02021R0521 — MT — 07.05.2021 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/521 tal-24 ta’ Marzu 2021 (ĠU L 104 25.3.2021, p. 52) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/734 tal-5 ta’ Mejju 2021 |
L 158 |
13 |
6.5.2021 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/521
tal-24 ta’ Marzu 2021
li jagħmel arranġamenti speċifiċi għall-mekkaniżmu li jagħmel l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti soġġetta għall-produzzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni
Artikolu 1
L-applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 1(9) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/442 hija sospiża.
Madankollu, is-sospensjoni ma għandhiex tapplika għall-pajjiżi u t-territorji li ġejjin:
Artikolu 2
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tagħti awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni mitluba skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/442 sakemm:
l-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni tissodisfa l-kundizzjoni tal-Artikolu 1(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/442;
b’mod ieħor, l-awtorizzazzjoni ma tkunx ta’ theddida għas-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni tal-merkanzija koperta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/442.
Biex tiddetermina jekk il-kundizzjoni fil-punt (b) tal-paragrafu 1 hijiex issodisfata, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tivvaluta l-fatturi li ġejjin:
jekk il-pajjiż tad-destinazzjoni tal-esportazzjoni jirrestrinġix l-esportazzjonijiet tiegħu lejn l-Unjoni ta’ oġġetti koperti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/442, jew tal-materja prima li minnha jsiru, jew bil-liġi jew b’kull mezz ieħor, inkluż permezz tal-konklużjoni ta’ arranġamenti kuntrattwali mal-manifatturi ta’ dawn l-oġġetti;
il-kundizzjonijiet rilevanti prevalenti fil-pajjiż tad-destinazzjoni tal-esportazzjoni, inkluża s-sitwazzjoni epidemjoloġika, ir-rata tat-tilqim u d-disponibbiltà eżistenti tal-oġġetti koperti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/442.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika sat-30 ta’ Ġunju 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.