litri;

(d)  l-awrinarji jużaw massimu ta’ 2 litri/bowl/siegħa. L-awrinarji bil-flaxing għandhom volum massimu ta’ flaxxjatura sħiħa ta’ litru (1).

Sabiex jiġi evitat l-impatt mis-sit tal-kostruzzjoni, l-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Tal-anqas 70 % (skont il-piż) tal-iskart mhux perikoluż mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni (eskluż il-materjal li jseħħ b’mod naturali msemmi fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea ta’ Skart stabbilita bid-Deċiżjoni 2000/532/KE) iġġenerat fuq is-sit tal-kostruzzjoni jitħejja għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għall-irkupru ta’ materjal ieħor, inklużi operazzjonijiet ta’ backfilling li jużaw l-iskart sabiex jissostitwixxi materjali oħra, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u mal-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (7). L-operaturi jillimitaw il-ġenerazzjoni tal-iskart fil-proċessi relatati mal-kostruzzjoni u mad-demolizzjoni, f’konformità mal-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni, u filwaqt li jqisu l-aħjar tekniki disponibbli u jużaw demolizzjoni selettiva sabiex ikunu jistgħu jitneħħew u jiġu maniġġati b’mod sikur is-sustanzi perikolużi u jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja permezz tat-tneħħija selettiva tal-materjali, billi jużaw is-sistemi ta’ tqassim disponibbli għall-iskart mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni.

Id-disinni tal-bini u t-tekniki ta’ kostruzzjoni jappoġġaw iċ-ċirkolarità u b’mod partikolari juru, b’referenza għall-istandard ISO 20887 (8) jew għal standards oħra għall-valutazzjoni tad-diżassemblaġġ jew għall-adattabilità tal-bini, kif inhuma mfassla sabiex ikunu aktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, adattabbli, flessibbli u żmantellabbli sabiex ikunu jistgħu jintużaw mill-ġdid u jiġu rriċiklati.

▼M2

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Il-komponenti u l-materjali tal-bini użati fil-kostruzzjoni jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Il-komponenti u l-materjali ta’ bini użati fil-kostruzzjoni li jistgħu jiġu f’kuntatt mal-okkupanti (9) jemettu anqas minn 0,06 mg ta’ formaldeid għal kull m3 ta’ arja tal-kompartiment tat-test wara l-ittestjar f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u anqas minn 0,001 mg ta’ komposti organiċi volatili karċinoġeniċi tal-kategoriji 1 A u 1B għal kull m3 ta’ arja tal-kompartiment tat-test, wara ttestjar f’konformità mal-istandards CEN/EN 16516 (10) jew ISO 16000-3 (11) jew ma’ kundizzjonijiet ta’ ttestjar u metodi ta’ determinazzjoni standardizzati ekwivalenti oħrajn (12).

Fejn il-kostruzzjoni l-ġdida tinsab f’sit potenzjalment ikkontaminat (sit abbandunat), is-sit kien soġġett għal investigazzjoni għal kontaminanti potenzjali, pereżempju bl-użu tal-istandard ISO 18400 (13).

Ittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni.

▼B

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

Il-kostruzzjoni l-ġdida mhijiex mibnija fuq wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  raba’ li jinħadem u raba’ għat-tkabbir tal-għelejjel b’livell moderat sa għoli ta’ fertilità tal-ħamrija u ta’ bijodiversità taħt l-art kif imsemmija fl-istħarriġ LUCAS tal-UE (14);

(b)  art f’maħdar ta’ valur ta’ bijodiversità għoli rikonoxxut u art li sservi bħala ħabitat għal speċijiet f’periklu (flora u fawna) elenkati fil-Lista Ħamra Ewropea (15) jew fil-Lista Ħamra tal-IUCN (16);

(c)  art li taqbel mad-definizzjoni ta’ foresta kif stabbilita fil-liġi nazzjonali użata fl-inventarju nazzjonali tal-gassijiet serra, jew meta dan ma jkunx disponibbli, hija konformi mad-definizzjoni ta’ foresta tal-FAO (17).

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

L-ammont kalkulat tal-enerġija meħtieġa sabiex tiġi ssodisfata d-domanda għall-enerġija assoċjata mal-użi tipiċi ta’ bini espressa b’indikatur numeriku ta’ użu ta’ enerġija primarja totali f’kWh/m2 fis-sena u fuq il-bażi tal-metodoloġija ta’ kalkolu nazzjonali rilevanti u kif murija fuq iċ-Ċertifikat tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija (EPC).

(7)   

Il-Protokoll tal-UE dwar l-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/growth/content/eu-construction-and-demolition-waste-protocol-0_en).

(8)   

ISO 20887:2020, Sostenibbiltà fil-bini u fix-xogħlijiet tal-inġinerija ċivili - Disinn għaż-żarmar u għall-adattabilità - Prinċipji, rekwiżiti u gwida (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/69370.html).

(9)   

L-applikazzjoni għaż-żebgħat u għall-verniċi, għall-madum tas-saqaf, għall-koperturi tal-art, inklużi l-adeżivi u s-siġillanti assoċjati, għall-iżolament intern u għat-trattamenti tas-superfiċje interna, bħal dawk għat-trattament tal-umdu u tal-moffa.

(10)   

CEN/TS 16516: 2013, Prodotti tal-kostruzzjoni - Valutazzjoni tar-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi - Determinazzjoni tal-emissjonijiet fl-arja interna.

(11)   

ISO 16000-3:2011, Indoor air — Part 3: Determinazzjoni tal-formaldeid u ta’ komposti oħra tal-karbonil fl-arja interna u fl-arja tal-kompartiment tat-test — Metodu ta’ kampjunar attiv.

(12)   

Il-limiti tal-emissjonijiet għall-komposti organiċi volatili karċinoġeniċi huma relatati ma’ perjodu ta’ ttestjar ta’ 28 jum.

(13)   

ISO 18400 serje dwar il-Kwalità tal-ħamrija — Kampjunar

(14)   

JRC ESDCA, LUCAS: Stħarriġ qafas tal-Użu tal-Art u tal-Erja ta’ Kopertura (verżjoni tal-4.6.2021: https://esdac.jrc.ec.europa.eu/projects/lucas).

(15)   

IUCN, The IUCN European Red List of Threatened Species (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iucn.org/regions/europe/our-work/biodiversity-conservation/european-red-list-threatened-species).

(16)   

IUCN, The IUCN Red List of Threatened Species (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iucnredlist.org).

(17)   

Art mifruxa fuq aktar minn 0,5 ta’ ettaru b’siġar ogħla minn ħames metri u b’kopertura ta’ qċaċet ta’ aktar minn 10 %, jew b’siġar li jistgħu jilħqu dawk il-limiti in situ. Ma tinkludix art li fil-biċċa l-kbira tagħha hija taħt użu agrikolu jew urban tal-art.

7.2.    Ir-rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti

Deskrizzjoni tal-attività

Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u ta’ inġinerija ċivili jew tħejjija ta’ dawn

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F41 u F43 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Il-bini mhuwiex dedikat għall-estrazzjoni, għall-ħżin, għat-trasport jew għall-manifattura ta’ fjuwils fossili.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Meta jkunu installati bħala parti mix-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni, ħlief għal xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni f’unitajiet ta’ binjiet residenzjali, l-użu tal-ilma speċifikat għall-apparati tal-ilma li ġejjin ikun attestat bi skedi ta’ data tal-prodott, b’ċertifikazzjoni tal-bini jew b’tikketta tal-prodott eżistenti fl-Unjoni, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Appendiċi E tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament:

(a)  vitien tas-sinkijiet u vitien tal-kċina għandhom fluss massimu ta’ 6 litri ilma/minuta;

(b)  doċċi għandhom fluss massimu ta’ 8 litri ilma/minuta;

(c)  tojlits, li jinkludu settijiet, bowls u ċisterni tal-flaxing, għandhom volum ta’ flaxxjatura sħiħa ta’ massimu ta’ 6 litri u volum medju massimu ta’ flaxxjatura ta’ 3,5 litri;

(d)  l-awrinarji jużaw massimu ta’ 2 litri/bowl/siegħa. L-awrinarji bil-flaxing għandhom volum massimu ta’ flaxxjatura sħiħa ta’ litru (1).

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Tal-anqas 70 % (skont il-piż) tal-iskart mhux perikoluż mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni (eskluż il-materjal li jseħħ b’mod naturali msemmi fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea ta’ Skart stabbilita bid-Deċiżjoni 2000/532/KE) iġġenerat fuq is-sit tal-kostruzzjoni jitħejja għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għall-irkupru ta’ materjal ieħor, inklużi operazzjonijiet ta’ backfilling li jużaw l-iskart sabiex jissostitwixxi materjali oħra, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u mal-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (6). L-operaturi jillimitaw il-ġenerazzjoni tal-iskart fil-proċessi relatati mal-kostruzzjoni u mad-demolizzjoni, f’konformità mal-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni, u filwaqt li jqisu l-aħjar tekniki disponibbli u jużaw demolizzjoni selettiva sabiex ikunu jistgħu jitneħħew u jiġu maniġġati b’mod sikur is-sustanzi perikolużi u jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja permezz tat-tneħħija selettiva tal-materjali, billi jużaw is-sistemi ta’ tqassim disponibbli għall-iskart mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni.

Id-disinni tal-bini u t-tekniki ta’ kostruzzjoni jappoġġaw iċ-ċirkolarità u b’mod partikolari juru, b’referenza għall-istandard ISO 20887 (7) jew għal standards oħra għall-valutazzjoni tad-diżassemblaġġ jew għall-adattabilità tal-bini, kif inhuma mfassla sabiex ikunu aktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, adattabbli, flessibbli u żmantellabbli sabiex ikunu jistgħu jintużaw mill-ġdid u jiġu rriċiklati.

▼M2

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Il-komponenti u l-materjali tal-bini użati fil-kostruzzjoni jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Il-komponenti u l-materjali ta’ bini użati fir-rinnovazzjoni tal-bini li jistgħu jiġu f’kuntatt mal-okkupanti (10) jemettu anqas minn 0,06 mg ta’ formaldeid għal kull m3 ta’ arja tal-kompartiment tat-test wara l-ittestjar f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u anqas minn 0,001 mg ta’ komposti organiċi volatili karċinoġeniċi tal-kategoriji 1 A u 1B għal kull m3 ta’ arja tal-kompartiment tat-test, wara ttestjar f’konformità mal-istandards CEN/EN 16516 (11) jew ISO 16000-3:2011 (9) jew ma’ kundizzjonijiet ta’ ttestjar u metodi ta’ determinazzjoni standardizzati ekwivalenti oħrajn (12).

Ittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni.

▼B

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

M/A.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

Il-Protokoll tal-UE dwar l-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/growth/content/eu-construction-and-demolition-waste-protocol-0_en).

(7)   

ISO 20887:2020, Sostenibbiltà fil-bini u fix-xogħlijiet tal-inġinerija ċivili - Disinn għaż-żarmar u għall-adattabilità - Prinċipji, rekwiżiti u gwida (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/69370.html).

(8)   

L-applikazzjoni għaż-żebgħat u għall-verniċi, għall-madum tas-saqaf, għall-koperturi tal-art, inklużi l-adeżivi u s-siġillanti assoċjati, għall-iżolament intern u għat-trattamenti tas-superfiċje interna (fosthom għat-trattament tal-umdu u tal-moffa).

(9)   

ISO 16000-3:2011, Indoor air — Part 3: Determination of formaldehyde and other carbonyl compounds in indoor air and test chamber air — Active sampling method (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/51812.html).

(10)   

Japplika għaż-żebgħat u għall-verniċi, għall-madum tas-saqaf, għall-koperturi tal-art, (inklużi l-adeżivi u s-siġillanti assoċjati), għall-iżolament intern u għat-trattamenti tas-superfiċe interna (bħal pereżempju għat-trattament tal-umdu u tal-moffa).

(11)   

CEN/TS 16516: 2013, Prodotti tal-kostruzzjoni - Valutazzjoni tar-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi - Determinazzjoni tal-emissjonijiet fl-arja interna.

(12)   

Il-limiti tal-emissjonijiet għall-komposti organiċi volatili karċinoġeniċi huma relatati ma’ perjodu ta’ ttestjar ta’ 28 jum.

7.3.    L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ tagħmir tal-effiċjenza enerġetika

Deskrizzjoni tal-attività

Miżuri ta’ rinovazzjoni individwali li jikkonsistu fl-installazzjoni, fil-manutenzjoni jew fit-tiswija ta’ tagħmir tal-effiċjenza enerġetika. L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jikkonsistu f’waħda mill-miżuri individwali li ġejjin, dment li jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi stabbiliti għal komponenti u għal sistemi individwali fil-miżuri nazzjonali applikabbli tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2010/31/UE u, fejn applikabbli, ikunu kklassifikati fl-ogħla żewġ klassijiet ippopolati tal-effiċjenza enerġetika f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1369 u mal-atti delegati adottati skont dak ir-Regolament:

(a) 

iż-żieda ta’ iżolament ma’ komponenti tal-involukru eżistenti, bħal ħitan esterni (inklużi ħitan ekoloġiċi), bjut (inklużi bjut ekoloġiċi), lofts, kantini u terrani (inklużi miżuri sabiex tiġi żgurata l-impermeabbiltà tal-arja, miżuri li jnaqqsu l-effetti tal-pontijiet termali u tal-falk) u prodotti għall-applikazzjoni tal-iżolament għall-involukru tal-bini (inklużi installazzjonijiet mekkaniċi u adeżiv);

(b) 

is-sostituzzjoni ta’ twieqi eżistenti ma’ twieqi ġodda effiċjenti fl-użu tal-enerġija;

(c) 

is-sostituzzjoni ta’ bibien esterni eżistenti ma’ bibien ġodda effiċjenti fl-użu tal-enerġija;

(d) 

l-installazzjoni u s-sostituzzjoni ta’ sorsi tad-dawl effiċjenti fl-użu tal-enerġija;

(e) 

l-installazzjoni, is-sostituzzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ sistemi ta’ tisħin, ta’ ventilazzjoni u tal-arja kundizzjonata (HVAC) u ta’ sistemi ta’ tisħin tal-ilma, inkluż tagħmir relatat ma’ servizzi ta’ tisħin distrettwali, ma’ teknoloġiji effiċjenti ħafna;

(f) 

l-installazzjoni ta’ apparati tal-ilma tal-kċina u sanitarji b’livelli baxxi ta’ konsum ta’ ilma u ta’ enerġija li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Appendiċi A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u, fil-każ ta’ soluzzjonijiet tad-doċċa, ta’ doċċa bil-mikser, ta’ żbokki u ta’ vitien tad-doċċa, għandhom fluss massimu ta’ 6 litri ilma/minuta jew anqas attestat minn tikketta eżistenti fis-suq tal-Unjoni.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F42, F43, M71, C16, C17, C22, C23, C25, C27, C28, S95.21, S95.22, C33.12, f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

▼M2

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Il-bini ma huwiex dedikat għall-estrazzjoni, għall-ħżin, għat-trasport jew għall-manifattura tal-fjuwils fossili.

▼B

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Il-komponenti u l-materjali tal-bini jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Fil-każ ta’ żieda ta’ iżolament termali ma’ involukru tal-bini eżistenti, isir stħarriġ tal-bini f’konformità mal-liġi nazzjonali minn speċjalist kompetenti b’taħriġ fl-istħarriġ tal-asbestos. Kwalunkwe strippaġġ ta’ għata iżolanti li fihom jew x’aktarx ikun fihom l-asbestos, it-tkissir jew it-tħaffir jew l-invitar mekkaniku jew it-tneħħija ta’ pannella ta’ iżolament, ta’ madum u ta’ materjali oħra li fihom l-asbestos issir minn persunal imħarreġ kif xieraq, bil-monitoraġġ tas-saħħa qabel, matul u wara x-xogħlijiet, f’konformità mal-liġi nazzjonali.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

7.4.    L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ stazzjonijiet għall-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi fil-bini (u fl-ispazji ta’ parkeġġ biswit il-bini)

Deskrizzjoni tal-attività

L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ stazzjonijiet għall-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi fil-bini u fl-ispazji ta’ parkeġġ biswit il-bini.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F42, F43, M71, C16, C17, C22, C23, C25, C27 jew C28, f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

▼M2

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Il-bini ma huwiex dedikat għall-estrazzjoni, għall-ħżin, għat-trasport jew għall-manifattura tal-fjuwils fossili.

▼B

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

7.5.    L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ strumenti u ta’ apparati għall-kejl, għar-regolamentazzjoni u għall-kontroll tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija

Deskrizzjoni tal-attività

L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ strumenti u ta’ apparati għall-kejl, għar-regolamentazzjoni u għall-kontroll tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, li jikkonsistu f’waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a) 

l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ termostats biż-żoni, ta’ sistemi ta’ termostats intelliġenti u ta’ tagħmir ta’ sensuri intelliġenti, inkluż il-kontroll taċ-ċaqliq u tad-dawl djurn;

(b) 

l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ sistemi ta’ awtomatizzazzjoni u ta’ kontroll tal-bini, ta’ sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija tal-bini (building energy management systems, BEMS), ta’ sistemi ta’ kontroll tad-dawl u ta’ sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija (energy management systems, EMS);

(c) 

l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ arloġġi intelliġenti għall-gass, għat-tisħin, għat-tkessiħ u għall-elettriku;

(d) 

l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ elementi tal-faċċata u tas-soqfa b’funzjoni ta’ dell solari jew ta’ kontroll solari, inklużi dawk li jsostnu t-tkabbir tal-veġetazzjoni.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F42, F43, M71, u C16, C17, C22, C23, C25, C27, C28, f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

▼M2

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Il-bini ma huwiex dedikat għall-estrazzjoni, għall-ħżin, għat-trasport jew għall-manifattura tal-fjuwils fossili.

▼B

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

7.6.    L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli

Deskrizzjoni tal-attività

L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli, fuq il-post, li jikkonsistu f’waħda mill-miżuri individwali li ġejjin, jekk dawn jiġu installati fuq il-post bħala sistemi tekniċi ta’ bini:

(a) 

l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ sistemi fotovoltajċi solari u tat-tagħmir tekniku anċillari;

(b) 

l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ pannelli solari tal-misħun u tat-tagħmir tekniku anċillari;

(c) 

l-installazzjoni, il-manutenzjoni, it-tiswija u t-titjib tal-pompi tas-sħana li jikkontribwixxu għall-miri għall-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u fit-tkessiħ f’konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001 u tat-tagħmir tekniku anċillari;

(d) 

l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ turbini eoliċi u tat-tagħmir tekniku anċillari;

(e) 

l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ kolletturi traspirati solari u tat-tagħmir tekniku anċillari;

(f) 

l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ unitajiet ta’ ħażna tal-enerġija elettrika u tat-tagħmir tekniku anċillari;

(g) 

l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ impjant mikro tas-CHP (tisħin u enerġija kombinati) b’effiċjenza għolja;

(h) 

l-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ sistemi ta’ skambjatur/irkupru tas-sħana.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F42, F43, M71, C16, C17, C22, C23, C25, C27 jew C28, f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

▼M2

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Il-bini ma huwiex dedikat għall-estrazzjoni, għall-ħżin, għat-trasport jew għall-manifattura tal-fjuwils fossili.

