02021H2279 — MT — 30.12.2021 — 000.001

Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼C1

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2279

tal-15 ta’ Diċembru 2021

dwar l-użu tal-metodi tal-Impronta Ambjentali għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u ta’ organizzazzjonijiet

▼B

(ĠU L 471 30.12.2021, p. 1)

Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 144, 23.5.2022, p.  7 (2021/2279)

▼B

▼C1

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2279

tal-15 ta’ Diċembru 2021

dwar l-użu tal-metodi tal-Impronta Ambjentali għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u ta’ organizzazzjonijiet

1.    L-GĦAN U L-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1.1. Din ir-Rakkomandazzjoni tippromwovi l-użu tal-metodi tal-Impronta Ambjentali fil-politiki u fl-iskemi rilevanti relatati mal-kejl u/jew mal-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ kull tip ta’ prodotti, inkluż kemm oġġetti u kif ukoll servizzi, u tal-organizzazzjonijiet.

1.2. Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-organizzazzjonijiet privati u pubbliċi li jkejlu jew li għandhom l-intenzjoni li jkejlu l-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott jew tal-organizzazzjoni tagħhom, u/jew li jikkomunikaw, jew għandhom l-intenzjoni li jikkomunikaw informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja lil kwalunkwe parti kkonċernata privata, pubblika jew tas-soċjetà ċivili fl-UE.

1.3. Din ir-Rakkomandazzjoni ma tapplikax għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni obbligatorja tal-UE li tipprevedi metodoloġija speċifika għall-kalkolu tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti jew tal-organizzazzjonijiet. Madankollu, din ir-Rakkomandazzjoni tista’ ssir referenza għaliha mil-leġiżlazzjoni jew mill-politika tal-UE bħala metodu għall-kalkolu tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti jew tal-organizzazzjonijiet.

2.    DEFINIZZJONIJIET

Għall-għanijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

Il-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodotti (minn hawn ’il quddiem il-PEF): metodu ġenerali biex jitkejjel u jiġi kkomunikat l-impatt ambjentali potenzjali ta’ prodott tul iċ-ċiklu tal-ħajja kif stabbilit fl-Anness I.

(b) 

Il-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet (minn hawn ’il quddiem l-“OEF”): metodu ġenerali biex jitkejjel u jiġi kkomunikat l-impatt ambjentali potenzjali ta’ organizzazzjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja kif stabbilit fl-Anness III.

(c) 

L-Impronta Ambjentali tal-Prodotti: riżultat ta’ studju dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodotti bbażat fuq il-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodotti.

(d) 

L-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet: riżultat ta’ studju dwar l-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet ibbażat fuq il-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet.

(e) 

Ir-Regoli tal-Kategorija Marbutin mal-Impronta Ambjentali tal-Prodotti (minn hawn ’il quddiem il-“PEFCRs”): Regoli speċifiċi għall-kategorija tal-prodotti, ibbażati fuq iċ-ċiklu tal-ħajja, li jikkumplimentaw il-gwida metodoloġika ġenerali għall-istudji dwar il-PEF billi joffru iktar speċifikazzjonijiet fil-livell ta’ kategorija speċifika ta’ prodotti. Jekk teżisti PEFCR, din jenħtieġ li tintuża għall-kalkolu tal-impronta ambjentali ta’ prodott li jappartjeni għal dik il-kategorija tal-prodotti.

(f) 

Ir-Regoli Settorjali Marbutin mal-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet (minn hawn ’il quddiem l-“OEFSRs”): Regoli speċifiċi għas-settur, ibbażati fuq iċ-ċiklu tal-ħajja, li jikkumplimentaw il-gwida metodoloġika ġenerali għall-istudji dwar l-OEF billi joffru iktar speċifikazzjonijiet fil-livell ta’ settur speċifiku. Jekk teżisti OEFSR, din jenħtieġ li tintuża għall-kalkolu tal-impronta ambjentali ta’ organizzazzjoni li tappartjeni għas-settur.

(g) 

Il-prestazzjoni ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja: kejl kwantifikat tal-impatti ambjentali potenzjali fli jqis l-istadji rilevanti kollha taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott jew ta’ organizzazzjoni, minn perspettiva tal-katina tal-provvista.

(h) 

Il-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja: kwalunkwe divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja, inkluż lil sħab fin-negozju, investituri, korpi pubbliċi jew konsumaturi.

(i) 

Organizzazzjoni: kumpanija, korporazzjoni, ditta, intrapriża, awtorità jew istituzzjoni, jew parti jew kombinament tagħhom, kemm jekk inkorporata kif ukoll jekk le, pubblika jew privata, li għandha l-funzjonijiet u l-amministrazzjonijiet tagħha stess.

(j) 

Skema: inizjattiva b’għanijiet ta’ profitt jew mhux għall-profitt meħuda minn kumpaniji privati jew assoċjazzjoni tagħhom, minn sħubija pubblika-privata, minn organizzazzjonijiet governattivi jew mhux governattivi, li tirrikjedi l-kejl jew il-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja.

(k) 

Assoċjazzjoni industrijali: organizzazzjoni li tirrappreżenta kumpaniji privati li huma membri tal-organizzazzjoni jew kumpaniji privati li jappartjenu għal settur fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali.

(l) 

Il-komunità finanzjarja: l-atturi kollha li jipprovdu s-servizzi finanzjarji (inkluż l-pariri finanzjarji), inklużi l-banek, l-investituri u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni.

3.    L-UŻU TAL-METODI PEF U OEF FIL-POLITIKI TAL-ISTATI MEMBRI

L-Istati Membri jenħtieġ li:

3.1. Jużaw il-metodu PEF jew il-metodu OEF u l-PEFCRs u l-OEFSRs relatati f’politiki volontarji li jinvolvu l-kejl jew il-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti jew organizzazzjonijiet, skont kif ikun xieraq, waqt li jiżguraw li tali politiki ma joħolqux ostakli għall-moviment liberu tal-prodotti fl-UE.

3.2. Jikkunsidraw l-informazzjoni jew l-asserzjonijiet dwar il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja bbażati fuq l-użu tal-metodu PEF jew tal-metodu OEF u l-PEFCRs u l-OEFSRs relatati skont kif ikun validu fl-iskemi nazzjonali rilevanti li jinvolvu l-kejl jew il-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti jew ta’ organizzazzjonijiet.

3.3. Jagħmlu l-isforzi biex iżidu d-disponibbiltà tad-data dwar iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ kwalità għolja billi jistabbilixxu azzjonijiet biex jiżviluppaw, jirrieżaminaw u jagħmlu disponibbli bażijiet tad-data nazzjonali u jikkontribwixxu għall-popolament ta’ bażijiet tad-data pubbliċi eżistenti, abbażi tar-rekwiżiti għal settijiet tad-data konformi mal-Impronta Ambjentali. Il-koerenza bejnet is-settijiet tad-data differenti jenħtieġ li tkun żgurata.

3.4. Jikkontribwixxu għall-isforzi tal-Kummissjoni fil-qasam tad-disponibbiltà ta’ settijiet tad-data ta’ kwalità għolja konformi mal-Impronta Ambjentali.

3.5. Jipprovdu assistenza u għodod lill-SMEs biex jgħinuhom ikejlu, itejbu u jikkomunikaw il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti jew tal-organizzazzjonijiet tagħhom abbażi tal-metodu tal-PEF jew tal-OEF, tal-PEFCRs u tal-OEFSRs. Huma u jagħmlu dan, l-awtoritajiet jenħtieġ li jevitaw li jidduplikaw l-għodod eżistenti, fejn dawn ikunu adatti għall-iskop tagħhom.

3.6. Iħeġġu l-użu tal-metodu OEF u tal-OEFSRs relatati, fejn applikabbli, għall-kejl jew għall-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ organizzazzjonijiet pubbliċi.

3.7. Jippromwovu u jappoġġaw l-użu tal-metodi PEF u OEF fil-livell internazzjonali, inkluż f’fora multilaterali jew fir-rigward ta’ skemi dwar il-kejl jew il-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja. Huma u jagħmlu dan, jenħtieġ li l-awtoritajiet jikkunsidraw li jipprovdu assistenza u għodod lill-SMEs fil-pajjiżi sħab tal-UE għall-kejl u għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ kwalunkwe oġġett intermedju jew prodott nofsu lest li huma jipproduċu.

4.    L-UŻU TAL-METODI PEF U OEF MINN KUMPANIJI U MINN ORGANIZZAZZJONIJIET PRIVATI OĦRAJN

Kumpaniji u organizzazzjonijiet privati oħrajn li jiddeċiedu li jkejlu jew li jikkomunikaw il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti jew tal-organizzazzjoni tagħhom jenħtieġ li:

4.1. Jużaw il-metodu PEF u l-metodu OEF u l-PEFCRs u l-OEFSRs relatati għall-kejl jew għall-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti jew tal-organizzazzjoni tagħhom.

4.2. Jikkontribwixxu għar-rieżami tal-bażijiet tad-data pubbliċi u jippopolawhom b’data ta’ kwalità għolja dwar iċ-ċiklu tal-ħajja f’konformità mar-rekwiżiti dwar is-settijiet tad-data konformi mal-Impronta Ambjentali. Jikkontribwixxu għall-isforzi tal-Kummissjoni fil-qasam tad-disponibbiltà ta’ settijiet tad-data ta’ kwalità għolja konformi mal-Impronta Ambjentali.

4.3. Jikkunsidraw li jipprovdu appoġġ lill-kumpaniji fil-ktajjen tal-provvista tagħhom, speċjalment lill-SMEs, biex jipprovdu informazzjoni bbażata fuq il-PEF u l-OEF jew il-PEFCRs u l-OEFSRs u biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-organizzazzjonijiet u tal-prodotti tagħhom.

L-assoċjazzjonijiet industrijali jenħtieġ li:

4.4. Jippromwovu l-użu tal-metodu PEF u tal-metodu OEF u l-PEFCRs u l-OEFSRs relatati fost il-membri tagħhom.

4.5. Jikkontribwixxu għar-rieżami tal-bażijiet tad-data pubbliċi u jippopolawhom b’data ta’ kwalità għolja dwar iċ-ċiklu tal-ħajja f’konformità mar-rekwiżiti dwar is-settijiet tad-data konformi mal-Impronta Ambjentali. Jikkontribwixxu għall-isforzi tal-Kummissjoni fil-qasam tad-disponibbiltà ta’ settijiet tad-data ta’ kwalità għolja konformi mal-Impronta Ambjentali.

4.6. Jipprovdu għodod ssimplifikati għall-kalkolu u għarfien espert biex jgħinu lill-membri SMEs ikejlu l-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti jew tal-organizzazzjoni tagħhom abbażi tal-metodu PEF jew tal-metodu OEF u l-PEFCRs u l-OEFSRs relatati.

4.7. Jippromwovu u jappoġġaw l-użu tal-metodi PEF u OEF fil-livell internazzjonali, inkluż f’fora multilaterali jew f’rabta ma’ skemi dwar il-kejl jew il-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja.

5.    L-UŻU TAL-METODI PEF U OEF U TAL-PEFCRS U TAL-OEFSRS RELATATI FI SKEMI MARBUAT MAL-KEJL JEW MAL-KOMUNIKAZZJONI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI TAĊ-ĊIKLU TAL-ĦAJJA

5.1 L-iskemi relatati mal-kejl jew mal-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja jenħtieġ li jużaw il-metodu PEF u l-metodu OEF u l-PEFCRs/OEFSRs relatati bħala metodu ta’ referenza għall-kejl jew għall-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u tal-organizzazzjonijiet.

6.    L-UŻU TAL-METODI PEF U OEF U TAL-PEFCRS/OEFSRS RELATATI MILL-KOMUNITÀ FINANZJARJA

Il-membri tal-komunità finanzjarja jenħtieġ li, jekk ikun xieraq:

6.1. Jippromwovu l-użu tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja kkalkulata abbażi tal-metodu PEF jew il-metodu OEF u tal-PEFCRs u l-OEFSRs relatati fil-valutazzjoni tar-riskju finanzjarju relatat mal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja.

6.2. Jippromwovu l-użu ta’ informazzjoni bbażata fuq studji dwar l-OEF fil-valutazzjoni tagħhom tal-livelli ta’ prestazzjoni għall-komponent ambjentali tal-indiċijiet tas-sostenibbiltà.

6.3. Jippromwovu u jappoġġaw l-użu tal-metodi PEF u OEF fil-livell internazzjonali, inkluż f’fora multilaterali jew f’rabta ma’ skemi dwar il-kejl jew il-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja.

7.    VERIFIKA

7.1. Jekk l-istudji dwar il-PEF u l-OEF jiġu ddivulgati lil partijiet terzi, l-istudji jenħtieġ li jiġu vverifikati f’konformità mar-rekwiżiti tal-metodi PEF u OEF u ma’ kwalunkwe indikazzjoni speċifika fil-PEFCRs u fl-OEFSRs.

8.    IR-RAPPORTAR DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAR-RAKKOMANDAZZJONI

8.1. L-Istati Membri huma mistednin jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fid-dawl ta’ din ir-Rakkomandazzjoni fuq bażi annwali. L-ewwel provvediment ta’ informazzjoni jenħtieġ li jkun trażmess sena wara l-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. L-informazzjoni trażmessa jenħtieġ li tinkludi:

(a) 

kif il-metodu PEF u l-metodu OEF u l-PEFCRs/l-OEFSRs relatati jintużaw fl-inizjattivi ta’ politika;

(b) 

in-numru ta’ prodotti u organizzazzjonijiet koperti bl-inizjattiva;

(c) 

l-inċentivi relatati mal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja;

(d) 

l-inizjattivi relatati mal-iżvilupp ta’ data ta’ kwalità għolja taċ-ċiklu tal-ħajja;

(e) 

l-assistenza pprovduta lill-SMEs fil-provvediment tal-informazzjoni ambjentali dwar iċ-ċiklu tal-ħajja u fit-titjib tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom;

(f) 

il-problemi jew l-ostakli eventwali identifikati fl-użu tal-metodi.

9.    IT-TĦASSIR TAR-RAKKOMANDAZZJONI PREĊEDENTI

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE hija b’dan imħassra. Ir-referenzi għar-Rakkomandazzjoni mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din ir-Rakkomandazzjoni.

ANNESS I.

Metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodotti

Abbrevjazzjonijiet

Definizzjonijiet

Relazzjoni ma’ metodi u standards oħra

1.

Regoli tal-Kategorija marbutin mal-Impronta Ambjentali tal-Prodott (PEFCRs)

1.1.

Approċċ u eżempji għal applikazzjonijiet potenzjali

2.

Konsiderazzjonijiet ġenerali għall-istudji dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodotti (PEF)

2.1.

Kif għandu jintuża dan il-metodu

2.2.

Prinċipji għall-istudji dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodotti

2.3.

Fażijiet ta’ studju dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodotti

3.

Definizzjoni tal-għan(ijiet) u l-ambitu tal-istudju dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodotti

3.1.

Definizzjoni tal-għanijiet

3.2.

Definizzjoni tal-ambitu

3.2.1

L-unità funzjonali u l-fluss ta’ referenza

3.2.2.

Limitu tas-sistema

3.2.3.

Kategoriji tal-impatt tal-Impronta Ambjentali

3.2.4.

Informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi inkluża fil-PEF

3.2.5.

Suppożizzjonijiet/limitazzjonijiet

4.

Inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja

4.1.

Stadju ta’ skrinjar

4.2

Stadji taċ-ċiklu tal-ħajja

4.2.1.

Akkwist u pproċessar minn qabel tal-materja prima

4.2.2.

Manifattura

4.2.3.

Distribuzzjoni

4.2.4.

Użu

4.2.5.

Tmiem il-ħajja (inkluż l-irkupru u r-riċiklaġġ tal-prodott)

4.3

Nomenklatura għall-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja

4.4.

Rekwiżiti tal-immudellar

4.4.1

Produzzjoni agrikola

4.4.2.

Użu tal-elettriku

4.4.3.

Trasport u loġistika

4.4.4.

Oġġetti kapitali – infrastruttura u tagħmir

4.4.5.

Ħżin fiċ-ċentru ta’ distribuzzjoni jew tal-bejgħ bl-imnut

4.4.6.

Proċedura tal-kampjunar

4.4.7.

Rekwiżiti tal-immudellar għall-istadju tal-użu

4.4.8.

Immudellar tal-kontenut riċiklat u ta’ tmiem il-ħajja

4.4.9.

Ħajja estiża tal-prodott

4.4.10

Emissjonijiet u assorbimenti ta’ gassijiet serra

4.4.11

Kumpensi

4.5

Trattament ta’ proċessi multifunzjonali

4.5.1

Allokazzjoni fit-trobbija tal-annimali

4.6

Rekwiżiti tal-ġbir tad-data u rekwiżiti tal-kwalità

4.6.1

Data speċifika għall-kumpanija

4.6.2

Data sekondarja

4.6.3

Settijiet tad-data li għandhom jintużaw

4.6.4

Limitu

4.6.5

Rekwiżiti tal-kwalità tad-data

5.

Valutazzjoni tal-impatt tal-impronta ambjentali

5.1.

Klassifikazzjoni u karatterizzazzjoni

5.1.1

Klassifikazzjoni

5.1.2

Karatterizzazzjoni

5.2.

Normalizzazzjoni u ponderazzjoni

5.2.1

Normalizzazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-impronta ambjentali

5.2.2

Ponderazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-impronta ambjentali

6.

Interpretazzjoni tar-riżultati tal-impronta ambjentali tal-prodotti

6.1.

Introduzzjoni

6.2.

Valutazzjoni tar-robustezza tal-mudell tal-impronta ambjentali tal-prodott

6.3.

Identifikazzjoni tal-hotspots: il-kategoriji tal-impatt, l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi u l-flussi elementari l-aktar rilevanti

6.3.1

Proċedura biex jiġu identifikati l-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti

6.3.2

Proċedura biex jiġu identifikati l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti

6.3.3

Proċedura biex jiġu identifikati l-proċessi l-aktar rilevanti

6.3.4

Proċedura biex jiġu identifikati l-flussi elementari l-aktar rilevanti

6.3.5

Trattament ta’ numri negattivi

6.3.6

Sommarju tar-rekwiżiti

6.3.7

Eżempju

6.4.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

7.

Rapporti dwar l-impronta ambjentali tal-prodotti

7.1.

Introduzzjoni

7.1.1.

Sommarju

7.1.2.

Sett tad-data aggregat konformi mal-EF

7.1.3.

Rapport prinċipali

7.1.4.

Dikjarazzjoni ta’ validazzjoni

7.1.5.

Annessi

7.1.6.

Rapport kunfidenzjali

8.

Verifika u validazzjoni tal-istudji, ir-rapporti u l-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-PEF

8.1.

Definizzjoni tal-ambitu tal-verifika

8.2.

Proċedura ta’ verifika

8.3.

Verifikatur(i)

8.3.1.

Rekwiżiti minimi għall-verifikatur(i)

8.3.2.

Rwol tal-verifikatur ewlieni fit-tim ta’ verifika

8.4.

Rekwiżiti ta’ verifika u ta’ validazzjoni

8.4.1

Rekwiżiti minimi għall-verifika u l-validazzjoni tal-istudju dwar il-PEF

8.4.2

Tekniki ta’ verifika u ta’ validazzjoni

8.4.3

Kunfidenzjalità tad-data

8.5

Outputs tal-proċess ta’ verifika/validazzjoni

8.5.1

Kontenut tar-rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni

8.5.2

Kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni

8.5.3

Validità tar-rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni u tad-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni

Referenzi

Lista ta’ illustrazzjonijiet

Lista ta’ tabelli

Abbrevjazzjonijiet

ADEME

Agence de l’Environnement et de la Maîtrise de l’Energie

AF

fattur ta’ allokazzjoni

AR

proporzjon ta’ allokazzjoni

B2B

minn negozju għal negozju

B2C

min-negozju għall-konsumatur

BoC

lista tal-komponenti

BoM

lista tal-materjali

BP

l-aħjar prattika

BSI

British Standards Institution

CF

fattur ta’ karatterizzazzjoni

CFCs

klorofluworokarburi

CFF

Formula tal-Impronta Ċirkolari

KPA

Klassifikazzjoni tal-Prodotti skont l-Attività

DC

ċentru ta’ distribuzzjoni

DMI

teħid ta’ materja niexfa

DNM

Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data

DQR

Klassifikazzjoni tal-Kwalità tad-Data

EC

Kummissjoni Ewropea

EF

impronta ambjentali

IA

impatt ambjentali

EMAS

Skema ta’ Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi

EMS

Sistemi ta’ Ġestjoni Ambjentali

EoL

tmiem tal-ħajja

EPD

Dikjarazzjoni Ambjentali dwar il-Prodotti

FU

unità funzjonali

GE

konsum gross tal-enerġija

GHG

gass serra

GR

rappreżentattività ġeografika

GRI

Inizjattiva ta’ Rapportar Globali

GWP

potenzjal ta’ tisħin globali

ILCD

Sistema Internazzjonali ta’ Referenza għad-Data dwar iċ-Ċiklu tal-Ħajja

ILCD-EL

Sistema Internazzjonali ta’ Referenza għad-Data dwar iċ-Ċiklu tal-Ħajja – Livell ta’ Dħul

IPCC

Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima

ISIC

standard internazzjonali ta’ klassifikazzjoni industrijali

ISO

Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni

IUCN

Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura u tar-Riżorsi Naturali

JRC

Ċentru Konġunt tar-Riċerka

LCA

valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja

LCDN

Network tad-Data dwar iċ-Ċiklu tal-Ħajja

LCI

inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja

LCIA

valutazzjoni tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja

LCT

perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja

LT

tul tal-ħajja

NACE

Klassifikazzjoni Statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fil-Komunità Ewropea

AMD

ftehim ta’ kunfidenzjalità

NGO

organizzazzjoni mhux governattiva

NMVOC

komposti volatili organiċi mhux metaniċi

OEFSR

regoli settorjali marbutin mal-impronta ambjentali tal-organizzazzjonijiet

P

preċiżjoni

PAS

speċifikazzjoni disponibbli għall-pubbliku

PCR

regoli tal-kategorija tal-prodotti

PEF

impronta ambjentali tal-prodotti

PEFCR

regoli tal-kategorija marbutin mal-impronta ambjentali tal-prodott

PEF-RP

Studju dwar il-PEF tal-prodott rappreżentattiv

RF

fluss ta’ referenza

RP

prodott rappreżentattiv

SB

limitu tas-sistema

SMRS

sistema ta’ kejl u rapportar tas-sostenibbiltà

SS

studju ta’ sostenn

TeR

rappreżentattività teknoloġika

TiR

rappreżentattività marbuta mal-ħin

TS

Segretarjat Tekniku

UNEP

Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent

UUID

Identifikatur Uniku Universali

WBCSD

Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli

WRI

Istitut Dinji tar-Riżorsi

Terminoloġija: għandu, jenħtieġ li, jista’

Dan l-Anness I juża terminoloġija preċiża biex jindika r-rekwiżiti, ir-rakkomandazzjonijiet u l-għażliet li l-kumpaniji jistgħu jagħżlu.

It-terminu “għandu” jindika dak li huwa meħtieġ biex studju dwar il-PEF ikun konformi ma’ dan il-metodu.

It-terminu “jenħtieġ li” jindika rakkomandazzjoni aktar milli rekwiżit. Kwalunkwe devjazzjoni minn rakkomandazzjoni li tinkludi l-verb “jenħtieġ” trid tiġi ġġustifikata mill-parti li tkun qed twettaq l-istudju u għandha tkun trasparenti.

It-terminu “jista’” jindika għażla li hija permissibbli

Definizzjonijiet

Data dwar l-attivitajiet - informazzjoni li hija assoċjata mal-proċessi waqt l-immudellar tal-Inventarji taċ-Ċiklu tal-Ħajja (LCI). Ir-riżultati aggregati tal-LCI tal-ktajjen tal-proċess, li jirrappreżentaw l-attivitajiet ta’ proċess, jiġu kull wieħed immultiplikat bid-data dwar l-attivitajiet korrispondenti ( 1 ) u mbagħad jiġu kkombinati biex tinkiseb l-impronta ambjentali assoċjata ma’ dak il-proċess.

Eżempji ta’ data dwar l-attivitajiet jinkludu l-kwantità ta’ kilowatt-sigħat ta’ elettriku użat, il-kwantità ta’ fjuwil użat, l-output ta’ proċess (eż. skart), l-għadd ta’ sigħat ta’ tagħmir li jitħaddem, id-distanza vvjaġġata, l-erja tal-art ta’ bini, eċċ.

Sinonimu ta’ “fluss mhux elementari”.

Aċidifikazzjoni – kategorija tal-impatt tal-EF li tindirizza l-impatti li ġejjin mis-sustanzi aċidifikanti fl-ambjent. L-emissjonijiet ta’ NOx, NH3 u SOx iwasslu għal rilaxxi ta’ joni tal-idroġenu (H+) meta l-gassijiet jiġu mineralizzati. Il-protoni jikkontribwixxu għall-aċidifikazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma meta dawn jiġu rilaxxati f’żoni fejn il-kapaċità mewwieta tkun baxxa, u b’hekk iwasslu għat-tnaqqis tal-foresti u għall-aċidifikazzjoni tal-lagi.

Informazzjoni ambjentali addizzjonali – informazzjoni ambjentali barra mill-kategoriji tal-impatt tal-EF li tiġi kkalkulata u kkomunikata flimkien mar-riżultati tal-PEF.

Informazzjoni teknika addizzjonali – informazzjoni mhux ambjentali li tiġi kkalkulata u kkomunikata flimkien mar-riżultati tal-PEF.

Sett ta’ data aggregat - ċiklu tal-ħajja sħiħ jew parzjali ta’ sistema ta’ prodott li – minbarra l-flussi elementari (u possibbilment l-ammonti mhux rilevanti ta’ flussi ta’ skart u skart radjuattiv) – jelenka biss il-prodott(i) tal-proċess bħala fluss(i) ta’ referenza fil-lista tal-input/output, iżda l-ebda oġġett jew servizz ieħor.

Is-settijiet tad-data aggregati jissejħu wkoll settijiet tad-data tar-”riżultati tal-LCI”. Is-sett tad-data aggregat jista’ jkun ġie aggregat orizzontalment u/jew vertikalment.

Allokazzjoni – approċċ għas-soluzzjoni ta’ problemi marbutin mal-multifunzjonalità. Din tirreferi għat-“tqassim tal-flussi tal-input u tal-output ta’ proċess jew ta’ sistema ta’ prodotti bejn is-sistema tal-prodotti li dwarha jkun qed isir l-istudju u sistema oħra tal-prodotti jew diversi sistemi oħrajn tal-prodotti”.

Speċifika għall-applikazzjoni – aspett ġeneriku tal-applikazzjoni speċifika li fiha jintuża materjal. Pereżempju, ir-rata medja ta’ riċiklaġġ tal-PET fil-fliexken.

Attributtiv – immudellar bbażat fuq il-proċess maħsub biex jipprovdi rappreżentazzjoni statika tal-kundizzjonijiet medji, esklużi l-effetti medjati mis-suq.

Data Medja – medja ponderata għall-produzzjoni ta’ data speċifika.

Proċessi tal-isfond – tirreferi għal dawk il-proċessi fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott li għalihom ma huwa possibbli l-ebda aċċess dirett għall-informazzjoni. Pereżempju, il-biċċa l-kbira tal-proċessi taċ-ċiklu tal-ħajja upstream u ġeneralment il-proċessi kollha aktar downstream se jitqiesu bħala parti mill-proċessi tal-isfond.

Parametru referenzjarju – standard jew punt ta’ referenza li miegħu jista’ jsir kwalunkwe tqabbil. Fil-kuntest tal-PEF, it-terminu “parametru referenzjarju” jirreferi għall-prestazzjoni ambjentali medja tal-prodott rappreżentattiv mibjugħ fis-suq tal-UE.

Lista tal-materjali – lista tal-materjali jew l-istruttura tal-prodott (xi drabi l-lista tal-materjal, BOM jew lista assoċjata) hija lista tal-materja prima, is-subassemblaġġi, l-assemblaġġi intermedji, is-sottokomponenti, il-partijiet u l-kwantitajiet ta’ kull wieħed meħtieġa għall-manifattura tal-prodott fl-ambitu tal-istudju dwar il-PEF. F’xi setturi din hija ekwivalenti għal-lista tal-komponenti.

Minn negozju għal negozju (B2B) – tiddeskrivi tranżazzjonijiet bejn in-negozji, bħal bejn manifattur u bejjiegħ bl-ingrossa, jew bejn bejjiegħ bl-ingrossa u bejjiegħ bl-imnut.

Min-negozju għall-konsumaturi (B2C) – tiddeskrivi t-tranżazzjonijiet bejn in-negozji u l-konsumaturi, bħal bejn il-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi.

Karatterizzazzjoni – kalkolu tal-kobor tal-kontribut ta’ kull input/output ikklassifikat għall-kategoriji tal-impatt tal-EF rispettivi tagħhom, u l-aggregazzjoni tal-kontributi fi ħdan kull kategorija.

Dan jirrikjedi multiplikazzjoni lineari tad-data tal-inventarju bil-fatturi ta’ karatterizzazzjoni għal kull sustanza u kategorija tal-impatt tal-EF ta’ tħassib. Pereżempju, fir-rigward tal-kategorija tal-impatt tal-EF “tibdil fil-klima”, is-sustanza ta’ referenza hija s-CO2 u l-unità ta’ referenza hija l-ekwivalenti għal kg ta’ CO2.

Fattur ta’ karatterizzazzjoni – fattur derivat minn mudell ta’ karatterizzazzjoni li jiġi applikat biex jikkonverti riżultat tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja assenjat għall-unità komuni tal-indikatur tal-kategorija tal-impatt tal-EF.

Klassifikazzjoni – l-assenjazzjoni tal-inputs u l-outputs tal-materjali/tal-enerġija tabulati fl-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja għall-kategoriji tal-impatt tal-EF, skont il-potenzjal ta’ kull sustanza li tikkontribwixxi għal kull waħda mill-kategoriji tal-impatt tal-EF ikkunsidrati.

Tibdil fil-klima – kategorija tal-impatt tal-EF li tqis l-inputs u l-outputs kollha li jirriżultaw f’emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG). Il-konsegwenzi jinkludu żieda fit-temperaturi globali medji u bidliet klimatiċi reġjonali f’daqqa.

Kofunzjoni - kwalunkwe waħda minn żewġ funzjonijiet jew aktar li jirriżultaw mill-istess proċess ta’ unità jew sistema ta’ prodotti.

Kummissjonant tal-istudju dwar l-EF - organizzazzjoni (jew grupp ta’ organizzazzjonijiet), bħal kumpanija kummerċjali jew organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, li tiffinanzja l-istudju dwar l-EF f’konformità mal-metodu tal-PEF u l-PEFCR rilevanti, jekk disponibbli.

Data speċifika għall-kumpanija – tirreferi għad-data mkejla jew miġbura direttament minn faċilità waħda jew aktar (data speċifika għas-sit) li tkun rappreżentattiva għall-attivitajiet tal-kumpanija (kumpanija hija użata bħala sinonimu ta’ organizzazzjoni). Hija sinonima għal “data primarja”. Biex jiġi stabbilit il-livell ta’ rappreżentattività tista’ tiġi applikata proċedura ta’ kampjunar.

Sett tad-data speċifiku għall-kumpanija – jirreferi għal sett tad-data (diżaggregat jew aggregat) ikkompilat b’data speċifika għall-kumpanija. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, id-data dwar l-attivitajiet tkun speċifika għall-kumpanija filwaqt li s-sottoproċessi sottostanti jkunu settijiet ta’ data derivati minn bażijiet tad-data tal-isfond.

Dikjarazzjoni komparattiva – asserzjoni ambjentali dwar is-superjorità jew l-ekwivalenza ta’ prodott wieħed kontra prodott kompetitur li jwettaq l-istess funzjoni (inkluż il-parametru referenzjarju tal-kategorija tal-prodott).

Tqabbil – tqabbil, li ma jinkludix dikjarazzjoni komparattiva, (grafiku jew mod ieħor) ta’ żewġ prodotti jew aktar abbażi tar-riżultati ta’ studju dwar il-PEF u PEFCRs ta’ sostenn.

Konsumatur – membru individwali tal-pubbliku ġenerali li jixtri jew juża oġġetti, proprjetà jew servizzi għal skopijiet privati.

Koprodott – kwalunkwe wieħed minn żewġ prodotti jew aktar li jirriżultaw mill-istess proċess ta’ unità jew sistema ta’ prodotti.

Mill-benniena sal-grada – katina parzjali tal-provvista ta’ prodott, mill-estrazzjoni tal-materja prima (il-benniena) sal-“grada” tal-manifattur. L-istadji tad-distribuzzjoni, tal-ħżin, tal-użu u ta’ tmiem il-ħajja tal-katina tal-provvista ma humiex inklużi.

Mill-benniena sal-qabar – iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott li jinkludi l-istadji tal-estrazzjoni tal-materja prima, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni, il-ħżin, l-użu u r-rimi jew ir-riċiklaġġ. Jiġu kkunsidrati l-inputs u l-outputs rilevanti kollha għall-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja.

Rieżami kritiku – proċess maħsub biex jiżgura l-konsistenza bejn PEFCR u l-prinċipji u r-rekwiżiti tal-metodu tal-PEF.

Kwalità tad-data il-karatteristiċi tad-data li għandhom x’jaqsmu mal-kapaċità tagħha li tissodisfa r-rekwiżiti ddikjarati. Il-kwalità tad-data tkopri diversi aspetti, bħar-rappreżentattività teknoloġika, ġeografika u marbuta mal-ħin, kif ukoll il-kompletezza u l-preċiżjoni tad-data tal-inventarju.

Klassifikazzjoni tal-kwalità tad-data - valutazzjoni semikwantitattiva tal-kriterji tal-kwalità ta’ sett tad-data, ibbażata fuq ir-rappreżentattività teknoloġika, ir-rappreżentattività ġeografika, ir-rappreżentattività marbuta mal-ħin, u l-preċiżjoni. Il-kwalità tad-data għandha titqies bħala l-kwalità tas-sett tad-data kif dokumentat.

Emissjonijiet posposti – emissjonijiet li jiġu rilaxxati maż-żmien, pereżempju permezz ta’ stadji ta’ użu fit-tul jew ta’ rimi finali, meta mqabblin ma’ emissjoni unika fil-mument “t”.

Flussi elementari diretti (imsejħin ukoll flussi elementari) – l-emissjonijiet kollha tal-output u l-użi tar-riżorsi tal-input li jirriżultaw direttament fil-kuntest ta’ proċess. Eżempji huma l-emissjonijiet minn proċess kimiku, jew l-emissjonijiet li jaħarbu minn bojler direttament fuq il-post.

Tibdil dirett fl-użu tal-art (dLUC) – it-trasformazzjoni minn tip ta’ użu tal-art għal tip ieħor, li jseħħ f’żona unika tal-art u li ma jwassalx għal bidla f’sistema oħra.

Attribwibbli direttament – tirreferi għal proċess, attività jew impatt li jseħħu fil-limitu definit tas-sistema.

