02021R1134 — MT — 13.07.2021 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2021/1134 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-7 ta’ Lulju 2021 (ĠU L 248 13.7.2021, p. 11) |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2021/1134 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Lulju 2021
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 767/2008
Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 huwa emendat kif ġej:
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar viżi għal soġġorn qasir, viżi għal soġġorn twil u permessi ta’ residenza (Regolament VIS) ”;
l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Dan ir-Regolament jistabbilixxi s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u jiddefinixxi l-għan u l-funzjonalitajiet tas-sistema u r-responsabbiltajiet għaliha. Huwa jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar applikazzjonijiet għal viżi għal soġġorn qasir u dwar deċiżjonijiet li jittieħdu dwarhom, inkluż id-deċiżjoni ta’ jekk il-viża tiġix annullata, irrevokata jew estiża, sabiex jiġi ffaċilitat l-eżami ta’ tali applikazzjonijiet u deċiżjonijiet relatati.”;
il-paragrafu li ġej jiżdied wara l-ewwel paragrafu:
“Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar viżi għal soġġorn twil u permessi ta’ residenza, inkluż rigward ċerti deċiżjonijiet dwar viżi għal soġġorn twil u permessi ta’ residenza.”
l-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 2
Għan tal-VIS
L-għan tal-VIS huwa li ttejjeb l-implimentazzjoni tal-politika komuni dwar il-viżi għal soġġorni qosra, il-kooperazzjoni konsulari u l-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-viża billi tiffaċilita l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar applikazzjonijiet u dwar id-deċiżjonijiet relatati magħhom, sabiex:
tiffaċilita l-proċedura tal-applikazzjoni għal viża;
tipprevjeni n-nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal viża;
tiffaċilita l-ġlieda kontra l-frodi;
tiffaċilita l-verifiki fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri esterni u fi ħdan it-territorju tal-Istati Membri;
tgħin fl-identifikazzjoni u r-ritorn ta’ kwalunkwe persuna li ma tissodisfax jew ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet għad-dħul, is-soġġorn jew ir-residenza fit-territorju tal-Istati Membri;
tgħin fl-identifikazzjoni ta’ persuni f’ċirkostanzi speċifiċi kif imsemmi l-Artikolu 22p;
tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra;
tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà interna ta’ kwalunkwe Stat Membru;
tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni korretta ta’ persuni;
tappoġġa l-objettivi tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) b’rabta ma’ allerti rigward nazjonali ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal rifjut ta’ dħul, persuni mfittxija għal arrest jew għal ċediment jew għal finijiet ta’ estradizzjoni, persuni nieqsa jew persuni vulnerabbli, persuni mfittxija biex jassistu fi proċedura ġudizzjarja u persuni għal verifiki diskreti, verifiki ta’ inkjesta jew verifiki speċifiċi.
Fir-rigward tal-viżi għal soġġorn twil u l-permessi ta’ residenza, il-VIS għandu jkollha l-għan li tiffaċilita l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar l-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati magħhom, sabiex:
tappoġġa livell għoli ta’ sigurtà fl-Istati Membri kollha billi tikkontribwixxi għall-valutazzjoni ta’ jekk l-applikant għal jew id-detentur ta’ viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza huwiex ikkunsidrat li jirrappreżenta theddida għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna jew is-saħħa pubblika;
tiffaċilita l-verifiki fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri esterni u fi ħdan it-territorju tal-Istati Membri;
tgħin fl-identifikazzjoni u r-ritorn ta’ kwalunkwe persuna li ma tissodisfax jew ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet għad-dħul, is-soġġorn u r-residenza fit-territorju tal-Istati Membri;
tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra;
tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni korretta ta’ persuni;
tgħin fl-identifikazzjoni ta’ persuni f’ċirkostanzi speċifiċi kif imsemmi l-Artikolu 22p;
tiffaċilita l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 u tad-Direttiva 2013/32/UE;
tappoġġa l-objettivi tas-SIS b’rabta ma’ allerti rigward ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal rifjut ta’ dħul, persuni mfittxija għal arrest, għal ċediment jew għal finijiet ta’ estradizzjoni, persuni nieqsa jew persuni vulnerabbli, persuni mfittxija biex jassistu fi proċedura ġudizzjarja u persuni għal verifiki diskreti, verifiki ta’ inkjesta jew verifiki speċifiċi.
“Artikolu 2a
Arkitettura
Il-VIS għandha tkun ibbażata fuq arkitettura ċentralizzata u għandha tikkonsisti minn:
ir-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità (CIR) stabbilit bl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2019/817;
sistema ta’ informazzjoni ċentrali (is-“Sistema Ċentrali tal-VIS”);
interfaċċi nazzjonali uniformi (NUIs) f’kull Stat Membru, ibbażati fuq speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u identiċi għall-Istati Membri kollha, li jippermettu li s-Sistema Ċentrali tal-VIS tikkonnettja mal-infrastrutturi nazzjonali fl-Istati Membri;
infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-NUIs;
kanal ta’ komunikazzjoni sigur bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u s-Sistema Ċentrali tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES);
infrastruttura ta’ komunikazzjoni sigura bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u:
l-infrastrutturi ċentrali tal-portal Ewropew tat-tfittxija (ESP) stabbilit bl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/817;
is-servizz kondiviż ta’ tqabbil bijometriku stabbilit bl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2019/817,
is-CIR-; u
id-detettur ta’ identitajiet multipli stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament(UE) 2019/817;
mekkaniżmu għall-konsultazzjoni fir-rigward tal-applikazzjonijiet u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-viża (VISMail);
gateway tat-trasportaturi;
servizz web sigur li jippermetti komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS minn naħa waħda u l-gateway tat-trasportaturi u s-sistemi internazzjonali (bażijiet ta’ data tal-Interpol) min-naħa l-oħra;
repożitorju tad-data għall-finijiet ta’ rappurtar u statistika.
Is-Sistema Ċentrali tal-VIS, l-NUI , is-servizz web, il-gateway tat-trasportaturi u l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tal-VIS għandhom jikkondividu u jużaw mill-ġdid sa fejn ikun teknikament possibbli l-komponenti tal-hardware u s-software tas-Sistema Ċentrali tal-EES, l-interfaċċi nazzjonali uniformi tal-EES, il-gateway tat-trasportaturi tal-ETIAS, is-servizz web tal-EES u l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tal-EES, rispettivament.
l-Artikolu 3 jitħassar;
l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
il-punti (3), (4) u (5) huma sostitwiti b’dan li ġej:
‘awtoritajiet tal-viża’ tfisser l-awtoritajiet f’kull Stat Membru li huma responsabbli għall-eżami u t-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal viża jew għal teħid ta’ deċiżjonijiet dwar jekk viża tiġix annullata, irrevokata jew estiża, inkluż l-awtoritajiet ċentrali tal-viża u l-awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ ta’ viżi fuq il-fruntiera;
‘awtorità maħtura’ tfisser awtorità maħtura minn Stat Membru skont l-Artikolu 22l(1) bħala responsabbli għall-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra;
‘awtorità maħtura tal-VIS’ tfisser awtorità maħtura minn Stat Membru skont l-Artikolu 9d(1) bħala responsabbli għall-verifika manwali u l-azzjoni ta’ segwitu fir-rigward tal-hits imsemmija f’dak il-paragrafu;
‘Unità Ċentrali tal-ETIAS’ tfisser l-unità stabbilita fi ħdan l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
‘formola ta’ applikazzjoni’ tfisser il-formola ta’ applikazzjoni armonizzata għal Viża ta’ Schengen kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 810/2009;
‘applikant’ tfisser persuna li tkun ippreżentat applikazzjoni għal viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza;
il-punti (12), (13) u (14) huma sostitwiti b’dan li ġej:
‘data tal-VIS’ tfisser id-data kollha maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-VIS u fis-CIR f’konformità mal-Artikoli 9 sa 14 u 22a sa 22f;
‘data tal-identità’ tfisser id-data msemmija fil-punt (4)(a) u (aa) tal-Artikolu 9 u fil-punt (d) tal-Artikolu 22a(1);
‘data tal-marki tas-swaba’‘tfisser id-data tal-VIS relatata mal-marki tas-swaba’;
‘immaġni tal-wiċċ’ tfisser immaġni diġitali tal-wiċċ;
‘hit’ tfisser l-eżistenza ta’ korrispondenza stabbilita permezz tat-tqabbil awtomatizzat ta’ data personali rreġistrata f’fajl ta’ applikazzjoni tal-VIS mal-indikaturi ta’ riskji speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9j jew mad-data personali preżenti f’reġistrazzjoni, fajl jew allert fil-VIS, f’sistema ta’ informazzjoni oħra tal-UE kif imsemmi fl-Artikolu 9a jew 22b (sistemi ta’ informazzjoni tal-UE), f’data tal-Europol jew f’bażiijiet ta’ data tal-Interpol li tkun ġiet ikkonsultata mill-VIS;
‘data tal-Europol’ tfisser data personali pproċessata mill-Europol għall-fini msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );
‘permess ta’ residenza’ tfisser permess ta’ residenza maħruġ minn Stat Membru f’konformità mal-format uniformi stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 ( 5 ) u dokument kif imsemmi fil-punt (16)(b) tal-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) Nru 2016/399;
‘viża għal soġġorn twil’ tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru kif previst fl-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen;
‘infurzar tal-liġi’ tfisser il-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra;
‘reat terroristiku’ tfisser kwalunkwe wieħed mir-reati taħt il-liġi nazzjonali msemmija fl-Artikoli 3 sa 14 tad-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) jew, għall-Istati Membri li mhumiex marbuta b’dik id-Direttiva, ir-reati taħt il-liġi nazzjonali li huma ekwivalenti għal wieħed minn dawk ir-reati;
‘reat kriminali serju’ tfisser reat li jikkorrispondi jew huwa ekwivalenti għal xi wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI ( 9 ), jekk ikun punibbli skont il-liġi nazzjonali b’sentenza ta’ kustodja jew b’ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin.
l-Artikoli 5 u 6 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“Artikolu 5
Kategoriji ta’ data
Il-kategoriji ta’ data li ġejjin biss għandhom jiġu rreġistrati fil-VIS:
data alfanumerika:
dwar l-applikant għal viża u dwar viżi mitluba, maħruġa, rifjutati, annullati, revokati jew estiżi msemmija fil-punti (1) sa (4) tal-Artikolu 9 u fl-Artikoli 10 sa 14;
dwar l-applikant għal viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza u dwar viżi għal soġġorn twil u permessi ta’ residenza mitluba, maħruġa, rifjutati, irtirati, revokati, annullati, estiżi jew imġedda kif imsemmi fl-Artikolu 22a, u l-Artikoli 22c sa 22f;
rigward il-hits imsemmija fl-Artikoli 9a u 22b u l-opinjonijiet motivati msemmija fl-Artikoli 9e, 9g u 22b;
immaġnijiet tal-wiċċ kif imsemmi fil-punt (5) tal-Artikolu 9 u l-punt (j) tal-Artikolu 22a(1);
data tal-marki tas-swaba’ kif imsemmi fil-punt (6) tal-Artikolu 9 u l-punt (k) tal-Artikolu 22a(1);
skenns tal-paġna tad-data bijografika tad-dokument tal-ivvjaġġar imsemmija fil-punt (7) tal-Artikolu 9 u l-punt (h) tal-Artikolu 22a(1);
links għal applikazzjonijiet oħra kif imsemmi fl-Artikolu 8(3) u (4) u l-Artikolu 22a(4).
“Artikolu 5a
Lista ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar rikonoxxuti
Artikolu 6
Aċċess għad-dħul, l-emendar, it-tħassir u l-konsultazzjoni ta’ data
Tali aċċess għandu jkun limitat għad-data li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet u korpi tal-Unjoni f’konformità ma’ dawk il-finijiet, u b’mod proporzjonat għall-objettivi segwiti.
B’deroga mid-dispożizzjonijiet dwar l-użu tad-data previsti fil-Kapitoli II, III u IIIa, id-data tal-marki tas-swaba’ u l-immaġnijiet tal-wiċċ tat-tfal għandhom jintużaw biss biex issir tfittxija fil-VIS u, fil-każ ta’ hit, għandhom jiġu aċċessati biss biex tiġi vverifikata l-identità tat-tfal:
fil-proċedura tal-applikazzjoni għal viża f’konformità mal-Artikolu 15: jew
fuq il-fruntieri esterni jew fit-territorju tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 18, 19 jew 20 jew mal-Artikolu 22g, 22h jew 22i.
Meta t-tfittxija b’data alfanumerika ma tkunx tista’ titwettaq minħabba n-nuqqas ta’ dokument tal-ivvjaġġar, id-data tal-marki tas-swaba’ tat-tfal tista’ tintuża wkoll biex issir tfittxija fil-VIS fil-proċedura tal-ażil f’konformità mal-Artikolu 21, 22, 22j jew 22k.
L-awtoritajiet intitolati li jikkonsultaw jew jaċċessaw id-data tal-VIS għall-fini tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra għandhom jinħatru f’konformità mal-Kapitolu IIIb.
fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
Waqt l-ipproċesar ta’ data personali fi ħdan il-VIS kull awtorità kompetenti għandha tirrispetta bis-sħiħ id-dinjità umana u d-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata tal-persuni u għall-protezzjoni tad-data personali.
Għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tfal, lill-anzjani u lill-persuni b’diżabilità.
Il-benesseri, is-sikurezza u s-sigurtà tat-tfal għandhom jiġu kkunsidrati, speċjalment fejn ikun hemm riskju li t-tfal jistgħu jkunu vittmi ta’ traffikar ta’ bnedmin. Il-fehmiet tat-tfal għandhom jitqiesu wkoll, b’kont debitu meħud tal-età u l-maturità tat-tfal.”;
it-titolu tal-Kapitolu II huwa sostitwit b’dan li ġej:
“DĦUL U UŻU TA’ data DWAR IL-VIŻI MILL-AWTORITAJIET TAL-VIŻA”;
l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
il-punt (4) huwa emendat kif ġej:
il-punti (a) sa (ca) huma sostitwiti b’dan li ġej:
il-kunjom (l-isem tal-familja); l-ewwel isem/ismijiet (ismijiet mogħtija); id-data tat-twelid; iċ-ċittadinanza jew ċittadinanzi attwali; is-sess;
il-kunjom tat-twelid (kunjom(ijiet) preċedenti); il-post u l-pajjiż tat-twelid; iċ-ċittadinanza mat-twelid;
it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar;
id-data ta’ skadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar;
il-pajjiż li ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar u d-data tal-ħruġ tiegħu;”;
il-punt (l) huwa sostitwit b’dan li ġej:
l-okkupazzjoni attwali (grupp ta’ impjieg) u impjegatur; għall-istudenti: isem l-istabbiliment edukattiv;”;
jiżdied il-punt li ġej:
jekk applikabbli, il-fatt li l-applikant japplika bħala membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni u li għalih tkun tapplika d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ) jew ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dak ta’ ċittadini tal-Unjoni skont ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u pajjiż terz, min-naħa l-oħra;
il-punti (5) u (6) huma sostitwiti b’dan li ġej:
immaġni tal-wiċċ tal-applikant, f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, b’indikazzjoni ta’ jekk l-immaġni tal-wiċċ itteħditx dak il-ħin li ġiet ippreżentata l-applikazzjoni;
il-marki tas-swaba’ tal-applikant, f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;
skenn tal-paġna tad-data bijografika tad-dokument tal-ivvjaġġar.”;
il-paragrafi li ġejjin jiżdiedu:
“L-applikant għandu jindika l-okkupazzjoni attwali (grupp ta’ impjieg) tiegħu minn fuq lista predeterminata.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 48a biex tistabbilixxi l-lista predeterminata ta’ okkupazzjonijiet (gruppi ta’ xogħol).”;
jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:
“Artikolu 9a
Konsultazzjonijiet ta’ sistemi oħra ta’ informazzjoni u ta’ bażijiet ta’ data
Għall-fini tal-verifiki previsti fl-Artikolu 21(1), il-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 u għall-fini tal-objettiv imsemmi fil-punt (k) tal-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament, il-VIS għandha tniedi konsultazzjoni permezz tal-ESP biex tqabbel id-data rilevanti msemmija fil-punti (4), (5) u (6) tal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament mad-data preżenti f’reġistrazzjoni, fajl jew allert irreġistrat fi:
is-SIS;
is-EES;
is-sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), inkluż il-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1240 (il-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS);
il-Eurodac,
s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali għal Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi (ECRIS-TCN);
id-data tal-Europol;
il-bażi ta’ data tal-Interpol ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin (SLTD tal-Interpol), u
il-bażi ta’ data tal-Interpol ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi (TDAWN tal-Interpol).
