02021R1058 — MT — 01.03.2024 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) 2021/1058 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Ġunju 2021

dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni

(ĠU L 231 30.6.2021, p. 60)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2024/795 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tad-29 ta’ Frar 2024

  L 795

1

29.2.2024


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 013, 20.1.2022, p.  74 (2021/1058)




▼B

REGOLAMENT (UE) 2021/1058 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Ġunju 2021

dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni



WERREJ

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 1

Suġġett

Artikolu 2

Kompiti tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni

Artikolu 3

Objettivi speċifiċi għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni

Artikolu 4

Konċentrazzjoni tematika tal-appoġġ tal-FEŻR

Artikolu 5

Ambitu tal-appoġġ mill-FEŻR

Artikolu 6

Ambitu tal-appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni

Artikolu 7

Esklużjoni mill-ambitu tal-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni

Artikolu 8

Indikaturi

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IT-TRATTAMENT TA' KARATTERISTIĊI TERRITORJALI PARTIKOLARI U INVESTIMENTI INTERREĠJONALI FL-INNOVAZZJONI

Artikolu 9

Żvilupp territorjali integrat

Artikolu 10

Appoġġ għal żoni żvantaġġati

Artikolu 11

Żvilupp urban sostenibbli

Artikolu 12

Inizjattiva Urbana Ewropea

Artikolu 13

Investimenti Interreġjonali fl-Innovazzjoni

Artikolu 14

Ir-reġjuni ultraperiferiċi

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 15

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Artikolu 16

Eżerċizzju tad-delega

Artikolu 17

Rieżami

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

ANNESS I

Indikaturi komuni ta' output u ta' riżultati għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni - l-Artikolu 8(1)

ANNESS II

Ġabra ċentrali ta' indikaturi tal-prestazzjoni għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni msemmija fl-Artikolu 8(3), li jridu jintużaw mill-Kummissjoni f'konformità mar-rekwiżit ta' rappurtar tagħha skont il-punt (h)(iii) tal-Artikolu 41(3) tar-Regolament Finanzjarju

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 1

Suġġett

1.  
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-objettivi speċifiċi u l-ambitu tal-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) fir-rigward tal-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) imsemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060.
2.  
Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll l-objettivi speċifiċi u l-ambitu tal-appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni fir-rigward tal-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament2021/1060.

Artikolu 2

Kompiti tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni

1.  
Il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni għandhom jikkontribwixxu għall-objettiv ġenerali li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni.
2.  
Il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni fi ħdan l-Unjoni, u għat-tnaqqis tar-ritard tar-reġjuni l-inqas favoriti permezz tal-parteċipazzjoni fl-aġġustament strutturali tar-reġjuni li l-iżvilupp tagħhom ikun għadu lura u fil-konverżjoni tar-reġjuni industrijali li jkunu sejrin lura, inkluż bil-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u l-indirizzar tal-isfidi ambjentali.
3.  
Il-Fond ta' Koeżjoni għandu jikkontribwixxi għall-proġetti fil-qasam tal-ambjent u tan-networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport (TEN-T).

Artikolu 3

Objettivi speċifiċi għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni

1.  

F'konformità mal-objettivi ta' politika stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-FEŻR għandu jappoġġa l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a) 

Ewropa aktar kompetittiva u aktar intelliġenti bis-saħħa tal-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti u konnettività tal-ICT reġjonali (PO 1) permezz ta':

(i) 

l-iżvilupp u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-adozzjoni ta' teknoloġiji avvanzati;

(ii) 

it-teħid tal-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni għaċ-ċittadini, il-kumpanniji, l-organizzazzjonijiet ta' riċerka u l-awtoritajiet pubbliċi;

(iii) 

it-tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività tal-SMEs u l-ħolqien tal-impjiegi fl-SMEs, inkluż permezz ta' investimenti li jiġġeneraw id-dħul;

(iv) 

l-iżvilupp ta' ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, tranżizzjoni industrijali u l-intraprenditorija;

(v) 

it-titjib tal-konnettività diġitali;

▼M1

(vi) 

l-appoġġ għall-investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP) imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2024/795 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).

▼B

(b) 

Ewropa ekoloġika, b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, fit-tranżizzjoni lejn ekonomija mingħajr ebda emissjoni tal-karbonju u reżiljenti billi tippromwovi t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju u mobbiltà urbana sostenibbli (PO 2) permezz ta':

(i) 

il-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra;

(ii) 

il-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli f'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001, inkluż il-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fiha;

(iii) 

l-iżvilupp ta' sistemi tal-enerġija intelliġenti, grids u ħażna barra min- Network Trans-Ewropew tal-Enerġija (TEN-E);

(iv) 

il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju ta' diżastri u r-reżiljenza, filwaqt li jitqiesu l-approċċi bbażati fuq l-ekosistema;

(v) 

il-promozzjoni tal-aċċess għall-ilma u tal-immaniġġjar sostenibbli tal-ilma;

(vi) 

il-promozzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi;

(vii) 

it-tisħiħ tal-protezzjoni u l-preservazzjoni tan-natura, il-bijodiversità u l-infrastruttura ekoloġika, inkluż f'żoni urbani, u t-tnaqqis tal-forom kollha ta' tniġġis;

(viii) 

il-promozzjoni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli, bħala parti mit-tranżizzjoni lejn ekonomija mingħajr ebda emissjonijiet tal-karbonju;

▼M1

(ix) 

l-appoġġ għall-investimenti li jikkontribwixxu għall-objettiv ta’ STEP imsemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (a)(ii) tar-Regolament (UE) 2024/795.

▼B

(c) 

Ewropa aktar konnessa permezz tat-titjib tal-mobbiltà (PO 3) permezz ta':

(i) 

l-iżvilupp ta' TEN-T reżiljenti għall-klima, intelliġenti, sigur, sostenibbli u intermodali;

(ii) 

l-iżvilupp u t-titjib ta' mobbiltà nazzjonali, reġjonali u lokali, sostenibbli, reżiljenti għall-klima, intelliġenti u intermodali, inkluż aċċess imtejjeb għat-TEN-T u l-mobbiltà transfruntiera;

(d) 

Ewropa aktar soċjali u inklużiva li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (PO 4) permezz ta':

(i) 

it-tisħiħ tal-effettività u l-inklużività tas-swieq tax-xogħol u l-aċċess għal impjiegi ta' kwalità permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura soċjali u l-promozzjoni tal-ekonomija soċjali;

(ii) 

it-titjib tal-aċċess ugwali għal servizzi inklussivi u ta' kwalità fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja permezz tal-iżvilupp ta' infrastruttura aċċessibbli, inkluż permezz tat-trawwim tar-reżiljenza għal tagħlim u taħriġ mill-bogħod u online;

(iii) 

il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjoekonomika ta' komunitajiet emarġinati, familji bi dħul baxx u gruppi żvantaġġati, inkluż persuni bi bżonnijiet speċjali, permezz ta' azzjonijiet integrati li jinkludu akkomodazzjoni u servizzi soċjali;

(iv) 

il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, inkluż migranti permezz ta' azzjonijiet integrati, inkluż akkomodazzjoni u servizzi soċjali;

(v) 

l-iżgurar ta' aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa u t-trawwim tar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa, inkluża l-kura primarja, u l-promozzjoni tat-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura bbażata fil-familja u bbażata fil-komunità;

(vi) 

it-tisħiħ tar-rwol tal-kultura u t-turiżmu sostenibbli fl-iżvilupp ekonomiku, l-inklużjoni soċjali u l-innovazzjoni soċjali;

(e) 

Ewropa eqreb taċ-ċittadini billi trawwem l-iżvilupp sostenibbli u integrat ta' kull tip ta' territorju u inizjattivi lokali (PO 5) permezz ta':

(i) 

it-trawwim tal-iżvilupp soċjali, ekonomiku u ambjentali integrat u inklużiv, tal-kultura, il-wirt naturali, it-turiżmu sostenibbli u s-sigurtà fiż-żoni urbani;

(ii) 

it-trawwim tal-iżvilupp lokali soċjali, ekonomiku u ambjentali integrat u inklużiv, tal-iżvilupp lokali fl-oqsma kulturali, tal-wirt naturali, tat-turiżmu sostenibbli u tas-sigurtà u f'żoni barra dawk urbani.

L-appoġġ taħt l-objettiv PO 5 għandu jiġi pprovdut permezz ta' strateġiji ta' żvilupp territorjali u lokali, permezz tal-forom stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 28 tar-Regolament(UE) 2021/1060.

▼M1

1a.  
Ir-riżorsi taħt l-objettiv speċifiku msemmi fil-paragrafu 1,il-punti (a)(vi) u (b)(ix), għandhom jiġu pprogrammati taħt prijoritajiet iddedikati li jikkorrispondu għall-objettiv ta’ politika rispettiv u għandhom ikunu limitati għal massimu ta’ 20 % tal-allokazzjoni nazzjonali inizjali tal-FEŻR.

Il-Kummissjoni għandha tħallas 30 % tal-allokazzjoni lil dawk il-prijoritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu kif stabbilit fid-deċiżjoni li tapprova l-emenda tal-programm bħala prefinanzjament eċċezzjonali ta’ darba minbarra l-prefinanzjament annwali għall-programm previst fl-Artikolu 90(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2021/1060 jew fl-Artikolu 51(2), (3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ). Dak il-prefinanzjament eċċezzjonali għandu jitħallas fi żmien 60 jum mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-emenda tal-programm, dment li l-emenda tal-programm tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2025.

F’konformità mal-Artikolu 90(5) tar-Regolament (UE) 2021/1060 u mal-Artikolu 51(5) tar-Regolament (UE) 2021/1059, l-ammont imħallas bħala prefinanzjament eċċezzjonali għandu jiġi kklerjat mill-kontijiet tal-Kummissjoni sa mhux aktar tard mis-sena kontabilistika finali.

F’konformità mal-Artikolu 90(6) tar-Regolament (UE) 2021/1060, kwalunkwe mgħax iġġenerat mill-prefinanzjament eċċezzjonali għandu jintuża għall-programm ikkonċernat bl-istess mod bħall-FEŻR u għandu jiġi inkluż fil-kontijiet għas-sena kontabilistika finali.

F’konformità mal-Artikolu 97(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-prefinanzjament eċċezzjonali ma għandux jiġi sospiż.

