02021R0630 — MT — 27.06.2022 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/630 tas-16 ta’ Frar 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ oġġetti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE (ĠU L 132 19.4.2021, p. 17) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/887 tat-28 ta’ Marzu 2022 |
L 154 |
23 |
7.6.2022 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/630
tas-16 ta’ Frar 2021
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ oġġetti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar:
il-każijiet u l-kundizzjonijiet li fihom prodotti komposti jkunu eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u meta tali eżenzjoni hija ġustifikata;
it-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali speċifiċi fuq prodotti komposti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“prodott kompost” ifisser prodott kompost kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625;
“prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa” jfisser prodotti li ma jenħtiġux li jiġu trasportati jew maħżuna f’temperaturi kontrollati.
Artikolu 3
Prodotti komposti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera
Il-prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa li ġejjin għandhom jiġu eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera:
il-prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa li ma jkunx fihom prodotti bbażati fuq il-kolostru jew laħam ipproċessat għajr il-ġelatina, il-kollaġen jew prodotti raffinati ħafna msemmija fit-Taqsima XVI tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
jikkonformaw mar-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625;
kull prodott tal-ħalib u tal-bajd li jinsab fil-prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa, jikkonforma mal-Artikolu 163(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692;
ikunu identifikati bħala maħsuba għall-konsum mill-bniedem;
ikunu ppakkjati b’mod sigur jew issiġillati; u
ikunu elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;
prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa fejn il-prodotti tal-annimali kollha preżenti fil-prodott kompost finali jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) jew tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), jew dik il-parti tal-annimali hija l-vitamina D3 biss.
Artikolu 4
Kontrolli Uffiċjali fuq prodotti komposti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera
Il-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru f’wieħed minn dawn il-postijiet li ġejjin fit-territorju doganali tal-Unjoni:
il-post tad-destinazzjoni;
il-punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni;
l-imħażen jew l-proprjetà tal-operatur responsabbli għall-kunsinna.
Artikolu 5
Emendi għad-Deċiżjoni 2007/275/KE
Id-Deċiżjoni 2007/275/KE hija emendata kif ġej:
Jitħassar l-Artikolu 6;
Jitħassar l-Anness II.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-21 ta’ April 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Lista ta’ prodotti komposti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera (Artikolu 3)
Din il-lista tistabbilixxi l-prodotti komposti, f’konformità man-Nomenklatura Magħquda (NM) li tintuża fl-Unjoni li ma għandhomx għalfejn jiġu sottomessi għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera.
Noti li jirrigwardaw it-tabella:
|
Kodiċijiet NM |
Spjegazzjonijiet |
|
(1) |
(2) |
|
1704 , ex 1806 20 , ex 1806 31 00 , ex 1806 32 , ex 1806 90 11 , ex 1806 90 19 , ex 1806 90 31 , ex 1806 90 39 , ex 1806 90 50 , ex 1806 90 90 |
Ħlewwiet (inkluż il-ħelu), ċikkulata u preparazzjonijiet oħra tal-ikel li jinkludu l-kawkaw li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1) |
|
ex 1902 19 , ex 1902 30 , ex 1902 40 |
Għaġin, noodles u kuskus li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1) |
|
ex 1905 10 , ex 1905 20 , ex 1905 31 , ex 1905 32 , ex 1905 40 , ex 1905 90 |
Ħobż, kejkijiet, gallettini, waffles u wafers, biskuttelli, ħobż mixwi u prodotti simili mixwijin li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1) |
|
ex 2001 90 65 , ex 2005 70 00 , ex 16 04 |
Żebbuġ mimli bil-ħut li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1) |
|
2101 |
Estratti, essenzi u konċentrati, tal-kafè, te jew maté u preparati b’bażi ta’ dawn il-prodotti jew b’bażi ta’ kafè, te jew maté tagħhom, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1). Ċikwejra nkaljata u sostituti tal-kafè oħrajn inkaljati, u estratti, essenzi u konċentrati tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1). |
|
ex 21 04 |
Stokkijiet u ħwawar tas-sopop ippakkjati għall-konsumatur finali li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1) |
|
ex 21 06 |
Supplimenti tal-ikel ippakkjati għall-konsumatur finali, li fihom prodotti pproċessati mill-annimali (inklużi l-glukożammina, l-kondrojtin jew il-kitosan) li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1) |
|
ex 2208 70 |
Likuri u kordjali li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1) |
( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
( 2 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7).
( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).
( 4 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).
( 5 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, il-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni u għall-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u ta’ oġġetti, taċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ tali ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).
( 6 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas-7 ta’ April 1987 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti u tal-Protokoll li Jemendaha (ĠU L 198, 20.7.1987, p. 1).