It-tqabbil għandu jsir kemm b’data alfanumerika kif ukoll b’data bijometrika, sakemm is-sistema ta’ informazzjoni jew il-bażi ta’ data kkonsultata ma jkunx fiha waħda biss minn dawk il-kategoriji ta’ data.
Il-VIS għandha tivverifika, b’mod partikolari:
fir-rigward tas-SIS, jekk:
id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jikkorrispondix ma’ dokument tal-ivvjaġġar mitluf, misruq, miżapproprjat jew invalidat;
l-applikant huwiex soġġett għal allert għal rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn;
l-applikant huwiex soġġett għal allert mar-ritorn;
l-applikant huwiex soġġett għal allert dwar persuni mfittxija għal arrest għall-finijiet ta’ konsenja abbażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew, jew imfittxija għal arrest għall-finijiet ta’ estradizzjoni;
l-applikant huwiex soġġett għal allert dwar persuni nieqsa jew persuni vulnerabbli li jeħtieġ li ma jitħallewx jivvjaġġaw;
l-applikant huwiex soġġett għal allert dwar persuni mfittxija biex jassistu fi proċedura ġudizzjarja;
l-applikant jew id-dokument tal-ivvjaġġar huwiex soġġett għal allert dwar persuni jew oġġetti għal verifiki diskreti, verifiki ta’ inkjesta jew verifiki speċifiċi;
fir-rigward tal-EES, jekk:
l-applikant huwiex attwalment irrappurtat bħala persuna li baqgħet fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn jew l-applikant kienx ġie rrappurtat bħala tali fil-passat fl-EES;
l-applikant huwiex irreġistrat fl-EES bħala li kien ġie rrifjutat id-dħul;
is-soġġorn previst tal-applikant hux ser jeċċedi t-tul massimu tas-soġġorn awtorizzat fit-territorju tal-Istati Membri, irrispettivament minn soġġorni possibbli awtorizzati skont viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza nazzjonali;
fir-rigward tal-ETIAS, jekk:
l-applikant huwiex persuna li għaliha l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar maħruġa, rifjutata, annullata jew revokata hijiex irreġistrata fl-ETIAS jew jekk id-dokument tal-ivvjaġġar tal-applikant jikkorrispondix ma’ tali awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar maħruġa, rifjutata, annullata jew revokata;
id-data pprovduta bħala parti mill-applikazzjoni tikkorrispondix mad-data preżenti fil-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS;
fir-rigward tal-Eurodac, jekk l-applikant huwiex irreġistrat f’dik il-bażi ta’ data;
fir-rigward tal-ECRIS-TCN, jekk l-applikant jikkorrispondix ma’ persuna li d-data tagħha tkun ġiet irreġistrata f’dik is-sistema matul il-25 sena preċedenti b’rabta ma’ kundanni għal reati terroristiċi jew matul il-15-il sena preċedenti b’rabta ma’ kundanni għal reati kriminali serji oħra;
fir-rigward tad-data tal-Europol, jekk id-data pprovduta fl-applikazzjoni tikkorrispondix mad-data rreġistrata fid-data tal-Europol;
fir-rigward tal-bażijiet ta’ data tal-Interpol, jekk:
id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jikkorrispondix ma’ dokument tal-ivvjaġġar irrappurtat bħala mitluf, misruq jew invalidat fl-SLTD tal-Interpol;
id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jikkorrispondix ma’ dokument tal-ivvjaġġar irreġistrat f’fajl tat-TDAWN tal-Interpol.
Fil-każ ta’ hits skont il-punt (a)(iv), il-punti (e) u (f) u l-punt (g)(ii) tal-paragrafu 4, il-VIS għandha tibgħat notifika awtomatizzata dwar tali hits lill-awtorità maħtura tal-VIS tal-Istat Membru li jkun qed jipproċessa l-applikazzjoni. Tali notifika awtomatizzata għandu jkun fiha d-data rreġistrata fil-fajl ta’ applikazzjoni f’konformità mal-punti (4), (5) u (6) tal-Artikolu 9..
Fil-każ ta’ hits skont il-punt (c)(ii) tal-paragrafu 4, il-VIS għandha tibgħat notifika awtomatizzata dwar tali hits lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li daħħal id-data jew, jekk id-data tkun iddaħħlet mill-Europol, lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istati Membri li jkunu qed jipproċessaw l-applikazzjoni. Dik in-notifika awtomatizzata għandu jkun fiha d-data rreġistrata fil-fajl ta’ applikazzjoni f’konformità mal-punt (4) tal-Artikolu 9.
Artikolu 9b
Dispożizzjonijiet speċifiċi għal membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni jew ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi oħra li jgawdu d-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni
Il-VIS ma għandhiex tivverifika:
jekk l-applikant huwiex attwalment irrappurtat bħala persuna li baqgħet fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn jew jekk ġiex irrappurtat bħala tali fil-passat bħala riżultat ta’ konsultazzjoni fl-EES;
jekk l-applikant jikkorrispondix ma’ persuna li d-data tagħha hija rreġistrata fil-Eurodac.
Artikolu 9c
Verifika manwali u azzjoni ta’ segwitu fir-rigward tal-hits mill-awtoritajiet kompetenti tal-viża
L-awtorità kompetenti tal-viża għandu jkollha wkoll aċċess temporanju għad-data fis--SIS, l-EES, l-ETIAS, il-Eurodac jew l-SLTD tal-Interpol li skattat il-hit għat-tul tal-verifiki msemmija f’dan l-Artikolu u l-eżami tal-applikazzjoni għal viża u fil-każ ta’ proċedura ta’ appell. Tali aċċess temporanju għandu jkun f’konformità mal-istrumenti legali li jirregolaw is-SIS, l-EES, l-ETIAS, il-Eurodac u l-SLTD tal-Interpol.
Artikolu 9d
Verifika manwali tal-hits mill-awtoritajiet maħtura tal-VIS
Fejn l-Istati Membri jagħżlu li jaħtru l-Uffiċċju SIRENE bħala l-awtorità maħtura tal-VIS, huma għandhom jallokaw biżżejjed riżorsi addizzjonali biex l-Uffiċċju SIRENE jkun jista’ jwettaq il-kompiti fdati lill-awtorità maħtura tal-VIS skont dan ir-Regolament.
Artikolu 9e
Verifika manwali u azzjoni ta’ segwitu fir-rigward tal-hits fil-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS
Artikolu 9f
Azzjoni ta’ segwitu fir-rigward ta’ ċerti hits mill-Uffiċċju SIRENE
Fil-każ ta’ hits skont il-punt (a)(iii) tal-Artikolu 9a(4), l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun qed jipproċessa l-applikazzjoni għandu:
fejn id-deċiżjoni ta’ ritorn tkun akkumpanjata minn projbizzjoni fuq id-dħul, jinforma immedjatament lill-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari, biex l-Istat Membru emittenti iħassar immedjatament l-allert dwar ir-ritorn u jdaħħal allert għal rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn skont il-punt (b) tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) 2018/1861;
fejn id-deċiżjoni tar-ritorn ma tkunx akkumpanjata minn projbizzjoni fuq id-dħul, jinforma immedjatament lill-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari, sabiex l-Istat Membru emittenti jħassar l-allert dwar ritorn mingħajr dewmien.
Artikolu 9g
Azzjoni ta’ segwitu fir-rigward ta’ ċerti hits mill-awtoritajiet maħtura tal-VIS
Artikolu 9h
Implimentazzjoni u manwal
Artikolu 9i
Responsabbiltajiet tal-Europol
Il-Europol għandha tadatta s-sistema ta’ informazzjoni tagħha biex tiżgura li l-ipproċessar awtomatizzat tal-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 9a(3) u l-Artikolu 22b(2) ikun possibbli.
Artikolu 9j
Indikaturi ta’ riskji speċifiċi
Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 48a biex tiddefinixxi ulterjorment ir-riskji relatati mas-sigurtà jew mal-immigrazzjoni illegali jew riskju għoli ta’ epidemija abbażi ta’:
statistika ġġenerata mill-EES li tindika rati anormali ta’ persuni li baqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn u ta’ rifjuti ta’ dħul għal grupp speċifiku ta’ detenturi ta’ viża;
statistika ġġenerata mill-VIS f’konformità mal-Artikolu 45a li tindika rati anormali ta’ rifjuti ta’ applikazzjonijiet għal viża minħabba riskju għas-sigurtà, riskju ta’ immigrazzjoni illegali jew riskju għoli ta’ epidemija assoċjat ma’ grupp speċifiku ta’ detenturi ta’ viża;
statistika ġġenerata mill-VIS f’konformità mal-Artikolu 45a u mill-EES li tindika korrelazzjonijiet bejn l-informazzjoni miġbura permezz tal-formola ta’ applikazzjoni u l-każijiet ta’ persuni li baqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn minn detenturi ta’ viża jew ta’ rifjuti ta’ dħul;
informazzjoni sostanzjata b’elementi bbażati fuq fatti u evidenza pprovduta mill-Istati Membri dwar indikaturi ta’ riskji speċifiċi għas-sigurtà jew theddid identifikat minn Stat Membru;
informazzjoni sostanzjata b’elementi bbażati fuq fatti u evidenza pprovduta mill-Istati Membri dwar rati anormali ta’ persuni li baqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn u rifjuti ta’ dħul għal grupp speċifiku ta’ detenturi ta’ viża għal Stat Membru;
informazzjoni li tikkonċerna riskji għolja speċifiċi ta’ epidemija ipprovduta mill-Istati Membri kif ukoll informazzjoni ta’ sorveljanza epidemjoloġika u valutazzjonijiet tar-riskji pprovduti miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u tifqigħ ta’ mard irrappurtat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.
Ir-riskji speċifiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu rieżaminati tal-inqas kull sitt xhur u, fejn neċessarju, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni ġdid f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).
Abbażi tar-riskji speċifiċi ddeterminati f’konformità mal-paragrafu 3, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tistabbilixxi sett ta’ indikaturi ta’ riskji speċifiċi li jikkonsistu minn taħlita ta’ data li tinkludi wieħed jew aktar mill-fatturi li ġejjin:
il-grupp ta’ età, sess, nazzjonalità;
il-pajjiż u l-belt ta’ residenza;
l-Istati Membri tad-destinazzjoni;
l-Istat Membru tal-ewwel dħul;
l-għan tal-vjaġġ;
l-okkupazzjoni attwali (grupp ta’ impjieg).
Artikolu 9k
Bord tal-Iskrinjar tal-VIS
Artikolu 9l
Bord ta’ Gwida tal-VIS dwar id-Drittijiet Fundamentali
Il-Bord ta’ Gwida tal-VIS dwar id-Drittijiet Fundamentali għandu jappoġġa wkoll lill-Bord tal-Iskrinjar tal-VIS fl-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu meta jiġi kkonsultat minn dan tal-aħħar dwar kwistjonijiet speċifiċi relatati mad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari fir-rigward tal-privatezza, il-protezzjoni tad-data personali u n-nondiskriminazzjoni.
Il-Bord ta’ Gwida tal-VIS dwar id-Drittijiet Fundamentali għandu jkollu aċċess għall-awditi msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240.
fl-Artikolu 10(1), il-punt (f), huwa sostitwit b’dan li ġej:
it-territorju li fih id-detentur tal-viża huwa intitolat li jivvjaġġa, f’konformità mal-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;”;
l-Artikolu 11 jitħassar;
l-Artikolu 12(2) huwa emendat kif ġej:
l fil-punt (a) jiddaħħal il-punt li ġej:
ma jipprovdix il-ġustifikazzjoni għall-fini u l-kondizzjonijiet tat-tranżitu fl-ajruport previst;”;
jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:
“In-numerazzjoni tar-raġunijiet għar-rifjut fil-VIS għandha tikkorrispondi man-numerazzjoni tar-raġunijiet għar-rifjut fil-formola standard ta’ ċaħda stabbilita fl-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 810/2009.”;
fl-Artikolu 13, jiżdied il-paragrafu li ġej:
l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
L-awtorità kompetenti tal-viża għandha tikkonsulta l-VIS għall-finijiet tal-eżami tal-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati ma’ dawk l-applikazzjonijiet, inkluż id-deċiżjoni ta’ jekk il-viża għandhiex tiġi annullata, irrevokata jew estiża f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti. Il-konsultazzjoni tal-VIS mill-awtorità kompetenti tal-viża għandha tistabbilixxi:
jekk l-applikant kienx soġġett għal deċiżjoni dwar il-ħruġ, ir-rifjut, l-annullament jew l-estensjoni ta’ viża; u
jekk l-applikant kienx soġġett għal deċiżjoni dwar il-ħruġ, ir-rifjut, l-irtirar, ir-revoka, l-annullament, l-estensjoni jew it-tiġdid ta’ viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza.”;
il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej
il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar, id-data ta’ skadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar, il-pajjiż li ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar u d-data tal-ħruġ tiegħu;”;
il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:
immaġni tal-wiċċ;
in-numru tal-isticker tal-viża, tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza u d-data tal-ħruġ ta’ kwalunkwe viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza preċedenti;”;
jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
l-Artikolu 16 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 16
L-użu tal-VIS għall-konsultazzjoni u għat-talbiet għal dokumenti
L-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonsultati għandhom jittrażmettu t-tweġiba tagħhom lill-VIS, li għandha tittrażmetti dik it-tweġiba permezz tal-VISMail lill-Istat Membru li ħoloq l-applikazzjoni.
F’każ ta’ tweġiba negattiva, it-tweġiba għandha tispeċifika jekk l-applikant ikunx ta’ theddida għall-ordni pubbliku, għas-sigurtà interna, għas-saħħa pubblika jew għar-relazzjonijiet internazzjonali.
Unikament għall-fini li titwettaq il-proċedura ta’ konsultazzjoni, il-lista ta’ Stati Membri li jeħtieġu li l-awtoritajiet ċentrali tagħhom jiġu kkonsultati mill-awtoritajiet ċentrali ta’ Stati Membri oħra matul l-eżami tal-applikazzjonijiet għal viża għal viżi uniformi ppreżentati minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi speċifiċi jew kategoriji speċifiċi ta’ tali ċittadini f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 għandha tiġi integrata fil-VIS. Il-VIS għandha tipprovdi l-funzjonalità għall-ġestjoni ċentralizzata ta’ dik il-lista.
