02021R0017 — MT — 16.04.2024 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/17 tat-8 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi lista ta’ varjazzjonijiet li ma jeħtiġux valutazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 007 11.1.2021, p. 22) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/997 tat-23 ta’ Mejju 2023 |
L 136 |
1 |
24.5.2023 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/916 tas-26 ta’ Marzu 2024 |
L 916 |
1 |
27.3.2024 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/17
tat-8 ta’ Jannar 2021
li jistabbilixxi lista ta’ varjazzjonijiet li ma jeħtiġux valutazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Il-varjazzjonijiet elenkati fl-Anness, li jissodisfaw ir-rekwiżiti li japplikaw għalihom kif stabbiliti fih, ma għandhomx jeħtieġu valutazzjoni.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-28 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Varjazzjonijiet li ma jeħtiġux valutazzjoni
|
Varjazzjoni |
Rekwiżiti Ir-rekwiżiti indikati fil-linja għat-taqsima ewlenija huma validi għal kull subtaqsima tat-taqsima partikolari. Kwalunkwe rekwiżit addizzjonali speċifikat fis-subtaqsima jenħtieġ li jinqara flimkien mar-rekwiżiti indikati fit-taqsima ewlenija. |
|
Numru |
|
Kundizzjonijiet |
Dokumenti li għandhom jiġu pprovduti |
A |
Tibdiliet amministrattivi |
|
|
1 |
Tibdil fl-isem jew fl-indirizz jew fid-dettalji ta’ kuntatt ta’: |
|
|
a) |
— id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni |
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għandu jibqa’ l-istess entità ġuridika. |
|
b) |
— manifattur jew fornitur tas-sustanza attiva, tal-materjal tal-bidu, tar-reaġent jew tal-prodott intermedju użat fil-manifattura tas-sustanza attiva jew sit ta’ ttestjar tal-kontroll tal-kwalità (fejn speċifikat fil-fajl) fejn ma jkun hemm l-ebda Ċertifikat ta’ Idoneità (CEP) tal-Farmakopea Ewropea (Ph. Eur.) bħala parti mill-fajl approvat. |
Is-sit tal-manifattura jew tal-kontroll tal-kwalità u l-operazzjonijiet kollha tal-manifattura għandhom jibqgħu l-istess. Il-manifattur jew il-fornitur għandu jkun diġà ġie inkorporat fis-sistemi tal-IT tal-Unjoni li jaħżnu u jipprovdu data organizzazzjonali. |
|
c) |
— detentur tal-fajl prinċipali tas-sustanza attiva (ASMF) |
Is-sit tal-manifattura u l-operazzjonijiet kollha tal-manifattura għandhom jibqgħu l-istess. Id-detentur tal-ASMF għandu jkun diġà ġie inkorporat fis-sistemi tal-IT tal-Unjoni li jaħżnu u jipprovdu data organizzazzjonali. |
“Ittra ta’ aċċess” aġġornata għall-Fajl Prinċipali tas-Sustanza Attiva. |
d) |
— manifattur ta’ eċċipjent (meta speċifikat fil-fajl) |
Is-sit tal-manifattura u l-operazzjonijiet kollha tal-manifattura għandhom jibqgħu l-istess. Il-manifattur għandu jkun diġà ġie inkorporat fis-sistemi tal-IT tal-Unjoni li jaħżnu u jipprovdu data organizzazzjonali. |
|
e) |
— manifattur jew importatur tal-prodott lest (inklużi siti għar-rilaxx ta’ lottijiet jew ta’ ttestjar tal-kontroll tal-kwalità) |
Is-sit tal-manifattura u l-operazzjonijiet kollha tal-manifattura għandhom jibqgħu l-istess. Il-manifattur jew l-importatur għandu jkun diġà ġie inkorporat fis-sistemi tal-IT tal-Unjoni li jaħżnu u jipprovdu data organizzazzjonali. |
|
2 |
Tibdil fl-isem (ivvintat) tal-prodott mediċinali veterinarju |
Ir-rieżami tal-aċċettabbiltà tal-isem il-ġdid mill-Aġenzija jew mill-awtorità nazzjonali kompetenti, kif applikabbli, għandu jiġi ffinalizzat u jkun pożittiv. |
|
3 |
Tibdil fl-isem tas-sustanza attiva jew ta’ eċċipjent |
Is-sustanza għandha tibqa’ l-istess. Għal prodotti mediċinali veterinarji għal speċijiet li jipproduċu l-ikel, l-entrata fir-Regolament (KE) Nru 470/2009 għal din is-sustanza għandha tiġi emendata qabel ma jiġi implimentat dan it-tibdil. |
|
4 |
Tibdil fil-Kodiċi ATCvet |
It-tibdil għandu jiġi introdott biss wara alterazzjoni fl-indiċi tal-Kodiċi ATCvet. |
|
|
|
|
|
B |
Tibdiliet fil-parti tal-kwalità tal-fajl |
|
|
1 |
Tibdil fl-isem jew fl-indirizz jew fid-dettalji ta’ kuntatt ta’ fornitur ta’ komponent ta’ imballaġġ jew ta’ apparat tal-prodott lest (meta msemmi fil-fajl) |
Il-fornitur għandu jkun diġà ġie inkorporat fis-sistemi tal-IT tal-Unjoni li jaħżnu u jipprovdu data organizzazzjonali. Is-sit tal-manifattura għandu jibqa’ l-istess. |
|
2 |
Tibdil fin-nomenklatura (1) tal-materjal għall-imballaġġ immedjat tal-prodott lest |
It-tibdil għandu jiġi introdott biss wara l-emenda tal-isem tal-kontenitur fil-bażi ta’ data tat-termini standard fuq is-sit web tad-Direttorat Ewropew għall-Kwalità tal-Mediċini u tal-Kura tas-Saħħa (EDQM). |
|
3 |
Tħassir ta’: |
|
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. |
a) |
— sit tal-manifattura għal sustanza attiva, għal prodott intermedju jew lest, sit tal-imballaġġ, manifattur responsabbli għar-rilaxx ta’ lottijiet, sit fejn isir il-kontroll tal-lott, jew fornitur ta’ materjal tal-bidu għal sustanza attiva, għal reaġent jew għal eċċipjent (meta jissemma fil-fajl) |
It-tħassir ma għandux ikun dovut għal nuqqasijiet kritiċi li jikkonċernaw il-manifattura. Għandu jkun hemm tal-anqas sit wieħed jew manifattur wieħed, kif awtorizzat preċedentement, li jwettaq l-istess funzjoni bħal dik/dawk ikkonċernata/i mit-tħassir. Għandu jkun hemm tal-anqas sit wieħed jew manifattur wieħed responsabbli għar-rilaxx ta’ lottijiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea. |
|
b) |
— proċess tal-manifattura għas-sustanza attiva jew għall-prodott lest, inkluż prodott intermedju użat fil-manifattura tal-prodott lest meta tkun diġà ġiet approvata alternattiva |
Il-prodott lest, is-sustanza attiva, il-prodotti intermedji jew il-materjali tal-proċessar użati fil-manifattura tal-prodott lest xorta għandhom ikunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet approvati. It-tħassir ma għandux ikun dovut għal nuqqasijiet kritiċi li jikkonċernaw il-manifattura. |
|
c) |
— test tul il-proċess mhux sinifikanti matul il-manifattura tas-sustanza attiva (eż. it-tħassir ta’ test obsolet tul il-proċess) |
It-tibdil ma għandux ikun marbut ma’ impenn jew ma’ avveniment mhux mistenni waqt il-manifattura. It-tibdil ma għandux jikkonċerna test kritiku tul il-proċess u ma għandux ikollu l-potenzjal li jaffettwa l-identità, il-kwalità, il-purità, il-potenza jew il-karatteristiċi fiżiċi tas-sustanza attiva, tal-materjal tal-bidu, tal-prodott intermedju jew tar-reaġent użat fil-proċess tal-manifattura tas-sustanza attiva. |
Tabella komparattiva tat-test tul il-proċess preċedenti u dak ġdid. |
d) |
— parametru ta’ speċifikazzjoni mhux sinifikanti (eż. it-tħassir ta’ parametru obsolet) ta’ — — sustanza attiva; — materjal tal-bidu; — prodott intermedju jew reaġent użat fil-proċess tal-manifattura tas-sustanza attiva |
It-tibdil ma għandux ikun marbut ma’ impenn jew ma’ avveniment mhux mistenni waqt il-manifattura. It-tibdil ma għandux jikkonċerna parametru kritiku ta’ speċifikazzjoni jew ikollu l-potenzjal li jaffettwa l-identità, il-kwalità, il-purità, il-potenza jew il-karatteristiċi fiżiċi tas-sustanza attiva, tal-materjal tal-bidu, tal-prodott intermedju jew tar-reaġent użat fil-proċess tal-manifattura tas-sustanza attiva. |
Tabella komparattiva tal-ispeċifikazzjonijiet preċedenti u dawk ġodda. |
e) |
— proċedura tat-test — — għas-sustanza attiva jew għal materjal tal-bidu, għal reaġent jew għal prodott intermedju tas-sustanza attiva; — għall-imballaġġ immedjat tas-sustanza attiva; — għal eċċipjent jew għall-prodott lest; — għall-imballaġġ immedjat tal-prodott lest |
Proċedura alternattiva tat-test għandha diġà tkun ġiet awtorizzata mill-awtorità nazzjonali kompetenti jew mill-Aġenzija u din il-proċedura tat-test ma tridx tkun ġiet miżjuda permezz ta’ proċedura ta’ varjazzjoni skont l-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2019/6. |
|
f) |
— wieħed mill-kontenituri awtorizzati għal kwantitajiet kbar jew finali (inkluż l-imballaġġ ta’ sustanza attiva) jew l-imballaġġ immedjat tal-prodott lest li ma jkunx iwassal għat-tħassir sħiħ ta’ qawwa jew ta’ forma farmaċewtika |
Fejn applikabbli, il-preżentazzjonijiet tal-prodott li jifdal għandhom ikunu adegwati għall-istruzzjonijiet dwar id-dożaġġ u għad-durata tat-trattament kif iddefiniti fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott. |
|
g) |
— parametru ta’ speċifikazzjoni mhux sinifikanti (eż. it-tħassir ta’ parametru obsolet) fil-parametri jew fil-limiti tal-ispeċifikazzjoni tal-imballaġġ immedjat tas-sustanza attiva jew tal-prodott lest |
It-tibdil ma għandux ikun marbut ma’ impenn jew ma’ avveniment mhux mistenni waqt il-manifattura tal-materjal tal-imballaġġ immedjat u l-ħżin tas-sustanza attiva jew tal-prodott lest. It-tibdil ma għandux jikkonċerna parametru kritiku jew ikollu l-potenzjal li jaffettwa l-identità jew il-kwalità tal-imballaġġ immedjat. |
Tabella komparattiva tal-ispeċifikazzjonijiet preċedenti u dawk ġodda. |
h) |
— protokoll approvat għall-ġestjoni tat-tibdil relatat mas-sustanza attiva jew mal-prodott lest |
It-tibdil ma għandux ikun ir-riżultat ta’ avveniment mhux mistenni jew riżultat li jaqa’ barra mill-ispeċifikazzjoni matul l-implimentazzjoni tat-tibdil(iet) deskritt(i) fil-protokoll. |
|
i) |
— komponent jew komponenti tas-sistema ta’ aromatizzazzjoni jew ta’ kolorazzjoni |
It-tibdil ma għandux ikun applikabbli għal prodott mediċinali bijoloġiku jew immunoloġiku. It-tibdil ma għandux ikollu l-potenzjal li jaffettwa l-identità, il-qawwa, il-kwalità, il-purità, il-potenza, is-sikurezza jew l-effettività tal-prodott lest. |
|
j) |
— kontenitur tas-solvent jew tad-dilwent mill-pakkett |
Il-forma farmaċewtika għandha tibqa’ l-istess. Għandu jkun hemm mezzi alternattivi xierqa sabiex jinkiseb is-solvent jew id-dilwent kif meħtieġ għall-użu sikur u effettiv. |
|
k) |
— test tul il-proċess mhux sinifikanti (eż. it-tħassir ta’ test obsolet) matul il-manifattura tal-prodott lest |
It-tibdil ma għandux ikun marbut ma’ impenn jew ma’ avveniment mhux mistenni waqt il-manifattura. It-tibdil ma għandux jikkonċerna parametru kritiku jew ikollu l-potenzjal li jaffettwa l-identità, il-kwalità, il-purità, il-potenza jew il-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott lest jew tal-materjal tal-bidu, tal-prodott intermedju jew tar-reaġent użat fil-proċess tal-manifattura tal-prodott lest. |
Tabella komparattiva tat-testijiet u tal-limiti tul il-proċess preċedenti u dawk ġodda. |