▼B

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

7.7.    L-akkwist u s-sjieda tal-bini

Deskrizzjoni tal-attività

Ix-xiri ta’ proprjetà immobbli u l-eżerċizzjar tas-sjieda fuq dik il-proprjetà immobbli.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi L68 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Il-bini mhuwiex dedikat għall-estrazzjoni, għall-ħżin, għat-trasport jew għall-manifattura ta’ fjuwils fossili.

Għall-bini mibni qabel il-31 ta’ Diċembru 2020, il-bini jkollu tal-anqas Ċertifikat tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija (EPC) tal-klassi C. Bħala alternattiva, il-bini jkun fl-ogħla 30 % tal-istokk tal-bini nazzjonali jew reġjonali espress bħala Domanda għall-Enerġija Primarja (PED) operazzjonali u muri minn evidenza adegwata, li tal-anqas tqabbel ir-rendiment tal-assi rilevanti mal-prestazzjoni tal-istokk nazzjonali jew reġjonali mibni qabel il-31 ta’ Diċembru 2020 u tal-anqas tagħmel distinzjoni bejn bini residenzjali u mhux residenzjali.

Għal bini mibni wara l-31 ta’ Diċembru 2020, id-Domanda għall-Enerġija Primarja (PED) (6), li tiddefinixxi r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija li jirriżulta mill-kostruzzjoni ma taqbiżx il-limitu stabbilit għar-rekwiżiti ta’ bini b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero (NZEB) fir-regolament nazzjonali li jimplimenta d-Direttiva 2010/31/UE. Ir-rendiment fl-użu tal-enerġija huwa ċċertifikat bl-użu ta’ Ċertifikat tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija (EPC) kif mibni.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

L-ammont kalkulat tal-enerġija meħtieġa sabiex tiġi ssodisfata d-domanda għall-enerġija assoċjata mal-użi tipiċi ta’ bini espressa b’indikatur numeriku ta’ użu ta’ enerġija primarja totali f’kWh/m2 fis-sena u fuq il-bażi tal-metodoloġija ta’ kalkolu nazzjonali rilevanti u kif murija fuq iċ-Ċertifikat tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija (EPC).

8.   L-INFORMAZZJONI U L-KOMUNIKAZZJONI

8.1.    L-ipproċessar ta’ data, il-hosting u l-attivitajiet relatati

Deskrizzjoni tal-attività

Il-ħżin, il-manipulazzjoni, il-ġestjoni, il-moviment, il-wiri, l-iswiċċjar, l-interkambju, it-trażmissjoni jew il-wasla ta’ diversità ta’ data minn ċentri tad-data  ( 106 ), inkluż l-edge computing.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi J63.1.1 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività wriet l-aħjar sforzi sabiex jiġu implimentati l-prattiki rilevanti kollha elenkati bħala “prattiki mistennija” fl-aktar verżjoni riċenti tal-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew dwar l-Effiċjenza Enerġetika taċ-Ċentri tad-Data (6), jew fid-dokument tas-CEN-CENELEC CLC TR50600-99-1 “Data centre facilities and infrastructures - Part 99-1: Recommended practices for energy management” (7) u implimentat il-prattiki mistennija kollha li ġew assenjati l-valur massimu ta’ 5 skont l-aktar verżjoni reċenti tal-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew dwar l-Effiċjenza Enerġetika taċ-Ċentri tad-Data.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

It-tagħmir użat jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2009/125/KE għas-servers u għall-prodotti għall-ħżin tad-data.

It-tagħmir użat ma fihx is-sustanzi ristretti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE, ħlief meta l-valuri ta’ konċentrazzjoni skont il-piż f’materjali omoġeni ma jaqbżux il-valuri massimi elenkati f’dak l-Anness.

Pjan għall-immaniġġjar tal-iskart huwa fis-seħħ u jiżgura riċiklaġġ massimu fi tmiem il-ħajja tat-tagħmir elettriku u elettroniku, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali mas-sħab tar-riċiklaġġ, kif rifless fi projezzjonijiet finanzjarji jew f’dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġett.

Fi tmiem il-ħajja tiegħu, it-tagħmir jitħejja għal operazzjonijiet ta’ użu mill-ġdid, ta’ rkupru jew ta’ riċiklaġġ, jew għat-trattament xieraq, inklużi t-tneħħija tal-fluwidi kollha u trattament selettiv f’konformità mal-Anness VII tad-Direttiva 2012/19/UE.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

(6)   

L-aktar verżjoni reċenti tal-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew dwar l-Effiċjenza Enerġetika taċ-Ċentri tad-Data hija l-aħħar verżjoni ppubblikata fis-sit web tal-Pjattaforma Ewropea għall-Effiċjenza Enerġetika taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (E3P), https://e3p.jrc.ec.europa.eu/communities/data-centres-code-conduct, b’perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ sitt xhur li jibda mill-jum tal-pubblikazzjoni tagħha (il-verżjoni tal-2021 hija disponibbli fuq https://e3p.jrc.ec.europa.eu/publications/2021-best-practice-guidelines-eu-code-conduct-data-centre-energy-efficiency).

(7)   

Maħruġ fl-1 ta’ Lulju 2019 mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC), (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.cenelec.eu/dyn/www/f?p=104:110:508227404055501::::FSP_ORG_ID,FSP_PROJECT,FSP_LANG_ID:1258297,65095,25).

8.2.    Il-programmar tal-kompjuters, il-konsulenza u l-attivitajiet relatati

Deskrizzjoni tal-attività

Il-provvista ta’ għarfien espert fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni: il-kitba, il-modifika, l-ittestjar u l-appoġġ ta’ software; l-ippjanar u t-tfassil ta’ sistemi tal-kompjuter li jintegraw hardware u software tal-kompjuters u teknoloġiji tal-komunikazzjoni; il-ġestjoni u t-tħaddim fuq il-post ta’ sistemi tal-kompjuter tal-klijenti jew ta’ faċilitajiet tal-proċessar tad-data; u attivitajiet professjonali u tekniċi oħrajn relatati mal-kompjuters.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi J62 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

8.3.    L-attivitajiet ta’ programmazzjoni u ta’ xandir

Deskrizzjoni tal-attività

Attivitajiet ta’ programmar u ta’ xandir jijnkludu l-ħolqien ta’ kontenut jew il-kisba tad-dritt ta’ distribuzzjoni tal-kontenut u xandir sussegwenti ta’ dak il-kontenut, bħal programmi tar-radju, tat-televiżjoni u tad-data ta’ divertiment, ta’ aħbarijiet, ta’ taħdit, u l-bqija, inkluż ix-xandir ta’ data, tipikament integrat max-xandir tar-radju jew tat-TV. Ix-xandir jista’ jsir bl-użu ta’ teknoloġiji differenti, permezz tal-ajru, permezz tas-satelliti, permezz ta’ network tal-kejbil jew permezz tal-Internet. Dan jinkludi wkoll il-produzzjoni ta’ programmi li tipikament jixxandru b’mod ristrett (format limitat, bħall-aħbarijiet, l-isport, l-edukazzjoni u l-programmar orjentat lejn iż-żgħażagħ) fuq bażi ta’ abbondament jew ta’ tariffi, lil parti terza, għax-xandir sussegwenti għall-pubbliku.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi J60 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija tikkonforma mal-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punt 5, l-attività tkun attività ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

5.  Sabiex attività titqies bħala attività li tiffaċilita kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, l-operatur ekonomiku juri, permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji klimatiċi attwali u futuri, inkluża l-inċertezza u fuq il-bażi ta’ data robusta, li l-attività tipprovdi teknoloġija, prodott, servizz, informazzjoni, jew prattika, jew tippromwovi l-użi tagħhom b’wieħed mill-objettivi primarji li ġejjin:

(a)  iż-żieda fil-livell ta’ reżiljenza għar-riskji klimatiċi fiżiċi ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn;

(b)  il-kontribut għall-isforzi ta’ adattament ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

▼M2

8.4.    Software li jabilita l-ġestjoni tar-riskju klimatiku fiżiku u l-adattament għalih

Deskrizzjoni tal-attività

L-iżvilupp ta’ software jew attivitajiet ta’ programmazzjoni mmirati lejn il-forniment ta’ software għal:

(a) 

it-tbassir, il-projezzjoni u l-monitoraġġ tar-riskji klimatiċi;

(b) 

sistemi ta’ twissija bikrija għar-riskji klimatiċi;

(c) 

il-ġestjoni ta’ riskji klimatiċi.

L-attività ekonomika ma tinkludix l-iżvilupp u l-ipprogrammar tas-software bħala parti minn attivitajiet ta’ inġinerija u konsulenza teknika relatata ddedikata għall-adattament għat-tibdil fil-klima (ara t-Taqsima 9.1 ta’ dan l-Anness), qrib ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni tas-suq (ara t-Taqsima 9.2. ta’ dan l-Anness), u bħala parti minn konsulenza għall-ġestjoni tar-riskju klimatiku fiżiku u l-adattament għalih (ara t-Taqsima 9.3 ta’ dan l-Anness).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi J62.01 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija hija attività ta’ faċilitazzjoni f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività tneħħi ostakli ta’ informazzjoni, teknoloġiċi u tal-kapaċità għall-adattament.

2.  L-attività tuża metodoloġija u data li:

(a)  huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u l-metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar reċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (1), mal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (2) jew bi ħlas;

(b)  huma konsistenti mal-istandards u mal-linji gwida dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-ġestjoni tar-riskju u t-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri, inkluż pereżempju EN ISO 14090 (3) għall-fehim tal-impatti u l-inċertezzi klimatiċi u l-użu tagħhom fit-teħid tad-deċiżjonijiet, kif ukoll EN ISO 14091 (4) dwar il-vulnerabbiltà, l-impatti u l-valutazzjoni tar-riskji klimatiċi, il-Linji gwida dwar il-Valutazzjoni Komprensiva tar-Riskju u l-Ippjanar fil-Kuntest tat-Tibdil fil-Klima (5), u l-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri (6).

3.  Il-biċċa software żviluppata:

(a)  hija mmirata biex tippermetti l-ġestjoni tar-riskji fiżiċi tal-klima relatati mal-perikli elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness;

(b)  ma taffettwax b’mod ħażin l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għar-riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-patrimonju kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(c)  tiffavorixxi soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura (7) sa fejn ikun possibbli;

(d)  hija konsistenti mal-istrateġiji u mal-pjanijiet ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(e)  tiġi mmonitorjata u titkejjel skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawn l-indikaturi ma jkunux issodisfati.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ir-Rapporti ta’ Valutazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima: L-Impatti, l-Adattament u l-Vulnerabbiltà, ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti inkarigat mill-valutazzjoni tax-xjenza relatata ma’ dak li jipproduċi t-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(2)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus u s-servizz ta’ twissija bikrija ta’ Galileo (Galileo Early Warning Service) ġestit mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)   

Standard ISO 14090:2019, Adattament għat-tibdil fil-klima – Prinċipji, rekwiżiti u linji gwida (il-verżjoni ta’ 27.6.2023: https://www.iso.org/standard/68507.html).

(4)   

ISO 14091:2021, Adattament għat-tibdil fil-klima — Linji Gwida dwar il-vulnerabbiltà, l-impatti u l-valutazzjoni tar-riskju (il-verżjoni ta’ 27.6.2023: https://www.iso.org/standard/68508.html).

(5)   

Gwida Teknika dwar il-Valutazzjoni u l-Ippjanar Komprensivi tar-Riskju fil-Kuntest tat-Tibdil fil-Klima, https://www.undrr.org/publication/technical-guidance-comprehensive-risk-assessment-and-planning-context-climate-change.

(6)   

Il-Qafas Sendai għat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri 2015-2030, https://www.undrr.org/publication/sendai-framework-disaster-risk-reduction-2015-2030.

(7)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fir-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni ta’ 27.6.2023: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

▼B

9.   L-ATTIVITAJIET PRROFESSJONALI, XJENTIFIĊI U TEKNIĊI

9.1.    L-attivitajiet tal-inġinerija u konsulenza teknika relatata dedikati għall-adattament għat-tibdil fil-klima

Deskrizzjoni tal-attività

Attivitajiet tal-inġinerija u konsulenza teknika relatata dedikati għall-adattament għat-tibdil fil-klima.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi M71.12 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/20061.

Attività ekonomika f’din il-kategorija ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati f’din it-taqsima

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività ekonomika hija fil-biċċa l-kbira mmirata lejn il-provvista ta’ konsulenza li tgħin lil attività ekonomika waħda jew aktar li għaliha jkunu ġew stabbiliti l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness sabiex tissodsifa dawk il-kriterji rispettivi għall-kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima, filwaqt li tirrispetta l-kriterji rilevanti ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal objettivi ambjentali oħra.

L-attività ekonomika tikkonforma ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)  tuża tekniki ta’ mmudellar tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku li:

(i)  jirriflettu kif xieraq ir-riskji tat-tibdil fil-klima;

(ii)  ma jibbażawx fuq xejriet storiċi biss;

(iii)  jintegraw xenarji li jħarsu ’l quddiem;

(b)  tiżviluppa projezzjonijiet u mudelli klimatiċi, servizzi u valutazzjoni tal-impatt, l-aħjar xjenza disponibbli għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u l-metodoloġiji relatati f’konformità mal-aktar rapporti riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima u mal-aktar pubblikazzjonijiet xjentifiċi riċenti rieżaminati bejn il-pari.

L-attività ekonomika tneħħi ostakli ta’ informazzjoni, finanzjarji, teknoloġiċi u tal-kapaċità għall-adattament.

Il-potenzjal li jitnaqqsu l-impatti materjali minħabba r-riskji klimatiċi huwa mmappjat permezz ta’ valutazzjoni tar-riskju klimatiku robusta fl-attività ekonomika fil-mira.

L-attivitajiet fid-disinn arkitettoniku jqisu l-linji gwida dwar il-verifika tar-reżistenza klimatika, l-immudellar tal-perikli relatati mal-klima u jippermettu l-adattament tal-kostruzzjoni u tal-infrastruttura, inklużi kodiċijiet ta’ bini u sistemi ta’ ġestjoni integrati.

Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (1) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (2) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività mhijiex imwettqa għall-finijiet ta’ estrazzjoni ta’ fjuwils fossili jew ta’ trasport ta’ fjuwils fossili.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(2)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

9.2.    Ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni qrib is-suq

Deskrizzjoni tal-attività

Ir-riċerka, ir-riċerka applikata u l-iżvilupp sperimentali ta’ soluzzjonijiet, ta’ proċessi, ta’ teknoloġiji, ta’ mudelli ta’ negozju u ta’ prodotti oħrajn dedikati għall-adattament għat-tibdil fil-klima.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jkunu assoċjati mal-kodiċi M72 tal-NACE jew, għar-riċerka li tkun parti integrali minn dawk l-attivitajiet ekonomiċi li għalihom il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar huma speċifikati f’dan l-Anness, il-kodiċijiet tal-NACE stabbiliti f’Taqsimiet oħrajn ta’ dan l-Anness f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika tirriċerka, tinnova jew tiżviluppa soluzzjonijiet, teknoloġiji, prodotti, proċessi jew mudelli ta’ negozju, li jinkludu soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u dawk ispirati min-natura (1), dedikati sabiex jippermettu attività waħda jew aktar li għalihom il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ġew speċifikati f’dan l-Anness sabiex jissodisfaw il-kriterji rispettivi għal kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima sabiex tiżdied ir-reżiljenza tagħhom għat-tibdil fil-klima, filwaqt li jiġu rrispettati l-kriterji rilevanti sabiex ma ssir l-ebda ħsara sinifikanti lil objettivi ambjentali oħrajn.

2.  Meta t-teknoloġija, il-prodott jew soluzzjoni oħra riċerkata, żviluppata jew innovata diġà tkun tippermetti attività jew diversi attivitajiet indirizzati f’dan l-Anness sabiex jissodisfaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar tagħhom għal kontribut sostanzjali, l-attività ta’ riċerka, ta’ żvilupp u ta’ innovazzjoni tiffoka fuq it-twassil ta’ teknoloġiji, ta’ prodotti jew ta’ soluzzjonijiet oħrajn b’vantaġġi sinifikanti ġodda, bħal prestazzjoni aħjar jew kost aktar baxx.

3.  L-attività ekonomika tneħħi l-ostakli ta’ informazzjoni, finanzjarji, teknoloġiċi u ta’ kapaċità għall-adattament permezz ta’ soluzzjonijiet, teknoloġiji, prodotti, proċessi jew mudelli ta’ negozju ġodda jew imtejba, li jinkludu soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura.

4.  L-attività ekonomika għandha l-potenzjal li tnaqqas l-impatti materjali minħabba r-riskji klimatiċi identifikati permezz ta’ valutazzjoni robusta tar-riskju għall-klima f’attività ekonomika oħra permezz tal-iżvilupp, ir-riċerka, jew l-innovazzjoni ta’ soluzzjonijiet, ta’ teknoloġiji, ta’ prodotti, ta’ proċessi jew ta’ mudelli ta’ negozju, li l-potenzjal ta’ tnaqqis tar-riskju tagħhom tal-anqas intwera f’ambjent operattiv (2) fuq skala prekummerċjali u huma ssostanzjati aktar permezz ta’ mill-inqas wieħed mill-elementi li ġejjin:

(a)  l-ewwel użu ta’ privattiva ta’ mhux aktar minn 10 snin assoċjata mas-soluzzjoni, mat-teknoloġija, mal-prodott, mal-proċess jew mal-mudell ta’ negozju;

(b)  forom oħra ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali assoċjati mas-soluzzjoni, mat-teknoloġija, mal-prodott, mal-proċess jew mal-mudell ta’ negozju, bħas-sigrieti tal-mestier, it-trademarks jew id-drittijiet tal-awtur;

(c)  permess miksub minn awtorità kompetenti għat-tħaddim tas-sit ta’ dimostrazzjoni assoċjat mas-soluzzjoni, mat-teknoloġija, mal-prodott, mal-proċess jew mal-mudell ta’ negozju għad-durata tal-proġett ta’ dimostrazzjoni.

5.  L-attività ekonomika tuża projezzjonijiet klimatiċi u valutazzjoni tal-impatti tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, l-aħjar xjenza disponibbli għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u l-metodoloġiji relatati f’konformità mal-aktar rapporti riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima u mal-aktar pubblikazzjonijiet xjentifiċi riċenti rieżaminati bejn il-pari bħala punt ta’ riferiment għas-soluzzjonijiet, għat-teknoloġiji, għall-prodotti, għall-proċessi jew għall-mudelli ta’ negozju li tiżviluppa.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività mhijiex imwettqa għall-finijiet ta’ estrazzjoni, ta’ trasport jew ta’ użu ta’ fjuwils fossili.

