02021R2064 — MT — 01.01.2023 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2064

tal-25 ta’ Awwissu 2021

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istabbiliment ta’ eżenzjoni de minimis għall-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd demersali fil-Baħar Adrijatiku u tax-Xlokk tal-Mediterran

(ĠU L 421 26.11.2021, p. 9)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2564 tas-16 ta’ Awwissu 2022

  L 330

126

23.12.2022




▼B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2064

tal-25 ta’ Awwissu 2021

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istabbiliment ta’ eżenzjoni de minimis għall-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd demersali fil-Baħar Adrijatiku u tax-Xlokk tal-Mediterran



Artikolu 1

Implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art

L-obbligu ta’ ħatt l-art previst fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Baħar Adrijatiku u tal-Baħar Mediterran tax-Xlokk għas-sajd demersali f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM” (“GSAs”) tfisser is-Subżoni Ġeografiċi tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (“GFCM”) kif inhuma definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(b) 

“Baħar Adrijatiku” tfisser is-Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM 17 u 18;

(c) 

“Baħar Mediterran tax-Xlokk” tfisser is-Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM 14, 15, 16, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, u 27.

Artikolu 3

Eżenzjoni de minimis

1.  

B’deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu skartati l-kwantitajiet ta’ speċijiet li ġejjin skont l-Artikolu 15(4), il-punt (c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013:

(a) 

fil-Baħar Adrijatiku:

(i) 

għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trill (Mullus spp.), sa massimu ta’ 5 % għall-2022 u l-2023 tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet li jinqabdu minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ;

(ii) 

jew il-merluzz (Merluccius merluccius) u t-trill (Mullus spp.), sa massimu ta’ 1 % għall-2022 u l-2023 tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet li jinqabdu minn bastimenti li jużaw l-għeżula u l-pariti (GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN);

(iii) 

għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trill (Mullus spp.), sa massimu ta’ 1 % għall-2022 u l-2023 tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet li jinqabdu minn bastimenti li jużaw ir-rapido (TBB);

(iv) 

għal-lingwata komuni (Solea solea), sa 3 % għall-2022 u l-2023 tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet li jinqabdu minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ;

(v) 

għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu komuni (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (Epinephelus spp.), għall-ajula (Lithognathus mormyrus), għall-bażuga (Pagellus acarne), għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), għall-paġella (Pagellus erythrinus), għall-pagru (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għall-awrata (Sparus aurata) u għall-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), sa massimu ta’ 5 % għall-2022 u l-2023 tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet li jinqabdu minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ;

(vi) 

għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu komuni (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (Epinephelus spp.), għall-ajula (Lithognathus mormyrus), għall-bażuga (Pagellus acarne), għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), għall-paġella (Pagellus erythrinus), għall-pagru (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għal-lingwata komuni (Solea solea) u għall-awrata (Sparus aurata), sa massimu ta’ 3 % għall-2022 u l-2023 tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet li jinqabdu minn bastimenti li jużaw l-għeżula u l-pariti (GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN);

(vii) 

għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu komuni (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (Epinephelus spp.), għall-ajula (Lithognathus mormyrus), għall-bażuga (Pagellus acarne), għall-paġella (Pagellus erythrinus), għall-pagru (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għal-lingwata komuni (Solea solea) u għall-awrata (Sparus aurata), sa massimu ta’ 1 % għall-2022 u l-2023 tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet li jinqabdu minn bastimenti li jużaw snanar u linji (LHP, LHM, LLS, LLD, LL, LTL, LX);

▼M1

(viii) 

għall-inċova (Engraulis encrasicolus), għas-sardin (Sardina pilchardus), għall-kavall (Scomber spp.) u għas-sawrell (Trachurus spp.), sa massimu ta’ 5 % għall-2022 u l-2023 tal-qabdiet inċidentali annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet li jinqabdu minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ.

▼B

(b) 

fil-Baħar Mediterran tax-Xlokk:

(i) 

għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trill (Mullus spp.), sa massimu ta’ 5 % għall-2022 u l-2023 tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet li jinqabdu minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ;

(ii) 

għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trill (Mullus spp.), sa massimu ta’ 1 % għall-2022 u l-2023 tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet li jinqabdu minn bastimenti li jużaw l-għeżula u l-pariti (GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN);

(iii) 

għall-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), sa massimu ta’ 5 % għall-2022 u l-2023 tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi li tinqabad minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ;

(iv) 

għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu komuni (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (Epinephelus spp.), għall-ajula (Lithognathus mormyrus), għall-bażuga (Pagellus acarne), għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), għall-paġella (Pagellus erythrinus), għall-pagru (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għall-awrata (Sparus aurata), għall-iskampu (Nephrops norvegicus) u għal-lingwata komuni (Solea solea), sa massimu ta’ 5 % għall-2022 u l-2023 tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet li jinqabdu minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ;

(v) 

għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu komuni (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (Epinephelus spp.), għall-ajula (Lithognathus mormyrus), għall-bażuga (Pagellus acarne), għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), għall-paġella (Pagellus erythrinus), għall-pagru (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għall-awrata (Sparus aurata), għal-lingwata komuni (Solea solea), għall-awwista Ewropea (Homarus gammarus) u għall-awwisti (Palinuridae), sa massimu ta’ 3 % għall-2022 u l-2023 tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet li jinqabdu minn bastimenti li jużaw l-għeżula u l-pariti (GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN). F’każ li l-ħatt l-art ta’ dawk l-ispeċijiet ikun anqas minn 25 % tal-ħatt l-art totali tas-sajd, il-kwantitajiet li għandhom jiġu skartati jistgħu jkunu sa massimu ta’ 5 % għall-2022 u l-2023 tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet;

(vi) 

għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu komuni (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (Epinephelus spp.), għall-ajula (Lithognathus mormyrus), għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), għall-bażuga (Pagellus acarne), għall-paġella (Pagellus erythrinus), għall-pagru (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għall-awrata (Sparus aurata), sa massimu ta’ 1 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet li jinqabdu minn bastimenti li jużaw is-snanar u l-linji (LHP, LHM, LLS, LLD, LL, LTL, LX). F’każ li l-ħatt l-art ta’ dawk l-ispeċijiet ikun anqas minn 25 % tal-ħatt l-art totali tas-sajd, il-kwantitajiet li jridu jiġu skartati jistgħu jkunu sa massimu ta’ 3 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet;

▼M1

(vii) 

għall-inċova (Engraulis encrasicolus), għas-sardin (Sardina pilchardus), għall-kavall (Scomber spp.) u għas-sawrell (Trachurus spp.), sa massimu ta’ 5 % għall-2022 u l-2023 tal-qabdiet inċidentali annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet li jinqabdu minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ.

2.  
Sal-1 ta’ Mejju 2022 u 2023, l-Istati Membri li jkollhom interess ta’ ġestjoni dirett fis-sajd fil-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Mediterran tax-Xlokk għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni data addizzjonali bbażata fuq il-proġetti u l-istudji li għaddejjin u kwalunkwe informazzjoni xjentifika rilevanti oħra li tappoġġa l-eżenzjoni stabbilita fil-punti (a)(viii) u (b)(vii) tal-paragrafu 1. L-STECF għandu jivvaluta dik id-data u dik l-informazzjoni sa mhux aktar tard minn Lulju 2023.

▼B

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).