l) |
— dettalji dwar il-frekwenza tal-ittestjar mill-manifattur tal-prodott lest ta’ eċċipjent jew sustanza attiva jew tal-materjal tal-imballaġġ għall-imballaġġ immedjat ta’ sustanza attiva jew tal-prodott lest, meta jissemma fil-fajl |
|
|
m) |
— parametru ta’ speċifikazzjoni mhux sinifikanti (eż. it-tħassir ta’ parametru obsolet) fil-parametri jew fil-limiti tal-ispeċifikazzjoni ta’ eċċipjent |
It-tibdil ma għandux ikun marbut ma’ impenn jew ma’ avveniment mhux mistenni waqt il-manifattura. It-tibdil ma għandux jikkonċerna parametru kritiku jew ikollu l-potenzjal li jaffettwa l-identità, il-kwalità, il-purità, il-potenza jew il-karatteristiċi fiżiċi tal-eċċipjent. |
Tabella komparattiva tal-parametri jew tal-limiti tal-ispeċifikazzjoni preċedenti u ġodda. |
n) |
— parametru ta’ speċifikazzjoni mhux sinifikanti (eż. it-tħassir ta’ parametru obsolet bħar-riħa u t-togħma jew it-test ta’ identifikazzjoni għal materjal ta’ kolorazzjoni jew ta’ aromatizzazzjoni) fil-parametri jew fil-limiti tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott lest |
It-tibdil ma għandux ikun marbut ma’ impenn jew ma’ avveniment mhux mistenni waqt il-manifattura. It-tibdil ma għandux jikkonċerna parametru kritiku jew ikollu l-potenzjal li jaffettwa l-identità, il-qawwa il-kwalità, il-purità, il-potenza jew il-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott lest. |
Tabella komparattiva tal-parametri jew tal-limiti tal-ispeċifikazzjoni preċedenti u ġodda. |
o) |
— apparat tal-kejl jew tal-amministrazzjoni |
It-tibdil ma għandux jaffettwa l-konsenja, l-użu jew is-sikurezza tal-prodott lest. |
|
p) |
— parametru ta’ speċifikazzjoni mhux sinifikanti (eż. it-tħassir ta’ parametru obsolet) ta’ apparat tal-kejl jew tal-amministrazzjoni |
It-tibdil ma għandux ikun marbut ma’ impenn jew ma’ avveniment mhux mistenni waqt il-manifattura. It-tibdil ma għandux jikkonċerna parametru kritiku jew ikollu l-potenzjal li jaffettwa l-identità jew il-kwalità tal-apparat tal-kejl jew tal-amministrazzjoni. |
Tabella komparattiva tal-ispeċifikazzjonijiet preċedenti u ġodda. |
q) |
— proċedura tat-test ta’ apparat tal-kejl jew tal-amministrazzjoni |
Proċedura alternattiva tat-test diġà għandha tkun ġiet awtorizzata mill-awtorità nazzjonali kompetenti jew mill-Aġenzija. |
|
r) |
— daqs(ijiet) tal-pakkett tal-prodott lest |
Id-daqsijiet tal-pakketti li jifdal għandhom ikunu konsistenti mal-pożoloġija u mad-durata tat-trattament kif approvati fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott. |
|
s) |
— fornitur ta’ komponenti jew ta’ apparati tal-imballaġġ (meta jissemma fil-fajl) |
It-tibdil ma għandux jinkludi t-tħassir ta’ komponent(i) jew ta’ apparat(i) tal-imballaġġ. |
|
t) |
— Ph. Eur. CEP — — għal sustanza attiva; — għal materjal tal-bidu, għal reaġent jew għal prodott intermedju użat fil-proċess tal-manifattura tas-sustanza attiva; — għal eċċipjent |
Tal-anqas manifattur wieħed għall-istess sustanza għandu jibqa’ fil-fajl. |
|
u) |
— Ph. Eur. CEP għall-Enċefalopatija Sponġiformi Trażmissibbli (TSE) — — għal sustanza attiva; — għal materjal tal-bidu, għal reaġent jew għal prodott intermedju ta’ sustanza attiva; — għal eċċipjent |
Tal-anqas manifattur wieħed għall-istess sustanza għandu jibqa’ fil-fajl. |
|
v) |
— għamla farmaċewtika jew qawwa (2) |
Il-forma/forom jew il-qawwa/qawwiet li jifdal għandhom ikunu adattati sabiex jippermettu dożaġġ preċiż tal-prodott u tad-durata tat-trattament mingħajr l-użu ta’ preżentazzjonijiet multipli (eż. diversi pipetti jew pilloli) jew l-użu ta’ dożi diviżi mhux approvati (eż. nofs pilloli li mhumiex diġà awtorizzati). |
|
4 |
Tibdiliet fil-proċess tal- produzzjoni jew fil-ħżin tas-sustanza attiva fejn l-ebda Ph. Eur. CEP ma jkun parti mill-fajl approvat ta’ sustanza attiva (inkluż il-materjal ta’ bidu, ir-reaġent jew il-prodott intermedju) |
Għall-materjali tal-bidu u għar-reaġenti, l-ispeċifikazzjonijiet (li jinkludu l-kontrolli tul il-proċess, il-metodi ta’ analiżi tal-materjali kollha) għandhom ikunu identiċi għal dawk li diġà jkunu ġew approvati. Għall-prodotti intermedji u għas-sustanza/i attiva/i, l-ispeċifikazzjonijiet (li jinkludu l-kontrolli tul il-proċess, il-metodi ta’ analiżi tal-materjali kollha), il-metodu ta’ preparazzjoni (li jinkludi d-daqs tal-lott) u r-rotta dettaljata tas-sinteżi għandhom ikunu identiċi għal dawk li diġà jkunu ġew approvati. |
|
a) |
— tibdil fil-manifattur tas-sustanza attiva (li jinkludi s-siti rilevanti ta’ ttestjar tal-kontroll tal-kwalità) |
It-tibdil ma għandux ikun applikabbli għal sustanza attiva sterili jew għal sustanza bijoloġika jew immunoloġika. It-tibdil ma għandux ikun applikabbli għal sustanza erbali jew għal preparazzjoni erbali fi prodott mediċinali erbali. Il-manifattur il-ġdid għandu jkun parti mill-istess grupp farmaċewtiku bħall-manifattur approvat bħalissa u diġà għandu jkun ġie inkorporat fis-sistemi tal-IT tal-Unjoni li jaħżnu u jipprovdu data organizzazzjonali. It-tibdil ma għandux ikollu l-potenzjal li jaffettwa l-identità, il-kwalità, il-purità, il-potenza jew il-karatteristiċi fiżiċi tas-sustanza attiva, tal-materjal tal-bidu, tal-prodott intermedju jew tar-reaġent użat fil-proċess tal-manifattura tas-sustanza attiva. |
L-Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl għandha tingħata, kif xieraq, għal: — data tat-TSE, — data tal-lottijiet, — dikjarazzjoni tal-persuna kwalifikata (QP) u — konferma tal-konformità mal-GMP. |
b) |
— tibdiliet fl-arranġamenti għall-ittestjar tal-kontroll tal-kwalità għas-sustanza attiva: sostituzzjoni jew żieda ta’ sit fejn isir il-kontroll tal-lott jew l-ittestjar tas-sustanza attiva |
It-tibdil ma għandux ikun applikabbli għal sustanza attiva sterili jew għal sustanza bijoloġika jew immunoloġika. Il-manifattur jew is-sit il-ġdid għandu jkun diġà ġie inkorporat fis-sistema tal-IT tal-Unjoni li taħżen u tipprovdi data organizzazzjonali. It-trasferiment tal-metodu mis-sit l-antik għall-ġdid għandu jkun tlesta b’suċċess. |
|
c) |
— introduzzjoni ta’ sit ġdid ta’ mikronizzazzjoni għall-manifattur tas-sustanza attiva (inklużi s-siti rilevanti ta’ ttestjar tal-kontroll tal-kwalità) |
It-tibdil ma għandux ikun applikabbli għal sustanza attiva sterili jew għal sustanza bijoloġika jew immunoloġika. Il-manifattur jew is-sit il-ġdid għandu jkun diġà ġie inkorporat fis-sistemi tal-IT tal-Unjoni li jaħżnu u jipprovdu data organizzazzjonali. It-tibdil ma għandux jipprovoka tibdil negattiv fil-proprjetajiet fiżikokimiċi. L-ispeċifikazzjoni tad-daqs tal-partikoli għas-sustanza attiva u l-metodu analitiku korrispondenti għandhom jibqgħu l-istess. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl għad-dikjarazzjoni tal-QP u għad-data komparattiva tal-lottijiet mis-sit l-antik għall-ġdid, kif ikun xieraq. |
d) |
— sit ġdid ta’ ħżin tal-Bank Prinċipali taċ-Ċelloli jew tal-Banek Operazzjonali taċ-Ċelloli għall-manifattur ta’ materjal tal-bidu, ta’ reaġent jew ta’ prodott intermedju użat fil-proċess tal-manifattura tas-sustanza attiva jew fis-sustanza attiva nnifisha |
Ma għandu jsir l-ebda tibdil fil-kundizzjonijiet tal-ħżin, fil-perjodu ta’ stabbiltà u fl-ispeċifikazzjonijiet. Il-manifattur jew is-sit il-ġdid għandu jkun diġà ġie inkorporat fis-sistemi tal-IT tal-Unjoni li jaħżnu u jipprovdu data organizzazzjonali. |
|
5 |
Tnaqqis tal-perjodu tat-test mill-ġdid jew tal-perjodu ta’ ħżin meta ma jkunx hemm Ph. Eur. CEP li jkopri l-perjodu tat-test mill-ġdid bħala parti mill-fajl approvat |
It-tibdil ma għandux ikun ir-riżultat ta’ avvenimenti mhux mistennija li jinqalgħu waqt il-manifattura jew minħabba tħassib dwar l-istabbiltà. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl inklużi l-ispeċifikazzjonijiet u l-konferma tal-istabbiltà, kif ikun xieraq. |
6 |
Tibdil għal kundizzjonijiet tal-ħżin aktar restrittivi: |
It-tibdil ma għandux ikun ir-riżultat ta’ avvenimenti mhux mistennija li jinqalgħu waqt il-manifattura jew minħabba tħassib dwar l-istabbiltà. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl inklużi l-ispeċifikazzjonijiet u l-konferma tal-istabbiltà, kif ikun xieraq. |
a) |
— tal-istandard ta’ referenza (meta msemmi fil-fajl) |
|
|
b) |
— tas-sustanza attiva |
|
|
7 |
Tibdil fil-protokoll ta’ stabbiltà approvat ta’ sustanza attiva (li tinkludi l-materjal tal-bidu, ir-reaġent jew il-prodott intermedju) |
It-tibdil ma għandux ikun ir-riżultat ta’ avvenimenti mhux mistennija li jinqalgħu waqt il-manifattura jew minħabba tħassib dwar l-istabbiltà. It-tibdil ma għandux ikollu l-potenzjal li jaffettwa l-identità, il-qawwa, il-kwalità, il-purità, il-potenza jew il-karatteristiċi fiżiċi tas-sustanza attiva. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl inklużi r-riżultati ta’ studji xierqa dwar l-istabbiltà f’ħin reali. |
8 |
Implimentazzjoni tat-tibdiliet previsti fi protokoll approvat għall-ġestjoni tat-tibdil (CMP) għas-sustanza attiva |
It-tibdil għandu jsir f’konformità mas-CMP approvat u r-riżultati tal-istudji mwettqa għandhom jindikaw li l-kriterji ta’ aċċettazzjoni predefiniti speċifikati fil-protokoll jkunu ssodisfati. L-implimentazzjoni tat-tibdil ma għandhiex tkun teħtieġ aktar data ta’ sostenn għas-CMP. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. |
9 |
Tibdil fid-daqs tal-lott (inklużi l-meded tad-daqs tal-lott) ta’ sustanza attiva jew ta’ prodott intermedju użat fil-proċess tal-manifattura tas-sustanza attiva |
It-tibdil ma għandux ikun applikabbli għal sustanza attiva sterili jew għal sustanza bijoloġika jew immunoloġika. It-tibdil ma għandux jaffettwa ħażin ir-riproduċibilità tal-proċess. It-tibdil ma għandux ikun ir-riżultat ta’ avvenimenti mhux mistennija li jinqalgħu waqt il-manifattura jew minħabba tħassib dwar l-istabbiltà. It-tibdiliet fil-metodi tal-manifattura għandhom ikunu biss dawk meħtieġa minħabba żieda jew tnaqqis fl-iskala, eż. l-użu ta’ tagħmir ta’ daqs differenti. Il-lottijiet testjati għandu jkollhom id-daqs propost tal-lott. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl inkluża d-data tal-lottijiet, kif ikun xieraq. |
a) |
— żieda sa 10 darbiet meta mqabbel mad-daqs tal-lott approvat oriġinarjament |
Is-sustanza attiva u l-prodotti intermedji, ir-reaġenti, il-katalizzaturi jew is-solventi kollha xorta għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet approvati. |
|
b) |
— tnaqqis fl-iskala għal 10 darbiet |
|
|
c) |