L-emissjonijiet projettati ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja mit-teknoloġija, mill-prodott jew minn soluzzjoni oħra rriċerkata ma xxekkilx l-objettivi ta’ mitigazzjoni tal-gassijiet serra skont il-Ftehim ta’ Pariġi u lanqas ma tfixkel it-tnedija ta’ soluzzjonijiet għall-mitigazzjoni tal-klima.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Kwalunkwe riskju potenzjali għall-istatus tajjeb jew għall-potenzjal ekoloġiku tajjeb tal-korpi tal-ilma, inklużi l-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art, jew għall-istatus ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar mit-teknoloġija, mill-prodott jew minn soluzzjoni oħra rriċerkata jiġi evalwat u indirizzat.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Kwalunkwe riskju potenzjali għall-objettivi tal-ekonomija ċirkolari mit-teknoloġija, mill-prodott jew minn soluzzjoni oħra rriċerkata jiġi evalwat u indirizzat, billi jitqiesu t-tipi ta’ ħsara sinifikanti potenzjali kif stabbiliti fil-punt (d) tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2020/852.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Kwalunkwe riskju potenzjali li tiġi ġġenerata żieda sinifikanti fl-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja, fl-ilma jew fl-art mit-teknoloġija, mill-prodott jew minn soluzzjoni oħra rriċerkata jiġi evalwat u indirizzat.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Kwalunkwe riskju potenzjali għall-kundizzjoni tajba jew għar-reżiljenza tal-ekosistemi jew għall-istatus ta’ konservazzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet, inklużi dawk ta’ interess tal-Unjoni, mit-teknoloġija, mill-prodott jew minn soluzzjoni oħra rriċerkata jiġi evalwat u indirizzat.

(1)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt).

(2)   

Li jikkorrispondi għal tal-anqas Livell ta’ Tħejjija Teknoloġika TRL 7 f’konformità mal-Anness G tal-Annessi Ġenerali tal-Programm ta’ Ħidma 2016– 2017 ta’ ORIZZONT 2020, p.29, filwaqt li jkunu ssodisfati tal-anqas il-kriterji għal kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima għall-attivitajiet immirati.

▼M2

9.3.    Konsulenza għall-ġestjoni tar-riskju klimatiku fiżiku u l-adattament għalih

Deskrizzjoni tal-attività

Il-forniment jew l-ikkuntrattar ta’ attivitajiet ta’ konsulenza li jippermettu lin-negozji jew lill-organizzazzjonijiet jimmaniġġjaw ir-riskji klimatiċi fiżiċi.

L-attività ekonomika titwettaq b’mill-inqas wieħed mill-objettivi li ġejjin:

(a) 

il-forniment ta’ jew l-appoġġ għat-twettiq ta’ valutazzjonijiet tal-impatti, tal-vulnerabbiltà jew tar-riskji klimatiċi;

(b) 

l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, jew l-evalwazzjoni ta’ strateġiji, pjanijiet, jew miżuri għall-ġestjoni tar-riskji klimatiċi fiżiċi.

L-attività ekonomika ma tinkludix konsulenza teknika relatata għall-attivitajiet ta’ enġinerija ddedikati għal-adattament għat-tibdil fil-klima (ara t-Taqsima 9.1 ta’ dan l-Anness), qrib ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni tas-suq (ara t-Taqsima 9.2. ta’ dan l-Anness), u konsulenza bħala parti mill-iżvilupp u l-programmazzjoni tas-software li jabilita l-ġestjoni tar-riskju klimatiku fiżiku u l-adattament għalih (ara t-Taqsima 8.4 ta’ dan l-Anness).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi M74.90 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija hija attività ta’ faċilitazzjoni f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività tneħħi ostakli ta’ informazzjoni, teknoloġiċi u tal-kapaċità għall-adattament.

2.  L-attività tuża metodoloġija u data li:

(a)  huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u l-metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar reċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (1), mal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (2) jew bi ħlas;

(b)  huma konsistenti mal-istandards u mal-linji gwida dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-ġestjoni tar-riskju u t-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri, inkluż pereżempju EN ISO 14090:2019 (3) għall-fehim tal-impatti u l-inċertezzi klimatiċi u l-użu tagħhom fit-teħid tad-deċiżjonijiet, kif ukoll EN ISO 14091:2021 (4) dwar il-vulnerabbiltà, l-impatti u l-valutazzjoni tar-riskji klimatiċi, il-Linji gwida dwar il-Valutazzjoni Komprensiva tar-Riskju u l-Ippjanar fil-Kuntest tat-Tibdil fil-Klima (5), u l-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri (6).

3.  L-istrateġiji, il-pjanijiet u l-miżuri għall-ġestjoni tar-riskju klimatiku li huma żviluppati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod ħażin l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għar-riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-patrimonju kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura (7) jew jibbażaw, sa fejn ikun possibbli, fuq infrastruttura blu jew ħodra (8);

(c)  huma konsistenti mal-istrateġiji u mal-pjanijiet ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawn l-indikaturi ma jkunux issodisfati.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività ma ssirx fuq il-faċilitajiet tal-estrazzjoni, tal-ħżin, tat-trasport jew tal-manifattura tal-fjuwils fossili.

(2)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(3)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ir-Rapporti ta’ Valutazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima: L-Impatti, l-Adattament u l-Vulnerabbiltà, ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti inkarigat mill-valutazzjoni tax-xjenza relatata ma’ dak li jipproduċi t-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(2)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus u s-servizz ta’ twissija bikrija ta’ Galileo (Galileo Early Warning Service) ġestit mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)   

Standard ISO 14090:2019, Adattament għat-tibdil fil-klima – Prinċipji, rekwiżiti u linji gwida (il-verżjoni ta’ 27.6.2023: https://www.iso.org/standard/68507.html).

(4)   

ISO 14091:2021, Adattament għat-tibdil fil-klima — Linji Gwida dwar il-vulnerabbiltà, l-impatti u l-valutazzjoni tar-riskju (il-verżjoni ta’ 27.6.2023: https://www.iso.org/standard/68508.html).

(5)   

Gwida Teknika dwar il-Valutazzjoni u l-Ippjanar Komprensivi tar-Riskju fil-Kuntest tat-Tibdil fil-Klima, https://www.undrr.org/publication/technical-guidance-comprehensive-risk-assessment-and-planning-context-climate-change

(6)   

Il-Qafas Sendai għat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri 2015-2030, https://www.undrr.org/publication/sendai-framework-disaster-risk-reduction-2015-2030.

(7)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fir-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni ta’ 27.6.2023: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(8)   

Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

▼B

10.   L-ATTIVITAJIET FINANZJARJI U TAL-ASSIGURAZZJONI

10.1.    L-assigurazzjoni mhux tal-ħajja: is-sottoskrizzjoni ta’ perikli relatati mal-klima

Deskrizzjoni tal-attività

Il-forniment tas-servizzi tal-assigurazzjoni li ġejjin (għajr l-assigurazzjoni tal-ħajja) kif definiti fl-Anness I tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta’ Ottubru 2014  ( 107 ) relatat mas-sottoskrizzjoni tal-perikli relatati mal-klima stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness:

(a) 

assigurazzjoni tal-ispejjeż mediċi;

(b) 

assigurazzjoni ta’ protezzjoni tal-introjtu;

(c) 

assigurazzjoni ta’ kumpens tal-ħaddiema;

(d) 

assigurazzjoni ta’ responsabbiltà ta’ vetturi bil-mutur;

(e) 

assigurazzjoni oħra ta’ vetturi;

(f) 

assigurazzjoni marittima, tal-avjazzjoni u tat-trasport;

(g) 

assigurazzjoni kontra ħruq u ħsarat oħra lill-proprjetà;

(h) 

assistenza.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi K65.12 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  Tmexxija fl-immudellar u fl-ipprezzar tar-riskji klimatiċi:

1.1.  L-attività tal-assigurazzjoni tuża tekniki ta’ mmudellar tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku li:

(a)  jirriflettu kif xieraq ir-riskji tat-tibdil fil-klima;

(b)  ma jibbażawx fuq ix-xejra storika biss;

(c)  jintegraw xenarji li jħarsu ’l quddiem.

1.2.  L-assiguratur jiżvela pubblikament kif ir-riskji relatati mat-tibdil fil-klima huma kkunsidrati fl-attività tal-assigurazzjoni.

1.3.  Bl-eċċezzjoni ta’ restrizzjonijiet legali fuq il-kundizzjonijiet kuntrattwali u fuq il-primjums tal-assigurazzjoni, l-attività tal-assigurazzjoni tipprovdi inċentivi għat-tnaqqis tar-riskju billi tistabbilixxi l-(pre)kundizzjonijiet għall-kopertura tal-assigurazzjoni tar-riskju u billi taġixxi bħala sinjal tal-prezz ta’ riskju. Għall-fini ta’ dan il-punt, primjums imnaqqsa jew deduċibbli, possibbilment fuq il-bażi ta’ informazzjoni ta’ appoġġ dwar azzjonijiet eżistenti/possibbli, lil detenturi ta’ poloz li jipproteġu assi jew attività kontra danni ta’ katastrofi naturali jistgħu jitqiesu bħala inċentiv għat-tnaqqis tar-riskju.

1.4.  Wara event ta’ riskju klimatiku, l-assiguratur jipprovdi informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li fihom il-kopertura taħt l-attività tal-assigurazzjoni tista’ tiġġedded jew tinżamm u, b’mod partikolari, il-benefiċċji ta’ bini aħjar f’dak il-kuntest.

2.  Id-disinn tal-prodotti:

2.1.  Il-prodotti tal-assigurazzjoni mibjugħa taħt l-attività tal-assigurazzjoni joffru premji bbażati fuq ir-riskju għal azzjonijiet preventivi meħuda mid-detenturi ta’ poloz.

Għall-fini ta’ dan il-punt, meta detentur ta’ polza jkun investa f’miżuri ta’ adattament, primjums aktar baxxi jistgħu jitqiesu bħala premju bbażat fuq ir-riskju għal azzjonijiet preventivi meħuda mid-detenturi ta’ poloz.

B’deroga minn dan il-punt, fejn ir-restrizzjonijiet legali fuq il-kundizzjonijiet kuntrattwali u fuq il-primjums tal-assigurazzjoni jipprevjenu lill-kumpanija tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni milli tipprovdi premji bbażati fuq ir-riskju, il-prodotti tal-assigurazzjoni jistgħu minflok jipprovdu lill-klijenti miżuri relatati ma’ assi, ma’ attività, jew ma’ persuni li jipprevjenu jew jipproteġu kontra katastrofi naturali. Tali miżuri jistgħu jiġu pprovduti bħala informazzjoni jew pariri lill-klijenti dwar ir-riskji klimatiċi u l-miżuri preventivi li jistgħu jieħdu l-klijenti.

2.2.  L-istrateġija ta’ distribuzzjoni għal prodotti bħal dawn tkopri miżuri li jiżguraw li d-detenturi ta’ poloz ikunu informati dwar ir-rilevanza tal-miżuri preventivi li jistgħu jieħdu, għat-termini u għall-kundizzjonijiet tal-kopertura tal-assigurazzjoni, inkluż kwlaunkwe impatt tat-tali miżuri fuq il-kopertura tal-assigurazzjoni jew fuq il-livell tal-primjum.

3.  Soluzzjonijiet innovattivi ta’ kopertura tal-assigurazzjoni:

3.1.  Il-prodotti tal-assigurazzjoni mibjugħa taħt l-attività tal-assigurazzjoni joffru kopertura għall-perikli relatati mal-klima (1) fejn id-domandi u l-ħtiġijiet tad-detenturi ta’ poloz ikunu jeħtieġu hekk.

3.2.  Skont id-domandi u l-ħtiġijiet tal-klijenti individwali, il-prodotti jistgħu jinkludu soluzzjonijiet speċifiċi ta’ trasferiment tar-riskju bħal protezzjoni kontra interruzzjoni tan-negozju, interruzzjoni tan-negozju kontinġenti, fatturi ta’ telf oħrajn relatati ma’ ħsara mhux fiżika, effetti kaskata u interdipendenzi ta’ perikli (perikli sekondarji), impatti kaskata ta’ perikli naturali u teknoloġiċi li jinteraġixxu, ħsarat fl-infrastruttura kritika.

4.  Kondiviżjoni tad-data:

4.1.  B’kunsiderazzjoni xierqa tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), sehem sinifikanti tad-data dwar it-telf relatata mal-attività tal-assiguratur jitqiegħed għad-dispożizzjoni, mingħajr ħlas, għal awtorità pubblika waħda jew aktar għall-fini ta’ riċerka analitika. Dawn l-awtoritajiet pubbliċi jiddikjaraw li jużaw id-data għal skopijiet ta’ titjib tal-adattament għat-tibdil fil-klima mis-soċjetà f’reġjun, f’pajjiż jew f’livell internazzjonali u l-assiguratur jipprovdi d-data f’livell ta’ granularità suffiċjenti għall-użu ddikjarat mill-awtoritajiet pubbliċi rispettivi.

4.2.  Meta l-assiguratur ma jkunx għadu qed jikkondividi tali data ma’ awtorità pubblika għall-iskop imsemmi hawn fuq, huwa jkun iddikjara l-intenzjoni li jagħmel id-data tiegħu disponibbli, mingħajr ħlas, għal partijiet terzi interessati u jkun indika f’liema kundizzjonijiet tista’ tiġi kondiviża t-tali data. Dik id-dikjarazzjoni ta’ intenzjoni ta’ kondiviżjoni tad-data disponibbli hija faċilment aċċessibbli, inkluż fuq is-sit web tal-assiguratur, għall-awtoritajiet pubbliċi rilevanti.

5.  Livell għoli ta’ servizz f’sitwazzjoni ta’ wara diżastru:

Pretensjonijiet taħt l-attività tal-assigurazzjoni, kemm kurrenti kif ukoll dawk minn avvenimenti ta’ telf fuq skala kbira li jirriżultaw minn riskji klimatiċi, jiġu pproċessati ġustament fir-rigward tal-klijenti, f’konformità mal-istandards għoljin ta’ maniġġar għall-pretensjonijiet u b’mod puntwali f’konformità mal-liġi applikabbli u ma jkun hemm l-ebda falliment milli jsir hekk fil-kuntest ta’ avvenimenti riċenti ta’ telf fuq skala kbira. L-informazzjoni rigward il-proċeduri dwar miżuri addizzjonali fil-każ ta’ avvenimenti ta’ telf fuq skala kbira hija pubblikament disponibbli.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività ma tinkludix l-assigurazzjoni tal-estrazzjoni, tal-ħżin, tat-trasport jew tal-manifattura ta’ fjuwils fossili jew l-assigurazzjoni tal-vetturi, ta’ proprjetà jew ta’ assi oħra dedikati għal skopijiet bħal dawn.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ara l-Appendiċi A.

(2)   

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

10.2.    Ir-riassigurazzjoni

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kopertura tar-riskji li jirriżultaw mill-perikli relatati mal-klima stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness ċeduti mill-assiguratur lir-riassiguratur. Il-kopertura hija stabbilita fi ftehim bejn l-assiguratur u r-riassiguratur li jispeċifika l-prodotti tal-assiguraturi (“prodott sottostanti”) li minnu joriġinaw ir-riskji ċeduti. Intermedjarju ta’ riassigurazzjoni ( 108 ) jista’ jkun involut fit-tħejjija jew fil-konklużjoni tal-ftehim kuntrattawli bejn l-assiguratur u r-riassiguratur.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi K65.20 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  Tmexxija fl-immudellar u fl-ipprezzar tar-riskji klimatiċi:

1.1.  L-attività tar-riassigurazzjoni tuża tekniki ta’ mmudellar tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku li:

(a)  jintużaw sabiex jirriflettu kif xieraq fil-livell tal-primjum l-iskopertura, il-periklu u l-vulnerabbiltà għar-riskji relatati mat-tibdil fil-klima kif ukoll l-azzjonijiet meħuda mid-detentur ta’ polza tal-assiguratur sabiex jipproteġi l-assi jew l-attività assigurata kontra dawk ir-riskji, meta t-tali informazzjoni tkun ipprovduta mill-assiguratur lir-riassiguratur;

(b)  ma jibbażawx fuq xejriet storiċi biss;

(c)  jintegraw xenarji li jħarsu ’l quddiem.

1.2.  Ir-riassiguratur jiżvela pubblikament kif ir-riskji li jirriżultaw mill-perikli relatati mal-klima jiġu kkunsidrati fl-attività tar-riassigurazzjoni.

2.  L-appoġġ tal-iżvilupp u tal-provvista ta’ prodotti ta’ faċilitazzjoni tar-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja:

2.1.  Il-prodotti sottostanti tal-attività tar-riassigurazzjoni jkopru riskji li jirriżultaw minn perikli relatati mal-klima u jippremjaw, b’mod ibbażat fuq ir-riskju u mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet legali fuq il-kundizzjonijiet kuntrattwali u fuq il-primjums tal-assigurazzjoni, azzjonijiet preventivi meħuda mid-detenturi ta’ poloz tal-assiguratur.

2.2.  L-attività tar-riassigurazzjoni tikkonforma ma’ wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(a)  meta mixtieq mill-assiguratur, ir-riassiguratur jidħol f’kuntatt mal-assiguratur, jew b’mod dirett jew permezz ta’ intermedjarju tar-riassigurazzjoni, matul l-iżvilupp tal-prodott sottostanti billi:

(i)  jiddiskuti s-soluzzjonijiet ta’ riassigurazzjoni possibbli li r-riassiguratur ikun lest li joffru b’rabta ma’ dak il-prodott. Il-prodott finali jinġieb fis-suq billi tintuża waħda mis-soluzzjonijiet ta’ riassigurazzjoni li ġew diskussi mar-riassiguratur matul il-fażi ta’ żvilupp tal-prodotti;

(ii)  il-provvista ta’ data jew ta’ parir tekniku ieħor li jippermetti lill-assiguratur jipprezza l-kopertura għar-riskji li jirriżultaw minn perikli relatati mal-klima kif ukoll premji bbażati fuq ir-riskji għal azzjonijiet preventivi meħuda mid-detenturi ta’ poloz tal-assiguratur;

(a)  l-assiguratur x’aktarx li jnaqqas jew iwaqqaf il-kopertura tiegħu taħt il-prodott sottostanti mingħajr il-ftehim ta’ riassigurazzjoni jew ftehim ta’ riassigurazzjoni komparabbli fis-seħħ;

(b)  ir-riassiguratur jipprovdi, bħala parti mir-relazzjoni kummerċjali mal-assiguratur jew mal-intermedjarju tar-riassigurazzjoni, data jew parir tekniku ieħor jew it-tnejn li jippermettu lill-assiguratur joffri kopertura tar-riskji li jirriżultaw minn perikli relatati mal-klima u l-kopertura tippermetti għal premji bbażati fuq ir-riskji għal azzjonijiet preventivi meħuda mid-detenturi ta’ poloz tal-assiguratur.

2.3.  Meta prodott tar-riassigurazzjoni japplika fil-livell ta’ portafoll ta’ prodotti sottostanti, sehem biss mill-prodotti sottostanti tal-attività tar-riassigurazzjoni jista’ jkopri riskji li jirriżultaw minn perikli relatati mal-klima u jippremja, b’mod ibbażat fuq ir-riskju, azzjonijiet preventivi meħuda mid-detenturi ta’ poloz tal-assiguratur għall-fini tal-punt 2.1. F’dak il-każ, ir-riassiguratur ikun jista’ jidentifika s-sehem tal-primjums tar-riassigurazzjoni li għandhom x’jaqsmu ma’ dawk il-prodotti sottostanti.