Diżaggregazzjoni – il-proċess li jaqsam sett tad-data aggregat f’settijiet tad-data ta’ proċessi ta’ unità iżgħar (orizzontali jew vertikali). Id-diżaggregazzjoni tista’ tgħin biex id-data ssir aktar speċifika. Il-proċess ta’ diżaggregazzjoni jenħtieġ li qatt ma jikkomprometti jew jhedded li jikkomprometti l-kwalità u l-konsistenza tas-sett tad-data aggregat oriġinali.

Downstream – li jseħħ tul il-katina tal-provvista ta’ prodott wara l-punt ta’ riferiment.

Ekotossiċità, ilma ħelu – il-kategorija tal-impatt tal-EF li tindirizza l-impatti tossiċi fuq ekosistema, li jagħmlu ħsara lil speċijiet individwali u jibdlu l-istruttura u l-funzjoni tal-ekosistema. L-ekotossiċità hija r-riżultat ta’ varjetà ta’ mekkaniżmi tossikoloġiċi differenti kkawżati mir-rilaxx ta’ sustanzi b’effett dirett fuq is-saħħa tal-ekosistema.

Mezzi ta’ komunikazzjoni tal-EF – il-modi kollha possibbli li jistgħu jintużaw biex jiġu kkomunikati r-riżultati tal-istudju dwar l-EF lill-partijiet ikkonċernati (eż. tikketti, dikjarazzjonijiet ambjentali dwar il-prodotti, asserzjonijiet ekoloġiċi, siti web, infografika, eċċ.).

Sett tad-data konformi mal-EF – sett tad-data żviluppat f’konformità mar-rekwiżiti tal-EF, aġġornat regolarment mid-DĠ JRC ( 2 ).

Traċċar tal-elettriku ( 3 ) – il-proċess tal-assenjazzjoni tal-attributi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku għall-konsum tal-elettriku.

Flussi elementari – fl-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja, il-flussi elementari jinkludu “materjal jew enerġija li jidħlu fis-sistema li tkun qed tiġi studjata, li jkunu ġew mill-ambjent mingħajr trasformazzjoni preċedenti mill-bniedem, jew materjal jew enerġija li joħorġu mis-sistema li tkun qed tiġi studjata, li jiġu rilaxxati fl-ambjent mingħajr trasformazzjoni sussegwenti mill-bniedem”.

Il-flussi elementari jinkludu, pereżempju, ir-riżorsi meħudin min-natura jew l-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma jew fil-ħamrija li huma marbutin b’mod dirett mal-fatturi ta’ karatterizzazzjoni tal-kategoriji tal-impatt tal-EF.

Aspett ambjentali – element tal-attivitajiet jew tal-prodotti jew tas-servizzi ta’ organizzazzjoni li jinteraġixxi jew li jista’ jinteraġixxi mal-ambjent.

Valutazzjoni tal-impatt tal-impronta ambjentali (EF) – fażi tal-analiżi tal-PEF immirata lejn il-fehim u l-evalwazzjoni tal-kobor u s-sinifikanza tal-impatti ambjentali potenzjali għal sistema ta’ prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott. Il-metodi ta’ valutazzjoni tal-impatt jipprovdu fatturi ta’ karatterizzazzjoni tal-impatt għall-flussi elementari, biex jiġi aggregat l-impatt sabiex jinkiseb għadd limitat ta’ indikaturi tal-punt tan-nofs.

Metodu ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-impronta ambjentali (EF) – protokoll għall-konverżjoni tad-data tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja f’kontributi kwantitattivi għal impatt ambjentali ta’ tħassib.

Kategorija tal-impatt tal-impronta ambjentali (EF) – il-klassi tal-użu tar-riżorsi jew tal-impatt ambjentali li magħha tkun relatata d-data tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja.

Indikatur tal-kategorija tal-impatt tal-impronta ambjentali (EF) – rappreżentazzjoni kwantifikabbli ta’ kategorija tal-impatt tal-EF.

Impatt ambjentali – kwalunkwe bidla fl-ambjent, kemm jekk negattiva kif ukoll jekk ta’ benefiċċju, li tirriżulta kompletament jew parzjalment mill-attivitajiet, il-prodotti jew is-servizzi ta’ organizzazzjoni.

Mekkaniżmu ambjentali – sistema ta’ proċessi fiżiċi, kimiċi u bijoloġiċi għal kategorija partikolari tal-impatt tal-EF li torbot ir-riżultati tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja mal-indikaturi tal-kategorija tal-EF.

Ewtrofikazzjoni – kategorija tal-impatt tal-EF relatata man-nutrijenti (prinċipalment in-nitroġenu u l-fosforu) mill-punti ta’ skariku tad-drenaġġ u l-art agrikola fertilizzata li jaċċelleraw it-tkabbir tal-alka u veġetazzjoni oħra fl-ilma.

Id-degradazzjoni tal-materjal organiku tikkonsma l-ossiġnu, li jwassal għal nuqqas ta’ ossiġnu u, f’xi każijiet, għall-mewt tal-ħut. L-ewtrofikazzjoni tibdel il-kwantità ta’ sustanzi emessi f’kejl komuni, espress bħala l-ossiġnu meħtieġ għad-degradazzjoni tal-bijomassa mejta.

Biex jiġu vvalutati l-impatti minħabba l-ewtrofikazzjoni, jintużaw tliet kategoriji tal-impatt tal-EF: ewtrofikazzjoni, terrestri; ewtrofikazzjoni, ilma ħelu; ewtrofikazzjoni, baħar.

Komunikazzjoni esterna – komunikazzjoni lil kwalunkwe parti interessata għajr il-kummissjonant jew il-prattikant tal-istudju.

Data estrapolatadata minn proċess partikolari li tintuża biex tirrappreżenta proċess simili li għalih ma tkunx disponibbli data, bis-suppożizzjoni li din tkun raġonevolment rappreżentattiva.

Dijagramma sekwenzjali – rappreżentazzjoni skematika tal-flussi li jseħħu waqt stadju wieħed jew aktar tal-proċess fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott li jkun qed jiġi vvalutat.

Flussi elementari ewlenin - flussi elementari diretti (emissjonijiet u riżorsi) li għalihom ikun disponibbli l-aċċess għad-data primarja (jew għal informazzjoni speċifika għall-kumpanija).

Proċessi ewlenin – dawk il-proċessi fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott li għalihom ikun disponibbli aċċess dirett għall-informazzjoni. Pereżempju, is-sit tal-produttur u proċessi oħra mħaddma mill-produttur jew mill-kuntratturi tiegħu (eż. it-trasport tal-merkanzija, is-servizzi tal-uffiċċju prinċipali, eċċ.).

Unità funzjonali – tiddefinixxi l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-funzjoni(jiet) u/jew tas-servizz(i) ipprovdut(i) mill-prodott li jkun qed jiġi evalwat. Id-definizzjoni ta’ unità funzjonali twieġeb il-mistoqsijiet “xiex?”, “kemm?”, “kemm hija tajba?”, u “għal kemm żmien?”.

Minn grada għall-oħra – katina tal-provvista parzjali tal-prodott li tinkludi biss il-proċessi mwettqa fuq prodott f’organizzazzjoni jew f’sit speċifiċi.

Mill-grada sal-qabar – katina tal-provvista parzjali ta’ prodott li tinkludi biss l-istadji tad-distribuzzjoni, tal-ħżin, tal-użu u tar-rimi jew tar-riċiklaġġ.

Potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) – Indiċi li jkejjel il-furzar radjattiv ta’ massa ta’ unità ta’ sustanza partikolari akkumulata fuq perjodu ta’ żmien magħżul. Dan jiġi espress f’termini ta’ sustanza ta’ referenza (pereżempju, unitajiet ekwivalenti għas-CO2) u perjodu ta’ żmien speċifikat (eż. GWP 20, GWP 100, GWP 500 – għal 20, 100 u 500 sena rispettivament).

Billi jgħaqqad l-informazzjoni kemm dwar il-furzar radjattiv (il-fluss tal-enerġija kkawżat mill-emissjoni tas-sustanza) kif ukoll dwar iż-żmien li jibqa’ fl-atmosfera, il-GWP jagħti kejl tal-kapaċità ta’ sustanza li tinfluwenza t-temperatura medja globali tal-arja tal-wiċċ u għalhekk sussegwentement tinfluwenza diversi parametri klimatiċi u l-effetti tagħhom, bħall-frekwenza u l-intensità tal-maltempati, l-intensità tax-xita u l-frekwenza tal-għargħar, eċċ.

Medja orizzontali – l-azzjoni tal-aggregazzjoni ta’ diversi settijiet tad-data ta’ proċessi ta’ unità jew settijiet tad-data aggregati ta’ proċess li fihom kull wieħed jipprovdi l-istess fluss ta’ referenza, biex jinħoloq sett tad-data ta’ proċess ġdid.

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem – effetti ta’ kanċer – kategorija tal-impatt tal-EF li tirrappreżenta l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem ikkawżati mit-teħid ta’ sustanzi tossiċi permezz tal-inalazzjoni tal-arja, l-inġestjoni tal-ikel/l-ilma, il-penetrazzjoni mill-ġilda – sa fejn dawn ikunu relatati mal-kanċer.

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem - effetti mhux ta’ kanċer – kategorija tal-impatt tal-EF li tirrappreżenta l-effetti negattivi fuq is-saħħa fuq il-bniedem ikkawżati mit-teħid ta’ sustanzi tossiċi permezz tal-inalazzjoni tal-arja, l-inġestjoni tal-ikel/l-ilma, il-penetrazzjoni mill-ġilda – sakemm dawn ikunu relatati ma’ effetti mhux tal-kanċer li ma jkunux ikkawżati minn materja partikulata/inorganika respiratorja jew radjazzjoni jonizzanti.

Espert estern indipendenti – persuna kompetenti, mhux impjegat fi rwol full-time jew part-time mill-kummissjonant tal-istudju dwar l-EF jew mill-utent tal-metodu tal-EF, u mhux involut fid-definizzjoni tal-ambitu jew fit-twettiq tal-istudju dwar l-EF.

Tibdil indirett fl-użu tal-art (iLUC) – dan iseħħ meta domanda għal ċertu użu tal-art twassal għal bidliet, barra mil-limitu tas-sistema, jiġifieri f’tipi oħra ta’ użu tal-art. Dawn l-effetti indiretti jistgħu jiġu vvalutati prinċipalment permezz tal-immudellar ekonomiku tad-domanda għall-art jew permezz tal-immudellar tar-rilokazzjoni tal-attivitajiet fuq skala globali.

Flussi ta’ input – il-fluss ta’ prodott, materjal jew enerġija li jidħol fi proċess ta’ unità. Il-prodotti u l-materjali jinkludu l-materja prima, il-prodotti intermedji u l-koprodotti.

Prodott intermedju – output minn proċess ta’ unità li min-naħa tiegħu jkun input għal proċessi oħra ta’ unità li jeħtieġu aktar trasformazzjoni fi ħdan is-sistema. Prodott intermedju huwa prodott li jeħtieġ aktar ipproċessar qabel ma jkun jista’ jinbiegħ lill-konsumatur finali.

Radjazzjoni jonizzanti, effetti fuq is-saħħa tal-bniedem – kategorija tal-impatt tal-EF li tirrappreżenta l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem ikkawżati minn rilaxxi radjuattivi.

Użu tal-art – kategorija tal-impatt tal-EF relatata mal-użu (okkupazzjoni) u mal-konverżjoni (trasformazzjoni) tal-erja tal-art minn attivitajiet bħall-agrikoltura, il-forestrija, it-toroq, id-djar, l-estrazzjoni minerarja, eċċ.

L-okkupazzjoni tal-art tqis l-effetti tal-użu tal-art, l-ammont ta’ erja involuta u d-durata tal-okkupazzjoni tagħha (il-bidliet fil-kwalità tal-ħamrija mmultiplikati bl-erja u bid-durata). It-trasformazzjoni tal-art tqis il-firxa tal-bidliet fil-proprjetajiet tal-art u ż-żona affettwata (bidliet fil-kwalità tal-ħamrija mmultiplikati bl-erja).

Verifikatur ewlieni – persuna li tieħu sehem f’tim ta’ verifika b’responsabbiltajiet addizzjonali, meta mqabbla mal-verifikaturi l-oħra fit-tim.

Ċiklu tal-ħajja – l-istadji konsekuttivi u interkonnessi ta’ sistema ta’ prodotti, mill-akkwist tal-materja prima jew il-ġenerazzjoni minn riżorsi naturali sar-rimi finali.

Approċċ ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja – dan iqis l-ispettru tal-flussi tar-riżorsi u l-interventi ambjentali assoċjati ma’ prodott mill-perspettiva tal-katina tal-provvista, inklużi l-istadji kollha mill-akkwist tal-materja prima sal-ipproċessar, id-distribuzzjoni, l-użu u l-proċessi ta’ tmiem il-ħajja, u l-impatti ambjentali rilevanti kollha relatati (minflok ma jiffoka fuq kwistjoni waħda).

Valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja (LCA) – il-kompilazzjoni u l-evalwazzjoni tal-inputs, tal-outputs u tal-impatti ambjentali potenzjali ta’ sistema ta’ prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha.

Valutazzjoni tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja (LCIA) – fażi tal-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja li għandha l-għan li tifhem u tevalwa l-kobor u s-sinifikanza tal-impatti ambjentali potenzjali għal sistema matul iċ-ċiklu tal-ħajja.

Il-metodi tal-LCIA użati jipprovdu fatturi ta’ karatterizzazzjoni tal-impatt għall-flussi elementari biex jiġi aggregat l-impatt, biex jinkiseb għadd limitat ta’ indikaturi tal-punt tan-nofs u/jew tal-ħsara.

Inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja (LCI) - is-sett ikkombinat ta’ skambji ta’ flussi elementari, ta’ skart u ta’ prodotti f’sett tad-data tal-LCI.

Sett tad-data tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja (LCI) - dokument jew fajl b’informazzjoni dwar iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott speċifikat jew referenza oħra (eż. sit, proċess), li jkopri metadata deskrittiva u inventarju kwantitattiv taċ-ċiklu tal-ħajja. Sett tad-data tal-LCI jista’ jkun sett tad-data ta’ proċess ta’ unità, parzjalment aggregat, jew sett tad-data aggregat.

Rata ta’ tagħbija – il-proporzjon tat-tagħbija reali meta mqabbel mat-tagħbija sħiħa jew mal-kapaċità kollha (pereżempju l-massa jew il-volum) li vettura ġġorr f’kull vjaġġ.

Speċifiku għall-materjal – aspett ġeneriku ta’ materjal. Pereżempju, ir-rata ta’ riċiklaġġ tal-polietilentereftalat (PET).

Multifunzjonalità – jekk proċess jew faċilità jipprovdu aktar minn funzjoni waħda, jiġifieri jwasslu diversi oġġetti u/jew servizzi (“koprodotti”), dawn ikunu “multifunzjonali”. F’dawn is-sitwazzjonijiet, l-inputs u l-emissjonijiet kollha marbuta mal-proċess se jinqasmu bejn il-prodott ta’ interess u l-koprodotti l-oħra, skont proċeduri ddikjarati b’mod ċar.

Flussi mhux elementari (jew kumplessi) – fl-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja, il-flussi mhux elementari jinkludu l-inputs (eż. l-elettriku, il-materjali, il-proċessi tat-trasport) u l-outputs (eż. skart, prodotti sekondarji) kollha f’sistema li jeħtieġu aktar sforzi ta’ mmudellar biex jiġu ttrasformati fi flussi elementari.

Sinonimu ta’ “data dwar l-attivitajiet”.

Normalizzazzjoni – wara l-istadju tal-karatterizzazzjoni, in-normalizzazzjoni hija l-istadju li fih ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja jiġu diviżi b’fatturi ta’ normalizzazzjoni li jirrappreżentaw l-inventarju ġenerali ta’ unità ta’ referenza (eż. pajjiż sħiħ jew ċittadin medju).

Ir-riżultati normalizzati tal-valutazzjoni tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja jesprimu l-ishma relattivi tal-impatti tas-sistema analizzata, f’termini tal-kontribut totali għal kull kategorija tal-impatt għal kull unità ta’ referenza.

Il-wiri ħdejn xulxin tar-riżultati normalizzati tal-valutazzjoni tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja għas-suġġetti differenti tal-impatt juri liema kategoriji tal-impatt ikunu affettwati l-aktar u l-anqas mis-sistema analizzata.

Ir-riżultati normalizzati tal-valutazzjoni tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja jirriflettu biss il-kontribut tas-sistema analizzata għall-potenzjal totali tal-impatt, mhux is-severità/ir-rilevanza tal-impatt totali rispettiv. Ir-riżultati normalizzati huma mingħajr dimensjoni, iżda ma humiex addittivi.

Regoli Settorjali marbutin mal-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjoni (OEFSRs) - regoli speċifiċi għas-settur, ibbażati fuq iċ-ċiklu tal-ħajja li jikkomplementaw il-gwida metodoloġika ġenerali għall-istudji dwar l-OEF billi jipprovdu aktar speċifikazzjoni fil-livell ta’ settur speċifiku.

L-OEFSRs jgħinu biex l-istudju dwar l-OEF jiffoka fuq dawk l-aspetti u l-parametri li huma l-aktar importanti, u b’hekk jikkontribwixxu biex jiżdiedu r-rilevanza, ir-riproduċibbiltà u l-konsistenza tar-riżultati billi jitnaqqsu l-kostijiet, meta mqabbel ma’ studju bbażat fuq ir-rekwiżiti komprensivi tal-metodu tal-OEF. Huma biss l-OEFSRs żviluppati mill-Kummissjoni Ewropea jew f’kooperazzjoni magħha, jew adottati mill-Kummissjoni Ewropea jew bħala atti tal-UE, li huma rikonoxxuti bħala konformi ma’ dan il-metodu.

Flussi ta’ output – il-fluss ta’ prodott, materjal jew enerġija li joħroġ minn proċess ta’ unità. Il-prodotti u l-materjali jinkludu l-materja prima, il-prodotti intermedji, il-koprodotti u r-rilaxxi. Il-flussi tal-output huma kkunsidrati wkoll li jkopru l-flussi elementari.

Tnaqqis tal-ożonu – kategorija tal-impatt tal-EF li tqis id-degradazzjoni tal-ożonu stratosferiku minħabba l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, pereżempju gassijiet b’ħajja twila li fihom il-kloru u l-bromu (eż. klorofluworokarburi (CFCs), idroklorofluworokarburi (HCFCs), aloni).

Sett tad-data parzjalment diżaggregat - sett tad-data b’LCI li fih flussi elementari u data dwar l-attivitajiet, u li jagħti sett tad-data tal-LCI aggregat sħiħ meta kkombinat mas-settijiet tad-data sottostanti komplementari tiegħu.

Sett tad-data parzjalment diżaggregat fil-livell-1 - sett tad-data parzjalment diżaggregat fil-livell-1 fih flussi elementari u data dwar l-attivitajiet għal livell wieħed ’l isfel fil-katina tal-provvista, filwaqt li s-settijiet tad-data sottostanti komplementari kollha huma fil-forma aggregata tagħhom.

Illustrazzjoni 1

Eżempju ta’ sett tad-data parzjalment diżaggregat fil-Livell-1

image

Materja partikolata – kategorija tal-impatt tal-EF li tqis l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem ikkawżati mill-emissjonijiet ta’ materja partikolata (PM) u l-prekursuri tagħha (NOx, SOx, NH3).

Studju ta’ sostenn għall-PEFCR – studju dwar il-PEF ibbażat fuq abbozz ta’ PEFCR. Dan jintuża biex jiġu kkonfermati d-deċiżjonijiet meħuda fl-abbozz ta’ PEFCR qabel ma tiġi rilaxxata l-PEFCR finali.

Profil tal-PEF – Ir-riżultati kwantifikati ta’ studju dwar il-PEF. Dan jinkludi l-kwantifikazzjoni tal-impatti għad-diversi kategoriji tal-impatt u l-informazzjoni ambjentali addizzjonali meqjusa neċessarja li tiġi rrapportata.

Rapport dwar il-PEF – Dokument li jiġbor fil-qosor ir-riżultati tal-istudju dwar il-PEF.

Studju dwar il-PEF tal-prodott rappreżentattiv (PEF-RP) – studju dwar il-PEF imwettaq fuq il-prodott(i) rappreżentattiv(i) u maħsub biex jidentifika l-aktar stadji rilevanti taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi, il-flussi elementari, il-kategoriji tal-impatt u kwalunkwe rekwiżit ewlieni ieħor meħtieġ biex jiġi definit il-parametru referenzjarju għall-kategorija/subkategoriji tal-prodott fl-ambitu tal-PEFCR.

Studju dwar il-PEF – terminu użat biex jiġu identifikati l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġu kkalkulati r-riżultati tal-PEF. Dan jinkludi l-immudellar, il-ġbir tad-data u l-analiżi tar-riżultati. Ir-riżultati tal-istudju dwar il-PEF huma l-bażi għall-abbozzar tar-rapporti dwar il-PEF.

Formazzjoni fotokimika tal-ożonu – kategorija tal-impatt tal-EF li tqis il-formazzjoni tal-ożonu fil-livell tal-art tat-troposfera kkawżata mill-ossidazzjoni fotokimika tal-komposti organiċi volatili (VOCs) u tal-monossidu tal-karbonju (CO) fil-preżenza tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) u tad-dawl tax-xemx.

Konċentrazzjonijiet għoljin ta’ ożonu troposferiku fil-livell tal-art jagħmlu ħsara lill-veġetazzjoni, lill-apparat respiratorju tal-bniedem u lill-materjali magħmulin mill-bniedem, billi jirreaġixxu mal-materjali organiċi.

Popolazzjoni - kwalunkwe aggregazzjoni finita jew infinita ta’ individwi, mhux neċessarjament animati, soġġetta għal studju statistiku.

Data primarjadata minn proċessi speċifiċi fi ħdan il-katina tal-provvista tal-utent tal-metodu tal-PEF jew tal-utent tal-PEFCR.

Tali data tista’ tieħu l-forma ta’ data dwar l-attivitajiet, jew ta’ flussi elementari ewlenin (inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja). Id-data primarja hija speċifika għas-sit, speċifika għall-kumpanija (jekk ikun hemm diversi siti għall-istess prodott) jew speċifika għall-katina tal-provvista.

Id-data primarja tista’ tinkiseb permezz tal-qari tal-miters, ir-rekords tax-xiri, il-kontijiet tal-utilitajiet, il-mudelli tal-inġinerija, il-monitoraġġ dirett, il-bilanċi materjal/prodotti, l-istekjometrija, jew metodi oħra għall-kisba ta’ data minn proċessi speċifiċi fil-katina tal-valur tal-utent tal-metodu tal-PEF jew tal-utent tal-PEFCR.

F’dan il-metodu, id-data primarja hija sinonimu ta’ “data speċifika għall-kumpanija” jew ta’ “data speċifika għall-katina tal-provvista”.

Prodott – kwalunkwe oġġett jew servizz.

Kategorija ta’ prodotti – grupp ta’ prodotti (jew servizzi) li jistgħu jissodisfaw funzjonijiet ekwivalenti.

Regoli tal-kategorija ta’ prodotti (PCRs) – sett ta’ regoli, rekwiżiti u linji gwida speċifiċi għall-iżvilupp ta’ dikjarazzjonijiet ambjentali tat-Tip III għal kategorija waħda jew aktar ta’ prodotti.

Regoli tal-kategorija marbutin mal-impronta ambjentali tal-prodott (PEFCRs) – regoli speċifiċi għall-kategorija ta’ prodotti ibbażati fuq iċ-ċiklu tal-ħajja li jikkomplementaw il-gwida metodoloġika ġenerali għall-istudji dwar il-PEF billi jipprovdu aktar speċifikazzjoni għal kategorija speċifika ta’ prodotti.

Il-PEFCRs jgħinu biex l-istudju dwar il-PEF jiffoka fuq dawk l-aspetti u l-parametri li huma l-aktar importanti, u b’hekk jiżdiedu r-rilevanza, ir-riproduċibbiltà u l-konsistenza tar-riżultati billi jitnaqqsu l-kostijiet, meta mqabbel ma’ studju bbażat fuq ir-rekwiżiti komprensivi tal-metodu tal-PEF.

Huma biss il-PEFCRs żviluppati mill-Kummissjoni Ewropea jew f’kooperazzjoni magħha, jew adottati mill-Kummissjoni jew bħala atti tal-UE, li huma rikonoxxuti bħala konformi ma’ dan il-metodu.

Fluss ta’ prodotti – prodotti li jidħlu minn jew jitilqu lejn sistema ta’ prodotti oħra.

Sistema tal-prodott – ġabra ta’ proċessi tal-unità bi flussi elementari u tal-prodotti, li jwettqu funzjoni definita waħda jew aktar, li jimmudellaw iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott.

Materja prima – il-materjal primarju jew sekondarju użat għall-produzzjoni ta’ prodott.

Fluss ta’ referenza – kejl tal-outputs minn proċessi f’sistema ta’ prodotti partikolari li jkunu meħtieġa biex tiġi ssodisfata l-funzjoni espressa mill-unità funzjonali.

Rinnovazzjoni – il-proċess ta’ restawr tal-komponenti għal stat funzjonali u/jew sodisfaċenti meta mqabbel mal-ispeċifikazzjoni oriġinali (jipprovdu l-istess funzjoni), bl-użu ta’ metodi bħall-kisi mill-ġdid, żebgħa mill-ġdid, eċċ. Il-prodotti rinnovati jista’ jkun li jkunu ġew ittestjati u verifikati li jiffunzjonaw kif suppost.

Rilaxxi – l-emissjonijiet fl-arja u l-iskariki fl-ilma u fil-ħamrija.

Prodott rappreżentattiv (mudell) – dan jista’ jkun prodott reali jew virtwali (mhux eżistenti). Il-prodott virtwali jenħtieġ li jiġi kkalkulat abbażi tal-karatteristiċi medji ponderati għall-bejgħ fis-suq Ewropew għat-teknoloġiji/materjali eżistenti kollha koperti mill-kategorija jew is-subkategorija tal-prodott.

Jistgħu jintużaw settijiet oħra ta’ ponderazzjoni, jekk dan ikun iġġustifikat – pereżempju l-medja ponderata bbażata fuq il-massa (tunnellata ta’ materjal) jew il-medja ponderata bbażata fuq l-unitajiet tal-prodott (biċċiet).

Kampjun rappreżentattiv – kampjun rappreżentattiv fir-rigward ta’ varjabbli wieħed jew aktar huwa kampjun li fih id-distribuzzjoni ta’ dawn il-varjabbli tkun eżattament l-istess (jew simili) bħal fil-popolazzjoni li l-kampjun ikun subsett tagħha.

Użu tar-riżorsi, fossili – kategorija tal-impatt tal-EF li tindirizza l-użu ta’ riżorsi naturali fossili mhux rinnovabbli (eż. gass naturali, faħam, żejt).

Użu tar-riżorsi, minerali u metalli – kategorija tal-impatt tal-EF li tindirizza l-użu ta’ riżorsi naturali abijotiċi mhux rinnovabbli (minerali u metalli).

Rieżami – proċedura maħsuba biex tiżgura li l-proċess tal-iżvilupp jew tar-reviżjoni ta’ PEFCR ikun twettaq f’konformità mar-rekwiżiti previsti fil-metodu tal-PEF u fil-parti A tal-Anness II.

Rapport ta’ rieżami - dokumentazzjoni tal-proċess ta’ rieżami li tinkludi d-dikjarazzjoni ta’ rieżami, l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-proċess ta’ rieżami, il-kummenti dettaljati mill-eżaminatur(i) u t-tweġibiet korrispondenti, u l-eżitu. Id-dokument għandu jkollu l-firma elettronika jew bl-idejn tal-eżaminatur (jew tal-eżaminatur ewlieni, jekk ikun involut bord ta’ eżaminaturi)

Bord ta’ rieżami – tim ta’ esperti (eżaminaturi) li se jirrieżaminaw il-PEFCR

Rieżaminatur – espert estern indipendenti li jwettaq ir-rieżami tal-PEFCR u posssibbilment jieħu sehem f’bord ta’ rieżaminaturi.

Kampjun – subsett li jkun fih il-karatteristiċi ta’ popolazzjoni akbar. Il-kampjuni jintużaw fl-ittestjar statistiku meta d-daqsijiet tal-popolazzjoni jkunu kbar wisq biex it-test jinkludi l-membri jew l-osservazzjonijiet kollha possibbli. Kampjun jenħtieġ li jirrappreżenta l-popolazzjoni kollha u ma jirriflettix preġudizzju lejn attribut speċifiku.

Data sekondarja – data li ma tkunx minn proċess speċifiku fil-katina tal-provvista tal-kumpanija li twettaq studju dwar il-PEF.

Din tirreferi għal data li ma tinġabarx, ma titkejjilx jew ma tiġix stmata direttament mill-kumpanija, iżda li tinkiseb pjuttost minn bażi tad-data tal-LCI ta’ parti terza jew minn sorsi oħra.

Id-data sekondarja tinkludi d-data medja tal-industrija (eż. mid-data ppubblikata dwar il-produzzjoni, statistika tal-gvern u assoċjazzjonijiet tal-industrija), studji tal-letteratura, studji tal-inġinerija u privattivi) u tista’ tkun ibbażata wkoll fuq data finanzjarja, u jkun fiha data proxy u data ġenerika oħra.

Id-data primarja li tgħaddi minn stadju ta’ aggregazzjoni orizzontali titqies bħala data sekondarja.

Analiżi tas-sensittività – proċeduri sistematiċi sabiex jiġu stmati l-effetti tal-għażliet li jkunu saru fir-rigward tal-metodi u d-data dwar ir-riżultati ta’ studju dwar il-PEF.

Data speċifika għas-sitdata mkejla jew miġbura direttament minn faċilità waħda (sit tal-produzzjoni).

Sinonimu ta’ “data primarja”.

Punteġġ globali uniku – is-somma tar-riżultati ponderati tal-EF tal-kategoriji kollha tal-impatt ambjentali.

Data speċifika – data mkejla jew miġbura direttament li tkun rappreżentattiva tal-attivitajiet f’faċilità speċifika jew f’sett ta’ faċilitajiet speċifiċi.

Sinonimu ta’ “data primarja”.

Suddiviżjoni – is-suddiviżjoni tinvolvi d-diżaggregazzjoni ta’ proċessi jew ta’ faċilitajiet multifunzjonali biex jiġu iżolati l-flussi tal-inputs assoċjati direttament ma’ kull proċess jew output tal-faċilità. Il-proċess jiġi investigat biex wieħed jara jekk jistax jiġi suddiviż. Fejn tkun tista’ ssir suddiviżjoni, id-data tal-inventarju jenħtieġ li tinġabar biss għal dawk il-proċessi tal-unità attribwibbli direttament għall-prodotti/is-servizzi ta’ tħassib.

Sottopopolazzjoni – kwalunkwe aggregazzjoni finita jew infinita ta’ individwi, mhux neċessarjament animati, soġġetta għal studju statistiku li jikkostitwixxi subsett omoġenju tal-popolazzjoni kollha.

Sinonimu ta’ “strat”.

Sottoproċessi – proċessi użati biex jirrappreżentaw l-attivitajiet tal-proċessi tal-livell 1 (=elementi kostitwenti). Is-sottoproċessi jistgħu jiġu ppreżentati fil-forma (parzjalment) aggregata tagħhom (ara l-Illustrazzjoni 1).

Sottokampjun - kampjun ta’ sottopopolazzjoni.

Katina tal-provvista – l-attivitajiet upstream u downstream kollha assoċjati mal-operazzjonijiet tal-utent tal-metodu tal-PEF, inkluż l-użu ta’ prodotti mibjugħa mill-konsumaturi u t-trattament fi tmiem il-ħajja tal-prodotti mibjugħa wara l-użu mill-konsumatur.

Speċifiku għall-katina tal-provvista – jirreferi għal aspett speċifiku tal-katina tal-provvista speċifika ta’ kumpanija. Pereżempju, il-kontenut riċiklat tal-aluminju prodott minn kumpanija speċifika.

Limitu tas-sistema – definizzjoni tal-aspetti inklużi jew esklużi mill-istudju. Pereżempju, għal analiżi tal-EF “mill-benniena sal-qabar”, il-limitu tas-sistema jinkludi l-attivitajiet kollha li jvarjaw mill-estrazzjoni tal-materja prima, sal-ipproċessar, id-distribuzzjoni, il-ħżin u l-użu, sal-istadji tar-rimi jew tar-riċiklaġġ.

Dijagramma tal-limitu tas-sistema – rappreżentazzjoni grafika tal-limitu tas-sistema definit għall-istudju dwar il-PEF.

Ħżin temporanju tal-karbonju – dan iseħħ meta prodott inaqqas il-gassijiet serra fl-atmosfera jew joħloq emissjonijiet negattivi, billi jassorbi u jaħżen il-karbonju għal ammont limitat ta’ żmien.

Dikjarazzjoni ambjentali tat-tip III – dikjarazzjoni ambjentali li tipprovdi data ambjentali kwantifikata bl-użu ta’ parametri stabbiliti minn qabel u, fejn ikun rilevanti, informazzjoni ambjentali addizzjonali.

Analiżi tal-inċertezza – proċedura għall-valutazzjoni tal-inċertezza fir-riżultati ta’ studju dwar il-PEF minħabba l-varjabbiltà tad-data u l-inċertezza relatata mal-għażliet.

Proċess ta’ unità – l-iżgħar element ikkunsidrat fl-LCI li għalih tiġi kkwantifikata d-data tal-input u tal-output.

Proċess ta’ unità, kaxxa sewda – katina ta’ proċess jew proċess ta’ unità fil-livell tal-impjant. Dan ikopri proċessi ta’ unità b’medja orizzontali f’siti differenti. Ikopri wkoll proċessi ta’ unità multifunzjonali fejn il-koprodotti differenti jgħaddu minn stadji differenti ta’ pproċessar fil-kaxxa s-sewda, u b’hekk jikkawżaw problemi ta’ allokazzjoni għal dan is-sett tad-data ( 4 ).

Proċess ta’ unità, operazzjoni waħda - proċess ta’ unità tat-tip ta’ operazzjoni ta’ unità li ma jistax jiġi suddiviż aktar. Ikopri proċessi multifunzjonali tat-tip ta’ operazzjoni ta’ unità ( 5 ).

Upstream – li jseħħ tul il-katina tal-provvista tal-oġġetti/is-servizzi mixtrija qabel ma jidħol fil-limitu tas-sistema.

Utent tal-PEFCR – il-parti kkonċernata li tipproduċi studju dwar il-PEF ibbażat fuq PEFCR.

Utent tal-metodu tal-PEF – il-parti kkonċernata li tipproduċi studju dwar il-PEF ibbażat fuq il-metodu tal-PEF.

Utent tar-riżultati tal-PEF – il-parti kkonċernata li tuża r-riżultati tal-PEF għal kwalunkwe skop intern jew estern.

Validazzjoni – konferma – mill-verifikatur tal-impronta ambjentali – li l-informazzjoni u d-data fl-istudju dwar il-PEF, ir-rapport dwar il-PEF u l-mezzi ta’ komunikazzjoni huma affidabbli, kredibbli u korretti.