— żieda b’aktar minn 10 darbiet meta mqabbel mad-daqs tal-lott approvat oriġinarjament |
Il-prodotti intermedji, ir-reaġenti, il-katalizzaturi jew is-solventi użati fil-proċess għandhom jibqgħu l-istess. Is-sustanza attiva u l-prodotti intermedji, ir-reaġenti, il-katalizzaturi jew is-solventi kollha xorta għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet approvati. It-tibdil ma għandux jipprovoka tibdil negattiv fil-profil kwalitattiv u kwantitattiv tal-impuritajiet, fil-potenza jew fil-proprjetajiet fiżikokimiċi tas-sustanza attiva. It-tibdil ma għandux jirreferi għall-parti ristretta ta’ ASMF. |
|
10 |
Tibdil fit-testijiet tul il-proċess jew fil-limiti applikati matul il-manifattura tas- sustanza attiva |
It-tibdil ma għandux ikun konsegwenza ta’ xi impenn minn valutazzjonijiet preċedenti sabiex jiġu rieżaminati l-limiti tal-ispeċifikazzjonijiet. It-tibdil ma għandux jirriżulta minn avvenimenti mhux mistennija li jinqalgħu matul il-manifattura, eż. impurità ġdida mhux kwalifikata; tibdil fil-limiti totali tal-impuritajiet. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl għall-metodu ta’ test, għall-validazzjoni u għad-data tal-lottijiet il-ġodda, kif ikun xieraq. Tabella komparattiva tat-testijiet u tal-limiti tul il-proċess preċedenti u dawk ġodda. |
a) |
— l-issikkar tal-limiti tul il-proċess |
It-tibdil għandu jkun fil-medda tal-limiti approvati bħalissa. Il-proċedura tat-test għandha tibqa’ l-istess, jew inkella t-tibdiliet fil-proċedura tat-test għandhom ikunu minuri. |
|
b) |
— żieda ta’ test u ta’ limiti tul il-proċess ġodda |
Kwalunkwe metodu ta’ test ġdid ma għandux jikkonċerna teknika ġdida mhux standard jew teknika standard użata b’mod ġdid. Il-metodu ta’ test il-ġdid ma għandux ikun metodu bijoloġiku, immunoloġiku jew immunokimiku, jew metodu li juża reaġent bijoloġiku għal sustanza bijoloġika attiva, ħlief jekk dan il-metodu jkun metodu mikrobijoloġiku farmakopojali standard. |
|
11 |
Tibdil fil-parametri tal-ispeċifikazzjoni jew fil-limiti ta’ sustanza attiva, ta’ materjal tal-bidu, ta’ prodott intermedju jew ta’ reaġent użat fil-proċess tal-manifattura tas-sustanza attiva jew tal-imballaġġ immedjat tas-sustanza attiva |
It-tibdil ma għandux jirriżulta minn avvenimenti mhux mistennija li jinqalgħu matul il-manifattura (eż. impurità ġdida mhux kwalifikata jew tibdil fil-limiti totali tal-impuritajiet). It-tibdil ma għandux ikun konsegwenza ta’ xi impenn minn valutazzjonijiet preċedenti sabiex jiġu rieżaminati l-limiti tal-ispeċifikazzjonijiet (eż. magħmula matul il-proċedura għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni jew il-proċedura ta’ varjazzjoni skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2019/6) sakemm ma jkunx ġie vvalutat u miftiehem preċedentement bħala parti minn miżura ta’ segwitu fi proċedura preċedenti skont ir-Regolament (UE) 2019/6. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. Tabella komparattiva tal-parametri u tal-limiti tal-ispeċifikazzjoni preċedenti u dawk ġodda. |
a) |
— l-issikkar tal-limiti tal-ispeċifikazzjonijiet għall-prodotti mediċinali veterinarji soġġetti għar-Rilaxx ta’ Lottijiet minn Awtorità Uffiċjali tal-Kontroll (OCABR) |
Il-proċedura tat-test għandha tibqa’ l-istess, jew inkella t-tibdiliet fil-proċedura tat-test għandhom ikunu minuri. It-tibdil għandu jkun fil-medda tal-limiti approvati bħalissa. |
|
b) |
— l-issikkar tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ sustanza attiva, ta’ materjal tal-bidu, ta’ prodott intermedju jew ta’ reaġent użat fil-proċess tal-manifattura tas-sustanza attiva |
Il-proċedura tat-test għandha tibqa’ l-istess, jew inkella t-tibdiliet fil-proċedura tat-test għandhom ikunu minuri. It-tibdil għandu jkun fil-medda tal-limiti approvati bħalissa. |
|
c) |
— l-issikkar tal-limiti tal-ispeċifikazzjonijiet tal-pakkett immedjat tas-sustanza attiva |
Il-proċedura tat-test għandha tibqa’ l-istess, jew inkella t-tibdiliet fil-proċedura tat-test għandhom ikunu minuri. |
|
d) |
— żieda ta’ parametru ta’ speċifikazzjoni ġdid mal-ispeċifikazzjoni bil-metodu ta’ test korrispondenti tiegħu |
Il-metodu ta’ test ġdid ma għandux jikkonċerna teknika ġdida mhux standard jew teknika standard użata b’mod ġdid. Il-metodu ta’ test il-ġdid ma għandux ikun metodu bijoloġiku, immunoloġiku jew immunokimiku, jew metodu li juża reaġent bijoloġiku għal sustanza bijoloġika attiva, ħlief jekk dan il-metodu jkun metodu mikrobijoloġiku farmakopojali standard. It-tibdil ma għandux jikkonċerna impurità ġenotossika. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl għall-metodu u għall-validazzjoni ġodda, u għad-data tal-lottijiet, kif ikun xieraq. |
12 |
Tibdiliet minuri: |
|
|
a) |
— għal proċedura approvata tat-test — — għas-sustanza attiva; — għall-prodott lest; — għall-imballaġġ immedjat tas-sustanza attiva jew tal-prodott lest; — ta’ apparat tal-kejl jew tal-amministrazzjoni |
Il-metodu ta’ test ma għandux ikun metodu bijoloġiku, immunoloġiku jew immunokimiku, jew metodu li juża reaġent bijoloġiku għal sustanza bijoloġika attiva. Iridu jkunu saru studji ta’ validazzjoni xierqa f’konformità mal-linji gwida rilevanti u dawn iridu juru li l-proċedura tat-test aġġornata tkun tal-anqas ekwivalenti għall-proċedura tat-test preċedenti. Ma għandu jkun hemm l-ebda tibdil fil-limiti totali tal-impuritajiet; ma għandha tinstab l-ebda impurità mhux kwalifikata ġdida. Il-metodu tal-analiżi għandu jibqa’ l-istess (eż. tibdil fit-tul tal-kolonna jew fit-temperatura, iżda mhux tip differenti ta’ kolonna jew ta’ metodu). |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl u tad-data ta’ validazzjoni komparattiva, kif ikun xieraq. |
b) |
— għal proċedura approvata tat-test — għal materjal tal-bidu, għal reaġent jew għal prodott intermedju użat fil-proċess tal-manifattura tas-sustanza attiva; — għal eċċipjent |
Il-metodu ta’ test ma għandux ikun metodu bijoloġiku, immunoloġiku jew immunokimiku, jew metodu li juża reaġent bijoloġiku għal sustanza bijoloġika attiva. Iridu jkunu saru studji ta’ validazzjoni xierqa f’konformità mal-linji gwida rilevanti u dawn iridu juru li l-proċedura tat-test aġġornata tkun tal-anqas ekwivalenti għall-proċedura tat-test preċedenti Ma għandu jkun hemm l-ebda tibdil fil-limiti totali tal-impuritajiet; ma għandha tinstab l-ebda impurità mhux kwalifikata ġdida. Il-metodu tal-analiżi għandu jibqa’ l-istess (eż. tibdil fit-tul tal-kolonna jew fit-temperatura, iżda mhux tip differenti ta’ kolonna jew ta’ metodu). |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl u tad-data komparattiva, kif ikun xieraq. |
c) |
— għal proċedura approvata tat-test għal test tul il-proċess — għas-sustanza attiva; — għall-prodott lest |
Il-metodu ta’ test ma għandux ikun metodu bijoloġiku, immunoloġiku jew immunokimiku, jew metodu li juża reaġent bijoloġiku għal sustanza bijoloġika attiva. Iridu jkunu saru studji ta’ validazzjoni xierqa f’konformità mal-linji gwida rilevanti u dawn iridu juru li l-proċedura tat-test aġġornata tkun tal-anqas ekwivalenti għall-proċedura tat-test preċedenti. Ma għandu jkun hemm l-ebda tibdil fil-limiti totali tal-impuritajiet; ma għandha tinstab l-ebda impurità mhux kwalifikata ġdida. Il-metodu tal-analiżi għandu jibqa’ l-istess (eż. tibdil fit-tul tal-kolonna jew fit-temperatura, iżda mhux tip differenti ta’ kolonna jew ta’ metodu). |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. |
d) |
— fil-proċess tal-manifattura ta’ sustanza attiva |
It-tibdil ma għandux ikun applikabbli għal sustanza bijoloġika jew attiva immunoloġika. It-tibdil ma għandux ikun tibdil fis-sors ġeografiku, fir-rotta tal-manifattura jew fil-produzzjoni għal sustanza mediċinali erbali. It-tibdil għandu jkun relatat biss ma’ forma solida orali ta’ dożaġġ ta’ rilaxx immedjat jew soluzzjoni orali u ma għandux jipprovoka tibdil negattiv fil-profil kwalitattiv u kwantitattiv tal-impuritajiet jew fil-proprjetajiet fiżikokimiċi. Is-sustanza attiva u l-prodotti intermedji, ir-reaġenti, il-katalizzaturi jew is-solventi kollha xorta għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet approvati. It-tibdil ma għandux jirreferi għall-parti ristretta ta’ ASMF. L-istadji tal-manifattura għandhom jibqgħu l-istess. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. |
e) |
— fis-sinteżi jew fl-irkupru ta’ eċċipjent mhux farmakopojali (meta deskritt fil-fajl) jew ta’ eċċipjent ġdid |
L-eċċipjenti u l-prodotti intermedji, ir-reaġenti, il-katalizzaturi, is-solventi jew il-kontrolli tul il-proċess kollha xorta għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet approvati (eż. il-profil kwalitattiv u kwantitattiv tal-impuritajiet). L-aġġuvanti u l-preservattivi għandhom jiġu esklużi mill-ambitu ta’ din l-entrata. Ir-rotot u l-ispeċifikazzjonijiet sintetiċi għandhom ikunu identiċi, u ma għandu jkun hemm l-ebda tibdil fil-proprjetajiet fiżikokimiċi. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl għad-data tal-lott, għad-data komparattiva, u għall-ispeċifikazzjoni, kif ikun xieraq. |
f) |
— għal medda ta’ limiti tul il-proċess għall-prodott lest |
It-tibdil ma għandux ikun ir-riżultat ta’ avvenimenti mhux mistennija li jinqalgħu waqt il-manifattura jew minħabba tħassib dwar l-istabbiltà. It-tibdil għandu jikkonċerna test tul il-proċess, li huwa wkoll parti mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott lest mar-rilaxx, u l-medda ta’ limiti l-ġdida tul il-proċess għandha tkun fi ħdan il-limitu tar-rilaxx approvat. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. Tabella komparattiva tal-limiti tul il-proċess preċedenti u dawk ġodda. |
g) |
— għal protokoll approvat tal-ġestjoni tat-tibdil tas-sustanza attiva li ma jbiddilx l-istrateġija ddefinita fil-protokoll |
Il-prodotti intermedji, ir-reaġenti, il-katalizzaturi jew is-solventi użati fil-proċess għandhom jibqgħu l-istess. Is-sustanza attiva u l-prodotti intermedji, ir-reaġenti, il-katalizzaturi jew is-solventi kollha xorta għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet approvati. Ma għandu jkun hemm l-ebda tibdil negattiv fil-profil kwalitattiv u kwantitattiv tal-impuritajiet jew fil-proprjetajiet fiżikokimiċi. It-tibdil ma għandux jirreferi għall-parti ristretta ta’ ASMF. It-tibdiliet għandhom ikunu fil-medda tal-limiti approvati bħalissa. Fil-każ ta’ prodotti bijoloġiċi, dan it-tibdil għandu jkun possibbli biss jekk il-komparabbiltà ma tkunx meħtieġa. It-tibdiliet fis-sors ġeografiku, fir-rotta tal-manifattura jew fil-produzzjoni ta’ sustanza erbali jew fil-preparazzjoni erbali ta’ prodott mediċinali erbali għandhom jiġu esklużi. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. |