3.  Soluzzjonijiet innovattivi ta’ kopertura tar-riassigurazzjoni:

3.1.  Prodotti tar-riassigurazzjoni mibjugħa taħt l-attività tar-riassigurazzjoni joffru kopertura għal riskji li jirriżultaw minn perikli relatati mal-klima meta t-talbiet u l-ħtiġijiet tal-klijenti tal-assiguratur, ibbażati fuq il-prodotti sottostanti, ikunu jeħtieġu hekk. Tali prodotti tal-assigurazzjoni jirriflettu kif xieraq il-premji bbażati fuq ir-riskju għall-azzjonijiet preventivi meħuda mid-detenturi ta’ poloz tal-assiguratur.

3.2.  Skont id-domandi u l-ħtiġijiet tal-klijenti individwali tal-assiguratur, il-prodotti tar-riassigurazzjoni jistgħu jinkludu soluzzjonijiet speċifiċi ta’ trasferiment tar-riskju li jistgħu jinkludu protezzjoni kontra interruzzjoni tan-negozju, interruzzjoni tan-negozju kontinġenti, fatturi ta’ telf oħrajn relatati ma’ ħsara mhux fiżika, effetti kaskata u interdipendenzi ta’ perikli (perikli sekondarji), impatti kaskata ta’ perikli naturali u teknoloġiċi li jinteraġixxu jew ħsarat fl-infrastruttura kritika.

4.  Kondiviżjoni tad-data:

4.1.  B’kunsiderazzjoni xierqa tar-Regolament (UE) 2016/679, sehem sinifikanti tad-data dwar it-telf marbuta mal-attività tar-riassiguratur jitqiegħed għad-dispożizzjoni, mingħajr ħlas, ta’ awtorità pubblika waħda jew aktar għall-fini ta’ riċerka analitika. L-awtoritajiet pubbliċi jiddikjaraw li jużaw id-data għal skopijiet ta’ titjib tal-adattament għat-tibdil fil-klima mis-soċjetà f’reġjun, f’pajjiż jew f’livell internazzjonali u r-riassiguratur jipprovdi d-data f’livell ta’ granularità suffiċjenti għall-użu ddikjarat mill-awtoritajiet pubbliċi rispettivi.

4.2.  Meta r-riassiguratur ma jkunx għadu qed jikkondividi tali data ma’ awtorità pubblika għall-iskop imsemmi hawn fuq, huwa jkun iddikjara l-intenzjoni li jagħmel id-data tiegħu disponibbli, mingħajr ħlas, għal partijiet terzi interessati u jkun indika f’liema kundizzjonijiet tista’ tiġi kondiviża t-tali data. Dik id-dikjarazzjoni ta’ intenzjoni ta’ kondiviżjoni tad-data disponibbli hija faċilment aċċessibbli, inkluż fuq is-sit web tar-riassiguratur, għall-awtoritajiet pubbliċi rilevanti.

5.  Livell għoli ta’ servizz f’sitwazzjoni ta’ wara diżastru:

Pretensjonijiet taħt l-attività tar-riassigurazzjoni, kemm kurrenti kif ukoll dawk minn avvenimenti ta’ telf fuq skala kbira li jirriżultaw minn perikli relatati mal-klima, jiġu pproċessati ġustament fir-rigward tal-klijenti, f’konformità mal-istandards għoljin ta’ maniġġar għall-pretensjonijiet u b’mod puntwali f’konformità mal-liġi applikabbli u ma jkun hemm l-ebda falliment milli jsir hekk fil-kuntest ta’ avvenimenti riċenti ta’ telf fuq skala kbira. Fejn xieraq, ir-riassiguratur isostni lill-assiguratur jew lill-intermedjarju tar-riassigurazzjoni fil-valutazzjoni tal-pretensjonijiet mill-prodott sottostanti. L-informazzjoni rigward il-proċeduri dwar miżuri addizzjonali mir-riassiguratur fil-każ ta’ avvenimenti ta’ telf fuq skala kbira hija pubblikament disponibbli.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tar-riassigurazzjoni ma tkoprix iċ-ċessjoni tal-assigurazzjoni tal-estrazzjoni, tal-ħżin, tat-trasport jew tal-manifattura ta’ fjuwils fossili jew iċ-ċessjoni tal-assigurazzjoni ta’ vetturi, ta’ proprjetà jew ta’ assi oħra dedikati għal skopijiet bħal dawn.

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

11.   L-EDUKAZZJONI

Deskrizzjoni tal-attività

Edukazzjoni pubblika jew privata fi kwalunkwe livell jew għal kwalunkwe professjoni. L-istruzzjonijiet jistgħu jkunu bil-fomm jew bil-miktub u jistgħu jiġu pprovduti bir-radju, bit-televiżjoni, bl-internet jew permezz ta’ korrispondenza. Tinkludi l-edukazzjoni mill-istituzzjonijiet differenti fis-sistema skolastika regolari fil-livelli differenti tagħha kif ukoll il-programmi ta’ edukazzjoni u ta’ litteriżmu għall-adulti, inklużi skejjel militari, akkademji u skejjel tal-ħabsijiet fil-livelli rispettivi tagħhom.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi P85 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija tikkonforma mal-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punt 5, l-attività tkun attività ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

5.  Sabiex attività titqies bħala attività li tiffaċilita kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, l-operatur ekonomiku juri, permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji klimatiċi attwali u futuri, inkluża l-inċertezza u fuq il-bażi ta’ data robusta, li l-attività tipprovdi teknoloġija, prodott, servizz, informazzjoni, jew prattika, jew tippromwovi l-użi tagħhom b’wieħed mill-objettivi primarji li ġejjin:

(a)  iż-żieda fil-livell ta’ reżiljenza għar-riskji klimatiċi fiżiċi ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn;

(b)  il-kontribut għall-isforzi ta’ adattament ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

12.   L-ATTIVITAJIET TAS-SAĦĦA TAL-BNIEDEM U TA’ ĦIDMA SOĊJALI

12.1.    L-attivitajiet ta’ kura residenzjali

Deskrizzjoni tal-attività

Il-provvista ta’ kura residenzjali flimkien ma’ kura tal-infermerija, superviżorja jew ma’ tipi oħra ta’ kura kif meħtieġa mir-residenti. Il-faċilitajiet huma parti sinifikanti mill-proċess ta’ produzzjoni u l-kura pprovduta hija taħlita ta’ servizzi tas-saħħa u soċjali bis-servizzi tas-saħħa li fil-parti l-kbira huma xi livell ta’ servizzi tal-infermerija.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi Q87 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Pjan għall-immaniġġjar tal-iskart huwa fis-seħħ u jiżgura (1) l-immaniġġjar sikur u ambjentalment korrett tal-iskart perikoluż (b’mod partikolari l-iskart tossiku jew infettiv) u tal-prodotti farmaċewtiċi u (2) l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ massimu ta’ skart mhux perikoluż, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali mas-sħab tal-immaniġġjar tal-iskart.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

13.   L-ARTI, ID-DIVERTIMENT U R-RIKREAZZJONI

13.1.    L-attivitajiet kreattivi, tal-arti u ta’ divertiment

Deskrizzjoni tal-attività

L-attivitajiet ta’ ħolqen, tal-arti u tad-divertiment jinkludu l-provvista ta’ servizzi li jissodisfaw l-interessi kulturali u ta’ divertiment tal-klijenti tagħhom. Dan jinkludi l-produzzjoni u l-promozzjoni ta’ spettakli, ta’ avvenimenti jew ta’ wirjiet dak il-ħin, u l-parteċipazzjoni f’tali attivitajiet, maħsuba sabiex jitgawdew mill-pubbliku u l-provvista ta’ ħiliet artistiċi, kreattivi jew tekniċi għall-produzzjoni ta’ prodotti artistiċi u ta’ spettakli dak il-ħin. Dawn l-attivitajiet jeskludu l-operat ta’ mużewijiet ta’ kull tip, ta’ ġonna botaniċi u żooloġiċi, attivitajiet ta’ preservazzjoni ta’ siti storiċi u ta’ riżervi naturali, attivitajiet ta’ logħob tal-azzard u ta’ mħatri kif ukoll attivitajiet sportivi u ta’ divertiment u ta’ rikreazzjoni.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi R90 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija tikkonforma mal-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punt 5, l-attività tkun attività ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

5.  Sabiex attività titqies bħala attività li tiffaċilita kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, l-operatur ekonomiku juri, permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji klimatiċi attwali u futuri, inkluża l-inċertezza u fuq il-bażi ta’ data robusta, li l-attività tipprovdi teknoloġija, prodott, servizz, informazzjoni, jew prattika, jew tippromwovi l-użi tagħhom b’wieħed mill-objettivi primarji li ġejjin:

(a)  iż-żieda fil-livell ta’ reżiljenza għar-riskji klimatiċi fiżiċi ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn;

(b)  il-kontribut għall-isforzi ta’ adattament ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

13.2.    L-attivitajiet ta’ libreriji, ta’ arkivji, ta’ mużewijiet u kulturali

Deskrizzjoni tal-attività

L-attivitajiet ta’ libreriji, ta’ arkivji, ta’ mużewijiet u kulturali l-attivitajiet ta’ libreriji u ta’ arkivji, l-operat ta’ mużewijiet ta’ kull tip, ta’ ġonna botaniċi u żooloġiċi, l-operat ta’ attivitajiet ta’ siti storiċi u ta’ riżervi tan-natura. Dawn l-attivitajiet jinkludu wkoll il-preservazzjoni u l-wiri ta’ oġġetti, ta’ siti u ta’ għeġubijiet naturali ta’ interess storiku, kulturali jew edukattiv, inklużi siti ta’ wirt dinji. Dawn l-attivitajiet jeskludu attivitajiet sportivi u ta’ divertiment u ta’ rikreazzjoni bħall-operat ta’ bajjiet għall-għawn u ta’ parks ta’ rikreazzjoni.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi R91 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija tikkonforma mal-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punt 5, l-attività tkun attività ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

5.  Sabiex attività titqies bħala attività li tiffaċilita kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, l-operatur ekonomiku juri, permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji klimatiċi attwali u futuri, inkluża l-inċertezza u fuq il-bażi ta’ data robusta, li l-attività tipprovdi teknoloġija, prodott, servizz, informazzjoni, jew prattika, jew tippromwovi l-użi tagħhom b’wieħed mill-objettivi primarji li ġejjin:

(a)  iż-żieda fil-livell ta’ reżiljenza għar-riskji klimatiċi fiżiċi ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn;

(b)  il-kontribut għall-isforzi ta’ adattament ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

13.3.    Il-produzzjoni ta’ motion pictures, il-produzzjoni ta’ videos u ta’ programmi televiżivi, ir-reġistrazzjoni tal-ħoss u l-attivitajiet ta’ pubblikazzjoni tal-mużika

Deskrizzjoni tal-attività

L-attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ motion pictures, ta’ vidjo u ta’ programmi tat-televiżjoni, ta’ reġistrazzjoni tal-ħoss u ta’ pubblikazzjoni tal-mużika jinkludu l-produzzjoni ta’ motion pictures teatriċi u mhux teatriċi kemm jekk fuq film, fuq video tape jew fuq diska għal projezzjoni diretta f’teatri jew għax-xandir fuq it-televiżjoni, attivitajiet ta’ sostenn bħall-editjar, il-qtugħ jew id-doppjaġġ tal-films, id-distribuzzjoni ta’ motion pictures u ta’ produzzjonijiet ta’ films oħrajn għal industriji oħrajn kif ukoll il-projezzjoni ta’ motion pictures jew ta’ produzzjonijiet ta’ films oħrajn. Ix-xiri u l-bejgħ ta’ drittijiet ta’ distribuzzjoni ta’ motion pictures jew ta’ produzzjonijiet ta’ films oħrajn huma inklużi wkoll. Dawn l-attivitajiet jinkludu wkoll l-attivitajiet ta’ reġistrazzjoni tal-ħoss, inklużi l-produzzjoni ta’ reġistrazzjonijiet master tal-ħoss oriġinali, ir-rilaxx, il-promozzjoni u d-distribuzzjoni tagħhom, il-pubblikazzjoni tal-mużika kif ukoll attivitajiet tas-servizzi ta’ reġistrazzjoni tal-ħoss fi studjo jew xi mkien ieħor.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi J59 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija tikkonforma mal-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punt 5, l-attività tkun attività ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu materjali għal dik l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fin-natura (4) jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra (5) sa fejn ikun possibbli;

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawk l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti għal dik l-attività.

5.  Sabiex attività titqies bħala attività li tiffaċilita kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, l-operatur ekonomiku juri, permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji klimatiċi attwali u futuri, inkluża l-inċertezza u fuq il-bażi ta’ data robusta, li l-attività tipprovdi teknoloġija, prodott, servizz, informazzjoni, jew prattika, jew tippromwovi l-użi tagħhom bl-objettivi primarji ta’:

(a)  iż-żieda fil-livell ta’ reżiljenza għar-riskji klimatiċi fiżiċi ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn; jew

(b)  il-kontribut għall-isforzi ta’ adattament ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

▼M2

14.    ĠESTJONI TAR-RISKJU TA’ DIŻASTRU

14.1.    Servizzi ta’ Emerġenza

Deskrizzjoni tal-attività

1. 

Attivitajiet ta’ servizzi ta’ emerġenza inklużi:

(a) 

koordinazzjoni tar-rispons għad-diżastri għall-istabbiliment u t-tħaddim ta’ faċilitajiet u ta’ tim jew timijiet ta’ valutazzjoni, ta’ koordinazzjoni jew ta’ tħejjija bħal ċentri permanenti ta’ koordinazzjoni tar-rispons għal emerġenza jew ċentri ta’ koordinazzjoni tal-operazzjonijiet fuq il-post fil-post ta’ emerġenza. L-operat tar-rispons ta’ emerġenza jinkludi l-kmand, il-valutazzjoni jew l-analiżi, l-ippjanar, il-kollegament jew il-koordinazzjoni, il-komunikazzjoni u r-rapportar tal-media;

(b) 

is-servizz tas-saħħa ta’ emerġenza, jiġifieri l-ewwel għajnuna ta’ emerġenza u għall-kura medika tal-pazjenti fuq il-post, fi sptarijiet temporanji fuq il-post, inklużi sptarijiet militari jew faċilitajiet mediċi li jipprovdu trattament inpatient u outpatient li huma affettwati minn emerġenza ta’ periklu, filwaqt li jitqiesu l-linji gwida internazzjonali rikonoxxuti għall-użu fl-isptar fuq il-post ( 109 ). Dan jinkludi:

(i) 

id-dħul, l-iskrinjar u t-tfassil ta’ profili tal-pazjenti (triage) fuq is-sit tad-diżastru jew f’faċilità tal-kura tas-saħħa;

(ii) 

l-għoti tal-ewwel għajnuna;

(iii) 

l-istabbilizzazzjoni u r-riferiment ta’ emerġenzi ta’ trawma serja u ta’ emerġenzi mhux ta’ trawma, fejn applikabbli, it-tħejjija tal-pazjent għat-trasport lejn faċilità tal-kura tas-saħħa għat-trattament finali;

(iv) 

sostenn tal-ħajja avvanzat;

(v) 

servizzi ta’ anesteżija, ta’ immaġnijiet, ta’ sterilizzazzjoni, ta’ laboratorju u ta’ trasfużjoni tad-demm relatati ma’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza tas-saħħa;

(vi) 

it-twettiq ta’ kirurġija għall-kontroll tad-danni, ta’ kirurġija ġenerali ta’ emerġenza;

(vii) 

kura definita għal trawma minuri u emerġenzi li ma jkunux trawma;

(viii) 

l-evakwazzjoni medika ta’ vittmi tad-diżastri, inklużi t-trasport fuq l-art, fuq l-ilma u l-evakwazzjoni bl-ajru;

(c) 

għajnuna f’każ ta’ diżastru,li tku ad hoc għal attivitajiet ta’ għajnuna ad hoc ta’ wara d-diżastri fuq il-post bħall-istabbiliment u l-ġestjoni ta’ ċentri ta’ evakwazzjoni f’koordinazzjoni ma’ strutturi eżistenti, awtoritajiet lokali u organizzazzjonijiet internazzjonali sakemm issir handover lill-awtoritajiet lokali jew lil organizzazzjonijiet umanitarji, u l-provvista tal-ewwel ħtiġijiet (bħal mediċina, ikel, ilma, ilbies sħun, gvieret lil dawk affettwati mid-diżastru), matul u immedjatament wara l-avveniment ta’ diżastru. Dan jinkludi:

(i) 

deżinjazzjoni preparatorja u l-iżgurar tal-prontezza taċ-ċentri improviżati ta’ għajnuna f’każ ta’ diżastru, bħaċ-ċentri ta’ evakwazzjoni tal-komunità, il-postijiet ta’ distribuzzjoni tal-ilma, tal-ikel u tal-għajnuna u postijiet simili;

(ii) 

it-taħriġ tal-persunal ta’ għajnuna f’każ ta’ diżastru fejn isir handover;

(d) 

tiftix u salvataġġ bħat-tiftix, il-lokalizzazzjoni u s-salvataġġ ta’ vittmi li jinsabu f’diffikultà jew f’periklu imminenti, li jinqabdu f’sitwazzjoni ta’ għargħar, li jinsabu taħt residwi, li huma mitlufa, maqbudin jew iżolati mingħajr kapaċitajiet jew mezzi ta’ evakwazzjoni, neqsin u li ħadd ma jaf x’sar minnhom fuq l-art u fl-ilma. L-attivitajiet jitwettqu f’konformità mal-linji gwida internazzjonali ( 110 ). Dan jinkludi:

(i) 

tiftix fuq l-art, fuq l-ilma u fl-ajru, inkluż bi klieb tat-tiftix jew tagħmir tekniku tat-tiftix;

(ii) 

salvataġġ, inkluż l-irfigħ u ċ-ċaqliq;

(iii) 

għajnuna ta’ salvataġġ tal-ħajja u konsenja tal-ewwel ħtiġijiet;

(iv) 

tkissir, ksur u qtugħ;

(v) 

irbit tekniku bil-ħbula;

(vi) 

irfid;

(e) 

rispons għall-materjali perikolużi, bħad-detezzjoni u l-iżolament ta’ materjali perikolużi, limitati għal meta jitwettqu matul jew fil-perjodu immedjat wara inċident ta’ materjal perikoluż għall-finijiet tat-tnaqqis immedjat tar-riskju, inkluż: id-dekontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma ta’ taħt l-art fil-post tat-tniġġis, jew in situ jew ex situ, bl-użu ta’ metodi mekkaniċi, kimiċi jew bijoloġiċi; id-dekontaminazzjoni ta’ impjanti jew siti industrijali, inklużi impjanti u siti nukleari; id-dekontaminazzjoni u t-tindif tal-ilma tal-wiċċ wara tniġġis aċċidentali, bħal permezz tal-ġbir ta’ sustanzi niġġiesa jew permezz tal-applikazzjoni ta’ sustanzi kimiċi; it-tindif tat-tixrid taż-żejt u ta’ tniġġis ieħor fuq l-art, fl-ilma tal-wiċċ, fl-oċeani u fl-ibħra, inklużi ż-żoni kostali; tnaqqis ta’ asbestos, żebgħa taċ-ċomb, u ta’ materjal tossiku ieħor. Dan jinkludi:

(i) 

l-identifikazzjoni ta’ perikli kimiċi u d-detezzjoni ta’ perikli radjoloġiċi permezz ta’ kombinazzjoni ta’ tagħmir li jinżamm fl-idejn, mobbli jew ibbażat fil-laboratorji;

(ii) 

il-kapaċità tal-ġbir, l-ipproċessar u t-tħejjija ta’ kampjuni bijoloġiċi, kimiċi u radjoloġiċi għal aktar analiżi fi bnadi oħra;

(iii) 

l-applikazzjoni ta’ mudell xjentifiku xieraq għat-tbassir tal-perikli;

(iv) 

tnaqqis immedjat tar-riskju, inkluż it-trażżin tal-perikli, in-newtralizzazzjoni tal-perikli, u t-trattament fuq il-post jew id-dekontaminazzjoni ta’ persuni, annimali u tagħmir, li jistgħu jinkludu azzjoni ta’ rimedju immedjata f’konformità mal-Artikolu 6 1(a) tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 111 )

(f) 

it-tifi tan-nar u l-prevenzjoni tan-nirien bħall-amministrazzjoni u t-tħaddim ta’ korpi tat-tifi tan-nar regolari u awżiljarji fil-prevenzjoni tan-nirien u fit-tifi tan-nar, u tifi tan-nar fl-art, fuq l-ilma u fl-ajru;

(g) 

rispons u assistenza għall-protezzjoni teknika għal periklu klimatiku, meta jiġi implimentat matul u immedjatament wara emerġenza. Dan jinkludi:

(i) 

l-ippumpjar b’kapaċità għolja, bħal pereżempju l-provvista ta’ ppumpjar f’żoni mgħargħra u l-assistenza fit-tifi tan-nar bl-ippumpjar tal-ilma;

(ii) 

il-purifikazzjoni, il-ħżin u l-konsenja tal-ilma permezz ta’ unitajiet mobbli ta’ purifikazzjoni u ħżin tal-ilma;

(iii) 

it-trasport ta’ persunal u provvisti ta’ rispons għal emerġenza;

(iv) 

l-istabbiliment, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ sistemi ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza biex tiġi żgurata l-komunikazzjoni matul u wara l-emerġenzi;

(v) 

l-istabbiliment, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ sistemi ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija ta’ emerġenza matul u wara l-emerġenzi;

(vi) 

il-konteniment tal-għargħar għat-tisħiħ tal-istrutturi eżistenti u l-bini ta’ barrieri ġodda għall-prevenzjoni ta’ aktar għargħar mix-xmajjar, mill-baċiri, mill-passaġġi fuq l-ilma b’livelli tal-ilma li jkun qed jiżdied.