Dikjarazzjoni ta’ validazzjoni – dokument konklużiv li jaggrega l-konklużjonijiet mill-verifikaturi jew mit-tim ta’ verifika fir-rigward tal-istudju dwar l-EF. Dan id-dokument huwa obbligatorju u għandu jkollu l-firma elettronika jew miktuba bl-idejn tal-verifikatur jew (fejn ikun involut bord ta’ verifika) tal-verifikatur ewlieni.

Verifika – proċess ta’ valutazzjoni tal-konformità mwettaq minn verifikatur tal-impronta ambjentali biex juri jekk l-istudju dwar il-PEF ikunx twettaq f’konformità mal-Anness I

Rapport ta’ verifika – dokumentazzjoni tal-proċess ta’ verifika u tas-sejbiet, inklużi kummenti dettaljati mill-verifikatur(i), kif ukoll it-tweġibiet korrispondenti. Dan id-dokument huwa obbligatorju, iżda jista’ jkun kunfidenzjali. Id-dokument għandu jkollu l-firma elettronika jew bl-idejn tal-verifikatur jew (fejn ikun involut bord ta’ verifika) tal-verifikatur ewlieni.

Tim ta’ verifika – tim ta’ verifikaturi li se jivverifikaw l-istudju dwar l-EF, ir-rapport dwar l-EF u l-mezzi ta’ komunikazzjoni dwar l-EF.

Verifikatur – espert estern indipendenti li jwettaq verifika tal-istudju dwar l-EF u possibbilment jieħu sehem f’tim ta’ verifika.

Aggregazzjoni vertikali – aggregazzjoni teknika jew ibbażata fuq l-inġinerija tirreferi għall-aggregazzjoni vertikali ta’ proċessi ta’ unità li jkunu marbuta direttament f’faċilità waħda jew f’sekwenza ta’ proċessi waħda. L-aggregazzjoni vertikali tinvolvi l-kombinazzjoni flimkien ta’ settijiet tad-data tal-proċessi ta’ unità (jew settijiet tad-data ta’ proċessi aggregati), marbuta bi fluss.

Skart – sustanzi jew oġġetti li d-detentur ikun beħsiebu (jew ikun meħtieġ) jarmi.

Użu tal-ilma – kategorija tal-impatt tal-EF li tirrappreżenta l-ilma disponibbli relattiv li jifdal għal kull erja f’magħqad tal-ilma, wara li tkun ġiet issodisfata d-domanda mill-bnedmin u mill-ekosistemi akkwatiċi. Hija tivvaluta l-potenzjal ta’ privazzjoni mill-ilma, għall-bnedmin jew għall-ekosistemi, abbażi tas-suppożizzjoni li anqas ma jibqa’ ilma disponibbli għal kull erja, aktar ikun probabbli li utent ieħor jiġi mċaħħad.

Ponderazzjoni – pass li jappoġġa l-interpretazzjoni u l-komunikazzjoni tar-riżultati tal-analiżi. Ir-riżultati tal-PEF jiġu mmultiplikati b’sett ta’ fatturi ta’ ponderazzjoni (f’ %), li jirriflettu l-importanza relattiva perċepita tal-kategoriji tal-impatt ikkunsidrati. Ir-riżultati ponderati tal-EF jistgħu jitqabblu direttament bejn kategoriji tal-impatt, u jingħaddu wkoll fil-kategoriji kollha tal-impatt biex jinkiseb punteġġ globali uniku.

Relazzjoni ma’ metodi u standards oħra

Kull rekwiżit speċifikat fil-metodu tal-PEF ġie żviluppat b’kont meħud tar-rakkomandazzjonijiet ta’ metodi ta’ kontabbiltà ambjentali tal-prodotti u ta’ dokumenti ta’ gwida simili u rikonoxxuti b’mod wiesa’.

B’mod speċifiku, il-gwidi metodoloġiċi li ġew ikkunsidrati kienu:

Standards tal-ISO, b’mod partikolari:

(a) 

EN ISO 14040:2006 Ġestjoni ambjentali — Valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja — Prinċipji u qafas;

(b) 

EN ISO 14044:2006 Ġestjoni ambjentali — Valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja — Rekwiżiti u linji gwida;

(c) 

EN ISO 14067:2018 Gassijiet serra — Impronta tal-karbonju tal-prodotti — Rekwiżiti u linji gwida għall-kwantifikazzjoni;

(d) 

ISO 14046:2014 Ġestjoni ambjentali — Impronta tal-ilma — Prinċipji, rekwiżiti u linji gwida;

(e) 

EN ISO 14020:2001 Environmental labels and declarations — General principles;

(f) 

EN ISO 14021:2016 Tikketti u dikjarazzjonijiet ambjentali — Asserzjonijiet ambjentali awtodikjarati (Tikkettar ambjentali tat-Tip II)

(g) 

EN ISO 14025:2010 Tikketti u dikjarazzjonijiet ambjentali – Dikjarazzjonijiet ambjentali tat-Tip III – Prinċipji u proċeduri;

(h) 

ISO 14050:2020 Ġestjoni ambjentali — vokabularju

(i) 

CEN ISO/TS 14071:2016 Ġestjoni ambjentali — Valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja — Proċessi ta’ analiżi kritika u kompetenzi tal-eżaminaturi: Rekwiżiti u linji gwida addizzjonali għall-EN ISO 14044:2006

(j) 

ISO 17024:2012 Valutazzjoni tal-konformità – Rekwiżiti ġenerali għall-korpi li joperaw iċ-ċertifikazzjoni tal-persuni.

(k) 

Il-Gwida dwar il-PEF, l-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE dwar l-użu ta’ metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u ta’ organizzazzjonijiet (April 2013);

(l) 

Il-Manwal tal-ILCD (Sistema Internazzjonali ta’ Referenza għad-Data dwar iċ-Ċiklu tal-Ħajja) ( 6 ) żviluppat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-KE;

(m) 

Standards tal-Impronta Ekoloġika ( 7 );

(n) 

Il-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra - Standard għall-Kontabbiltà u r-Rappurtar taċ-Ċiklu tal-Ħajja tal-Prodotti ( 8 ) (Istitut Dinji tar-Riżorsi - WRI/ Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli - WBCSD);

(o) 

BP X30-323-0:2015 Prinċipji ġenerali għal komunikazzjoni ambjentali dwar prodotti tas-suq tal-massa (Agence de la transition écologique, ADEME) ( 9 );

(p) 

PAS 2050:2011 Speċifikazzjoni għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ oġġetti u servizzi (British Standards Institution - BSI);

(q) 

Il-Protokoll tal-ENVIFOOD ( 10 ).

(r) 

FAO:2016. Il-prestazzjoni ambjentali tal-ktajjen tal-provvista tal-għalf għall-annimali: Linji gwida għall-valutazzjoni. Sħubija LEAP.

Deskrizzjoni dettaljata tal-biċċa l-kbira tal-metodi analizzati u tal-eżitu tal-analiżi hija disponibbli f’“Analysis of Existing Environmental Footprint methodologies for Products and Organisations: Recommendations, Rationale, and Alignment” ( 11 ).

1.    Regoli tal-Kategorija marbutin mal-Impronta Ambjentali tal-Prodott (PEFCRs)

L-objettiv primarju ta’ PEFCR huwa li tistabbilixxi sett konsistenti u speċifiku ta’ regoli għall-kalkolu tal-informazzjoni ambjentali rilevanti tal-prodotti li jappartjenu għall-kategorija ta’ prodotti fl-ambitu. Objettiv importanti huwa li ssir enfasi fuq dak li huwa l-aktar importanti għal kategorija speċifika ta’ prodotti, biex l-istudji dwar il-PEF isiru aktar faċli, aktar rapidi u inqas għaljin.

Objettiv daqstant ieħor importanti huwa li jkunu jistgħu jsiru tqabbil u dikjarazzjonijiet komparattivi fil-każijiet kollha fejn dan ikun fattibbli, rilevanti u xieraq. It-tqabbil u d-dikjarazzjonijiet komparattivi huma permessi biss jekk l-istudji dwar il-PEF jitwettqu f’konformità ma’ PEFCR. L-istudji kollha dwar il-PEF għandhom jitwettqu f’konformità ma’ PEFCR, jekk tkun disponibbli PEFCR għall-prodott fl-ambitu.

Ir-rekwiżiti għall-iżvilupp tal-PEFCRs huma speċifikati fil-Parti A tal-Anness II. PEFCR tista’ tispeċifika ulterjorment ir-rekwiżiti li jkunu saru fil-metodu tal-PEF u żżid rekwiżiti ġodda, jekk il-metodu tal-PEF iħalli aktar minn għażla waħda. L-objettiv huwa li jiġi żgurat li l-PEFCRs jiġu żviluppati skont il-metodu tal-PEF u li dawn jipprovdu l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa biex jinkisbu l-komparabbiltà, iż-żieda fir-riproduċibbiltà, il-konsistenza, ir-rilevanza, il-fokus u l-effiċjenza tal-istudji dwar il-PEF.

Il-PEFCRs jenħtieġ li, sa fejn ikun possibbli, u filwaqt li jiġu rikonoxxuti l-kuntesti differenti ta’ applikazzjoni, ikunu konformi mar-regoli internazzjonali rilevanti eżistenti dwar il-kategorija tal-prodotti (PCR). Jekk ikunu disponibbli PCRs oħra minn skemi oħra, dawn għandhom jiġu elenkati u evalwati. Dawn jistgħu jintużaw bħala bażi għall-iżvilupp ta’ PEFCR, f’konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Anness II.

1.1.    Approċċ u eżempji għal applikazzjonijiet potenzjali

Ir-regoli pprovduti fil-metodu tal-PEF jippermettu lill-prattikanti jwettqu studji dwar il-PEF li jkunu aktar riproduċibbli, konsistenti, robusti, verifikabbli u komparabbli. Ir-riżultati tal-istudji dwar il-PEF huma l-bażi għall-għoti ta’ informazzjoni dwar l-EF u jistgħu jintużaw f’għadd varjat ta’ oqsma potenzjali ta’ applikazzjoni.

L-applikazzjonijiet tal-istudji dwar il-PEF mingħajr PEFCR eżistenti għall-prodott(i) fl-ambitu se jinkludu:

1) 

Applikazzjonijiet interni

a) 

l-ottimizzazzjoni tal-proċessi matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott,

b) 

l-appoġġ għall-ġestjoni ambjentali,

c) 

l-identifikazzjoni ta’ hotspots ambjentali,

d) 

l-appoġġ għad-disinn ta’ prodotti li jimminimizza l-impatti ambjentali matul iċ-ċiklu tal-ħajja,

e) 

it-titjib u t-traċċar tal-prestazzjoni ambjentali,

2) 

Applikazzjonijiet esterni: (eż. minn negozju għal negozju (B2B), min-negozju għall-konsumatur (B2C)):

a) 

l-applikazzjoni jew il-konformità ma’ politiki li jirreferu għall-PEF,

b) 

ir-risposta għat-talbiet tal-klijenti u tal-konsumaturi,

c) 

il-kummerċjalizzazzjoni,

d) 

il-kooperazzjoni tul il-ktajjen tal-provvista biex jiġi ottimizzat il-prodott tul iċ-ċiklu tal-ħajja,

e) 

il-parteċipazzjoni fi skemi ta’ partijiet terzi relatati ma’ asserzjonijiet ambjentali jew l-għoti ta’ viżibbiltà lil prodotti li jikkalkulaw u jikkomunikaw il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

L-applikazzjonijiet tal-istudji dwar il-PEF imwettqa f’konformità ma’ PEFCR eżistenti għall-prodott fl-ambitu, minbarra dawk elenkati hawn fuq, se jinkludu:

— 
Tqabbil u dikjarazzjonijiet komparattivi (jiġifieri asserzjonijiet ta’ superjorità jew ekwivalenza ġenerali għall-prestazzjoni ambjentali ta’ prodott meta mqabbel ma’ ieħor (abbażi tal-EN ISO 14040:2006)) ibbażati fuq l-istudji dwar il-PEF,
— 
Tqabbil u dikjarazzjonijiet komparattivi mal-parametru referenzjarju tal-kategorija tal-prodott, segwiti minn klassifikazzjoni ta’ prodotti oħrajn skont il-prestazzjoni tagħhom meta mqabbla mal-parametru referenzjarju,
— 
L-identifikazzjoni ta’ impatti ambjentali sinifikanti komuni għal grupp ta’ prodotti,
— 
Skemi ta’ reputazzjoni li jagħtu viżibilità lill-prodotti li jikkalkulaw il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom,
— 
L-akkwist ekoloġiku (pubbliku u korporattiv).

2.    Konsiderazzjonijiet ġenerali għall-istudji dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodotti (PEF)

2.1.    Kif għandu jintuża dan il-metodu

Dan il-metodu jipprovdi r-regoli meħtieġa għat-twettiq ta’ studju dwar il-PEF u huwa ppreżentat b’mod sekwenzjali, fl-ordni tal-istadji metodoloġiċi li għandhom jitlestew meta tiġi kkalkolata l-PEF.

Fejn xieraq, it-taqsimiet jibdew b’deskrizzjoni ġenerali tal-istadju metodoloġiku, flimkien ma’ ħarsa ġenerali lejn il-kunsiderazzjonijiet meħtieġa u eżempji ta’ sostenn.

Meta jiġu speċifikati rekwiżiti addizzjonali għall-ħolqien tal-PEFCRs, dawn huma disponibbli fl-Anness II.

2.2.    Prinċipji għall-istudji dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodotti

Biex jitwettaq studju dwar il-PEF, għandhom jiġu ssodisfati ż-żewġ rekwiżiti li ġejjin:

i) 

Il-lista tal-materjal (BoM) għandha tkun speċifika għall-prodott fl-ambitu,

ii) 

L-immudellar tal-proċessi tal-manifattura għandu jkun ibbażat fuq data speċifika għall-kumpanija (eż. l-enerġija meħtieġa biex jiġu assemblati l-materjali/il-komponenti tal-prodott fl-ambitu).

Nota: Għall-kumpaniji li jipproduċu aktar minn prodott wieħed, id-data dwar l-attivitajiet li tintuża (inkluża l-BoM) għandha tkun speċifika għall-prodott fl-ambitu tal-istudju.

Biex jiġu prodotti studji affidabbli, riproduċibbli u verifikabbli dwar il-PEF, għandu jiġi rispettat sett bażiku ta’ prinċipji analitiċi. Dawn il-prinċipji jipprovdu gwida ġenerali dwar kif għandu jiġi applikat il-metodu tal-PEF. Huma għandhom jitqiesu fir-rigward ta’ kull fażi tal-istudji dwar il-PEF, mid-definizzjoni tal-għan u l-ambitu, sal-ġbir tad-data, il-valutazzjoni tal-impatt, ir-rappurtar u l-verifika tal-eżiti tal-istudju.

L-utenti ta’ dan il-metodu għandhom josservaw il-prinċipji li ġejjin fit-twettiq ta’ studju dwar il-PEF:

(1)    Rilevanza

Il-metodi kollha użati u d-data kollha miġbura sabiex tiġi kkwantifikata l-PEF għandhom ikunu rilevanti kemm jista’ jkun għall-istudju.

(2)    Kompletezza

Il-kwantifikazzjoni tal-PEF għandha tinkludi l-flussi kollha ta’ materjali/enerġija rilevanti għall-ambjent u interventi ambjentali oħra kif meħtieġ għall-konformità mal-limitu definit tas-sistema, ir-rekwiżiti tad-data, u l-metodi ta’ valutazzjoni tal-impatt użati.

(3)    Konsistenza

Għandha tiġi osservata konformità stretta ma’ dan il-metodu fl-istadji kollha tal-istudju dwar il-PEF, sabiex jiġu żgurati l-konsistenza interna u l-komparabbiltà.

(4)    Preċiżjoni

Għandhom isiru l-isforzi raġonevoli kollha biex jitnaqqsu l-inċertezzi fl-immudellar tas-sistema tal-prodotti u fir-rappurtar tar-riżultati.

(5)    Trasparenza

L-informazzjoni dwar il-PEF għandha tiġi ddivulgata b’mod li tipprovdi lill-utenti intenzjonati bil-bażi meħtieġa għat-teħid tad-deċiżjonijiet, u b’mod li l-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jivvalutaw ir-robustezza u l-affidabbiltà tagħha.

2.3.    Fażijiet ta’ studju dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodotti

Għandhom jitlestew għadd ta’ fażijiet fit-twettiq ta’ studju dwar il-PEF f’konformità ma’ dan il-metodu - jiġifieri d-definizzjoni tal-għanijiet, id-definizzjoni tal-ambitu, l-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja (LCI), il-valutazzjoni tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja (LCIA), l-interpretazzjoni tar-riżultati tal-PEF u r-rappurtar dwar il-PEF – ara l-Illustrazzjoni 2.

Illustrazzjoni 2

Fażijiet ta’ studju dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodotti

image

Fil-fażi tad-definizzjoni tal-għanijiet, jiġu definiti l-għanijiet tal-istudju, jiġifieri l-applikazzjoni maħsuba, ir-raġunijiet għat-twettiq tal-istudju u l-udjenza maħsuba. Fil-fażi tad-definizzjoni tal-ambitu, isiru l-għażliet metodoloġiċi ewlenin, pereżempju d-definizzjoni eżatta tal-unità funzjonali, l-identifikazzjoni tal-limitu tas-sistema, l-għażla ta’ informazzjoni ambjentali u teknika addizzjonali, u s-suppożizzjonijiet u l-limitazzjonijiet ewlenin.

Il-fażi tal-LCI tinvolvi l-proċedura tal-ġbir tad-data u l-proċedura tal-kalkolu għall-kwantifikazzjoni tal-inputs u tal-outputs tas-sistema studjata. L-inputs u l-outputs jikkonċernaw l-enerġija, il-materja prima u inputs fiżiċi oħrajn, il-prodotti u l-koprodotti u l-iskart, u l-emissjonijiet fl-arja/fl-ilma/fil-ħamrija. Id-data miġbura tikkonċerna l-proċessi ewlenin u l-proċessi tal-isfond. Id-data titqiegħed f’relazzjoni mal-unitajiet tal-proċess u mal-unità funzjonali. L-LCI huwa proċess iterattiv. Fil-fatt, hekk kif tinġabar id-data u jinkiseb aktar għarfien dwar is-sistema, jistgħu jiġu identifikati rekwiżiti jew limitazzjonijiet ġodda tad-data li jkunu jirrikjedu bidla fil-proċeduri tal-ġbir tad-data sabiex l-għanijiet tal-istudju xorta jiġu ssodisfati.

Fil-fażi tal-valutazzjoni tal-impatt, ir-riżultati tal-LCI jiġu assoċjati mal-kategoriji u l-indikaturi tal-impatt ambjentali. Dan isir permezz ta’ metodi tal-LCIA, li l-ewwel jikklassifikaw l-emissjonijiet f’kategoriji tal-impatt u mbagħad jikkaratterizzawhom bħala unitajiet komuni (eż. l-emissjonijiet tas-CO2 u tas-CH4 jiġu t-tnejn espressi f’emissjonijiet ekwivalenti ta’ CO2 billi jintuża l-potenzjal ta’ tisħin globali tagħhom). Eżempji ta’ kategoriji tal-impatt huma t-tibdil fil-klima, l-aċidifikazzjoni jew l-użu tar-riżorsi.

Fil-fażi tal-interpretazzjoni, ir-riżultati mil-LCI u mil-LCIA jiġu interpretati f’konformità mal-għan u l-ambitu ddikjarati. F’din il-fażi, jiġu identifikati l-kategoriji tal-impatt, l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi u l-flussi elementari l-aktar rilevanti. Jistgħu jinħarġu konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet, abbażi tar-riżultati analitiċi. Hija tinkludi wkoll l-istadju tar-rapportar imfassal biex jiġbor fil-qosor ir-riżultati tal-istudju dwar il-PEF fir-rapport dwar il-PEF.

Fl-aħħar nett, matul il-fażi ta’ verifika jitwettaq proċess ta’ valutazzjoni tal-konformità, biex jiġi vverifikat jekk l-istudju dwar il-PEF ikunx twettaq f’konformità mal-metodu preżenti tal-PEF. Il-verifika hija obbligatorja kull meta l-istudju dwar il-PEF, jew parti mill-informazzjoni fih, jintużaw għal kwalunkwe tip ta’ komunikazzjoni esterna.

3.    Definizzjoni tal-għan(ijiet) u l-ambitu tal-istudju dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodotti

3.1.    Definizzjoni tal-għanijiet

Id-definizzjoni tal-għanijiet hija l-ewwel pass ta’ studju dwar il-PEF, u tistabbilixxi l-kuntest ġenerali għall-istudju. L-iskop li l-għanijiet jiġu definiti b’mod ċar huwa biex jiġi żgurat li l-għanijiet, il-metodi, ir-riżultati u l-applikazzjonijiet maħsuba jkunu allinjati, u li jkun hemm fis-seħħ viżjoni kondiviża biex tiggwida lill-parteċipanti fl-istudju.

Id-deċiżjoni li jintuża l-metodu tal-PEF timplika li xi aspetti tad-definizzjoni tal-għanijiet se jiġu deċiżi a priori, minħabba r-rekwiżiti speċifiċi previsti mill-metodu tal-PEF.

Fid-definizzjoni tal-għanijiet, huwa importanti li jiġu identifikati l-applikazzjonijiet maħsuba u l-grad ta’ profondità analitika u rigorożità tal-istudju. Dan għandu jiġi rifless fil-limitazzjonijiet definiti tal-istudju (il-fażi tad-definizzjoni tal-ambitu).

Id-definizzjoni tal-għanijiet għal studju dwar il-PEF għandha tinkludi:

1. 

L-applikazzjoni(jiet) maħsuba;

2. 

Ir-raġunijiet għat-twettiq tal-istudju u l-kuntest tad-deċiżjoni;

3. 

L-udjenza fil-mira;

4. 

Il-kummissjonant tal-istudju;

5. 

L-identità tal-verifikatur.

Tabella 1

Eżempju ta’ definizzjoni tal-għanijiet - Impronta Ambjentali tal-Prodott ta’ T-shirt

Aspetti

Dettall

Applikazzjoni(jiet) maħsuba:

Għoti ta’ informazzjoni dwar il-prodott lill-klijent

Raġunijiet għat-twettiq tal-istudju u l-kuntest tad-deċiżjoni:

Tweġiba għal talba mingħand klijent

Udjenza fil-mira:

Udjenza teknika esterna, minn negozju għal negozju.

Verifikatur:

Verifikatur estern indipendenti, is-Sur Y

Kummissjonant tal-istudju:

G company limited

3.2.    Definizzjoni tal-ambitu

L-ambitu tal-istudju dwar il-PEF jiddeskrivi fid-dettall is-sistema li għandha tiġi evalwata u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

Id-definizzjoni tal-ambitu għandha tkun konformi mal-għanijiet definiti tal-istudju u għandha tinkludi (ara t-taqsimiet sussegwenti għal deskrizzjoni aktar dettaljata):

1. 

L-unità funzjonali u l-fluss ta’ referenza;

2. 

Il-limitu tas-sistema;

3. 

Il-kategoriji tal-impatt tal-EF ( 12 );

4. 

Informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi inkluża;

5. 

Is-suppożizzjonijiet/il-limitazzjonijiet.

3.2.1    L-unità funzjonali u l-fluss ta’ referenza

L-unità funzjonali (FU) hija l-prestazzjoni kwantifikata ta’ sistema ta’ prodotti, li għandha tintuża bħala unità ta’ referenza. L-unità funzjonali tiddeskrivi kwalitattivament u kwantitattivament il-funzjoni(jiet) u d-durata tal-prodott fl-ambitu.

Il-fluss ta’ referenza huwa l-ammont ta’ prodotti meħtieġa biex tiġi pprovduta l-funzjoni definita. Il-flussi l-oħra kollha ta’ input u output fl-analiżi huma relatati miegħu b’mod kwantitattiv. L-għadd ta’ prodotti meħtieġa biex tiġi ssodisfata l-ħajja tal-prodott jenħtieġ li dejjem jiġi ttondjat, sakemm ma jkunx hemm raġuni valida biex dan ma jsirx. Il-fluss ta’ referenza jista’ jiġi espress f’relazzjoni diretta mal-FU jew b’mod aktar orjentat lejn il-prodott.

L-utenti tal-metodu tal-PEF għandhom jiddefinixxu l-FU u l-fluss ta’ referenza għall-istudju dwar il-PEF. Huma għandhom jiddeskrivu wkoll liema aspetti tal-prodott ma jkunux koperti mill-FU u jiġġustifikaw għaliex (eż. minħabba li ma jkunux kwantifikabbli jew ikunu intrinsikament suġġettivi).

L-FU għal studju dwar il-PEF għandha tiġi definita skont l-aspetti li ġejjin:

i) 

Il-funzjoni(jiet)/is-servizz(i) pprovduti: “xiex”;

ii) 

Il-firxa tal-funzjoni jew tas-servizz: “kemm”;

iii) 

Il-livell mistenni ta’ kwalità: “kemm hija tajba”;

iv) 

Id-durata/ħajja tal-prodott: “għal kemm żmien”;

Jekk il-ħajja tal-ħżin (indikata pereżempju bħala “l-aħjar qabel id-data” jew “uża sad-data”) tiġi pprovduta fuq l-imballaġġ (eż. l-għadd ta’ xhur) tal-prodotti tal-ikel, f’dak il-każ it-telf tal-ikel fl-istadji tal-ħżin, tal-bejgħ bl-imnut u tal-konsumatur għandu jiġi kkwantifikat. Jekk it-tip ta’ imballaġġ jaffettwa l-ħajja tal-ħżin, dan għandu jitqies. Dan huwa rilevanti għall-aspett “għal kemm żmien” tal-FU.

Jekk ikunu jeżistu standards applikabbli, dawn għandhom jintużaw u jissemmew fl-istudju dwar il-PEF meta tiġi definita l-FU. Għandha dejjem tintuża s-Sistema Internazzjonali ta’ Unitajiet (SI), magħrufa b’mod komuni bħala s-sistema metrika.

Eżempju 1

Definizzjoni tal-FU ta’ żebgħa dekorattiva: l-unità funzjonali hija li jiġi protett u dekorat 1 m2 ta’ substrat għal 50 sena b’livell ta’ kwalità speċifikat (opaċità minima ta’ 98 %).

Xiex: Tiġi pprovduta dekorazzjoni u protezzjoni ta’ substrat,

Kemm: kopertura ta’ 1 m2 ta’ substrat,

Kemm hija tajba: b’opaċità minima ta’ 98 %

Għal kemm żmien: għal 50 sena (il-ħajja tal-bini)

Fluss ta’ referenza: l-ammont ta’ prodott meħtieġ biex tiġi ssodisfata l-funzjoni ddefinita, li għandu jitkejjel f’kg ta’ żebgħa.

Eżempju 2

Definizzjoni tal-FU u tal-fluss ta’ referenza għall-PEF tal-ikel għall-annimali domestiċi.

Xiex: Biex jingħata l-konsum rakkomandat ta’ kuljum f’kilokaloriji ta’ enerġija metabolizzabbli (kcal ME) (“razzjon ta’ kuljum”) ta’ ikel għall-annimali domestiċi ppreparat lil qattus jew kelb

Kemm: Razzjon ta’ kuljum

Kemm hija tajba: Biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti enerġetiċi u nutrizzjonali ta’ kuljum ta’ qattus jew kelb medju (fejn il-medja tirreferi għall-piż tal-annimal domestiku: 4 kg għal qattus u 15-il kg għal kelb)

Għal kemm żmien: jum wieħed ta’ għoti ta’ ikel għall-annimali domestiċi ppreparat lil qattus jew kelb.

Fluss ta’ referenza: l-ammont ta’ prodott meħtieġ biex tiġi ssodisfata l-funzjoni definita, li għandu jitkejjel fi grammi (g) kull ġurnata.

Għall-prodotti intermedji, l-FU hija aktar diffiċli biex tiġi definita billi ħafna drabi din tista’ tissodisfa diversi funzjonijiet u ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodott ma jkunx magħruf. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi applikata unità ddikjarata, pereżempju, il-massa (kilogrammi) jew il-volum (metri kubi). F’dan il-każ, il-fluss ta’ referenza jista’ jikkorrispondi għall-FU.

3.2.2.    Limitu tas-sistema

Il-limitu tas-sistema jiddefinixxi liema partijiet taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott u liema stadji u proċessi assoċjati taċ-ċiklu tal-ħajja jappartjenu għas-sistema analizzata (jiġifieri huma meħtieġa għat-twettiq tal-funzjoni tagħha kif definita mill-FU), ħlief għal dawk il-proċessi esklużi abbażi tar-regola ta’ limitu (ara t-taqsima 4.6.4). Ir-raġuni għal kwalunkwe esklużjoni u s-sinifikanza potenzjali tagħha għandhom jiġu ġġustifikati u dokumentati.

Il-limitu tas-sistema għandu jiġi definit skont loġika ġenerali tal-katina tal-provvista, li tinkludi l-istadji kollha mill-akkwist tal-materja prima u l-ipproċessar minn qabel, il-produzzjoni tal-prodott prinċipali, id-distribuzzjoni u l-ħżin tal-prodott, l-istadju tal-użu u t-trattament ta’ tmiem il-ħajja tal-prodott (jekk ikun xieraq, ara t-taqsima 4.2). Il-koprodotti, il-prodotti sekondarji u l-flussi tal-iskart ta’ mill-anqas is-sistema ewlenija għandhom jiġu identifikati b’mod ċar.

Dijagramma tal-limitu tas-sistema

Dijagramma tal-limitu tas-sistema (jew dijagramma sekwenzjali) hija rappreżentazzjoni skematika tas-sistema analizzata. Hija għandha tindika b’mod ċar l-attivitajiet jew il-proċessi li jkunu inklużi u dawk li jkunu esklużi mill-analiżi. L-utent tal-metodu tal-PEF għandu jissottolinja fejn intużat data speċifika għall-kumpanija.

L-ismijiet tal-attivitajiet u/jew tal-proċessi fid-dijagramma tas-sistema u fir-rapport dwar il-PEF għandhom jiġu allinjati. Id-dijagramma tas-sistema għandha tiġi inkluża fid-definizzjoni tal-ambitu u tiġi inkluża fir-rapport dwar il-PEF.

3.2.3.    Kategoriji tal-impatt tal-Impronta Ambjentali

L-għan tal-LCIA huwa li tiġbor u taggrega d-data miġbura tal-LCI skont il-kontributi rispettivi għal kull kategorija tal-impatt tal-EF. L-għażla tal-kategoriji tal-impatt tal-EF tkopri firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet ambjentali rilevanti relatati mal-katina tal-provvista tal-prodotti ta’ interess, skont ir-rekwiżiti ġenerali tal-kompletezza għall-istudji dwar il-PEF.

Il-kategoriji tal-impatt tal-EF ( 13 ) jirreferu għal kategoriji speċifiċi ta’ impatti kkunsidrati fi studju dwar il-PEF u jikkostitwixxu l-metodu ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-EF. Il-mudelli ta’ karatterizzazzjoni jintużaw biex jikkwantifikaw il-mekkaniżmu ambjentali bejn l-LCI (jiġifieri l-inputs (eż. ir-riżorsi) u l-emissjonijiet assoċjati maċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott) u l-indikatur tal-kategorija ta’ kull kategorija tal-impatt tal-EF.

Tabella tipprovdi lista prestabbilita ta’ kategoriji tal-impatt tal-EF u metodi ta’ valutazzjoni relatati. Għal studju dwar il-PEF, għandhom jiġu applikati l-kategoriji kollha tal-impatt tal-EF, mingħajr esklużjoni. Il-lista sħiħa tas-CFs li għandhom jintużaw hija pprovduta fil-pakkett ta’ referenza tal-EF ( 14 )

Tabella 2

Kategoriji tal-impatt tal-EF bl-indikaturi tal-kategoriji tal-impatt u l-mudelli ta’ karatterizzazzjoni rispettivi.

Kategorija tal-impatt tal-EF

Indikatur tal-kategorija tal-impatt

Unità

Mudell ta’ karatterizzazzjoni

Robustezza

Tibdil fil-klima, total (1)

Potenzjal ta’ tisħin globali (GWP100)

kg CO2 eq

Mudell ta’ Bern - Potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) fuq perjodu ta’ żmien ta’ 100 sena (ibbażat fuq l-IPCC 2013)

I

Tnaqqis tal-ożonu

Potenzjal li jnaqqas l-ożonu (ODP)

kg CFC-11 eq

Il-mudell tal-EDIP ibbażat fuq l-ODPs tal-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (WMO) fuq perjodu ta’ żmien infinit (WMO 2014 + integrazzjonijiet)

I

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem, effetti ta’ kanċer

Unità tossika komparattiva għall-bnedmin (CTUh)

CTUh

ibbażat fuq il-mudell USEtox2.1 (Fantke et al. 2017), adattat bħal f’Saouter et al., 2018

III

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem, effetti mhux ta’ kanċer

Unità tossika komparattiva għall-bnedmin (CTUh)

CTUh

ibbażat fuq il-mudell USEtox2.1 (Fantke et al. 2017), adattat bħal f’Saouter et al., 2018

III

Materja partikolata

Impatt fuq is-saħħa tal-bniedem

Inċidenza ta’ mard

Mudell tal-PM (Fantke et al., 2016 fil-UNEP 2016)

I

Radjazzjoni jonizzanti, saħħa tal-bniedem

Effiċjenza tal-esponiment tal-bniedem relattiva għal U235

kBq U235 eq

Mudell tal-effett fuq is-saħħa tal-bniedem kif żviluppat minn Dreicer et al. 1995 (Frischknecht et al, 2000)

II

Formazzjoni fotokimika tal-ożonu, saħħa tal-bniedem

Żieda fil-konċentrazzjoni tal-ożonu troposferiku

kg NMVOC eq

Il-mudell LOTOS-EUROS (Van Zelm et al, 2008) kif applikat f’ReCiPe 2008

II

Aċidifikazzjoni

Skorriment akkumulat (AE)

mol H+ eq

Skorriment akkumulat (Seppälä et al. 2006, Posch et al, 2008)

II

Ewtrofikazzjoni, terrestri

Skorriment akkumulat (AE)

mol N eq

Skorriment akkumulat (Seppälä et al. 2006, Posch et al, 2008)

II

Ewtrofikazzjoni, ilma ħelu

Frazzjoni ta’ nutrijenti li jilħqu l-kompartiment finali tal-ilma ħelu (P)

kg P eq

Il-mudell EUTREND (Struijs et al, 2009) kif applikat f’ReCiPe

II

Ewtrofikazzjoni, baħar

Frazzjoni ta’ nutrijenti li jilħqu l-kompartiment finali tal-baħar (N)

kg N eq

Il-mudell EUTREND (Struijs et al, 2009) kif applikat f’ReCiPe

II

Ekotossiċità, ilma ħelu

Unità tossika komparattiva għall-ekosistemi (CTUe)

CTUe

ibbażat fuq il-mudell USEtox2.1 (Fantke et al. 2017), adattat bħal f’Saouter et al., 2018

III

Użu tal-art (2)

Indiċi tal-kwalità tal-ħamrija (3)

Mingħajr dimensjonijiet (pt)

Indiċi tal-kwalità tal-ħamrija bbażat fuq il-mudell LANCA (De Laurentiis et al. 2019) u fuq il-verżjoni 2.5 tal-LANCA CF (Horn u Maier, 2018)

III

Użu tal-ilma

Potenzjal ta’ privazzjoni tal-utent (konsum tal-ilma pponderat għall-privazzjoni)

m3 ekwivalenti ta’ ilma mċaħħad

Il-mudell ta’ Available WAter REmaining (AWARE) (Boulay et al., 2018; UNEP 2016)

III

Użu tar-riżorsi, minerali u metalli

Tnaqqis tar-riżorsi abijotiċi (riżervi finali tal-ADP)

kg Sb eq

van Oers et al., 2002 bħal fil-metodu tas-CML 2002, v.4.8

III

Użu tar-riżorsi, fossili

Tnaqqis tar-riżorsi abijotiċi – fjuwils fossili (ADP-fossili) (4)

MJ

van Oers et al., 2002 bħal fil-metodu tas-CML 2002, v.4.8

III

(1)   

L-indikatur “Tibdil fil-Klima, total” huwa kombinazzjoni ta’ tliet subindikaturi: Tibdil fil-klima –Tibdil fossili; Tibdil fil-klima –Tibdil bijoġeniku; Tibdil fil-klima – użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art Is-subindikaturi huma deskritti ulterjorment fit-taqsima 4.4.10 tal-Anness I. Is-subkategoriji “Tibdil fil-klima – fossili”, “Tibdil fil-klima – bijoġeniku” u “Tibdil fil-klima - użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art” għandhom jiġu rrappurtati separatament, jekk juru kontribut ta’ aktar minn 5 % kull wieħed għall-punteġġ totali tat-tibdil fil-klima.