F’konformità mal-Artikolu 105(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-prefinanzjament li għandu jitqies għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti li għandhom jiġu diżimpenjati għandu jinkludi l-prefinanzjament eċċezzjonali mħallas.

B’deroga mill-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) 2021/1060, ir-rati massimi ta’ kofinanzjament għal prijoritajiet iddedikati stabbiliti biex jappoġġaw l-objettivi ta’ STEP għandhom ikunu pari għal 100 %.

▼B

2.  
Taħt iż-żewġ objettivi speċifiċi tal-punt (e) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu wkoll jappoġġaw operazzjonijiet li jistgħu jiġu ffinanzjati taħt l-objettivi speċifiċi stabbiliti taħt il-punti (a) sa (d) ta' dak il-paragrafu.
3.  
Il-Fond ta' Koeżjoni għandu jappoġġa PO 2 u 3.
4.  

Fi ħdan l-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-FEŻR jew il-Fond ta' Koeżjoni, skont il-każ, jistgħu wkoll jappoġġaw l-attivitajiet taħt l-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, fejn:

(a) 

itejbu l-kapaċità tal-awtoritajiet tal-programm;

(b) 

itejbu l-kapaċità tal-atturi settorjali jew territorjali responsabbli għat-twettiq ta' attivitajiet rilevanti għall-implimentazzjoni tal-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, dment li dan jikkontribwixxi għall-objettivi tal-programm; jew

(c) 

isaħħu l-kooperazzjoni mas-sħab ġewwa u barra minn Stat Membru speċifiku.

Il-kooperazzjoni msemmija fil-punt (c) għandha tinkludi l-kooperazzjoni ma' sħab minn reġjuni transfruntiera, minn reġjuni mhux kontigwi jew minn reġjuni li jinsabu fit-territorju kopert minn Raggruppament Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali, strateġija makroreġjonali jew tal-baċini tal-baħar jew kombinament tagħhom.

Artikolu 4

Konċentrazzjoni tematika tal-appoġġ tal-FEŻR

1.  
Fir-rigward ta' programmi implimentati taħt l-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, it-total tar-riżorsi tal-FEŻR, għajr dawk għall-assistenza teknika, f'kull Stat Membru għandhom ikunu kkonċentrati fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-kategorija tar-reġjun f'konformità mal-paragrafi 3 sa 9.
2.  
Fir-rigward tal-konċentrazzjoni tematika ta' appoġġ għall-Istati Membri li jinkludu reġjuni ultraperiferiċi, ir-riżorsi tal-FEŻR allokati speċifikament għal programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi u dawk allokati għar-reġjuni l-oħra kollha għandhom jiġu ttrattati b'mod separat.
3.  
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jikkonformaw mal-konċentrazzjoni tematika fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-kategorija tar-reġjun. Kull Stat Membru għandu jindika l-għażla tiegħu fil-Ftehim ta' Sħubija tiegħu msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2021/1060. Dik l-għażla għandha tapplika għat-total tar-riżorsi tal-FEŻR ta' dak l-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għall-perijodu ta' programmazzjoni kollu.
4.  

Għall-finijiet ta' konċentrazzjoni tematika fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu klassifikati, f'termini ta' proporzjon tad-dħul nazzjonali gross tagħhom, kif ġej:

(a) 

dawk bi proporzjon ta' dħul nazzjonali gross ugwali għal jew ogħla minn 100 % tal-medja tal-UE ("grupp 1");

(b) 

dawk bi proporzjon ta' dħul nazzjonali gross ugwali għal jew ogħla minn 75 % u anqas minn 100 % tal-medja tal-UE ("grupp 2");

(c) 

dawk bi proporzjon ta' dħul nazzjonali gross anqas minn 75 % tal-medja tal-UE ("grupp 3").

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-proporzjon tad-dħul gross nazzjonali tfisser il-proporzjon bejn id-dħul gross nazzjonali per capita ta’ Stat Membru, imkejjel permezz tal-istandards tal-poter tal-akkwist u kkalkolat fuq il-bażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu mill-2015 sal-2017, u l-medja tad-dħul nazzjonali gross per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist tas-27 Stat Membru għal dak l-istess perjodu ta' referenza.

Fir-rigward tal-programmi taħt l-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir għar-reġjuni ultraperiferiċi, huma għandhom jiġu kklassifikati bħala li jaqgħu taħt il-grupp 3.

Fir-rigward tal-programmi taħt l-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir għall-Istati Membri gżejjer li jirċievu appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni, huma għandhom jiġu kklassifikati bħala li jaqgħu taħt il-grupp 3.

5.  

Għall-finijiet ta' konċentrazzjoni tematika fil-livell tal-kategorija tar-reġjun, ir-reġjuni għandhom jiġu kklassifikati skont il-kategoriji tar-reġjun f'konformità mal-Artikolu 108(2) tar-Regolament(UE) 2021/1060, bħala:

(a) 

reġjuni aktar żviluppati;

(b) 

reġjuni ta' tranżizzjoni;

(c) 

reġjuni anqas żviluppati.

6.  

L-Istati Membri għandhom jikkonformaw fil-livell nazzjonali mar-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika li ġejjin:

(a) 

l-Istati Membri tal-grupp 1 jew reġjuni aktar żviluppati għandhom jallokaw mill-inqas 85 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 għall-PO 1 u l-PO 2, u mill-inqas 30 % għall-PO 2;

(b) 

l-Istati Membri tal-grupp 2 jew reġjuni ta' tranżizzjoni għandhom jallokaw mill-inqas 40 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 għall-PO 1, u mill-inqas 30 % għall-PO 2;

(c) 

l-Istati Membri tal-grupp 3 jew reġjuni anqas żviluppati għandhom jallokaw mill-inqas 25 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 għall-PO 1 u mill-inqas 30 % għall-PO 2.

Meta Stat Membru jiddeċiedi li jikkonforma ma' rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika fil-livell tal-kategorija tar-reġjuni, il-limiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom japplikaw għar-riżorsi tal-FEŻR imsemmija fil-paragrafu 1 aggregati flimkien għar-reġjuni kollha li jaqgħu fil-kategorija rispettiva tar-reġjun.

7.  
Meta Stat Membru jalloka lill-PO 2 aktar minn 50 % tar-riżorsi totali tiegħu tal-Fond ta' Koeżjoni għajr għall-assistenza teknika kif ikkalkulati wara t-trasferiment stabbilit fl-Artikolu 110(4) tar-Regolament(UE)2021/1060, bl-esklużjoni ta' riżorsi taħt l-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (b)(viii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament, l-allokazzjoni li taqbeż il-50 % tista' titqies meta tiġi kkalkulata l-konformità mar-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika stabbiliti fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jikkonforma mal-konċentrazzjoni tematika fil-livell tal-kategoriji tar-reġjuni, ir-riżorsi tal-Fond ta' Koeżjoni li jitqiesu għar-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika skont l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu allokati pro rata għall-kategoriji differenti tar-reġjuni abbażi tas-sehem relattiv tagħhom tal-popolazzjoni totali tal-Istat Membru kkonċernat.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-Ftehim ta' Sħubija tagħhom imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2021/1060 jekk ir-riżorsi tal-Fond ta' Koeżjoni humiex ser jitqiesu għar-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika għall-PO2.

8.  
Ir-riżorsi taħt l-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (a)(v) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) għandhom jiġu pprogrammati taħt prijorità dedikata.

B'deroga mill-paragrafu 6, 40 % ta' tali riżorsi għandhom jitqiesu meta tiġi kkalkulata l-konformità mar-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika għall-PO 1 stabbiliti fil-paragrafu 6.

Ir-riżorsi kkunsidrati għar-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika f'konformità mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx jaqbżu l-40 % tar-rekwiżiti minimi ta' konċentrazzjoni tematika għall-PO1 stabbiliti fil-paragrafu 6.

9.  
Ir-riżorsi taħt l-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (b)(viii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) għandhom jiġu pprogrammati taħt prijorità apposta.

B'deroga mill-paragrafu 6, 50 % ta' tali riżorsi tal-FEŻR għandhom jitqiesu meta tiġi kkalkulata l-konformità mar-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika għall-PO 2 stabbiliti fil-paragrafu 6.

Ir-riżorsi kkunsidrati għar-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika f'konformità mat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandhomx jaqbżu l-50 % tar-rekwiżiti minimi ta' konċentrazzjoni tematika għall-PO 2 stabbiliti fil-paragrafu 6.

10.  
Ir-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika stabbiliti fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu segwiti matul il-perijodu kollu ta' programmar, inkluż meta jiġu trasferiti bejn l-allokazzjonijiet tal-FEŻR tal-prijoritajiet ta' programm jew bejn il-programmi u fir-reviżjoni ta' nofs it-terminu f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament(UE) 2021/1060.
11.  
Fejn l-allokazzjoni tal-FEŻR fir-rigward ta' PO 1 jew PO 2, jew it-tnejn, ta' programm partikolari titnaqqas wara diżimpenn skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) 2021/1060, jew minħabba korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 104 ta' dan ir-Regolament, il-konformità mar-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika stabbiliti fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu vvalutati mill-ġdid.
12.  
Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-finanzjament addizzjonali għar-reġjuni skarsament popolati tat-tramuntana msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 110(1) tar-Regolament(UE) 2021/1060.

Artikolu 5

Ambitu tal-appoġġ mill-FEŻR

1.  

Il-FEŻR għandu jappoġġa dawn li ġejjin:

(a) 

investimenti fl-infrastruttura;

(b) 

attivitajiet għar-riċerka applikata u l-innovazzjoni, inkluż ir-riċerka industrijali, l-iżvilupp sperimentali u l-istudji tal-fattibbiltà;

(c) 

investimenti fl-aċċess għas-servizzi;

(d) 

investimenti produttivi fl-SMEs u investimenti li għandhom l-għan li jissalvagwardjaw l-impjiegi eżistenti u joħolqu impjiegi ġodda;

(e) 

tagħmir, software u assi intanġibbli;

(f) 

networking, kooperazzjoni, skambju ta' esperjenzi u attivitajiet li jinvolvu raggruppamenti tal-innovazzjoni inkluż bejn negozji, organizzazzjonijiet ta' riċerka u awtoritajiet pubbliċi;

(g) 

informazzjoni, komunikazzjoni u studji; u

(h) 

assistenza teknika.

2.  