It-trażmissjoni ta’ informazzjoni permezz tal-VISMail għandha tapplika wkoll:
għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni dwar viżi maħruġa lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi speċifiċi jew lil kategoriji speċifiċi ta’ tali ċittadini (notifika ex-post) skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;
għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni dwar viżi maħruġa b’validità territorjali limitata skont l-Artikolu 25(4) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;
għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni dwar deċiżjonijiet biex tiġi annullata u rrevokata viża u r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni skont l-Artikolu 13(4);
għat-trażmissjoni ta’ talbiet għal rettifika jew tħassir ta’ data skont l-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 25(2) rispettivament kif ukoll kuntatti bejn l-Istati Membri skont l-Artikolu 38(2);
għall-messaġġi l-oħra kollha relatati ma’ kooperazzjoni konsulari li jinvolvu t-trażmissjoni ta’ data personali rreġistrata fil-VIS jew relatata magħha, mat-trażmissjoni ta’ talbiet lill-awtorità kompetenti tal-viża biex tgħaddi kopji ta’ dokumenti li jappoġġaw l-applikazzjoni u mat-trażmissjoni ta’ kopji elettroniċi ta’ dawk id-dokumenti.
l-Artikolu 17 jitħassar;
it-titolu tal-Kapitolu III huwa sostitwit b’dan li ġej:
“AĊĊESS GĦAD-data TAL-VIŻA MINN AWTORITAJIET OĦRA”;
l-Artikolu 17a huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 3, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
jivverifikaw, fejn l-identità ta’ detentur ta’ viża hija vverifikata bl-użu tal-marki tas-swaba’ jew immaġni tal-wiċċ, l-identità ta’ detentur ta’ viża permezz tal-marki tas-swaba’ jew, fejn l-immaġni tal-wiċċ tkun irreġistrata fil-VIS bl-indikazzjoni li tkun ittieħdet dak il-ħin mal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, bl-immaġni tal-wiċċ mal-VIS, f’konformità mal-Artikoli 23(2) u (4) tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikolu 18(6) ta’ dan ir-Regolament..”;
jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:
l-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 4, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
immaġnijiet tal-wiċċ;’;
fil-paragrafu 5, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
immaġnijiet tal-wiċċ;’;
il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:
fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:
l-identità tiġi vverifikata, fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera kkonċernat, bl-użu ta’ marki tas-swaba’ jew l-immaġni tal-wiċċ meħuda dak il-ħin skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226;”;
it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandhom jivverifikaw il-marki tas-swaba’ jew l-immaġni tal-wiċċ tad-detentur ta’ viża mal-marki tas-swaba’ jew l-immaġni tal-wiċċ meħuda dak il-ħin li jkunu rreġistrati fil-VIS. Għad-detenturi ta’ viża li l-marki tas-swaba’ jew l-immaġni tal-wiċċ tagħhom ma jistgħux jintużaw, it-tfittxija msemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq bid-data alfanumerika prevista fil-paragrafu 1.”;
il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:
l-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 2, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
immaġnijiet tal-wiċċ;”;
fl-Artikolu 19a, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
l-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, huwa sostitwit b’dan li ġej:
Fejn il-marki tas-swaba’ ta’ dik il-persuna ma jistgħux jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba’ ma tirnexxix, it-tfittxija għandha titwettaq bid-data msemmija fil-punt (4)(a), (aa), (b), (c) jew (ca), jew il-punt (5) tal-Artikolu 9(. Madankollu, l-immaġni tal-wiċċ ma għandhiex tkun l-uniku kriterju tat-tfittxija.”;
fil-paragrafu 2, il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b’dan li ġej:
immaġnijiet tal-wiċċ;
id-data mdaħħla fir-rigward ta’ kwalunkwe viża maħruġa, rifjutata, annullata, revokata jew estiża, kif imsemmi fl-Artikoli 10 sa 14.”;
l-Artikoli 21 u 22 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“Artikolu 21
Aċċess għad-data tal-VIS biex tiġi ddeterminata r-responsabbiltà għal applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali
Fejn il-marki tas-swaba’ tal-applikant għal protezzjoni internazzjonali ma jkunux jistgħu jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba’ ma tirnexxix, it-tfittxija għandha titwettaq bid-data msemmija fil-punt (4)(a), (aa), (b), (c) jew (ca), jew il-punt (5) tal-Artikolu 9. Madankollu, l-immaġni tal-wiċċ ma għandhiex tkun l-uniku kriterju tat-tfittxija.
Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tindika li viża maħruġa b’data ta’ skadenza ta’ mhux aktar minn sitt xhur qabel id-data tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jew viża estiża sa data ta’ skadenza ta’ mhux aktar minn sitt xhur qabel id-data tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, hija rreġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti għall-ażil għandu jkollha aċċess għall-VIS biex tikkonsulta d-data li ġejja tal-fajl ta’ applikazzjoni, u fir-rigward tad-data elenkata fil-punt (e) ta’ dan il-paragrafu tal-konjuġi u tat-tfal, skont l-Artikolu 8(4), unikament għall-fini msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:
in-numru tal-applikazzjoni u l-awtorità li ħarġet jew estendiet il-viża, u jekk l-awtorità ħarġithiex f’isem Stat Membru ieħor;
id-data meħuda mill-formola tal-applikazzjoni msemmija fil-punt (4)(a) u (aa) tal-Artikolu 9;
immaġnijiet tal-wiċċ;
id-data mdaħħla fir-rigward ta’ kwalunkwe viża maħruġa, annullata, revokata jew estiża imsemmija fl-Artikoli 10, 13 u 14;
id-data msemmija fil-punt 4(a) u (aa) tal-Artikolu 9 tal-fajls ta’ applikazzjoni relatati mal-konjuġi u t-tfal.
Artikolu 22
Aċċess għad-data tal-VIS għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali
Fejn il-marki tas-swaba’ tal-applikant għal protezzjoni internazzjonali ma jkunux jistgħu jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba’ ma tirnexxix, it-tfittxija għandha titwettaq bid-data msemmija fil-punt (4)(a), (aa), (b), (c) jew (ca), jew il-punt 5 tal-Artikolu 9. Madankollu, l-immaġni tal-wiċċ ma għandhiex tkun l-uniku kriterju tat-tfittxija.
Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tindika li hemm data dwar l-applikant għal protezzjoni internazzjonali rreġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti għall-ażil għandu jkollha aċċess għall-VIS biex tikkonsulta d-data li ġejja tal-applikant jew ta’ kwalunkwe fajl ta’ applikazzjoni illinkjat tal-applikant skont l-Artikolu 8(3), u, fir-rigward tad-data elenkata fil-punt (f) ta’ dan il-paragrafu, tal-konjuġi u t-tfal skont l-Artikolu 8(4), unikament għall-fini msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:
in-numru tal-applikazzjoni;
id-data meħuda mill-formoli tal-applikazzjoni imsemmija fil-punt (4) tal-Artikolu 9;
l-immaġnijiet tal-wiċċ kif imsemmi fil-punt (5) tal-Artikolu 9;
skenns tal-paġna tad-data bijografika tad-dokument tal-ivvjaġġar kif imsemmi fil-punt (7) tal-Artikolu 9;
id-data mdaħħla fir-rigward ta’ kwalunkwe viża maħruġa, annullata, revokata jew estiża imsemmija fl-Artikoli 10, 13 u 14;
id-data msemmija fil-punt (4) tal-Artikolu 9 tal-fajls ta’ applikazzjoni relatati mal-konjuġi u t-tfal.
wara l-Artikolu 22, jiddaħħlu l-kapitoli li ġejjin:
“KAPITOLU IIIa
DĦUL U UŻU TA’ data DWAR VIŻI GĦAL SOĠĠORN TWIL U PERMESSI TA’ RESIDENZA
Artikolu 22a
Proċeduri dwar kif tiddaħħal data hekk kif issir applikazzjoni għal viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza
Hekk kif issir applikazzjoni għal viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza, l-awtorità kompetenti għall-ġbir jew l-eżami tal-applikazzjoni għandha toħloq mingħajr dewmien fajl ta’ applikazzjoni billi ddaħħal id-data li ġejja fil-VIS sa fejn dik id-data tkun meħtieġa li tiġi pprovduta mill-applikant f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali rilevanti:
in-numru tal-applikazzjoni;
informazzjoni dwar l-istatus li tindika li ntalbet viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza;
l-awtorità fejn l-applikazzjoni ġiet ippreżentata, inkluż il-post fejn tinsab;
il-kunjom (l-isem tal-familja), l-isem/ismijiet, id-data tat-twelid, iċ-ċittadinanza jew ċittadinanzi attwali, is-sess, il-post tat-twelid;
it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar;
id-data ta’ skadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar;
il-pajjiż li ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar u d-data tal-ħruġ tiegħu;
skenn tal-paġna tad-data bijografika tad-dokument tal-ivvjaġġar;
fil-każ ta’ minorenni, il-kunjom u l-ismijiet tal-awtorità tal-ġenituri jew tal-kustodju legali tal-applikant;
l-immaġni tal-wiċċ tal-applikant b’indikazzjoni ta’ jekk l-immaġni tal-wiċċ itteħditx dak il-ħin li ġiet ippreżentata l-applikazzjoni;
il-marki tas-swaba’ tal-applikant.
Fir-rigward tal-immaġnijiet tal-wiċċ u l-marki tas-swaba’ msemmija fil-punti (j) u (k) tal-paragrafu 1, id-data ta’ minorenni għandha tiddaħħal fil-VIS biss meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-persunal li jieħu d-data ta’ minorenni jkun tħarreġ speċifikament biex jieħu data bijometrika ta’ minorenni b’mod adattat għat-tfal u b’mod sensittiv għat-tfal u b’rispett sħiħ tal-aħjar interessi tat-tfal u s-salvagwardji stabbiliti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal;
kull minorenni jkun akkumpanjat minn membru adult tal-familja jew kustodju legali meta tittieħed id-data;
ma tintuża l-ebda forza biex tittieħed id-data.
Artikolu 22b
Konsultazzjonijiet tas-sistemi ta’ informazzjoni u l-bażijiet ta’ data
Għall-fini li jiġi vvalutat jekk il-persuna tistax tkun ta’ theddida għall-ordni pubbliku, għas-sigurtà interna jew għas-saħħa pubblika tal-Istati Membri skont il-punt (e) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/399 u għall-fini tal-objettiv imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament, il-VIS għandha tniedi konsultazzjoni billi tuża l-ESP biex tqabbel id-data rilevanti msemmija fil-punti (d) sa (g), (i), (j) u (k) tal-Artikolu 22a(1) ta’ dan ir-Regolament mad-data preżenti f’reġistrazzjoni, fajl jew allert irreġistrat fi:
is-SIS,
l-l-EES;
l-ETIAS, inkluż il-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS;
il-VIS;
l- ECRIS-TCN;
id-data tal-Europol;
SLTD tal-Interpol;, u
TDAWN tal-Interpol.
It-tqabbil għandu jsir kemm b’data alfanumerika kif ukoll b’data bijometrika, dment li s-sistema ta’ informazzjoni jew il-bażi ta’ data kkonsultata ma jkunx fiha kategorija ta’ data waħda biss minnhom.
B’mod partikolari, il-VIS għandha tivverifika:
fir-rigward tas-SIS, jekk:
id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jikkorrispondix ma’ dokument tal-ivvjaġġar mitluf, misruq, miżapproprjat jew invalidat;
l-applikant huwiex soġġett għal allert għal rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn;
l-applikant huwiex soġġett għal allert dwar ritorn;
l-applikant huwiex soġġett għal allert dwar persuni mfittxija għal arrest għall-finijiet ta’ konsenja abbażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew, jew imfittxija għal arrest għall-finijiet ta’ estradizzjoni;
l-applikant huwiex soġġett għal allert dwar persuni nieqsa jew persuni vulnerabbli li jeħtieġ li ma jitħallewx jivvjaġġaw;
l-applikant huwiex soġġett għal allert dwar persuni mfittxija biex jassistu fi proċedura ġudizzjarja;
l-applikant jew id-dokument tal-ivvjaġġar huwiex soġġett għal allert dwar persuni jew oġġetti għal verifiki diskreti, verifiki ta’ inkjesta jew verifiki speċifiċi;
fir-rigward tal-EES, jekk l-applikant huwiex irreġistrat bħala li ġie rrifjutat id-dħul fl-EES abbażi ta’ raġuni li tikkorrispondi mal-punti (B), (D), (H) jew (I) tal-Parti B tal-Anness V għar-Regolament (UE) 2016/399;
Fir-rigward tal-ETIAS, jekk:
l-applikant huwiex persuna li għaliha l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar rifjutata, annullata jew revokata hija rreġistrata fl-ETIAS abbażi ta’ raġuni li tikkorrispondi mal-punt (a), (b), (d) jew (e) tal-Artikolu 37(1) jew mal-Artikolu 37(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, jew id-dokument tal-ivvjaġġar tal-applilkant jikkorrispondix ma’ tali awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar rifjutata, annullata jew revokata;
id-data pprovduta bħala parti mill-applikazzjoni tikkorrispondix mad-data preżenti fil-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS;
fir-rigward tal-VIS, jekk l-applikant jikkorrispondix ma’ persuna:
li għaliha viża rifjutata, annullata jew revokata hija rreġistrata fil-VIS abbażi ta’ raġuni li tikkorrispondi mal-punt (a)(i), (v) jew (vi) jew il-punt (b) tal-Artikolu 12(2);
li għaliha viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza rifjutat, irtirat, revokat jew annullat huwa rreġistrat fil-VIS abbażi ta’ raġuni li tikkorrispondi mal-punt (a) tal-Artikolu 22d(1); jew
li d-dokument tal-ivvjaġġar tiegħu jikkorrispondix ma’ viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza rifjutat, irtirat, revokat jew annullat imsemmi fil-punt (i) jew (ii);
fir-rigward tal-ECRIS-TCN, jekk l-applikant jikkorrispondix ma’ persuna li d-data tagħha tkun ġiet irreġistrata f’dik is-sistema matul il-25 sena preċedenti b’rabta ma’ kundanni għal reati terroristiċi jew matul il-15-il sena preċedenti b’rabta ma’ kundanni għal reati kriminali serji oħra;
fir-rigward tad-data tal-Europol, jekk id-data pprovduta fl-applikazzjoni tikkorrispondix mad-data rreġistrata fid-data tal-Europol;
fir-rigward tal-bażi tad-data tal-Interpol, jekk:
id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jikkorrispondix ma’ dokument tal-ivvjaġġar irrappurtat bħala mitluf, misruq jew invalidat fl-SLTD tal-Interpol;
id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jikkorrispondix ma’ dokument tal-ivvjaġġar irreġistrat f’fajl tat-TDAWN tal-Interpol.
Jekk ir-rekwiżit previst f’dan il-paragrafu ma jkunx issodisfat, il-VIS ma għandhiex tikkonsulta l-bażijiet ta’ data tal-Interpol.
Fil-każ ta’ hits skont il-punt (a)(iv) , il-punti (e) u (f) u l-punt (g)(ii) tal-paragrafu 3, il-VIS għandha tibgħat notifika awtomatizzata dwar tali hits lill-awtorità maħtura tal-VIS tal-Istat Membru li jkun qed jipproċessa l-applikazzjoni. Tali notifika awtomatizzata għandu jkun fiha d-data rreġistrata fil-fajl ta’ applikazzjoni f’konformità mal-punti (d) sa (g), u (i), (j) u (k) tal-Artikolu 22a(1).
Fil-każ ta’ hits skont il-punt (c)(ii) tal-paragrafu 3, il-VIS għandha tibgħat notifika awtomatizzata dwar tali hits lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li daħħal id-data jew, jekk id-data tkun iddaħħlet mill-Europol, lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istati Membri li jkunu qed jipproċessaw l-applikazzjoni. Dik in-notifika awtomatizzata għandu jkun fiha d-data rreġistrata fil-fajl ta’ applikazzjoni f’konformità mal-punti (d) sa (g) u (i) tal-Artikolu 22a(1).
Għall-finijiet ta’ verifika manwali skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti għandu jkollha aċċess għall-fajl ta’ applikazzjoni u għal kwalunkwe fajl ta’ applikazzjoni illinkjat, kif ukoll għall-hits skattati waqt l-ipproċessar awtomatizzat skont il-paragrafu 8.
L-awtorità kompetenti għandu jkollha wkoll aċċess temporanju għad-data fil-VIS, l-SIS, l-EES, l-ETIAS, jew l-SLTD tal-Interpol li skattat il-hit għat-tul tal-verifiki msemmija f’dan l-Artikolu u l-eżami tal-applikazzjoni għal viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza u fil-każ ta’ proċedura ta’ appell.
L-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk l-identità tal-applikant irreġistrata fil-fajl ta’ applikazzjoni tikkorrispondix mad-data fi kwalunkwe mis-sistemi ta’ informazzjoni u bażijiet ta’ data kkonsultati.
Meta d-data personali fil-fajl ta’ applikazzjoni tikkorrispondi mad-data maħżuna fis-sistema ta’ informazzjoni jew bażi ta’ data rilevanti, il-hit għandha titqies meta jiġi vvalutat jekk l-applikant għal viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza jistax ikun ta’ theddida għall-ordni pubbliku, għas-sigurtà interna jew għas-saħħa pubblika tal-Istati Membri li jkunu qed jipproċessaw l-applikazzjoni.
Meta l-hit tikkonċerna persuna li fir-rigward tagħha jkun inħareġ allert għal rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn jew allert dwar ritorn ikun iddaħħal fis-SIS minn Stat Membru ieħor, għandha tapplika l-konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2018/1861 jew l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/1860.
Fejn id-data personali fil-fajl ta’ applikazzjoni ma tikkorrispondix mad-data maħżuna fis-sistema ta’ informazzjoni jew bażi a’ data rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tħassar il-hit falza mill-fajl ta’ applikazzjoni.