h) |
— għat-tagħmir tal-produzzjoni (meta deskritt fil-fajl) inklużi l-proċessi relatati mat-tagħmir |
Il-bidla ma għandhiex tirriżulta f’bidliet jew modifiki fil-proċess ta’ produzzjoni jew fil-kwalità tal-prodott. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. |
13 |
Tibdiliet fi proċedura tat-test (inkluża s-sostituzzjoni jew iż-żieda) għal reaġent użat fil-proċess tal-manifattura tas-sustanza attiva jew fl-imballaġġ immedjat tas-sustanza attiva: |
Il-metodu ta’ test ġdid ma għandux jikkonċerna teknika ġdida mhux standard jew teknika standard użata b’mod ġdid. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl għad-data ta’ validazzjoni komparattiva, kif ikun xieraq. |
a) |
— għal reaġent, li ma jkollux effett sinifikanti fuq il-kwalità ġenerali tas-sustanza attiva |
Is-sustanza attiva ma għandhiex tkun sustanza bijoloġika jew immunoloġika. Ma għandu jkun hemm l-ebda tibdil fil-limiti totali tal-impuritajiet; ma għandha tinstab l-ebda impurità mhux kwalifikata ġdida. Il-metodu tal-analiżi għandu jibqa’ l-istess (eż. tibdil fit-tul tal-kolonna jew fit-temperatura, iżda mhux tip differenti ta’ kolonna jew ta’ metodu). Studji ta’ validazzjoni xierqa, imwettqa f’konformità mal-linji gwida rilevanti, għandhom juru li l-proċedura tat-test aġġornata tkun tal-anqas ekwivalenti għall-proċedura tat-test preċedenti. |
|
b) |
— għall-imballaġġ immedjat tas-sustanza attiva |
Is-sustanza attiva ma għandhiex tkun sustanza bijoloġika jew immunoloġika. Meta t-tibdil ikun jikkonċerna sostituzzjoni ta’ metodu, it-tibdil ma għandux ikun konsegwenza ta’ xi impenn minn valutazzjonijiet preċedenti sabiex jiġu rieżaminati l-limiti tal-ispeċifikazzjonijiet (eż. magħmula matul il-proċedura għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni jew il-proċedura ta’ varjazzjoni skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2019/6) sakemm ma jkunx ġie vvalutat u miftiehem preċedentement bħala parti minn miżura ta’ segwitu fi proċedura preċedenti skont ir-Regolament (UE) 2019/6. |
Dokument li jelenka r-riżultati tal-validazzjoni komparattiva jew, jekk ġustifikati, ir-riżultati tal-analiżi komparattiva, li juri li t-test preċedenti u dak ġdid ikunu ekwivalenti. |
14 |
Tibdil fil-kompożizzjoni kwalitattiva jew kwantitattiva tal-imballaġġ immedjat għas- sustanza attiva |
Għandhom jiġu esklużi formulazzjonijiet sterili jew likwidi jew sustanzi bijoloġiċi jew immunoloġiċi attivi. Il-materjal il-ġdid tal-imballaġġ għandu jkun tal-anqas ekwivalenti għall-materjal approvat fir-rigward tal-proprjetajiet rilevanti tiegħu u ma għandha sseħħ l-ebda interazzjoni bejn il-kontenut u l-materjal tal-imballaġġ. L-istudji dwar l-istabbiltà għandhom ikunu nbdew skont il-protokoll approvat attwali dwar l-istabbiltà u skont il-kundizzjonijiet tal-Kooperazzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Ħtiġiet Tekniċi għar-Reġistrazzjoni ta’ Prodotti Mediċinali Veterinarji (VICH); il-parametri rilevanti tal-istabbiltà għandhom ikunu ġew ivvalutati f’tal-anqas żewġ lottijiet fuq skala pilota jew fuq skala industrijali, u tal-anqas l-applikant għandu jkollu għad-dispożizzjoni data sodisfaċenti dwar l-istabbiltà li tkopri tliet xhur. Il-profil tal-istabbiltà għandu jkun simili għas-sitwazzjoni attwalment reġistrata. Madankollu, jekk l-imballaġġ il-ġdid ikun aktar reżistenti mill-imballaġġ eżistenti, id-data dwar l-istabbiltà li tkopri tliet xhur ma jkollhiex għalfejn tkun disponibbli diġà. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl inkluża konferma tal-istabbiltà. Jekk l-imballaġġ il-ġdid ikun aktar reżistenti mill-imballaġġ ta’ qabel, l-istudji li jkunu għadhom kif jibdew għandhom jiġu ffinalizzati u d-data għandha tiġi pprovduta immedjatament wara lill-awtoritajiet kompetenti. |
15 |
Żieda jew tibdil ta’ pakkett kalendarju għal daqs tal-pakkett diġà rreġistrat fil-fajl |
Il-materjal tal-imballaġġ primarju għandu jibqa’ l-istess. |
|
16 |
Tibdil jew żieda ta’ imprints, ta’ bossings jew ta’ marki oħra inkluża s-sostituzzjoni jew iż-żieda ta’ linka użata għall-markar tal-prodott lest |
It-tibdil ma għandux jaffettwa l-konsenja, l-użu jew is-sikurezza tal-prodott lest. L-ispeċifikazzjonijiet dwar ir-rilaxx u l-perjodu ta’ stabbiltà tal-prodott lest ma għandhomx ikunu tbiddlu apparti d-dehra. Il-linka għandha tkun konformi mal-leġiżlazzjoni farmaċewtika rilevanti. It-tibdil ma għandux ikun relatat ma’ pillola mmarkata b’linja maħsuba sabiex tinqasam f’dożi ugwali. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. |
17 |
Tibdil fil-forma jew fid-dimensjonijiet tal-forma farmaċewtika għal pilloli, għal kapsuli, għal suppożitorji u għal pessarji ta’ rilaxx immedjat |
Il-profil tad-dissoluzzjoni tal-prodott għandu jibqa’ l-istess. Għall-prodotti mediċinali veġetali, meta l-ittestjar tad-dissoluzzjoni jista’ ma jkunx fattibbli, il-ħin tad-diżintegrazzjoni l-ġdid tal-prodott għandu jkun komparabbli ma’ dak preċedenti. L-ispeċifikazzjonijiet dwar ir-rilaxx u t-tmiem tal-perjodu ta’ stabbiltà tal-prodott għandhom jibqgħu l-istess. Il-kompożizzjoni kwalitattiva jew kwantitattiva u l-massa medja għandhom jibqgħu l-istess. It-tibdil ma għandux ikun relatat ma’ pillola mmarkata b’linja maħsuba sabiex tinqasam f’dożi ugwali. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. |
18 |
It-tibdil(iet) fil-kompożizzjoni (eċċipjenti) ta’ prodott lest mhux sterili |
It-tibdil ma għandux ikun applikabbli għal prodott mediċinali bijoloġiku jew immunoloġiku. It-tibdil ma għandux ikollu l-potenzjal li jaffettwa l-identità, il-qawwa, il-kwalità, il-purità, il-potenza, il-karatteristiċi fiżiċi, is-sikurezza jew l-effettività tal-prodott lest. L-istudji dwar l-istabbiltà għandhom ikunu nbdew skont il-protokoll approvat attwali dwar l-istabbiltà u skont il-kundizzjonijiet tal-Kooperazzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Ħtiġiet Tekniċi għar-Reġistrazzjoni ta’ Prodotti Mediċinali Veterinarji (VICH); il-parametri rilevanti tal-istabbiltà għandhom ikunu ġew ivvalutati f’tal-anqas żewġ lottijiet fuq skala pilota jew fuq skala industrijali, u tal-anqas l-applikant għandu jkollu għad-dispożizzjoni data sodisfaċenti dwar l-istabbiltà li tkopri tliet xhur. Il-profil tal-istabbiltà għandu jkun simili għas-sitwazzjoni attwalment reġistrata. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl inkluża konferma tal-istabbiltà. |
a) |
— żieda jew tnaqqis ta’ komponent jew ta’ komponenti tas-sistema ta’ aromatizzazzjoni jew ta’ kolorazzjoni |
It-tibdil(iet) kwantitattiv(i) ma għandux/għandhomx jaqbeż/jaqbżu +/- 10 % tal-konċentrazzjoni eżistenti tal-komponent. Ma għandu jkun hemm l-ebda tibdil fil-karatteristiċi funzjonali tal-forma farmaċewtika (eż. il-ħin tad-diżintegrazzjoni, il-profil tad-dissoluzzjoni). L-ispeċifikazzjoni tal-prodott lest għandha tkun ġiet aġġornata biss fir-rigward tad-dehra, tar-riħa jew tat-togħma u, jekk rilevanti, it-tħassir ta’ test ta’ identifikazzjoni. Għall-prodotti mediċinali veterinarji għall-użu orali, it-tibdil ma għandux jaffettwa b’mod negattiv it-teħid mill-ispeċi magħżula tal-annimali. |
|
b) |
— kwalunkwe aġġustament minuri tal-kompożizzjoni kwantitattiva tal-prodott lest fir-rigward tal-eċċipjenti |
It-tibdil(iet) kwantitattiv(i) ma għandux/għandhomx jaqbeż/jaqbżu +/- 10 % tal-konċentrazzjoni eżistenti tal-komponent. It-tibdil ma għandux jaffettwa l-karatteristiċi funzjonali tal-forma farmaċewtika (eż. il-ħin tad-diżintegrazzjoni, il-profil tad-dissoluzzjoni). Għal forom solidi orali ta’ dożaġġ, il-profil tad-dissoluzzjoni tal-prodott mibdul għandu jiġi ddeterminat fuq minimu ta’ żewġ lottijiet fuq skala pilota u għandu jkun komparabbli ma’ dak preċedenti. Ma għandha sseħħ l-ebda differenza sinifikanti fir-rigward tal-komparabbiltà. Għall-prodotti mediċinali veġetali, meta l-ittestjar tad-dissoluzzjoni jista’ ma jkunx fattibbli, il-ħin tad-diżintegrazzjoni tal-prodott mibdul għandu jkun komparabbli ma’ dak preċedenti. It-tibdil ma għandux ikun ir-riżultat ta’ problemi ta’ stabbiltà u ma għandux jirriżulta fi tħassib potenzjali dwar is-sikurezza, eż. differenzazzjoni bejn il-qawwiet. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. Jew Ċertifikat ta’ Idoneità tal-Ph. Eur. għal kwalunkwe komponent ġdid ta’ annimal suxxettibbli għar-riskju ta’ TSE jew, fejn applikabbli, evidenza dokumentarja li s-sors speċifiku tal-materjal ta’ riskju ta’ TSE kien ivvalutat preċedentement mill-awtorità kompetenti u wera li jikkonforma mal-kamp ta’ applikazzjoni tan-Nota ta’ Gwida attwali dwar it-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Trażmissjoni ta’ Enċefalopatiji Sponġiformi Trażmissibbli permezz ta’ Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem u mill-Annimali. L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża għal kull materjal bħal dan: l-isem tal-manifattur, l-ispeċijiet u t-tessuti minn fejn ikun derivat il-materjal, il-pajjiż ta’ oriġini tal-annimali tas-sors u l-użu tiegħu. |
c) |
— iż-żieda jew is-sostituzzjoni ta’ komponent jew ta’ komponenti tas-sistema ta’ aromatizzazzjoni jew ta’ kolorazzjoni |
It-tibdil ma għandux jaffettwa l-karatteristiċi funzjonali tal-forma farmaċewtika (eż. il-ħin tad-diżintegrazzjoni, il-profil tad-dissoluzzjoni). Għal prodotti mediċinali veterinarji għal speċijiet li jipproduċu l-ikel, l-entrata fir-Regolament (KE) Nru 470/2009 għal din is-sustanza għandha tiġi emendata qabel ma jiġi implimentat dan it-tibdil. Għal forom solidi orali ta’ dożaġġ, il-profil tad-dissoluzzjoni tal-prodott mibdul għandu jiġi ddeterminat fuq minimu ta’ żewġ lottijiet fuq skala pilota u għandu jkun komparabbli ma’ dak preċedenti. Ma għandha sseħħ l-ebda differenza sinifikanti fir-rigward tal-komparabbiltà. Għall-prodotti mediċinali veġetali, meta l-ittestjar tad-dissoluzzjoni jista’ ma jkunx fattibbli, il-ħin tad-diżintegrazzjoni tal-prodott mibdul għandu jkun komparabbli ma’ dak preċedenti. It-tibdil ma għandux ikun ir-riżultat ta’ problemi ta’ stabbiltà u ma għandux jirriżulta fi tħassib potenzjali dwar is-sikurezza (eż. differenzazzjoni bejn il-qawwiet). |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. Jew Ċertifikat ta’ Idoneità tal-Ph. Eur. għal kwalunkwe komponent ġdid ta’ annimal suxxettibbli għar-riskju ta’ TSE jew, fejn applikabbli, evidenza dokumentarja li s-sors speċifiku tal-materjal ta’ riskju ta’ TSE kien ivvalutat preċedentement mill-awtorità kompetenti u wera li jikkonforma mal-kamp ta’ applikazzjoni tan-Nota ta’ Gwida attwali dwar it-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Trażmissjoni ta’ Enċefalopatiji Sponġiformi Trażmissibbli permezz ta’ Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem u mill-Annimali. L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża għal kull materjal bħal dan: l-isem tal-manifattur, l-ispeċijiet u t-tessuti minn fejn ikun derivat il-materjal, il-pajjiż ta’ oriġini tal-annimali tas-sors u l-użu tiegħu. |