Jistgħu jiġu appoġġati investimenti produttivi f'intrapriżi għajr SMEs:

(a) 

meta jinvolvu kooperazzjoni ma' SMEs f'attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni appoġġati taħt il-punt (a)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1);

(b) 

meta jkunu qed jappoġġaw primarjament miżuri ta' effiċjenza enerġetika u enerġija rinnovabbli taħt il-punti (b)(i) u (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1);

(c) 

meta jsiru f'kumpanniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja u kumpanniji b'kapitalizzazzjoni medja kif definiti fil-punti (6) u (7) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) permezz ta' strumenti finanzjarji; jew

(d) 

meta jsiru f'kumpanniji żgħar b'kapitalizzazzjoni medja f'attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni appoġġati taħt il-punt (a)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1);

▼M1

(e) 

meta jikkontribwixxu għall-objettiv speċifiku skont il-PO 1 stabbilit fl-Artikolu 3(1), il-punt (a)(vi), jew għall-objettiv speċifiku skont il-PO 2 stipulat fl-Artikolu 3(1), il-punt (b)(ix), f’reġjuni anqas żviluppati u f’reġjuni fi tranżizzjoni, kif ukoll reġjuni aktar żviluppati fl-Istati Membri li l-PDG medju per capita tagħhom huwa taħt il-medja tal-EU-27 skont l-istandards tal-kapaċità tal-akkwist u kkalkolata abbażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu 2015-2017, filwaqt li tinżamm enfasi fuq l-SMEs.

Il-punt (e) għandu japplika għall-programmi ta’ Interreg fejn il-kopertura ġeografika tal-programm fl-Unjoni tikkonsisti esklużivament minn kategoriji ta’ reġjuni stabbiliti f’dak il-punt.

▼B

3.  
Sabiex jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku taħt il-PO 1 stabbilit fil-punt (a)(iv) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1), il-FEŻR għandu jappoġġa wkoll it-taħriġ, it-tagħlim tul il-ħajja, it-taħriġ mill-ġdid u l-attivitajiet edukattivi.

▼M1

3a.  
Sabiex jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku skont il-PO 1 stabbilit fl-Artikolu 3(1), il-punt (a)(vi), u skont il-PO 2 stabbilit fil-punt (b)(ix) ta’ dak is-subparagrafu, il-FEŻR għandu jappoġġa wkoll it-taħriġ, it-tagħlim tul il-ħajja, it-taħriġ mill-ġdid u l-attivitajiet edukattivi.

▼B

4.  
Sabiex jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku taħt il-PO 2 stabbilit taħt il-punt (b)(iv) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) u għall-objettiv speċifiku taħt il-PO 4 stabbilit fil-punt (d)(v) ta' dak is-subparagrafu, il-FEŻR għandu wkoll jappoġġa x-xiri ta' forniment neċessarju għat-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa u għat-tisħiħ tar-reżiljenza għad-diżastri.
5.  

Taħt Interreg, il-FEŻR jista' jappoġġa wkoll:

(a) 

il-kondiviżjoni tal-faċilitajiet u tar-riżorsi umani; u

(b) 

investimenti moderati ta' akkumpanjament u attivitajiet oħra marbuta mal-PO 4 taħt il-Fond Soċjali Ewropew Plus kif stipulat fir-Regolament (UE) 2021/1057.

6.  
Il-FEŻR jista’ jappoġġa l-finanzjament tal-kapital operatorju fl-SMEs fil-forma ta' għotjiet, fejn strettament meħtieġ bħala miżura temporanja bħala reazzjoni għal ċirkostanzi eċċezzjonali jew mhux tas-soltu msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2021/1060.
7.  
Fejn, fuq talba ppreżentata mill-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni ssib li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6 huma ssodisfati, hija għandha tadotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tispeċifika l-perijodu li matulu l-appoġġ addizzjonali temporanju mill-FEŻR huwa awtorizzat.
8.  
Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafu 6 u tivvaluta jekk l-appoġġ addizzjonali temporanju mill-FEŻR huwiex biżżejjed biex jiffaċilita l-użu tal-fond b'reazzjoni għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali jew mhux tas-soltu. Abbażi tal-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha, fejn jitqies xieraq, tagħmel proposti għal emendi għal dan ir-Regolament, inkluż dwar rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika fl-Artikolu 4.
9.  
Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jistiednu lill-Kummissjoni għal djalogu strutturat dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 6, 7 u 8 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-Artikolu 20(3) tar-Regolament(UE) 2021/1060.

Artikolu 6

Ambitu tal-appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni

1.  

Il-Fond ta' Koeżjoni għandu jappoġġa dawn li ġejjin:

(a) 

investimenti fl-ambjent, li jinkludu investimenti relatati mal-iżvilupp sostenibbli u l-enerġija li jippreżentaw benefiċċji ambjentali, b'fokus partikolari fuq l-enerġija rinnovabbli;

(b) 

investimenti f'TEN-T;

(c) 

assistenza teknika;

(d) 

informazzjoni, komunikazzjoni u studji.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw bilanċ xieraq bejn l-investimenti taħt il-punti (a) u (b), fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tal-investiment u l-infrastruttura speċifiċi għal kull Stat Membru.

2.  
L-ammont tal-Fond ta' Koeżjoni ttrasferit għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għandu jintuża għall-proġetti TEN-T.

Artikolu 7

L-esklużjoni mill-ambitu tal-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni

1.  

Il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni ma għandhomx jappoġġaw:

(a) 

id-dekummissjonar jew il-kostruzzjoni ta’ impjanti tal-enerġija nukleari;

(b) 

l-investiment għall-kisba ta' tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE;

(c) 

il-manifattura, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' tabakk u prodotti tat-tabakk;

(d) 

intrapriżi f'diffikultà, kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 651/2014, sakemm ma jkunx awtorizzat taħt l-għajnuna de minimis jew regoli dwar l-għajnuna mill-Istat temporanja stabbilita biex tindirizza ċirkostanzi eċċezzjonali;

(e) 

investiment fl-infrastruttura tal-ajruporti, ħlief għar-reġjuni ultraperiferiċi jew f'ajruporti reġjonali eżistenti kif definit fil-punt (153) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 651/2014, fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(i) 

fil-miżuri ta' mitigazzjoni tal-impatt ambjentali; jew

(ii) 

f'sistemi ta' sigurtà, sikurezza, u ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, li jirriżultaw mir-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew;

(f) 

investiment f'rimi ta' skart f'landfill, ħlief:

(i) 

għar-reġjuni ultraperiferiċi, f'każijiet debitament ġustifikati biss; jew

(ii) 

għal investimenti għad-dekummissjonar, għall-konverżjoni mill-ġdid jew biex il-landfills eżistenti jsiru sikuri dment li dawn l-investimenti ma jżidux il-kapaċità tagħhom;

(g) 

investimenti li jżidu l-kapaċità ta' faċilitajiet għat-trattament tal-iskart residwu ħlief għal:

(i) 

ir-reġjuni ultraperiferiċi, f'każijiet debitament ġustifikati biss;

(ii) 

investiment f'teknoloġiji għall-irkupru ta' materjali mill-iskart residwu għal skopijiet ta' ekonomija ċirkolari;

(h) 

investiment marbut mal-produzzjoni, l-ipproċessar, it-trasport, id-distribuzzjoni, il-ħażna jew il-kombustjoni tal-fjuwils fossili, bl-eċċezzjoni ta':

(i) 

is-sostituzzjoni ta' sistemi ta' tisħin li jaħdmu bi fjuwils fossili solidi, jiġifieri l-faħam, il-pit, il-linjite, iż-żejt tax-shale, b'sistemi ta' tisħin li jaħdmu bil-gass għall-iskop ta':

— 
l-aġġornament ta' sistemi ta' tisħin u tkessiħ distrettwali għall-istatus ta' “tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti” kif definit fil-punt (41) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;
— 
l-aġġornament ta' impjanti ta' sħana u enerġija kkombinati għall-istatus ta' "koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja" kif definit fil-punt (34) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;
— 
investiment f'bojlers li jaħdmu bil-gass naturali u sistemi ta' tisħin fi djar u bini li jissostitwixxu impjanti jaħdmu bil-faħam, bil-pit, bil-linjite jew biż-żejt tax-shale;
(ii) 

investiment fl-espansjoni u l-adattament għal skop ġdid, il-konverżjoni jew il-modifika retroattiva tan-networks ta' trażmissjoni u distribuzzjoni tal-gass ladarba tali investiment iħejji n-networks għaż-żieda ta' gassijiet rinnovabbli u b'livelli baxxi ta' emissjonijiet tal-karbonju, bħall-idroġenu, il-bijometan u l-gass ta' sinteżi, fis-sistema u jippermetti s-sostituzzjoni ta' impjanti tal-fjuwils fossili solidi;

(iii) 

investiment fi:

— 
vetturi nodfa kif definit fid-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) għal skopijiet pubbliċi; u
— 
vetturi, inġenji tal-ajru u bastimenti ddisinjati u mibnija jew adattati għall-użu mill-protezzjoni ċivili u s-servizzi tat-tifi tan-nar.
2.  

L-ammont totali ta' appoġġ mill-Unjoni għall-investiment tal-Unjoni msemmi fil-punti (h)(i) u (h)(ii) tal-paragrafu 1 m'għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin tal-allokazzjoni totali għall-programmi mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi tal-Istat Membru kkonċernat:

(a) 

għall-Istati Membri li d-dħul nazzjonali gross (DNG) per capita tagħhom huwa inqas minn 60 % tal-medja tad-DNG per capita tal-UE, jew għall-Istati Membri li d-DNG per capita tagħhom huwa inqas minn 90 % tal-medja tad-DNG per capita tal-UE u li għandhom sehem ta' fjuwils fossili solidi fil-konsum gross domestiku tal-enerġija daqs jew ogħla minn 25 %, il-limitu għandu jkun ta' 1,55 %;

(b) 

għal Stati Membri oħra minbarra dawk fil-punt (a) li d-DNG per capita tagħhom huwa inqas minn 90 % tal-medja tad-DNG per capita tal-UE, il-limitu għandu jkun ta' 1 %;

(c) 

għall-Istati Membri li d-DNG per capita tagħhom huwa daqs jew ogħla minn 90 % tal-medja tad-DNG per capita tal-UE, il-limitu għandu jkun ta' 0,2 %.