Artikolu 22c
Data li għandha tiżdied għal viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza li nħareġ
Fejn awtorità kompetenti tiddeċiedi li toħroġ viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza, għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl ta’ applikazzjoni meta d-data tinġabar f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali rilevanti:
informazzjoni dwar l-istatus li tindika li nħarġet viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza;
l-awtorità li ħadet id-deċiżjoni;
il-post u d-data tad-deċiżjoni dwar il-ħruġ tal-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta’ residenza;
it-tip ta’ dokument maħruġ (viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza);
in-numru tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza maħruġ;
id-dati tal-bidu u l-iskadenzi tal-validità tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza;
id-data elenkata fl-Artikolu 22a(1), jekk tkun disponibbli u ma tkunx imdaħħla fil-fajl ta’ applikazzjoni hekk kif issir applikazzjoni għal viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza.
Artikolu 22d
Data li għandha tiżdied f’ċerti każijiet ta’ viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza rrifjutati
Fejn awtorità kompetenti tiddeċiedi li viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza jiġi rrifjutat minħabba li l-applikant ikun meqjus li jikkostitwixxi theddida għall-ordni pubbliku, għas-sigurtà interna jew għas-saħħa pubblika jew l-applikant ikun ippreżenta dokumenti li nkisbu b’mod frodulenti, jew li ġew iffalsifikati, jew imbagħbsa, għandha żżid id-data li ġejja mal-fajl ta’ applikazzjoni fejn id-data tinġabar f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali rilevanti:
informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta’ residenza ġie rrifjutat minħabba li l-applikant huwa meqjus li jikkostitwixxi theddida għall-ordni pubbliku, għas-sigurtà interna jew is-saħħa pubblika, jew minħabba li l-applikant ippreżenta dokumenti li nkisbu b’mod frodulenti, jew ġew iffalsifikati, jew imbagħbsa;
l-awtorità li ħadet id-deċiżjoni;
il-post u d-data tad-deċiżjoni.
Artikolu 22e
Data li għandha tiżdied għal viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza li ġie rtirat, irrevokat jew annullat
Meta awtorità kompetenti tiddeċiedi li tirtira, tirrevoka jew tannulla viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza, għandha żżid id-data li ġejja mal-fajl ta’ applikazzjoni, meta d-data tinġabar f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u/ dik nazzjonali rilevanti:
informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta’ residenza ġie rtirat, irrevokat jew annullat;
l-awtorità li ħadet id-deċiżjoni;
il-post u d-data tad-deċiżjoni;
fejn applikabbli, ir-raġuni għall-irtirar, ir-revoka jew l-annullament tal-viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza, f’konformità mal-Artikolu 22d.
Artikolu 22f
Data li għandha tiżdied għal viża għal soġġorn twil estiża jew permess ta’ residenza mġedded
Fejn awtorità kompetenti tiddeċiedi li testendi l viża għal soġġorn twil, għandha żżid id-data li ġejja mal-fajl ta’ applikazzjoni, meta d-data tinġabar f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali rilevanti:
informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-viża għal soġġorn twil ġiet estiża;
l-awtorità li ħadet id-deċiżjoni;
il-post u d-data tad-deċiżjoni;
in-numru tal-isticker tal-viża;
id-data tal-bidu u tal-iskadenza tal-validità tal-viża għal soġġorn twil.
Artikolu 22g
Aċċess għad-data tal-VIS għall-verifika ta’ viżi għal soġġorn twil u permessi ta’ residenza fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri esterni
Unikament għall-fini li tiġi vverifikata l-identità tad-detentur ta’ viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza, jew l-awtentiċità u l-validità tal-viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza jew li jiġi vverifikat jekk ikunux issodisfati l-kondizzjonijiet għad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399, l-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta’ verifiki fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri esterni f’konformità ma’ dak ir-Regolament għandu jkollhom aċċess biex iwettqu tfittxijiet fil-VIS billi jużaw id-data li ġejja:
il-kunjom (isem il-familja), l-isem jew l-ismijiet (ismijiet mat-twelid); id-data tat-twelid; in-nazzjonalità jew nazzjonalitajiet; is-sess; it-tip u n-numru tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar; il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar; u d-data ta’ skadenza tal-validità tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar; jew
in-numru tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza.
Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tindika li hemm data dwar id-detentur tal-viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza rreġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti għat-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntiera għandu jkollha aċċess għall-VIS biex tikkonsulta d-data segwenti tal-fajl ta’ applikazzjoni u ta’ fajls ta’ applikazzjoni illinkjati skont l-Artikolu 22a(4), unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:
informazzjoni dwar l-istatus tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza b’indikazzjoni ta’ jekk inħariġx, ġiex irtirat, irrevokat, annullat, estiż jew imġedded;
id-data kif imsemmi fil-punti (d), (e), u (f) tal-Artikolu 22c;
fejn applikabbli, id-data msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 22f(1);
l-immaġnijiet tal-wiċċ imsemmija fil-punt (j) tal-Artikolu 22a(1).
Artikolu 22h
Aċċess għad-data tal-VIS għall-verifika fit-territorju tal-Istati Membri
Fejn l-identità tad-detentur tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza ma tkunx tista’ tiġi vverifikata bilmarki tas-swaba’, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu wkoll verifika permezz tal-immaġni tal-wiċċ.
Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tindika li hemm data dwar id-detentur tal-viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza rreġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti għandu jkollha aċċess għall-VIS biex tikkonsulta d-data segwenti tal-fajl ta’ applikazzjoni u ta’ fajls ta’ applikazzjoni illinkjati skont l-Artikolu 22a(4), unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:
informazzjoni dwar l-istatus tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza b’indikazzjoni ta’ jekk inħariġx, ġiex irtirat, irrevokat, annullat, estiża jew imġedda;
id-data msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 22c;
fejn applikabbli, id-data msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 22f(1);
l-immaġnijiet tal-wiċċ imsemmija fil-punti (j) tal-Artikolu 22a(1).
Artikolu 22i
Aċċess għad-data tal-VIS għall-identifikazzjoni
Meta l-marki tas-swaba’ ta’ dik il-persuna ma jistgħux jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba’ ma tirnexxix, it-tfittxija għandha titwettaq bid-data msemmija fil-punti (d) sa (g) jew fil-punt (j) tal-Artikolu 22a(1). Madankollu, l-immaġni tal-wiċċ ma għandhiex tkun l-uniku kriterju tat-tfittxija.
Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tindika li hemm data dwar l-applikant irreġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti għandu jkollha aċċess għall-VIS biex tikkonsulta d-data li ġejja tal-fajl ta’ applikazzjoni u tal-fajls ta’ applikazzjoni illinkjati skont l-Artikolu 22a(4), unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:
in-numru tal-applikazzjoni, l-informazzjoni dwar l-istatus u l-awtorità li quddiemha tressqet l-applikazzjoni;
id-data msemmija fil-punti (d) sa (g) u (i) tal-Artikolu 22a(1);
l-immaġnijiet tal-wiċċ kif imsemmija fil-punt (j) tal-Artikolu 22a(1);
id-data mdaħħla fir-rigward ta’ kwalunkwe viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza maħruġ, rifjutat, irtirat, revokat, annullat, estiż jew imġedded imsemmi fl-Artikoli 22c sa 22f.
Artikolu 22j
Aċċess għad-data tal-VIS biex tiġi ddeterminata r-responsabbiltà għal applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali
Fejn il-marki tas-swaba’ tal-applikant għal protezzjoni internazzjonali ma jistgħux jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba’ ma tirnexxix, it-tfittxija għandha titwettaq bid-data msemmija fil-punti (d) sa (g) jew fil-punt (j) tal-Artikolu 22a(1). Madankollu, l-immaġni tal-wiċċ ma għandhiex tkun l-uniku kriterju tat-tfittxija.
Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tindika li viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza hija rreġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti għall-ażil għandha tingħata aċċess għall-VIS biex tikkonsulta d-data li ġejja tal-fajl ta’ applikazzjoni u, fir-rigward tad-data elenkata fil-punt (e) ta’ dan il-paragrafu, ta’ fajls ta’ applikazzjoni illinkjati relatati mal-konjuġi u t-tfal skont l-Artikolu 22a(4), unikament għall-fini msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:
in-numru tal-applikazzjoni u l-awtorità li ħarġet, irrevokat, annullat, estendiet jew ġeddedt il-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta’ residenza;
id-data msemmija fil-punti (d) sa (g) u (i) tal-Artikolu 22a(1);
id-data mdaħħla fir-rigward ta’ kwalunkwe viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza maħruġ, irtirat, revokat, annullat, estiż jew imġedded imsemmi fl-Artikoli 22c, 22e u 22f;
l-immaġnijiet tal-wiċċ imsemmija fil-punt (j) tal-Artikolu 22a(1);
id-data msemmija fil-punti (d) sa (g) tal-Artikolu 22a(1)tal-fajls ta’ applikazzjoni illinkjati relatati mal-konjuġi u t-tfal.
Artikolu 22k
Aċċess għad-data tal-VIS għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali
Meta l-marki tas-swaba’ tal-applikant għal protezzjoni internazzjonali ma jistgħux jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba’ ma tirnexxix, it-tfittxija għandha titwettaq bid-data msemmija fil-punti (d) sa (g) jew fil-punt (j) tal-Artikolu 22a(1). Madankollu, l-immaġni tal-wiċċ ma għandhiex tkun l-uniku kriterju tat-tfittxija.
Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tindika li hemm data dwar l-applikant għal protezzjoni internazzjonali rreġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti għall-ażil għandu jkollha aċċess għall-VIS biex tikkonsulta d-data li ġejja tal-fajl ta’ applikazzjoni u, fir-rigward tad-data elenkata fil-punt (f) ta’ dan il-paragrafu, tal-fajls ta’ applikazzjoni illinkjati relatati mal-konjuġi u t-tfal skont l-Artikolu 22a(4), unikament għall-fini msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:
in-numru tal-applikazzjoni;
id-data msemmija fil-punti (d) sa (g) u (i) tal-Artikolu 22a(1);
l-immaġnijiet tal-wiċċ kif imsemmi fil-punt (j) tal-Artikolu 22a(1);
skenns tal-paġna tad-data bijografika tad-dokument tal-ivvjaġġar kif imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 22a(1);
id-data mdaħħla fir-rigward ta’ kwalunkwe viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza maħruġ, irtirat, revokat, annullat, estiż jew imġedded imsemmi fl-Artikoli 22c, 22e u 22f;
id-data msemmija fil-punti (d) sa (g) tal-Artikolu 22a(1)tal-fajls ta’ applikazzjoni relatati mal-konjuġi u t-tfal.
Il-konsultazzjoni tal-VIS skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandha titwettaq biss mill-awtoritajiet nazzjonali maħtura msemmija fl-Artikolu 34(6) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013.
KAPITOLU IIIb
PROĊEDURA U KONDIZZJONIJIET GĦAL AĊĊESS GĦALL-VIS GĦALL-FINIJIET TAL-INFURZAR TAL-LIĠI
Artikolu 22l
Awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri
Id-data aċċessata minn dawk l-awtoritajiet għandha tiġi pproċessata biss għall-finijiet tal-każ speċifiku li għalih tkun ġiet ikkonsultata d-data.
L-awtoritajiet maħtura u l-punt ta’ aċċess ċentrali jistgħu jkunu parti mill-istess organizzazzjoni jekk dan ikun permess skont il-liġi nazzjonali, iżda l-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jaġixxi b’mod kompletament indipendenti mill-awtoritajiet maħtura fit-twettiq tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament. Il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jkun separat mill-awtoritajiet maħtura u ma għandux jirċievi struzzjonijiet mingħandhom fir-rigward tal-eżitu tal-verifika li għandu jwettaq b’mod indipendenti.
L-Istati Membri jistgħu jaħtru aktar minn punt ta’ aċċess ċentrali wieħed sabiex tiġi riflessa l-istruttura organizzattiva u amministrattiva tagħhom fit-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali jew legali tagħhom.
Artikolu 22m
Europol
Id-data aċċessata mill-Europol għandha tiġi pproċessata biss għall-finijiet tal-każ speċifiku li għalih tkun ġiet ikkonsultata d-data.
Il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jaġixxi b’mod indipendenti meta jwettaq il-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament u ma għandux jirċievi struzzjonijiet mill-awtorità maħtura tal-Europol fir-rigward tal-eżitu tal-verifika.
Artikolu 22n
Proċedura għall-aċċess għad-data tal-VIS għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi
Artikolu 22o
Kondizzjonijiet għal aċċess għad-data tal-VIS minn awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2019/817 l-awtoritajiet maħtura għandu jkollhom aċċess għall-VIS għall-fini ta’ konsultazzjoni jekk ikunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
konsultazzjoni tkun neċessarja u proporzjonata għall-fini tal-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor;
lkonsultazzjoni tkun neċessarja u proporzjonata f’każ speċifiku;
ikunu jeżistu raġunijiet validi biex jitqies li konsultazzjoni tad-data tal-VIS tista’ tikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ xi wieħed mir-reati kriminali inkwistjoni, b’mod partikolari fejn ikun hemm suspett sostanzjat li l-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma ta’ reat terroristiku jew ta’ reat kriminali serju ieħor taqa’ taħt kategorija koperta b’dan ir-Regolament;
tkun tnediet konsultazzjoni tas-CIR f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2019/817 u t-tweġiba riċevuta kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu tindika li d-data tkun maħżuna fil-VIS.
Il-konsultazzjoni tal-VIS għandha tkun limitata għal tfittxija bi kwalunkwe waħda mid-data li ġejja fil-fajl ta’ applikazzjoni:
il-kunjom(ijiet) (l-isem jew ismijiet tal-familja), l-isem jew ismijiet (ismijiet mat-twelid), id-data tat-twelid, iċ-ċittadinanza jew ċittadinanzi, u/jew is-sess;
it-tip u n-numru tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar, il-pajjiż li ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar u d-data ta’ skadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar;
in-numru tat-tikketta tal-viża jew in-numru tal-viża għal perjodu twil jew tal-permess ta’ residenza u d-data ta’ skadenza tal-validità tal-viża, tal-viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza, kif applikabbli;
il-marki tas-swaba’, inkluż il-marki tas-swaba’ latenti;
l-immaġni tal-wiċċ.
B’deroga mill-paragrafi 3 u 5, id-data msemmija fil-punti (d) u (e) tal-paragrafu 3 ta’ tfal taħt l-età ta’ 14-il sena għandha tintuża biss biex issir tfittxija fil-VIS u, fil-każ ta’ hit, għandha tiġi aċċessata biss meta:
ikun neċessarju għall-fini tal-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ reat kriminali serju li dawk it-tfal ikunu l-vittmi tiegħu u biex jiġu protetti t-tfal nieqsa;
ikun neċessarju f’każ speċifiku; u
l-użu tad-data ikun fl-aħjar interess tat-tfal.
Artikolu 22p
Aċċess għad-data tal-VIS għall-identifikazzjoni ta’ persuni f’ċirkostanzi speċifiċi
Artikolu 22q
Użu tad-data tal-VIS bil-fini li jiddaħħlu allerti fis-SIS dwar persuni nieqsa jew persuni vulnerabbli li jeħtieġ li ma jitħallewx jivvjaġġaw u l-aċċess għal dik id-data
Artikolu 22r
Proċedura u kondizzjonijiet għal aċċess għad-data tal-VIS mill-Europol
Il-Europol għandu jkollha aċċess għall-VIS għall-fini ta’ konsultazzjoni meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
konsultazzjoni tkun neċessarja u proporzjonata għall-fini li tiġi appoġġata u msaħħa azzjoni mill-Istati Membri fil-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra li jaqgħu taħt il-mandat tal-Europol;
konsultazzjoni tkun neċessarja u proporzjonata f’każ speċifiku;
ikunu jeżistu raġunijiet validi biex jitqies li konsultazzjoni tad-data tal-VIS tista’ tikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ xi wieħed mir-reati kriminali inkwistjoni, b’mod partikolari fejn ikun hemm suspett sostanzjat li l-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma ta’ reat terroristiku jew ta’ reat kriminali serju ieħor taqa’ taħt kategorija koperta b’dan ir-Regolament;
tkun tnediet konsultazzjoni tas-CIR f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2019/817 u t-tweġiba riċevuta kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu tindika li d-data tkun maħżuna fil-VIS.