19 |
Tibdil fil-piż tal-kisja tal-forom orali ta’ dożaġġ jew tibdil fil-piż tal-qxur tal-kapsuli għal forma farmaċewtika orali solida |
It-tibdil ma għandux ikun ir-riżultat ta’ problemi ta’ stabbiltà u ma għandux jirriżulta fi tħassib potenzjali dwar is-sikurezza (eż. differenzazzjoni bejn il-qawwiet). Għall-prodotti mediċinali veterinarji għall-użu orali, il-kisja ma għandhiex tkun fattur kritiku għall-mekkaniżmu tar-rilaxx u t-tibdil ma għandux jaffettwa t-teħid mill-ispeċi tal-annimali fil-mira. L-ispeċifikazzjoni tal-prodott lest għandha tiġi aġġornata biss fir-rigward tal-piż u tad-dimensjonijiet, jekk dawn ikunu applikabbli. Il-profil tad-dissoluzzjoni tal-prodott mibdul għandu jiġi ddeterminat fuq minimu ta’ żewġ lottijiet fuq skala pilota u għandu jkun komparabbli ma’ dak preċedenti. Għall-prodotti mediċinali veġetali, meta l-ittestjar tad-dissoluzzjoni jista’ ma jkunx fattibbli, il-ħin tad-diżintegrazzjoni tal-prodott mibdul għandu jkun komparabbli ma’ dak preċedenti. L-istudji rilevanti dwar l-istabbiltà għandhom ikunu nbdew skont il-kundizzjonijiet tal-VICH u l-parametri rilevanti dwar l-istabbiltà għandhom ikunu ġew ivvalutati f’tal-anqas żewġ lottijiet fuq skala pilota jew fuq skala industrijali u, fi żmien l-implimentazzjoni, l-applikant għandu jkollu għad-dispożizzjoni data sodisfaċenti dwar l-istabbiltà li tkopri tliet xhur. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl inkluża konferma tal-istabbiltà. |
20 |
Sostituzzjoni jew żieda ta’ sit tal-imballaġġ primarju ta’ prodott lest mhux sterili |
It-tibdil ma għandux ikun applikabbli għal prodott mediċinali bijoloġiku jew immunoloġiku. Is-sit tal-imballaġġ primarju għandu jkun diġà ġie introdott fis-sistemi tal-IT tal-Unjoni li jaħżnu u jipprovdu data organizzazzjonali. Is-sit għandu jkun awtorizzat kif xieraq sabiex jimmanifattura l-forma farmaċewtika jew il-prodott konċernat u spezzjonat b’mod sodisfaċenti. L-iskema ta’ validazzjoni għandha tkun disponibbli jew inkella tkun twettqet b’suċċess il-validazzjoni tal-manifattura fis-sit il-ġdid skont il-protokoll kurrenti b’tal-anqas tliet lottijiet fuq skala ta’ produzzjoni, kif ikun xieraq. Jekk is-sit tal-manifattura u s-sit tal-imballaġġ primarju jkunu differenti, il-kundizzjonijiet tat-trasport u tal-ħżin fi kwantitajiet kbar għandhom jiġu speċifikati u vvalidati. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. |
21 |
Sostituzzjoni jew żieda ta’ sit tal-imballaġġ sekondarju ta’ prodott lest |
Is-sit tal-imballaġġ sekondarju għandu jkun diġà ġie introdott fis-sistemi tal-IT tal-Unjoni li jaħżnu u jipprovdu data organizzazzjonali. Is-sit għandu jkun awtorizzat kif xieraq sabiex jimmanifattura l-forma farmaċewtika jew il-prodott konċernat u spezzjonat b’mod sodisfaċenti. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. |
22 |
Tibdil fl-importatur, fl-arranġamenti tal-kontroll tal-lottijiet u fl-ittestjar tal-kwalità (sostituzzjoni jew żieda ta’ sit) għal prodott lest |
Is-sit għandu jkun diġà ġie introdott fis-sistemi tal-IT tal-Unjoni li jaħżnu u jipprovdu data organizzazzjonali. Is-sit għandu jkun awtorizzat kif xieraq u spezzjonat b’mod sodisfaċenti. It-tibdil ma għandux ikun applikabbli għal prodott mediċinali bijoloġiku jew immunoloġiku. It-trasferiment tal-metodu mis-sit l-antik għall-ġdid għandu jkun tlesta b’suċċess. |
|
23 |
Is-sostituzzjoni jew iż-żieda ta’ manifattur ta’ prodott lest responsabbli għall-importazzjoni |
Is-sit għandu jkun diġà ġie introdott fis-sistemi tal-IT tal-Unjoni li jaħżnu u jipprovdu data organizzazzjonali. Is-sit għandu jkun awtorizzat kif xieraq u spezzjonat b’mod sodisfaċenti |
|
24 |
Sostituzzjoni jew żieda ta’ manifattur responsabbli minn: |
Il-manifattur jew is-sit għandu jkun diġà ġie introdott fis-sistemi tal-IT tal-Unjoni li jaħżnu u jipprovdu d-data organizzattiva. Is-sit għandu jkun awtorizzat kif xieraq u spezzjonat b’mod sodisfaċenti. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl, inkluża informazzjoni dwar il-prodotti riveduta, skont il-każ. Dikjarazzjoni tal-persuna kkwalifikata (QP). |
a) |
— rilaxx tal-lottijiet inkluż il-kontroll tal-lottijiet jew l-ittestjar ta’ prodott lest, sterili jew mhux sterili |
It-tibdil ma għandux japplika għal prodott mediċinali bijoloġiku jew immunoloġiku. It-trasferiment tal-metodu mis-sit l-antik għas-sit il-ġdid għandu jkun tlesta b’suċċess. |
|
b) |
— ir-rilaxx tal-lottijiet mingħajr il-kontroll jew l-ittestjar tal-lottijiet tal-prodott lest, sterili jew mhux sterili |
Jibqa’ mill-inqas sit wieħed operattiv ta’ kontroll/ittestjar tal-lottijiet fiż-ŻEE, jew f’pajjiż fejn jeżisti ftehim ta’ rikonoxximent reċiproku (MRA) tal-prassi tajba ta’ manifattura (GMP) b’kamp ta’ applikazzjoni xieraq, bejn il-pajjiż ikkonċernat u l-UE, li jkun kapaċi jwettaq l-ittestjar tal-prodotti għall-fini tar-rilaxx tal-lottijiet fiż-ŻEE. |
|
25 |
Tibdil fil-materjal tal-imballaġġ tal-prodott fi kwantitajiet kbar (prodott intermedju) mhux f’kuntatt mal-formulazzjoni tal-prodott fi kwantitajiet kbar (inkluża sostituzzjoni jew żieda) |
L-istadji tal-manifattura għandhom jibqgħu l-istess. Il-prodott lest, il-prodotti intermedji jew il-kontrolli tul il-proċess użati fil-manifattura tal-prodott lest xorta għandhom ikunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet approvati. L-imballaġġ sekondarju ma għandux ikollu rwol funzjonali fl-istabbiltà tal-prodott fi kwantitajiet kbar, jew, jekk iva, ma għandux ikun anqas protettiv minn dak approvat. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. |
26 |
Tibdil fid-daqs tal-lott (inklużi l-meded tad-daqs tal-lott) tal-prodott lest: |
It-tibdil ma għandux ikun applikabbli għal prodott mediċinali bijoloġiku jew immunoloġiku. It-tibdil ma għandux ikun ir-riżultat ta’ avvenimenti mhux mistennija li jinqalgħu waqt il-manifattura jew minħabba tħassib dwar l-istabbiltà. It-tibdil ma għandux jaffettwa r-riproduċibbiltà jew il-konsistenza tal-prodott. It-tibdiliet fil-metodu ta’ manifattura jew fil-kontrolli tul il-proċess għandhom ikunu biss dawk meħtieġa minħabba t-tibdil fid-daqs tal-lott, eż. l-użu ta’ tagħmir ta’ daqs differenti. Għandha tkun disponibbli skema ta’ validazzjoni jew għandha tkun twettqet b’suċċess validazzjoni tal-manifattura skont il-protokoll kurrenti b’tal-anqas tliet lottijiet tad-daqs tal-lott il-ġdid f’konformità mal-linji gwida rilevanti. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. Fejn ikun rilevanti, għandhom jiġu pprovduti n-numri tal-lottijiet, id-daqs tal-lott korrispondenti, id-data tal-manifattura tal-lottijiet (3) użati fl-istudju ta’ validazzjoni u d-data ta’ validazzjoni jew il-protokoll (skema) ta’ validazzjoni. |
a) |
— żieda sa 10 darbiet meta mqabbel mad-daqs tal-lott approvat oriġinarjament ta’ forom farmaċewtiċi orali ta’ rilaxx immedjat jew ta’ forma farmaċewtika mhux sterili bbażata fuq likwidu |
Id-daqs tal-lott għandu jkun fil-medda ta’ 10 darbiet id-daqs tal-lott previst meta ngħatat l-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni. |
|
b) |
— żieda sa 10 darbiet meta mqabbel mad-daqs tal-lott approvat oriġinarjament għall-forma farmaċewtika gass mediċinali |
Id-daqs tal-lott għandu jkun fil-medda ta’ 10 darbiet id-daqs tal-lott previst meta ngħatat l-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni. |
|
c) |
— tnaqqis fl-iskala sa 10 darbiet meta mqabbel mad-daqs tal-lott approvat oriġinarjament ta’ forom farmaċewtiċi orali ta’ rilaxx immedjat jew ma’ forma farmaċewtika mhux sterili bbażata fuq likwidu |
Id-daqs tal-lott għandu jkun fil-medda ta’ 10 darbiet id-daqs tal-lott previst meta ngħatat l-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni. |
|
d) |
— tnaqqis fl-iskala sa 10 darbiet (għall-forma farmaċewtika gass mediċinali |
Id-daqs tal-lott għandu jkun fil-medda ta’ 10 darbiet id-daqs tal-lott previst meta ngħatat l-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni. |
|
e) |
— żieda b’aktar minn 10 darbiet meta mqabbel mad-daqs tal-lott approvat oriġinarjament għal forma farmaċewtika orali solida ta’ rilaxx immedjat |
|
Data dwar l-istabbiltà li tkopri 3 xhur għal tal-anqas lott pilota wieħed skont il-kundizzjoni tal-VICH. |
27 |
Tibdil fit-testijiet tul il-proċess jew fil-limiti applikati matul il-manifattura tal-prodott lest: |
It-tibdil ma għandux ikun marbut ma’ impenn jew ma’ avveniment mhux mistenni waqt il-manifattura. It-tibdil ma għandux ikollu l-potenzjal li jaffettwa l-identità, il-qawwa, il-kwalità, il-purità, il-potenza jew il-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott lest, tal-prodotti intermedji jew tal-materjali tal-proċessar. |
Tabella komparattiva tat-testijiet jew tal-limiti tul il-proċess preċedenti u dawk ġodda. |
a) |
— l-issikkar tal-limiti tul il-proċess |
It-tibdil għandu jkun fil-medda tal-limiti approvati bħalissa. Il-proċedura tat-test għandha tibqa’ l-istess, jew inkella t-tibdiliet fil-proċedura tat-test għandhom ikunu minuri. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. |
b) |
— żieda ta’ test u ta’ limiti tul il-proċess ġodda |
Kwalunkwe metodu ta’ test ġdid ma għandux jikkonċerna teknika ġdida mhux standard jew teknika standard użata b’mod ġdid. Il-metodu ta’ test il-ġdid ma għandux ikun metodu bijoloġiku, immunoloġiku jew immunokimiku, jew metodu li juża reaġent bijoloġiku għal sustanza bijoloġika attiva, ħlief jekk dan il-metodu jkun metodu mikrobijoloġiku farmakopojali standard. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl għall-metodu u għall-validazzjoni, għad-data tal-lottijiet u għad-data komparattiva rilevanti. |
28 |
Tibdil fil-parametri jew fil-limiti tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ eċċipjent |