3.  
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, id-dħul nazzjonali gross per capita ta’ Stat Membru partikolari għandu jkun imkejjel permezz tal-istandards tal-poter tal-akkwist u kkalkolat fuq il-bażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perijodu mill-2015 sal-2017, u espress bħala perċentwal tal-medja tad-dħul nazzjonali gross per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist tas-27 Stat Membru għal dak l-istess perijodu ta' referenza.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, is-sehem ta' fjuwils fossili solidi fil-konsum tal-enerġija jfisser is-sehem ta' faħam, linjite, pit u żejt tax-shale imkejjel fl-2018.

4.  
Operazzjonijiet appoġġati mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni taħt il-punti (h)(i) u (h)(ii) tal-paragrafu 1 għandhom jintgħażlu mill-awtorità ta' ġestjoni sal-31 ta' Diċembru 2025. Tali operazzjonijiet ma għandhomx jiddaħħlu gradwalment fil-perijodu ta' programmazzjoni li jmiss.
5.  
Il-Fond ta' Koeżjoni ma għandux jappoġġa investiment f'akkomodazzjoni sakemm dan ma jkunx relatat mal-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jew l-użu ta' enerġija rinnovabbli.
6.  
Pajjiżi u territorji extra-Ewropej ma għandhomx ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-FEŻR jew mill-Fond ta' Koeżjoni, iżda jistgħu jipparteċipaw fi programmi Interreg f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ).

Artikolu 8

Indikaturi

1.  
Indikaturi komuni tal-output u tar-riżultati, kif stabbilit fl-Anness I fir-rigward tal-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, u, fejn rilevanti, l-indikaturi tal-output u tar-riżultati speċifiċi għall-programmi għandhom jintużaw skont il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(1), il-punt (d)(ii) tal-Artikolu 22(3) u l-punt (b) tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060.
2.  
Għall-indikaturi tal-output, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti għal żero. It-tragwardi stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi.
3.  
F'konformità mar-rekwiżit ta' rappurtar tagħha skont il-punt (h) tal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) (ir-'Regolament Finanzjarju'), il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni f'konformità mal-Anness II.
4.  
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 biex temenda l-Anness II sabiex tagħmel l-aġġustamenti rilevanti fl-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li għandha tingħata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kif l-importanza strateġika tal-investimenti kofinanzjati mill-FEŻR u mill-Fond ta' Koeżjoni titqies fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IT-TRATTAMENT TA' KARATTERISTIĊI TERRITORJALI PARTIKOLARI U INVESTIMENTI INTERREĠJONALI FL-INNOVAZZJONI

Artikolu 9

Żvilupp territorjali integrat

1.  
Il-FEŻR jista' jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat fi programmi taħt iż-żewġ għanijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060 f’konformità mal-Kapitolu II tat-Titolu III ta' dak ir-Regolament.
2.  
L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-iżvilupp territorjali integrat, appoġġat mill-FEŻR, esklużivament permezz tal-forom imsemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

Artikolu 10

Appoġġ għal żoni żvantaġġati

F'konformità mal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jagħti attenzjoni speċjali biex jindirizza l-isfidi ta' reġjuni u żoni żvantaġġati, b'mod partikolari ż-żoni rurali u ż-żoni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti. L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jistabbilixxu approċċ integrat biex jindirizzaw l-isfidi demografiċi jew il-ħtiġijiet speċifiċi ta' tali reġjuni u żoni fil-ftehimiet ta' sħubija tagħhom f'konformità mal-punt (i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11 tar-Regolament(UE) 2021/1060. Approċċ integrat bħal dan jista' jinkludi impenn dwar finanzjament iddedikat għal dak il-għan.

Artikolu 11

Żvilupp urban sostenibbli

1.  
Sabiex jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi, ambjentali, klimatiċi, demografiċi u soċjali, il-FEŻR għandu jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat ibbażat fuq strateġiji ta' żvilupp territorjali jew lokali mmexxi mill-komunità f'konformità mal-Artikolu 29 jew 32 tar-Regolament (UE) 2021/1060 rispettivament, li jiffokaw fuq żoni urbani, inkluż żoni urbani funzjonali ("żvilupp urban sostenibbli") fi programmi taħt iż-żewġ għanijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament.

Għandha tingħata attenzjoni speċjali biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali u klimatiċi, b'mod partikolari t-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima sal-2050, biex jiġi sfruttat il-potenzjal tat-teknoloġiji diġitali għal skopijiet ta' innovazzjoni, u biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ta' żoni urbani funzjonali. F'dan il-kuntest, ir-riżorsi tal-iżvilupp urban sostenibbli pprogrammati skont il-prijoritajiet li jikkorrispondu għal PO 1 u 2 għandhom jgħoddu għar-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika skont l-Artikolu 4.

2.  
Mill-inqas 8 % tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali taħt l-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, ħlief għall-assistenza teknika, għandhom jiġu allokati għal żvilupp urban sostenibbli f'forma waħda jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

L-awtoritajiet jew il-korpi territorjali rilevanti għandhom jagħżlu jew għandhom ikunu involuti fl-għażla tal-operazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 29(3) u l-punt (d) tal-Artikolu 32(3) tar-Regolament(UE) 2021/1060.

Il-programmi kkonċernati għandhom jistabbilixxu l-ammonti ppjanati għal dak il-għan taħt il-punt (d)(viii) tal-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060.

3.  
Il-perċentwal allokat għall-iżvilupp urban sostenibbli taħt il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi segwit matul il-perijodu kollu ta' programmar meta jiġu trasferiti bejn l-allokazzjonijiet tal-FEŻR tal-prijoritajiet ta' programm jew bejn il-programmi u fir-reviżjoni ta' nofs it-terminu f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (EU) 2021/1060.
4.  
Fejn l-allokazzjoni tal-FEŻR titnaqqas wara diżimpenn skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) 2021/1060, jew minħabba korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 104 ta' dak ir-Regolament, il-konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma għandhiex tiġi vvalutata mill-ġdid.

Artikolu 12

Inizjattiva Urbana Ewropea

1.  
Il-FEŻR għandu jappoġġa l-Inizjattiva Urbana Ewropea, implimentata mill-Kummissjoni f'ġestjoni diretta u indiretta.

Din l-inizjattiva għandha tkopri ż-żoni urbani kollha, inklużi ż-żoni urbani funzjonali, u għandha tappoġġa l-Aġenda Urbana għall-UE, inkluż l-appoġġ għall-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali fis-sħubijiet tematiċi żviluppati taħt l-Aġenda Urbana għall-UE.

2.  

L-Inizjattiva Urbana Ewropea għandha, fir-rigward tal-iżvilupp urban sostenibbli, tikkonsisti fiż-żewġ fergħat li ġejjin:

(a) 

appoġġ għal azzjonijiet innovattivi;

(b) 

appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet u l-għarfien, il-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali, l-iżvilupp ta' politika u l-komunikazzjoni.

Fuq talba minn Stat Membru wieħed jew iktar, l-Inizjattiva Urbana Ewropea tista' tappoġġa wkoll il-kooperazzjoni intergovernattiva fuq kwistjonijiet urbani. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-kooperazzjoni mmirata lejn it-tisħiħ tal-kapaċità fil-livell lokali biex jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżviluppi b'rabta mal-Inizjattiva Urbana Ewropea.

3.  
Il-mudell ta' governanza tal-Inizjattiva Urbana Ewropea għandu jinkludi l-involviment tal-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-ibliet u għandu jiżgura koordinazzjoni u komplementarjetajiet xierqa mal-programm iddedikat skont il-punt (b) tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2021/1059. li jittratta l-iżvilupp urban sostenibbli.

Artikolu 13

Investimenti Interreġjonali fl-Innovazzjoni

1.  
Il-FEŻR għandu jappoġġa l-Istrument għall-Investiment Interreġjonali fl-Innovazzjoni.
2.  
L-Istrument tal-Investiment Interreġjonali fl-Innovazzjoni għandu jappoġġa l-kummerċjalizzazzjoni u ż-żieda ta' proġetti ta' innovazzjoni interreġjonali li jkollhom il-potenzjali li jħeġġu l-iżvilupp ta' ktajjen ta' valur Ewropej.
3.  

L-Istrument tal-Investiment Interreġjonali fl-Innovazzjoni għandu jkun magħmul minn dawn iż-żewġ fergħat, u jappoġġa bl-istess mod:

(a) 

appoġġ finanzjarju u konsultattiv għal investimenti fi proġetti ta' innovazzjoni interreġjonali f'oqsma kondiviżi ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti;

(b) 

appoġġ finanzjarju u konsultattiv, u tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-iżvilupp ta' ktajjen ta' valur f'reġjuni inqas żviluppati.

4.  
Sa 2 % tar-riżorsi jistgħu jiġu ddedikati għal attivitajiet ta' tagħlim u evalwazzjoni, sabiex jiġi sfruttat u mxerred l-eżitu tal-proġetti appoġġati taħt iż-żewġ fergħat.
5.  
Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk l-investimenti b'ġestjoni diretta jew indiretta.
6.  
Il-Kummissjoni għandha tkun appoġġata fil-ħidma tagħha minn grupp ta' esperti.

Il-grupp ta' esperti għandu jkun magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri, awtoritajiet reġjonali u bliet, u rappreżentanti tan-negozju, tar-riċerka u ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-kompożizzjoni tal-grupp ta' esperti għandu jkollha l-għan li tiżgura bilanċ bejn il-ġeneri.

Il-grupp ta' esperti għandu jappoġġa lill-Kummissjoni fid-definizzjoni ta' programm ta' ħidma fit-tul u fit-tħejjija ta' sejħiet għal proposti.

7.  
Meta timplimenta dan l-istrument, il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni u sinerġija ma' programmi u strumenti oħra ta' finanzjament tal-Unjoni u b'mod partikolari mal-fergħa "Interreg C" kif definita fil-punt 3 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/1059.
8.  
L-Istrument tal-Investiment Interreġjonali fl-Innovazzjoni għandu jkopri t-territorju kollu tal-Unjoni.

Pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw f'dan l-istrument, f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikoli 16 u 23 tar-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) (ir-'Regolament Orizzont Ewropa').