Il-konsultazzjoni tal-VIS għandha tkun limitata għal tfittxija bi kwalunkwe mid-data li ġejja fil-fajl tal-applikazzjoni:
il-kunjom(ijiet) (l-isem jew ismijiet tal-familja), l-isem jew ismijiet (l-isem jew ismijiet mat-twelid), id-data tat-twelid, iċ-ċittadinanza jew ċittadinanzi, u/jew is-sess;
it-tip u n-numru tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar, il-pajjiż li ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar u d-data ta’ skadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar;
in-numru tal-isticker tal-viża jew in-numru tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza u d-data ta’ skadenza tal-validità tal-viża, tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess tar-residenza, kif applikabbli;
il-marki tas-swaba’, inkluż il-marki tas-swaba’ latenti;
l-immaġni tal-wiċċ.
B’deroga mill-paragrafi 3 u 5, id-data msemmija fil-punti (d) u (e) tal-paragrafu 3 ta’ tfal taħt l-età ta’ 14-il sena għandha tintuża biss biex issir tfittxija fil-VIS u, fil-każ ta’ hit, għandha tiġi aċċessata biss meta:
ikun neċessarja għall-fini tal-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ reat kriminali serji li dawk it-tfal ikunu l-vittmi tagħhom u biex jiġu protetti t-tfal nieqsa;
ikun neċessarju f’każ speċifiku; u
l-użu tad-data ikun fl-aħjar interess tat-tfal.
Artikolu 22s
Żamma ta’ reġistrazzjonijiet ta’ talbiet għal konsultazzjoni ta’ data tal-VIS għall-fini tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra
Ir-reġistrazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom juru:
il-fini preċiż tat-talba għal konsultazzjoni tad-data tal-VIS jew għal aċċess għaliha, inkluż ir-reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor ikkonċernat u, għall-Europol, il-fini preċiż tat-talba għal konsultazzjoni;
id-deċiżjoni meħuda fir-rigward tal-ammissibbiltà tat-talba;
ir-referenza tal-fajl nazzjonali;
id-data u l-ħin preċiż tat-talba għal aċċess magħmula mill-punt ta’ aċċess ċentrali għall-VIS;
fejn applikabbli, l-użu tal-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 22n(2) u l-eżitu tal-verifika ex post;
liema mid-data jew mis-sett ta’ data msemmija fl-Artikolu 22o(3) intużat għall-konsultazzjoni; u
f’konformità mar-regoli nazzjonali jew mar-Regolament (UE) 2016/794, il-marka li tidentifika lill-uffiċjal li jkun wettaq it-tfittxija u lill-uffiċjal li jkun ordna t-tfittxija jew it-trażmissjoni ta’ data.
Artikolu 22t
Kondizzjonijiet għal aċċess għad-data tal-VIS minn awtoritajiet maħtura ta’ Stat Membru li fir-rigward tiegħu dan ir-Regolament jkun għadu mhux effettiv
Aċċess għall-VIS għal konsultazzjoni minn awtoritajiet maħtura ta’ Stat Membru li fir-rigward tiegħu dan ir-Regolament ikun għadu mhux effettiv għandu jingħata fejn tali aċċess ikun:
fl-ambitu tas-setgħat ta’ dawk l-awtoritajiet maħtura;
soġġett għall-istess kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22o(1);
preċedut minn talba bil-miktub jew elettronika debitament motivata lil awtorità maħtura ta’ Stat Membru li għalih japplika dan ir-Regolament; dik l-awtorità għandha mbagħad titlob lill-punt ta’ aċċess ċentrali nazzjonali biex tikkonsulta l-VIS.
l-Artikolu 23 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 23
Perjodu ta’ żamma għall-ħżin tad-data
Dak il-perjodu għandu jibda:
fid-data ta’ skadenza tal-viża, tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza, jekk tkun inħarġet viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza;
fid-data ta’ skadenza l-ġdida tal-viża, tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza, jekk tkun ġiet estiża jew imġedda viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza;
fid-data tal-ħolqien tal-fajl ta’ applikazzjoni fil-VIS, jekk l-applikazzjoni ġiet irtirata jew ingħalqet;
fid-data tad-deċiżjoni tal-awtorità responsabbli jekk viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza ġie rrifjutat, irtirat, irrevokat jew annullat, kif applikabbli.
Għall-fini ta’ dak it-tħassir, l-EES għandha tinnotifika awtomatikament lill-VIS meta l-ħruġ tat-tfal jiddaħħal fir-rekord ta’ dħul/ħruġ skont l-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2017/2226.”;
l-Artikolu 24 huwa sostitwiti b’dan li ġej:
“Artikolu 24
Emendar tad-data
Fejn id-data mhux akkurata tkun tirreferi għal links maħluqa skont l-Artikolu 8(3) jew (4) jew l-Artikolu 22a(4) jew fejn link ikun nieqes, l-Istat Membru responsabbli għandu jivverifika d-data kkonċernata u jagħti tweġiba fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol, u għandu jirrettifika l-link jekk ikun neċessarju. Jekk ma tingħatax tweġiba f’dak iż-żmien stipulat, l-Istat Membru rikjedenti għandu jirrettifika l-link u jinnotifika, permezz tal-VISMail, lill-Istat Membru responsabbli bir-rettifika li tkun saret.
l-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ Tħassir bikri tad-data ”;
il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:
l-Artikolu 26 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 26
Ġestjoni operazzjonali
L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-kompiti li ser jissemmew hawn taħt relatati mal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-NUIs:
superviżjoni;
sigurtà;
koordinazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-fornitur;
kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit;
akkwist u tiġdid;
kwistjonijiet kuntrattwali.
L-eu-LISA tista’ tuża data personali reali anonimizzata fil-VIS għal finijiet ta’ ttestjar fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
għad-dijanjostika u t-tiswija meta jiġu skoperti ħsarat fis-Sistema Ċentrali tal-VIS;
għall-ittestjar ta’ teknoloġiji u tekniki ġodda rilevanti biex tittejjeb il-prestazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-VIS jew it-trażmissjoni ta’ data għaliha.
Fil-każijiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-miżuri ta’ sigurtà, il-kontroll tal-aċċess u l-attivitajiet ta’ reġistrazzjoni fl-ambjent tal-ittestjar għandhom ikunu ugwali għal dawk tal-VIS. Id-data personali reali adottata għall-ittestjar għandha tiġi anonimizzata b’tali mod li s-suġġett tad-data ma jibqax identifikabbli.
l-Artikolu 27 jitħassar;
jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 27a
Interoperabbiltà ma’ sistemi ta’ informazzjoni tal-UE oħra u ma’ data tal-Europol
L-interoperabbiltà bejn il-VIS u s-SIS, l-EES, l-ETIAS, , il-Eurodac, l-ECRIS-TCN u d-data tal-Europol għandha tiġi stabbilita biex tippermetti l-ipproċessar awtomatizzat tal-konsultazzjonijiet ta’ sistemi oħra skont l-Artikoli 9a sa 9g u l-Artikolu 22b. L-interoperabbiltà għandha tiddependi fuq l-ESP.”;
l-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:
il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:
il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:
il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
l-iżvilupp tas-sistema nazzjonali u l-adattament tagħha għall-VIS;”;
il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
l-ispejjeż imġarrba mis-sistema nazzjonali u l-ispejjeż għall-konnessjoni tagħha mal-NUI, inkluż l-ispejjeż tal-investiment u l-ispejjeż operazzjonali tal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn l-NUI u s-sistema nazzjonali.”;
l-Artikolu 29 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 29
Responsabbiltà għall-użu u l-kwalità tad-data
Kull Stat Membru għandu jiżgura li d-data tiġi pproċessata legalment, u b’mod partikolari li persunal debitament awtorizzat biss ikollu aċċess għad-data pproċessata fil-VIS għat-twettiq tal-kompiti tiegħu f’konformità ma’ dan ir-Regolament. L-Istat Membru responsabbli għandu jiżgura b’mod partikolari li:
id-data tinġabar legalment;
id-data tiġi trażmessa legalment fil-VIS;
id-data tkun akkurata, aġġornata u ta’ livell adegwat ta’ kwalità u kompletezza meta tiġi trażmessa lill-VIS.
L-eu-LISA għandha tiżgura li l-VIS titħaddem f’konformità ma’ dan ir-Regolament u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu msemmija fl-Artikolu 45. B’mod partikolari, l-eu-LISA għandha:
tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tas-Sistema Ċentrali tal-VIS u tal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-NUI, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet ta’ kull Stat Membru;
tiżgura li l-persunal debitament awtorizzat biss ikollu aċċess għal data pproċessata fil-VIS għat-twettiq tal-kompiti tal-eu-LISA f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi u tiżviluppa l-mekkaniżmu u l-proċeduri għat-twettiq ta’ verifiki tal-kwalità u rekwiżiti adatti għall-konformità tal-kwalità tad-data. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).
Artikolu 29a
Regoli speċifiċi biex tiddaħħal id-data
Il-verifiki tal-kwalità għandhom jinbdew meta jinħolqu jew jiġu aġġornati fajls ta’ applikazzjoni fil-VIS. Meta l-verifiki tal-kwalità jonqsu milli jissodisfaw l-istandards tal-kwalità stabbiliti, l-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli għandhom jiġu notifikati awtomatikament mill-VIS. Il-konsultazzjonijiet awtomatizzati skont l-Artikoli 9a(3) u l-Artikolu 22b(2) għandhom jiġu skattati mill-VIS biss wara verifika tal-kwalità pożittiva.
Il-verifiki tal-kwalità fuq l-immaġnijiet tal-wiċċ u d-data tal-marki tas-swaba’ għandhom jitwettqu meta jinħolqu jew jiġu aġġornati fajls ta’ applikazzjoni fil-VIS, sabiex tiġi aċċertata l-konformità mal-istandards minimi tal-kwalità tad-data biex ikun possibbli tqabbil bijometriku.
Il-verifiki tal-kwalità fuq id-data msemmija fl-Artikolu 6(4) għandhom jitwettqu meta tinħażen informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fil-VIS.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni ta’ dawk l-istandards ta’ kwalità. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).”;
l-Artikolu 31 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 31
Komunikazzjoni ta’ data lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali
B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-data msemmija fil-punti (4)(a), (b), (ca), (k) u (m) u l-punti (6) u (7) tal-Artikolu 9, jew fil-punti (d) sa (i) u (k) tal-Artikolu 22a(1) ta’ dan ir-Regolament tista’ tiġi aċċessata mill-awtoritajiet kompetenti u tiġi trasferita jew issir disponibbli għal pajjiż terz jew għal organizzazzjoni internazzjonali elenkata fl-Anness, dment li dan ikun neċessarju f’każijiet individwali sabiex tingħata prova tal-identità ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ ritorn f’konformità mad-Direttiva 2008/115/KE, jew, fir-rigward ta’ trasferimenti lil organizzazzjoni internazzjonali elenkata fl-Anness għal dan ir-Regolament, għall-fini ta’ risistemazzjoni f’konformità mal-iskemi Ewropej jew nazzjonali ta’ risistemazzjoni, u dment li tiġi ssodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni dwar il-livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data personali f’dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679;
ikunu previsti salvagwardji xierqa kif imsemmi fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2016/679, pereżempju permezz ta’ ftehim ta’ riammissjoni li jkun fis-seħħ bejn l-Unjoni jew Stat Membru u l-pajjiż terz inkwistjoni;
ikun japplika l-punt (d) tal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.
Barra minn hekk, id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi trasferita biss meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
it-trasferiment tad-data jitwettaq f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data, il-ftehimiet ta’ riammissjoni, u l-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jittrasferixxi d-data;
l-Istat Membru li daħħal id-data fil-VIS ikun ta l-approvazzjoni tiegħu;
il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali tkun qablet li tipproċessa d-data biss għall-finijiet li għalihom tkun ingħatat.
Soġġett għall-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, meta tkun inħarġet deċiżjoni ta’ ritorn adottata skont id-Direttiva 2008/115/KE b’rabta ma’ ċittadin ta’ pajjiż terz, id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi trasferita biss meta l-infurzar ta’ tali deċiżjoni ta’ ritorn ma jiġix sospiż u bil-kondizzjoni li ma jkun sar ebda appell li jista’ jwassal għas-sospensjoni tal-infurzar tagħha.
B’deroga mill-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, id-data msemmija fil-punt (4)(a) sa (ca) tal-Artikolu 9 u fil-punti (d) sa (g) tal-Artikolu 22a(1) tista’ tiġi trasferita mill-awtorità maħtura lil pajjiż terz f’każijiet individwali, unikament meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
ikun hemm każ eċċezzjonali ta’ urġenza fejn ikun hemm:
periklu imminenti assoċjat ma’ reat terroristiku; jew
periklu imminenti għall-ħajja ta’ persuna u dak il-periklu jkun assoċjat ma’ reat kriminali serju;
it-trasferiment tad-data jkun neċessarju għall-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor fit-territorju tal-Istati Membri jew fil-pajjiż terz ikkonċernat;
l-awtorità maħtura jkollha aċċess għal tali data f’konformità mal-proċedura u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 22n u 22o;
it-trasferiment isir f’konformità mal-kondizzjonijiet applikabbli stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2016/680, b’mod partikolari l-Kapitolu V tagħha;
tkun ġiet ippreżentata talba bil-miktub jew elettronika debitament motivata mill-pajjiż terz;
ikun żgurat il-forniment reċiproku ta’ kwalunkwe informazzjoni li tkun tinsab f’sistemi ta’ informazzjoni dwar il-viża miżmuma mill-pajjiż rikjedenti lill-Istati Membri li jħaddmu l-VIS.
Fejn ikun sar trasferiment skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, tali trasferiment għandu jkun dokumentat u d-dokumentazzjoni għandha, fuq talba, issir disponibbli għall-awtorità superviżorja imsemmija fl-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680, inkluż id-data u l-ħin tat-trasferiment, informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti li tirċievi t-trasferiment, il-ġustifikazzjoni għat-trasferiment u d-data personali trasferita.”;
l-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:
il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
jiddaħħal il-punt li ġej:
jipprevjeni l-użu ta’ sistemi tal-ipproċessar tad-data awtomatizzati minn persuni mhux awtorizzati permezz ta’ tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data;”;
jiddaħħlu l-punti li ġejjin:
jiżgura li, fil-każ ta’ interruzzjoni, is-sistemi installati jkunu jistgħu jitreġġgħu lura għat-tħaddim normali;
jiżgura affidabbiltà billi jaċċerta li kwalunkwe ħsara fil-funzjonament tas-sistemi tkun rappurtata kif xieraq u li jiġu implimentati l-miżuri tekniċi neċessarji biex jiġi żgurat li d-data personali tkun tista’ titreġġa’ lura fil-każ ta’ taħsir minħabba funzjonament ħażin tas-sistemi;”;
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 32a
Inċidenti ta’ sigurtà
l-Artikoli 33 u 34 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“Artikolu 33
Responsabbiltà
Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà u għad-dritt għal kumpens mill-kontrollur jew il-proċessur skont ir-Regolament (UE) 2016/679, id-Direttiva (UE) 2016/680 u r-Regolament (UE) Nru 2018/1725:
kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkun sofra danni materjali jew mhux materjali kkawżati minn operazzjoni ta’ pproċessar illegali ta’ data personali jew minn kwalunkwe att ieħor mhux kompatibbli ma’ dan ir-Regolament minn Stat Membru għandu jkun intitolat jirċievi kumpens minn dak l-Istat Membru;
kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkun sofra danni materjali jew mhux materjali kkawżati minn att ta’ istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni mhux kompatibbli ma’ dan ir-Regolament għandu jkun intitolat li jirċievi kumpens minn dik l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni.
L-Istat Membru jew l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni għandha tkun eżentata mir-responsabbiltà tagħha taħt l-ewwel subparagrafu, kompletament jew parzjalment, jekk tagħti prova li ma tkunx responsabbli għall-avveniment li jkun wassal għad-danni.
Artikolu 34
Żamma ta’ reġistrazzjonijiet
Kull Stat Membru, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-eu-LISA għandhom iżommu reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha tagħhom ta’ pproċessar tad-data fil-VIS. Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom juru:
il-fini tal-aċċess;
id-data u l-ħin;
it-tip ta’ data mdaħħla;
it-tip ta’ data użata għat-tfittxija; u
l-isem tal-awtorità li tkun qed iddaħħal jew tikseb id-data.