(2)   

Jirreferi għall-okkupazzjoni u t-trasformazzjoni

(3)   

Dan l-indiċi huwa r-riżultat tal-aggregazzjoni, imwettqa mill-JRC, ta’ 4 indikaturi (produzzjoni bijotika, reżistenza għall-erożjoni, filtrazzjoni mekkanika u riforniment tal-ilma ta’ taħt l-art) ipprovduti mill-mudell LANCA għall-valutazzjoni tal-impatti minħabba l-użu tal-art, kif irrappurtat f’De Laurentiis et al, 2019.

(4)   

Fil-lista tal-flussi tal-EF, u għar-rakkomandazzjoni attwali, l-Uranju huwa inkluż fil-lista tat-trasportaturi tal-enerġija, u jitkejjel f’MJ.

Aktar informazzjoni dwar il-kalkoli tal-valutazzjoni tal-impatt hija pprovduta fit-Taqsima 5 ta’ dan l-Anness.

3.2.4.    Informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi inkluża fil-PEF

L-impatti ambjentali potenzjali rilevanti ta’ prodott jistgħu jmorru lil hinn mill-kategoriji tal-impatt tal-EF. Huwa importanti li dawn jiġu rrapportati, kull meta jkun fattibbli, bħala informazzjoni ambjentali addizzjonali.

Bl-istess mod, jista’ jkun meħtieġ li jitqiesu aspetti tekniċi u/jew proprjetajiet fiżiċi rilevanti tal-prodott fl-ambitu. Dawn l-aspetti għandhom jiġu rrapportati bħala informazzjoni teknika addizzjonali.

3.2.4.1.    Informazzjoni ambjentali addizzjonali

L-informazzjoni ambjentali addizzjonali għandha tkun:

(a) 

F’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti, pereżempju d-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali (UCPD) ( 15 ) u l-gwida relatata;

(b) 

Rilevanti għall-prodott jew għall-kategorija tal-prodott partikolari;

(c) 

Addizzjonali għall-kategoriji tal-impatt tal-EF: l-informazzjoni ambjentali addizzjonali ma għandhiex tirrifletti l-istess kategoriji tal-impatt tal-EF jew kategoriji simili, ma għandhiex tissostitwixxi l-mudelli ta’ karatterizzazzjoni tal-kategoriji tal-impatt tal-EF u ma għandhiex tirrapporta r-riżultati ta’ fatturi ġodda ta’ karatterizzazzjoni (CFs) miżjuda mal-kategoriji tal-impatt tal-EF.

Il-mudelli ta’ sostenn għal din l-informazzjoni addizzjonali għandhom jiġu referenzjati u dokumentati b’mod ċar flimkien mal-indikaturi korrispondenti. Pereżempju, l-impatti fuq il-bijodiversità minħabba tibdil fl-użu tal-art jistgħu jseħħu b’rabta ma’ sit jew attività speċifiċi. Dan jista’ jirrikjedi l-applikazzjoni ta’ kategoriji addizzjonali tal-impatt li ma humiex inklużi fost il-kategoriji tal-impatt tal-EF, jew saħansitra deskrizzjonijiet kwalitattivi addizzjonali, fejn l-impatti jistgħu ma jkunux marbuta mal-katina tal-provvista tal-prodott b’mod kwantitattiv. Tali metodi addizzjonali jenħtieġ li jitqiesu bħala komplementari għall-kategoriji tal-impatt tal-EF.

L-informazzjoni ambjentali addizzjonali għandha tkun relatata biss ma’ aspetti ambjentali. L-informazzjoni u l-istruzzjonijiet, pereżempju l-iskedi ta’ sikurezza tal-prodott li ma jkunux relatati mal-prestazzjoni ambjentali tal-prodott, ma għandhomx ikunu parti mill-informazzjoni ambjentali addizzjonali.

L-informazzjoni ambjentali addizzjonali tista’ tinkludi:

(a) 

Informazzjoni dwar l-impatti lokali/speċifiċi għas-sit;

(b) 

Kumpensi;

(c) 

Indikaturi ambjentali jew indikaturi tar-responsabbiltà għall-prodott (eż. skont l-Inizjattiva ta’ Rapportar Globali (GRI));

(d) 

Għall-valutazzjonijiet "minn grada għall-oħra", l-għadd ta’ speċijiet tal-Lista l-Ħamra tal-IUCN (Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura u tar-Riżorsi Naturali) u speċijiet tal-lista ta’ konservazzjoni nazzjonali b’ħabitats f’żoni affettwati mill-operazzjonijiet, skont il-livell ta’ riskju ta’ estinzjoni;

(e) 

Deskrizzjoni tal-impatti sinifikanti tal-attivitajiet, tal-prodotti u tas-servizzi fuq il-bijodiversità f’żoni protetti u f’żoni b’valur għoli ta’ bijodiversità barra miż-żoni protetti;

(f) 

L-impatti tal-istorbju;

(g) 

Informazzjoni ambjentali oħra meqjusa rilevanti fl-ambitu tal-istudju dwar il-PEF.

Bijodiversità

Il-metodu tal-PEF ma jinkludi l-ebda kategorija tal-impatt bl-isem ta’ “bijodiversità”, billi attwalment ma hemm l-ebda kunsens internazzjonali dwar metodu tal-LCIA li jaqbad dak l-impatt. Madankollu, il-metodu tal-PEF jinkludi mill-anqas tmien kategoriji tal-impatt li għandhom effett fuq il-bijodiversità (jiġifieri, it-tibdil fil-klima, l-ewtrofikazzjoni (akkwatika tal-ilma ħelu), l-ewtrofikazzjoni (akkwatika tal-baħar), l-ewtrofikazzjoni (terrestri), l-aċidifikazzjoni, l-użu tal-ilma, l-użu tal-art, l-ekotossiċità tal-ilma ħelu).

Meta titqies ir-rilevanza għolja tal-bijodiversità għal bosta gruppi ta’ prodotti, kull studju dwar il-PEF għandu jispjega jekk il-bijodiversità hijiex rilevanti għall-prodott fl-ambitu. Jekk dan ikun il-każ, l-utent tal-metodu tal-PEF għandu jinkludi indikaturi tal-bijodiversità taħt l-informazzjoni ambjentali addizzjonali.

L-għażliet li ġejjin jistgħu jintużaw biex ikopru l-bijodiversità:

(a) 

l-espressjoni tal-impatt (evitat) fuq il-bijodiversità bħala l-perċentwal ta’ materjal li jiġi minn ekosistemi li ġew ġestiti biex jinżammu jew jittejbu l-kundizzjonijiet għall-bijodiversità, kif muri mill-monitoraġġ u r-rapportar regolari tal-livelli u ż-żidiet jew it-telf tal-bijodiversità (eż. telf ta’ anqas minn 15 % tar-rikkezza tal-ispeċijiet minħabba disturb – għalkemm l-istudji dwar il-PEF jistgħu jistabbilixxu l-livell ta’ telf tagħhom stess, jekk ikunu jistgħu jagħmlu argument konvinċenti għalih u ma jmurx kontra PEFCR eżistenti rilevanti).

Il-valutazzjoni jenħtieġ li tirreferi għal materjali li jispiċċaw fil-prodotti finali u għal materjali li jkunu ntużaw matul il-proċess tal-produzzjoni. Pereżempju, il-faħam li jintuża fil-proċess tal-produzzjoni tal-azzar, jew is-sojja li tintuża għall-għalf tal-baqar li jipproduċu l-ħalib, eċċ.

(b) 

Barra minn hekk, biex jiġi rrappurtat il-perċentwal ta’ tali materjali li għalihom ma tkun tista’ tinstab l-ebda informazzjoni dwar il-katina tal-kustodja jew it-traċċabbiltà.

(c) 

Biex tintuża sistema ta’ ċertifikazzjoni bħala proxy. L-utent tal-metodu tal-PEF jenħtieġ li jiddetermina liema skemi ta’ ċertifikazzjoni jipprovdu biżżejjed evidenza biex tiġi żgurata ż-żamma tal-bijodiversità u jiddeskrivi l-kriterji użati.

L-utent tal-metodu tal-PEF jista’ jagħżel indikaturi rilevanti oħra biex ikopru l-impatti tal-prodott fuq il-bijodiversità. L-istudju dwar il-PEF għandu jimmotiva l-għażla u jiddeskrivi l-metodoloġija magħżula.

3.2.4.2.    Informazzjoni teknika addizzjonali

L-informazzjoni teknika addizzjonali tista’ tinkludi (lista mhux eżawrjenti):

(a) 

Data dwar il-lista tal-materjali;

(b) 

Informazzjoni dwar iż-żarmar riversibbli, il-faċilità ta’ assemblaġġ, it-tiswija u informazzjoni oħra relatata mal-ekonomija ċirkolari;

(c) 

Informazzjoni dwar l-użu ta’ sustanzi perikolużi;

(d) 

Informazzjoni dwar ir-rimi ta’ skart perikoluż/mhux perikoluż;

(e) 

Informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija;

(f) 

Parametri tekniċi, bħall-użu ta’: enerġija rinnovabbli meta mqabbla ma’ enerġija mhux rinnovabbli; fjuwils rinnovabbli meta mqabbla ma’ fjuwils mhux rinnovabbli; materjali sekondarji; riżorsi tal-ilma ħelu;

(g) 

Il-piż totali tal-iskart skont it-tip u l-metodu tar-rimi;

(h) 

Il-piż tal-iskart ittrasportat, importat, esportat, jew ittrattat meqjus perikoluż skont it-termini tal-Annessi I, II, III, u VIII tal-Konvenzjoni ta’ Basel ( 16 ), u l-perċentwal tal-iskart ittrasportat li jiġi spedit internazzjonalment;

(i) 

Informazzjoni u data relatati mal-unità funzjonali u l-prestazzjoni teknika tal-prodott.

(j) 

Informazzjoni dwar il-bijodegradabbiltà u l-kompostabbiltà;

Meta l-prodott fl-ambitu jkun prodott intermedju, l-informazzjoni teknika addizzjonali għandha tinkludi:

(a) 

Il-kontenut ta’ karbonju bijoġeniku fil-grada tal-fabbrika (kontenut fiżiku u kontenut allokat);

(b) 

Il-kontenut riċiklat (R1);

(c) 

Ir-riżultati b’valuri A speċifiċi għall-applikazzjoni tal-formula tal-impronta ċirkolari (CFF), jekk rilevanti.

3.2.5.    Suppożizzjonijiet/limitazzjonijiet

Fl-istudji dwar il-PEF, jistgħu jinħolqu diversi limitazzjonijiet fuq it-twettiq tal-analiżi u għalhekk jeħtieġ li jsiru suppożizzjonijiet. Il-limitazzjonijiet (eż. lakuni fid-data) u s-suppożizzjonijiet kollha għandhom jiġu rrapportati b’mod trasparenti.

4.    Inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja

Għandu jiġi kkompilat inventarju tal-inputs u l-outputs kollha tal-materjali, tal-enerġija u tal-iskart u tal-emissjonijiet kollha fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija għall-katina tal-provvista tal-prodotti bħala bażi għall-immudellar tal-PEF.

Ir-rekwiżiti dettaljati tad-data u r-rekwiżiti tal-kwalità huma deskritti fit-taqsima 4.6.

L-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja (LCI) għandu jadotta l-klassifikazzjoni li ġejja tal-flussi inklużi:

1) 

flussi elementari;

2) 

flussi mhux elementari (jew kumplessi) (eż. flussi ta’ prodotti jew skart).

Fi ħdan l-istudju dwar il-PEF, il-flussi mhux elementari kollha fl-LCI għandhom jiġu mmudellati sal-livell tal-flussi elementari, minbarra l-fluss ta’ prodotti għall-prodott fl-ambitu. Pereżempju, il-flussi tal-iskart ma għandhomx jiġu inklużi biss fl-istudju bħala kg ta’ skart domestiku jew ta’ skart perikoluż, iżda għandhom jiġu mmudellati sal-istadju tal-emissjonijiet fl-ilma, fl-arja u fil-ħamrija, mit-trattament tal-iskart solidu. Għalhekk, l-immudellar tal-LCI jkun komplut biss meta l-flussi mhux elementari kollha jiġu espressi bħala flussi elementari. Għalhekk, is-sett tad-data tal-LCI tal-istudju dwar il-PEF għandu jkun fih biss flussi elementari, minbarra l-fluss ta’ prodotti għall-prodott fl-ambitu.

4.1.    Stadju ta’ skrinjar

Skrinjar inizjali tal-LCI – l-“istadju ta’ skrinjar” – jista’ jitwettaq minħabba li dan jgħin biex jiġu ffokati l-attivitajiet tal-ġbir tad-data u l-prijoritajiet tal-kwalità tad-data. Stadju ta’ skrinjar għandu jinkludi l-fażi tal-LCIA u jirriżulta f’aktar irfinar iterattiv għall-mudell taċ-ċiklu tal-ħajja għall-prodott fl-ambitu, hekk kif issir disponibbli aktar informazzjoni. Fi ħdan stadju ta’ skrinjar, ma huwa permess l-ebda limitu u tista’ tintuża data primarja jew sekondarja faċilment disponibbli, li tissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità tad-data sa fejn ikun possibbli (kif definit fit-taqsima 4.6). Ladarba jitwettaq l-iskrinjar, is-settings inizjali tal-ambitu jistgħu jiġu rfinati.

4.2    Stadji taċ-ċiklu tal-ħajja

Bħala minimu, l-istadji prestabbiliti taċ-ċiklu tal-ħajja fi studju dwar il-PEF għandhom ikunu:

1) 

l-akkwist u l-ipproċessar minn qabel tal-materja prima (inkluża l-produzzjoni tal-partijiet u l-komponenti);

2) 

il-manifattura (il-produzzjoni tal-prodott ewlieni);

3) 

id-distribuzzjoni (id-distribuzzjoni u l-ħżin tal-prodott);

4) 

l-użu;

5) 

tmiem il-ħajja (inkluż l-irkupru jew ir-riċiklaġġ tal-prodott).

Jekk jintuża isem differenti għal kwalunkwe wieħed minn dawn l-istadji prestabbiliti, l-utent għandu jispeċifika liema stadju prestabbilit jikkorrispondi għalih.

Jekk ikun hemm ħtieġa valida li jsir dan, l-utent tal-metodu tal-PEF jista’ jiddeċiedi li jaqsam jew iżid l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja. Ir-raġuni(jiet) għal dan għandhom jiġu stabbiliti fir-rapport dwar il-PEF. Pereżempju, l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja “Akkwist u ipproċessar minn qabel tal-materja prima” jista’ jinqasam f’“Akkwist tal-materja prima”, “Ipproċessar minn qabel”, u “Trasport mill-fornitur tal-materja prima”.

Għall-prodotti intermedji, għandhom jiġu esklużi l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja li ġejjin:

1) 

id-distribuzzjoni (huma permessi eċċezzjonijiet ġustifikati);

2) 

l-użu;

3) 

tmiem il-ħajja (inkluż l-irkupru / riċiklaġġ tal-prodott)

4.2.1.    Akkwist u pproċessar minn qabel tal-materja prima

Dan l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja jibda meta r-riżorsi jiġu estratti min-natura, u jintemm meta l-komponenti tal-prodott jidħlu (mill-grada ta’) il-faċilità ta’ produzzjoni tal-prodott. Eżempji ta’ proċessi li jistgħu jseħħu f’dan l-istadju jinkludu:

1) 

it-tħaffir fil-minjieri u l-estrazzjoni tar-riżorsi;

2) 

l-ipproċessar minn qabel tal-inputs materjali kollha għall-prodott fl-ambitu, inklużi l-materjali riċiklabbli;

3) 

l-attivitajiet agrikoli u tal-forestrija;

4) 

it-trasport fi ħdan u bejn il-faċilitajiet ta’ estrazzjoni u tal-ipproċessar minn qabel, u lejn il-faċilità tal-produzzjoni.

Il-produzzjoni tal-imballaġġ għandha tiġi mmudellata bħala parti mill-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja tal-“Akkwist u l-ipproċessar minn qabel tal-materja prima”.

4.2.2.    Manifattura

L-istadju tal-produzzjoni jibda meta l-komponenti tal-prodott jidħlu fis-sit tal-produzzjoni, u jispiċċa meta l-prodott lest iħalli l-faċilità tal-produzzjoni. Eżempji ta’ attivitajiet relatati mal-produzzjoni jinkludu:

1) 

l-ipproċessar kimiku;

2) 

il-manifattura;

3) 

it-trasport ta’ prodotti nofshom lesti bejn il-proċessi tal-manifattura;

4) 

l-immuntar tal-komponenti tal-materjali.

L-iskart tal-prodotti użati matul il-manifattura għandu jiġi inkluż fl-immudellar għall-istadju tal-manifattura. Il-formula tal-impronta ċirkolari (it-taqsima 4.4.8) għandha tiġi applikata għal dan l-iskart.

4.2.3.    Distribuzzjoni

Il-prodotti jiġu distribwiti lill-utenti u jistgħu jinħażnu f’diversi punti tul il-katina tal-provvista. L-istadju tad-distribuzzjoni jinkludi t-trasport mill-grada tal-fabbrika sal-maħżen/bejgħ bl-imnut, il-ħżin fil-maħżen/bejgħ bl-imnut u t-trasport mill-maħżen/bejgħ bl-imnut lejn id-dar tal-konsumatur.

Eżempji tal-proċessi li għandhom jiġu inklużi:

1) 

l-inputs tal-enerġija għat-tidwil u t-tisħin tal-maħżen;

2) 

l-użu tar-refriġeranti fl-imħażen u fil-vetturi tat-trasport;

3) 

l-użu tal-fjuwil mill-vetturi;

4) 

it-toroq u t-trakkijiet.

L-iskart mill-prodotti użati matul id-distribuzzjoni u l-ħżin għandu jiġi inkluż fl-immudellar. Il-formula tal-impronta ċirkolari (it-taqsima 4.4.8) għandha tiġi applikata għal dan l-iskart, u r-riżultati għandhom jiġu kkunsidrati fl-istadju tad-distribuzzjoni.

Ir-rati ta’ telf prestabbiliti għal kull tip ta’ prodott matul id-distribuzzjoni u għand il-konsumatur huma pprovduti fil-parti F tal-Anness II u għandhom jintużaw jekk ma tkun disponibbli l-ebda informazzjoni speċifika. Ir-regoli tal-allokazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija waqt il-ħżin huma ppreżentati fit-taqsima 4.4.5. Għat-trasport, ara t-taqsima 4.4.3.

4.2.4.    Użu

L-istadju tal-użu jiddeskrivi kif il-prodott ikun mistenni li jintuża mill-utent finali (eż. il-konsumatur). Dan l-istadju jibda fil-mument li l-utent finali juża l-prodott sakemm iħalli l-post tal-użu tiegħu u jidħol fl-istadju ta’ tmiem il-ħajja tiegħu (EoL) (eż. ir-riċiklaġġ jew it-trattament finali).

L-istadju tal-użu jinkludi l-attivitajiet u l-prodotti kollha li huma meħtieġa għall-użu xieraq tal-prodott (jiġifieri biex jiġi żgurat li jwettaq il-funzjoni oriġinali tiegħu tul il-ħajja tiegħu). L-iskart iġġenerat mill-użu tal-prodott, bħall-iskart tal-ikel u l-imballaġġ primarju tiegħu jew il-prodott innifsu ladarba ma jibqax funzjonali, huwa eskluż mill-istadju tal-użu u għandu jkun parti mill-istadju tal-EoL tal-prodott.

Xi eżempji jinkludu: il-provvista tal-ilma tal-vit meta jissajjar l-għaġin; il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’, u l-iskart minn, il-materjali meħtieġa għall-manutenzjoni, it-tiswija jew ir-rinnovazzjoni (eż. l-ispare parts meħtieġa għat-tiswija tal-prodott, il-produzzjoni tal-likwidu li jkessaħ u l-immaniġġjar tal-iskart minħabba t-telf). L-EoL tal-kapsuli tal-kafè, ir-residwi għall-produzzjoni tal-kafè u l-imballaġġ tal-kafè mitħun jappartjenu għall-istadju ta’ tmiem il-ħajja.

F’xi każijiet, xi prodotti jkunu meħtieġa għall-użu xieraq tal-prodott fl-ambitu u jintużaw b’mod li jsiru fiżikament integrati: f’dan il-każ, it-trattament tal-iskart ta’ dawn il-prodotti jappartjeni għall-EoL tal-prodott fl-ambitu. Pereżempju, meta l-prodott fl-ambitu jkun deterġent, it-trattament tal-ilma mormi wara l-użu tad-deterġent jappartjeni għall-istadju ta’ tmiem il-ħajja.

Ix-xenarju tal-użu jeħtieġ li jirrifletti wkoll jekk l-użu tal-prodotti analizzati jistax iwassal għal bidliet fis-sistemi li fihom jintużaw jew le.

Jistgħu jitqiesu s-sorsi ta’ informazzjoni teknika li ġejjin dwar ix-xenarju tal-użu:

1) 

Stħarriġ tas-suq jew data oħra tas-suq;

2) 

Standards internazzjonali ppubblikati li jispeċifikaw gwida u rekwiżiti għall-iżvilupp ta’ xenarji għall-istadju tal-użu u xenarji għal (jiġifieri stima ta’) il-ħajja operattiva tal-prodott;

3) 

Linji gwida nazzjonali ppubblikati għall-iżvilupp ta’ xenarji għall-istadju tal-użu u xenarji għal (jiġifieri stima ta’) il-ħajja operattiva tal-prodott;

4) 

Linji gwida tal-industrija ppubblikati għall-iżvilupp ta’ xenarji għall-istadju tal-użu u xenarji għal (jiġifieri stima ta’) il-ħajja operattiva tal-prodott.

Il-metodu rakkomandat mill-manifattur li għandu jiġi applikat fl-istadju tal-użu (eż. it-tisjir f’forn f’temperatura speċifikata għal ħin speċifikat) jenħtieġ li jintuża biex tiġi pprovduta bażi għad-determinazzjoni tal-istadju tal-użu ta’ prodott. Il-mudell reali tal-użu jista’, madankollu, ivarja minn dawk rakkomandati u jenħtieġ li jintuża jekk din l-informazzjoni tkun disponibbli u dokumentata.

Ir-rati ta’ telf prestabbiliti għal kull tip ta’ prodott matul id-distribuzzjoni u għand il-konsumatur huma pprovduti fil-parti F tal-Anness II u għandhom jintużaw jekk ma tkun disponibbli l-ebda informazzjoni speċifika.

Il-proċessi li ġejjin huma esklużi mill-istadju tal-użu:

1) 

Jekk prodott jerġa’ jintuża (ara wkoll it-taqsima 4.4.9.2), il-proċessi meħtieġa biex jinġabar il-prodott u biex dan ikun lest għaċ-ċiklu tal-użu l-ġdid huma esklużi (eż. l-impatti mill-ġbir u t-tindif tal-fliexken li jistgħu jerġgħu jintużaw). Dawn il-proċessi jiġu inklużi fl-istadju tal-EoL, jekk il-prodott jerġa’ jintuża bħala prodott bi speċifikazzjonijiet differenti (ara t-taqsima 4.4.9 għal aktar dettalji). Jekk it-tul tal-ħajja tal-prodott jiġi estiż għal dak ta’ prodott bl-ispeċifikazzjonijiet oriġinali tal-prodott (li jipprovdi l-istess funzjoni), dawn il-proċessi għandhom jiġu inklużi fl-FU u fil-fluss ta’ referenza.

2) 

It-trasport mill-bejgħ bl-imnut sad-dar tal-konsumatur għandu jiġi eskluż mill-istadju tal-użu u minflok għandu jiġi inkluż fl-istadju tad-distribuzzjoni.

3) 

It-trasport għall-EoL għandu jiġi eskluż mill-istadju tal-użu u minflok jiġi inkluż fl-istadju ta’ tmiem il-ħajja.

L-iskart mill-prodotti użati matul l-istadju tal-użu għandu jiġi inkluż fl-immudellar għall-istadju tal-użu. Il-formula tal-impronta ċirkolari (it-taqsima 4.4.8) għandha tiġi applikata għal dan l-iskart.

Ir-rapport dwar il-PEF għandu jiddokumenta l-metodi u s-suppożizzjonijiet użati għal dan l-istadju. Is-suppożizzjonijiet rilevanti kollha għall-istadju tal-użu għandhom jiġu ddokumentati.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-immudellar tal-istadju tal-użu huma disponibbli fit-Taqsima 4.4.7.

4.2.5.    Tmiem il-ħajja (inkluż l-irkupru u r-riċiklaġġ tal-prodott)

L-istadju ta’ tmiem il-ħajja jibda meta l-prodott fl-ambitu u l-imballaġġ tiegħu jintremew mill-utent u jintemm meta l-prodott fl-ambitu jiġi rritornat għan-natura bħala prodott ta’ skart jew jidħol fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott ieħor (jiġifieri bħala input riċiklat). B’mod ġenerali dan jinkludi l-iskart mill-prodott fl-ambitu, bħall-iskart tal-ikel u l-imballaġġ primarju.

L-iskart iġġenerat matul l-istadju tal-manifattura, tad-distribuzzjoni, tal-bejgħ bl-imnut, tal-użu jew wara l-użu għandu jiġi inkluż fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott u mmudellat fl-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja fejn iseħħ.

L-istadju ta’ tmiem il-ħajja għandu jiġi mmudellat bl-użu tal-formula tal-impronta ċirkolari u r-rekwiżiti pprovduti fit-taqsima 4.4.8. L-utent tal-metodu tal-PEF għandu jinkludi l-proċessi kollha tal-EoL applikabbli għall-prodott fl-ambitu. Eżempji ta’ proċessi li għandhom jiġu koperti f’dan l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja jinkludu:

1) 

Il-ġbir u t-trasport tal-prodott fl-ambitu u l-imballaġġ tiegħu sal-faċilitajiet ta’ trattament fi tmiem il-ħajja;

2) 

Iż-żarmar tal-komponenti;

3) 

It-tqattigħ fi bċejjeċ u s-separazzjoni;

4) 

L-ilma mormi minn prodotti użati, maħlula fl-ilma jew bl-ilma (eż. deterġenti, ġellijiet tad-doċċa, eċċ.);

5) 

Il-konverżjoni f’materjal riċiklat;

6) 

L-ikkompostjar jew metodi oħra ta’ trattament tal-iskart organiku;

7) 

L-inċinerazzjoni u r-rimi tal-irmied tal-qiegħ;

8) 

Ir-rimi f’landfills u t-tħaddim u ż-żamma tal-landfills.

Għall-prodotti intermedji, l-EoL tal-prodott fl-ambitu għandu jiġi eskluż.

4.3    Nomenklatura għall-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja

Id-data tal-LCI għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tal-EF:

— 
Għall-flussi elementari kollha, in-nomenklatura għandha tiġi allinjata mal-verżjoni l-aktar reċenti tal-pakkett ta’ referenza tal-EF disponibbli fil-paġna tal-iżviluppatur tal-EF ( 17 ).
— 
Għas-settijiet tad-data tal-proċessi u l-fluss tal-prodotti, in-nomenklatura għandha tkun konformi mal-“Manwal tal-ILCD – Nomenklatura u konvenzjonijiet oħra” ( 18 ) .

4.4.    Rekwiżiti tal-immudellar

Din it-taqsima tipprovdi gwida u rekwiżiti dettaljati dwar kif għandhom jiġu mmudellati l-istadji speċifiċi taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi u aspetti oħra taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott, biex jiġi kkompilat l-LCI. L-aspetti koperti jinkludu:

(a) 

il-produzzjoni agrikola;

(b) 

l-użu tal-elettriku;

(c) 

it-trasport u l-loġistika;

(d) 

l-oġġetti kapitali (infrastruttura u tagħmir);

(e) 

il-ħżin f’ċentru ta’ distribuzzjoni jew bejgħ bl-imnut;

(f) 

il-proċedura tal-kampjunar;

(g) 

l-istadju tal-użu;

(h) 

l-immudellar ta’ tmiem il-ħajja;

(i) 

il-ħajja estiża tal-prodott;

(j) 

l-imballaġġ;

(k) 

l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra;

(l) 

il-kumpensi;

(m) 

it-trattament ta’ proċessi multifunzjonali;

(n) 

ir-rekwiżiti tal-ġbir tad-data u r-rekwiżiti tal-kwalità;

(o) 

il-limitu.

4.4.1    Produzzjoni agrikola

4.4.1.1.    Trattament ta’ proċessi multifunzjonali

Għandhom jiġu segwiti r-regoli deskritti fil-Linja Gwida LEAP ( 19 ).

4.4.1.2.    Data speċifika għat-tip ta’ għelejjel u speċifika għall-pajjiż, għar-reġjun jew għall-klima

Għandha tintuża data speċifika għat-tip ta’ għelejjel u speċifika għall-pajjiż/reġjun/klima għar-rendiment, għall-użu tal-ilma u tal-art, għat-tibdil fl-użu tal-art, għall-ammont ta’ fertilizzant (artifiċjali u organiku) (ammont N, P) u għall-ammont ta’ pestiċidi (għal kull ingredjent attiv), għal kull ettaru fis-sena.

4.4.1.3.    Medja tad-data

Id-data dwar il-kultivazzjoni għandha tinġabar fuq perjodu ta’ żmien suffiċjenti biex tipprovdi valutazzjoni medja tal-LCI assoċjat mal-inputs u l-outputs għat-tkabbir tal-għelejjel li tikkumpensa għall-fluttwazzjonijiet minħabba d-differenzi staġunali. Dan għandu jsir kif deskritt fil-linji gwida LEAP, stabbiliti hawn taħt:

(a) 

Għall-għelejjel annwali, għandu jintuża perjodu ta’ valutazzjoni ta’ mill-anqas tliet snin (biex jiġu llivellati d-differenzi fir-rendimenti tal-għelejjel relatati mal-fluttwazzjonijiet fil-kundizzjonijiet tat-tkabbir matul is-snin bħall-klima, il-pesti u l-mard, eċċ.). Meta ma tkunx disponibbli data li tkopri perjodu ta’ tliet snin, jiġifieri minħabba l-bidu ta’ sistema ġdida ta’ produzzjoni (eż. serra ġdida, art li tkun għadha kif ġiet ikklerjata, bidla għal għalla oħra), il-valutazzjoni tista’ titwettaq fuq perjodu iqsar, iżda ma għandhiex tkun inqas minn sena. L-għelejjel jew il-pjanti mkabbra fis-serer għandhom jitqiesu bħala għelejjel/pjanti annwali, sakemm iċ-ċiklu tat-tkabbir ma jkunx konsiderevolment anqas minn sena u għalla oħra titkabbar b’mod konsekuttiv f’dik is-sena. It-tadam, il-bżar u għelejjel oħra, li jitkabbru u jinħasdu fuq perjodu itwal matul is-sena, huma kkunsidrati bħala għelejjel annwali.

(b) 

Għall-pjanti perenni (inklużi l-pjanti sħaħ u l-porzjonijiet li jittieklu tal-pjanti perenni), għandha tiġi preżunta sitwazzjoni ta’ stat kostanti (jiġifieri fejn l-istadji kollha tal-iżvilupp ikunu rappreżentati b’mod proporzjonali fil-perjodu ta’ żmien studjat) u għandu jintuża perjodu ta’ tliet snin biex jiġu stmati l-inputs u l-outputs.

(c) 

Fejn l-istadji differenti fiċ-ċiklu tat-tkabbir jistgħu jkunu ta’ durati differenti, għandha ssir korrezzjoni billi jiġu aġġustati ż-żoni tal-għelejjel allokati għal stadji differenti ta’ żvilupp, fi proporzjon maż-żoni tal-għelejjel mistennija fi stat kostanti teoretiku. L-applikazzjoni ta’ tali korrezzjonijiet għandha tiġi spjegata u rreġistrata fir-rapport dwar il-PEF. L-LCI tal-pjanti u l-għelejjel perenni ma għandux jitwettaq qabel ma s-sistema tal-produzzjoni fil-fatt tagħti l-output.

(d) 

Għall-għelejjel li jitkabbru u jinħasdu f’anqas minn sena (eż. ħass prodott f’xahrejn sa erba’ xhur), għandha tinġabar data fir-rigward tal-perjodu ta’ żmien speċifiku għall-produzzjoni ta’ għalla waħda, minn tal-anqas tliet ċikli konsekuttivi reċenti. Il-kalkolu tal-medja fuq tliet snin jista’ jsir l-aħjar billi l-ewwel tinġabar data annwali u jiġi kkalkolat l-LCI għal kull sena u mbagħad tiġi ddeterminata l-medja ta’ tliet snin.

4.4.1.4.    Pestiċidi

L-emissjonijiet tal-pestiċidi għandhom jiġu mmudellati bħala ingredjenti attivi speċifiċi. Il-metodu ta’ valutazzjoni tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja USEtox għandu mudell ta’ destin multimedjali inkorporat li jissimula d-destin tal-pestiċidi, li jibda mill-kompartimenti differenti tal-emissjonijiet. Għalhekk, huma meħtieġa frazzjonijiet prestabbiliti tal-emissjonijiet għall-kompartimenti tal-emissjonijiet ambjentali fl-immudellar tal-LCI. Il-pestiċidi applikati għall-għelieqi għandhom jiġu mmudellati bħala 90 % emessi fil-kompartiment tal-ħamrija agrikola, 9 % emessi fl-arja u 1 % emessi fl-ilma (abbażi ta’ ġudizzju espert, minħabba l-limitazzjonijiet attwali). Tista’ tintuża data aktar speċifika jekk tkun disponibbli.