2. 

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jinkludu wkoll attivitajiet ta’ tħejjija ( 112 ) direttament relatati mas-servizzi ta’ emerġenza, bħal:

(a) 

l-iżvilupp u l-aġġornament tal-pjanijiet rilevanti biex tiġi żgurata l-prontezza tal-attivitajiet ta’ rispons għal emerġenza;

(b) 

it-taħriġ u l-bini tal-kapaċità tal-persunal u tal-esperti, u, fejn applikabbli, tal-voluntiera u tal-annimali tas-servizz;

(c) 

l-istabbiliment ta’ faċilitajiet ta’ taħriġ użati għat-taħriġ fir-rispons għall-perikli klimatiċi;

(d) 

l-akkwiżizzjoni, il-ħżin, l-aġġornament u l-manutenzjoni tal-mezzi materjali, inkluża partijiet mill-moduli ( 113 ) bħala parti mill-assistenza tal-protezzjoni ċivili ( 114 ) meħtieġa biex jittaffew il-konsegwenzi immedjati ta’ diżastru;

(e) 

l-akkwist, l-installazzjoni, it-tiswija, it-tħaddim, il-manutenzjoni u l-monitoraġġ mill-bogħod ta’ allarmi tan-nirien u ta’ sistemi ta’ twissija bikrija;

(f) 

attivitajiet edukattivi u ta’ sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji ta’ diżastri mwettqa minn fornituri ta’ servizzi ta’ emerġenza fil-komunità jew immirati lejn partijiet ikkonċernati jew gruppi fil-mira magħżula.

3. 

L-attivitajiet ekonomiċi msemmija fil-punti 1 u 2 huma inklużi fejn jistgħu jindirizzaw id-diżastri jew l-impatti tagħhom li huma relatati mal-perikli klimatiċi.

4. 

Attivitajiet u assi li l-għan primarju tagħhom huwa differenti mill-forniment ta’ servizzi ta’ emerġenza ċivili, jistgħu jiġu inklużi biss meta jkunu qed jipprovdu appoġġ għal rispons ta’ emerġenza ċivili għal diżastri li jistgħu jiġu attribwiti għal diżastri relatati mal-klima.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija ma jinkludux attivitajiet imwettqa taħt l-attività “Infrastruttura għall-prevenzjoni u l-protezzjoni mir-riskju ta’ għargħar” (ara t-Taqsima 14.2. ta’ dan l-Anness).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija ma jinkludux attivitajiet imwettqa minn operatur responsabbli għad-danni ambjentali f’konformità mad-Direttiva 2004/35/KE.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari A2.40, B9.10, E39.00, H52.23, N80.20, Q84, O84.25, Q86.10, Q86.90, u Q88.99, f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija tikkonforma mal-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punt 5, l-attività tkun attività ta’ faċilitazzjoni kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu essenzjali għal din l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  l-iskrinjar tal-attività sabiex jiġu identifikati liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika tul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, issir valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata r-rilevanza tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata mal-iskala tal-attività u

t-tul ta’ ħajja mistenni tagħha, sabiex:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala adegwata;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul il-firxa eżistenti ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar reċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), mal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod ħażin l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għar-riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-patrimonju kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura (4) jew jibbażaw, sa fejn ikun possibbli, fuq infrastruttura blu jew ħodra (5);

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawn l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji ta’ skrinjar tekniku f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għal dik l-attività.

5.  Sabiex attività titqies bħala attività li tiffaċilita kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, l-operatur ekonomiku juri, permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji klimatiċi attwali u futuri, inkluża l-inċertezza u fuq il-bażi ta’ data robusta, li l-attività tipprovdi teknoloġija, prodott, servizz, informazzjoni, jew prattika, jew tippromwovi l-użi tagħhom b’wieħed mill-objettivi primarji li ġejjin:

(a)  iż-żieda fil-livell ta’ reżiljenza għar-riskji klimatiċi fiżiċi ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-patrimonju kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn;

(b)  il-kontribut għall-isforzi ta’ adattament ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-patrimonju kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  L-operatur ta’ din l-attività żviluppa u implimenta pjan ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u ta’ protezzjoni ambjentali li:

(a)  jidentifika l-impatti klimatiċi dannużi ewlenin tal-assi u l-operazzjonijiet tagħhom rilevanti għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, inklużi l-impatti minn:

(i)  Emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1 (6);

(ii)  Emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2 (7);

(iii)  Emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3 (8);

(b)  jiddefinixxi l-miżuri meħtieġa biex jiġu mminimizzati l-impatti dannużi identifikati tal-attività fuq il-klima, filwaqt li jinkiseb l-għan ewlieni tas-servizz ta’ emerġenza;

(c)  jispjega l-livell ta’ titjib li jista’ jinkiseb bl-implimentazzjoni tal-miżuri proposti u jinkludi skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri;

(d)  jimmonitorja u jiddokumenta l-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati f’konformità mal-pjan ta’ żmien u l-livell ta’ titjib miksub.

2.  Il-pjan għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-protezzjoni tal-ambjent huwa:

(a)  ibbażat fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, divulgata pubblikament;

(b)  żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-awtoritajiet għall-protezzjoni ambjentali;

(c)  aġġornat meta l-karatteristiċi u t-tħaddim tal-attività jinbidlu b’mod sinifikanti b’tali mod li jbiddel in-natura jew l-iskala tal-impatti fuq il-klima u l-ambjent;

(d)  għal operazzjonijiet ta’ tifi tan-nar, jikkonforma mal-Artikolu 11 tar-Regolament 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

1.  L-operatur ta’ din l-attività żviluppa u implimenta pjan ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u ta’ protezzjoni ambjentali li:

(a)  jidentifika l-impatti ambjentali dannużi ewlenin tal-assi u l-operazzjonijiet tagħhom rilevanti għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, inklużi impatti fuq ir-riżorsi tal-ilma u tal-baħar fiż-żoni inklużi fir-reġistri taż-żoni protetti stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/60/KE jew klassifikazzjonijiet jew definizzjonijiet nazzjonali jew internazzjonali ekwivalenti oħra, inklużi l-impatti negattivi fuq ir-riżorsi tal-ilma ta’ sustanzi ta’ ħsara (bħal sustanzi per- u polifluworoalkilati (PFAS)) fil-fowms għat-tifi tan-nar, l-aġenti fl-apparati tat-tifi tan-nar u r-ritardanti tan-nar;

(b)  jiddefinixxi l-miżuri meħtieġa biex jiġu minimizzati l-impatti dannużi identifikati tal-attività fuq l-ambjent filwaqt li jintlaħaq l-għan ewlieni tas-servizz ta’ emerġenza, bl-integrazzjoni tal-prinċipji ta’ applikazzjoni (fiż-żmien u fiż-żona ttrattata) u twettiq fil-mira f’livelli xierqa (bi preferenza għal metodi fiżiċi jew mhux kimiċi oħra fejn fattibbli) fl-ippjanar ta’ rispons għal emerġenza;

(c)  jispjega l-livell ta’ titjib li jista’ jinkiseb bl-implimentazzjoni tal-miżuri proposti u jinkludi pjan ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri;

(d)  jimmonitorja u jiddokumenta l-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati f’konformità mal-pjan ta’ żmien u l-livell ta’ titjib miksub.

2.  Il-pjan għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-protezzjoni tal-ambjent huwa:

(a)  ibbażat fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, divulgata pubblikament;

(b)  żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-awtoritajiet għall-protezzjoni ambjentali;

(c)  aġġornat meta l-karatteristiċi u t-tħaddim tal-attività jinbidlu b’mod sinifikanti, b’tali mod li jbiddel in-natura jew l-iskala tal-impatti fuq il-klima u l-ambjent.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1.  L-operatur ta’ din l-attività żviluppa u implimenta pjan ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u ta’ protezzjoni ambjentali li:

(a)  jidentifika l-impatti ambjentali dannużi ewlenin tal-assi u l-operazzjonijiet tagħhom rilevanti għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, inklużi l-impatti fuq il-ġenerazzjoni, il-ġestjoni, it-trattament tal-iskart (10), inklużi l-impatti negattivi tal-użu għoli jew frekwenti ta’ prodotti mhux riċiklabbli li jintużaw darba u l-ġestjoni mhux xierqa tal-iskart (kemm perikoluż kif ukoll mhux perikoluż) u l-ħżin u r-rimi ta’ aġenti kimiċi (11) u ta’ skart mediku (12);

(b)  jiddefinixxi l-miżuri meħtieġa biex jiġu mminimizzati l-impatti dannużi identifikati tal-attività fuq l-ambjent, filwaqt li jintlaħaq l-għan ewlieni tas-servizz ta’ emerġenza, f’konformità mad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), inklużi miżuri biex tiġi mminimizzata l-qerda ta’ oġġetti maħżuna mhux użati u prattika tajba tal-industrija għat-tneħħija ta’ infrastruttura temporanja, kif definit fil-Protokoll tal-UE dwar il-Ġestjoni tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (14);

(c)  jispjega l-livell ta’ titjib li jista’ jinkiseb bl-implimentazzjoni tal-miżuri proposti u jinkludi pjan ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri;

(d)  jimmonitorja u jiddokumenta l-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati f’konformità mal-pjan ta’ żmien u l-livell ta’ titjib miksub.

2.  Il-pjan għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-protezzjoni tal-ambjent huwa:

(a)  ibbażat fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, divulgata pubblikament;

(b)  żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-awtoritajiet għall-protezzjoni ambjentali;

(c)  aġġornat meta l-karatteristiċi u t-tħaddim tal-attività jinbidlu b’mod sinifikanti, b’tali mod li jbiddel in-natura jew l-iskala tal-impatti fuq il-klima u l-ambjent.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

1.  L-operatur ta’ din l-attività żviluppa u implimenta pjan ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u ta’ protezzjoni ambjentali li:

(a)  jidentifika l-impatti ambjentali dannużi ewlenin tal-assi u l-operazzjonijiet tagħhom rilevanti għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, inklużi l-impatti mill-emissjonijiet niġġiesa fuq l-arja, l-ilma jew l-art kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), inklużi l-impatti negattivi ta’ sustanzi ta’ ħsara fil-fowms għat-tifi tan-nar, fl-aġenti fl-apparati tat-tifi tan-nar, fir-ritardanti tan-nar fuq livelli tat-tniġġis ambjentali u l-impatti negattivi tal-użu tal-aloni fuq it-tnaqqis tas-saff tal-ożonu;

(b)  jiddefinixxi l-miżuri meħtieġa biex jiġu mminimizzati l-impatti dannużi identifikati tal-attività fuq l-ambjent filwaqt li jintlaħaq l-għan ewlieni tas-servizz ta’ emerġenza;

(c)  jispjega l-livell ta’ titjib li jista’ jinkiseb bl-implimentazzjoni tal-miżuri proposti u jinkludi pjan ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri;

(d)  jimmonitorja u jiddokumenta l-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati f’konformità mal-pjan ta’ żmien u l-livell ta’ titjib miksub.

2.  Il-pjan għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-protezzjoni tal-ambjent:

(a)  huwa bbażat fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, li tiġi żvelata b’mod trasparenti;

(b)  huwa żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-awtoritajiet għall-protezzjoni ambjentali;

(c)  huwa aġġornat meta l-karatteristiċi u t-tħaddim tal-attività jinbidlu b’mod sinifikanti, u potenzjalment ibiddlu n-natura jew l-iskala tal-impatti fuq il-klima u l-ambjent;

(d)  għal operazzjonijiet ta’ tifi tan-nar, jikkonforma mal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

1.  L-operatur ta’ din l-attività żviluppa u implimenta pjan ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u ta’ protezzjoni ambjentali li:

(a)  jidentifika l-impatti ambjentali dannużi ewlenin tal-assi u l-operazzjonijiet tagħhom rilevanti għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi, inklużi l-impatti fuq:

(i)  żoni sensittivi għall-bijodiversità, bħal żoni ta’ Natura2000 (17) f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KE, u l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE jew klassifikazzjonijiet/definizzjonijiet nazzjonali jew internazzjonali ekwivalenti oħrajn (18);

(ii)  it-teħid tal-art u l-applikazzjoni tal-“ġerarkija tat-teħid tal-art” kif deskritt fl-Istrateġija tal-UE dwar il-Ħamrija għall-2030, inkluż minħabba l-istabbiliment u t-tħaddim fuq perjodu ta’ żmien medju sa twil tal-kampijiet ta’ għajnuna f’każ ta’ diżastru;

(b)  jiddefinixxi l-miżuri meħtieġa biex jiġu mminimizzati l-impatti dannużi identifikati tal-attività fuq l-ambjent filwaqt li jintlaħaq l-għan ewlieni tas-servizz ta’ emerġenza, inklużi azzjonijiet ippjanati biex jiġu mminimizzati r-riskji għal żoni sensittivi għall-bijodiversità, pereżempju, billi tiġi integrata informazzjoni spazjali dwar żoni sensittivi għall-bijodiversità u prinċipji ta’ kura fl-ippjanar ta’ rispons għal emerġenza;

(c)  jispjega l-livell ta’ titjib li jista’ jinkiseb bl-implimentazzjoni tal-miżuri proposti u jinkludi pjan ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri;

(d)  jimmonitorja u jiddokumenta l-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati f’konformità mal-pjan ta’ żmien u l-livell ta’ titjib miksub.

2.  Il-pjan għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-protezzjoni tal-ambjent huwa:

(a)  ibbażat fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, divulgata pubblikament;

(b)  żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-awtoritajiet għall-protezzjoni ambjentali;

(c)  aġġornat meta l-karatteristiċi u t-tħaddim tal-attività jinbidlu b’mod sinifikanti, u potenzjalment ibiddlu n-natura jew l-iskala tal-impatti fuq il-klima u l-ambjent.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-profili rappreżentattivi tal-evoluzzjoni tal-konċentrazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

Ir-Rapporti ta’ Valutazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima: L-Impatti, l-Adattament u l-Vulnerabbiltà, ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti inkarigat mill-valutazzjoni tax-xjenza relatata ma’ dak li jipproduċi t-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fir-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni ta’ 27.6.2023: https://research-and-innovation.ec.europa.eu/research-area/environment/nature-based-solutions_en).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM(2013) 249 final).

(6)   

“Emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1” tfisser l-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra li jseħħu minn sorsi li huma proprjetà tal-operatur jew ikkontrollati minnu, inklużi l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport ta’ emerġenza fuq l-art, l-ilma u fl-arja.

(7)   

“Emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2” tfisser l-emissjonijiet indiretti ta’ gassijiet serra mill-ġenerazzjoni tal-elettriku kkunsmat mill-operatur.

(8)   

“Emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3” tfisser l-emissjonijiet indiretti kollha ta’ gassijiet serra li ma humiex koperti fl-ambitu 2. Ara l-Karta dwar il-Klima, “Humanitarian Carbon Calculator”, 2023, għal gwida dwar kif tiġi kkalkolata l-impronta tal-karbonju tal-organizzazzjonijiet umanitarji, https://www.climate-charter.org/humanitarian-carbon-calculator/

(9)   

Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195).

(10)   

Kif definit fil-lista tal-iskart tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE.

(11)   

Bħal dawk f’fowms għat-tifi tan-nar, aġenti fl-apparati tat-tifi tan-nar, ritardanti tan-nar.

(12)   

Ara l-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, Medical Waste Management, 2011, disponibbli fuq: https://www.icrc.org/en/doc/assets/files/publications/icrc-002-4032.pdf.

(13)   

Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(14)   

Il-Protokoll u l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Ġestjoni tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni u is-Suq Inter, l-Industrija, l-Intraprenditorija u SMEs, disponibbli fuq: https://single-market-economy.ec.europa.eu/content/eu-construction-and-demolition-waste-protocol-0_en.

(15)   

Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(16)   

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1).

(17)   

Elenkati fil-viżwalizzatur ta’ Natura 2000, ara l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, il-viżwalizzatur tan-network ta’ Natura 2000, https://natura2000.eea.europa.eu/.

(18)   

Inklużi l-impatti li jinħolqu minħabba l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ kampijiet ta’ għajnuna f’każ ta’ diżastru, l-impatti fuq żoni b’valur għoli ta’ bijodiversità minħabba l-introduzzjoni/it-tixrid mhux intenzjonat ta’ materjali perikolużi jew minħabba n-nuqqas ta’ protezzjoni matul ir-rispons għal materjali perikolużi.