Artikolu 14

Ir-reġjuni ultraperiferiċi

1.  
L-Artikolu 4 ma għandux japplika għall-allokazzjoni addizzjonali speċifika għar-reġjuni ultraperiferiċi. Din l-allokazzjoni addizzjonali speċifika għar-reġjuni ultraperiferiċi għandha tintuża sabiex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba f'dawn ir-reġjuni bħala riżultat tar-restrizzjoni/jiet permanenti għall-iżvilupp tagħhom imsemmija fl-Artikolu 349 TFUE.
2.  

L-allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tappoġġa:

(a) 

l-attivitajiet fil-kamp ta' applikazzjoni kif imniżżel fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament;

(b) 

permezz ta' deroga mill-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament, miżuri li jkopru l-ispejjeż operattivi bil-ħsieb li jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba fir-reġjuni ultraperiferiċi bħala riżultat tar-restrizzjoni permanenti waħda jew aktar għall-iżvilupp tagħhom imsemmija fl-Artikolu 349 TFUE.

L-allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista' tappoġġa wkoll in-nefqa li tkopri kumpens mogħti għall-provvediment ta' obbligi ta' servizz pubbliku u kuntratti fir-reġjuni ultraperiferiċi.

3.  

L-allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ma għandhiex tappoġġa:

(a) 

operazzjonijiet li jinvolvu l-prodotti elenkati fl-Anness I għat-TFUE;

(b) 

għajnuna għat-trasport ta' persuni awtorizzati taħt il-punt (a) tal-Artikolu 107(2) TFUE;

(c) 

eżenzjonijiet mit-taxxa u eżenzjonijiet minn ħlasijiet soċjali;

(d) 

obbligi ta' servizz pubbliku mhux rilaxxati minn intrapriżi u fejn l-Istat jaġixxi billi jeżerċita setgħa pubblika.

▼C1

4.  
B’deroga mill-punt (d) tal-Artikolu 5(1), il-FEŻR jista' jappoġġa investimenti produttivi f'intrapriżi fir-reġjuni ultraperiferiċi, irrispettivament mid-daqs ta' dawk l-intrapriżi.

▼B

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 15

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Ir-Regolamenti (UE) Nru 1300/2013 u (UE) Nru 1301/2013 jew kwalunkwe att adottat skonthom għandhom ikomplu japplikaw għall-programmi u l-operazzjonijiet appoġġati mill-FEŻR jew mill-Fond ta' Koeżjoni taħt il-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

Artikolu 16

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mill-1 ta’ Lulju 2021.
3.  
Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 8(4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.  
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 17

Rieżami

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom iwettqu rieżami ta’ dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2027 skont l-Artikolu 177 TFUE.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

INDIKATURI KOMUNI TA' OUTPUT U TA' RIŻULTATI GĦALL-FEŻR U L-FOND TA' KOEŻJONI - L-ARTIKOLU 8(1) ( 8 )



Tabella 1:

Indikaturi komuni ta' output u ta' riżultati għall-FEŻR (Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir u Interreg) u l-Fond ta' Koeżjoni ()

Objettiv ta' politika

Objettiv speċifiku

Outputs

Riżultati

(1)

(2)

(3)

(4)

1.  Ewropa aktar kompetittiva u aktar intelliġenti bis-saħħa tal-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti u konnettività tal-ICT reġjonali (PO 1)

(i)  Żvilupp u tisħiħ tal-kapaċitajiet fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-adozzjoni ta' teknoloġiji avvanzati

RCO (2)01 - Intrapriżi appoġġati (li minnhom: mikro, żgħar, medji, kbar)* (3)

RCO 02 - Intrapriżi appoġġati b'għotjiet*

RCR (4) 01 - Impjiegi maħluqa f'entitajiet appoġġati*

RCR 102 – Impjiegi ta' riċerka maħluqa f'entitajiet appoġġati*

 

RCO 03 - Intrapriżi appoġġati minn strumenti finanzjarji*

RCO 04 - Intrapriżi b'appoġġ mhux finanzjarju*

RCO 05 - Intrapriżi ġodda appoġġati*

RCO 06 - Riċerkaturi li jaħdmu f'faċilitajiet ta' riċerka appoġġati

RCO 07 - Organizzazzjonijiet ta' riċerka li jipparteċipaw fi proġetti konġunti ta' riċerka

RCR 02 - Investimenti privati li jikkorrispondu għall-appoġġ pubbliku (li minnhom: għotjiet, strumenti finanzjarji)* (3)

RCR 03 – Intrapriżi żgħar u medji (SMEs) li jintroduċu innovazzjoni tal-prodotti jew tal-proċessi*

RCR 04 - SMEs li jintroduċu innovazzjoni fil-kummerċjalizzazzjoni jew fl-organizzazzjoni*

 

RCO 08 - Valur nominali ta' apparat ta' riċerka u ta' innovazzjoni

RCO 10 - Intrapriżi li jikkooperaw ma' organizzazzjonijiet ta' riċerka

RCO 96 – Investimenti interreġjonali għal innovazzjoni fi proġetti tal-Unjoni*

RCR 05 - SMEs li jinnovaw internament*

RCR 06 - Applikazzjonijiet għal privattivi ppreżentati*

RCR 07 - Applikazzjonijiet għat-trademark u d-disinn *

RCR 08 - Pubblikazzjonijiet minn proġetti appoġġati

(ii)  Teħid tal-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni għaċ-ċittadini, il-kumpanniji, l-organizzazzjonijiet ta' riċerka u l-awtoritajiet pubbliċi

RCO 13 - Valur ta' servizzi, prodotti u proċessi diġitali żviluppati għall-intrapriżi*

RCO 14 - Istituzzjonijiet pubbliċi appoġġati biex jiżviluppaw servizzi, prodotti u proċessi diġitali*

RCR 11 - Utenti ta' servizzi, prodotti u proċessi diġitali pubbliċi ġodda u aġġornati*

RCR 12 - Utenti ta' servizzi, prodotti u proċessi diġitali ġodda u aġġornati żviluppati mill-intrapriżi*

RCR 13 - Intrapriżi li jilħqu intensità diġitali għolja*

(iii)  Tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività tal-SMEs u l-ħolqien tal-impjiegi fl-SMEs, inkluż permezz ta' investimenti li jiġġeneraw id-dħul

RCO 15 - Kapaċità tal-inkubazzjoni maħluqa*

RCO 103 - Intrapriżi bi tkabbir għoli appoġġati*

RCR 17 - Intrapriżi ġodda li jibqgħu jeżistu fis-suq*

RCR 18 - SMEs li jużaw servizzi ta' inkubatur wara l-ħolqien tal-inkubatur*

RCR 19 - Intrapriżi b'fatturat ogħla*

RCR 25 – SMEs b'valur ogħla miżjud għal kull impjegat*

(iv)  Żvilupp ta' ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, tranżizzjoni industrijali u imprenditorija

RCO 16 - Parteċipazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati istituzzjonali fil-proċess ta' skoperta intraprenditorjali

RCO 101 - SMEs li jinvestu f'ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, għat-tranżizzjoni industrijali u l-intraprenditorija *

RCR 97 - Apprendistati appoġġati fl-SMEs

RCR 98 - Persunal tal-SMEs li jlestu taħriġ għall-ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, għal tranżizzjoni industrijali u imprenditorija (skont it-tip ta' ħiliet: teknika, tmexxija, imprenditorija, ekoloġika, oħrajn) (3)*

(v)  Titjib tal-konnettività diġitali

RCO 41 - Abitazzjonijiet addizzjonali b'aċċess għall-broadband ta' kapaċità għolja ħafna

RCO 42 - Intrapriżi addizzjonali b'aċċess għall-broadband ta' kapaċità għolja ħafna

RCR 53 - Abitazzjonijiet b'abbonamenti tal-broadband għal network ta' kapaċità għolja ħafna

RCR 54 - Intrapriżi b'abbonamenti tal-broadband għal network ta' kapaċità għolja ħafna

▼M1

(vi)  l-appoġġ għall-investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2024/795

Kwalunkwe RCO elenkat għall-objettivi speċifiċi (i), (iii) u (iv) RCO125 Ditti: L-intrapriżi appoġġati primarjament marbuta ma’ investimenti produttivi fit-teknoloġiji diġitali u fl-innovazzjoni ta’ teknoloġija profonda RCO126 Ditti: L-intrapriżi appoġġati primarjament marbuta ma’ investimenti produttivi fit-teknoloġiji nodfa u effiċjenti fir-riżorsi RCO127 Ditti: L-intrapriżi appoġġati primarjament marbuta ma’ investimenti produttivi fil-bijoteknoloġiji [Dawn l-indikaturi għandhom jiġu rrapportati bħala subsettijiet ta’ RCO01-RCO04]

Kwalunkwe RCR elenkat għall-objettivi speċifiċi (i), (iii) u (iv)

▼B

2.  Ewropa ekoloġika, b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, fit-tranżizzjoni lejn ekonomija mingħajr ebda emissjoni tal-karbonju u reżiljenti billi tippromwovi t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju u mobbiltà urbana sostenibbli (PO 2)

(i)  Promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra

RCO 18 – Abitazzjonijiet bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija

RCO 19 - Bini pubbliku bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija

RCO 20 - Linji tan-network għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali mibnija ġodda jew imtejba

RCO 104 – Għadd ta' unitajiet ta' koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja

RCO123 - Abitazzjonijiet li jibbenefikaw minn bojlers li jaħdmu bil-gass naturali u sistemi ta' tisħin li jissostitwixxu installazzjonijiet ibbażati fuq il-fjuwils fossili solidi

RCR 26 - Konsum tal-enerġija primarja annwali (li minnu: abitazzjonijiet, binjiet pubbliċi, intrapriżi, oħrajn) (3)

RCR 29 - Emissjonijiet tal-gassijiet serra stmati*

RCR 105 - Emissjonijiet tal-gassijiet serra stmati minn bojlers u sistemi ta' tisħin ikkonvertiti minn fjuwils fossili solidi għal gass

(ii)  Promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli f'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001, inkluż il-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fiha

RCO 22 - Kapaċità tal-produzzjoni addizzjonali tal-enerġija rinnovabbli (li minnha: elettrika, termali) (3)*

RCO 97 - Komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli appoġġati*

RCR 31 - Enerġija rinnovabbli totali prodotta (li minnha: elettriku, termali) (3)*

RCR 32 - Kapaċità operattiva addizzjonali installata għall-enerġija rinnovabbli*

(iii)  Żvilupp ta' sistemi tal-enerġija intelliġenti, grids u ħażna barra min-Network Trans-Ewropew tal-Enerġija (TEN-E)