4.4.1.5.    Fertilizzanti

L-emissjonijiet tal-fertilizzanti (u tad-demel) għandhom jiġu differenzjati għal kull tip ta’ fertilizzant u jkopru bħala minimu:

(a) 

NH3, fl-arja (mill-użu ta’ fertilizzant N);

(b) 

N2O, fl-arja (diretti u indiretti) (mill-użu ta’ fertilizzant N);

(c) 

CO2, fl-arja (mill-użu ta’ ġir, urea u komposti tal-urea);

(d) 

NO3, fl-ilma mhux speċifikat (lissija mill-użu ta’ fertilizzant N);

(e) 

PO4, fl-ilma mhux speċifikat jew fl-ilma ħelu (lissija u skol ta’ fosfat solubbli mill-użu ta’ fertilizzant P);

(f) 

P, fl-ilma mhux speċifikat jew fl-ilma ħelu (partiċelli tal-ħamrija li fihom il-fosfru, mill-użu ta’ fertilizzant P).

Il-mudell tal-valutazzjoni tal-impatt għall-ewtrofikazzjoni tal-ilma ħelu jibda (i) meta P iħalli r-raba’ agrikolu (skol) jew (ii) mill-applikazzjoni ta’ demel jew fertilizzant fuq ir-raba’ agrikolu.

Fl-immudellar tal-LCI, ir-raba’ agrikolu (ħamrija) spiss jitqies li jappartjeni għat-teknosfera u għalhekk huwa inkluż fil-mudell tal-LCI. Dan jallinja mal-approċċ (i), fejn il-mudell tal-valutazzjoni tal-impatt jibda wara l-iskol, jiġifieri meta P iħalli r-raba’ agrikolu. Għalhekk, fil-kuntest tal-EF, l-LCI jenħtieġ li jiġi mmudellat bħala l-ammont ta’ P li jiġi emess fl-ilma wara l-iskol u għandu jintuża l-kompartiment tal-emissjonijiet “ilma”.

Meta dan l-ammont ma jkunx disponibbli, l-LCI jista’ jiġi mmudellat bħala l-ammont ta’ P applikat għar-raba’ agrikolu (permezz ta’ demel jew fertilizzanti) u għandu jintuża l-kompartiment tal-emissjonijiet “ħamrija”. F’dan il-każ, l-iskol mill-ħamrija għall-ilma huwa parti mill-metodu tal-valutazzjoni tal-impatt u inkluż fis-CF għall-ħamrija.

Il-valutazzjoni tal-impatt tal-ewtrofikazzjoni tal-baħar tibda wara li N iħalli r-raba’ (ħamrija). Għalhekk, l-emissjonijiet ta’ N fil-ħamrija ma għandhomx jiġu mmudellati. L-ammont ta’ emissjonijiet li jispiċċaw fil-kompartimenti differenti tal-arja u tal-ilma għal kull ammont ta’ fertilizzanti applikati għar-raba’ għandu jiġi mmudellat fl-LCI.

L-emissjonijiet ta’ N għandhom jiġu kkalkulati mill-applikazzjonijiet tan-nitroġenu mill-bidwi għall-għalqa u billi jiġu esklużi s-sorsi esterni (eż. id-depożizzjoni tax-xita). L-għadd ta’ fatturi tal-emissjonijiet jiġi stabbilit fil-kuntest tal-EF billi jiġi segwit approċċ simplifikat. Għall-fertilizzanti N, għandhom jintużaw il-fatturi tal-emissjonijiet tal-Grad 1 tat-Tabella 2-4 tal-IPCC (2006), kif riprodotti fit-Tabella 3, ħlief meta tkun disponibbli data aħjar. Jekk tkun disponibbli data aħjar, jista’ jintuża mudell aktar komprensiv tal-kamp tan-nitroġenu fl-istudju dwar il-PEF, sakemm (i) dan ikopri mill-anqas l-emissjonijiet mitluba hawn fuq, (ii) N ikun ibbilanċjat fl-inputs u fl-outputs u (iii) jiġi deskritt b’mod trasparenti.

Tabella 3

Fatturi tal-emissjonijiet tal-Grad 1 tal-IPCC (2006) (modifikati)

Innota li dawn il-valuri ma għandhomx jintużaw biex jitqabblu tipi differenti ta’ fertilizzanti sintetiċi.

Emissjoni

Kompartiment

Valur li għandu jiġi applikat

N2O (fertilizzant sintetiku u demel; diretta u indiretta)

L-arja

0,022 kg N2O/ kg fertilizzant N applikat

NH3 (fertilizzant sintetiku)

L-arja

kg NH3= kg N * FracGASF= 1*0,1* (17/14)= 0,12 kg NH3/ kg fertilizzant N applikat

NH3 (demel)

L-arja

kg NH3= kg N*FracGASF= 1*0,2* (17/14)= 0,24 kg NH3/ kg demel N applikat

NO3 - (fertilizzant sintetiku u demel)

L-ilma

kg NO3 - = kg N*FracLEACH = 1*0,3*(62/14) = 1,33 kg NO3 -/ kg N applikat

FracGASF: frazzjoni ta’ fertilizzant sintetiku N applikat għall-ħamrija li tivvolatizza bħala NH3 u NOx. FracLEACH: frazzjoni ta’ fertilizzant sintetiku u demel mitluf minħabba lissija u skol bħala NO3-

Il-mudell tan-nitroġenu fl-għelieqi ta’ hawn fuq għandu limitazzjonijiet – għalhekk studju dwar il-PEF li għandu mmudellar agrikolu fl-ambitu jista’ jittestja l-approċċ alternattiv li ġej u jirrapporta r-riżultati f’Anness għar-rapport dwar il-PEF.

Il-bilanċ ta’ N jiġi kkalkolat bl-użu tal-parametri fit-Tabella 4 u l-formula ta’ hawn taħt. L-emissjoni totali ta’ NO3 -N fl-ilma titqies bħala varjabbli u l-inventarju totali tagħha għandu jiġi kkalkulat bħala:

“Emissjoni totali ta’ NO3 -N fl-ilma” = “telf bażi ta’ NO3 -” + “emissjonijiet addizzjonali ta’ NO3 -N fl-ilma”, ma’
“Emissjonijiet addizzjonali ta’ NO3 -N fl-ilma” = “Input ta’ N bil-fertilizzanti kollha” + “iffissar ta’ N2 skont l-għalla” – “Assorbiment tal-N bil-ħsad” – “Emissjonijiet ta’ NH3 fl-arja” – “emissjonijiet ta’ N2O fl-arja” – “emissjonijiet ta’ N2 fl-arja” -“telf bażi ta’ NO3 -”.

Jekk, f’ċerti skemi ta’ input baxx, il-valur għall-“emissjonijiet addizzjonali ta’ NO3-N fl-ilma” isir negattiv, il-valur għandu jiġi stabbilit għal “0”. Barra minn hekk, f’każijiet bħal dawn, il-valur assolut tal-“emissjonijiet addizzjonali ta’ NO3-N fl-ilma” ikkalkolati għandu jiddaħħal fl-inventarju bħala input addizzjonali ta’ fertilizzant N fis-sistema, bl-użu tal-istess kombinazzjoni ta’ fertilizzanti N kif użati għall-għalla analizzata.

Dan l-aħħar pass iservi biex jiġu evitati skemi ta’ tnaqqis tal-fertilità billi jinqabad it-tnaqqis tal-N mill-għalla analizzata li huwa preżunt li jwassal għall-ħtieġa ta’ fertilizzant addizzjonali aktar tard u biex jinżamm l-istess livell ta’ fertilità tal-ħamrija.

Tabella 4

Approċċ alternattiv għall-immudellar tan-nitroġenu

Emissjoni

Kompartiment

Valur li għandu jiġi applikat

NO3 - telf bażi (fertilizzant sintetiku u demel)

L-ilma

kg NO3 -= kg N*FracLEACH = 1*0,1*(62/14) = 0,44 kg NO3 -/ kg N applikat

N2O (fertilizzant sintetiku u demel; diretta u indiretta)

L-arja

0,022 kg N2O/ kg fertilizzant N applikat

NH3 - Urea (fertilizzant sintetiku)

L-arja

kg NH3= kg N * FracGASF= 1*0,15* (17/14)= 0,18 kg NH3/ kg fertilizzant N applikat

NH3 - Nitrat tal-ammonju (fertilizzant sintetiku)

L-arja

kg NH3= kg N * FracGASF= 1*0,1* (17/14)= 0,12 kg NH3/ kg fertilizzant N applikat

NH3 - oħrajn (fertilizzant sintetiku)

L-arja

kg NH3= kg N * FracGASF= 1*0,02* (17/14)= 0,024 kg NH3/ kg fertilizzant N applikat

NH3 (demel)

L-arja

kg NH3= kg N*FracGASF= 1*0,2* (17/14)= 0,24 kg NH3/ kg demel N applikat

Iffissar ta’ N2- skont l-għalla

Għall-għelejjel b’iffissar simbjotiku ta’ N2-: l-ammont iffissat huwa preżunt li huwa identiku għall-kontenut ta’ N fl-għalla maħsuda

N2

L-arja

0,09 kg N2 / kg N applikat

4.4.1.6.    Emissjonijiet ta’ metalli tqal

L-emissjonijiet ta’ metalli tqal mill-inputs tal-għelieqi għandhom jiġu mmudellati bħala emissjoni għall-ħamrija u/jew lissija jew erożjoni għall-ilma. L-inventarju għall-ilma għandu jispeċifika l-istat ta’ ossidazzjoni tal-metall (eż., Cr+3, Cr+6). Billi l-għelejjel jassimilaw parti mill-emissjonijiet tal-metalli tqal matul il-kultivazzjoni tagħhom, hija meħtieġa kjarifika dwar kif għandhom jiġu mmudellati l-għelejjel li jaġixxu bħala bir.

Huma permessi żewġ approċċi differenti għall-immudellar:

(a) 

Id-destin finali tal-flussi elementari tal-metalli tqal ma jitqiesx aktar fil-limitu tas-sistema: l-inventarju ma jqisx l-emissjonijiet finali tal-metalli tqal u għalhekk ma għandux iqis l-assorbiment tal-metalli tqal mill-għalla. Pereżempju, metalli tqal fl-għelejjel agrikoli mkabbra għall-konsum mill-bniedem jispiċċaw fil-pjanta.

Fil-kuntest tal-EF, il-konsum mill-bniedem ma jiġix immudellat, id-destin finali ma jiġix immudellat aktar u l-pjanta taġixxi bħala bir tal-metalli tqal. Għalhekk, l-assorbiment tal-metalli tqal mill-għalla ma għandux jiġi mmudellat.

(b) 

Id-destin finali (kompartiment tal-emissjonijiet) tal-flussi elementari tal-metalli tqal jitqies fil-limitu tas-sistema: l-inventarju jqis l-emissjonijiet finali (rilaxx) tal-metalli tqal fl-ambjent u għalhekk għandu jqis ukoll l-assorbiment tal-metalli tqal mill-għalla.

Pereżempju, il-metalli tqal fl-għelejjel agrikoli mkabbra għall-għalf se jispiċċaw prinċipalment fid-diġestjoni tal-annimali u jintużaw bħala demel lura fir-raba’ fejn il-metalli jiġu rilaxxati fl-ambjent u l-impatti tagħhom jinqabdu mill-metodi ta’ valutazzjoni tal-impatt. Għalhekk, l-inventarju tal-istadju agrikolu għandu jqis l-assorbiment tal-metalli tqal mill-għalla. Ammont limitat jispiċċa fl-annimal, li jista’ jiġi injorat għas-simplifikazzjoni.

4.4.1.7    Kultivazzjoni tar-ross

L-emissjonijiet tal-metan mill-kultivazzjoni tar-ross għandhom jiġu inklużi, abbażi tar-regoli tal-kalkolu fit-taqsima 5.5. tal-IPCC (2006)

4.4.1.8.    Ħamrija tal-pit

Il-ħamrija tal-pit imnixxfa għandha tinkludi l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju abbażi ta’ mudell li jorbot il-livelli tad-drenaġġ mal-ossidazzjoni annwali tal-karbonju.

4.4.1.9.    Attivitajiet oħra

Jekk applikabbli, l-attivitajiet li ġejjin għandhom jiġu inklużi fl-immudellar agrikolu, sakemm ma jkunux permessi li jiġu esklużi, abbażi tal-kriterji ta’ limitu:

(a) 

l-input ta’ materjal taż-żerriegħa (kg/ettaru),

(b) 

l-input ta’ pit fil-ħamrija (kg/ettaru + proporzjon C/N),

(c) 

l-input ta’ ġir (kg CaCO3/ettaru, tip),

(d) 

l-użu tal-magni (sigħat, tip) (għandu jiġi inkluż jekk ikun hemm livell għoli ta’ mekkanizzazzjoni),

(e) 

l-input N mir-residwi tal-għelejjel li jibqgħu fl-għelieqi jew li jinħarqu (kg ta’ residwu + kontenut N/ettaru). Inklużi l-emissjonijiet mill-ħruq tar-residwi, mit-tnixxif u mill-ħżin tal-prodotti.

Sakemm ma jkunx dokumentat b’mod ċar li l-operazzjonijiet jitwettqu manwalment, l-operazzjonijiet fl-għelieqi għandhom jitqiesu permezz tal-konsum totali tal-fjuwil jew permezz tal-inputs ta’ makkinarju speċifiku, it-trasport lejn/ mill-għalqa, l-enerġija għat-tisqija, jew simili.

4.4.2.    Użu tal-elettriku

L-elettriku użat mill-grilja għandu jiġi mmudellat bl-aktar mod preċiż possibbli billi tingħata preferenza lid-data speċifika għall-fornitur. Jekk (parti minn) l-elettriku tkun rinnovabbli, huwa importanti li ma jseħħ l-ebda għadd doppju. Għalhekk, il-fornitur għandu jiggarantixxi li l-elettriku fornut lill-organizzazzjoni biex tipproduċi l-prodott ikun fil-fatt iġġenerat bl-użu ta’ sorsi rinnovabbli u ma jkunx għadu disponibbli għal konsumaturi oħra.

4.4.2.1.    Linji gwida ġenerali

It-taqsima li ġejja tintroduċi żewġ tipi ta’ taħlitiet tal-elettriku: it-taħlita tal-grilja tal-konsum li tirrifletti t-taħlita totali tal-elettriku ttrasferita fuq grilja definita li tinkludi l-elettriku ekoloġiku ddikjarat jew ittraċċat, u (ii) it-taħlita residwa tal-grilja, it-taħlita tal-konsum (imsejħa wkoll it-taħlita tal-konsum residwu), li tikkaratterizza biss l-elettriku mhux iddikjarat, mhux ittraċċat jew kondiviż pubblikament.

Fl-istudji dwar il-PEF għandha tintuża t-taħlita tal-elettriku li ġejja, f’ordni ġerarkika:

(a) 

Il-prodott tal-elettriku speċifiku għall-fornitur ( 20 ) għandu jintuża jekk, għal pajjiż, ikun hemm fis-seħħ sistema ta’ traċċar ta’ 100 %, jew jekk:

(i) 

ikun disponibbli, u

(ii) 

is-sett ta’ kriterji minimi biex jiġi żgurat li l-istrumenti kuntrattwali jkunu affidabbli jiġi ssodisfat.

(b) 

It-taħlita totali tal-elettriku speċifika għall-fornitur għandha tintuża jekk:

(i) 

tkun disponibbli, u

(ii) 

is-sett ta’ kriterji minimi biex jiġi żgurat li l-istrumenti kuntrattwali jkunu affidabbli jiġi ssodisfat.

(c) 

Għandha tintuża t-“taħlita residwa tal-grilja speċifika għall-pajjiż, it-taħlita tal-konsum”. Speċifika għall-pajjiż tfisser il-pajjiż li fih iseħħu l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja jew l-attività. Dan jista’ jkun pajjiż tal-UE jew mhux tal-UE. It-taħlita residwa tal-grilja tipprevjeni l-għadd doppju bl-użu ta’ taħlitiet tal-elettriku speċifiċi għall-fornitur f’(a) u (b).

(d) 

Bħala l-aħħar għażla, għandha tintuża t-taħlita medja residwa tal-grilja tal-UE, it-taħlita tal-konsum (UE+EFTA), jew it-taħlita residwa tal-grilja rappreżentattiva tar-reġjun, it-taħlita tal-konsum.

L-integrità ambjentali tal-użu ta’ taħlita tal-elettriku speċifika għall-fornitur tiddependi fuq l-iżgurar li l-istrumenti kuntrattwali (għat-traċċar) ikunu affidabbli u uniċi. Mingħajr dan, il-PEF ma għandhiex il-preċiżjoni u l-konsistenza meħtieġa biex tixpruna d-deċiżjonijiet ta’ akkwist ta’ prodotti/elettriku korporattiv u konsiderazzjoni akkurata tat-taħlita speċifika għall-fornitur mix-xerrejja tal-elettriku. Għalhekk, ġie identifikat sett ta’ kriterji minimi relatati mal-integrità tal-istrumenti kuntrattwali bħala fornituri affidabbli ta’ informazzjoni dwar l-impronta ambjentali. Dawn jirrappreżentaw il-karatteristiċi minimi meħtieġa biex tintuża taħlita speċifika għall-fornitur fi ħdan l-istudji dwar il-PEF.

4.4.2.2.    Sett ta’ kriterji minimi biex jiġu żgurati l-istrumenti kuntrattwali mill-fornituri

Prodott/taħlita tal-elettriku speċifiċi għall-fornitur jistgħu jintużaw biss jekk l-utent tal-metodu tal-PEF jiżgura li l-istrument kuntrattwali jissodisfa l-kriterji speċifikati hawn taħt. Jekk l-istrumenti kuntrattwali ma jissodisfawx il-kriterji, f’dak il-każ fl-immudellar għandha tintuża t-taħlita tal-konsum residwu tal-elettriku speċifika għall-pajjiż.

Il-lista ta’ kriterji ta’ hawn taħt hija bbażata fuq il-kriterji tal-“Gwida għall-Kamp ta’ Applikazzjoni 2 tal-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra – Emenda għall-Istandard Korporattiv tal-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra” (Mary Sotos, Istitut Dinji tar-Riżorsi) ( 21 ). Strument kuntrattwali użat għall-immudellar tal-elettriku għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin.

Kriterju 1 – iwasslu l-attributi

Iwasslu t-taħlita tat-tip ta’ enerġija assoċjata mal-unità tal-elettriku prodott.

It-taħlita tat-tip ta’ enerġija għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-elettriku kkonsenjat, billi jiġu inkorporati ċ-ċertifikati miksuba u rtirati (miksuba, akkwistati jew irtirati) f’isem il-klijenti tagħha. L-elettriku minn faċilitajiet li għalihom l-attributi jkunu nbiegħu (permezz ta’ kuntratti jew ċertifikati) għandu jiġi kkaratterizzat bħala li għandu l-attributi ambjentali tat-taħlita ta’ konsum residwu tal-pajjiż fejn tinsab il-faċilità.

Kriterju 2 – ikunu asserzjoni unika

Ikunu l-uniku strument li jġorr l-asserzjoni ta’ attribut ambjentali assoċjata ma’ dik il-kwantità ta’ elettriku ġġenerat.

Jiġu ttraċċati u mifdija, irtirati, jew ikkanċellati minn jew f’isem il-kumpanija (eż. permezz ta’ awditjar tal-kuntratti, ċertifikazzjoni ta’ partijiet terzi, jew ittrattati awtomatikament permezz ta’ reġistri, sistemi jew mekkaniżmi oħra ta’ divulgazzjoni).

Kriterju 3 – ikunu qrib kemm jista’ jkun tal-perjodu li għalih jiġi applikat l-istrument kuntrattwali

Tabella 5

Kriterji minimi biex jiġu żgurati l-istrumenti kuntrattwali mill-fornituri – gwida biex jiġu ssodisfati l-kriterji

Kriterju 1

IWASSLU L-ATTRIBUTI AMBJENTALI U JAGĦTU SPJEGAZZJONI DWAR IL-METODU TA’ KALKOLU

Iwasslu t-taħlita tat-tip ta’ enerġija (jew attributi ambjentali relatati oħra) assoċjati mal-unità tal-elettriku prodott.

Jispjegaw il-metodu ta’ kalkolu użat biex tiġi ddeterminata din it-taħlita.

Kuntest

Kull programm jew politika se jistabbilixxu l-kriterji ta’ eliġibbiltà proprji tagħhom u l-attributi li għandhom jitwasslu. Dawn il-kriterji jispeċifikaw it-tip ta’ riżorsi tal-enerġija u ċerti karatteristiċi tal-faċilità ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija, bħat-tip ta’ teknoloġija, l-età tal-faċilità, jew il-post tal-faċilità (iżda jvarjaw minn programm/politika għal ieħor). Dawn l-attributi jispeċifikaw it-tip ta’ riżorsi tal-enerġija u xi drabi xi karatteristiċi tal-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija.

Kundizzjonijiet biex jiġi ssodisfat il-kriterju

1.  Iwasslu t-taħlita enerġetika: jekk ma jkunx hemm taħlita tat-tip ta’ enerġija speċifikata fl-istrumenti kuntrattwali, staqsi lill-fornitur tiegħek biex jipprovdilek din l-informazzjoni jew attributi ambjentali oħra (eż. ir-rata tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra). Jekk il-fornitur ma jirrispondix, uża t-“taħlita residwa tal-grilja speċifika għall-pajjiż, it-taħlita tal-konsum”. Jekk il-fornitur jirrispondi, mur għall-pass 2).

2.  Jispjegaw il-metodu ta’ kalkolu użat: staqsi lill-fornitur tiegħek biex jipprovdi dettalji tal-metodu ta’ kalkolu biex jiġi żgurat li dawn isegwu l-prinċipju ta’ hawn fuq. Jekk il-fornitur tiegħek ma jipprovdix din l-informazzjoni, applika t-taħlita tal-elettriku speċifika għall-fornitur, inkludi l-informazzjoni riċevuta u ddokumenta li ma kienx possibbli tiċċekkja għall-għadd doppju.

Kriterju 2

ASSERZJONIJIET UNIĊI

Ikunu l-uniku strument li jġorr l-asserzjoni ta’ attribut ambjentali assoċjata ma’ dik il-kwantità ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku.

Jiġu ttraċċati u mifdija, irtirati, jew ikkanċellati minn jew f’isem il-kumpanija (eż. permezz ta’ awditjar tal-kuntratti, ċertifikazzjoni ta’ partijiet terzi, jew ittrattati awtomatikament permezz ta’ reġistri, sistemi jew mekkaniżmi oħra ta’ divulgazzjoni).

Kuntest

Iċ-ċertifikati ġeneralment iservu erba’ għanijiet ewlenin: (i) l-iżvelar tal-fornituri, (ii) il-kwoti tal-fornituri għall-konsenja jew il-bejgħ ta’ sorsi speċifiċi tal-enerġija, (iii) l-eżenzjoni mit-taxxa, u (iv) programmi volontarji tal-konsumatur.

Kull programm jew politika se jistabbilixxu l-kriterji ta’ eliġibbiltà proprji tagħhom. Dawn il-kriterji jispeċifikaw ċerti karatteristiċi tal-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, bħat-tip ta’ teknoloġija, l-età tal-faċilità, jew il-post tal-faċilità (iżda jvarjaw minn programm/politika għal ieħor). Iċ-ċertifikati għandhom jiġu minn faċilitajiet li jissodisfaw dawn il-kriterji biex ikunu eliġibbli għall-użu f’dak il-programm. Barra minn hekk, is-swieq tal-pajjiżi individwali jew il-korpi li jfasslu l-politika jistgħu jwettqu dawn il-funzjonijiet differenti bl-użu ta’ sistema ta’ ċertifikat wieħed jew sistema b’diversi ċertifikati.

Kundizzjonijiet biex jiġi ssodisfat il-kriterju

1.  L-impjant jinsab f’pajjiż mingħajr sistema ta’ traċċar?

Jenħtieġ li tintuża l-informazzjoni pprovduta mill-“Assoċjazzjoni tal-korpi emittenti” (1).

Jekk iva, uża t-“taħlita residwa tal-grilja speċifika għall-pajjiż, it-taħlita tal-konsum”;

Jekk le, mur għat-tieni mistoqsija.

2.  L-impjant jinsab f’pajjiż fejn il-konsum huwa parzjalment mhux traċċat (> 95 %)?

Jekk iva, uża t-“taħlita residwa tal-grilja speċifika għall-pajjiż, it-taħlita tal-konsum” bħala l-aħjar data disponibbli għall-kalkolu tat-taħlita residwa tal-konsum;

Jekk le, mur għat-tielet mistoqsija.

3.  L-impjant jinsab f’pajjiż b’sistema ta’ ċertifikat wieħed jew sistema b’diversi ċertifikati?

Jekk l-impjant ikun jinsab f’reġjun/pajjiż b’sistema ta’ ċertifikat wieħed, il-kriterji tal-asserzjoni unika jkunu ssodisfati. Uża t-taħlita tat-tip ta’ enerġija msemmija fl-istrument kuntrattwali.

Jekk l-impjant ikun jinsab f’reġjun/pajjiż b’sistema ta’ diversi ċertifikati, l-asserzjoni unika ma tkunx żgurata. Ikkuntattja lill-korp emittenti speċifiku għall-pajjiż (l-organizzazzjoni Ewropea li tirregola s-Sistema Ewropea taċ-Ċertifikati tal-Enerġija, http://www.aib-net.org) biex issir taf jekk għandekx bżonn titlob aktar minn strument kuntrattwali wieħed biex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ għadd doppju.

Jekk ikun meħtieġ aktar minn strument kuntrattwali wieħed, itlob l-istrumenti kuntrattwali kollha mill-fornitur biex jiġi evitat l-għadd doppju;

Jekk ma jkunx possibbli li jiġi evitat l-għadd doppju, irrapporta dan fl-istudju dwar il-PEF u uża t-”taħlita residwa tal-grilja speċifika għall-pajjiż, it-taħlita tal-konsum”.

Kriterju 3

Jinħarġu u jinfdew kemm jista’ jkun qrib il-perjodu tal-konsum tal-elettriku li għalih jiġi applikat l-istrument kuntrattwali.

(1)   

European Residual Mix | AIB (aib-net.org)

4.4.2.3.    Kif għandha tiġi mmudellata t-“taħlita residwa tal-grilja speċifika għall-pajjiż, it-taħlita tal-konsum”

L-utent tal-metodu tal-PEF jenħtieġ li jidentifika settijiet tad-data xierqa għat-taħlita residwa tal-grilja, it-taħlita tal-konsum, kull tip ta’ enerġija, pajjiż u vultaġġ.

Jekk ma jkun disponibbli l-ebda sett tad-data xieraq, jenħtieġ li jintuża l-approċċ li ġej: tiġi ddeterminata t-taħlita tal-konsum tal-pajjiż (eż. X % tal-MWh prodotti b’enerġija idroelettrika, Y % tal-MWh prodotti b’impjant tal-enerġija li jaħdem bil-faħam) u jiġu kkombinati mas-settijiet tad-data tal-LCI għal kull tip ta’ enerġija u pajjiż/reġjun (eż. sett tad-data tal-LCI għall-produzzjoni ta’ 1MWh ta’ enerġija idroelettrika fl-Iżvizzera).

1) 

Id-data dwar l-attivitajiet relatata mat-taħlita tal-konsum ta’ pajjiż mhux tal-UE għal kull tip ta’ enerġija dettaljata għandha tiġi ddeterminata abbażi ta’:

(a) 

it-taħlita tal-produzzjoni domestika għal kull teknoloġija ta’ produzzjoni;

(b) 

il-kwantità tal-importazzjoni u minn liema pajjiżi ġirien;

(c) 

it-telf mit-trażmissjoni;

(d) 

it-telf mid-distribuzzjoni;

(e) 

it-tip ta’ provvista tal-fjuwil (is-sehem tar-riżorsi użati, skont l-importazzjoni u/jew il-provvista domestika).

Din id-data jenħtieġ li tinstab fil-pubblikazzjonijiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE).

2) 

Is-settijiet tad-data tal-LCI disponibbli għal kull teknoloġija tal-fjuwil; is-settijiet tad-data tal-LCI disponibbli huma ġeneralment speċifiċi għal pajjiż jew għal reġjun f’termini ta’:

(a) 

il-provvista tal-fjuwil (is-sehem tar-riżorsi użati, skont l-importazzjoni u/jew il-provvista domestika);

(b) 

il-proprjetajiet tat-trasportaturi tal-enerġija (eż. il-kontenut tal-elementi u tal-enerġija);

(c) 

l-istandards teknoloġiċi tal-impjanti tal-enerġija fir-rigward tal-effiċjenza, it-teknoloġija tal-kombustjoni, id-desulfurizzazzjoni tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija, it-tneħħija tal-NOx u t-tneħħija tat-trab.

4.4.2.4.    Post wieħed b’diversi prodotti u b’aktar minn taħlita waħda tal-elettriku

Din it-taqsima tiddeskrivi kif wieħed għandu jipproċedi jekk parti biss mill-elettriku kkunsmat tkun koperta minn taħlita speċifika għall-fornitur jew minn ġenerazzjoni tal-elettriku fuq il-post u kif għandha titqies it-taħlita tal-elettriku tal-prodotti mmanifatturati fl-istess post. B’mod ġenerali, is-suddiviżjoni tal-provvista tal-elettriku użata fost diversi prodotti hija bbażata fuq relazzjoni fiżika (eż. l-għadd ta’ biċċiet jew kg ta’ prodott). Jekk l-elettriku kkunsmat ikun ġej minn aktar minn taħlita waħda tal-elettriku, kull sors tat-taħlita għandu jintuża f’termini tal-proporzjon tiegħu fil-kWh totali kkunsmati. Pereżempju, jekk frazzjoni ta’ dan it-total ta’ kWh ikkunsmati tiġi minn fornitur speċifiku, għandha tintuża taħlita tal-elettriku speċifika għall-fornitur għal dan l-ammont. Ara t-Taqsima 4.4.2.7 għall-użu tal-elettriku fuq il-post.

Tip speċifiku ta’ elettriku jista’ jiġi allokat għal prodott speċifiku wieħed bil-kundizzjonijiet li ġejjin.

(a) 

Jekk il-produzzjoni (u l-konsum tal-elettriku relatat) ta’ prodott iseħħu f’sit separat (bini), jista’ jintuża t-tip ta’ enerġija li jkun fiżikament relatat ma’ dan is-sit.

(b) 

Jekk il-produzzjoni (u l-konsum tal-elettriku relatat) ta’ prodott iseħħu fi spazju kondiviż ma’ metraġġ tal-enerġija jew rekords tax-xiri jew kontijiet tal-elettriku speċifiċi, tista’ tintuża l-informazzjoni speċifika għall-prodott (kejl, rekord, kont).

(c) 

Jekk il-prodotti kollha mmanifatturati fl-impjant speċifiku jiġu fornuti bi studju dwar il-PEF disponibbli għall-pubbliku, il-kumpanija li tkun tixtieq tagħmel l-asserzjoni relatata mal-enerġija użata għandha tagħmel l-istudji kollha dwar il-PEF disponibbli. Ir-regola tal-allokazzjoni applikata għandha tiġi deskritta fl-istudju dwar il-PEF, tiġi applikata b’mod konsistenti fl-istudji kollha dwar il-PEF marbuta mas-sit u tiġi vverifikata. Eżempju huwa l-allokazzjoni ta’ 100 % ta’ taħlita tal-elettriku aktar ekoloġika għal prodott speċifiku.

4.4.2.5.    Għal diversi postijiet li jipproduċu prodott wieħed

F’każ li prodott jiġi manifatturat f’postijiet differenti jew jinbiegħ f’pajjiżi differenti, it-taħlita tal-elettriku għandha tirrifletti l-proporzjonijiet tal-produzzjoni jew il-proporzjonijiet tal-bejgħ bejn il-pajjiżi/ir-reġjuni tal-UE. Biex jiġi ddeterminat il-proporzjon, għandha tintuża unità fiżika (eż. l-għadd ta’ biċċiet jew kg ta’ prodott). Għall-istudji dwar il-PEF fejn ma tkunx disponibbli tali data, għandha tintuża t-taħlita medja tal-konsum residwu tal-UE (UE+EFTA), jew taħlita residwa rappreżentattiva għar-reġjun. Għandhom jiġu applikati l-istess linji gwida ġenerali msemmija hawn fuq.

4.4.2.6.    Użu tal-elettriku fl-istadju tal-użu

Matul l-istadju tal-użu, għandha tintuża t-taħlita tal-grilja tal-konsum. It-taħlita tal-elettriku għandha tirrifletti l-proporzjonijiet tal-bejgħ bejn il-pajjiżi/ir-reġjuni tal-UE. Biex jiġi ddeterminat il-proporzjon, għandha tintuża unità fiżika (eż. l-għadd ta’ biċċiet jew kg ta’ prodott). Meta ma tkunx disponibbli tali data, għandha tintuża t-taħlita medja tal-konsum tal-UE (UE+EFTA), jew taħlita tal-konsum rappreżentattiva għar-reġjun.

4.4.2.7    Ġenerazzjoni tal-elettriku fuq il-post

Jekk il-produzzjoni tal-elettriku fuq il-post tkun daqs il-konsum tal-elettriku tas-sit, japplikaw żewġ sitwazzjonijiet:

(a) 

ma jkun inbiegħ l-ebda strument kuntrattwali lil parti terza: l-utent tal-metodu tal-PEF għandu jimmudella t-taħlita tal-elettriku tiegħu stess (flimkien ma’ settijiet tad-data tal-LCI).

(b) 

ikunu nbiegħu strumenti kuntrattwali lil parti terza: l-utent tal-metodu tal-PEF għandu juża t-“taħlita tal-grilja residwa speċifika għall-pajjiż, it-taħlita tal-konsum” (flimkien ma’ settijiet tad-data tal-LCI).

Jekk l-ammont ta’ elettriku prodott jaqbeż l-ammont ikkunsmat fuq il-post fil-limitu definit tas-sistema u jinbiegħ lil, pereżempju, il-grilja tal-elettriku, din is-sistema tista’ titqies bħala sitwazzjoni multifunzjonali. Is-sistema se tipprovdi żewġ funzjonijiet (eż. prodott + elettriku) u għandhom jiġu segwiti r-regoli li ġejjin.

(a) 

Jekk ikun possibbli, għandha tiġi applikata s-suddiviżjoni. Dan japplika kemm għall-produzzjonijiet separati tal-elettriku kif ukoll għal produzzjoni komuni tal-elettriku fejn tista’ talloka, abbażi tal-ammonti tal-elettriku, l-emissjonijiet upstream u diretti għall-konsum proprju tiegħek kif ukoll għas-sehem li tbigħ lil parti terza (eż. jekk kumpanija tuża mitħna tar-riħ fuq is-sit tal-produzzjoni tagħha u tesporta 30 % tal-elettriku prodott, l-emissjonijiet relatati ma’ 70 % tal-elettriku prodott jenħtieġ li jitqiesu fl-istudju dwar il-PEF).

(b) 

Jekk ma jkunx possibbli, għandha tintuża sostituzzjoni diretta. It-taħlita tal-elettriku residwa għall-konsum speċifika għall-pajjiż għandha tintuża bħala sostituzzjoni ( 22 ). Is-suddiviżjoni ma titqiesx possibbli meta l-impatti upstream jew l-emissjonijiet diretti jkunu relatati mill-qrib mal-prodott innifsu.