Minbarra dan, kull Stat Membru għandu jżomm reġistrazzjonijiet tal-persunal debitament awtorizzat li jdaħħal data fil-VIS jew jikseb data minnha.
l-Artikolu 36 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 36
Penali
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament, inkluż għall-ipproċessar ta’ data personali mwettaq bi ksur ta’ dan ir-Regolament, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.”;
il-Kapitolu VI, jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 36a
Protezzjoni tad-data
l-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:
il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:
il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
l-identità tal-kontrollur imsemmi fl-Artikolu 29(4), inkluż id-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur”;
il-punt (c) huwa sostitwit b’dan ġej:
il-kategoriji ta’ min jirċievi d-data, inkluż l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 22l u l-Europol;
il-fatt li l-Istati Membri u l-Europol jistgħu jaċċessaw il-VIS għal finijiet tal-infurzar tal-liġi;”;
jiddaħħal il-punt li ġej:
il-fatt li d-data personali maħżuna fil-VIS tista’ tiġi trasferita lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 31 ta’ dan ir-Regolament u lill-Istati Membri f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1908 ( 14 );
il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:
l-eżistenza tad-dritt li jitolbu aċċess għal data relatata magħhom, id-dritt li jitolbu r-rettifika ta’ data mhux eżatta relatata magħhom, id-dritt li jitolbu li tiġi kkompletata data personali relatata magħhom li ma tkunx kompleta, id-dritt li jitolbu it-tħassir jew ir-restrizzjoni ta’ data personali li tikkonċernahom li tkun ġiet ipproċessata illegalment, kif ukoll id-dritt li jirċievu informazzjoni dwar il-proċeduri għall-eżerċitar ta’ dawk id-drittijiet, inkluż id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet superviżorji, jew tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data, jekk applikabbli, li għandhom jisimgħu l-ilmenti dwar il-protezzjoni ta’ data personali;”;
il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Fejn ma jkunx hemm tali formola ffirmata minn dawk il-persuni, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/679.”;
l-Artikoli 38 sa 43 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 38
Dritt ta’ aċċess għad-data personali, dritt ta’ rettifika, ikkompletar u tħassir ta’ data personali u dritt ta’ restrizzjoni tal-ipproċessar
Fejn it-talba tkun indirizzata lill-Istat Membru responsabbli u fejn jinstab li d-data tal-VIS fil-fatt ma tkunx akkurata jew tkun ġiet irreġistrata illegalment, l-Istat Membru responsabbli għandu, f’konformità mal-Artikolu 24(3), jirrettifika jew iħassar dik id-data fil-VIS mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn xahar minn meta jirċievi t-talba. L-Istat Membru responsabbli għandu jikkonferma bil-miktub lill-persuna kkonċernata mingħajr dewmien li ħa l-azzjoni sabiex jirrettifika jew iħassar id-data dwarha.
Meta t-talba tkun indirizzata lil Stat Membru, li mhuwiex l-Istat Membru responsabbli, l-awtoritajiet tal-Istat Membru li lilu tkun indirizzata t-talba għandhom jikkuntattjaw lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli fi żmien sebat ijiem. L-Istat Membru responsabbli għandu jipproċedi f’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-Istat Membru li kkuntattja lill-awtorità tal-Istat Membru responsabbli għandu jinforma lill-persuni kkonċernati li t-talba tagħhom ġiet trażmessa, lil liema Stat Membru u dwar il-proċedura ulterjuri.
B’deroga mill-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu, u biss fir-rigward ta’ data li tinsab fl-opinjonijiet motivati li jkunu rreġistrati fil-VIS f’konformità mal-Artikolu 9e(6), l-Artikolu 9g(6) u l-Artikolu 22b(14) u (16) bħala riżultat tal-konsultazzjonijiet skont l-Artikoli 9a u 22b, Stat Membru għandu jieħu deċiżjoni li ma jipprovdix informazzjoni lill-persuna kkonċernata, kompletament jew parzjalment, f’konformità mal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni, sal-punt li, u sakemm tali restrizzjoni parzjali jew sħiħa tikkostitwixxi miżura neċessarja u proporzjonata f’soċjetà demokratika b’konsiderazzjoni xierqa għad-drittijiet fundamentali u għall-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data kkonċernat, sabiex:
jiġi evitat kwalunkwe ostaklu għal inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;
jiġi evitat li jiġu kompromessi l-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;
tiġi protetta s-sigurtà pubblika;
tiġi protetta s-sigurtà nazzjonali; jew
jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni oħra.
Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru għandu jinforma lill-persuna kkonċernata bil-miktub, mingħajr dewmien żejjed, dwar kwalunkwe rifjut jew restrizzjoni ta’ aċċess u r-raġunijiet għar-rifjut jew għar-restrizzjoni. Tali informazzjoni tista’ titħalla barra meta l-għoti tagħha jimmina kwalunkwe waħda mir-raġunijiet stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu. L-Istat Membru għandu jinforma lill-persuna kkonċernata dwar il-possibbiltà li tressaq ilment quddiem awtorità superviżorja jew li titlob rimedju ġudizzjarju.
L-Istat Membru għandu jiddokumenta r-raġunijiet fattwali jew legali li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni li ma jipprovdix informazzjoni lill-persuna kkonċernata. Dik l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji.
F’każijiet bħal dawn, il-persuna kkonċernata għandha wkoll tkun tista’ teżerċita d-drittijiet tagħha permezz tal-awtoritajiet superviżorji kompetenti.
Artikolu 39
Kooperazzjoni biex jiġu żgurati d-drittijiet dwar il-protezzjoni tad-data
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru responsabbli u l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandhom jikkooperaw ma’ xulxin.
Artikolu 40
Rimedji
Artikolu 41
Superviżjoni mill-awtoritajiet superviżorji
Artikolu 42
Superviżjoni mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data
Artikolu 43
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data
l-Artikolu 44 jitħassar;
l-Artikolu 45 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 45
Implimentazzjoni mill-Kummissjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-iżvilupp tas-Sistema Ċentrali tal-VIS, l-NUIs f’kull Stat Membru u l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-NUIs dwar dan li ġej:
id-disinn tal-arkitettura fiżika tas-Sistema Ċentrali tal-VIS inkluż in-network ta’ komunikazzjoni tagħha;
aspetti tekniċi li għandhom effett fuq il-protezzjoni ta’ data personali;
aspetti tekniċi li għandhom implikazzjonijiet finanzjarji serji għall-baġits tal-Istati Membri jew li għandhom implikazzjonijiet tekniċi serji għas-sistemi nazzjonali;
l-iżvilupp ta’ rekwiżiti tas-sigurtà, inkluż aspetti bijometriċi.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-miżuri neċċessarji għall-implimentazzjoni teknika tal-funzjonalitajiet tas-Sistema Ċentrali tal-VIS, b’mod partikolari:
biex tiddaħħal id-data u jiġu konnessi l-applikazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 8, l-Artikoli 10 sa 14, l-Artikolu 22a u l-Artikoli 22c sa 22f;
biex tiġi aċċessata d-data f’konformità mal-Artikolu 15, l-Artikoli 18 sa 22, l-Artikoli 22g sa 22k, l-Artikoli 22n sa 22r u l-Artikoli 45e u 45f;
biex issir rettifika, tħassir u tħassir bil-quddiem tad-data f’konformità mal-Artikoli 23, 24 u 25;
biex jinżammu u jkun hemm aċċess għar-reġistrazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 34;
għall-mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni u għall-proċeduri msemmija fl-Artikolu 16;
biex tiġi aċċessata d-data għall-finijiet ta’ rappurtar u statistika f’konformità mal-Artikolu 45a.
“Artikolu 45a
Użu ta’ data tal-VIS għar-rappurtar u għall-istatistika
Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-Kummissjoni, l-eu-LISA, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluż l-Unità Ċentrali tal-ETIAS f’konformità mal-Artikolu 9j, għandu jkollu aċċess għall-VIS biex jikkonsulta d-data li ġejja, unikament għall-finijiet ta’ rappurtar u statistika mingħajr il-possibbiltà ta’ identifikazzjoni individwali u f’konformità mas-salvagwardji relatati man-nondiskriminazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(2):
informazzjoni dwar l-istatus;
l-awtorità fejn l-applikazzjoni ġiet ippreżentata, inkluż il-post fejn tinsab;
is-sess, l-età u ċ-ċittadinanza jew ċittadininazi tal-applikant;
il-pajjiż u l-belt ta’ residenza tal-applikant, fir-rigward ta’ viżi biss;
l-okkupazzjoni attwali (grupp ta’ impjieg) tal-applikant, fir-rigward ta’ viżi biss;
l-Istati Membri tal-ewwel dħul u destinazzjoni, fir-rigward ta’ viżi biss;
id-data u l-post tal-applikazzjoni u tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni (maħruġa, irtirata, rifjutata, annullata, revokata, imġedda jew estiża);
it-tip ta’ dokument maħruġ jew li qed issir applikazzjoni għalih, jiġifieri jekk huwiex viża għal tranżitu fl-ajruport, viża uniformi jew b’validità territorjali limitata, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza;
it-tip ta’ dokument tal-ivvjaġġar u l-pajjiż li ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar, fir-rigward ta’ viżi biss;
id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni u, fil-każ ta’ rifjut, irtirar, annullament jew revoka, ir-raġunijiet indikati għal dik id-deċiżjoni;
hits li jirriżultaw minn konsultazzjonijiet tas-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE, data tal-Europol jew bażijiet ta’ data tal-Interpol skont l-Artikolu 9a jew 22b, differenzjati skont is-sistema jew il-bażi ta’ data, jew hits mal-indikaturi ta’ riskji speċifiċi skont l-Artikolu 9j, u hits fejn, wara verifika manwali skont l-Artikolu 9c, 9d, 9e jew 22b id-data personali tal-applikant ġiet ikkonfermata li tikkorrispondi mad-data preżenti f’waħda mis-sistemi ta’ informazzjoni jew bażijiet ta’ data kkonsultati;
deċiżjonijiet li jirrifjutaw viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza li huma korrelatati ma’ hit ivverifikata u kkonfermata manwalment f’waħda mis-sistemi tal-informazzjoni jew bażijiet ta’ data kkonsultati jew ma’ hit mal-indikaturi ta’ riskji speċifiċi;
l-awtorità kompetenti, inkluż il-post fejn tinsab, li tkun ħadet id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni u d-data tad-deċiżjoni, fir-rigward ta’ viżi biss;
il-każijiet fejn l-istess applikant applika għal viża għand aktar minn awtorità tal-viża waħda, b’indikazzjoni ta’ dawk l-awtoritajiet tal-viża, il-post fejn jinsabu u d-dati tad-deċiżjonijiet;
il-finijiet prinċipali tal-vjaġġ, fir-rigward ta’ viżi biss;
l-applikazzjonijiet għal viża pproċessati f’rappreżentanza skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;
id-data mdaħħla fir-rigward ta’ kwalunkwe dokument irtirat, annullat, revokat, imġedded jew estiż, kif applikabbli;
id-data ta’ skadenza tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza;
l-għadd ta’ persuni eżentati mir-rekwiżit li jagħtu l-marki tas-swaba’ skont l-Artikolu 13(7) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;
il-każijiet li fihom id-data msemmija fl-Artikolu 9(6) tista’ ma tiġix ipprovduta f’konformità mal-Artikolu 8(5);
il-każijiet li fihom id-data msemmija fil-punt (6) tal-Artikolu 9 ma kienx meħtieġ li tiġi pprovduta għal raġunijiet legali f’konformità mal-Artikolu 8(5);
il-każijiet li fihom persuna li ma setgħetx tipprovdi d-data msemmija fil-punt (6) tal-Artikolu 9 ġiet irrifjutata viża, f’konformità mal-Artikolu 8(5);
il-links għall-fajl ta’ applikazzjoni preċedenti dwar dak l-applikant kif ukoll il-links għall-fajls ta’ applikazzjoni tal-persuni li jivvjaġġaw flimkien, fir-rigward ta’ viżi biss.
Il-persunal debitament awtorizzat tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jkollu aċċess għall-VIS biex jikkonsulta d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għall-fini tat-twettiq ta’ analiżi tar-riskju u ta’ valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà kif imsemmija fl-Artikoli 29 u 32 tar-Regolament (UE) 2019/1896.
Kull tliet xhur, l-eu-LISA għandha tiġbor l-istatistika bbażata fuq id-data tal-VIS dwar viżi li turi, għal kull post fejn ġiet ippreżentata applikazzjoni għal viża u għal kull Stat Membru, b’mod partikolari:
l-għadd ta’ viżi għal tranżitu fl-ajruport (A) li saret applikazzjoni għalihom; l-għadd ta’ viżi A maħruġa, diżaggregati skont tranżitu f’ajruport uniku u tranżiti f’ajruporti multipli; l-għadd ta’ viżi A rifjutati;
l-għadd ta’ viżi għal soġġorn qasir (C) li saret applikazzjoni għalihom (u diżaggregati skont il-finijiet ewlenin tal-vjaġġ); l-għadd ta’ viżi C maħruġa, diżaggregati skont viża maħruġa għal dħul wieħed, għal żewġ daħliet jew għal dħul multiplu u dawn tal-aħħar diviżi skont it-tul tal-validità (sitt xhur jew inqas, sena, sentejn, tliet snin, erba’ snin, ħames snin); l-għadd ta’ viżi maħruġa b’validità territorjali limitata (VTL); l-għadd ta’ viżi C rifjutati.
L-istatistika ta’ kuljum għandha tinħażen fir-repożitorju ċentrali għar-rappurtar u għall-istatistika f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 2019/817.
Kull tliet xhur, l-eu-LISA għandha tiġbor l-istatistika bbażata fuq id-data tal-VIS dwar viżi għal soġġorn twil u permessi ta’ residenza li turi, għal kull post, b’mod partikolari:
it-total ta’ viżi għal soġġorn twil li saret applikazzjoni għalihom, u dawk maħruġa, rifjutati, irtirati, revokati, annullati u estiżi;
it-total ta’ permessi ta’ residenza li saret applikazzjoni għalihom, u dawk maħruġa, rifjutati, irtirati, revokati, annullati u mġedda.
Artikolu 45b
Notifiki
Tliet xhur wara d-data tal-bidu tal-operazzjonijiet tal-VIS skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/1134tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ), l-eu-LISA għandha tippubblika lista konsolidata tal-awtoritajiet innotifikati skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-eu-LISA bi kwalunkwe tibdil għall-awtoritajiet innotifikati mingħajr dewmien. F’każ li jkun hemm tibdil ta’ dan it-tip, l-eu-LISA għandha tippubblika darba fis-sena lista konsolidata aġġornata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . L-eu-LISA għandha żżomm sit web pubbliku li jiġi aġġornat kontinwament u li jkun fih dik l-informazzjoni.
Artikolu 45c
Aċċess għad-data għall-verifika mit-trasportaturi
Għal dan il-fini, fir-rigward ta’ viżi, it-trasportatur għandu jipprovdi d-data msemmija fil-punt (4)(a), (b) u (c) tal-Artikolu 9 u fir-rigward ta’ viżi għal soġġorn twil u permessi ta’ residenza, it-trasportatur għandu jipprovdi d-data msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 22a(1), kif tinsab fid-dokument tal-ivvjaġġar. It-trasportatur għandu jindika wkoll l-Istat Membru tad-dħul jew, fil-każ ta’ tranżitu fl-ajruport, l-Istat Membru ta’ tranżitu.
B’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fil-każ ta’ tranżitu fl-ajruport, it-trasportatur ma għandux ikun obbligat jikkonsulta lill-VIS, ħlief meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun meħtieġ li jkollu viża għal tranżitu fl-ajruport f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.
Jekk tkun inħarġet viża b’validità territorjali limitata f’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, it-tweġiba li tingħata mill-VIS għandha tieħu kont tal-Istati Membri li għalihom l-awtorizzazzjoni hija valida kif ukoll tal-Istat Membru tad-dħul indikat mit-trasportatur.
It-trasportaturi jistgħu jaħżnu l-informazzjoni mibgħuta u t-tweġiba li tkun waslet f’konformità mal-liġi applikabbli. It-tweġiba OK/NOT OK ma għandhiex titqies bħala deċiżjoni li jiġi awtorizzat jew irrifjutat id-dħul f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/399.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-operazzjoni tal-gateway tat-trasportaturi u r-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-iskema ta’ awtentikazzjoni għat-trasportaturi.Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).
L-eu-LISA għandha taħżen ir-reġistrazzjonijiet perjodu ta’ sentejn. L-eu-LISA għandha tiżgura li r-reġistrazzjonijiet jiġu protetti b’mezzi xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat.