It-tibdil ma għandux ikun konsegwenza ta’ xi impenn minn valutazzjonijiet preċedenti sabiex jiġu rieżaminati l-limiti tal-ispeċifikazzjonijiet (eż. magħmula matul il-proċedura għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni jew il-proċedura ta’ varjazzjoni skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2019/6). It-tibdil ma għandux ikun riżultat ta’ avvenimenti mhux mistennija li jinqalgħu matul il-manifattura, eż. impurità ġdida mhux kwalifikata jew tibdil fil-limiti totali tal-impuritajiet. |
|
a) |
— l-issikkar tal-limiti tal-ispeċifikazzjonijiet |
It-tibdil għandu jkun fil-medda tal-limiti approvati bħalissa. Il-proċedura tat-test għandha tibqa’ l-istess, jew inkella t-tibdiliet fil-proċedura tat-test għandhom ikunu minuri. |
|
b) |
— żieda ta’ parametru ta’ speċifikazzjoni ġdid mal-ispeċifikazzjoni bil-metodu ta’ test korrispondenti tiegħu |
Kwalunkwe metodu ta’ test ġdid ma għandux jikkonċerna teknika ġdida mhux standard jew teknika standard użata b’mod ġdid. Il-metodu ta’ test il-ġdid ma għandux ikun metodu bijoloġiku, immunoloġiku jew immunokimiku, jew metodu li juża reaġent bijoloġiku għal sustanza bijoloġika attiva, ħlief jekk dan il-metodu jkun metodu mikrobijoloġiku farmakopojali standard. It-tibdil ma għandux jikkonċerna impurità ġenotossika. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl għall-metodu u għall-validazzjoni, għad-data tal-lottijiet u għad-data komparattiva rilevanti. |
29 |
Tibdil fis-sors ta’ eċċipjent jew ta’ reaġent b’riskju ta’ TSE minn materjal b’riskju ta’ TSE għal oriġini veġetali jew sintetika |
L-ispeċifikazzjonijiet dwar l-eċċipjent, ir-rilaxx tal-prodott lest u t-tmiem tal-perjodu ta’ stabbiltà għandhom jibqgħu l-istess. It-tibdil ma għandux jikkonċerna eċċipjent jew reaġent użat fil-manifattura ta’ sustanza bijoloġika jew immunoloġika attiva jew fi prodott mediċinali bijoloġiku jew immunoloġiku. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. Dikjarazzjoni mill-manifattur jew mid-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal li dan ikun purament ta’ oriġini veġetali jew sintetika. |
30 |
Tibdil fil-parametri jew fil-limiti tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott lest: |
Dokument-tibdil ma għandux ikun konsegwenza ta’ xi impenn minn valutazzjonijiet preċedenti sabiex jiġu rieżaminati l-limiti tal-ispeċifikazzjonijiet (eż. magħmula matul il-proċedura għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni jew il-proċedura ta’ varjazzjoni skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2019/6), sakemm id-dokumentazzjoni ta’ sostenn ma tkunx diġà ġiet ivvalutata u approvata fi ħdan il-kuntest ta’ proċedura oħra skont ir-Regolament (UE) 2019/6. It-tibdil ma għandux jirriżulta minn avvenimenti mhux mistennija li jinqalgħu matul il-manifattura, eż. impurità ġdida mhux kwalifikata jew tibdil fil-limiti totali tal-impuritajiet. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. Tabella komparattiva tal-parametri u tal-limiti tal-ispeċifikazzjoni preċedenti u dawk ġodda. |
a) |
— l-issikkar tal-limiti tal-ispeċifikazzjonijiet |
It-tibdil għandu jkun fil-medda tal-limiti approvati bħalissa. Il-proċedura tat-test għandha tibqa’ l-istess, jew inkella t-tibdiliet fil-proċedura tat-test għandhom ikunu minuri. |
|
b) |
— l-issikkar tal-limiti tal-ispeċifikazzjonijiet għall-prodotti lesti soġġetti għar-Rilaxx ta’ Lottijiet minn Awtorità Uffiċjali tal-Kontroll |
It-tibdil għandu jkun fil-medda tal-limiti approvati bħalissa. Il-proċedura tat-test għandha tibqa’ l-istess, jew inkella t-tibdiliet fil-proċedura tat-test għandhom ikunu minuri. |
|
c) |
— żieda ta’ parametru ta’ speċifikazzjoni ġdid mal-ispeċifikazzjoni bil-metodu ta’ test korrispondenti tiegħu |
Kwalunkwe metodu ta’ test ġdid ma għandux jikkonċerna teknika ġdida mhux standard jew teknika standard użata b’mod ġdid. Il-metodu ta’ test ma għandux ikun metodu bijoloġiku, immunoloġiku jew immunokimiku, jew metodu li juża reaġent bijoloġiku għal sustanza bijoloġika attiva, ħlief jekk dan il-metodu jkun metodu mikrobijoloġiku farmakopojali standard. It-tibdil ma għandux jikkonċerna xi impurità (inkluża ġenotossika) jew dissoluzzjoni. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl għall-metodu u għall-validazzjoni, għad-data tal-lottijiet u għad-data komparattiva rilevanti. |
d) |
— aġġornament tal-fajl sabiex jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ monografija ġenerali aġġornata tal-Ph. Eur. għall-prodott lest |
It-tibdil għandu jkun fil-medda tal-limiti approvati bħalissa. Il-proċedura tat-test għandha tibqa’ l-istess, jew inkella t-tibdiliet fil-proċedura tat-test għandhom ikunu minuri. It-tibdil ma għandux jikkonċerna xi impurità (inkluża ġenotossika) jew dissoluzzjoni. |
|
31 |
L-uniformità tal-unitajiet tad-dożaġġ hija introdotta sabiex tissostitwixxi l-metodu reġistrat bħalissa |
It-tibdil għandu jsegwi t-tibdiliet fl-Istandard 2.9.5. tal-Ph. Eur. Uniformità tal-massa jew l-Istandard 2.9.6 tal-Ph. Eur. Uniformità tal-kontenut. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. Tabella komparattiva tal-parametri u tal-limiti tal-ispeċifikazzjoni preċedenti u dawk ġodda. |
32 |
Tibdil fil-parametri jew fil-limiti tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott lest li jiddeskrivi b’mod aktar preċiż id-dehra tal-prodott |
It-tibdil ma għandux ikun riżultat ta’ xi avveniment mhux mistenni li jinqala’ waqt il-manifattura jew l-ittestjar tal-prodott lest. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. Tabella komparattiva tal-parametri u tal-limiti tal-ispeċifikazzjoni preċedenti u dawk ġodda. |
33 |
Tibdil fil-proċedura tat-test għall-prodott lest sabiex jikkonforma mal-Ph. Eur.: |
It-tibdil ma għandux jikkonċerna tibdiliet fil-limiti totali tal-impuritajiet; ma għandha tinstab l-ebda impurità mhux kwalifikata ġdida. Il-metodu tal-analiżi għandu jibqa’ l-istess (eż. tibdil fit-tul tal-kolonna jew fit-temperatura, iżda mhux tip differenti ta’ kolonna jew ta’ metodu). Il-metodu ta’ test ma għandux ikun metodu bijoloġiku, immunoloġiku jew immunokimiku, jew metodu li juża reaġent bijoloġiku għal sustanza bijoloġika attiva, ħlief jekk dan il-metodu jkun metodu mikrobijoloġiku farmakopojali standard. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. |
a) |
— aġġornament tal-proċedura tat-test sabiex jikkonforma mal-monografija ġenerali aġġornata fil-Ph. Eur. |
|
|
b) |
— aġġornament tal-proċedura tat-test sabiex tirrifletti l-konformità mal-Ph. EUR. u tneħħija tar-referenza għall-metodu ta’ test intern u għan-numru tal-metodu ta’ test li ma jibqgħux applikabbli |
|
|
34 |
Tibdil fil-kompożizzjoni kwalitattiva u kwantitattiva tal-imballaġġ immedjat għal forma farmaċewtika solida għal prodott lest |
Għal forom farmaċewtiċi solidi, it-tibdil għandu jikkonċerna biss l-istess imballaġġ jew tip ta’ kontenitur (eż. blister għal blister). Il-prodott lest ma għandux ikun sterili. It-tibdil ma għandux jaffettwa l-konsenja, l-użu, is-sikurezza jew l-istabbiltà tal-prodott lest. L-istudji rilevanti dwar l-istabbiltà għandhom ikunu nbdew skont il-kundizzjonijiet tal-VICH u l-parametri rilevanti dwar l-istabbiltà għandhom ikunu ġew ivvalutati f’tal-anqas żewġ lottijiet fuq skala pilota jew fuq skala industrijali u, fi żmien l-implimentazzjoni, l-applikant għandu jkollu għad-dispożizzjoni data sodisfaċenti dwar l-istabbiltà li tkopri tliet xhur. Madankollu, jekk l-imballaġġ il-ġdid ikun aktar reżistenti mill-imballaġġ eżistenti, id-data dwar l-istabbiltà li tkopri tliet xhur ma jkollhiex għalfejn tkun disponibbli diġà. Il-materjal il-ġdid tal-imballaġġ għandu jkun tal-anqas ekwivalenti għall-materjal approvat fir-rigward tal-proprjetajiet rilevanti tiegħu. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. Tabella komparattiva tal-ispeċifikazzjonijiet tal-imballaġġ immedjat, tad-data dwar il-permeabilità u tad-data dwar l-interazzjoni preċedenti u dawk ġodda, kif ikun xieraq. |
35 |
Tibdil fil-parametri jew fil-limiti tal-ispeċifikazzjonijiet tal-imballaġġ immedjat tal-prodott lest: |
It-tibdiliet ma għandhomx ikunu konsegwenza ta’ xi impenn minn valutazzjonijiet preċedenti sabiex jiġu rieżaminati l-limiti tal-ispeċifikazzjonijiet (eż. magħmula matul il-proċedura għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni jew il-proċedura ta’ varjazzjoni skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2019/6) sakemm id-dokumentazzjoni ta’ sostenn ma tkunx diġà ġiet ivvalutata u approvata fi ħdan il-kuntest ta’ proċedura oħra skont ir-Regolament (UE) 2019/6. It-tibdil ma għandux jirriżulta minn avvenimenti mhux mistennija li jinqalgħu waqt il-manifattura. |
Tabella komparattiva tal-ispeċifikazzjonijiet jew tal-limiti preċedenti u dawk ġodda. |
a) |
— l-issikkar tal-limiti tal-ispeċifikazzjonijiet |
It-tibdil għandu jkun fil-medda tal-limiti approvati bħalissa. Il-proċedura tat-test għandha tibqa’ l-istess, jew inkella t-tibdiliet fil-proċedura tat-test għandhom ikunu minuri. |
|
b) |
— żieda ta’ parametru ta’ speċifikazzjoni ġdid mal-ispeċifikazzjoni bil-metodu ta’ test korrispondenti tiegħu |
Kwalunkwe metodu ta’ test ġdid ma għandux jikkonċerna teknika ġdida mhux standard jew teknika standard użata b’mod ġdid. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl għall-metodu u għall-validazzjoni u għad-data tal-lottijiet, kif ikun xieraq. |
36 |
Tibdil fil-proċedura tat-test għall-imballaġġ immedjat tal-prodott lest (inkluża s-sostituzzjoni jew iż-żieda) |
It-tibdil ma għandux ikun applikabbli għal prodott mediċinali bijoloġiku jew immunoloġiku. Iridu jkunu saru studji ta’ validazzjoni xierqa f’konformità mal-linji gwida rilevanti u dawn iridu juru li l-proċedura tat-test aġġornata tkun tal-anqas ekwivalenti għall-proċedura tat-test preċedenti. Kwalunkwe metodu ta’ test ġdid ma għandux jikkonċerna teknika ġdida mhux standard jew teknika standard użata b’mod ġdid. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl għall-metodu u għall-validazzjoni u għad-data tal-lottijiet, kif ikun xieraq. |
37 |
Tibdil fil-forma jew fid-dimensjonijiet tal-kontenitur jew tal-għeluq (imballaġġ immedjat) ta’ prodott lest mhux sterili |