14.2.    Infrastruttura għall-prevenzjoni u l-protezzjoni tar-riskju ta’ għargħar

Deskrizzjoni tal-attività

L-attività tirreferi għal miżuri strutturali ( 115 ) u mhux strutturali ( 116 ) li għandhom l-għan li jipprevjenu u jipproteġu lin-nies, lill-ekosistemi, lill-patrimonju kulturali u lill-infrastruttura kontra l-għargħar f’konformità mad-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 117 ).

1. 

Il-miżuri strutturali meħuda jinkludu:

(a) 

imbankmenti, imbankmenti tax-xmajjar;

(b) 

imbankmenti għad-difiża mill-baħar, barrieri kontra l-mareġġati, id-digi, il-ħitan tal-lqugħ f’xatt il-baħar u l-breakwaters;

(c) 

il-baċiri ta’ lqugħ online u offline għad-detenzjoni u l-kontroll tal-għargħar f’networks ta’ drenaġġ naturali u artifiċjali;

(d) 

miżuri għall-kontroll tal-għargħar billi tiżdied il-kapaċità taż-żamma taż-żoni ta’ qbid, bħall-implimentazzjoni ta’ baċiri ta’ lqugħ distribwiti jew strutturi għall-fajd tad-drenaġġ;

(e) 

strutturi idrawliċi biex jirregolaw il-fluss tal-ilma bħal stazzjonijiet tal-ippumpjar, sieqji, kanċelli;

(f) 

strutturi ta’ kontroll tas-sediment.

2. 

Il-miżuri mhux strutturali meħuda jinkludu:

(a) 

kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-għargħar;

(b) 

l-immudellar u t-tbassir tal-għargħar, l-immappjar tal-perikli u tar-riskji tal-għargħar;

(c) 

l-ippjanar spazjali f’żoni suxxettibbli għall-għargħar immirat lejn it-tnaqqis tar-riskji tal-għargħar, pereżempju billi jiġu applikati restrizzjonijiet għall-użi tal-art u jiġu infurzati l-kriterji ta’ protezzjoni permezz ta’ kodiċijiet tal-bini;

(d) 

sistemi ta’ twissija bikrija ta’ għargħar.

L-attività tinkludi t-tfassil, il-kostruzzjoni, l-estensjoni, ir-riabilitazzjoni, l-aġġornament u t-tħaddim ta’ miżuri strutturali jew mhux strutturali.

L-attivitajiet f’din il-kategorija ma jinkludux l-ippjanar, il-kostruzzjoni, l-estensjoni, u l-operat ta’ miżuri fuq skala kbira ta’ ġestjoni tal-għargħar jew tan-nixfa bbażati fuq in-natura u r-restawr tal-art mistagħdra koperti mill-attività “Soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għall-prevenzjoni u l-protezzjoni tar-riskju ta’ għargħar u nixfa” (ara t-Taqsima 3.1. fl-Anness I tar-Regolament Delegat XX.XX.XXXX). L-attività ma tinkludix ukoll infrastruttura għat-trasport fuq l-ilma bħal passaġġi fuq l-ilma, portijiet u marini (ara t-Taqsima 6.16. ta’ dan l-Anness), rispons ta’ emerġenza f’każ ta’ avveniment ta’ għargħar (ara t-Taqsima 14.1. ta’ dan l-Anness), konsulenza dwar il-ġestjoni tar-riskju klimatiku fiżiku u l-adattament għalih (ara t-Taqsima 9.3) u software li jippermetti l-ġestjoni tar-riskju klimatiku fiżiku u l-adattament għalih (ara t-taqsima 8.4).

L-attivitajiet f’din il-kategorija ma jinkludux il-kostruzzjoni, il-modifika jew it-tneħħija ta’ strutturi ta’ żamma tal-ilma online li jirriżultaw f’sekwestru primarjament għall-finijiet ta’ użu tal-enerġija idroelettrika jew ta’ irrigazzjoni.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi F42.91 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija tikkonforma mal-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punt 5, l-attività tkun attività ta’ faċilitazzjoni kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.  L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu essenzjali għal din l-attività.

2.  Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)  l-iskrinjar tal-attività sabiex jiġu identifikati liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika tul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)  meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, issir valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata r-rilevanza tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)  valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata mal-iskala tal-attività u

t-tul ta’ ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)  għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala adegwata;

(b)  għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul il-firxa eżistenti ta’ xenarji futuri (1) konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.  Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u l-metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar reċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (2), mal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ (3) jew bi ħlas.

4.  Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)  ma jaffettwawx b’mod ħażin l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għar-riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-patrimonju kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)  jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura (4) jew jibbażaw, sa fejn ikun possibbli, fuq infrastruttura blu jew ħodra (5);

(c)  ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)  jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawn l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)  meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji ta’ skrinjar tekniku f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għal dik l-attività.

5.  Sabiex attività titqies bħala attività li tiffaċilita kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, l-operatur ekonomiku juri, permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji klimatiċi attwali u futuri, inkluża l-inċertezza u fuq il-bażi ta’ data robusta, li l-attività tipprovdi teknoloġija, prodott, servizz, informazzjoni, jew prattika, jew tippromwovi l-użi tagħhom b’wieħed mill-objettivi primarji li ġejjin:

(a)  iż-żieda fil-livell ta’ reżiljenza għar-riskji klimatiċi fiżiċi ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-patrimonju kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn;

(b)  il-kontribut għall-isforzi ta’ adattament ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-patrimonju kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)  Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)  L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività ma xxekkilx il-kisba ta’ status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar jew ma tiddeterjorax l-ilmijiet tal-baħar li diġà jinsabu fi status ambjentali tajjeb kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2020/852 u f’konformità mad-Direttiva 2008/56/KE, li teħtieġ b’mod partikolari li jittieħdu l-miżuri xierqa biex jiġu pprevenuti jew immitigati l-impatti fir-rigward tad-deskritturi stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, filwaqt li titqies id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 fir-rigward tal-kriterji u l-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dawk id-deskritturi.

L-attività tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/60/KE (6), b’mod partikolari mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva.

F’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE u b’mod partikolari mal-paragrafu 7 ta’ dak l-Artikolu, titwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-proġett sabiex jiġu vvalutati l-impatti potenzjali kollha tiegħu fuq l-istatus tal-korpi tal-ilma fl-istess baċir idrografiku u fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti li jiddependu direttament fuq l-ilma, b’kunsiderazzjoni partikolari tal-kurituri tal-migrazzjoni, tax-xmajjar bi fluss liberu jew tal-ekosistemi qrib il-kundizzjonijiet mhux disturbati.

Il-valutazzjoni hija bbażata fuq data reċenti, komprensiva u akkurata, li tinkludi data ta’ monitoraġġ fuq elementi tal-kwalità bijoloġika li huma speċifikament sensittivi għal alterazzjonijiet idromorfoloġiċi, u fuq l-istatus mistenni tal-korp tal-ilma bħala riżultat tal-attivitajiet il-ġodda, meta mqabbel ma’ dak kurrenti tiegħu.

Il-valutazzjoni tikkunsidra, b’mod partikolari, l-impatti akkumulati tal-proġett fuq infrastruttura eżistenti jew ippjanata oħra fil-baċir idrografiku. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni tal-impatt, ġie stabbilit li l-proġett huwa konċepit, skont id-disinn u l-post u permezz ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni, sabiex ikun konformi ma’ wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  il-proġett ma jinvolvi l-ebda deterjorament u lanqas ma jikkomprometti l-kisba ta’ status jew ta’ potenzjal tajjeb tal-korp tal-ilma speċifiku li huwa relatat miegħu;

(b)  fejn il-proġett jirriskja li jiddeterjora jew jikkomprometti l-kisba ta’ status/potenzjal tajjeb tal-korp tal-ilma speċifiku li jkun relatat miegħu, tali deterjorament ma jkunx sinifikanti, u jkun iġġustifikat minn valutazzjoni dettaljata tal-kostijiet u l-benefiċċji li turi dawn it-tnejn li ġejjin:

(i)  ir-raġunijiet prevalenti fl-interess pubbliku jew il-fatt li l-benefiċċji mistennija mill-proġett ta’ infrastruttura ta’ navigazzjoni ppjanat, f’termini ta’ benefiċċji għall-mitigazzjoni/għall-adattament għat-tibdil fil-klima, jisbqu l-ispejjeż mid-deterjorament tal-istatus tal-ilma li jakkumulaw għall-ambjent u għas-soċjetà;

(ii)  il-fatt li l-interess pubbliku prevalenti jew il-benefiċċji mistennija mill-attività ma jistgħux, għal raġunijiet ta’ fattibbiltà teknika jew ta’ kost sproporzjonat, jinkisbu b’mezzi alternattivi li jkunu jwasslu għal eżitu ambjentali aħjar (bħal soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, post alternattiv, riabilitazzjoni/rinnovazzjoni ta’ infrastrutturi eżistenti, jew l-użu ta’ teknoloġiji li ma jfixklux il-kontinwità tax-xmara).

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni teknikament fattibbli u ekoloġikament rilevanti kollha jkunu implimentati sabiex jitnaqqsu l-impatti avversi fuq l-ilma kif ukoll fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti li jiddependu b’mod dirett fuq l-ilma.

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni jinkludu, fejn rilevanti u skont l-ekosistemi preżenti b’mod naturali fil-korpi tal-ilma affettwati:

(a)  miżuri li jiżguraw kundizzjonijiet kemm jista’ jkun qrib ta’ kontinwità mhux disturbata, inklużi miżuri li jiżguraw kontinwità lonġitudinali u laterali, fluss ekoloġiku minimu u fluss tas-sediment;

(b)  miżuri li jipproteġu jew itejbu l-kundizzjonijiet morfoloġiċi u l-ħabitats għall-ispeċijiet akkwatiċi;

(c)  miżuri sabiex jitnaqqsu l-impatti negattivi tal-ewtrofikazzjoni.

L-effettività ta’ dawk il-miżuri hija ssorveljata fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni jew tal-permess li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet immirati lejn il-kisba ta’ status jew ta’ potenzjal tajjeb tal-korp tal-ilma affettwat.

Il-proġett ma jikkompromettix b’mod permanenti l-kisba ta’ status/potenzjal tajjeb fi kwalunkwe wieħed mill-korpi tal-ilma fl-istess żona tal-baċir idrografiku.

Minbarra l-miżuri ta’ mitigazzjoni msemmija hawn fuq, u fejn rilevanti, jiġu implimentati miżuri kompensatorji sabiex jiġi żgurat li l-proġett ma jirriżultax f’deterjorament ġenerali tal-istatus tal-korpi tal-ilma fl-istess żona tal-baċir idrografiku. Dan huwa miksub bir-restawr tal-kontinwità (lonġitudinali jew laterali) fl-istess żona tal-baċir idrografiku sa livell li jikkumpensa t-tfixkil tal-kontinwità, li l-proġett tal-infrastruttura tan-navigazzjoni ppjanat jista’ jikkawża. Il-kumpens jibda qabel l-eżekuzzjoni tal-proġett.

(4)  Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-operaturi jillimitaw il-ġenerazzjoni tal-iskart fi proċessi relatati mal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni u jqisu l-aħjar tekniki disponibbli. Tal-anqas 70 % (skont il-piż) tal-iskart mhux perikoluż mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni (eskluż il-materjal li jseħħ b’mod naturali msemmi fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea ta’ Skart stabbilita bid-Deċiżjoni 2000/532/KE) iġġenerat fuq is-sit tal-kostruzzjoni jitħejja għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għall-irkupru ta’ materjal ieħor, inklużi operazzjonijiet ta’ radam mill-ġdid li jużaw l-iskart sabiex jissostitwixxi materjali oħra, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u mal-Protokoll tal-UE dwar il-Ġestjoni tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (7). L-operaturi jużaw d-demolizzjoni selettiva biex jippermettu t-tneħħija u l-immaniġġjar sikur ta’ sustanzi perikolużi u jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja.

(5)  Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Jiġu implimentati miżuri xierqa biex jiġi evitat u mmitigat it-tifwir tal-ilma tal-maltemp li jagħmel il-ħsara mis-sistema kombinata ta’ ġbir tal-ilma mormi, li tista’ tinkludi SUDS, sistemi separati ta’ ġbir tal-ilma tal-maltemp, tankijiet ta’ żamma u trattament tal-ewwel flaxxjar.

(6)  Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

Addizzjonalment, dan li ġej għandu jiġi żgurat:

(a)  fl-UE, b’rabta mas-siti ta’ Natura 2000: l-attività ma għandhiex effetti sinifikanti fuq is-siti ta’ Natura 2000 fid-dawl tal-objettivi ta’ konservazzjoni tagħhom abbażi ta’ valutazzjoni xierqa mwettqa f’konformità mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE;

(b)  fl-UE, fi kwalunkwe żona: l-attività ma hijiex ta’ detriment għall-irkupru jew għall-manutenzjoni tal-poplazzjonijiet tal-ispeċi protetti bis-saħħa tad-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli. L-attività lanqas ma hija ta’ detriment għall-irkupru jew għall-manutenzjoni tat-tipi ta’ ħabitats protetti bis-saħħa tad-Direttiva 92/43/KEE fi status ta’ konservazzjoni favorevoli;

(c)  fl-UE, l-introduzzjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi tiġi prevenuta, jew it-tixrid tagħhom jiġi ġestit f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014;

(d)  barra mill-UE, l-attivitajiet jitwettqu f’konformità mal-liġi applikabbli relatata mal-konservazzjoni tal-ħabitat, tal-ispeċijiet u l-immaniġġjar ta’ speċijiet aljeni invażivi.

(1)   

Ix-xenarji futuri jinkludu l-profili rappreżentattivi tal-evoluzzjoni tal-konċentrazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

(2)   

Ir-Rapporti ta’ Valutazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima: L-Impatti, l-Adattament u l-Vulnerabbiltà, ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti inkarigat mill-valutazzjoni tax-xjenza relatata ma’ dak li jipproduċi t-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

(3)   

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

(4)   

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fir-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni ta’ 27.6.2023: https://research-and-innovation.ec.europa.eu/research-area/environment/nature-based-solutions_en).

(5)   

Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM(2013) 249 final).

(6)   

Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali li jsegwu objettivi ekwivalenti ta’ status tajjeb tal-ilma u ta’ potenzjal ekoloġiku tajjeb, permezz ta’ regoli proċedurali u sostantivi ekwivalenti, jiġifieri pjan ta’ ġestjoni tal-użu u ta’ protezzjoni tal-ilma żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti li jiżgura li 1) l-impatt tal-attivitajiet fuq l-istatus identifikat jew fuq il-potenzjal ekoloġiku tal-korp jew tal-korpi tal-ilma potenzjalment affettwati jiġi vvalutat u 2) id-deterjorament jew il-prevenzjoni ta’ status tajjeb/potenzjal ekoloġiku tajjeb tiġi evitata jew, fejn dan ma jkunx possibbli, 3) tkun iġġustifikata min-nuqqas ta’ alternattivi ambjentali aħjar li ma jkunux sproporzjonatament għaljin/teknikament infattibbli, u ttieħdu l-passi possibbli kollha sabiex jiġi mmitigat l-impatt avvers fuq l-istatus tal-korp tal-ilma.

(7)   

Il-Protokoll u l-Linji Gwida tal-UE dwar l-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni, Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs (europa.eu) https://single-market-economy.ec.europa.eu/content/eu-construction-and-demolition-waste-protocol-0_mt.

▼B

Appendiċi A

IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-PERIKLI RELATATI MAL-KLIMA  ( 118 )

Relatati mat-temperatura

Relatati mar-riħ

Relatati mal-ilma

Relatati mal-massa solida

Kroniċi

Tibdil fit-temperatura (arja, ilma ħelu, ilma baħar)

Tibdil fix-xejriet tar-riħ

Tibdil fix-xejriet u fit-tipi ta’ preċipitazzjoni (xita, silġ, borra)

Erożjoni kostali

Stress termiku

Varjabbiltà fil-preċipitazzjoni jew idroloġika

Degradazzjoni tal-ħamrija

Varjabbiltà fit-temperatura

Aċifikazzjoni tal-oċeani

Erożjoni tal-ħamrija

Taħlil tal-permafrost

Intrużjoni salina

Soliflussjoni

Żieda fil-livell tal-baħar

Stress fuq l-ilma

Akuti

Mewġa ta’ sħana

Ċiklun, uragan, tifun

Nixfa

Valanga

Mewġa ta’ kesħa/ġlata

Maltempati (inklużi maltempati tas-silġ, tat-trab u tar-ramel)

Preċipitazzjoni qawwija (xita, silġ, borra)

Uqigħ tal-art

Nirien forestali bla kontroll

Tromba tal-arja

Għargħar (kostali, fjuvjali, pluvjali, tal-ilma ta’ taħt l-art)

Ċediment

Kollass ta’ lag glaċjali

Appendiċi B

IL-KRITERJI ĠENERIĊI GĦAD-DNSH GĦALL-UŻU SOSTENIBBLI U GĦALL-PROTEZZJONI TAR-RIŻORSI TAL-ILMA U TAL-BAĦAR

Ir-riskji ta’ degradazzjoni ambjentali relatati mal-preservazzjoni tal-kwalità tal-ilma u mal-evitar tal-istress fuq l-ilma huma identifikati u indirizzati bl-għan li jinkiseb status tajjeb tal-ilma u potenzjal ekoloġiku tajjeb kif definiti fil-punti (22) u (23) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2020/852, f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE ( 119 ) u pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma, żviluppat skont dan għall-korp jew għall-korpi tal-ilma potenzjalment affettwati, f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

Fejn titwettaq Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE u tinkludi valutazzjoni tal-impatt fuq l-ilma f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE, ma tkun meħtieġa l-ebda valutazzjoni addizzjonali tal-impatt fuq l-ilma, dment li r-riskji identifikati jkunu ġew indirizzati.

►M2  L-attività ma xxekkilx l-ilħuq ta’ status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet marini jew ma tiddeterjorax l-ilmijiet marini li diġà jinsabu fi stat ambjentali tajjeb kif definit fl-Artikolu 3, il-punt 5, tad-Direttiva 2008/56/KE ( 120 ), filwaqt li titqies id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 fir-rigward tal-kriterji u l-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dawk id-deskritturi. ◄

Appendiċi C

IL-KRITERJI ĠENERIĊI GĦAD-DNSH GĦALL-PREVENZJONI U GĦALL-KONTROLL TAT-TNIĠĠIS FIR-RIGWARD TAL-UŻU U TAL-PREŻENZA TA’ SUSTANZI KIMIĊI

L-attività ma twassalx għall-manifattura, għat-tqegħid fis-suq jew għall-użu ta’:

(a) 

sustanzi, kemm jekk waħedhom, f’taħlitiet jew f’oġġetti, elenkati fl-Anness I jew II tar-Regolament (UE) 2019/1021, ħlief fil-każ ta’ sustanzi preżenti bħala kontaminant bi traċċi mhux intenzjonat;

(b) 

il-merkurju u l-komposti tal-merkurju, it-taħlitiet tagħhom u l-prodotti miżjudin bil-merkurju kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/852;

(c) 

sustanzi, kemm jekk waħedhom, f’taħlita jew f’oġġetti, elenkati fl-Anness I jew II tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009;

(d) 

sustanzi, kemm jekk waħedhom, f’taħlitiet jew f’oġġetti, elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE, ħlief meta jkun hemm konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva;

(e) 

sustanzi, kemm jekk waħedhom, f’taħlitiet jew f’oġġett, elenkati fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ħlief meta jkun hemm konformità sħiħa mal-kundizzjonijiet speċifikati f’dak l-Anness;

►M2  (f) 

sustanzi, kemm jekk waħedhom, jew f’taħlitiet jew f’oġġett, f’konċentrazzjoni ogħla minn 0,1 % skont il-piż (w/w) u li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li kienu identifikati f’konformità mal-Artikolu 59(1) ta’ dak ir-Regolament għal perjodu ta’ mill-inqas 18-il xahar, ħlief jekk jiġi vvalutat u ddokumentat mill-operaturi li ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa oħra disponibbli fis-suq, u li jintużaw f’kundizzjonijiet ikkontrollati ( 121 ); ◄

(g) 

sustanzi oħra, kemm jekk waħedhom, f’taħlitiet jew f’oġġett, li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ħlief meta l-użu tagħhom ikun intwera bil-provi li huwa essenzjali għas-soċjetà.