4.4.3.    Trasport u loġistika

Il-parametri li ġejjin għandhom jitqiesu meta jiġu mmudellati l-attivitajiet tat-trasport.

(1) 

Tip ta’ trasport: it-tip ta’ trasport, eż. bl-art (trakk, ferrovija, pajp), fuq l-ilma (dgħajsa, lanċa, barkun), jew bl-ajru (ajruplan).

(2) 

Tip ta’ vettura: it-tip ta’ vettura skont it-tip ta’ trasport.

(3) 

Rata tat-tagħbija (=proporzjon ta’ utilizzazzjoni; ara t-taqsima li jmiss) ( 23 ): l-impatti ambjentali huma marbutin b’mod dirett mar-rata tat-tagħbija reali, li għalhekk għandha tiġi kkunsidrata. Ir-rata tat-tagħbija taffettwa l-konsum tal-fjuwil tal-vettura.

(4) 

Għadd ta’ vjaġġi lura vojta: fejn applikabbli u rilevanti, għandu jitqies l-għadd ta’ vjaġġi lura vojta (jiġifieri l-proporzjon tad-distanza vvjaġġata biex tinġabar it-tagħbija li jmiss wara l-ħatt tal-prodott għad-distanza vvjaġġata biex jiġi ttrasportat il-prodott). Il-kilometri vvjaġġati mill-vettura vojta għandhom jiġu allokati lill-prodott. Fis-settijiet tad-data prestabbiliti tat-trasport, dan spiss diġà jitqies fil-proporzjon ta’ utilizzazzjoni prestabbilit.

(5) 

Distanza tat-trasport: id-distanzi tat-trasport għandhom jiġu ddokumentati, billi jiġu applikati distanzi medji tat-trasport speċifiċi għall-kuntest li jkun qed jiġi kkunsidrat.

Fi ħdan is-settijiet tad-data konformi mal-EF, il-produzzjoni tal-fjuwil, il-konsum tal-fjuwil mill-vettura tat-trasport, l-infrastruttura meħtieġa u l-ammont ta’ riżorsi u għodod addizzjonali meħtieġa għall-operazzjonijiet loġistiċi (eż. krejnijiet u trasportaturi) huma inklużi fis-settijiet tad-data tat-trasport.

4.4.3.1.    Allokazzjoni tal-impatti mit-trasport – trasport bit-trakkijiet

Is-settijiet tad-data konformi mal-EF għat-trasport bit-trakkijiet huma għal kull tkm (tunnellata*km) li jesprimu l-impatt ambjentali għal tunnellata (t) ta’ prodott li jiġi ttrasportat għal 1 km fi trakk b’ċerta tagħbija. It-tagħbija utli tat-trasport (= massa massima permessa) hija indikata fis-sett tad-data. Pereżempju, trakk ta’ 28-32 t għandu tagħbija utli ta’ 22 t; is-sett tad-data tal-LCA għal 1 tkm (mgħobbi kompletament) jesprimi l-impatt ambjentali għal 1 t ta’ prodott li jiġi ttrasportat għal 1km fi trakk mgħobbi ta’ 22 t. L-emissjonijiet tat-trasport jiġu allokati abbażi tal-massa tal-prodott trasportat u inti tikseb biss sehem ta’ 1/22 tal-emissjonijiet sħaħ tat-trakk. Meta t-tagħbija ttrasportata tkun anqas mill-kapaċità massima tat-tagħbija (eż. 10 t), l-impatt ambjentali għal 1 t tal-prodott jiġi affettwat b’żewġ modi. L-ewwel nett, it-trakk ikollu anqas konsum ta’ fjuwil għal kull tagħbija totali ttrasportata u t-tieni, l-impatt ambjentali tiegħu jiġi allokat mit-tagħbija ttrasportata (eż. 1/10 t). Meta l-massa ta’ merkanzija sħiħa tkun anqas mill-kapaċità ta’ tagħbija tat-trakk (eż. 10 t), it-trasport tal-prodott jista’ jitqies bħala limitat għall-volum. F’dan il-każ, l-impatt ambjentali għandu jiġi kkalkolat bl-użu tal-massa reali mgħobbija.

Fis-settijiet tad-data konformi mal-EF, it-tagħbija utli tat-trasport jenħtieġ li tiġi mmudellata b’mod parametrizzat permezz tal-proporzjon ta’ utilizzazzjoni. Il-proporzjon ta’ utilizzazzjoni jaffettwa (i) il-konsum totali tal-fjuwil tat-trakk u (ii) l-allokazzjoni għall-impatt għal kull tunnellata. Il-proporzjon ta’ utilizzazzjoni jiġi kkalkulat bħala l-kg ta’ tagħbija reali diviża bil-kg ta’ tagħbija utli u għandu jiġi aġġustat meta jintuża s-sett tad-data. F’każ li t-tagħbija reali tkun ta’ 0 kg, għandha tintuża tagħbija reali ta’ 1 kg għall-kalkolu. Il-vjaġġi ta’ ritorn vojta jistgħu jiġu inklużi fil-proporzjon ta’ utilizzazzjoni billi jitqies il-perċentwal ta’ km vojta misjuqa. Pereżempju, jekk it-trakk ikun mgħobbi kompletament għall-konsenja iżda nofsu vojt mar-ritorn tiegħu, il-proporzjon ta’ utilizzazzjoni jkun: 22 t tagħbija reali / 22 t tagħbija utli * 50 % km + 11 t tagħbija reali / 22 t tagħbija utli * 50 % km = 75 %.

L-istudji dwar il-PEF għandhom jispeċifikaw il-proporzjon ta’ utilizzazzjoni li għandu jintuża għal kull tip ta’ trasport bit-trakkijiet immudellat u jindikaw b’mod ċar jekk il-proporzjon ta’ utilizzazzjoni jinkludix vjaġġi ta’ ritorn vojta. Japplikaw il-proporzjonijiet ta’ utilizzazzjoni prestabbiliti li ġejjin.

(a) 

Jekk it-tagħbija tkun limitata għall-massa, għandu jintuża proporzjon ta’ utilizzazzjoni prestabbilit ta’ 64 % ( 24 ), sakemm ma tkunx disponibbli data speċifika. Dan il-proporzjon ta’ utilizzazzjoni prestabbilit jinkludi vjaġġi ta’ ritorn vojta u għalhekk ma għandux jiġi mmudellat separatament.

(b) 

It-trasport bl-ingrossa (eż. it-trasport taż-żrar mill-fossa tal-estrazzjoni għall-impjant tal-konkrit) għandu jiġi mmudellat bi proporzjon ta’ utilizzazzjoni prestabbilit ta’ 50 % (100 % mgħobbi ’l barra u 0 % mgħobbi ’l ġewwa), sakemm ma tkunx disponibbli data speċifika.

4.4.3.2.    Allokazzjoni tal-impatti mit-trasport – trasport bil-vannijiet

Il-vannijiet spiss jintużaw għall-konsenja fid-djar, eż. il-konsenja ta’ kotba u ħwejjeġ jew il-konsenja fid-djar mill-bejjiegħa bl-imnut. Għall-vannijiet, il-fattur ta’ limitazzjoni huwa l-volum aktar milli l-massa. Jekk ma tkun disponibbli l-ebda informazzjoni speċifika biex jitwettaq l-istudju dwar il-PEF, għandu jintuża trakk ta’ <1,2 t bi proporzjon ta’ utilizzazzjoni prestabbilit ta’ 50 %. F’każ li ma jkun disponibbli l-ebda sett tad-data għal trakk ta’ <1,2 t, għandu jintuża trakk ta’ <7,5 t bħala approssimazzjoni bi proporzjon ta’ utilizzazzjoni ta’ 20 %. Trakk ta’ <7,5 t b’tagħbija utli ta’ 3,3 t u proporzjon ta’ utilizzazzjoni ta’ 20 % għandu l-istess tagħbija bħal vann b’tagħbija utli ta’ 1,2 t u proporzjon ta’ utilizzazzjoni ta’ 50 %.

4.4.3.3.    Allokazzjoni tal-impatti mit-trasport – trasport tal-konsumatur

L-allokazzjoni tal-impatt tal-karozzi għandha tkun ibbażata fuq il-volum. Il-volum massimu li għandu jiġi kkunsidrat għat-trasport tal-konsumatur huwa ta’ 0,2 m3 (madwar 1/3 ta’ bagoll ta’ 0,6 m3). Għal prodotti akbar minn 0,2 m3, għandu jitqies l-impatt tat-trasport tal-karozza sħiħa. Għall-prodotti mibjugħa permezz ta’ supermarkets jew ċentri kummerċjali, il-volum tal-prodott (inkluż l-imballaġġ u l-ispazji vojta bħal bejn il-frott jew il-fliexken) għandu jintuża biex jiġu allokati l-piżijiet tat-trasport bejn il-prodotti ttrasportati. Il-fattur ta’ allokazzjoni għandu jiġi kkalkulat bħala l-volum tal-prodott trasportat diviż b’0,2 m3. Biex jiġi ssimplifikat l-immudellar, it-tipi l-oħra kollha ta’ trasport tal-konsumatur (bħax-xiri fi ħwienet speċjalizzati jew l-użu ta’ vjaġġi kkombinati) għandhom jiġu mmudellati daqslikieku jinbiegħu permezz ta’ supermarket.

4.4.3.4.    Xenarji prestabbiliti – mill-fornitur għall-fabbrika

Għall-fornituri li jinsabu fl-Ewropa, jekk ma tkun disponibbli l-ebda data speċifika biex jitwettaq l-istudju dwar il-PEF, f’dak il-każ għandha tintuża d-data prestabbilita pprovduta hawn taħt.

Għall-materjali tal-imballaġġ mill-impjanti tal-manifattura sal-impjanti tal-mili (minbarra l-ħġieġ; valuri bbażati fuq l-Eurostat 2015 ( 25 ), għandu jintuża x-xenarju li ġej:

(a) 

230 km bit-trakk (>32 t, EURO 4);

(b) 

280 km bil-ferrovija (ferrovija medja tal-merkanzija); u

(c) 

360 km bil-vapur (barkun).

Għat-trasport ta’ fliexken vojta, għandu jintuża x-xenarju li ġej:

(a) 

350 km bit-trakk (>32 t, EURO 4);

(b) 

39 km bil-ferrovija (ferrovija medja tal-merkanzija); u

(c) 

87 km bil-vapur (barkun).

Għall-prodotti l-oħra kollha mill-fornitur għall-fabbrika (valuri bbażati fuq l-Eurostat 2015 ( 26 ), għandu jintuża x-xenarju li ġej:

(a) 

130 km bit-trakk (>32 t, EURO 4);

(b) 

240 km bil-ferrovija (ferrovija medja tal-merkanzija); u

(c) 

270 km bil-vapur (barkun).

Għall-fornituri li jinsabu barra mill-Ewropa, jekk ma tkun disponibbli l-ebda data speċifika biex jitwettaq l-istudju dwar il-PEF, f’dak il-każ għandha tintuża d-data prestabbilita pprovduta hawn taħt:

(a) 

1 000 km bit-trakk (>32 t, EUR 4), għas-somma tad-distanzi mill-port/ajruport għall-fabbrika barra u ġewwa l-Ewropa;

(b) 

18 000 km bil-vapur (kontejner transoċeaniku) jew 10 000 km bl-ajruplan (merkanzija);

(c) 

jekk il-pajjiż (oriġini) tal-produtturi jkun magħruf, id-distanza adegwata għall-vapur u l-ajruplan jenħtieġ li tiġi ddeterminata bl-użu ta’ kalkolaturi speċifiċi ( 27 );

(d) 

f’każ li ma jkunx magħruf jekk il-fornitur ikunx jinsab fl-Ewropa jew barra minnha, it-trasport għandu jiġi mmudellat daqslikieku l-fornitur kien jinsab barra mill-Ewropa.

4.4.3.5.    Xenarji prestabbiliti – mill-fabbrika għall-klijent finali

It-trasport mill-fabbrika għall-klijent finali (inkluż it-trasport tal-konsumatur) għandu jiġi inkluż fl-istadju tad-distribuzzjoni tal-istudju dwar il-PEF. F’każ li ma tkun disponibbli l-ebda informazzjoni speċifika, ix-xenarju prestabbilit deskritt hawn taħt għandu jintuża bħala bażi. Il-valuri li ġejjin għandhom jiġu ddeterminati mill-utent tal-metodu tal-PEF (għandha tintuża informazzjoni speċifika, sakemm ma tkunx mhux disponibbli):

— 
il-proporzjon bejn il-prodotti mibjugħa permezz tal-bejgħ bl-imnut, iċ-ċentru ta’ distribuzzjoni (DC) u direttament lill-klijent finali;
— 
għall-fabbrika sal-klijent finali: il-proporzjon bejn il-ktajjen tal-provvista lokali, intrakontinentali u internazzjonali;
— 
għall-fabbrika sal-bejgħ bl-imnut: id-distribuzzjoni bejn il-ktajjen tal-provvista intrakontinentali u internazzjonali.

Illustrazzjoni 3

Xenarju prestabbilit tat-trasport

image

Dan li ġej huwa x-xenarju prestabbilit tat-trasport mill-fabbrika għall-klijent irrappreżentat fl-Illustrazzjoni 3.

1. 

X % mill-fabbrika għall-klijent finali:

X % katina tal-provvista lokali: 1 200 km bit-trakk (>32 t, EURO 4)
X % katina tal-provvista intrakontinentali: 3 500  km bit-trakk (>32 t, EURO 4)
X % katina tal-provvista internazzjonali: 1 000 km bit-trakk (>32 t, EURO 4) u 18 000 km bil-vapur (kontejner transoċeaniku). Innota li għal każijiet speċifiċi, jistgħu jintużaw ajruplan jew ferrovija minflok vapur.
2. 

X % mill-fabbrika għall-bejgħ bl-imnut/ċentru ta’ distribuzzjoni (DC):

X % mid-DC għall-klijent finali:

100 % lokali: 250 km vjaġġ bir-ritorn bil-vann (trakk <7,5 t, EURO 3, rata ta’ utilizzazzjoni ta’ 20 %).
4. 

X % mill-bejjiegħ bl-imnut għall-klijent finali:

62 %: 5 km, bil-karozza tal-passiġġieri (medja)
5 %: 5 km vjaġġ bir-ritorn, bil-vann (trakk <7,5 t, EURO 3 bi proporzjon ta’ utilizzazzjoni ta’ 20 %)
33 %: l-ebda impatt immudellat.

Għall-prodotti li jistgħu jerġgħu jintużaw, it-trasport bir-ritorn mill-bejgħ bl-imnut/DC għall-fabbrika għandu jiġi mmudellat flimkien mat-trasport meħtieġ biex wieħed imur għall-bejgħ bl-imnut/DC. Għandhom jintużaw l-istess distanzi ta’ trasport mill-fabbrika tal-prodott sal-klijent finali (ara hawn fuq). Madankollu, il-proporzjon ta’ utilizzazzjoni tat-trakkijiet jista’ jkun limitat għall-volum skont it-tip ta’ prodott.

Il-prodotti ffriżati jew imkessħa għandhom jiġu ttrasportati fi friżi jew f’apparat li jkessaħ.

4.4.3.6.    Xenarji prestabbiliti – mill-ġbir fi tmiem il-ħajja għat-trattament ta’ tmiem il-ħajja

It-trasport minn fejn jinġabru l-prodotti fl-EoL tagħhom sa fejn jiġu ttrattati jista’ diġà jkun inkluż fis-settijiet tad-data tal-LCA dwar il-landfills, l-inċinerazzjoni u r-riċiklaġġ.

Madankollu, hemm xi każijiet fejn tista’ tkun meħtieġa data prestabbilita addizzjonali fl-istudju dwar il-PEF. Il-valuri li ġejjin għandhom jintużaw f’każ li ma tkun disponibbli l-ebda data aħjar:

(a) 

trasport tal-konsumatur mid-dar sal-post tas-separazzjoni: 1 km bil-karozza tal-passiġġieri;

(b) 

trasport mill-post tal-ġbir sal-metanizzazzjoni: 100 km bit-trakk (>32 t, EURO 4);

(c) 

trasport mill-post tal-ġbir għall-ikkompostjar: 30 km bit-trakk (trakk <7,5 t, EURO 3).

4.4.4.    Oġġetti kapitali – infrastruttura u tagħmir

L-oġġetti kapitali (inkluża l-infrastruttura) u l-EoL tagħhom jenħtieġ li jiġu esklużi, sakemm ma jkunx hemm evidenza minn studji preċedenti li dawn ikunu rilevanti. Jekk jiġu inklużi oġġetti kapitali, ir-rapport dwar il-PEF għandu jinkludi spjegazzjoni ċara u estensiva dwar għaliex ikunu rilevanti, filwaqt li jirrapporta s-suppożizzjonijiet kollha li jkunu saru.

4.4.5.    Ħżin fiċ-ċentru ta’ distribuzzjoni jew tal-bejgħ bl-imnut

L-attivitajiet ta’ ħżin jikkunsmaw enerġija u gassijiet refriġeranti. Għandha tintuża d-data prestabbilita li ġejja, sakemm ma tkunx disponibbli data aħjar.

Konsum tal-enerġija fiċ-ċentru tad-distribuzzjoni: il-konsum tal-enerġija mill-ħżin huwa ta’ 30 kWh/m2·fis-sena u 360 MJ mixtrija (= maħruqin fil-bojler) jew 10 Nm3 ta’ gass naturali/m2·fis-sena (jekk tuża l-valur għal kull Nm3, tinsiex tikkunsidra l-emissjonijiet mill-kombustjoni, mhux biss il-produzzjoni tal-gass naturali). Għaċ-ċentri li fihom sistemi ta’ tkessiħ, l-użu addizzjonali ta’ enerġija għall-ħżin imkessaħ jew iffriżat huwa ta’ 40 kWh/m3·fis-sena (b’suppożizzjoni ta’ għoli ta’ 2 m għall-friġġijiet u l-friżers). Għaċ-ċentri bi ħżin kemm ambjentali kif ukoll imkessaħ: 20 % tal-erja tad-DC tkun imkessħa jew iffriżata. Nota: l-enerġija użata għall-ħżin imkessaħ jew iffriżat hija biss l-enerġija użata biex tinżamm it-temperatura.

Konsum tal-enerġija fil-bejgħ bl-imnut: Konsum ġenerali tal-enerġija ta’ 300 kWh/m2 fis-sena għas-superfiċje kollha tal-bini għandu jitqies bħala l-livell prestabbilit. Għall-bejgħ bl-imnut speċjalizzat fi prodotti mhux tal-ikel/mhux tax-xorb, għandu jitqies konsum ta’ 150 kWh/m2·fis-sena għas-superfiċje kollha tal-bini. Għall-bejgħ bl-imnut speċjalizzat fi prodotti tal-ikel/xorb, għandu jitqies konsum ta’ 400 kWh/m2·fis-sena għas-superfiċje kollha tal-bini flimkien ma’ konsum tal-enerġija għall-ħżin imkessaħ u ffriżat ta’ 1 900 kWh/m2·fis-sena u 2 700 kWh/m2·fis-sena rispettivament (PERIFEM u ADEME, 2014).

Konsum u tnixxijiet ta’ gassijiet refriġeranti fid-DCs b’sistemi ta’ tkessiħ: il-kontenut ta’ gass fil-friġġijiet u l-friżers huwa ta’ 0,29 kg R404A għal kull m2 (Regoli Settorjali marbutin mal-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet għas-settur tal-bejgħ bl-imnut, OEFSR tal-bejgħ bl-imnut ( 28 ). Titqies tnixxija annwali ta’ 10 % (Palandre 2003). Għall-porzjon ta’ gassijiet refriġeranti li jibqgħu fit-tagħmir fi tmiem il-ħajja, 5 % jiġu emessi fi tmiem il-ħajja u l-frazzjoni li jifdal tiġi ttrattata bħala skart perikoluż.

Il-porzjon tal-emissjonijiet u tar-riżorsi emessi jew użati fis-sistemi tal-ħżin biss għandu jiġi allokat lill-prodott maħżun. Din l-allokazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-ispazju (f’m3) u ż-żmien (f’ġimgħat) okkupati mill-prodott maħżun. Għal dan, il-kapaċità totali tal-ħżin tas-sistema għandha tkun magħrufa, u l-volum speċifiku għall-prodott u ż-żmien tal-ħżin għandhom jintużaw biex jiġi kkalkolat il-fattur ta’ allokazzjoni (bħala l-proporzjon bejn il-volum speċifiku għall-prodott*iż-żmien u l-volum tal-kapaċità tal-ħżin*iż-żmien).

DC medju huwa preżunt li jaħżen 60 000 m3 tal-prodott, li minnhom 48 000 m3 għall-ħżin ambjentali u 12 000 m3 għall-ħżin imkessaħ jew iffriżat. Għal 52 ġimgħa ta’ ħżin, għandha tiġi preżunta kapaċità ta’ ħżin totali prestabbilita ta’ 3 120 000 m3*ġimgħat/sena.

Post tal-bejgħ bl-imnut medju huwa preżunt li jaħżen 2 000 m3 ta’ prodotti (jekk wieħed jassumi li 50 % tal-erja tal-bini ta’ 2 000 m2 hija koperta bi xkafef li huma għoljin 2 m) fuq 52 ġimgħa, jiġifieri 104 000 m3 * ġimgħat/sena.

4.4.6.    Proċedura tal-kampjunar

F’xi każijiet, l-utent tal-metodu tal-PEF ikun jeħtieġ proċedura ta’ kampjunar biex jillimita l-ġbir tad-data għal kampjun rappreżentattiv biss ta’ impjanti, azjendi agrikoli, eċċ. L-utent tal-metodu tal-PEF għandu (i) jispeċifika fir-rapport dwar il-PEF jekk ikunx ġie applikat kampjunar, (ii) isegwi r-rekwiżiti deskritti f’din it-taqsima u (iii) jindika liema approċċ intuża.

Eżempji ta’ każijiet meta tista’ tkun meħtieġa l-proċedura ta’ kampjunar huma dawk fejn ikunu involuti diversi siti ta’ produzzjoni fil-produzzjoni tal-istess prodott. Eż. jekk l-istess materja prima/materjal ta’ input ikun ġej minn diversi siti jew jekk l-istess proċess jiġi esternalizzat lil aktar minn sottokuntrattur/fornitur wieħed.

Il-kampjun rappreżentattiv għandu jinkiseb permezz ta’ kampjun stratifikat, jiġifieri wieħed li jiżgura li s-sottopopolazzjonijiet (strata) ta’ popolazzjoni partikolari jkunu rappreżentati b’mod adegwat fil-kampjun kollu ta’ studju ta’ riċerka.

L-użu ta’ kampjun stratifikat jippermetti aktar preċiżjoni minn kampjun aleatorju sempliċi, sakemm is-sottopopolazzjonijiet ikunu ntgħażlu sabiex l-elementi tal-istess sottopopolazzjoni jkunu simili kemm jista’ jkun f’termini tal-karatteristiċi ta’ interess. Barra minn hekk, kampjun stratifikat jiggarantixxi kopertura aħjar tal-popolazzjoni ( 29 ).

Għandha tiġi applikata l-proċedura li ġejja sabiex jintgħażel kampjun rappreżentattiv bħala kampjun stratifikat:

i. 

tiġi definita l-popolazzjoni;

ii. 

jiġu definiti sottopopolazzjonijiet omoġenji (stratifikazzjoni);

iii. 

jiġu definiti s-sottokampjuni fil-livell tas-sottopopolazzjoni;

iv. 

jiġi definit il-kampjun għall-popolazzjoni billi wieħed jibda mid-definizzjoni tas-sottokampjuni fil-livell tas-sottopopolazzjoni.

4.4.6.1.    Kif għandhom jiġu definiti sottopopolazzjonijiet omoġenji (stratifikazzjoni)

L-istratifikazzjoni hija l-proċess tat-tqassim tal-membri tal-popolazzjoni f’sottogruppi omoġenji (sottopopolazzjonijiet) qabel il-kampjunar. Is-sottopopolazzjonijiet jenħtieġ li jkunu reċiprokament esklużivi: kull element fil-popolazzjoni għandu jiġi assenjat lil sottopopolazzjoni waħda biss.

Jeħtieġ li jiġu kkunsidrati l-aspetti li ġejjin fl-identifikazzjoni tas-sottopopolazzjonijiet:

(a) 

id-distribuzzjoni ġeografika tas-siti;

(b) 

it-teknoloġiji/ il-prattiki tal-biedja involuti;

(c) 

il-kapaċità tal-produzzjoni tal-kumpaniji/siti kkunsidrati.

Jistgħu jiżdiedu aspetti addizzjonali li għandhom jiġu kkunsidrati.

L-għadd ta’ sottopopolazzjonijiet għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

Nsp = g * t * c[Ekwazzjoni 1]

— 
Nsp: l-għadd ta’ sottopopolazzjonijiet;
— 
g: l-għadd ta’ pajjiżi li fihom jinsabu s-siti/l-impjanti/l-azjendi agrikoli;
— 
t: l-għadd ta’ teknoloġiji/prattiki tal-biedja;
— 
c: l-għadd ta’ klassijiet ta’ kapaċità tal-kumpaniji;

F’każ li jiġu kkunsidrati aspetti addizzjonali, l-għadd ta’ sottopopolazzjonijiet jiġi kkalkulat bl-użu tal-formula ta’ hawn fuq u l-multiplikazzjoni tar-riżultat bl-għadd ta’ klassijiet identifikati għal kull aspett addizzjonali (eż. dawk is-siti li għandhom fis-seħħ sistema ta’ ġestjoni jew rappurtar ambjentali).

Eżempju 1

Jiġi identifikat l-għadd ta’ sottopopolazzjonijiet għall-popolazzjoni li ġejja:

Minn 350 bidwi li jinsabu fl-istess reġjun fi Spanja, kollha għandhom bejn wieħed u ieħor l-istess produzzjoni annwali u jużaw l-istess tekniki ta’ ħsad.

F’dan il-każ:

g=1

:

il-bdiewa kollha jinsabu fl-istess pajjiż

t=1

:

il-bdiewa kollha jużaw l-istess tekniki ta’ ħsad

c=1

:

il-kapaċità tal-kumpaniji hija kważi l-istess (jiġifieri għandhom l-istess produzzjoni annwali)

Nsp = g * t * c = 1 * 1 * 1 = 1

Sottopopolazzjoni waħda biss tista’ tiġi identifikata bħala li tikkoinċidi mal-popolazzjoni.

Eżempju 2

350 bidwi huma distribwiti fi tliet pajjiżi differenti (100 fi Spanja, 200 fi Franza u 50 fil-Ġermanja). Jintużaw żewġ tekniki ta’ ħsad differenti, u dawn ivarjaw b’mod rilevanti (Spanja: 70 teknika A, 30 teknika B; Franza: 100 teknika A, 100 teknika B; Il-Ġermanja: 50 teknika A). Il-kapaċità tal-bdiewa f’termini ta’ produzzjoni annwali tvarja bejn 10 000 t u 100 000 t. Skont ġudizzju espert / letteratura rilevanti, huwa stmat li l-bdiewa bi produzzjoni annwali ta’ anqas minn 50 000 t huma kompletament differenti f’termini ta’ effiċjenza meta mqabbla mal-bdiewa bi produzzjoni annwali ta’ aktar minn 50 000 t. Abbażi tal-produzzjoni annwali huma definiti żewġ klassijiet ta’ kumpaniji: il-klassi 1, jekk il-produzzjoni tkun anqas minn 50 000 t u l-klassi 2, jekk il-produzzjoni tkun ta’ aktar minn 50 000 t. (Spanja: 80 klassi 1, 20 klassi 2; Franza: 50 klassi 1, 150 klassi 2; Il-Ġermanja: 50 klassi 1).

It-Tabella 6 tinkludi d-dettalji dwar il-popolazzjoni.

Tabella 6

Identifikazzjoni tas-sottopopolazzjoni għall-Eżempju 2

Sottopopolazzjoni

Pajjiż

Teknoloġija

Kapaċità

1

Spanja

100

Teknika A

70

Klassi 1

50

2

Spanja

Teknika A

Klassi 2

20

3

Spanja

Teknika B

30

Klassi 1

30

4

Spanja

Teknika B

Klassi 2

0

5

Franza

200

Teknika A

100

Klassi 1

20

6

Franza

Teknika A

Klassi 2

80

7

Franza

Teknika B

100

Klassi 1

30

8

Franza

Teknika B

Klassi 2

70

9

Il-Ġermanja

50

Teknika A

50

Klassi 1

50

10

Il-Ġermanja

Teknika A

Klassi 2

0

11

Il-Ġermanja

Teknika B

0

Klassi 1

0

12

Il-Ġermanja

Teknika B

Klassi 2

0

F’dan il-każ:

g=3

:

tliet pajjiżi

t=2

:

huma identifikati żewġ tekniki differenti ta’ ħsad

c=2

:

huma identifikati żewġ klassijiet ta’ produzzjoni

Nsp = g * t * c = 3 * 2 * 2 = 12

Huwa possibbli li jiġu identifikati massimu ta’ 12-il sottopopolazzjoni li huma miġburin fil-qosor fit-Tabella 7.

Tabella 7

Sommarju tas-sottopopolazzjoni għall-eżempju 2

Sottopopolazzjoni

Pajjiż

Teknoloġija

Kapaċità

Għadd ta’ kumpaniji fis-sottopopolazzjoni

1

Spanja

Teknika A

Klassi 1

50

2

Spanja

Teknika A

Klassi 2

20

3

Spanja

Teknika B

Klassi 1

30

4

Spanja

Teknika B

Klassi 2

0

5

Franza

Teknika A

Klassi 1

20

6

Franza

Teknika A

Klassi 2

80

7

Franza

Teknika B

Klassi 1

30

8

Franza

Teknika B

Klassi 2

70

9

Il-Ġermanja

Teknika A

Klassi 1

50

10

Il-Ġermanja

Teknika A

Klassi 2

0

11

Il-Ġermanja

Teknika B

Klassi 1

0

12

Il-Ġermanja

Teknika B

Klassi 2

0

4.4.6.2.    Kif għandu jiġi definit id-daqs tas-sottokampjun fil-livell tas-sottopopolazzjoni

Ladarba jkunu ġew identifikati s-sottopopolazzjonijiet, għandu jiġi kkalkulat id-daqs tal-kampjun ta’ kull waħda (id-daqs tas-sottokampjun). Huma possibbli żewġ approċċi alternattivi:

i. 

Abbażi tal-produzzjoni totali tas-sottopopolazzjoni

L-utent tal-metodu tal-PEF għandu jidentifika l-perċentwal tal-produzzjoni li se tkopri kull sottopopolazzjoni. Dan ma għandux ikun anqas minn 50 %, espress fl-unità rilevanti. Dan il-perċentwal jiddetermina d-daqs tal-kampjun fi ħdan is-sottopopolazzjoni.

ii. 

Abbażi tal-għadd ta’ siti/azjendi agrikoli/impjanti involuti fis-sottopopolazzjoni

Id-daqs meħtieġ tas-sottokampjun għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-għerq kwadrat tad-daqs tas-sottopopolazzjoni.

image

— 
nSS: id-daqs meħtieġ tas-sottokampjun
— 
nSP: id-daqs tas-sottopopolazzjoni

L-approċċ magħżul għandu jiġi speċifikat fir-rapport dwar il-PEF. L-istess approċċ għandu jintuża għas-sottopopolazzjonijiet kollha magħżula.

Eżempju

Tabella 8

Eżempju: kif għandu jiġi kkalkulat l-għadd ta’ kumpaniji f’kull sottokampjun

Sottopopolazzjoni

Pajjiż

Teknoloġija

Kapaċità

Għadd ta’ kumpaniji fis-sottopopolazzjoni

Għadd ta’ kumpaniji fil-kampjun (daqs tas-sottokampjun, [nSS])

1

Spanja

Teknika A

Klassi 1

50

7

2

Spanja

Teknika A

Klassi 2

20

5

3

Spanja

Teknika B

Klassi 1

30

6

4

Spanja

Teknika B

Klassi 2

0

0

5

Franza

Teknika A

Klassi 1

20

5

6

Franza

Teknika A

Klassi 2

80

9

7

Franza

Teknika B

Klassi 1

30

6

8

Franza

Teknika B

Klassi 2

70

8

9

Il-Ġermanja

Teknika A

Klassi 1

50

7

10

Il-Ġermanja

Teknika A

Klassi 2

0

0

11

Il-Ġermanja

Teknika B

Klassi 1

0

0

12

Il-Ġermanja

Teknika B

Klassi 2

0

0

4.4.6.3.    Kif għandu jiġi definit il-kampjun għall-popolazzjoni

Il-kampjun rappreżentattiv tal-popolazzjoni jikkorrispondi għas-somma tas-sottokampjuni fil-livell tas-sottopopolazzjoni.

4.4.6.4.    X’għandu jsir f’każ li jkun meħtieġ ittondjar

Jekk ikun meħtieġ ittondjar, għandha tiġi applikata r-regola ġenerali użata fil-matematika:

(a) 

Jekk in-numru li tkun qiegħed tittondja jkun segwit minn 5, 6, 7, 8, jew 9, ittondja n-numru ’l fuq.

(b) 

Jekk in-numru li tkun qiegħed tittondja jkun segwit minn 0, 1, 2, 3, jew 4, ittondja n-numru ’l isfel.

4.4.7.    Rekwiżiti tal-immudellar għall-istadju tal-użu

L-istadju tal-użu spiss jinvolvi diversi proċessi. Għandha ssir distinzjoni bejn (i) proċessi indipendenti mill-prodott u (ii) proċessi dipendenti mill-prodott.

(i) 

Il-proċessi indipendenti mill-prodott ma għandhom l-ebda relazzjoni mal-mod kif jiġi diżinjat jew distribwit il-prodott. L-impatti tal-proċess tal-istadju tal-użu se jibqgħu l-istess għall-prodotti kollha f’din is-(sottokategorija) tal-prodott anki jekk il-produttur jibdel il-karatteristiċi tal-prodott. Għalhekk, huma ma jikkontribwixxu għall-ebda forma ta’ differenzjazzjoni bejn żewġ prodotti jew jistgħu saħansitra jaħbu d-differenza. Eżempji huma: l-użu tal-ħġieġ għax-xorb tal-inbid (meta jitqies li l-prodott ma jiddeterminax differenza fl-użu tal-ħġieġ); il-ħin tal-qali meta jintuża ż-żejt taż-żebbuġa; l-użu tal-enerġija għat-togħlija ta’ litru ilma użat għall-preparazzjoni tal-kafè magħmul minn kafè instantanju bl-ingrossa; u l-magna tal-ħasil użata għal deterġenti qawwijin għall-ħasil tal-ħwejjeġ (oġġett kapitali).