It-tibdil ma għandux jikkonċerna parti mill-materjal tal-imballaġġ, li taffettwa l-konsenja, l-użu, is-sikurezza jew l-istabbiltà tal-prodott lest. It-tibdil ma għandux jikkonċerna l-kompożizzjoni kwalitattiva jew kwantitattiva tal-kontenitur. F’każ ta’ tibdil fl-ispazju vojt fuqani jew ta’ tibdil fil-proporzjon ta’ superfiċe/volum, għandhom ikunu nbdew studji dwar l-istabbiltà f’konformità mal-linji gwida rilevanti, il-parametri rilevanti tal-istabbiltà għandhom ikunu ġew ivvalutati f’tal-anqas żewġ lottijiet fuq skala pilota jew fuq skala industrijali, u tal-anqas l-applikant għandu jkollu għad-dispożizzjoni data dwar l-istabbiltà li tkopri tliet xhur. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. |
38 |
Tibdil fid-daqs tal-pakkett (numru ta’ unitajiet eż. pilloli, ampolli, eċċ. f’pakkett) fiil-medda tad-daqs tal-pakkett approvat attwalment (3) |
Id-daqs il-ġdid tal-pakkett għandu jkun konsistenti mal-pożoloġija u mad-durata tat-trattament kif approvati fis-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott. Il-materjal tal-imballaġġ primarju għandu jibqa’ l-istess. |
|
39 |
Tibdil f’xi parti tal-materjal tal-imballaġġ primarju li ma tkunx f’kuntatt mal-formulazzjoni tal-prodott lest (bħal tibdil fil-kulur minħabba plastik differenti użat għal tappijiet flip-off, għal ċrieki ta’ kodiċi bil-kulur fuq l-ampolli jew tibdil tal-protezzjoni tal-labra) |
It-tibdil ma għandux jikkonċerna parti mill-materjal tal-imballaġġ li taffettwa l-konsenja, l-użu, is-sikurezza jew l-istabbiltà tal-prodott lest. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. |
40 |
Sostituzzjoni jew żieda ta’ fornitur ta’ komponenti jew ta’ apparati tal-imballaġġ (meta jissemma fil-fajl) |
Il-kompożizzjoni kwalitattiva u kwantitattiva tal-komponenti jew tal-apparat tal-imballaġġ u l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn għandhom jibqgħu l-istess. It-tibdil ma għandux ikollu l-potenzjal li jaffettwa l-identità, il-kwalità jew il-purità tal-komponent jew tal-apparat tal-imballaġġ. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. |
41 |
Tibdil fil-perjodu ta’ stabbiltà jew fi protokoll approvat dwar l-istabbiltà tal-prodott lest: |
It-tibdil ma għandux ikun ir-riżultat ta’ avvenimenti mhux mistennija li jinqalgħu waqt il-manifattura jew minħabba tħassib dwar l-istabbiltà. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. |
a) |
— tnaqqis fil-perjodu ta’ stabbiltà tal-prodott lest kif imballat għall-bejgħ, wara li jinfetaħ għall-ewwel darba jew wara d-dilwizzjoni jew ir-rikostituzzjoni |
|
|
b) |
— tibdil fi protokoll approvat dwar l-istabbiltà |
It-tibdil ma għandux ikollu l-potenzjal li jaffettwa l-identità, il-qawwa, il-kwalità, il-purità, il-potenza jew il-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott lest. It-tibdil ma għandux jikkonċerna t-twessigħ tal-kriterji ta’ aċċettazzjoni fil-parametri ttestjati, it-tneħħija tal-parametri li jindikaw l-istabbiltà jew it-tnaqqis fil-frekwenza tal-ittestjar. |
|
42 |
Implimentazzjoni fil-prattika tat-tibdiliet diġà previsti fi protokoll approvat għall-ġestjoni tat-tibdil (CMP) għall-prodott lest |
It-tibdil għandu jsir f’konformità mas-CMP approvat u r-riżultati tal-istudji mwettqa għandhom jindikaw li l-kriterji ta’ aċċettazzjoni predefiniti speċifikati fil-protokoll jkunu ssodisfati. L-implimentazzjoni tat-tibdil ma għandhiex tkun teħtieġ aktar data ta’ sostenn għas-CMP. |
|
43 |
Tibdiliet editorjali fil-parti 2 tal-fajl jekk l-inklużjoni fi proċedura pendenti dwar il-parti 2 ma tkunx possibbli |
|
Tabella komparattiva tat-tibdiliet fil-fajl. |
44 |
Preżentazzjoni ta’ Ph. Eur. CEP ġdid jew aġġornat minn manifattur diġà approvat għal sustanza mhux sterili: — sustanza attiva; — materjal tal-bidu, reaġent jew prodott intermedju użat fil-proċess tal-manifattura tas-sustanza attiva; — eċċipjent |
L-ispeċifikazzjonijiet dwar ir-rilaxx u t-tmiem tal-perjodu ta’ stabbiltà tal-prodott lest għandhom jibqgħu l-istess. It-tibdil ma għandux ikollu l-potenzjal li jaffettwa l-identità, il-kwalità, il-purità, il-potenza jew il-karatteristiċi fiżiċi tas-sustanza attiva, tal-materjal tal-bidu, tar-reaġent jew tal-prodott intermedju użat fil-proċess tal-manifattura tas-sustanza attiva, jew tal-eċċipjent. Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda data addizzjonali. Il-proċess tal-manifattura tas-sustanza attiva, tal-materjal tal-bidu, tar-reaġent, tal-prodott intermedju jew tal-eċċipjent ma għandux jinkludi l-użu ta’ materjal li joriġina mill-bniedem jew mill-annimali. Għal sustanza erbali jew għal preparazzjoni erbali, ir-rotta tal-manifattura, il-forma fiżika, is-solvent tal-estrazzjoni u l-proporzjon tal-estratt tal-mediċina (DER) għandhom jibqgħu l-istess. Il-manifattur għandu jkun diġà ġie approvat u inkorporat fis-sistemi tal-IT tal-Unjoni li jaħżnu u jipprovdu data organizzazzjonali. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl, inkluża kopja tal-Ph. Eur. CEP aġġornat u tad-dikjarazzjoni tal-QP, kif ikun xieraq. |
45 |
Preżentazzjoni ta’ Ph. Eur. CEP ġdid minn manifattur ġdid (sostituzzjoni jew żieda) għal dawn li ġejjin, meta ma jkunux sterili: — sustanza attiva; — materjal tal-bidu, reaġent jew prodott intermedju użat fil-proċess tal-manifattura tas-sustanza attiva; — eċċipjent |
L-ispeċifikazzjonijiet dwar ir-rilaxx u t-tmiem tal-perjodu ta’ stabbiltà tal-prodott lest għandhom jibqgħu l-istess. It-tibdil ma għandux ikollu l-potenzjal li jaffettwa l-identità, il-kwalità, il-purità, il-potenza jew il-karatteristiċi fiżiċi tas-sustanza attiva, tal-materjal tal-bidu, tar-reaġent jew tal-prodott intermedju użat fil-proċess tal-manifattura tas-sustanza attiva, jew tal-eċċipjent. Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda data addizzjonali. Il-proċess tal-manifattura tas-sustanza attiva, tal-materjal tal-bidu, tar-reaġent, tal-prodott intermedju jew tal-eċċipjent ma għandux jinkludi l-użu ta’ materjal li joriġina mill-bniedem jew mill-annimali. Għal sustanza erbali jew għal preparazzjoni erbali, ir-rotta tal-manifattura, il-forma fiżika, is-solvent tal-estrazzjoni u l-proporzjon tal-estratt tal-mediċina (DER) għandhom jibqgħu l-istess. Il-manifattur għandu jkun diġà ġie inkorporat fis-sistemi tal-IT tal-Unjoni li jaħżnu u jipprovdu data organizzazzjonali. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl, inkluża kopja tal-Ph. Eur. CEP aġġornat u tad-dikjarazzjoni tal-QP, kif ikun xieraq. |
46 |
Preżentazzjoni ta’ Ph. Eur. CEP għat-TSE għal dawn li ġejjin, meta ma jkunux sterili: — sustanza attiva; — materjal tal-bidu, reaġent jew prodott intermedju użat fil-proċess tal-manifattura tas-sustanza attiva; — eċċipjent |
It-tibdil ma għandux ikollu l-potenzjal li jaffettwa l-identità, il-kwalità, il-purità, il-potenza jew il-karatteristiċi fiżiċi tas-sustanza attiva, tal-materjal tal-bidu, tar-reaġent jew tal-prodott intermedju użat fil-proċess tal-manifattura tas-sustanza attiva, jew tal-eċċipjent. It-tibdil ma għandux ikollu impatt fuq ir-riskju ta’ kontaminazzjoni minn aġenti estranji (eż. l-ebda tibdil fil-pajjiż ta’ oriġini). Il-manifattur għandu jkun diġà ġie approvat u inkorporat fis-sistemi tal-IT tal-Unjoni li jaħżnu u jipprovdu data organizzazzjonali. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl inkluża kopja tal-Ph. Eur. CEP, tad-dikjarazzjoni tal-QP u tal-informazzjoni dwar it-TSE, kif ikun xieraq. |
47 |
Tibdil sabiex tinżamm konformità mal-Ph. Eur. jew ma’ farmakopea nazzjonali ta’ Stat Membru: |
It-tibdil għandu jsir esklussivament sabiex tinżamm konformità sħiħa mal-farmakopea. It-testijiet kollha fl-ispeċifikazzjoni għandhom jikkorrispondu mal-istandard farmakopejċi wara t-tibdil, minbarra kwalunkwe test addizzjonali. Ma għandhiex tkun meħtieġa validazzjoni addizzjonali ta’ metodu farmakopejku ġdid jew mibdul. Għal sustanza erbali jew għal preparazzjoni erbali, ir-rotta tal-manifattura, il-forma fiżika, is-solvent tal-estrazzjoni u l-proporzjon tal-estratt tal-mediċina (DER) għandhom jibqgħu l-istess. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl (4). Tabella komparattiva tal-ispeċifikazzjonijiet preċedenti u dawk ġodda, jekk applikabbli. |
a) |
— tibdil fl-ispeċifikazzjoni(jiet) ta’ sustanza attiva, ta’ eċċipjent jew ta’ materjal tal-bidu ta’ sustanza attiva preċedenti ta’ Farmakopea mhux tal-UE sabiex tinżamm konformità sħiħa mal-Ph. Eur. jew ma’ farmakopea nazzjonali ta’ Stat Membru |
L-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali għall-farmakopea għall-proprjetajiet speċifiċi tal-prodott ma għandhomx jinbidlu (eż. profili tad-daqs tal-partikoli, forma polimorfika, bijoassaġġi jew aggregati). It-tibdil ma għandux jikkonċerna tibdiliet sinifikanti fil-profil kwalitattiv u kwantitattiv tal-impuritajiet sakemm ma jiġux issikkati l-ispeċifikazzjonijiet. |
Id-data tal-lottijiet u d-data li turi l-idoneità tal-monografija għall-kontroll tas-sustanza. |
b) |
— Tibdil sabiex tinżamm konformità ma’ aġġornament tal-monografija rilevanti tal-Ph. Eur. jew ma’ farmakopea nazzjonali ta’ Stat Membru |
L-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali għall-farmakopea għall-proprjetajiet speċifiċi tal-prodott ma għandhomx jinbidlu (eż. profili tad-daqs tal-partikoli, forma polimorfika, bijoassaġġi jew aggregati). |
|
c) |
— Tibdil fl-ispeċifikazzjonijiet minn farmakopea nazzjonali ta’ Stat Membru għall-Ph. Eur. |
|
L-emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl, inkluża d-data tal-lottijiet u d-data li turi l-idoneità tal-monografija għall-kontroll tas-sustanza. |
d) |
— sabiex tiġi riflessa l-konformità mal-Ph. EUR. billi titneħħa r-referenza għall-metodu ta’ test intern u għan-numru tal-metodu ta’ test |
|
|
48 |
Żieda jew sostituzzjoni ta’ apparat tal-kejl jew tal-amministrazzjoni li ma jkunx parti integrata tal-imballaġġ primarju |
It-tibdil ma għandux jaffettwa l-konsenja, l-użu, is-sikurezza jew l-istabbiltà tal-prodott lest. It-tibdil għandu jkun applikabbli biss għal apparat bil-markatura CE. L-apparat il-ġdid tal-kejl jew tal-amministrazzjoni għandu jagħti b’mod preċiż id-doża meħtieġa għall-prodott konċernat skont il-pożoloġija approvata, u r-riżultati ta’ dawn l-istudji għandhom ikunu disponibbli. L-apparat il-ġdid għandu jkun kompatibbli mal-prodott mediċinali veterinarju. It-tibdil ma għandux iwassal għal emendi sostanzjali fl-informazzjoni dwar il-prodott. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. |
49 |
Tibdil fil-parametri jew fil-limiti tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ apparat tal-kejl jew tal-amministrazzjoni: |