►M2  Addizzjonalment, l-attività ma twassalx għall-manifattura, il-preżenza fil-prodott finali jew fl-output, jew it-tqegħid fis-suq, ta’ sustanzi oħra, kemm jekk waħedhom jew f’taħlitiet jew f’oġġett, f’konċentrazzjoni ogħla minn 0,1 % skont il-piż (wieght by weight, w/w) li jissodisfaw il-kriterji tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għal waħda mill-klassijiet ta’ periklu jew mill-kategoriji ta’ periklu msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ħlief jekk jiġi vvalutat u ddokumentat mill-operaturi li ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa oħra disponibbli fis-suq, u li jintużaw taħt kundizzjonijiet ikkontrollati ( 122 ). ◄

Appendiċi D

IL-KRITERJI ĠENERIĊI GĦAD-DNSH GĦALL-PROTEZZJONI U GĦAR-RESTAWR TAL-BIJODIVERSITÀ U TAL-EKOSISTEMI

Tlestiet Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) jew skrinjar ( 123 ) f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE ( 124 ).

Fejn twettqet VIA, jiġu implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens meħtieġa għall-ħarsien tal-ambjent.

Għal siti/operazzjonijiet li jinsabu f’żoni sensittivi għall-bijodiversità jew qribhom (inkluż in-network Natura 2000 ta’ żoni protetti, siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO u Żoni ta’ Bijodiversità Ewlenin, kif ukoll żoni protetti oħrajn), twettqet valutazzjoni xierqa ( 125 ), fejn applikabbli, u fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tagħha ġew implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni meħtieġa ( 126 ).

( 1 ) L-istabbiliment ta’ foresta permezz tat-tħawwil jew tat-tiżrigħ intenzjonat fuq art li, sa dak iż-żmien, kienet taħt użu differenti tal-art, jimplika trasformazzjoni tal-użu tal-art minn mhux forestali għal forestali, FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

( 2 ) Art mifruxa fuq aktar minn 0,5 ta’ ettaru b’siġar ogħla minn ħames metri u b’kopertura ta’ qċaċet ta’ aktar minn 10 %, jew b’siġar li jistgħu jilħqu dawk il-limiti in situ. Ma tinkludix art li fil-biċċa l-kbira tagħha hija taħt użu agrikolu jew urban tal-art, FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

( 3 ) Ir-restawr tal-foresti jinkludi:

— 
ir-riabilitazzjoni, jiġifieri r-restawr ta’ speċijiet, ta’ strutturi jew ta’ proċessi mixtieqa għal ekosistema eżistenti;
— 
ir-rikostruzzjoni, jiġifieri r-restawr ta’ pjanti indiġeni fuq art li tkun f’użu ieħor;
— 
ir-reklamazzjoni, jiġifieri r-restawr ta’ art li ddeterjorat b’mod gravi mingħajr veġetazzjoni;
— 
is-sostituzzjoni, bħala l-aktar waħda radikali, li fiha speċijiet adattati ħażin għal post partikolari u li ma jistgħux jemigraw jiġu ssostitwiti bi speċijiet introdotti hekk kif il-klimi jinbidlu b’mod rapidu,

Il-modulu Forest Restoration. Fis-Sustainable Forest Management (SFM) Toolbox (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/sustainable-forest-management/toolbox/modules/forest-restoration/basic-knowledge/en/).

( 4 ) Restawr Ekoloġiku (Anki Restawr tal-Ekosistema):

— 
il-proċess ta’ ritorn ta’ ekosistema għal struttura u għal funzjoni ta’ qabel id-disturb naturali;
— 
il-proċess ta’ assistenza għall-irkupru ta’ ekosistema li tkun ġiet iddegradata, iddanneġġjata, jew inqerdet;
— 
il-proċess ta’ tibdil intenzjonali ta’ sit sabiex tiġi stabbilita ekosistema indiġena definita. L-għan ta’ dan il-proċess huwa li jimita l-istruttura, il-funzjoni, id-diversità u d-dinamika tal-ekosistema speċifikata;
— 
intervent uman … imfassal sabiex iħaffef l-irkupru ta’ ħabitats danneġġati, jew sabiex iġib l-ekosistemi lura għall-eqreb approssimazzjoni possibbli tal-istati tagħhom ta’ qabel id-disturb,

Most used definitions/descriptions of key terms related to ecosystem restoration. Il-11-il Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika. 2012. UNEP/CBD/COP/11/INF/19 (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.cbd.int/doc/meetings/cop/cop-11/information/cop-11-inf-19-en.pdf).

( 5 ) Ir-riabilitazzjoni tal-foresti hija l-proċess ta’ restawr tal-kapaċità ta’ foresta li terġa’ tipprovdi oġġetti u servizzi, fejn l-istat tal-foresta riabilitata ma jkunx identiku għall-istat tagħha qabel id-degradazzjoni,

Most used definitions/descriptions of key terms related to ecosystem restoration. Il-11-il Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika. 2012. UNEP/CBD/COP/11/INF/19 (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.cbd.int/doc/meetings/cop/cop-11/information/cop-11-inf-19-en.pdf).

( 6 ) (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.cbd.int/convention/text/).

( 7 ) L-istabbiliment mill-ġdid ta’ foresta permezz tat-tħawwil u/jew tat-tiżrigħ deliberat fuq art klassifikata bħala foresta,

FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

( 8 ) Foresta magħmula prinċipalment minn siġar stabbiliti permezz ta’ riġenerazzjoni naturali,

FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

( 9 ) Event estrem tat-temp huwa event li jkun rari f’post u fi żmien partikolari tas-sena. Id-definizzjonijiet ta’ rari jvarjaw, iżda event estrem tat-temp normalment ikun rari daqs jew aktar mill-għaxar jew mid-disgħin perċentil ta’ funzjoni tad-densità tal-probabbiltà stmata mill-osservazzjonijiet. Skont id-definizzjoni, il-karatteristiċi ta’ dak li jissejjaħ temp estrem jistgħu jvarjaw minn post għal ieħor f’sens assolut. Meta xejra ta’ temp estrem tippersisti għal xi żmien, bħal staġun, din tista’ tiġi kklassifikata bħala event klimatiku estrem, speċjalment jekk tipproduċi medja jew total li huwa stess ikun estrem (eż., nixfa jew xita qalila matul staġun). Ara l-IPCC, 2018: Annex I: Glossary (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.ipcc.ch/sr15/chapter/glossary/).

( 10 ) Kwalunkwe nar mhux ikkontrollat fil-veġetazzjoni li jeħtieġ deċiżjoni jew azzjoni dwar is-soppressjoni, 2012 European Glossary for wildfires and forest fires, żviluppat taħt il-proġett tan-Network Ewropew dwar in-Nirien fil-Foresti - “EUFOFINET”, bħala parti mill-programm INTERREG IVC (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.ctif.org/index.php/library/european-glossary-wildfires-and-forest-fires).

( 11 ) Art mifruxa fuq aktar minn 0,5 ta’ ettaru b’siġar ogħla minn ħames metri u b’kopertura ta’ qċaċet ta’ aktar minn 10 %, jew b’siġar li jistgħu jilħqu dawk il-limiti in situ. Ma tinkludix art li fil-biċċa l-kbira tagħha hija taħt użu agrikolu jew urban tal-art, FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

( 12 ) Art mifruxa fuq aktar minn 0,5 ta’ ettaru b’siġar ogħla minn ħames metri u b’kopertura ta’ qċaċet ta’ aktar minn 10 %, jew b’siġar li jistgħu jilħqu dawk il-limiti in situ. Ma tinkludix art li fil-biċċa l-kbira tagħha hija taħt użu agrikolu jew urban tal-art, FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

( 13 ) Art mifruxa fuq aktar minn 0,5 ta’ ettaru b’siġar ogħla minn ħames metri u b’kopertura ta’ qċaċet ta’ aktar minn 10 %, jew b’siġar li jistgħu jilħqu dawk il-limiti in situ. Ma tinkludix art li fil-biċċa l-kbira tagħha hija taħt użu agrikolu jew urban tal-art, FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

( 14 L-artijiet mistagħdra jinkludu varjetà wiesgħa ta’ ħabitats fuq l-art bħal bwar, bwar imxarrba u torbiera, pjanuri mfawra, xmajjar u lagi, u żoni kostali bħall-bwar salmastri, mangroves, tajn intermareali u qigħan tal-ħaxix tal-baħar, u skolli tal-qroll u żoni tal-baħar oħra mhux aktar fondi minn sitt metri f’marea baxxa, kif ukoll artijiet mistagħdra magħmula mill-bniedem bħal digi, ġibjuni, kanali tal-ilma tar-ross u vaski u laguni għat-trattament tal-ilma mormi. An Introduction to the Ramsar Convention on Wetlands, 7th ed. (preċedentement The Ramsar Convention Manual). Ramsar Convention Secretariat, Gland, l-Iżvizzera.

( 15 ) It-torbieri huma ekosistemi b’ħamrija tal-pit. Il-pit jikkonsisti f’tal-anqas 30 % fdalijiet ta’ pjanti mejta, parzjalment dekomposti, li akkumulaw in situ taħt l-ilma u spiss f’kundizzjonijiet aċidużi. Ir-riżoluzzjoni XIII.12 Guidance on identifying peatlands as Wetlands of International Importance (Ramsar Sites) for global climate change regulation as an additional argument to existing Ramsar criteria, il-Konvenzjoni ta’ Ramsar adottata fil-21-29 ta’ Ottubru 2018.

( 16 ) Il-Konvenzjoni dwar l-Artijiet Mistagħdra ta’ Importanza Internazzjonali speċjalment bħala l-Ħabitat għall-Għasafar tal-Ilma (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.ramsar.org/sites/default/files/documents/library/current_convention_text_e.pdf).

( 17 ) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Mejju 1995 dwar l-użu għaqli u l-konservazzjoni tal-artijiet mistagħdra, COM(95) 189 final.

( 18 ) Ir-Regolament (KE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (ĠU L 192, 22.7.2011, p. 1).

( 19 ) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).

( 20 ) Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).

( 21 ) L-attività tinkludi l-kiri ta’ parts u tagħmir u l-forniment ta’ servizzi relatati, u kif ukoll Manutenzjoni, Tiswija u Tiġdid (Maintenance, Repair and Overhaul, MRO), sal-punt li dawn jistgħu jkunu marbuta ma’ tip ta’ inġenju tal-ajru eliġibbli u ttejjeb jew iżżomm il-livell ta’ effiċjenza tal-inġenju tal-ajru.

( 22 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18).

( 23 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48).

( 24 ) Id-Direttiva tal-Kunsill2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għall-protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13,17.1.2014, p. 1).

( 25 ) Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

( 26 ) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1)

( 27 ) Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/851/Euratom tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ġestjoni ta’ riżorsi finanzjarji għad-dekummissjonar ta’ installazzjonijiet nukleari, fjuwil użat u skart radjuattiv (ĠU L 330, 28.11.2006, p. 31).

( 28 ) Fl-Unjoni, l-attività hija konformi mal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3) u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u mal-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart.

( 29 ) Kif definit fil-punt 4 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE.

( 30 ) Kif definit fil-punt 4 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE.

( 31 )  “Terraferma” (jew “landfill”) hija definita fil-punt (g) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).

( 32 ) Kif imsemmija fil-punt (a)(i) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858.

( 33 ) Kif imsemmija fil-punt (b)(i) tal-Anness 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858.

( 34 ) Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).

( 35 ) Kif imsemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858.

( 36 ) Kif imsemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858.

( 37 ) Kif imsemmija fil-punt (b)(iii) tal-Anness 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858.

( 38 ) Kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 595/2009.

( 39 ) F’konformità mal-punt (11) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 34/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).

( 40 ) L-attività tinkludi l-kiri ta’ parts u tagħmir sal-punt li dawn jistgħu jkunu marbuta ma’ tip ta’ inġenju tal-ajru eliġibbli u ttejjeb jew iżżomm il-livell ta’ effiċjenza tal-inġenju tal-ajru.

( 41 ) Iċ-ċentri tad-data jinkludu t-tagħmir li ġej: tagħmir u servizzi tal-ICT; tkessiħ; tagħmir tal-enerġija taċ-ċentru tad-data; tagħmir għad-distribuzzjoni tal-enerġija taċ-ċentru tad-data; il-bini taċ-ċentru tad-data; sistemi ta’ monitoraġġ.

( 42 ) F’konformità mal-Anness G tal-Annessi Ġenerali tal-PROGRAMM TA’ ĦIDMA 2016 2017 ORIZZONT 2020, p.29 (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/research/participants/data/ref/h2020/other/wp/2016-2017/annexes/h2020-wp1617-annex-ga_en.pdf).

( 43 ) Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

( 44 ) L-Assessments Reports on Climate Change: Impacts, Adaptation and Vulnerability ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

( 45 ) Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

( 46 ) Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema. (verżjoni tal-4.6.2021: https://ec.europa.eu/research/environment/index.cfm?pg=nbs).

( 47 ) Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).

( 48 ) Il-lista ta’ perikli relatati mal-klima f’din it-tabella mhijiex eżawrjenti, u tikkostitwixxi biss lista indikattiva tal-aktar perikli mifruxa li jenħtieġ li jitqiesu bħala minimu fil-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi.

( 49 ) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali li jsegwu objettivi ekwivalenti ta’ status tajjeb tal-ilma u ta’ potenzjal ekoloġiku tajjeb, permezz ta’ regoli proċedurali u sostantivi ekwivalenti, jiġifieri pjan ta’ ġestjoni tal-użu u ta’ protezzjoni tal-ilma żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti li jiżgura li 1) l-impatt tal-attivitajiet fuq l-istatus identifikat jew fuq il-potenzjal ekoloġiku tal-korp jew tal-korpi tal-ilma potenzjalment affettwati jiġi vvalutat u 2) id-deterjorament jew il-prevenzjoni ta’ status tajjeb/potenzjal ekoloġiku tajjeb tiġi evitata jew, fejn dan ma jkunx possibbli, 3) tkun iġġustifikata min-nuqqas ta’ alternattivi ambjentali aħjar li ma jkunux sproporzjonatament għaljin/teknikament infattibbli, u ttieħdu l-passi possibbli kollha sabiex jiġi mmitigat l-impatt avvers fuq l-istatus tal-korp tal-ilma.

( 50 ) Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

►M2  ( 51 ) Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

( 52 ) Id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3, il-punt 5 tad-Direttiva 2008/56/KE tipprevedi b’mod partikolari li stat ambjentali tajjeb għandu jiġi ddeterminat abbażi tad-deskritturi kwalitattivi stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

( 53 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 tas-17 ta’ Mejju 2017 li tistabbilixxi kriterji u standards metodoloġiċi ta’ stat ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar, kif ukoll speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/477/UE (ĠU L 125, 18.5.2017, p. 43). ◄

( 54 ) Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45).

( 55 ) Ir-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar il-merkurju, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (ĠU L 137, 24.5.2017, p. 1).

( 56 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1).

( 57 ) Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku. (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).

( 58 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni. (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

( 59 ) Il-Kummissjoni se tirrieżamina l-eċċezzjonijiet mill-projbizzjoni mill-manifattura, mit-tqegħid fis-suq jew mill-użu tas-sustanzi msemmija fil-punt (f) ladarba tkun ippubblikat prinċipji orizzontali dwar l-użu essenzjali tas-sustanzi kimiċi.

( 60 ) Il-proċedura li permezz tagħha l-awtorità kompetenti tiddetermina jekk il-proġetti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/92/UE għandhomx ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali (kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) ta’ dik id-Direttiva).

( 61 ) Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali ekwivalenti li jeħtieġu t-tlestija ta’ VIA jew l-iskrinjar, pereżempju l-Istandard ta’ Prestazzjoni 1 tal-IFC: Valutazzjoni u Ġestjoni tar-Riskji Ambjentali u Soċjali.

( 62 ) F’konformità mad-Direttivi 2009/147/KE u 92/43/KEE. Għall-attivitajiet li jinsabu f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali ekwivalenti, li għandhom l-għan li jippreservaw il-ħabitats naturali, il-fawna selvaġġa u l-flora selvaġġa, u li jirrikjedu li (1) titwettaq proċedura ta’ skrinjar sabiex jiġi ddeterminat jekk, għal attività partikolari, tkunx meħtieġa valutazzjoni xierqa tal-impatti possibbli fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti; (2) tali valutazzjoni xierqa fejn l-iskrinjar jiddetermina li tkun meħtieġa, pereżempju l-Istandard ta’ Prestazzjoni 6 tal-IFC: Konservazzjoni tal-Bijodiversità u Ġestjoni Sostenibbli tar-Riżorsi Naturali Ħajjin.

( 63 ) Dawk il-miżuri ġew identifikati sabiex jiġi żgurat li l-proġett, il-pjan jew l-attività ma jkollha l-ebda effett sinifikanti fuq l-objettivi ta’ konservazzjoni taż-żona protetta.

( 64 ) Referenza għall-istandards tal-UE hija disponibbli fil-livell tal-UE sabiex jiġu vvalutati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-prodotti: EN 200 dwar “Sanitary tapware. Vitien singli u vitien imħallta għas-sistemi tal-provvista tal-ilma tat-tip 1 u tat-tip 2. Speċifikazzjoni teknika ġenerali”; EN 816 “Apparati ta’ vitien sanitarji – Valvi iżolanti awtomatiċi PN 10”; EN 817 “Valvi tat-taħlit mekkaniċi (PN 10) – Speċifikazzjonijiet tekniċi ġenerali”; EN 1111 “Apparati ta’ vitien sanitarji – Valvi tat-taħlit termostatiċi (PN 10) – Speċifikazzjoni teknika ġenerali”; EN 1112 dwar “Sanitary tapware. Żbokki tad-doċċa għall-apparati ta’ vitien sanitarji għas-sistemi tal-provvista tal-ilma tat-tip 1 u tat-tip 2 – Speċifikazzjoni teknika ġenerali”; EN 1113 dwar “Apparati ta’ vitien sanitarji – Pajpijiet tad-doċċa għall-apparati ta’ vitien sanitarji għas-sistemi tal-provvista tal-ilma tat-tip 1 u tat-tip 2 – Speċifikazzjoni teknika ġenerali”, inkluż metodu għall-ittestjar tar-reżistenza għal-liwi tal-pajp; EN 1287 dwar “Apparati ta’ vitien sanitarji. Valvs tat-taħlit termostatiċi bi pressa baxxa. Speċifikazzjonijiet tekniċi ġenerali”; EN 15091 “Sanitary tapware – Electronic opening and closing sanitary tapware”.’