RCO 23 - Sistemi ta' ġestjoni diġitali għas-sistemi tal-enerġija intelliġenti

RCO 105 - Soluzzjonijiet għall-ħażna tal-elettriku

RCO124: Linji tan-network għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-gass mibnija ġodda jew imtejba

RCR 33 - Utenti konnessi ma' sistemi tal-enerġija intelliġenti

RCR 34 - Tnedija ta' proġetti għal sistemi tal-enerġija intelliġenti

(iv)  Promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju ta' diżastri, u r-reżiljenza, filwaqt li jitqiesu l-approċċi bbażati fuq l-ekosistema

RCO 24 – Investimenti f'sistemi ġodda jew imtejba ta' monitoraġġ, tħejjija, twissija u reazzjoni kontra d-diżastri naturali*

RCO 122 – Investimenti f'sistemi ġodda jew imtejba ta' monitoraġġ, tħejjija, twissija u rispons kontra diżastri kontra riskji naturali mhux relatati mal-klima u riskji relatati ma' attivitajiet tal-bniedem

RCO 25 - Strixxa tal-kosta, xatt tax-xmajjar u protezzjoni kontra l-għargħar mibnija ġodda jew ikkonsolidati

RCO 106 – Protezzjoni kontra l-uqigħ tal-art mibnija ġodda jew ikkonsolidati

RCO 26 - Infrastruttura ekoloġika mibnija jew imtejba għall-adattament għat-tibdil fil-klima*

RCO 27 – Strateġiji nazzjonali u sottonazzjonali li jindirizzaw l-adattament għat-tibdil fil-klima

RCO 28 - Żona koperta minn miżuri ta' protezzjoni kontra n-nirien fil-foresti

RCO 121 - Żona koperta minn miżuri ta' protezzjoni kontra d-diżastri naturali marbuta mal-klima (għajr għargħar u nirien fil-foresti)

RCR 35 - Popolazzjoni li tibbenefika minn miżuri ta' protezzjoni kontra l-għargħar

RCR 36 - Popolazzjoni li tibbenefika minn miżuri ta' protezzjoni kontra n-nirien fil-foresti

RCR 37 - Popolazzjoni li tibbenefika minn miżuri ta' protezzjoni kontra diżastri naturali relatati mal-klima (minbarra għargħar jew nirien fil-foresti)

RCR 96 – Għadd totali ta' persuni li jibbenefikaw minn miżuri ta' protezzjoni kontra riskji naturali mhux marbuta mal-klima u riskji marbuta ma' attivitajiet tal-bniedem*

(v)  Promozzjoni tal-aċċess għall-ilma u tal-immaniġġjar sostenibbli tal-ilma

RCO 30 - Tul ta' pajpijiet ġodda jew imtejba għas-sistemi ta' distribuzzjoni tal-provvista pubblika tal-ilma

RCO 31 - Tul ta' pajpijiet ġodda jew imtejba għan-network pubbliku għall-ġbir tal-ilma mormi

RCO 32 - Kapaċità ġdida jew imtejba għat-trattament tal-ilma tad-drenaġġ

RCR 41 - Popolazzjoni konnessa ma' provvista pubblika mtejba tal-ilma

RCR 42 - Popolazzjoni konnessa, għall-inqas, ma' trattament pubbliku sekondarju tal-ilma mormi

RCR 43 - Telf ta' ilma f'sistemi ta' distribuzzjoni għall-provvista pubblika tal-ilma

(vi)  Promozzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi

RCO 34 - Kapaċità addizzjonali għar-riċiklaġġ tal-iskart

RCO 107 - Investimenti f'faċilitajiet għal ġbir ta' skart separat

RCO 119 - Skart imħejji għall-użu mill-ġdid

RCR 103 – Skart miġbur separatament

RCR 47 - Skart riċiklat

RCR 48 - Skart użat bħala materja prima

(vii)  Tisħiħ tal-protezzjoni u l-preservazzjoni tan-natura, il-bijodiversità u l-infrastruttura ekoloġika, inkluż f'żoni urbani, u t-tnaqqis tal-forom kollha ta' tniġġis

RCO 36 - Infrastruttura ekoloġika appoġġata għal skopijiet oħra minbarra l-adattament għat-tibdil fil-klima

RCO 37 - Daqs tas-siti ta' Natura 2000 koperti minn miżuri ta' protezzjoni u restawr

RCO 38 - Superfiċje ta' art riabilitata appoġġata

RCO 39 – Żona koperta minn sistemi ta' monitoraġġ tat-tniġġis tal-arja installati

RCR 50 - Għadd totali ta' persuni li jibbenefikaw minn miżuri għall-kwalità tal-arja*

RCR 95 - Popolazzjoni b'aċċess għal infrastruttura ekoloġika ġdida jew imtejba*

RCR 52 - Art riabilitata użata għal żoni ekoloġiċi, akkomodazzjoni soċjali, użi ekonomiċi jew oħrajn

(viii)  Promozzjoni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli, bħala parti mit-tranżizzjoni lejn ekonomija mingħajr ebda emissjonijiet tal-karbonju

RCO 55 - Tul tal-linji tat-tram u tal-metro ġodda

RCO 56 - Tul tal-linji tat-tram u tal-metro mibnija mill-ġdid jew modernizzati

RCO 57 – Kapaċità ta' vetturi ferrovjarji li jirrispettaw l-ambjent għat-trasport kollettiv pubbliku*

RCO 58 - Infrastruttura ddedikata għaċ-ċikliżmu appoġġata*

RCO 59 - Infrastruttura tal-fjuwils alternattivi (punti ta' riforniment ta' fjuwil/iċċarġjar)*

RCO 60 - Bliet kbar u żgħar b'sistemi ġodda jew modernizzati tat-trasport urban diġitalizzat

RCR 62 - Għadd ta' utenti annwali ta' trasport pubbliku ġdid jew modernizzat

RCR 63 - Għadd ta' utenti annwali ta' linji tat-tram u tal-metro ġodda jew modernizzati

RCR 64 - Għadd ta' utenti annwali ta' infrastruttura ddedikata għar-roti

▼M1

(ix)  appoġġ għall-investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (a)(ii) tar-Regolament (UE) 2024/795

Kwalunkwe RCO elenkat għal-objettivi speċifiċi (i), (iii), (iv) u (vi) taħt l-objettiv ta’ politika 1 RCO125 Ditti: L-intrapriżi appoġġati primarjament marbuta ma’ investimenti produttivi fit-teknoloġiji diġitali u fl-innovazzjoni ta’ teknoloġija profonda RCO126 Ditti: L-intrapriżi appoġġati primarjament marbuta ma’ investimenti produttivi fit-teknoloġiji nodfa u effiċjenti fir-riżorsi RCO127 Ditti: L-intrapriżi appoġġati primarjament marbuta ma’ investimenti produttivi fil-bijoteknoloġiji [Dawn l-indikaturi għandhom jiġu rrapportati bħala subsettijiet ta’ RCO01-RCO04]

Kwalunkwe RCR elenkat għall-objettivi speċifiċi (i), (iii) u (iv) taħt l-objettiv ta’ politika 1

▼B

3.  Ewropa aktar konnessa permezz tat-titjib tal-mobbiltà (PO 3)

(i)  Żvilupp ta' TEN-T reżiljenti għal-klima, intelliġenti, sigur, sostenibbli u intermodali

RCO 43 - Tul ta' toroq ġodda jew imtejba - TEN-T (5)

RCO 45 - Tul ta' toroq mibnija mill-ġdid jew modernizzati - TEN-T

RCO 108 - Tul ta' toroq b'sistemi ta' ġestjoni tat-traffiku ġodda jew modernizzati - TEN-T

RCO 47 - Tul ta' ferroviji ġodda jew imtejba - TEN-T

RCO 49 - Tul ta' ferroviji rikostruwiti jew modernizzati - TEN-T

RCO 51 - Tul ta' passaġġi fuq l-ilma intern ġodda, aġġornati jew modernizzati- TEN-T

RCO 109 - Tul ta' linji tal-ferrovija mgħammra bis-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju li qed joperaw - TEN-T

RCR 55 – Għadd ta' utenti annwali ta' toroq ġodda, mibnija mill-ġdid, imtejba jew modernizzati

RCR 56 - Iffrankar ta' ħin bis-saħħa ta' infrastruttura tat-toroq imtejba

RCR 101 - Iffrankar ta' ħin bis-saħħa ta' infrastruttura mtejba tal-ferroviji

RCR 58 - Għadd ta' utenti annwali ta' linji tal-ferrovija ġodda, imtejba, mibnija mill-ġdid jew modernizzati

RCR 59 - Trasport tal-merkanzija bil-ferrovija

RCR 60 - Trasport ta' merkanzija fil-passaġġi tal-ilma intern

(ii)  Żvilupp u titjib ta' mobbiltà nazzjonali, reġjonali u lokali, sostenibbli, reżiljenti għall-klima, intelliġenti u intermodali, inkluż aċċess imtejjeb għat-TEN-T u l-mobbiltà transfruntiera

RCO 44 - Tul ta' toroq ġodda jew imtejba - TEN-T

RCO 46 - Tul ta' toroq mibnija mill-ġdid jew modernizzati - mhux TEN-T

RCO 110 - Tul ta' toroq b'sistemi ta' ġestjoni tat-traffiku ġodda jew modernizzati - mhux TEN-T

RCO 48 - Tul ta' ferroviji ġodda jew imtejba - mhux TEN-T

RCO 50 - Tul ta' ferroviji rikostruwiti jew modernizzati - mhux TEN-T

RCO 111 - Tul ta' linji tal-ferrovija mgħammra bis-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju li qed joperaw - mhux TEN-T

RCO 52 - Tul ta' passaġġi fuq l-ilma interni ġodda, imtejba jew modernizzati - mhux TEN-T

RCO 53 - Stazzjonijiet u waqfiet ferrovjarji ġodda jew modernizzati*

RCO 54 - Konnessjonijiet intermodali ġodda jew modernizzati*

4.  Ewropa aktar soċjali u inklużiva li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (PO 4)

(i)  Tisħiħ tal-effettività u l-inklużività tas-swieq tax-xogħol u l-aċċess għal impjiegi ta' kwalità permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura soċjali u l-promozzjoni tal-ekonomija soċjali