(ii) 

Il-proċessi dipendenti mill-prodott huma determinati jew influwenzati direttament jew indirettament mid-disinn tal-prodott jew huma relatati mal-istruzzjonijiet għall-użu tal-prodott. Dawn il-proċessi jiddependu fuq il-karatteristiċi tal-prodott u għalhekk jgħinu biex jiddifferenzjaw żewġ prodotti. L-istruzzjonijiet kollha pprovduti mill-produttur u diretti lejn il-konsumatur (permezz ta’ tikketti, siti web jew mezzi oħra) għandhom jitqiesu bħala dipendenti mill-prodott. Eżempji ta’ struzzjonijiet huma: l-indikazzjonijiet dwar għal kemm ħin irid jissajjar l-ikel, kemm irid jintuża ilma, jew fil-każ tax-xorb, it-temperatura rakkomandata li jisserva u l-kundizzjonijiet tal-ħżin. Eżempju ta’ proċess dipendenti dirett huwa l-enerġija użata mit-tagħmir elettriku f’kundizzjonijiet normali.

Il-proċessi dipendenti mill-prodott għandhom jiġu inklużi fil-limitu tas-sistema tal-istudju dwar il-PEF. Il-proċessi indipendenti mill-prodott għandhom jiġu esklużi mil-limitu tas-sistema u tista’ tiġi pprovduta informazzjoni kwalitattiva.

Għall-prodotti finali, ir-riżultati tal-LCIA għandhom jiġu rrapportati għal (i) iċ-ċiklu tal-ħajja totali u (ii) iċ-ċiklu tal-ħajja totali eskluż l-istadju tal-użu.

4.4.7.1.    Approċċ ibbażat fuq il-funzjoni ewlenija jew approċċ delta

L-immudellar tal-istadju tal-użu jista’ jsir b’modi differenti. Ħafna drabi l-impatti u l-attivitajiet relatati jiġu mmudellati b’mod sħiħ, pereżempju l-konsum totali tal-elettriku meta tintuża magna tal-kafè, jew il-ħin totali tat-tisjir u l-konsum tal-gass relatat meta jitgħalla l-għaġin. F’dawn il-każijiet, il-proċessi tal-istadju tal-użu biex jinxtorob il-kafè jew biex jittiekel l-għaġin huma relatati mal-funzjoni ewlenija tal-prodott (imsejjaħ “approċċ ibbażat fuq il-funzjoni ewlenija”).

F’xi każijiet, l-użu ta’ prodott jista’ jinfluwenza l-impatt ambjentali ta’ prodott ieħor, kif deskritt fl-eżempji li ġejjin.

(a) 

Cartridge tat-toner ma huwiex “responsabbli” għall-karta li jistampa fuqha. Iżda jekk cartridge tat-toner immanifatturat mill-ġdid jaħdem b’mod anqas effiċjenti u jikkawża aktar telf ta’ karti meta mqabbel ma’ cartridge oriġinali, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat it-telf addizzjonali ta’ karti. F’dak il-każ, it-telf tal-karti huwa proċess dipendenti fuq il-prodott tal-istadju tal-użu ta’ cartridge mmanifatturat mill-ġdid.

(b) 

Il-konsum tal-enerġija matul l-istadju tal-użu tas-sistema tal-batterija/taċ-ċarġer ma huwiex relatat mal-ammont ta’ enerġija maħżuna u rilaxxata mill-batterija. Dan jirreferi biss għat-telf ta’ enerġija f’kull ċiklu ta’ tagħbija, li jista’ jkun ikkawżat mis-sistema tat-tagħbija jew mit-telf intern fil-batterija.

F’dawn il-każijiet, l-attivitajiet u l-proċessi addizzjonali biss jenħtieġ li jiġu allokati għall-prodott (eż. il-karta u l-enerġija għall-cartridge tat-toner immanifatturat mill-ġdid u l-batterija rispettivament). Il-metodu ta’ allokazzjoni jinvolvi t-teħid tal-prodotti assoċjati kollha fis-sistema (f’dan il-każ il-karta u l-enerġija), u l-allokazzjoni tal-konsum żejjed ta’ dawn il-prodotti assoċjati lill-prodott li jkun meqjus responsabbli għal dan l-eċċess. Dan jirrikjedi li jiġi stabbilit ammont ta’ konsum ta’ referenza għal kull prodott assoċjat (eż. ta’ enerġija u materjali), li jirreferi għall-konsum minimu li huwa essenzjali biex tiġi pprovduta l-funzjoni. Il-konsum ’il fuq minn din ir-referenza (id-delta) imbagħad jiġi allokat lill-prodott (imsejjaħ “approċċ Delta”) ( 30 ).

Dan l-approċċ għandu jintuża biss biex jiżdiedu l-impatti u biex jitqies il-konsum addizzjonali ’l fuq mir-referenza. Biex tiġi stabbilita s-sitwazzjoni ta’ referenza, għandhom jiġu kkunsidrati dawn li ġejjin, jekk ikunu disponibbli:

(a) 

ir-regolamenti applikabbli għall-prodott fl-ambitu;

(b) 

l-istandards jew l-istandards armonizzati;

(c) 

ir-rakkomandazzjonijiet mill-manifatturi jew mill-organizzazzjonijiet tal-manifatturi;

(d) 

l-użu ta’ ftehimiet stabbiliti b’kunsens fi gruppi ta’ ħidma speċifiċi għas-settur.

L-utent tal-metodu tal-PEF jista’ jiddeċiedi liema approċċ jittieħed u għandu jiddeskrivi dak applikat fir-rapport dwar il-PEF (l-approċċ ibbażat fuq il-funzjoni ewlenija jew l-approċċ delta).

4.4.7.2.    Immudellar tal-istadju tal-użu

Il-Parti D tal-Anness II tipprovdi data prestabbilita li għandha tintuża biex jiġu mmudellati l-attivitajiet tal-istadju tal-użu. Jekk tkun disponibbli, jenħtieġ li tintuża data aħjar, u din għandha ssir trasparenti u ġġustifikata fir-rapport dwar il-PEF.

4.4.8.    Immudellar tal-kontenut riċiklat u ta’ tmiem il-ħajja

Il-kontenut riċiklat u tmiem il-ħajja għandhom jiġu mmudellati bl-użu tal-formula tal-impronta ċirkolari (CFF) fl-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja fejn isseħħ l-attività. It-taqsimiet li ġejjin jiddeskrivu l-formula u l-parametri li għandhom jintużaw u kif għandhom jiġu applikati għall-prodotti finali u intermedji (Taqsima 4.4.8.12).

4.4.8.1.    Il-formula tal-impronta ċirkolari (CFF)

Il-formula tal-impronta ċirkolari hija kombinazzjoni ta’ “materjal + enerġija + rimi”, jiġifieri:

Ekwazzjoni 3

Il-formula tal-impronta ċirkolari (CFF)

image

Parametri tas-CFF

A

:

il-fattur ta’ allokazzjoni tal-piżijiet u l-krediti bejn il-fornitur u l-utent tal-materjali riċiklati.

B

:

il-fattur ta’ allokazzjoni tal-proċessi ta’ rkupru tal-enerġija. Dan japplika kemm għall-piżijiet kif ukoll għall-krediti.

Qsin:

:

il-kwalità tal-materjal sekondarju li jidħol, jiġifieri l-kwalità tal-materjal riċiklat fil-punt tas-sostituzzjoni.

Qsout

:

il-kwalità tal-materjal sekondarju li joħroġ, jiġifieri l-kwalità tal-materjal riċiklabbli fil-punt tas-sostituzzjoni.

Qp:

:

il-kwalità tal-materjal primarju, jiġifieri l-kwalità tal-materjal verġni.

R1:

:

il-proporzjon ta’ materjal fl-input għall-produzzjoni li ġie rriċiklat minn sistema preċedenti.

R2:

:

il-proporzjon tal-materjal fil-prodott li se jiġi riċiklat (jew użat mill-ġdid) f’sistema sussegwenti. Għalhekk, R2 għandu jqis l-ineffiċjenzi fil-proċessi tal-ġbir u tar-riċiklaġġ (jew tal-użu mill-ġdid). R2 għandu jitkejjel fl-output tal-impjant tar-riċiklaġġ.

R3:

:

il-proporzjon tal-materjal fil-prodott li jintuża għall-irkupru tal-enerġija fl-EoL.

Eriċiklat (Eriċ)

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mill-proċess ta’ riċiklaġġ tal-materjal riċiklat (użat mill-ġdid), inkluż il-proċess tal-ġbir, tas-separazzjoni u tat-trasport.

EriċiklaġġEoL (EriċEoL)

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mill-proċess ta’ riċiklaġġ fl-EoL, inklużi il-proċessi tal-ġbir, tas-separazzjoni u tat-trasport.

Ev:

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mill-akkwist u l-ipproċessar minn qabel ta’ materjal verġni.

E*v:

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mill-akkwist u l-ipproċessar minn qabel ta’ materjal verġni preżunt li jiġi sostitwit b’materjali riċiklabbli.

EER:

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mill-proċess ta’ rkupru tal-enerġija (eż. inċinerazzjoni bl-irkupru tal-enerġija, landfill bl-irkupru tal-enerġija, eċċ.).

ESE,sħana u ESE,elett:

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li kienu jirriżultaw mis-sors speċifiku tal-enerġija ssostitwit, mis-sħana u mill-elettriku rispettivament.

ED

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mir-rimi tal-materjal ta’ skart fl-EoL tal-prodott analizzat, mingħajr l-irkupru tal-enerġija.

XER,sħana u XER,elett:

:

l-effiċjenza tal-proċess ta’ rkupru tal-enerġija kemm għas-sħana kif ukoll għall-elettriku.

LHV

:

valur aktar baxx ta’ tisħin tal-materjal fil-prodott użat għall-irkupru tal-enerġija.

L-utenti tal-metodu tal-PEF għandhom jirrappurtaw il-parametri kollha użati. Il-valuri prestabbiliti għal xi parametri (A, R1, R2, R3 u Qs/Qp għall-imballaġġ) huma disponibbli fil-Parti C tal-Anness II (ara t-taqsimiet li ġejjin għal aktar dettalji): l-utenti tal-metodu tal-PEF għandhom jirreferu għall-verżjoni tal-Parti C tal-Anness II li jkunu qed jużaw ( 31 ).

4.4.8.2.    Il-fattur A

Il-fattur A jalloka l-piżijiet u l-krediti mir-riċiklaġġ u mill-produzzjoni ta’ materjal verġni bejn żewġ ċikli tal-ħajja (jiġifieri dak li jforni u dak li juża l-materjal riċiklat) u għandu l-għan li jirrifletti r-realtajiet tas-suq.

Fattur A ugwali għal 1 jirrifletti approċċ ta’ 100:0 (jiġifieri l-krediti jingħataw biss lill-kontenut riċiklat), filwaqt li fattur A ugwali għal 0 jirrifletti approċċ ta’ 0:100 (jiġifieri l-krediti jingħataw biss lill-materjali riċiklabbli fl-EoL).

Fl-istudji dwar il-PEF, il-valuri tal-fattur A għandhom ikunu fil-medda ta’ 0,2 ≤ A ≤ 0,8, biex dejjem jaqbdu ż-żewġ aspetti tar-riċiklaġġ (il-kontenut riċiklat u r-riċiklabbiltà fl-EoL).

L-ixprun li jiddetermina l-valuri tal-fattur A huwa l-analiżi tas-sitwazzjoni tas-suq. Dan ifisser li:

1) 

A = 0,2 – provvista baxxa ta’ materjali riċiklabbli u domanda għolja: il-formula tiffoka fuq ir-riċiklabbiltà fl-EoL;

2) 

A = 0,8 – provvista għolja ta’ materjali riċiklabbli u domanda baxxa: il-formula tiffoka fuq il-kontenut riċiklat.

3) 

A = 0,5 – ekwilibriju bejn il-provvista u d-domanda: il-formula tiffoka kemm fuq ir-riċiklabbiltà fl-EoL kif ukoll fuq il-kontenut riċiklat.

Valuri A prestabbiliti speċifiċi għall-applikazzjoni u speċifiċi għall-materjal huma disponibbli fil-Parti C tal-Anness II. Għandha tiġi applikata l-proċedura li ġejja (f’ordni ġerarkika) biex jintgħażel il-valur ta’ A li għandu jintuża fi studju dwar il-PEF:

1) 

iċċekkja fil-Parti C tal-Anness II jekk ikunx disponibbli valur A speċifiku għall-applikazzjoni li jkun adattat għall-istudju dwar il-PEF;

2) 

jekk ma jkunx disponibbli valur A speċifiku għall-applikazzjoni, għandu jintuża l-valur A speċifiku għall-materjal fil-Parti C tal-Anness II;

3) 

jekk ma jkunx disponibbli valur A speċifiku għall-materjal, l-utent għandu japplika valur A ta’ 0,5.

4.4.8.3.    Il-fattur B

Il-fattur B jintuża bħala fattur ta’ allokazzjoni tal-proċessi ta’ rkupru tal-enerġija. Dan japplika kemm għall-piżijiet kif ukoll għall-krediti. Il-krediti jirreferu għall-ammont ta’ sħana u elettriku mibjugħa, mhux għall-enerġija totali prodotta, filwaqt li jitqiesu l-varjazzjonijiet rilevanti fuq perjodu ta’ 12-il xahar, eż.

Fl-istudji dwar il-PEF, il-valur B għandu, b’mod prestabbilit, ikun ugwali għal 0, sakemm ma jkunx disponibbli valur xieraq ieħor fil-Parti C tal-Anness II.

Biex jiġi evitat l-għadd doppju bejn is-sistema attwali u dik sussegwenti f’każ ta’ rkupru tal-enerġija, is-sistema sussegwenti għandha timmudella l-użu tal-enerġija proprju tagħha mill-proċessi ta’ rkupru tal-enerġija bħala enerġija primarja (jekk il-valur B ikun ġie stabbilit f’valur li ma jkunx 0 fis-sistema upstream, l-utent tal-metodu tal-PEF għandu jiżgura li ma jseħħ l-ebda għadd doppju).

4.4.8.4.    Il-punt ta’ sostituzzjoni

Huwa neċessarju li jiġi determinat il-punt ta’ sostituzzjoni biex tiġi applikata l-parti “materjali” tal-formula. Il-punt ta’ sostituzzjoni huwa l-punt fil-katina tal-valur fejn materjali sekondarji jissostitwixxu l-materjali primarji.

Il-punt ta’ sostituzzjoni jenħtieġ li jiġi identifikat f’korrispondenza mal-proċess fejn il-flussi tal-input jiġu minn 100 % sorsi primarji u 100 % sorsi sekondarji (il-livell 1 fl-Illustrazzjoni 4). F’xi każijiet, il-punt ta’ sostituzzjoni jista’ jiġi identifikat wara li jkun seħħ xi taħlit ta’ flussi ta’ materjali primarji u sekondarji (il-livell 2 fl- Illustrazzjoni 4).

— 
Punt ta’ sostituzzjoni fil-livell 1: dan jikkorrispondi, pereżempju, għall-punt fejn ir-ruttam tal-metall, il-ħġieġ mormi u l-polpa jiġu miżjuda mal-proċess.
— 
Punt ta’ sostituzzjoni fil-livell 2: dan jikkorrispondi, pereżempju, għall-punt fejn ingotti tal-metall, ħġieġ u karta jiġu miżjuda mal-proċess.

Il-punt ta’ sostituzzjoni f’dan il-livell jista’ jiġi applikat biss jekk is-settijiet tad-data użati għall-immudellar, eż. ta’ Eriċ u Ev, iqisu l-flussi reali (medji) fir-rigward tal-materjal primarju u sekondarju. Pereżempju, jekk Eriċ jikkorrispondi għall-“produzzjoni ta’ 1 t ta’ materjal sekondarju” (ara l-Illustrazzjoni 4) u jkollu input medju ta’ 10 % minn materja prima primarja, l-ammont ta’ materjali primarji, flimkien mal-piżijiet ambjentali tagħhom, għandu jiġi inkluż fis-sett tad-data tal-Eriċ.

Illustrazzjoni 4

Punt ta’ sostituzzjoni fil-livell 1 u fil-livell 2

image

L-Illustrazzjoni 4 hija rappreżentazzjoni skematika ta’ sitwazzjoni ġenerika (il-flussi huma 100 % primarji u 100 % sekondarji). Fil-prattika, f’xi sitwazzjonijiet jista’ jiġi identifikat aktar minn punt wieħed ta’ sostituzzjoni fi stadji differenti fil-katina tal-valur, kif rappreżentat fl- Illustrazzjoni 5, fejn, pereżempju, ir-ruttam ta’ żewġ kwalitajiet differenti jiġi pproċessat fi stadji differenti.

Illustrazzjoni 5

Eżempju ta’ punti ta’ sostituzzjoni fi stadji differenti fil-katina tal-valur.

image

4.4.8.5.    Il-proporzjonijiet tal-kwalità: Qsin/Qp u Qsout/Qp

Fis-CFF jintużaw żewġ proporzjonijiet tal-kwalità, biex titqies il-kwalità kemm tal-materjali riċiklati li jidħlu kif ukoll ta’ dawk li joħorġu: Qsin/Qp u Qsout/Qp.

Huma sottolinjati żewġ każijiet differenti.

(a) 

Jekk Ev=E*v, ikunu meħtieġa ż-żewġ proporzjonijiet tal-kwalità: il-Qsin/Qp assoċjat mal-kontenut riċiklat, u l-Qsout/Qp assoċjat mar-riċiklabbiltà fl-EoL. Il-fatturi tal-kwalità qegħdin hemm biex jaqbdu l-użu mill-ġdid inferjuri ta’ materjal meta mqabbel mal-materjal primarju oriġinali u, f’xi każijiet, jistgħu jaqbdu l-effett ta’ diversi ċirkwiti ta’ riċiklaġġ.

(b) 

Jekk Ev≠E*v, ikun meħtieġ proporzjon wieħed tal-kwalità: il-Qsin/Qp assoċjat mal-kontenut riċiklat. F’dan il-każ, E*v jirreferi għall-unità funzjonali tal-materjal sostitwit f’applikazzjoni speċifika. Pereżempju, il-plastik riċiklat biex jiġi prodott bank immudellat permezz tas-sostituzzjoni tas-siment għandu jqis ukoll il-“kemm”, “għal kemm żmien” u “kemm huwa tajjeb”. Għalhekk, il-parametru E*v jintegra indirettament il-parametru Qsout/Qp, u għalhekk il-parametri Qsout u Qp ma humiex parti mis-CFF.

Il-proporzjonijiet tal-kwalità għandhom jiġu ddeterminati fil-punt ta’ sostituzzjoni u għal kull applikazzjoni jew materjal.

Il-kwantifikazzjoni tal-proporzjonijiet tal-kwalità għandha tkun ibbażata fuq dan li ġej.

(a) 

Aspetti ekonomiċi: jiġifieri l-proporzjon tal-prezz tal-materjali sekondarji meta mqabbel mal-materjali primarji fil-punt ta’ sostituzzjoni. Jekk il-prezz tal-materjali sekondarji jkun ogħla minn dak tal-materjali primarji, il-proporzjonijiet tal-kwalità għandhom jiġu stabbiliti għal 1.

(b) 

Meta l-aspetti ekonomiċi jkunu anqas rilevanti mill-aspetti fiżiċi, jistgħu jintużaw dawn tal-aħħar.

Il-materjali tal-imballaġġ użati mill-industrija spiss ikunu l-istess f’setturi u fi gruppi ta’ prodotti differenti: Il-Parti C tal-Anness II tipprovdi worksheet waħda b’valuri Qsin/Qp u Qsout/Qp applikabbli għall-materjali tal-imballaġġ. Il-kumpanija li twettaq studju dwar il-PEF tista’ tuża valuri differenti, li għandhom ikunu trasparenti u ġġustifikati fir-rapport dwar il-PEF.

4.4.8.6.    Kontenut riċiklat (R1)

Il-valuri R1 applikati għandhom ikunu speċifiċi għall-kumpanija jew sekondarji prestabbiliti (speċifiċi għall-applikazzjoni), skont l-informazzjoni disponibbli għall-kumpanija li twettaq l-istudju dwar il-PEF. Il-valuri R1 sekondarji prestabbiliti (speċifiċi għall-applikazzjoni) huma disponibbli fil-Parti C tal-Anness II. Għandha tiġi applikata l-proċedura li ġejja (f’ordni ġerarkika) biex jintgħażel il-valur ta’ R1 li għandu jintuża fi studju dwar il-PEF.

(a) 

Il-valuri speċifiċi għall-kumpanija għandhom jintużaw jew meta l-proċess jitmexxa mill-kumpanija li tkun qed twettaq l-istudju dwar il-PEF jew meta l-proċess ma jitmexxiex mill-kumpanija li tkun qed twettaq l-istudju dwar il-PEF iżda dik il-kumpanija jkollha aċċess għal informazzjoni speċifika (għall-kumpanija). (Is-Sitwazzjoni 1 u s-Sitwazzjoni 2 tal-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data, ara t-Taqsima 4.6.5.4).

(b) 

Fil-każijiet l-oħra kollha, għandhom jiġu applikati l-valuri R1 sekondarji prestabbiliti tal-Parti C tal-Anness II (speċifiċi għall-applikazzjoni).

(c) 

Meta ma jkun disponibbli l-ebda valur speċifiku għall-applikazzjoni fil-Parti C tal-Anness II, R1 għandu jiġi stabbilit għal 0 % (valuri speċifiċi għall-materjal ibbażati fuq l-istatistika tas-suq tal-provvista ma humiex aċċettati bħala proxy u għalhekk ma għandhomx jintużaw).

Il-valuri R1 applikati għandhom ikunu soġġetti għall-verifika tal-istudju dwar il-PEF.

4.4.8.7.    Linji gwida meta jintużaw valuri R1 speċifiċi għall-kumpanija

Meta jintużaw valuri R1 speċifiċi għall-kumpanija għajr 0, it-traċċabbiltà tul il-katina tal-provvista hija obbligatorja. Għandhom jiġu segwiti l-linji gwida ġenerali li ġejjin:

1) 

l-informazzjoni tal-fornitur (pereżempju permezz tad-dikjarazzjoni tal-konformità jew in-nota tal-konsenja) għandha tinżamm matul l-istadji kollha tal-produzzjoni u tal-konsenja fil-konvertitur;

2) 

ladarba l-materjal jiġi kkonsenjat lill-konvertitur għall-produzzjoni tal-prodotti finali, il-konvertitur għandu jittratta l-informazzjoni permezz tal-proċeduri amministrattivi regolari tiegħu;

3) 

il-konvertitur għall-produzzjoni tal-prodotti finali li jiddikjaraw kontenut riċiklat għandu juri permezz tas-sistema ta’ ġestjoni tiegħu l-perċentwal ta’ materjal ta’ input riċiklat fil-prodott(i) finali rispettiv(i).

4) 

Din id-dimostrazzjoni tal-aħħar għandha tiġi ttrasferita fuq talba lill-persuna li tuża l-prodott finali. Jekk jiġi kkalkulat u rrapportat profil tal-PEF, dan għandu jiġi ddikjarat bħala informazzjoni teknika addizzjonali tal-profil tal-PEF.

5) 

Is-sistemi ta’ traċċabbiltà tal-industrija jew tal-kumpanija jistgħu jiġu applikati sakemm dawn ikopru l-linji gwida ġenerali deskritti hawn fuq. Jekk le, dawn għandhom jiġu ssupplimentati bil-linji gwida ġenerali ta’ hawn fuq.

Għall-industrija tal-imballaġġ, huma rakkomandati l-linji gwida speċifiċi għall-industrija li ġejjin.

1) 

Għall-industrija tal-ħġieġ tal-kontenituri: ir-Regolament tal-Kummissjoni Ewropea Nru 1179/2012. Dan ir-Regolament jitlob dikjarazzjoni ta’ konformità pprovduta mill-produttur tal-ħġieġ mormi.

2) 

Għall-industrija tal-karta: is-Sistema Ewropea ta’ Identifikazzjoni tal-Karta Rkuprata (CEPI – Konfederazzjoni tal-Industriji Ewropej tal-Karta, 2008). Dan id-dokument jippreskrivi regoli u gwida dwar l-informazzjoni u l-passi meħtieġa, b’nota ta’ konsenja li għandha tasal għand l-operatur tal-impjant.

3) 

Għall-kartun tax-xorb, sa issa ma jintuża l-ebda kontenut riċiklat. Jekk ikun meħtieġ, f’dan il-każ għandhom jintużaw l-istess linji gwida użati għall-karta peress li huma l-aktar xierqa (il-kartun tax-xorb huwa kopert minn kategorija ta’ grad ta’ karta rkuprata fil-lista Ewropea ta’ gradi ta’ skart tal-karta, EN643).

4) 

Għall-industrija tal-plastik: Standard EN 15343:2007. Dan l-istandard jippreskrivi regoli u linji gwida dwar it-traċċabbiltà. Il-fornitur tal-materjal riċiklat huwa mitlub jipprovdi informazzjoni speċifika.

4.4.8.8.    Linji gwida dwar kif għandu jiġi ttrattat ir-ruttam qabel il-konsum

Meta jiġi ttrattat ir-ruttam qabel il-konsum, jistgħu jiġu applikati żewġ għażliet.

Għażla 1: l-impatti biex jiġi prodott il-materjal ta’ input li jwassal għar-ruttam ta’ qabel il-konsum inkwistjoni għandhom jiġu allokati lis-sistema tal-prodott li tkun iġġenerat dan ir-ruttam. Ir-ruttam jiġi ddikjarat bħala kontenut riċiklat qabel il-konsum. Il-limiti tal-proċess u r-rekwiżiti tal-immudellar fl-applikazzjoni tas-CFF huma murija fl- Illustrazzjoni 6.

Illustrazzjoni 6

Għażla tal-immudellar meta r-ruttam qabel il-konsum jiġi ddikjarat bħala kontenut riċiklat qabel il-konsum

image

Għażla 2: Kwalunkwe materjal li jiċċirkola f’katina ta’ proċessi jew f’ġabra ta’ ktajjen ta’ proċessi huwa eskluż milli jiġi definit bħala kontenut riċiklat u ma huwiex inkluż fl-R1. Ir-ruttam ma jiġix iddikjarat bħala kontenut riċiklat qabel il-konsum. Il-limiti tal-proċess u r-rekwiżiti tal-immudellar fl-applikazzjoni tas-CFF huma murija fl- Illustrazzjoni 7.

Illustrazzjoni 7

Għażla tal-immudellar meta r-ruttam qabel il-konsum ma jiġix iddikjarat bħala kontenut riċiklat qabel il-konsum

image

4.4.8.9.    Rata tal-output tar-riċiklaġġ (R2)

Il-parametru R2 jirreferi għar-“rata tal-output tar-riċiklaġġ”: L-Illustrazzjoni 8 tipprovdi rappreżentazzjoni viżwali. Ħafna drabi, il-valuri jkunu disponibbli għall-punt 8 ( 32 ) fl- Illustrazzjoni 8, għalhekk dawn il-valuri għandhom jiġu mmodifikati biex jaqblu mar-rata reali tal-output tar-riċiklaġġ (il-punt 10) b’kont meħud tat-telf possibbli tal-proċess. Fl-Illustrazzjoni 8, ir-rata tal-output tar-riċiklaġġ (R2) tikkorrispondi għall-punt 10.

Illustrazzjoni 8

Skema ta’ riċiklaġġ bi ġbir simplifikat ta’ materjal

image

Id-disinn u l-kompożizzjoni ta’ prodott jiddeterminaw jekk il-materjal tiegħu jkunx fil-fatt adattat għar-riċiklaġġ. Għalhekk, qabel ma jintgħażel il-valur R2 xieraq, għandha ssir evalwazzjoni tar-riċiklabbiltà tal-materjal u l-istudju dwar il-PEF għandu jinkludi dikjarazzjoni dwar ir-riċiklabbiltà tal-materjali/prodotti.

Id-dikjarazzjoni dwar ir-riċiklabbiltà għandha tiġi pprovduta flimkien ma’ evalwazzjoni għar-riċiklabbiltà li tinkludi evidenza għat-tliet kriterji li ġejjin (kif deskritt fl-EN ISO 14021:2016, it-Taqsima 7.7.4 “Metodoloġija tal-evalwazzjoni”).

1) 

Is-sistemi tal-ġbir, tas-separazzjoni u tal-konsenja għat-trasferiment tal-materjali mis-sors għall-faċilità ta’ riċiklaġġ huma disponibbli b’mod konvenjenti għal proporzjon raġonevoli tax-xerrejja, tax-xerrejja potenzjali u tal-utenti tal-prodott.

2) 

Jeżistu faċilitajiet ta’ riċiklaġġ biex jakkomodaw il-materjali miġbura;

3) 

Hemm evidenza disponibbli biex turi li l-prodott li għalih tkun qed tiġi ddikjarata r-riċiklabbiltà jkun qed jinġabar u jiġi riċiklat. Għall-fliexken tal-PET, jenħtieġ li jintużaw il-linji gwida tal-Pjattaforma Ewropea għall-Fliexken tal-PET (EPBP) (https://www.epbp.org/design-guidelines), filwaqt li għall-plastik ġeneriku, jenħtieġ li tintuża r-riċiklabbiltà sa mit-tfassil (www.recoup.org).

Jekk kriterju wieħed ma jiġix issodisfat, jew il-linji gwida għar-riċiklabbiltà speċifiċi għas-settur jindikaw riċiklabbiltà limitata, għandu jiġi applikat valur R2 ta’ 0 %. Il-punti (1) u (3) jistgħu jiġu ppruvati permezz ta’ statistika dwar ir-riċiklaġġ, li jenħtieġ li tkun speċifika għall-pajjiż derivata minn assoċjazzjonijiet tal-industrija jew korpi nazzjonali. Tista’ tiġi pprovduta approssimazzjoni għall-evidenza fil-punt (3) billi jiġi applikat, pereżempju, id-disinn għall-evalwazzjoni tar-riċiklabbiltà deskritt fl-EN 13430 Riċiklaġġ tal-materjal (l-Annessi A u B) jew linji gwida oħra dwar ir-riċiklabbiltà speċifiċi għas-settur jekk ikunu disponibbli.

Il-valuri R2 prestabbiliti speċifiċi għall-applikazzjoni huma disponibbli fil-Parti C tal-Anness II. Għandha tiġi segwita l-proċedura li ġejja biex jintgħażel il-valur R2 li għandu jintuża fi studju dwar il-PEF:

(a) 

Għandhom jintużaw il-valuri speċifiċi għall-kumpanija meta jkunu disponibbli, wara li tkun ġiet evalwata r-riċiklabbiltà.

(b) 

Jekk ma jkun disponibbli l-ebda valur speċifiku għall-kumpanija u l-kriterji użati għall-evalwazzjoni tar-riċiklabbiltà jiġu ssodisfati (ara hawn fuq), għandhom jintużaw valuri R2 speċifiċi għall-applikazzjoni billi jintgħażel il-valur xieraq disponibbli fil-Parti C tal-Anness II:

— 
jekk ma jkunx disponibbli valur R2 għal pajjiż speċifiku, f’dak il-każ għandha tintuża l-medja Ewropea;
— 
jekk ma jkunx disponibbli valur R2 għal applikazzjoni speċifika, għandhom jintużaw il-valuri R2 tal-materjal (eż. il-medja tal-materjali);
— 
F’każ li ma jkun hemm l-ebda valur R2 disponibbli, R2 għandu jiġi stabbilit bħala 0.

Innota li jistgħu jiġu pprovduti valuri R2 ġodda lill-Kummissjoni biex jiġu implimentati fil-Parti C tal-Anness II. Il-valuri R2 proposti ġodda (ibbażati fuq statistika ġdida) għandhom jiġu pprovduti flimkien ma’ rapport ta’ studju li jindika s-sorsi u l-kalkoli, u jiġu rieżaminati minn parti terza indipendenti esterna. Il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-valuri l-ġodda jkunux aċċettabbli u jistgħux jiġu implimentati f’verżjoni aġġornata tal-Parti C tal-Anness II. Ladarba l-valuri R2 il-ġodda jiġu integrati fil-Parti C tal-Anness II, dawn jistgħu jintużaw minn kwalunkwe studju dwar il-PEF.

Il-valuri R2 applikati għandhom ikunu soġġetti għal verifika.

4.4.8.10.    Il-valur R3

Il-valur R3 huwa l-proporzjon tal-materjal tal-prodott li jintuża għall-irkupru tal-enerġija fl-EoL. Il-valuri R3 applikati għandhom ikunu speċifiċi għall-kumpanija jew valuri prestabbiliti meħuda mill-Parti C tal-Anness II, skont l-informazzjoni disponibbli għall-kumpanija li twettaq l-istudju dwar il-PEF. Għandha tiġi applikata l-proċedura li ġejja (f’ordni ġerarkika) biex jintgħażel il-valur R3 li għandu jintuża fi studju dwar il-PEF.

(a) 

Il-valuri speċifiċi għall-kumpanija għandhom jintużaw meta l-proċess jitmexxa mill-kumpanija li tkun qed twettaq l-istudju dwar il-PEF jew meta l-proċess ma jitmexxiex mill-kumpanija li tkun qed twettaq l-istudju dwar il-PEF iżda dik il-kumpanija jkollha aċċess għal informazzjoni speċifika (għall-kumpanija) (is-Sitwazzjoni 1 u s-Sitwazzjoni 2 tad-DNM, ara t-Taqsima 4.6.5.4).

(b) 

Fil-każijiet l-oħra kollha, għandhom jiġu applikati l-valuri R3 sekondarji prestabbiliti tal-Parti C tal-Anness II.

(c) 

Meta ma jkun disponibbli l-ebda valur fil-Parti C tal-Anness II, jistgħu jintużaw valuri ġodda għall-R3 (bl-użu ta’ statistika jew sorsi oħra ta’ data) jew għandhom jiġu stabbiliti għal 0 %.

Il-valuri R3 applikati għandhom ikunu soġġetti għal verifika.

4.4.8.11.    Eriċiklat (Eriċ) u EriċiklaġġEoL (EriċEoL)

Eriċ u EriċEoL huma l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mill-proċess ta’ riċiklaġġ tal-materjal riċiklat u fl-EoL, rispettivament. Il-limitu tas-sistema ta’ Eriċ u EriċEoL għandu jqis l-emissjonijiet r-riżorsi kkunsmati kollha mill-ġbir sal-punt definit ta’ sostituzzjoni.

Jekk il-punt ta’ sostituzzjoni jiġi identifikat fil-“livell 2”, Eriċ u EriċEoL għandhom jiġu mmudellati bl-użu tal-flussi reali tal-input. Għalhekk, jekk porzjon mill-flussi tal-input ikun minn materja prima primarja, dan għandu jiġi inkluż fis-settijiet tad-data użati għall-immudellar ta’ Eriċ u EriċEoL.

F’xi każijiet, Eriċ jista’ jikkorrispondi għal EriċEoL, pereżempju, f’każijiet fejn iseħħu ċrieki magħluqa.

4.4.8.12.    E*v

E*v huma l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mill-akkwist u l-ipproċessar minn qabel ta’ materjal verġni preżunt li jiġi sostitwit b’materjali riċiklabbli. Meta E*v prestabbilit ikun ugwali għal Ev, l-utent għandu jassumi li materjal riċiklabbli fl-EoL ikun qed jissostitwixxi l-istess materjal verġni li jkun intuża fin-naħa tal-input biex jiġi prodott il-materjal riċiklabbli.

Meta E*v ikun differenti minn Ev., l-utent għandu jipprovdi evidenza li l-materjal riċiklabbli jkun qed jissostitwixxi materjal verġni differenti minn dak li jipproduċi l-materjal riċiklabbli.