Artikolu 45d
Proċeduri ta’ riżerva fil-każ ta’ impossibbiltà teknika li tiġi aċċessata d-data mit-trasportaturi
Artikolu 45e
Aċċess għad-data tal-VIS mit-timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta
Artikolu 45f
Kondizzjonijiet u proċedura għal aċċess għad-data tal-VIS mit-timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta
Sabiex jingħata aċċess, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-Istat Membru ospitanti jawtorizza lill-membri tat-tim tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta biex jikkonsultaw il-VIS sabiex iwettqu l-għanijiet operazzjonali speċifikati fil-pjan operazzjonali dwar il-verifiki fuq il-fruntieri, is-sorveljanza tal-fruntieri u r-ritorn; u
il-konsultazzjoni tal-VIS tkun neċessarja biex jitwettqu l-kompiti speċifiċi fdati lit-tim mill-Istat Membru ospitanti.
Il-konsultazzjoni tad-data tal-VIS minn membri tat-timijiet għandha ssir kif ġej:
meta jkunu qed jeżerċitaw kompiti relatati mal-verifiki fuq il-fruntieri skont ir-Regolament (UE) 2016/399, il-membri tat-timijiet tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jkollhom aċċess għad-data tal-VIS għal verifika fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri esterni f’konformità mal-Artikoli 18 jew 22g ta’ dan ir-Regolament rispettivament;
meta jkunu qed jivverifikaw jekk ikunux issodisfati l-kondizzjonijiet għad-dħul, is-soġġorn jew ir-residenza fit-territorju tal-Istati Membri, il-membri tat-timijiet għandu jkollhom aċċess għad-data tal-VIS għal verifika fit-territorju ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’konformità mal-Artikolu 19 jew 22h ta’ dan ir-Regolament rispettivament;
meta jkunu qed jidentifikaw lil kwalunkwe persuna li ma tissodisfax jew ma tkunx għadha tissodisfa l-kondizzjonijiet għad-dħul, is-soġġorn jew ir-residenza fit-territorju tal-Istati Membri, il-membri tat-timijiet għandu jkollhom aċċess għad-data tal-VIS għal identifikazzjoni f’konformità mal-Artikoli 20 u 22i ta’ dan ir-Regolament.
l-Artikoli 46, 47 u 48 jitħassru;
jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 48a
Eżerċizzju tad-delega
l-Artikoli 49 u 50 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“Artikolu 49
Proċedura ta’ kumitat
Artikolu 49a
Grupp konsultattiv
Għandu jiġi stabbilit Grupp Konsultattiv mill-eu-LISA u jipprovdilha għarfien espert relatat mal-VIS b’mod partikolari fil-kuntest tat-tħejjija tal-programm ta’ ħidma annwali tagħha u tar-rapport ta’ attività annwali tagħha.
Artikolu 50
Sorveljanza u evalwazzjoni
Filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni sensittiva, kull Stat Membru u l-Europol għandhom iħejju rapporti annwali dwar l-effettività tal-aċċess għad-data tal-VIS għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi li jkun fihom informazzjoni u statistika dwar:
il-fini preċiż tal-konsultazzjoni inkluż it-tip ta’ reat terroristiku jew ta’ reat kriminali serju ieħor;
raġunijiet validi mogħtija għas-suspett sostanzjat li l-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma tkun koperta b’dan ir-Regolament;
l-għadd ta’ talbiet għal aċċess għall-VIS għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi u għal aċċess għad-data dwar tfal taħt l-14-il sena;
l-għadd u t-tip ta’ każijiet fejn intużaw il-proċeduri ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 22n(2), inkluż dawk il-każijiet fejn l-urġenza ma tkunx ġiet aċċettata mill-verifika ex post imwettqa mill-punt ta’ aċċess ċentrali;
l-għadd u t-tip ta’ każijiet li rriżultaw f’identifikazzjonijiet pożittivi.
Ir-rapporti annwali tal-Istati Membri u tal-Europol għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.
Soluzzjoni teknika għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri sabiex jiġi ffaċilitat il-ġbir ta’ dik id-data skont il-Kapitolu IIIb għall-fini li tiġi ġġenerata l-istatistika msemmija f’dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-ispeċifikazzjonijiet tas-soluzzjoni teknika. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 810/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 huwa emendat kif ġej:
l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:
il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
jippermetti li l-immaġni tal-wiċċ tiegħu tittieħed dak il-ħin tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13 jew, fejn japplikaw l-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(7a), jippreżenta ritratt f’konformità mal-istandards stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1683/95;”;
jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Mingħajr preġudizzju għall-punt (c) ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-applikant biex jippreżenta ritratt f’konformità mal-istandards stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1683/95 f’kull applikazzjoni.”;
l-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
il-paragrafi 1 sa 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:
Fil-mument li jippreżenta l-ewwel applikazzjoni u sussegwentement tal-inqas kull 59 xahar wara dan, l-applikant għandu jkun meħtieġ jidher personalment. F’dak il-ħin għandhom jinġabru l-identifikaturi bijometriċi tal-applikant, li ġejjin:
immaġni tal-wiċċ meħuda dak il-ħin meta ssir l-applikazzjoni;
l-għaxar marki tas-swaba’ tiegħu meħudin ċatti u miġbura b’mod diġitali.
Madankollu, f’każ ta’ dubji raġonevoli dwar l-identità tal-applikant, il-konsulat għandu jiġbor il-marki tas-swaba’ u l-immaġni tal-wiċċ ta’ dak l-applikant fil-perijodu speċifikat fl-ewwel subparagrafu.
Barra minn hekk, jekk fil-mument li tiġi ppreżentata l-applikazzjoni, ma jkunx jista’ jiġi kkonfermat immedjatament li l-marki tas-swaba’ nġabru fil-perijodu speċifikat fl-ewwel subparagrafu, l-applikant jista’ jitlob li jinġabru.
jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
Meta jinġabru l-identifikaturi bijometriċi ta’ minorenni, għandhom jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-persunal li jieħu d-data bijometrika ta’ minorenni jkun tħarreġ speċifikament biex jieħu d-data bijometrika ta’ minorenni b’mod adattat għat-tfal u b’mod sensittiv għat-tfal u b’rispett sħiħ tal-aħjar interessi tat-tfal u s-salvagwardji stabbiliti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal;
kull minorenni jkun akkumpanjat minn membru adult tal-familja jew kustodju legali meta jittieħdu l-identifikaturi bijometriċi;
ma tintuża l-ebda forza biex jittieħdu l-identifikaturi bijometriċi.”;
il-paragrafu 7 huwa emendat kif ġej:
il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
tfal taħt l-età ta’ sitt snin u persuni ‘l fuq mill-età ta’ 75 sena;”;
jiżdied il-punt li ġej:
persuni li huma meħtieġa jidhru bħala xhieda quddiem qrati u tribunali internazzjonali fit-territorju tal-Istati Membri u li jekk jidhru personalment biex jippreżentaw applikazzjoni għal viża jitqiegħdu f’periklu serju.”;
jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:
il-paragrafu 8 jitħassar;
l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:
jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:
B’deroga mill-Artikolu 4(1), fil-każ ta’ applikazzjonijiet fejn tkun ingħatat opinjoni motivata mill-awtorità maħtura tal-VIS jew mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS, l-awtoritajiet ċentrali għandhom jew jingħataw is-setgħa li jiddeċiedu huma stess dwar l-applikazzjoni jew għandhom, wara li jivvalutaw l-opinjoni motivata, jinformaw lill-konsulat li jipproċessa l-applikazzjoni li huma joġġezzjonaw għall-ħruġ tal-viża.
il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
fil-punt(a) tal--Artikolu 25(1) jiżdied il-punt li ġej:
biex tinħareġ viża għal raġunijiet ta’ urġenza, għalkemm il-verifiki tal-hits f’konformità mal-Artikoli 9a sa 9 g tar-Regolament VIS ma jkunux tlestew;”;
fl-Artikolu 35,jiżdied il-paragrafu li ġej:
Madankollu, fuq il-fruntiera esterna tista’ tinħareġ viża b’validità territorjali limitata għat-territorju tal-Istat Membru li joħroġ il-viża għal dawn il-persuni f’każijiet eċċezzjonali, f’konformità mal-punt(a) tal-Artikolu 25(1).”;
fl-Artikolu 36, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
fl-Artikolu 39, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:
l-Artikolu 46 jitħassar;
l-Artikolu 57 huwa emendat kif ġej:
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
il-paragrafi 3 u 4 jitħassru;
fil-punt C(b) tal-Anness X, it-tieni inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:
jirrispetta d-dinjità tal-bniedem u l-integrità tal-applikanti, ma jiddiskriminax kontra persuni għal raġunijiet ta’ sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali,
jirrispetta d-dispożizzjonijiet dwar it-teħid ta’ identifikaturi bijometriċi stipulati fl-Artikolu 13, u”;
l-Anness XII jitħassar.
Artikolu 3
Emendi għar-Regolament (UE) 2016/399
Ir-Regolament (UE) Nru 2016/399 huwa emendat kif ġej:
fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:
jidaħħal il-punt li ġej:
jekk ċittadin ta’ pajjiż terz ikollu viża għal soġġorn fit-tul jew permess ta’ residenza, il-verifiki bir-reqqa mad-dħul għandhom jinkludu verifika tal-identità tad-detentur tal-viża għal soġġorn fit-tul jew tal-permess ta’ residenza u tal-awtentiċità u l-validità tal-viża għal soġġorn fit-tul jew tal-permess ta’ residenza permezz ta’ konsultazzjoni fil-VIS f’konformità mal-Artikolu 22g tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.
F’ċirkostanzi fejn il-verifika tal-identità tad-detentur tal-viża għal soġġorn fit-tul jew tal-permess ta’ residenza - jew tal-awtentiċità u l-validità tal-viża għal soġġorn fit-tul jew tal-permess ta’ residenza ma tirnexxix jew fejn ikun hemm dubji dwar l-identità tad-detentur, l-awtentiċità tal-viża għal soġġorn fit-tul jew tal-permess ta’ residenza jew tad-dokument tal-ivvjaġġar, il-persunal debitament awtorizzat ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipproċedu għal verifika taċ-ċippa tad-dokument;”;
il-punti (c) sa (f) jitħassru;
fl-Anness VII, il-punt 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“6. Minorenni
6.1. Il-gwardji tal-fruntiera għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-minorenni, kemm jekk ikunu qed jivvjaġġaw akkumpanjati kif ukoll jekk le. Minorenni li jkunu qed jaqsmu l-fruntiera esterna għandhom ikunu soġġetti għall-istess verifiki mad-dħul u mal-ħruġ bħall-adulti, kif previst f’dan ir-Regolament.
6.2. Fil-każ ta’ minorenni li jkunu akkumpanjati, il-gwardja tal-fruntiera għandu jivverifika li l-persuni li jkunu qed jakkumpanjaw lill-minorenni jkollhom ir-responsabbiltà ta’ ġenituri fuqhom jew il-kustodja legali tagħhom, speċjalment meta l-minorenni jkunu akkumpanjati minn adult wieħed biss u jkun hemm raġunijiet serji biex wieħed jissuspetta li dawn setgħu tneħħew b’mezzi illegali mill-kustodja tal-persuni li legalment jeżerċitaw ir-responsabbiltà ta’ ġenituri fuqhom jew il-kustodja legali tagħhom. F’dan l-aħħar każ, il-gwardja tal-fruntiera għandu jwettaq investigazzjoni ulterjuri sabiex jindividwa kwalunkwe inkonsistenza jew kontradizzjoni fl-informazzjoni mogħtija.
6.3. Fil-każ ta’ minorenni li jkunu qed jivvjaġġaw mhux akkumpanjati, il-gwardji tal-fruntiera għandhom jiżguraw, permezz ta’ verifiki bir-reqqa tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u d-dokumenti ta’ sostenn, li l-minorenni ma jħallux it-territorju kontra x-xewqat tal-persuni li jkollhom ir-responsabbiltà ta’ ġenituri fuqhom jew il-kustodja legali tagħhom.
6.4. L-Istati Membri għandhom jinnominaw punti ta’ kuntatt nazzjonali għal konsultazzjoni dwar minorenni u jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-Istati Membri il-lista ta’ dawk il-punti ta’ kuntatt nazzjonali.
6.5. Fejn ikun hemm dubju dwar xi waħda miċ-ċirkostanzi elenkati fil-punti 6.1, 6.2 u 6.3, il-gwardji tal-fruntiera għandhom jużaw il-lista tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali għal konsultazzjoni dwar minorenni.
6.6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gwardji tal-fruntiera li jivverifikaw il-bijometrika tat-tfal jew li jużawhom biex jidentifikaw it-tfal ikunu speċifikament imħarrġa biex jagħmlu dan b’mod adattat għat-tfal u b’mod sensittiv għat-tfal u b’rispett sħiħ tal-aħjar interessi tat-tfal u s-salvagwardji stabbiliti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Meta t-tfal ikunu akkumpanjati minn ġenitur jew kustodju legali, dik il-persuna għandha takkumpanja lill-minorenni meta l-bijometrika tiġi vverifikata jew użata għall-identifikazzjoni. Ma għandha tintuża l-ebda forza. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fejn neċessarju, li l-infrastruttura fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera tiġi adattata għall-użu tal-bijometrika tat-tfal.”.
Artikolu 4
Emendi għar-Regolament (UE) 2017/2226
Ir-Regolament (UE) 2017/2226 huwa emendat kif ġej:
l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 2, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
fejn l-identità ta’ detentur ta’ viża tiġi vverifikata bl-użu tal-marki tas-swaba’ jew l-immaġni tal-wiċċ, jivverifikaw fil-fruntieri fejn titħaddem l-EES l-identità ta’ detentur ta’ viża billi jqabblu l-marki tas-swaba’ jew l-immaġni tal-wiċċ tad-detentur tal-viża mal-marki tas-swaba’ jew l-immaġni tal-wiċċ meħuda fuq il-post u li jkunu rreġistrati fil-VIS, f’konformità mal-Artikolu 23(2) u (4) ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 18(6) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008. Għal dak it-tqabbil għandhom jintużaw biss l-immaġnijiet tal-wiċċ li jkunu rreġistrati fil-VIS b’indikazzjoni li l-immaġni tal-wiċċ ittieħdet fuq il-post mal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tal-viża.”;
jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:
jiżdied il-paragrafu li ġej:
fl-Artikolu 9(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“L-EES għandha tipprovdi l-funzjonalità għall-ġestjoni ċentralizzata ta’ dik il-lista. Ir-regoli dettaljati dwar il-ġestjoni ta’ dik il-funzjonalità għandhom jiġu stabbiliti f’atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 68(2).”;
fl-Artikolu 13, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
It-trasportaturi għandhom jipprovdu d-data mniżżla fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-Regolament. Abbażi ta’ dan, is-servizz web għandu jipprovdi lit-trasportaturi bi tweġiba OK/NOT OK. It-trasportaturi jistgħu jaħżnu l-informazzjoni mibgħuta u t-tweġiba li tkun waslet f’konformità mal-liġi applikabbli. It-trasportaturi għandhom jistabbilixxu skema ta’ awtentikazzjoni biex jiżguraw li persunal awtorizzat biss ikollu aċċess għas-servizz web. Ma għandux ikun possibbli li t-tweġiba OK/NOT OK titqies bħala deċiżjoni li tawtorizza jew tiċħad id-dħul f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/399.
Fejn ċittadini ta’ pajjiżi terzi ma jitħallewx jitilgħu abbord minħabba t-tweġiba tas-servizz web, it-trasportaturi għandhom jinformawhom li din iċ-ċaħda hija dovuta għal informazzjoni maħżuna fl-EES u għandhom jipprovdulhom informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-aċċess għal data personali rreġistrata fl-EES u r-rettifika jew it-tħassir tagħha.”;
l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
il-paragrafu 5 jitħassar;
l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
l-immaġni tal-wiċċ kif imsemmi fl-Artikolu 15, dment li ma jkunx hemm immaġni tal-wiċċ irreġistrata fil-VIS b’indikazzjoni li ttieħdet fuq il-post mal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.”;
jiddaħħal il-paragrafu li ġej :
fl-Artikolu 18(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“B’deroga mill-Artikolu 15(1) u l-punt (d) tal-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-Regolament, fejn iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jiġi miċħud id-dħul abbażi ta’ raġuni li tikkorrispondi mal-punt (B) jew (D) tal-Parti B tal-Anness V għar-Regolament (UE) 2016/399 u fejn ikun hemm dubji dwar l-awtentiċità tal-immaġni tal-wiċċ irreġistrata fil-VIS, l-immaġni tal-wiċċ imsemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu għandha tittieħed fuq il-post u tiddaħħal fil-fajl individwali irrispettivament minn kwalunkwe immaġni tal-wiċċ irreġistrata fil-VIS.”;
L-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Jekk it-tfittxija fl-EES bid-data stipulata fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tindika li fl-EES hemm data dwar iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, l-awtoritajiet tal-fruntieri għandhom:
għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex soġġetti għall-ħtieġa ta’ viża, iqabblu l-immaġni tal-wiċċ fuq il-post mal-immaġni tal-wiċċ imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 17(1)jew jipproċedu għal verifika tal-marki tas-swaba’ mal-EES, u
għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għall-ħtieġa ta’ viża:
iqabblu l-immaġni tal-wiċċ fuq il-post mal-immaġni tal-wiċċ irreġistrata fl-EES imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-Regolament jew mal-immaġni tal-wiċċ meħuda fuq il-post irreġistrata fil-VIS skont il-punt (5) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, jew
jipproċedu għal verifika tal-marki tas-swaba’ direttament mal-VIS f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.