RCO 61 – Superfiċje ta' faċilitajiet ġodda jew modernizzati għas-servizzi tal-impjieg

RCR 65 - Għadd ta' utenti annwali ta' faċilitajiet ġodda jew modernizzati għas-servizzi tal-impjieg

(ii)  Titjib tal-aċċess ugwali għal servizzi inklussivi u ta' kwalità fl-edukazzjoni, t-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja permezz tal-iżvilupp ta' infrastruttura aċċessibbli, inkluż permezz tat-trawwim tar-reżiljenza għal tagħlim u taħriġ mill-bogħod u online

RCO 66 - Kapaċità fil-klassijiet ta' faċilitajiet ġodda jew modernizzati ta' kura tat-tfal

RCO 67 - Kapaċità fil-klassijiet ta' faċilitajiet edukattivi ġodda jew modernizzati

RCR 70 - Għadd ta' utenti annwali ta' faċilitajiet ġodda jew modernizzati tal-indukrar tat-tfal

RCR 71 - Għadd ta' utenti annwali tal-faċilitajiet edukattivi ġodda jew modernizzati

(iii)  Promozzjoni tal-inklużjoni soċjoekonomika ta' komunitajiet emarġinati, familji bi dħul baxx u gruppi żvantaġġati, inkluż persuni bi bżonnijiet speċjali, permezz ta' azzjonijiet integrati, li jinkludu akkomodazzjoni u servizzi soċjali

RCO 65 - Kapaċità ta' akkomodazzjoni soċjali ġdida jew modernizzata*

RCO113 - Popolazzjoni koperta minn proġetti fil-qafas ta' azzjonijiet integrati għall-inklużjoni soċjoekonomika ta' komunitajiet emarġinati, familji bi dħul baxx u gruppi żvantaġġati*

RCR 67 - Għadd ta' utenti annwali ta' akkomodazzjoni soċjali ġdida jew modernizzata

(iv)  Promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, inkluż migranti permezz ta' azzjonijiet integrati, inkluż akkomodazzjoni u servizzi soċjali

RCO 63 - Kapaċità tal-faċilitajiet ta' akkoljenza temporanji ġodda jew modernizzati

RCR 66 - Għadd ta' utenti annwali tal-faċilitajiet ta' akkoljenza temporanji ġodda jew modernizzati

(v)  Żgurar ta' aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa u t-trawwim tar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa, inkluż il-kura primarja, u l-promozzjoni tat-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura bbażata fil-familja u bbażata fil-komunità

RCO 69 - Kapaċità tal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa ġodda jew modernizzati

RCO 70 - Kapaċità tal-faċilitajiet tal-kura soċjali ġodda jew modernizzati (minbarra l-akkomodazzjoni)

RCR 72 - Għadd ta' utenti annwali tas-servizzi elettroniċi tal-kura tas-saħħa ġodda jew modernizzati

RCR 73 - Għadd ta' utenti annwali ta' faċilitajiet tal-kura tas-saħħa ġodda jew modernizzati

RCR 74 - Għadd ta' utenti annwali ta' faċilitajiet tal-kura soċjali ġodda jew modernizzati

(vi)  Tisħiħ tar-rwol tal-kultura u t-turiżmu sostenibbli fl-iżvilupp ekonomiku, l-inklużjoni soċjali u l-innovazzjoni soċjali

RCO 77 - Għadd ta' siti kulturali u turistiċi appoġġati*

RCR 77 - Viżitaturi ta' siti kulturali u turistiċi appoġġati*

5.  Ewropa eqreb taċ-ċittadini billi trawwem l-iżvilupp sostenibbli u integrat ta' kull tip ta' territorju u inizjattivi lokali (PO 5)

(i)  Trawwim tal-iżvilupp soċjali, ekonomiku u ambjentali integrat u inklużiv, tal-kultura, il-wirt naturali, it-turiżmu sostenibbli, u s-sigurtà fiż-żoni urbani

RCO 74 - Popolazzjoni koperta minn proġetti fil-qafas ta' strateġiji għal żvilupp territorjali integrat*

RCO 75 - Strateġiji appoġġati għal żvilupp territorjali integrat*

RCO 76 - Proġetti integrati għall-iżvilupp territorjali

RCO 80 – Strateġiji appoġġati ta' żvilupp lokali mmexxija mill-komunità*

RCO 112 - Partijiet ikkonċernati involuti fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' strateġiji għal żvilupp territorjali integrat

RCO 114 - Spazju miftuħ maħluq jew riabilitat f'żoni urbani*

 

(ii)  Trawwim tal-iżvilupp lokali soċjali, ekonomiku u ambjentali integrat u inklużiv, tal-kultura, il-wirt naturali, it-turiżmu sostenibbli u s-sigurtà f'żoni barra dawk urbani

(1)   

Għal raġunijiet ta' preżentazzjoni, indikaturi komuni tal-output u tar-riżultati huma miġbura skont objettiv speċifiku f'objettiv ta' politika, iżda mhumiex limitati għalih. B'mod partikolari, PO 5, jista' juża indikaturi komuni rilevanti elenkati għal PO 1 sa 4. Barra minn hekk, sabiex tiġi żviluppata stampa sħiħa tal-prestazzjoni mistennija u reali tal-programmi, l-indikaturi komuni mmarkati b'(*) jistgħu jintużaw minn objettivi speċifiċi taħt kwalunkwe wieħed minn PO 1 sa 4, meta rilevanti.

(2)   

RCO: Indikatur Komuni tal-Output REGIO.

(3)   

Tqassim mhux mitlub għall-programmazzjoni iżda għar-rapportar biss.

(4)   

RCR: Indikatur Komuni tar-Riżultati REGIO.

(5)   

Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).



Tabella 2:

Indikaturi komuni addizzjonali tal-output u tar-riżultati għall-FEŻR ta' Interreg

Indikaturi speċifiċi għal Interreg

RCO 81 - Parteċipazzjonijiet f'azzjonijiet konġunti bejn il-fruntieri

RCO 115 - Avvenimenti pubbliċi bejn il-fruntieri organizzati b'mod konġunt

RCO 82 - Parteċipazzjonijiet f'azzjonijiet konġunti li jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-opportunitajiet indaqs u l-inklużjoni soċjali

RCO 83 - Strateġiji u pjanijiet ta' azzjoni żviluppati b'mod konġunt

RCO 84 - Azzjonijiet pilota żviluppati b'mod konġunt u implimentati fi proġetti

RCO 116 - Soluzzjonijiet żviluppati b'mod konġunt

RCO 85 - Parteċipazzjonijiet fi skemi konġunti ta' taħriġ

RCO 117 - Soluzzjonijiet għal ostakli legali jew amministrattivi bejn il-fruntieri identifikati

RCO 86 - Ftehimiet konġunti amministrattivi jew legali ffirmati

RCO 87 - Organizzazzjonijiet li jikkooperaw bejn il-fruntieri

RCO 118 - Organizzazzjonijiet li jikkooperaw għall-governanza f'diversi livelli tal-istrateġiji makroreġjonali

RCO 90 - Proġetti għal netwerks ta' innovazzjoni transkonfinali

RCO 120 - Proġetti li jappoġġaw il-kooperazzjoni transkonfinali biex jiġu żviluppati rabtiet bejn iż-żoni urbani u dawk rurali

RCR 79 - Strateġiji konġunti u pjanijiet ta' azzjoni adottati mill-organizzazzjonijiet

RCR 104 - Soluzzjonijiet adottati jew aġġornati mill-organizzazzjonijiet

RCR 81 - Tlestijiet ta' skemi konġunti ta' taħriġ

RCR 82 - Ostakli legali jew amministrattivi bejn il-fruntieri mtaffija jew riżolti

RCR 83 - Persuni koperti minn ftehimiet konġunti amministrattivi jew legali ffirmati

RCR 84 - Organizzazzjonijiet li jikkooperaw bejn il-fruntieri wara t-tlestija ta' proġett

RCR 85 - Parteċipazzjonijiet f'azzjonijiet konġunti bejn il-fruntieri wara t-tlestija ta' proġett




ANNESS II

ĠABRA ĊENTRALI TA' INDIKATURI TAL-PRESTAZZJONI GĦALL-FEŻR U L-FOND TA' KOEŻJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8(3), LI JRIDU JINTUŻAW MILL-KUMMISSJONI F'KONFORMITÀ MAR-REKWIŻIT TA' RAPPURTAR TAGĦHA SKONT IL-PUNT (H)(III) TAL-ARTIKOLU 41(3) TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU



Objettiv ta' politika

Objettiv speċifiku

Outputs

Riżultati

(1)

(2)

(3)

(4)

1.  Ewropa aktar kompetittiva u aktar intelliġenti bis-saħħa tal-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti u konnettività tal-ICT reġjonali (PO 1)

(i)  Żvilupp u tisħiħ tal-kapaċitajiet fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-adozzjoni ta' teknoloġiji avvanzati

CCO (1) 01 - Intrapriżi appoġġati biex iwettqu innovazzjoni

CCO 02 - Riċerkaturi li jaħdmu f'faċilitajiet ta' riċerka appoġġati

CCR (2) 01 – Intrapriżi żgħar u medji (SMEs) (3) li jintroduċu innovazzjoni tal-prodotti, tal-proċessi, tal-kummerċjalizzazzjoni u organizzazzjonali

(ii)  Teħid tal-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni għaċ-ċittadini, il-kumpanniji, l-organizzazzjonijiet ta' riċerka u l-awtoritajiet pubbliċi

CCO 03 - Intrapriżi u istituzzjonijiet pubbliċi appoġġati biex jiżviluppaw prodotti, servizzi u proċessi diġitali

CCR 02 – Għadd ta' utenti annwali ta' prodotti, servizzi u proċessi diġitali ġodda jew imtejba

(iii)  Tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività tal-SMEs u l-ħolqien tal-impjiegi fl-SMEs, inkluż permezz ta' investimenti li jiġġeneraw id-dħul

CCO 04 - SMEs appoġġati biex itejbu t-tkabbir u l-kompetittività

CCR 03 - Impjiegi maħluqa f'intrapriżi appoġġati

(iv)  Żvilupp ta' ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, tranżizzjoni industrijali u imprenditorija

CCO 05 – SMEs li jinvestu f'ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, għal tranżizzjoni industrijali u imprenditorija