( 65 ) L-istabbiliment ta’ foresta permezz tat-tħawwil jew tat-tiżrigħ intenzjonat fuq art li, sa dak iż-żmien, kienet taħt użu differenti tal-art, jimplika trasformazzjoni tal-użu tal-art minn mhux forestali għal forestali (FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions, verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

( 66 ) Art mifruxa fuq aktar minn 0,5 ta’ ettaru b’siġar ogħla minn ħames metri u b’kopertura ta’ qċaċet ta’ aktar minn 10 %, jew b’siġar li jistgħu jilħqu dawk il-limiti in situ. Ma tinkludix art li fil-biċċa l-kbira tagħha hija taħt użu agrikolu jew urban tal-art, FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

( 67 ) Ir-restawr tal-foresti jinkludi:

— 
ir-riabilitazzjoni, jiġifieri r-restawr ta’ speċijiet, ta’ strutturi jew ta’ proċessi mixtieqa għal ekosistema eżistenti;
— 
ir-rikostruzzjoni, jiġifieri r-restawr ta’ pjanti indiġeni fuq art li tkun f’użu ieħor;
— 
ir-reklamazzjoni, jiġifieri r-restawr ta’ art li ddeterjorat b’mod gravi mingħajr veġetazzjoni;
— 
is-sostituzzjoni, bħala l-aktar waħda radikali, li fiha speċijiet adattati ħażin għal post partikolari u li ma jistgħux jemigraw, jiġu ssostitwiti bi speċijiet introdotti hekk kif il-klimi jinbidlu b’mod rapidu,

Il-modulu Forest Restoration. Fis-Sustainable Forest Management (SFM) Toolbox (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/sustainable-forest-management/toolbox/modules/forest-restoration/basic-knowledge/en/).

( 68 ) Restawr Ekoloġiku (Anki Restawr tal-Ekosistema):

— 
il-proċess ta’ ritorn ta’ ekosistema għal struttura u għal funzjoni ta’ qabel id-disturb naturali;
— 
il-proċess ta’ assistenza għall-irkupru ta’ ekosistema li tkun ġiet iddegradata, iddanneġġjata, jew inqerdet;
— 
il-proċess ta’ tibdil intenzjonali ta’ sit sabiex tiġi stabbilita ekosistema indiġena definita. L-għan ta’ dan il-proċess huwa li jimita l-istruttura, il-funzjoni, id-diversità u d-dinamika tal-ekosistema speċifikata;
— 
intervent uman … imfassal sabiex iħaffef l-irkupru ta’ ħabitats danneġġati, jew sabiex iġib l-ekosistemi lura għall-eqreb approssimazzjoni possibbli tal-istati tagħhom ta’ qabel id-disturb,

Most used definitions/descriptions of key terms related to ecosystem restoration. Il-11-il Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika. 2012. UNEP/CBD/COP/11/INF/19 (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.cbd.int/doc/meetings/cop/cop-11/information/cop-11-inf-19-en.pdf).

( 69 ) Ir-riabilitazzjoni tal-foresti hija l-proċess ta’ restawr tal-kapaċità ta’ foresta li terġa’ tipprovdi oġġetti u servizzi, fejn l-istat tal-foresta riabilitata ma jkunx identiku għall-istat tagħha qabel id-degradazzjoni,

Most used definitions/descriptions of key terms related to ecosystem restoration. Il-11-il Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika. 2012. UNEP/CBD/COP/11/INF/19 (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.cbd.int/doc/meetings/cop/cop-11/information/cop-11-inf-19-en.pdf).

( 70 ) L-istabbiliment mill-ġdid ta’ foresta permezz tat-tħawwil u/jew tat-tiżrigħ deliberat fuq art klassifikata bħala foresta,

FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

( 71 ) Foresta magħmula prinċipalment minn siġar stabbiliti permezz ta’ riġenerazzjoni naturali,

FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

( 72 ) Event estrem tat-temp huwa event li jkun rari f’post u fi żmien partikolari tas-sena. Id-definizzjonijiet ta’ rari jvarjaw, iżda event estrem tat-temp normalment ikun rari daqs jew aktar mill-għaxar jew mid-disgħin perċentil ta’ funzjoni tad-densità tal-probabbiltà stmata mill-osservazzjonijiet. Skont id-definizzjoni, il-karatteristiċi ta’ dak li jissejjaħ temp estrem jistgħu jvarjaw minn post għal ieħor f’sens assolut. Meta xejra ta’ temp estrem tippersisti għal xi żmien, bħal staġun, din tista’ tiġi kklassifikata bħala event klimatiku estrem, speċjalment jekk tipproduċi medja jew total li huwa stess ikun estrem (eż., nixfa jew xita qalila matul staġun). Ara l-IPCC, 2018: Annex I: Glossary (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.ipcc.ch/sr15/chapter/glossary/).

( 73 ) Kwalunkwe nar mhux ikkontrollat fil-veġetazzjoni li jeħtieġ deċiżjoni jew azzjoni dwar is-soppressjoni, 2012 European Glossary for wildfires and forest fires, żviluppat taħt il-proġett tan-Network Ewropew dwar in-Nirien fil-Foresti - “EUFOFINET”, bħala parti mill-programm INTERREG IVC (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.ctif.org/index.php/library/european-glossary-wildfires-and-forest-fires).

( 74 ) Art mifruxa fuq aktar minn 0,5 ta’ ettaru b’siġar ogħla minn ħames metri u b’kopertura ta’ qċaċet ta’ aktar minn 10 %, jew b’siġar li jistgħu jilħqu dawk il-limiti in situ. Ma tinkludix art li fil-biċċa l-kbira tagħha hija taħt użu agrikolu jew urban tal-art, FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

( 75 ) Art mifruxa fuq aktar minn 0,5 ta’ ettaru b’siġar ogħla minn ħames metri u b’kopertura ta’ qċaċet ta’ aktar minn 10 %, jew b’siġar li jistgħu jilħqu dawk il-limiti in situ. Ma tinkludix art li fil-biċċa l-kbira tagħha hija taħt użu agrikolu jew urban tal-art, FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

( 76 ) Art mifruxa fuq aktar minn 0,5 ta’ ettaru b’siġar ogħla minn ħames metri u b’kopertura ta’ qċaċet ta’ aktar minn 10 %, jew b’siġar li jistgħu jilħqu dawk il-limiti in situ. Ma tinkludix art li fil-biċċa l-kbira tagħha hija taħt użu agrikolu jew urban tal-art, FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).

( 77 L-artijiet mistagħdra jinkludu varjetà wiesgħa ta’ ħabitats fuq l-art bħal bwar, bwar imxarrba u torbiera, pjanuri mfawra, xmajjar u lagi, u żoni kostali bħall-bwar salmastri, mangroves, tajn intermareali u qigħan tal-ħaxix tal-baħar, u skolli tal-qroll u żoni tal-baħar oħra mhux aktar fondi minn sitt metri f’marea baxxa, kif ukoll artijiet mistagħdra magħmula mill-bniedem bħal digi, ġibjuni, kanali tal-ilma tar-ross u vaski u laguni għat-trattament tal-ilma mormi. An Introduction to the Ramsar Convention on Wetlands, 7th ed. (preċedentement The Ramsar Convention Manual). Ramsar Convention Secretariat, Gland, l-Iżvizzera.

( 78 ) It-torbieri huma ekosistemi b’ħamrija tal-pit. Il-pit jikkonsisti f’tal-anqas 30 % fdalijiet ta’ pjanti mejta, parzjalment dekomposti, li akkumulaw in situ taħt l-ilma u spiss f’kundizzjonijiet aċidużi. Ir-riżoluzzjoni XIII.12 Guidance on identifying peatlands as Wetlands of International Importance (Ramsar Sites) for global climate change regulation as an additional argument to existing Ramsar criteria, il-Konvenzjoni ta’ Ramsar adottata fil-21-29 ta’ Ottubru 2018.

( 79 ) Il-Konvenzjoni dwar l-Artijiet Mistagħdra ta’ Importanza Internazzjonali speċjalment bħala l-Ħabitat għall-Għasafar tal-Ilma (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.ramsar.org/sites/default/files/documents/library/current_convention_text_e.pdf).

( 80 ) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Mejju 1995 dwar l-użu għaqli u l-konservazzjoni tal-artijiet mistagħdra, COM(95) 189 final.

( 81 ) Għall-punti minn (j) sa (m), il-kriterji relatati mal-modifika retroattiva huma koperti fit-Taqsimiet 6.9 u 6.12 ta’ dan l-Anness.

( 82 ) Kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858.

( 83 ) Kif stabbilit fil-punt 3 tal-parti C tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858.

( 84 ) Sal-31/12/2022, il-pass E tal-EURO VI kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 595/2009.

( 85 ) Kif definiti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858.

( 86 ) Kif definita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.

( 87 ) L-Indikatur Operattiv tal-Effiċjenza Enerġetika huwa ddefinit bħala l-proporzjon tal-massa ta’ CO2 emessa għal kull unità ta’ xogħol ta’ trasport. Ikun valur rappreżentattiv tal-effiċjenza enerġetika tal-operazzjoni tal-bastiment matul perjodu konsistenti li jirrappreżenta l-mudell tal-kummerċ kumplessiv tal-bastiment. Gwida dwar kif għandu jiġi kkalkolat dan l-indikatur hija pprovduta fid-dokument MEPC.1/Circ. 684 mill-IMO.

( 88 ) Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (verżjoni tal-4.6.2021: http://www.imo.org/fr/MediaCentre/HotTopics/GHG/Pages/EEDI.aspx).

( 89 ) Kif miftiehem mill-Kumitat għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fis-sessjoni erbgħa u sebgħin tiegħu.

( 90 ) Fjuwils li jissodisfaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsimiet 3.10 u 4.13 ta’ dan l-Anness.

( 91 ) Fjuwils li jissodisfaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsimiet 3.10 u 4.13 ta’ dan l-Anness.

( 92 ) Fejn rilevanti, il-valur U għandu jiġi kkalkulat skont l-istandards applikabbli, eż. EN ISO 10077-1:2017 (twieqi u bibien), EN ISO 12631:2017 (ħitan kappotto) u EN ISO 6946:2017 (komponenti u elementi oħrajn tal-bini).

( 93 ) ISO standard 14067:2018, Greenhouse gases — Carbon footprint of products — Requirements and guidelines for quantification (https://www.iso.org/standard/71206.html).

( 94 ) ISO standard 14064-1:2018, Greenhouse gases — Part 1: Specification with guidance at the organization level for quantification and reporting of greenhouse gas emissions and removals (verżjoni tal-4.6.2021: https://www.iso.org/standard/66453.html).

( 95 ) Fl-Unjoni, l-attività hija konformi mal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2008/98/KE u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u mal-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart.

( 96 ) Kif definit fil-punt 4 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE.

( 97 ) Il-bijoskart huwa definit fil-punt 4 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE.

( 98 )  “Terraferma” (jew “landfill”) hija definita fil-punt g tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).

( 99 ) Kif imsemmi fil-punt (a)(i) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858.

( 100 ) Kif imsemmi fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858.

( 101 ) Kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858.

( 102 ) Kif imsemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858.

( 103 ) Kif imsemmija fil-punt (b)(iii) tal-Anness 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858.

( 104 ) Kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 595/2009.

( 105 ) F’konformità mal-punt (11) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 34/2012/UE.

( 106 ) Iċ-ċentri tad-data jinkludu t-tagħmir li ġej: tagħmir u servizzi tal-ICT; tkessiħ; tagħmir tal-enerġija taċ-ċentru tad-data; tagħmir għad-distribuzzjoni tal-enerġija taċ-ċentru tad-data; il-bini taċ-ċentru tad-data; sistemi ta’ monitoraġġ.

( 107 ) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).

( 108 ) Kif definit fil-punt (5) tal-Art. 2 tad-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni, (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19).

( 109 ) Pereżempju, il-gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għal faċilitajiet tal-kura tas-saħħa reżiljenti għall-klima u ambjentalment sostenibbli, 2020, disponibbli fuq: https://www.who.int/publications/i/item/9789240012226 u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa; 2020. Liċenzja: CC BY-NC-SA 3.0 IGO) l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, Smart Hospitals Toolkit, Organizzazzjoni Pan-Amerikana tas-Saħħa, 2017, disponibbli fuq: https://cdn.who.int/media/docs/default-source/climate-change/smart-hospital-toolkit-paho.pdf.

( 110 ) Pereżempju, il-linji gwida 2020 tal-Grupp Konsultattiv Internazzjonali dwar it-Tfittxija u s-Salvataġġ (INSARAG), “Volume II: Preparedness and response” u “Volume III: Operational Field Guidance”, l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet umanitarji (OCHA), disponibbli fuq: www.insarag.org.

( 111 ) Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56).

( 112 )  “Tħejjija” tfisser stat ta’ prontezza u kapaċità ta’ mezzi, strutturi, komunitajiet u organizzazzjonijiet umani u materjali li jippermettilhom jiżguraw reazzjoni rapida u effettiva għal diżastru, miksub b’riżultat tal-azzjoni meħuda minn qabel.

( 113 ) Modulu għall-finijiet ta’ dan l-Anness huwa derivat mid-definizzjoni bbażata fuq l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE li tistabbilixxi Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, biex ifisser “ arranġament awtosuffiċjenti u awtonomu ibbażat fuq kompiti u ħtiġijiet […] jew tim mobbli operazzjonali […], li jirrappreżenta taħlita ta’ mezzi umani u materjali, li jista’ jkun deskritt f’termini tal-kapaċità tiegħu għal intervent jew tal- kompitu/i li huwa kapaċi jwettaq;” . Il-mezzi materjali jinkludu t-trasport meħtieġ biex jappoġġa l-intervent ta’ emerġenza kif rilevanti. Eżempji ta’ mezzi materjali meħtieġa għal tipi differenti ta’ moduli ta’ rispons għal servizz ta’ emerġenza huma stabbiliti fid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2014/762 u 2019/570 (UCPM), pereżempju, il-mezzi materjali relatati mat-tifi tan-nar mill-ajru jew mill-art bħal ħelikopters, inġenji tal-ajru u vetturi, dgħajjes għas-salvataġġ u mezzi tal-ajru għall-evakwazzjoni medika.

( 114 )  “Assistenza ta’ protezzjoni ċivili” tfisser skwadri, esperti jew moduli intiżi għall-protezzjoni ċivili, bit-tagħmir tagħhom, kif ukoll materjal jew provvisti ta’ għajnuna meħtieġa biex jittaffew il-konsegwenzi immedjati ta’ diżastru. L-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ottubru 2014 li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u li tħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/277/KE, Euratom u 2007/606/KE, Euratom (notifikata bid-dokument C(2014) 7489) (2014/762/UE).

( 115 ) Li jinvolvu strutturi tal-inġinerija ċivili.

( 116 ) Li ma jinvolvux strutturi tal-inġinerija ċivili.

( 117 ) Id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27).

( 118 ) Il-lista ta’ perikli relatati mal-klima f’din it-tabella mhijiex eżawrjenti, u tikkostitwixxi biss lista indikattiva tal-aktar perikli mifruxa li jenħtieġ li jitqiesu bħala minimu fil-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi.

( 119 ) Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali li jsegwu objettivi ekwivalenti ta’ status tajjeb tal-ilma u ta’ potenzjal ekoloġiku tajjeb, permezz ta’ regoli proċedurali u sostantivi ekwivalenti, jiġifieri pjan ta’ ġestjoni tal-użu u ta’ protezzjoni tal-ilma żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti li jiżgura li 1) l-impatt tal-attivitajiet fuq l-istatus identifikat jew fuq il-potenzjal ekoloġiku tal-korp jew tal-korpi tal-ilma potenzjalment affettwati jiġi vvalutat u 2) id-deterjorament jew il-prevenzjoni ta’ status tajjeb/potenzjal ekoloġiku tajjeb tiġi evitata jew, fejn dan ma jkunx possibbli, 3) tkun iġġustifikata min-nuqqas ta’ alternattivi ambjentali aħjar li ma jkunux sproporzjonatament għaljin/teknikament infattibbli, u ttieħdu l-passi possibbli kollha sabiex jiġi mmitigat l-impatt avvers fuq l-istatus tal-korp tal-ilma.

►M2  ( 120 ) Id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3, il-punt 5 tad-Direttiva 2008/56/KE tipprevedi b’mod partikolari li status ambjentali tajjeb għandu jiġi ddeterminat abbażi tad-deskritturi kwalitattivi stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. ◄

( 121 ) Il-Kummissjoni se tirrieżamina l-eċċezzjonijiet mill-projbizzjoni tal-manifattura, it-tqegħid fis-suq jew l-użu tas-sustanzi msemmija fil-punt (f) ladarba tkun ippubblikat prinċipji orizzontali dwar l-użu essenzjali tas-sustanzi kimiċi. ◄

►M2  ( 122 ) Il-Kummissjoni se tirrieżamina l-eċċezzjonijiet mill-projbizzjoni mill-manifattura, mill-preżenza fil-prodott finali jew fl-output, jew mit-tqegħid fis-suq tas-sustanzi msemmija f’dan il-paragrafu ladarba tkun ippubblikat prinċipji orizzontali dwar l-użu essenzjali tas-sustanzi kimiċi. ◄

( 123 ) Il-proċedura li permezz tagħha l-awtorità kompetenti tiddetermina jekk il-proġetti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/92/UE għandhomx ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali (kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) ta’ dik id-Direttiva).

( 124 ) Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali ekwivalenti li jeħtieġu t-tlestija ta’ VIA jew l-iskrinjar, pereżempju l-Istandard ta’ Prestazzjoni 1 tal-IFC: Valutazzjoni u Ġestjoni tar-Riskji Ambjentali u Soċjali.

( 125 ) F’konformità mad-Direttivi 2009/147/KE u 92/43/KEE. Għall-attivitajiet li jinsabu f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali ekwivalenti, li għandhom l-għan li jippreservaw il-ħabitats naturali, il-fawna selvaġġa u l-flora selvaġġa, u li jirrikjedu li (1) titwettaq proċedura ta’ skrinjar sabiex jiġi ddeterminat jekk, għal attività partikolari, tkunx meħtieġa valutazzjoni xierqa tal-impatti possibbli fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti; (2) tali valutazzjoni xierqa fejn l-iskrinjar jiddetermina li tkun meħtieġa, pereżempju l-Istandard ta’ Prestazzjoni 6 tal-IFC: Konservazzjoni tal-Bijodiversità u Ġestjoni Sostenibbli tar-Riżorsi Naturali Ħajjin.

( 126 ) Dawk il-miżuri ġew identifikati sabiex jiġi żgurat li l-proġett, il-pjan jew l-attività ma jkollha l-ebda effett sinifikanti fuq l-objettivi ta’ konservazzjoni taż-żona protetta.