Għall-verifika tal-marki tas-swaba’ jew tal-immaġni tal-wiċċ meħuda fuq il-post mal-VIS għad-detenturi ta’ viża, l-awtoritajiet tal-fruntieri jistgħu jniedu t-tfittxija fil-VIS direttament mill-EES kif previst fl-Artikolu 18(6) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.”;
fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma soġġetti għall-ħtieġa ta’ viża, jekk it-tfittxija fil-VIS bid-data msemmija fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tindika li fil-VIS hemm data dwar iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, għandha ssir verifika tal-marki tas-swaba’ jew tal-immaġni tal-wiċċ meħuda fuq il-post mal-VIS f’konformità mal-Artikolu 18(6) ta’ dak ir-Regolament. Għal dak il-fini, l-awtorità tal-fruntiera tista’ tniedi tfittxija mill-EES fil-VIS kif previst fl-Artikolu 18(7) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008. Fejn verifika ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma tagħtix riżultat, l-awtoritajiet tal-fruntieri għandhom jaċċessaw id-data tal-VIS għall-identifikazzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.”;
fl-Artikolu 24, jiżdied il-paragrafu li ġej:
fl-Artikolu 35, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
Artikolu 5
Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1240
Ir-Regolament (UE) Nru 2018/1240 huwa emendat kif ġej:
fl-Artikolu 4, jiddaħħal il-punt li ġej:
tappoġġa l-objettivi tal-VIS li tiffaċilita l-proċedura ta’ applikazzjoni għal viża u tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà interna tal-Istati Membri, billi tippermetti konsultazzjonijiet fl-ETIAS, inkluż fil-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS msemmija fl-Artikolu 34;”;
l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
jiddaħħal il-punt li ġej:
tiddefinixxi, tistabbilixxi, tivvaluta ex ante, timplimenta, tevalwa ex post, tirrevedi u tħassar l-indikaturi ta’ riskji speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9j tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 wara li tikkonsulta lill-Bord tal-Iskrinjar tal-VIS;”;
il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
twettaq awditi regolari tal-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet u tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 33 ta’ dan ir-Regolament u tal-Artikolu 9j tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, inkluż permezz tal-valutazzjoni regolari tal-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari fir-rigward tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data personali;”;
il-punt (h) huwa sostitwit b’dan li ġej:
tinnotifika lit-trasportaturi f’każijiet ta’ nuqqas mis-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS kif imsemmi fl-Artikolu 46(1) ta’ dan ir-Regolament jew tal-VIS kif imsemmi fl-Artikolu 45d(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;”;
fil-paragrafu 3, jiddaħħal il-punt li ġej:
informazzjoni dwar il-funzjonament tal-indikaturi ta’ riskji speċifiċi għall-VIS.”;
fl-Artikolu 8(2), jiżdied il-punt li ġej:
jivverifikaw manwalment il-hits fil-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS imsemmija fl-Artkolu 34 ta’ dan ir-Regolament skattati mill-konsultazzjonijiet awtomatizzati mwettqa mill-VIS skont l-Artikoli 9a u 22b tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u jagħmlu segwitu ta’ dawk il-hits, f’konformità mal-Artikolu 9e ta’ dak ir-Regolament.”;
jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 11a
Interoperabbiltà mal-VIS
Mid-data tal-bidu tal-operazzjonijiet tal-VIS skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/1134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 23 ) , is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u s-CIR għandhom ikunu ikkonnettjati mal-ESP biex ikun jista’ jsir l-ipproċessar awtomatizzat skont l-Artikoli 9a u 22b tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.
fl-Artikolu 13, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
jiddaħħal il-Kapitolu li ġej:
“KAPITOLU IXA
UŻU TAL-ETIAS MILL-AWTORITAJIET TAL-VIŻA U L-AWTORITAJIET KOMPETENTI BIEX JIDDEĊIEDU DWAR APPLIKAZZJONI GĦAL VIŻA GĦAL SOĠĠORN TWIL JEW GĦAL PERMESS TA’ RESIDENZA
Artikolu 49a
Aċċess għad-data mill-awtoritajiet tal-viża u l-awtoritajiet kompetenti biex jiddeċiedu dwar applikazzjoni għal viża għal soġġorn twil jew għal permess ta’ residenza
Għall-fini tat-twettiq tal-verifiki stipulati fl-Artikoli 9c u 22b tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, l-awtoritajiet kompetenti tal-viża u l-awtoritajiet kompetenti biex jiddeċiedu dwar applikazzjoni għal viża għal soġġorn twil jew għal permess ta’ residenza għandu jkollhom id-dritt jaċċessaw data rilevanti fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u fis-CIR.”;
fl-Artikolu 69(1), jiżdied il-punt li ġej:
il-hits skattati mill-konsultazzjonijiet awtomatizzati mwettqa mill-VIS skont l-Artikoli 9a u 22b tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, id-data pproċessata mill-awtoritajiet kompetenti tal-viża u l-awtoritajiet kompetenti biex jiddeċiedu dwar applikazzjoni għal viża għal soġġorn twil jew għal permess ta’ residenza għall-fini ta’ verifika manwali tal-hits f’konformità mal-Artikoli 9c u 22b ta’ dak ir-Regolament, u d-data pproċessata mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS f’konformità mal-Artikolu 9e ta’ dak ir-Regolament.”;
fl-Artikolu 75(1), jiżdied il-punt li ġej:
l-indikaturi ta’ riskji speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9j tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.”.
Artikolu 6
Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1860
Fir-Regolament (UE) Nru 2018/1860, l-Artikolu 19 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 19
Applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1861
Sakemm mhumiex stabbiliti f’dan ir-Regolament, id-dħul, l-ipproċessar u l-aġġornament ta’ allerti, id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u tal-eu-LISA, il-kondizzjonijiet dwar l-aċċess għall-allerti u l-perijodu ta’ rieżami tagħhom, l-ipproċessar tad-data, il-protezzjoni tad-data, ir-responsabbiltà u l-monitoraġġ u l-istatistika, kif stipulat fl-Artikoli 6 sa 19, l-Artikolu 20(3) u (4), l-Artikoli 21, 23, 32 u 33, l-Artikolu 34(5), l-Artikolu 36a u l-Artikoli 38 sa 60 tar-Regolament (UE) 2018/1861, għandhom japplikaw għad-data mdaħħla u pproċessata fis-SIS f’konformità ma’ dan ir-Regolament.”.
Artikolu 7
Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1861
Ir-Regolament (UE) Nru 2018/1861 huwa emendat kif ġej:
jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 18a
Żamma ta’ reġistri għall-fini tal-operabbiltà mal-VIS
Ir-reġistri ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar tad-data mwettqa fi ħdan is-SIS u l-VIS skont l-Artikolu 36c ta’ dan ir-Regolament għandhom jinżammu f’konformità mal-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.”;
jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 36a
Interoperabbiltà mal-VIS
Mid-data tal-bidu tal-operazzjonijiet tal-VIS skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/1134tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 24 ), is-SIS Ċentrali għandha tkun ikkonnettjata mal-ESP biex ikun jista’ jsir l-ipproċessar awtomatizzat skont l-Artikoli 9a u 22b tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.
Artikolu 8
Emendi għar-Regolament (UE) 2019/817
Ir-Regolament (UE) 2019/817 huwa emendat kif ġej:
fl-Artikolu 4, il-punt 20 huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘awtoritajiet maħtura’ tfisser l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri kif definit fil-punt (26) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2017/2226, fil-punt (3a) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) 767/2008, u fil-punt (21) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240;”;
fl-Artikolu 13(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
id-data msemmija fil-punti (5) u (6) tal-Artikolu 9 u l-punti (k) u (j) tal-Artikolu 22a(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, dment, fir-rigward tal-immaġni tal-wiċċ, li din tkun ġiet irreġistrata fil-VIS b’indikazzjoni li ttieħdet fil-post mal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni;”;
fl-Artikolu 18(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
id-data msemmija fil-punti (4)(a) sa (ca) u l-punti (5) u (6) tal-Artikolu 9 u fil-punti (d) sa (g), (j) u (k) tal-Artikolu 22a(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;”;
fl-Artikolu 26(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
l-awtoritajiet tal-viża u l-awtoritajiet kompetenti biex jiddeċiedu dwar applikazzjoni għal viża għal soġġorn twil jew għal permess ta’ residenza kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 meta joħolqu jew jaġġornaw fajl ta’ applikazzjoni fil-VIS f’konformità ma’ dak ir-Regolament;
l-awtoritajiet maħtura tal-VIS imsemmija fl-Artikoli 9d u 22b tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 meta jkunu qed jivverifikaw il-hits manwalment skattati minn konsultazzjonijiet awtomatizzati mill-VIS għall-ECRIS-TCN f’konformità ma’ dak ir-Regolament;”;
fl-Artikolu 27(3), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
il-kunjom (l-isem tal-familja); l-isem/ismijiet (l-isem/ismijiet mogħtija); id-data tat-twelid; il-post tat-twelid; is-sess, u n-nazzjonalità jew nazzjonalitajiet kif imsemmi fil-punti (4)(a) u (aa) tal-Artikolu 9 u fil-punt (d) tal-Artikolu 22a(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;”;
fl-Artikolu 29(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
l-awtoritajiet tal-viża u l-awtoritajiet kompetenti biex jiddeċiedu dwar applikazzjoni għal viża għal soġġorn twil jew għal permess ta’ residenza kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 għal konkordanzi li seħħew meta nħoloq jew ġie aġġornat fajl ta’ applikazzjoni fil-VIS f’konformità ma’ dak ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-każijiet imsemmija fil-punt (ba) ta’ dan il-paragrafu;
l-awtoritajiet maħtura tal-VIS imsemmija fl-Artikoli 9d u 22b tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 biss għal links sofor maħluqa bejn id-data fil-VIS u l-ECRIS-TCN meta jinħoloq jew jiġi aġġornat fajl ta’ applikazzjoni fil-VIS f’konformità ma’ dak ir-Regolament;”;
fl-Artikolu 39, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
fl-Artikolu 72, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
Artikolu 9
Emendi għar-Regolament (UE) 2019/1896
Fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2019/1896, jiddaħħal il-punt li ġej:
tissodisfa l-kompiti u l-obbligi fdati lill-Aġenzija skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2008;”.
Artikolu 10
Tħassir
Id-Deċiżjonijiet 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI jiħassru. Ir-referenzi għal dawk id-Deċiżjonijiet għandhom jitqiesu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabelli ta’ korrelazzjoni fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament, rispettivament.
Artikolu 11
Bidu tal-operazzjonijiet
Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi d-data li fiha jibdew l-operazzjonijiet tal-VIS skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tadotta dik id-deċiżjoni ladarba jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-miżuri msemmija fl-Artikolu 5a(3), l-Artikolu 6(5), it-tielet paragrafu tal-Artikolu 9, l-Artikolu 9h(2), l-Artikolu 9j(2) u (3), l-Artikolu 22b(18), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29(2a), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29a(3), l-Artikolu 45, ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 45c(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45c(5), l-Artikolu 45d(3) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 50(4) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 ikunu ġew adottati;
l-eu-LISA tkun innotifikat lill-Kummissjoni li l-attivitajiet kollha ta’ ttestjar tlestew b’suċċess;
l-Istati Membri jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni li jkunu għamlu l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa biex jipproċessaw id-data skont dan ir-Regolament u jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-eu-LISA bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 45b tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;
F’każ ta’ dewmien fl-implimentazzjoni sħiħa ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-aktar fis possibbli dwar ir-raġunijiet għad-dewmien kif ukoll dwar l-impatt tagħhom f’termini ta’ żmien u spejjeż.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data stabbilita mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 11, bl-eċċezzjoni ta’:
id-dispożizzjonijiet li ġejjin li għandhom japplikaw mit-2 ta’ Awwissu 2021:
il-punt (6) tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-Artikolu 5a(3) u tal-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;
il-punt (10)(c) tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;
il-punt (11) tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-Artikolu 9h(2) u l-Artikolu 9j(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;
il-punt (26) tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-Artikolu 22b(18) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;
il-punt (34) tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29(2a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29a(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;
il-punt (44) tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-Artikolu 45, ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 45c(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45c(5) u l-Artikolu 45d(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;
il-punt (46) tal-Artikolu 1;
il-punt (47) tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-Artikolu 49 u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 50(4) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008; u
l-punt (2) tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226;
il-punti 40) sa (43) tal-Artikolu 1, li għandhom japplikaw mit-3 ta’ Awwissu 2022;
il-punt (44) tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-Artikoli 45e u 45f tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, li għandu japplika mit-3 ta’ Awwissu 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
ANNESS I
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI GĦAD-DEĊIŻJONI 2004/512/KE
Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE |
Regolament (KE) Nru 767/2008 |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1 |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 2a |
Artikolu 2 |
- |
Artikolu 3 u 4 |
Artikolu 45 |
Artikolu 5 |
Artikolu 49 |
Artikolu 6 |
- |
ANNESS II
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI GĦAD-DEĊIŻJONI 2008/633/ĠAI
Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI |
Regolament (KE) Nru 767/2008 |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 4 |
Artikolu 3 |
Artikoli 22l u 22m, Artikolu 45b |
Artikolu 4 |
Artikolu 22n |
Artikolu 5 |
Artikolu 22o |
Artikolu 6 |
Artikolu 22t |
Artikolu 7 |
Artikolu 22m Artikolu 22r |
Artikolu 8 |
Artikolu 28(5), Artikolu 31(4) u (5), u Kapitolu VI |
Artikolu 9 |
Artikolu 32 |
Artikolu 10 |
Artikolu 33 |
Artikolu 11 |
Artikolu 35 |
Artikolu 12 |
Artikolu 36 |
Artikolu 13 |
Artikolu 30 |
Artikolu 14 |
Artikolu 38 |
Artikolu 15 |
- |
Artikolu 16 |
Artikolu 22s |
Artikolu 17 |
Artikolu 50 |
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31).
( 2 ) Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).”;
( 3 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 ( ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).”;
( 4 ) Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).
( 5 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz (ĠU L 157, 15.6.2002, p. 1)
( 6 ) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
( 7 ) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
( 8 ) Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).
( 9 ) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).”;
( 10 ) Id-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar il-lista ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b’viża u dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għall-istabbiliment ta’ din il-lista (ĠU L 287, 4.11.2011, p 9).”;
( 11 ) Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).”;
( 12 ) Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas- 26 ta’ Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta’ informazzjoni estratta mir-rekords kriminali (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 23).”;
( 13 ) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.”;
( 14 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1908 tat-12 ta’ Ottubru 2017 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li jirrigwardaw is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 269, 19.10.2017, p. 39).”;
( 15 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas- 16 ta’ Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).”;
( 16 ) Ir-Rgolament (UE) 2021/1134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU L 248, 13.7.2021, p. 11).
( 17 ) Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).”;
( 18 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”.
( 19 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 ( ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).
( 20 ) Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d- Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27).”‘
( 21 ) Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).”;
( 22 ) Ir-Regolament (IE) 2021/1134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU L 248, 13.7.2021, p. 11).”;
( 23 ) Ir-Regolament (IE) 2021/1134tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU L 248, 13.7.2021, p. 11).”;
( 24 ) Ir-Regolament (IE) 2021/1134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU L 248, 13.7.2021, p. 11).”;
( 25 ) Ir-Regolament (IE) 2021/1134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU L 248, 13.7.2021, p. 11).”.