CCR 04 – persunal tal-SMEs li jikkompletaw taħriġ għal ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, għal tranżizzjoni industrijali u imprenditorija

(v)  Titjib tal-konnettività diġitali

CCO 13 - Abitazzjonijiet u intrapriżi addizzjonali b'aċċess għal broadband ta' kapaċità għolja ħafna

CCR 12 – Abitazzjonijiet u intrapriżi addizzjonali b'abbonamenti għall-broadband ma' netwerk ta' kapaċità għolja ħafna

▼M1

(vi)  l-appoġġ għall-investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2024/795

Kwalunkwe CCO elenkat għall-objettivi speċifiċi (i), (iii) u (iv) taħt l-objettiv ta’ politika 1

Kwalunkwe CCR elenkat għall-objettivi speċifiċi (i), (iii) u (iv) taħt l-objettiv ta’ politika 1

▼B

2.  Ewropa ekoloġika, b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, fit-tranżizzjoni lejn ekonomija mingħajr ebda emissjoni tal-karbonju u reżiljenti billi tippromwovi t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju u mobbiltà urbana sostenibbli (PO 2)

(i)  Promozzjoni ta' miżuri ta' effiċjenza enerġetika u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra

CCO 06 – Investimenti f'miżuri biex titjieb il-prestazzjoni tal-enerġija

CCR 05 – Iffrankar fil-konsum annwali tal-enerġija primarja

(ii)  Promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli f'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001, inkluż il-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fiha

CCO 07 – Kapaċità ta' produzzjoni addizzjonali għall-enerġija rinnovabbli

CCR 06 - Enerġija rinnovabbli addizzjonali prodotta

(iii)  Żvilupp ta' sistemi tal-enerġija intelliġenti, grids u ħażna barra min-Network Trans-Ewropew tal-Enerġija (TEN-E)

CCO 08 - Sistemi ta' ġestjoni diġitali għas-sistemi tal-enerġija intelliġenti

CCR 07 - Utenti addizzjonali konnessi ma' sistemi tal-enerġija

(iv)  Promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju ta' diżastri u r-reżiljenza, filwaqt li jitqiesu l-approċċi bbażati fuq l-ekosistema

CCO 09 – Investimenti f'sistemi ġodda jew imtejba ta' monitoraġġ, tħejjija, twissija u reazzjoni għad-diżastri

CCR 08 - Popolazzjoni addizzjonali li bbenefikat minn miżuri ta' protezzjoni kontra l-għargħar, in-nirien u diżastri naturali oħra relatati mal-klima

(v)  Promozzjoni tal-aċċess għall-ilma u tal-immaniġġjar sostenibbli tal-ilma

CCO 10 - Kapaċità ġdida jew imtejba għat-trattament tal-ilma tad-drenaġġ

CCR 09 - Popolazzjoni addizzjonali konnessa ma' impjant ta' trattament tal-ilma mill-anqas tat-tieni klassi

(vi)  Promozzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi

CCO 11 - Kapaċità ġdida jew imtejba għar-riċiklar tal-iskart

CCR 10 - Skart riċiklat addizzjonali

(vii)  Tisħiħ tal-protezzjoni u l-preservazzjoni tan-natura, il-bijodiversità u l-infrastruttura ekoloġika, inkluż f'żoni urbani, u t-tnaqqis tal-forom kollha ta' tniġġis

CCO 12 - Id-daqs taż-żona ta' infrastruttura ekoloġika

CCR 11 - Popolazzjoni li bbenefikat minn miżuri għall-kwalità tal-arja

(viii)  Promozzjoni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli, bħala parti mit-tranżizzjoni lejn ekonomija mingħajr ebda emissjonijiet tal-karbonju

CCO 16 - Estensjoni u modernizzazzjoni ta' linji tat-tram u tal-metro

CCR 15 - Għadd ta' utenti annwali moqdija minn linji ġodda u modernizzati tat-tram u tal-metro

▼M1

(ix)  appoġġ għall-investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (a)(ii) tar-Regolament (UE) 2024/795

Kwalunkwe CCO elenkat għall-objettivi speċifiċi (i), (iii) u (iv) taħt l-objettiv ta’ politika 1

Kwalunkwe CCR elenkat għall-objettivi speċifiċi (i), (iii) u (iv) taħt l-objettiv ta’ politika 1

▼B

3.  Ewropa aktar konnessa permezz tat-titjib tal-mobbiltà (PO 3)

(i)  Żvilupp ta' TEN-T reżiljenti għall-klima, intelliġenti, sigur, sostenibbli u intermodali

CCO 14 - Toroq TEN-T: Toroq ġodda, imtejba, rikostruwiti jew modernizzati

CCO 15 - Ferroviji TEN-T: Linji tal-ferroviji ġodda, aġġornati, rikostruwiti jew modernizzati

CCR 13 - Iffrankar ta' ħin bis-saħħa ta' infrastruttura tat-toroq imtejba

CCR 14 - Ammont fis-sena ta' passiġġieri moqdija minn trasport ferrovjarju mtejjeb

(ii)  Żvilupp u titjib ta' mobbiltà sostenibbli, reżiljenti għall-klima, intelliġenti u intermodali nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluż aċċess imtejjeb għal TEN-T u mobilità transfruntiera

CCO 22 - Toroq mhux TEN-T: Toroq ġodda, imtejba, rikostruwiti jew modernizzati

CCO 23 - Ferroviji mhux TEN-T: Linji tal-ferroviji ġodda, aġġornati, rikostruwiti jew modernizzati

4.  Ewropa aktar soċjali u inklużiva li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (PO 4)

(i)  Tisħiħ tal-effettività u l-inklużività tas-swieq tax-xogħol u l-aċċess għal impjiegi ta' kwalità permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura soċjali u l-promozzjoni tal-ekonomija soċjali

CCO 17 - Daqs ta' faċilitajiet ġodda jew modernizzati għas-servizzi tal-impjieg

CCR 16 - Għadd ta' utenti annwali ta' faċilitajiet ġodda jew modernizzati għas-servizzi tal-impjieg

(ii)  Titjib tal-aċċess ugwali għal servizzi inklussivi u ta' kwalità fl-edukazzjoni, t-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja permezz tal-iżvilupp ta' infrastruttura aċċessibbli, inkluż permezz tat-trawwim tar-reżiljenza għal tagħlim u taħriġ mill-bogħod u online

CCO 18 – Kapaċità ġdida jew modernizzata għall-faċilitajiet tal-indukrar tat-tfal u tal-edukazzjoni

CCR 17 - Għadd ta' utenti annwali moqdija minn faċilitajiet ġodda jew modernizzati tal-indukrar tat-tfal u tal-edukazzjoni

(iii)  Promozzjoni tal-inklużjoni soċjoekonomika ta' komunitajiet emarġinati, familji bi dħul baxx u gruppi żvantaġġati inkluż persuni bi bżonnijiet speċjali, permezz ta' azzjonijiet integrati li jinkludu akkomodazzjoni u servizzi soċjali

CCO 19 – Kapaċità ġdida jew modernizzata ta' faċilitajiet ta' akkomodazzjoni soċjali

CCO 25 - Popolazzjoni koperta minn proġetti fil-qafas tal-azzjonijiet integrati għal inklużjoni soċjoekonomika ta' komunitajiet emarġinati, familji bi dħul baxx u gruppi żvantaġġati

CCR 18 - Għadd ta' utenti annwali tal-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni soċjali ġdida jew modernizzata

(iv)  Promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, inkluż migranti permezz ta' azzjonijiet integrati, inkluż akkomodazzjoni u servizzi soċjali

CCO 26 - Kapaċità ġdida jew modernizzata tal-faċilitajiet ta' akkoljenza temporanja

CCR 20 – Għadd ta' utenti annwali tal-faċilitajiet ta' akkoljenza temporanji ġodda jew modernizzati

(v)  Żgurar ta' aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa u t-trawwim tar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa, inkluża l-kura primarja, u l-promozzjoni tat-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura bbażata fil-familja u bbażata fil-komunità

CCO 20 - Kapaċità ġdida jew modernizzata tal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa

CCR 19 - Għadd ta' utenti annwali tas-servizzi tal-kura tas-saħħa ġodda jew modernizzati

(vi)  Tisħiħ tar-rwol tal-kultura u t-turiżmu sostenibbli fl-iżvilupp ekonomiku, l-inklużjoni soċjali u l-innovazzjoni soċjali

CCO24 – Siti ta' kultura u turiżmu appoġġati

CCR21 - Viżitaturi ta' siti ta' kultura u turiżmu appoġġati

5.  Ewropa eqreb taċ-ċittadini billi trawwem l-iżvilupp sostenibbli u integrat ta' kull tip ta' territorju u inizjattivi lokali (PO 5)

(i)  Trawwim tal-iżvilupp soċjali, ekonomiku u ambjentali integrat u inklużiv, tal-kultura, il-wirt naturali, it-turiżmu sostenibbli, u s-sigurtà fiż-żoni urbani

CCO 21 – Popolazzjoni koperta minn strateġiji għall-iżvilupp territorjali integrat

 

(ii)  Trawwim tal-iżvilupp lokali soċjali, ekonomiku u ambjentali integrat u inklużiv, tal-kultura, il-wirt naturali, it-turiżmu sostenibbli u s-sigurtà f'żoni barra dawk urbani

(1)   

CCO: Riżultat Komuni Ewlieni REGIO.

(2)   

CCR: Riżultat Komuni Ewlieni REGIO.

(3)   

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).



( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2024/795 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (“STEP”), u li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE u r-Regolamenti (UE) 2021/1058, (UE) 2021/1056, (UE) 2021/1057, (UE) 1303/2013, (UE) 223/2014, (UE) 2021/1060, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697 u (UE) 2021/241 (ĠU L, 2024/795, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/795/oj).

( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2021 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 94).

( 3 ) Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).

( 4 ) Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).

( 5 ) Ir-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern (ara paġna 94 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

( 6 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

( 7 ) Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni tiegħu u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).

( 8 ) Għall-użu fl-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir Interreg f'konformità mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(1), u mal-punt (b) tal-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060(CPR)] u, fl-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir f'konformità mal-punt (d)(ii) tal-Artikolu 22 (3) tar-Regolament (UE) 2021/1060 (CPR) u, għal Interreg, skont il-punt (e)(ii) tal-Artikolu 22(4) tar-Regolament (UE) 2021/1059(Interreg)