It-tibdil ma għandux ikun konsegwenza ta’ xi impenn minn valutazzjonijiet preċedenti sabiex jiġu rieżaminati l-limiti tal-ispeċifikazzjonijiet (eż. magħmula matul il-proċedura għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni jew il-proċedura ta’ varjazzjoni skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2019/6) sakemm ma jkunx ġie vvalutat u miftiehem preċedentement bħala parti minn miżura ta’ segwitu fi proċedura preċedenti skont ir-Regolament (UE) 2019/6. It-tibdil ma għandux ikun ir-riżultat ta’ avvenimenti mhux mistennija li jinqalgħu waqt il-manifattura. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. Tabella komparattiva tal-parametri u tal-limiti tal-ispeċifikazzjoni preċedenti u dawk ġodda. |
a) |
— l-issikkar tal-limiti tal-ispeċifikazzjonijiet |
It-tibdil għandu jkun fil-medda tal-limiti approvati bħalissa. Il-proċedura tat-test għandha tibqa’ l-istess, jew inkella t-tibdiliet fil-proċedura tat-test għandhom ikunu minuri. |
|
b) |
— żieda ta’ parametru ta’ speċifikazzjoni ġdid mal-ispeċifikazzjoni bil-metodu ta’ test korrispondenti tiegħu |
Kwalunkwe metodu ta’ test ġdid ma għandux jikkonċerna teknika ġdida mhux standard jew teknika standard użata b’mod ġdid. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl għall-metodu u għall-validazzjoni u għad-data tal-lottijiet. |
50 |
Tibdil fil-proċedura tat-test (inkluża sostituzzjoni jew żieda) ta’ apparat tal-kejl jew tal-amministrazzjoni |
Iridu jkunu saru studji ta’ validazzjoni xierqa f’konformità mal-linji gwida rilevanti u dawn iridu juru li l-proċedura tat-test aġġornata tkun tal-anqas ekwivalenti għall-proċedura tat-test preċedenti. Kwalunkwe metodu ta’ test ġdid ma għandux jikkonċerna teknika ġdida mhux standard jew teknika standard użata b’mod ġdid. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl għall-metodu u għall-validazzjoni u għad-data tal-lottijiet. |
51 |
Aġġornament tal-fajl tal-kwalità maħsub sabiex jiġi implimentat l-eżitu ta’ proċedura ta’ referenza ta’ interess għall-Unjoni skont l-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2019/6: |
Dan it-tibdil għandu jkun applikabbli biss meta ma tkun meħtieġa l-ebda data ġdida jew addizzjonali għal valutazzjoni. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. |
a) |
— il-prodott lest ikun kopert mill-kamp ta’ applikazzjoni definit tal-proċedura |
|
|
b) |
— il-prodott lest ma jkunx kopert mill-kamp ta’ applikazzjoni definit tal-proċedura iżda t-tibdil(iet) jimplimenta(w) l-eżitu tal-proċedura |
|
|
|
|
|
|
C |
Tibdiliet fil-parti tal-fajl dwar is-sikurezza, l-effikaċja u l-farmakoviġilanza |
|
|
1 |
Tibdil(iet) fl-isem jew fl-indirizz jew fid-dettalji ta’ kuntatt ta’ persuna kwalifikata għall-farmakoviġilanza (QPPV) |
|
|
2 |
Tibdil(iet) fis-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott (SPC), fit-tikkettar jew fil-fuljett ta’ tagħrif maħsub(in) għall-implimentazzjoni tal-eżitu ta’ proċedura ta’ referenza ta’ interess għall-Unjoni skont l-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2019/6 |
Il-prodott mediċinali veterinarju għandu jkun kopert mill-kamp ta’ applikazzjoni definit tar-referenza. Dan it-tibdil għandu jkun applikabbli biss meta ma tkun meħtieġa l-ebda data ġdida jew addizzjonali għal valutazzjoni. Is-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott, it-Tikkettar u l-Fuljett ta’ Tagħrif proposti għandhom ikunu identiċi għat-taqsimiet konċernati għal dawk annessi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-proċedura ta’ referenza għall-prodott mediċinali ta’ referenza. |
|
3 |
Tibdil(iet) fl-SPC, fit-tikkettar jew fil-fuljett ta’ tagħrif ta’ prodott mediċinali ġeneriku jew ibridu wara valutazzjoni tal-istess tibdil(iet) għall-prodott ta’ referenza |
Dan it-tibdil għandu jkun applikabbli biss meta ma tkun meħtieġa l-ebda data ġdida jew addizzjonali għal valutazzjoni. It-tibdiliet proposti fis-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott, fit-Tikkettar u fil-Fuljett ta’ Tagħrif għandhom ikunu identiċi għal dawk it-tibdiliet approvati għall-prodott mediċinali ta’ referenza. Il-prodott ta’ referenza għandu jiġi approvat fl-Istat Membru konċernat. |
|
4 |
Tibdil(iet) fl-SPC, fit-tikkettar jew fil-fuljett ta’ tagħrif maħsub(in) għall-implimentazzjoni tal-eżitu ta’ proċedura jew ta’ rakkomandazzjoni mill-awtorità kompetenti jew mill-Aġenzija rigward miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju fil-farmakoviġilanza relatati ma’ prodotti mediċinali veterinarji |
Dan it-tibdil għandu jkun applikabbli biss meta ma tkun meħtieġa l-ebda data ġdida jew addizzjonali għal valutazzjoni. It-tibdiliet proposti fis-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott, fit-Tikkettar u fil-Fuljett ta’ Tagħrif għandhom ikunu identiċi għall-formulazzjoni maqbula mill-awtorità kompetenti jew mill-Aġenzija. |
|
5 |
Tibdil fil-post tal-master file tas-sistema ta’ farmakoviġilanza (PSMF) |
|
|
6 |
Introduzzjoni ta’ sommarju tal-PSMF jew tibdiliet fis-sommarju tal-PSMF li ma jkunux koperti diġà xi mkien ieħor f’dan l-Anness |
|
Sommarju tal-master file tas-sistema ta’ farmakoviġilanza skont l-Artikolu 8(1)(c) tar-Regolament (UE) 2019/6. |
7 |
Introduzzjoni tal-obbligi u tal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni, inkluż il-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju, jew tibdil(iet) fihom |
Il-formulazzjoni għandha tkun limitata għal dik miftiehma mill-awtorità kompetenti jew mill-Aġenzija. |
|
8 |
Implimentazzjoni ta’ tibdiliet fl-SPC li ma jkunux koperti diġà xi mkien ieħor f’dan l-Anness |
Dan it-tibdil għandu jkun applikabbli biss meta ma tkun meħtieġa l-ebda data ġdida jew addizzjonali għal valutazzjoni. It-tibdiliet ma għandhomx jaffettwaw il-kwalità, is-sikurezza jew l-effikaċja tal-prodott. It-tibdiliet għandhom ikunu ta’ natura minuri u għandhom ikunu konsistenti mal-informazzjoni attwalment inkluża fl-SPC. |
|
9 |
Tibdiliet editorjali fl-SPC, fil-fuljett ta’ tagħrif jew fit-tikkettar jekk l-inklużjoni fi proċedura pendenti ma tkunx possibbli |
It-tibdiliet ma għandhomx jaffettwaw il-kwalità, is-sikurezza jew l-effikaċja tal-prodott mediċinali. |
|
10 |
Tibdiliet fit-tikkettar jew fil-fuljett ta’ tagħrif li ma għandhomx ikunu marbutin mal-SPC: |
|
|
a) |
— informazzjoni amministrattiva dwar ir-rappreżentant tad-detentur |
|
|
b) |
— tibdiliet oħrajn |
It-tibdiliet għandhom ikunu ta’ natura minuri u għandhom ikunu konsistenti mal-informazzjoni inkluża fl-SPC. It-tibdil ma għandux jinkludi l-introduzzjoni ta’ siti ġodda għar-rilaxx ta’ lottijiet. It-tibdiliet ma għandhomx ikunu ta’ natura promozzjonali u ma għandux ikollhom impatt negattiv fuq il-leġġibbiltà tal-informazzjoni dwar il-prodott. |
|
c) |
— l-inklużjoni ta’ stikers ta’ traċċabbiltà fil-kartuna tal-prodott jew fuqha |
Iż-żieda għandux ikollha impatt negattiv fuq il-leġġibbiltà tal-informazzjoni dwar il-prodott. |
|
|
|
|
|
d) |
— sostituzzjoni tal-informazzjoni fuq l-imballaġġ immedjat jew ta’ barra b’abbrevjazzjoni jew pittogramma — sostituzzjoni ta’ abbrevjazzjoni jew pittogramma eżistenti fuq l-imballaġġ immedjat jew ta’ barra li ma tkunx konformi mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/875 minn abbrevjazzjoni jew pittogramma oħra |
L-abbrevjazzjoni jew il-pittogramma l-ġdida hija inkluża fl-Anness I jew fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/875 li tadotta lista ta’ abbrevjazzjonijiet u pittogrammi komuni madwar l-Unjoni li għandhom jintużaw fuq l-imballaġġ tal-prodotti mediċinali veterinarji għall-finijiet tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/875, 22.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/875/oj). Iż-żieda ma għandhiex impatt negattiv fuq il-leġġibbiltà tat-tikkettar. |
|
e) |
Allinjament tat-tikkettar tal-imballaġġ immedjat mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2019/6 |
L-imballaġġ jikkwalifika bħala unità żgħira tal-imballaġġ immedjat skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/878 li jadotta regoli uniformi dwar id-daqs ta’ unitajiet żgħar ta’ imballaġġ immedjat ta’ prodotti mediċinali veterinarji kif imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/878, 22.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/878/oj). |
|
D |
Tibdiliet fil-parti tal-fajl li tikkonċerna l-master file dwar l-antiġen tal-vaċċin (VAMF) |
|
|
1 |
Tibdil fl-isem jew fl-indirizz jew fid-dettalji ta’ kuntatt tad-detentur taċ-ċertifikat tal-VAMF għal prodotti bijoloġiċi |
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għandu jibqa’ l-istess entità ġuridika. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl, kif ikun xieraq. |
2 |
L-inklużjoni ta’ VAMF diġà ċċertifikat fil-fajl tal-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott mediċinali veterinarju. (il-proċedura tat-2ni stadju tal-VAMF) |
It-tibdiliet ma għandhomx jaffettwaw il-proprjetajiet tal-prodott lest. |
Emenda tat-taqsima/taqsimiet rilevanti tal-fajl. |
(1)
Skont it-termini standard tal-EDQM, is-sistema tal-ismijiet u tat-termini ppubblikata mill-EDQM għall-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni.
(2)
F’każijiet li fihom forma farmaċewtika jew qawwa partikolari tkun irċiviet awtorizzazzjoni individwali tal-kummerċjalizzazzjoni li tkun separata għall-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni għal forom farmaċewtiċi jew għal qawwiet oħra tal-istess prodott, it-tħassir ta’ dik imsemmija l-ewwel ma jkunx varjazzjoni iżda rtirar tal-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni.
(3)
F’każijiet li fihom daqs tal-pakkett partikolari jkun irċieva awtorizzazzjoni individwali għall-kummerċjalizzazzjoni li tkun separata mill-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għal daqsijiet oħra tal-pakkett tal-istess prodott, it-tibdil ta’ dak imsemmi l-ewwel ma jkunx varjazzjoni skont l-Artikolu 61, iżda varjazzjoni skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2019/6.
(4)
Ma hemmx bżonn li l-awtoritajiet kompetenti jiġu nnotifikati dwar monografija aġġornata tal-farmakopea Ewropea jew ta’ farmakopea nazzjonali ta’ Stat Membru fil-każ li ssir referenza għall-“edizzjoni kurrenti” fil-fajl ta’ prodott mediċinali awtorizzat. L-applikanti huma mfakkra li l-konformità mal-monografija aġġornata jenħtieġ li tiġi implimentata fi żmien sitt xhur. Jekk l-implimentazzjoni ma sseħħx fi żmien 6 xhur mid-data tal-pubblikazzjoni, tkun tapplika din il-varjazzjoni. |