Jekk E*v ≠ Ev, E*v jirrappreżenta l-ammont reali ta’ materjal verġni ssostitwit bil-materjal riċiklabbli. F’każijiet bħal dawn, E*v ma jiġix immultiplikat bi Qsout/Qp, minħabba li dan il-parametru jitqies indirettament meta jiġi kkalkolat l-“ammont reali” ta’ materjal verġni sostitwit. Tali ammont għandu jiġi kkalkolat billi jitqies li l-materjal verġni sostitwit u l-materjal riċiklabbli jissodisfaw l-istess funzjoni f’termini ta’ “għal kemm żmien” u “kemm huwa tajjeb”. E*v għandu jiġi ddeterminat abbażi ta’ evidenza tas-sostituzzjoni reali tal-materjal verġni magħżul.

4.4.8.13.    Kif għandha tiġi applikata l-formula għall-prodotti intermedji (studji “mill-benniena sal-grada”)

Fi studji dwar il-PEF “mill-benniena sal-grada”, il-parametri relatati mal-EoL tal-prodott (jiġifieri r-riċiklabbiltà fl-EoL, l-irkupru tal-enerġija, ir-rimi) ma għandhomx jitqiesu.

Jekk il-formula tiġi applikata fl-istudji dwar il-PEF għall-prodotti intermedji (studji “mill-benniena sal-grada”), l-utent tal-istudju dwar il-PEF għandu:

1) 

juża l-Ekwazzjoni 3 (is-CFF);

2) 

jeskludi l-EoL billi jissettja l-parametri R2, R3, u Ed ugwali għal 0, għall-prodotti fl-ambitu;

3) 

juża u jirrapporta r-riżultati b’żewġ valuri A għall-prodott fl-ambitu:

(a) 

Issettjar ta’ A = 1: għandu jintuża bħala l-valur prestabbilit fil-kalkolu tal-profil tal-PEF. Dan il-valur japplika biss għall-kontenut riċiklat tal-prodott fl-ambitu. L-għan ta’ dan l-issettjar huwa li jippermetti li l-analiżi tal-hotspots tkun iffokata fuq is-sistema reali.

(b) 

Issettjar ta’ A = il-valuri prestabbiliti speċifiċi għall-applikazzjoni jew għall-materjal: dawn ir-riżultati għandhom jiġu rrapportati bħala “informazzjoni teknika addizzjonali” u jintużaw meta jinħolqu settijiet tad-data konformi mal-EF. L-għan ta’ dan l-issettjar huwa li jippermetti li jintuża l-valur A korrett meta s-sett tad-data jintuża f’immudellar futur.

It-Tabella 9 tipprovdi sommarju dwar kif għandha tiġi applikata s-CFF, skont studju li jiffoka fuq prodotti finali, jew prodotti intermedji.

Tabella 9

Tabella sommarju dwar kif għandha tiġi applikata s-CFF f’sitwazzjonijiet differenti

Valur A

Prodotti finali

Prodotti intermedji

A = 1

-

għandha (hotspot u profil tal-PEF)

A = prestabbilit

għandha

għandha (informazzjoni teknika addizzjonali u sett tad-data konformi mal-EF)

4.4.8.14.    Kif għandhom jiġu ttrattati aspetti speċifiċi

Irkupru tal-irmied tal-qiegħ jew tal-gagazza mill-inċinerazzjoni

L-irkupru tal-irmied tal-qiegħ jew tal-gagazza għandu jiġi inkluż fil-valur R2 (ir-rata tal-output tar-riċiklaġġ) tal-prodott/materjal oriġinali. It-trattament tagħhom jinsab fi ħdan l-EriċEoL.

Rimi f’landfills u inċinerazzjoni bl-irkupru tal-enerġija

Kull meta proċess, bħar-rimi f’landfills bl-irkupru tal-enerġija jew l-inċinerazzjoni ta’ skart solidu muniċipali bl-irkupru tal-enerġija, iwassal għall-irkupru tal-enerġija, dan għandu jiġi mmudellat taħt il-parti tal-“enerġija” fl-Ekwazzjoni 3 (CFF). Il-kreditu jiġi kkalkolat abbażi tal-ammont ta’ enerġija tal-output li jintuża barra mill-proċess.

Skart solidu muniċipali

Il-Parti C tal-Anness II fiha valuri prestabbiliti għal kull pajjiż li għandhom jintużaw biex jiġi kkwantifikat is-sehem li jmur għar-rimi f’landfills u s-sehem li jmur għall-inċinerazzjoni, sakemm ma jkunux disponibbli valuri speċifiċi għall-katina tal-provvista.

Kompost u diġestjoni anaerobika/trattament tad-drenaġġ

Il-kompost, inkluż id-diġestat li joħroġ mid-diġestjoni anaerobika, għandu jiġi ttrattat fil-parti tal-“materjal” (Ekwazzjoni 3) bħar-riċiklaġġ b’A = 0,5. Il-parti enerġetika tad-diġestjoni anaerobika għandha tiġi ttrattata bħala proċess normali ta’ rkupru tal-enerġija taħt il-parti tal-“enerġija”

tal-Ekwazzjoni 3 (CFF).

Materjali ta’ skart użati bħala fjuwil

Meta l-materjal ta’ skart jintuża bħala fjuwil (eż. skart tal-plastik użat bħala fjuwil fil-fran tas-siment), dan għandu jiġi ttrattat bħala proċess ta’ rkupru tal-enerġija taħt il-parti tal-“enerġija”

tal-Ekwazzjoni 3(CFF).

Immudellar ta’ prodotti kumplessi

Meta jitqiesu prodotti kumplessi (eż. ċirkwiti stampati) b’ġestjoni kumplessa tal-EoL, is-settijiet tad-data prestabbiliti għall-proċessi ta’ trattament tal-EoL diġà jistgħu jimplimentaw is-CFF. Il-valuri prestabbiliti tal-parametri għandhom jirreferu għal dawk fil-Parti C tal-Anness II u għandhom ikunu disponibbli bħala informazzjoni dwar il-metadata fis-sett tad-data. Il-lista tal-materjali (BoM) jenħtieġ li tittieħed bħala punt tat-tluq għall-kalkoli jekk ma tkun disponibbli l-ebda data prestabbilita.

Użu mill-ġdid u rinnovazzjoni

Jekk l-użu mill-ġdid/ir-rinnovazzjoni ta’ prodott jirriżultaw fi prodott bi speċifikazzjonijiet differenti tal-prodott (li jipprovdi funzjoni oħra), dan għandu jitqies bħala parti mis-CFF, bħala forma ta’ riċiklaġġ. Il-partijiet il-qodma li jkunu nbidlu matul ir-rinnovazzjoni għandhom jiġu mmudellati taħt is-CFF.

F’dan il-każ, l-attivitajiet ta’ użu mill-ġdid/rinnovazzjoni jaqgħu taħt il-parametru EriċEoL, filwaqt li l-funzjoni alternattiva pprovduta (jew il-produzzjoni evitata ta’ partijiet jew komponenti) taqa’ taħt il-parametru E*v.

4.4.9.    Ħajja estiża tal-prodott

L-estensjoni tal-ħajja ta’ prodott minħabba l-użu mill-ġdid jew ir-rinnovazzjoni tista’ tirriżulta f’dan li ġej.

1. 

Prodott bl-ispeċifikazzjonijiet oriġinali tal-prodott (li jipprovdi l-istess funzjoni).

F’din is-sitwazzjoni, it-tul tal-ħajja tal-prodott jiġi estiż għal prodott bl-ispeċifikazzjonijiet oriġinali tal-prodott (li jipprovdi l-istess funzjoni) u għandu jiġi inkluż fl-FU u fil-fluss ta’ referenza. L-utent tal-metodu tal-PEF għandu jiddeskrivi kif l-użu mill-ġdid jew ir-rinnovazzjoni jkunu inklużi fil-kalkolu tal-fluss ta’ referenza u l-mudell taċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ, b’kont meħud ta’ “għal kemm żmien” tal-FU.

2. 

Prodott bi speċifikazzjonijiet differenti tal-prodott (li jipprovdi funzjoni oħra).

Dan għandu jitqies bħala parti mis-CFF, bħala forma ta’ riċiklaġġ (ara t-Taqsima 4.4.8.13 Kif għandha tiġi applikata l-formula għall-prodotti intermedji (studji “mill-benniena sal-grada”)). Barra minn hekk, il-partijiet il-qodma li jkunu nbidlu matul ir-rinnovazzjoni għandhom jiġu mmudellati taħt is-CFF.

4.4.9.1.    Rati ta’ użu mill-ġdid (is-sitwazzjoni 1 fit-Taqsima 4.4.9)

Ir-rata ta’ użu mill-ġdid hija l-għadd ta’ drabi li materjal jintuża fil-fabbrika. Din spiss tissejjaħ ukoll ir-rati tal-vjaġġi, iż-żmien tal-użu mill-ġdid jew l-għadd ta’ rotazzjonijiet. Din tista’ tiġi espressa bħala l-għadd assolut ta’ użu mill-ġdid jew bħala % tar-rata ta’ użu mill-ġdid.

Pereżempju: rata ta’ użu mill-ġdid ta’ 80 % hija ugwali għal 5 użi mill-ġdid. L-Ekwazzjoni 4 tiddeskrivi l-konverżjoni:

image

L-għadd ta’ użi mill-ġdid applikat hawnhekk jirreferi għall-għadd totali ta’ użi matul il-ħajja tal-materjal. Dan jinkludi kemm l-ewwel użu kif ukoll l-użi mill-ġdid kollha ta’ wara.

4.4.9.2    Kif għandha tiġi applikata u mmudellata r-“rata ta’ użu mill-ġdid” (is-sitwazzjoni 1 fit-Taqsima 4.4.9)

L-għadd ta’ drabi li materjal jerġa’ jintuża jaffettwa l-profil ambjentali tal-prodott fi stadji differenti taċ-ċiklu tal-ħajja. Il-ħames passi li ġejjin jispjegaw kif l-utent għandu jimmudella l-istadji differenti taċ-ċiklu tal-ħajja b’materjali li jistgħu jerġgħu jintużaw, bl-użu tal-imballaġġ bħala eżempju.

1. 

Akkwist tal-materja prima: ir-rata ta’ użu mill-ġdid tiddetermina l-kwantità ta’ materjal tal-imballaġġ li jiġi kkunsmat għal kull prodott mibjugħ. Il-konsum tal-materja prima għandu jiġi kkalkolat billi l-piż reali tal-imballaġġ jiġi diviż bl-għadd ta’ drabi li dan l-imballaġġ jerġa’ jintuża. Pereżempju, flixkun tal-ħġieġ ta’ 1 l jiżen 600 gramma u jerġa’ jintuża 10 darbiet (rata ta’ użu mill-ġdid ta’ 90 %). L-użu tal-materja prima għal kull litru huwa ta’ 60 gramma (= 600 gramma għal kull flixkun / 10 użi mill-ġdid).

2. 

Trasport mill-manifattur tal-imballaġġ għall-fabbrika tal-prodott (fejn jiġu ppakkjati l-prodotti): Ir-rata ta’ użu mill-ġdid tiddetermina l-kwantità ta’ trasport li tkun meħtieġa għal kull prodott mibjugħ. L-impatt tat-trasport għandu jiġi kkalkulat billi l-impatt tal-vjaġġ f’direzzjoni waħda jiġi diviż bl-għadd ta’ drabi li l-imballaġġ jerġa’ jintuża.

3. 

Trasport mill-fabbrika tal-prodott għall-klijent finali u lura: minbarra t-trasport meħtieġ biex tmur għand il-klijent, għandu jitqies ukoll it-trasport ta’ ritorn. Għall-immudellar tat-trasport totali, ara t-Taqsima 4.4.3 dwar l-immudellar tat-trasport.

4. 

Fil-fabbrika tal-prodott: ladarba l-imballaġġ vojt jiġi rritornat fil-fabbrika tal-prodott, għandu jitqies l-użu tal-enerġija u tar-riżorsi fir-rigward tat-tindif, it-tiswija jew il-mili mill-ġdid (jekk applikabbli).

5. 

EoL tal-imballaġġ: ir-rata ta’ użu mill-ġdid tiddetermina l-kwantità ta’ materjal tal-imballaġġ (għal kull prodott mibjugħ) li għandu jiġi ttrattat fl-EoL. L-ammont ta’ imballaġġ ittrattat fl-EoL għandu jiġi kkalkulat billi l-piż reali tal-imballaġġ jiġi diviż bl-għadd ta’ drabi li jkun intuża mill-ġdid.

4.4.9.3.    Rati ta’ użu mill-ġdid tal-imballaġġ

Sistema ta’ ritorn tal-imballaġġ tiġi organizzata minn:

1. 

il-kumpanija proprjetarja tal-materjal tal-imballaġġ (aggregazzjonijiet tal-kumpanija); jew

2. 

parti terza, eż. il-gvern jew aggregatur (aggregazzjonijiet operati minn parti terza).

Dan jista’ jaffettwa l-ħajja tal-materjal kif ukoll is-sors tad-data li għandu jintuża. Għalhekk, huwa importanti li dawn iż-żewġ sistemi ta’ ritorn jiġu sseparati.

Għall-aggregazzjonijiet ta’ imballaġġ tal-kumpanija, ir-rata ta’ użu mill-ġdid għandha tiġi kkalkolata bl-użu ta’ data speċifika għall-katina tal-provvista. Skont id-data disponibbli fi ħdan il-kumpanija, jistgħu jintużaw żewġ approċċi differenti ta’ kalkolu (ara l-għażla “a” u l-għażla “b” hawn taħt). Il-fliexken tal-ħġieġ li jistgħu jiġu ritornati qed jintużaw bħala eżempju iżda l-kalkoli japplikaw ukoll għal imballaġġ ieħor tal-kumpanija li jista’ jerġa’ jintuża.

Għażla “a”: tintuża data speċifika għall-katina tal-provvista, ibbażata fuq l-esperjenza akkumulata matul il-ħajja tal-aggregazzjoni preċedenti ta’ fliexken tal-ħġieġ. Dan huwa l-aktar mod preċiż biex tiġi kkalkolata r-rata ta’ użu mill-ġdid tal-fliexken għall-aggregazzjoni tal-fliexken preċedenti u huwa stima xierqa għall-aggregazzjoni tal-fliexken attwali. Tinġabar id-data speċifika għall-katina tal-provvista li ġejja.

1. 

L-għadd ta’ fliexken mimlija matul il-ħajja tal-aggregazzjoni tal-fliexken (#Fi)

2. 

L-għadd ta’ fliexken fl-istokk inizjali flimkien ma’ dawk mixtrija tul il-ħajja tal-aggregazzjoni tal-fliexken (#B)

image

image

Din l-għażla ta’ kalkolu għandha tintuża:

(i) 

B’data mill-aggregazzjoni tal-fliexken preċedenti meta l-aggregazzjoni tal-fliexken preċedenti u attwali jkunu komparabbli, jiġifieri, l-istess kategorija ta’ prodotti, karatteristiċi simili tal-fliexken (eż. id-daqs), sistemi ta’ ritorn komparabbli (eż. il-metodi ta’ ġbir, l-istess grupp ta’ konsumaturi u ħwienet), eċċ.

(ii) 

B’data mill-aggregazzjoni tal-fliexken attwali meta jkunu disponibbli stimi/estrapolazzjonijiet futuri dwar (i) ix-xiri tal-fliexken, (ii) il-volumi mibjugħa, u (iii) il-ħajja tal-aggregazzjoni tal-fliexken.

Id-data għandha tkun speċifika għall-katina tal-provvista u għandha tiġi vverifikata matul il-proċess ta’ verifika u ta’ validazzjoni, inkluż ir-raġunament għall-għażla tal-metodu.

Għażla “b”: Jekk ma tiġi traċċata l-ebda data reali, il-kalkolu għandu jsir parzjalment abbażi ta’ suppożizzjonijiet. Din l-għażla hija anqas preċiża minħabba s-suppożizzjonijiet magħmula u għalhekk għandhom jintużaw stimi konservattivi/sikuri. Hija meħtieġa d-data li ġejja.

1. 

L-għadd medju ta’ rotazzjonijiet ta’ flixkun wieħed, matul sena kalendarja waħda (jekk ma jinkisirx). Ċirku wieħed jikkonsisti fil-mili, il-konsenja, l-użu u r-ritorn lill-kumpanija għall-ħasil (#Rot).

2. 

Il-ħajja stmata tal-aggregazzjoni tal-fliexken (LT, fi snin).

3. 

Il-perċentwal medju ta’ telf għal kull rotazzjoni. Dan jirreferi għas-somma tat-telf fl-istadju tal-konsumatur u l-fliexken mormija fis-siti tal-mili (%Los).

image

Din l-għażla ta’ kalkolu għandha tintuża meta l-għażla “a” ma tkunx applikabbli (eż. l-aggregazzjoni preċedenti ma tkunx tista’ tintuża bħala referenza). Id-data użata għandha tiġi vverifikata matul il-proċess ta’ verifika u ta’ validazzjoni, inkluża r-raġuni għall-għażla bejn l-għażla “a” u l-għażla “b”.

4.4.9.4    Rati medji ta’ użu mill-ġdid għal aggregazzjonijiet li jkunu tal-kumpanija

L-istudji dwar il-PEF li jkollhom aggregazzjonijiet ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża tal-kumpanija fl-ambitu għandhom jużaw rati ta’ użu mill-ġdid speċifiċi għall-kumpanija, ikkalkulati skont ir-regoli deskritti fit-Taqsima 4.4.9.3.

4.4.9.5    Rati medji ta’ użu mill-ġdid għal aggregazzjonijiet operati minn partijiet terzi

Ir-rati ta’ użu mill-ġdid li ġejjin għandhom jintużaw f’dawk l-istudji dwar il-PEF li jkollhom aggregazzjonijiet ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża operati minn partijiet terzi fl-ambitu, sakemm ma tkunx disponibbli data ta’ kwalità aħjar:

a) 

fliexken tal-ħġieġ: 30 vjaġġ għall-birra u l-ilma, 5 vjaġġi għall-inbid ( 33 );

b) 

kaxxi tal-plastik għall-fliexken: 30 vjaġġ ( 34 );

c) 

palits tal-plastik: 50 vjaġġ (Nederlands Instituut voor Bouwbiologie en Ecologie, 2014) ( 35 );

d) 

palits tal-injam: 25 vjaġġ (Nederlands Instituut voor Bouwbiologie en Ecologie, 2014) ( 36 ).

L-utent tal-metodu tal-PEF jista’ juża valuri oħra jekk ikunu ġġustifikati u jiġu pprovduti s-sorsi tad-data.

L-utent tal-metodu tal-PEF għandu jindika jekk l-aggregazzjonijiet tal-kumpanija jew l-aggregazzjonijiet operati minn partijiet terzi kinux fl-ambitu u liema metodu ta’ kalkolu jew rati prestabbiliti ta’ użu mill-ġdid intużaw.

4.4.10    Emissjonijiet u assorbimenti ta’ gassijiet serra

Il-metodu tal-PEF jiddistingwi tliet kategoriji ewlenin ta’ emissjonijiet u assorbimenti ta’ gassijiet serra (GHG), li kull waħda minnhom tikkontribwixxi għal-livelli f’subkategorija speċifika fi ħdan il-kategorija tal-impatt tat-“tibdil fil-klima”:

1. 

emissjonijiet u assorbimenti ta’ gassijiet serra fossili (li jikkontribwixxu għas-subkategorija “Tibdil fil-klima – fossili”);

2. 

emissjonijiet u assorbimenti ta’ karbonju bijoġeniku (li jikkontribwixxu għas-subkategorija “Tibdil fil-klima – bijoġeniku”);

3. 

emissjonijiet tal-karbonju mill-użu tal-art u mit-tibdil fl-użu tal-art (li jikkontribwixxu għas-subkategorija “Tibdil fil-klima – użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art”).

Attwalment, il-krediti assoċjati mal-ħżin temporanju u permanenti tal-karbonju u/jew mal-emissjonijiet posposti ma għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tal-indikatur tat-tibdil fil-klima. Dan ifisser li l-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha għandhom jitqiesu bħala emessi “issa”, u ma hemm l-ebda tnaqqis tal-emissjonijiet maż-żmien (f’konformità mal-EN ISO 14067:2018). Se jitqiesu l-iżviluppi sabiex il-metodu jinżamm aġġornat b’evidenza xjentifika u b’kunsens ibbażat fuq l-esperti.

Is-subkategoriji “tibdil fil-klima – fossili”, “tibdil fil-klima – bijoġeniku” u “tibdil fil-klima - użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art”, għandhom jiġu rrappurtati separatament jekk juru kontribut ta’ aktar minn 5 % ( 37 ) kull wieħed għall-punteġġ totali tat-tibdil fil-klima.

4.4.10.1    Subkategorija 1: Tibdil fil-klima – fossili

Din il-kategorija tkopri l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kwalunkwe mezz li joriġinaw mill-ossidazzjoni u/jew mit-tnaqqis tal-fjuwils fossili permezz tat-trasformazzjoni jew id-degradazzjoni tagħhom (eż. kombustjoni, diġestjoni, rimi f’landfills, eċċ.). Din il-kategorija tal-impatt tinkludi l-emissjonijiet mill-pit (użat bħala fjuwil) u l-kalċinazzjoni, u l-assorbimenti minħabba l-karbonazzjoni.

L-assorbiment ta’ CO2 fossili u l-emissjonijiet korrispondenti (eż. minħabba l-karbonazzjoni) għandhom jiġu mmudellati b’mod simplifikat meta jiġi kkalkulat il-profil tal-PEF (jiġifieri ma għandhom jiġu mmudellati l-ebda emissjonijiet jew assorbimenti). Meta jkun meħtieġ għarfien dwar l-ammont ta’ assorbiment ta’ CO2 fossili għal informazzjoni ambjentali addizzjonali, l-assorbiment tas-CO2 jista’ jiġi mmudellat bil-fluss “diossidu tal-karbonju (fossili), riżorsi mill-arja”.

Il-flussi li jaqgħu taħt din id-definizzjoni għandhom jiġu mmudellati b’mod konsistenti mal-flussi elementari fil-pakkett ta’ referenza tal-EF l-aktar aġġornat u jintużaw ismijiet li jispiċċaw b’“(fossili)”, jekk ikunu disponibbli (eż “diossidu tal-karbonju (fossili)” u “metan (fossili)”).

4.4.10.2    Subkategorija 2: Tibdil fil-klima – bijoġeniku

Din is-subkategorija tkopri (i) l-emissjonijiet tal-karbonju fl-arja (CO2, CO u CH4) li joriġinaw mill-ossidazzjoni u/jew mit-tnaqqis tal-bijomassa ta’ fuq l-art permezz tat-trasformazzjoni jew id-degradazzjoni tagħha (eż. kombustjoni, diġestjoni, kompostjar, rimi f’landfills), u (ii) l-assorbiment ta’ CO2 mill-atmosfera permezz tal-fotosinteżi matul it-tkabbir tal-bijomassa, jiġifieri li jikkorrispondi għall-kontenut ta’ karbonju tal-prodotti, tal-bijofjuwils jew tar-residwi tal-pjanti ’l fuq mill-art bħall-weraq u l-injam mejjet. L-iskambji tal-karbonju minn foresti indiġeni ( 38 ) għandhom jiġu mmudellati taħt is-subkategorija 3 (inklużi l-emissjonijiet konnessi fil-ħamrija, il-prodotti derivati jew ir-residwi).

Rekwiżiti tal-immudellar: il-flussi li jaqgħu taħt din id-definizzjoni għandhom jiġu mmudellati b’mod konsistenti mal-flussi elementari fil-verżjoni l-aktar reċenti tal-pakkett tal-EF u jintużaw ismijiet tal-flussi li jispiċċaw b’“(bijoġeniku)”. L-allokazzjoni tal-massa għandha tiġi applikata biex jiġu mmudellati l-flussi tal-karbonju bijoġeniku.

Approċċ ta’ mmudellar simplifikat jenħtieġ li jintuża biss jekk jiġu mmudellati l-flussi li jinfluwenzaw ir-riżultati tal-impatt fuq it-tibdil fil-klima (jiġifieri l-emissjonijiet tal-metan bijoġeniku). Din l-għażla tista’ tapplika, pereżempju, għall-istudji dwar il-PEF tal-ikel billi tevita l-immudellar tad-diġestjoni tal-bniedem filwaqt li eventwalment tasal għal bilanċ ta’ żero. F’dan il-każ, japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(i) 

tiġi mmudellata biss l-emissjoni “metan (bijoġeniku)”;

(ii) 

ma jiġu mmudellati l-ebda emissjonijiet u assorbimenti bijoġeniċi oħra mill-atmosfera;

(iii) 

jekk l-emissjonijiet tal-metan ikunu kemm fossili kif ukoll bijoġeniċi, ir-rilaxx tal-metan bijoġeniku għandu jiġi mmudellat l-ewwel, segwit mill-metan fossili li jifdal.

Għall-prodotti intermedji (mill-benniena sal-grada), il-kontenut tal-karbonju bijoġeniku fil-grada tal-fabbrika (kontenut fiżiku) għandu dejjem jiġi rrapportat bħala “informazzjoni teknika addizzjonali”.

4.4.10.3    Subkategorija 3: Tibdil fil-klima – użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art (LULUC)

Din is-subkategorija tqis l-assorbimenti u l-emissjonijiet tal-karbonju (CO2, CO u CH4) li joriġinaw minn bidliet fil-ħażna ta’ karbonju kkawżati mit-tibdil fl-użu tal-art u mill-użu tal-art. Din is-subkategorija tinkludi skambji tal-karbonju bijoġeniku mid-deforestazzjoni, mill-kostruzzjoni tat-toroq jew minn attivitajiet oħra tal-ħamrija (inklużi l-emissjonijiet tal-karbonju fil-ħamrija). Għall-foresti indiġeni, l-emissjonijiet tas-CO2 relatati kollha huma inklużi u mmudellati taħt din is-subkategorija (inklużi l-emissjonijiet konnessi fil-ħamrija, il-prodotti derivati mill-foresti indiġeni ( 39 ) u r-residwi), filwaqt li l-assorbiment tas-CO2 tagħhom huwa eskluż.

Trid issir distinzjoni bejn it-tibdil dirett u dak indirett fl-użu tal-art. It-tibdil dirett fl-użu tal-art iseħħ bħala riżultat ta’ trasformazzjoni minn tip ta’ użu tal-art għal tip ieħor, li sseħħ f’biċċa partikolari/ċerta biċċa tal-kopertura tal-art, li possibbilment twassal għal bidliet fil-ħażna ta’ karbonju ta’ dik il-biċċa speċifika ta’ art, iżda mhux f’sistemi oħra. Eżempji ta’ tibdil dirett fl-użu tal-art huma l-konverżjoni ta’ art użata għat-tkabbir tal-għelejjel għall-użu industrijali jew il-konverżjoni minn art forestali għal art tal-għelejjel.

It-tibdil indirett fl-użu tal-art iseħħ meta ċertu tibdil fl-użu tal-art, jew fl-użu tal-materja prima mkabbra fuq biċċa art partikolari, jikkawża tibdil fl-użu tal-art barra l-limitu tas-sistema, jiġifieri f’tipi oħra ta’ użu tal-art. Il-metodu tal-PEF iqis biss it-tibdil dirett fl-użu tal-art, filwaqt li t-tibdil indirett fl-użu tal-art, minħabba n-nuqqas ta’ metodoloġija maqbula, ma għandux jitqies fl-istudji dwar il-PEF. It-tibdil indirett fl-użu tal-art jista’ jiġi inkluż taħt informazzjoni ambjentali addizzjonali.

Rekwiżiti tal-immudellar: il-flussi li jaqgħu taħt din id-definizzjoni għandhom jiġu mmudellati b’mod konsistenti mal-flussi elementari fil-verżjoni l-aktar reċenti tal-pakkett tal-EF u jintużaw ismijiet tal-flussi li jispiċċaw b’“(tibdil fl-użu tal-art)”. L-assorbimenti u l-emissjonijiet tal-karbonju bijoġeniku għandhom jiddaħħlu fl-inventarju separatament għal kull fluss elementari. Għat-tibdil fl-użu tal-art: l-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha tal-karbonju għandhom jiġu mmudellati skont il-linji gwida dwar l-immudellar tal-PAS 2050:2011 (BSI 2011) u d-dokument supplimentari PAS2050-1:2012 (BSI 2012) għall-prodotti ortikulturali.

Kwotazzjoni mill-PAS 2050:2011 (BSI 2011):

“Jistgħu jirriżultaw emissjonijiet kbar ta’ gassijiet serra bħala konsegwenza tat-tibdil fl-użu tal-art. Normalment ma jseħħux assorbimenti bħala riżultat dirett tat-tibdil fl-użu tal-art (u mhux bħala riżultat ta’ prattiki ta’ ġestjoni fit-tul), għalkemm huwa rikonoxxut li dan jista’ jseħħ f’ċirkostanzi speċifiċi. Eżempji ta’ tibdil dirett fl-użu tal-art huma l-konverżjoni ta’ art użata għat-tkabbir tal-għelejjel għall-użu industrijali jew il-konverżjoni minn art forestali għal art tal-għelejjel. Għandhom jiġu inklużi l-forom kollha ta’ tibdil fl-użu tal-art li jirriżultaw f’emissjonijiet jew f’assorbimenti. It-tibdil indirett fl-użu tal-art jirreferi għal tali konverżjonijiet tal-użu tal-art bħala konsegwenza ta’ bidliet fl-użu tal-art xi mkien ieħor. Filwaqt li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jirriżultaw ukoll minn tibdil indirett fl-użu tal-art, il-metodi u r-rekwiżiti tad-data għall-kalkolu ta’ dawn l-emissjonijiet ma humiex żviluppati b’mod sħiħ. Għalhekk, il-valutazzjoni tal-emissjonijiet li jirriżultaw mit-tibdil indirett fl-użu tal-art ma hijiex inkluża.

L-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mit-tibdil dirett fl-użu tal-art għandhom jiġu valutati għal kwalunkwe input għaċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott li joriġina minn dik l-art u għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. L-emissjonijiet li jirriżultaw mill-prodott għandhom jiġu vvalutati abbażi tal-valuri prestabbiliti tat-tibdil fl-użu tal-art ipprovduti fl-Anness C tal-PAS 2050:2011, sakemm ma tkunx disponibbli data aħjar. Għall-pajjiżi u t-tibdil fl-użu tal-art mhux inklużi f’dan l-Anness, l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-prodott għandhom jiġu vvalutati bl-użu tal-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra inklużi li jseħħu b’riżultat tat-tibdil dirett fl-użu tal-art f’konformità mat-taqsimiet rilevanti tal-IPCC (2006). Il-valutazzjoni tal-impatt tat-tibdil fl-użu tal-art għandha tinkludi t-tibdil dirett kollu fl-użu tal-art li jseħħ mhux aktar minn 20 sena, jew perjodu ta’ ħsad wieħed, qabel ma ssir il-valutazzjoni (skont liema jkun l-itwal). L-emissjonijiet u l-assorbimenti totali ta’ gassijiet serra li jirriżultaw mit-tibdil dirett fl-użu tal-art matul il-perjodu għandhom jiġu inklużi fil-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-prodotti li jirriżultaw minn din l-art abbażi ta’ allokazzjoni ugwali għal kull sena tal-perjodu ( 40 ).

1. 

Fejn ikun jista’ jintwera li t-tibdil fl-użu tal-art ikun seħħ aktar minn 20 sena qabel ma titwettaq il-valutazzjoni, ma jenħtieġ li tiġi inkluża l-ebda emissjoni mit-tibdil fl-użu tal-art fil-valutazzjoni.

2. 

Fejn iż-żmien tat-tibdil fl-użu tal-art ma jkunx jista’ jintwera li jkun aktar minn 20 sena, jew perjodu wieħed ta’ ħsad, qabel ma ssir il-valutazzjoni (skont liema jkun l-itwal), għandu jiġi preżunt li t-tibdil fl-użu tal-art ikun seħħ fl-1 ta’ Jannar jew ta’:

a) 

l-aktar sena bikrija li fiha jkun jista’ jintwera li kien seħħ it-tibdil fl-użu tal-art; jew

b) 

fl-1 ta’ Jannar tas-sena li fiha tkun qed titwettaq il-valutazzjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra.

Il-ġerarkija li ġejja għandha tapplika meta jiġu ddeterminati l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mit-tibdil fl-użu tal-art li jseħħ mhux aktar minn 20 sena jew perjodu wieħed ta’ ħsad, qabel ma titwettaq il-valutazzjoni (skont liema jkun l-itwal):

1. 

meta l-pajjiż tal-produzzjoni jkun magħruf u l-użu preċedenti tal-art ikun magħruf, l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mit-tibdil fl-użu tal-art għandhom ikunu dawk li jirriżultaw mit-tibdil fl-użu tal-art mill-użu preċedenti tal-art għall-użu attwali tal-art f’dak il-pajjiż (jistgħu jinstabu linji gwida addizzjonali dwar il-kalkoli fil-PAS 2050-1:2012);

2. 

meta l-pajjiż tal-produzzjoni jkun magħruf, iżda l-użu preċedenti tal-art ma jkunx magħruf, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw mit-tibdil fl-użu tal-art għandhom ikunu l-istima tal-emissjonijiet medji mit-tibdil fl-użu tal-art għal dik l-għalla f’dak il-pajjiż (jistgħu jinstabu linji gwida addizzjonali dwar il-kalkoli fil-PAS 2050-1:2012);

3. 

meta la l-pajjiż tal-produzzjoni u lanqas l-użu preċedenti tal-art ma jkunu magħrufa, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw mit-tibdil fl-użu tal-art għandhom ikunu l-medja ponderata tal-emissjonijiet medji mit-tibdil fl-użu tal-art ta’ dik il-komodità fil-pajjiżi fejn titkabbar.

L-għarfien dwar l-użu preċedenti tal-art jista’ jintwera bl-użu ta’ għadd ta’ sorsi ta’ informazzjoni, bħall-immaġni bis-satellita u d-data minn stħarriġ dwar l-art. Meta ma jkunx hemm rekords disponibbli, jista’ jintuża l-għarfien lokali dwar l-użu preċedenti tal-art. Il-pajjiżi li fihom titkabbar għalla jistgħu jiġu ddeterminati mill-istatistika tal-importazzjoni, u jista’ jiġi applikat limitu ta’ mhux anqas minn 90 % tal-piż tal-importazzjonijiet. Għandhom jiġu rrapportati s-sorsi tad-data, il-post u ż-żmien tat-tibdil fl-użu art assoċjat mal-inputs għall-prodotti.”

Il-prodotti intermedji (mill-benniena sal-grada) derivati minn foresti indiġeni għandhom dejjem jirrappurtaw bħala metadata (fit-taqsima “informazzjoni teknika addizzjonali” tar-rapport dwar il-PEF): (i) il-kontenut tal-karbonju tagħhom (il-kontenut fiżiku u l-kontenut allokat) u (ii) li l-emissjonijiet tal-karbonju korrispondenti għandhom jiġu mmudellati bi flussi elementari “(tibdil fl-użu tal-art)”.

Għall-ħażna ta’ karbonju fil-ħamrija: l-emissjonijiet tal-karbonju fil-ħamrija għandhom jiġu inklużi u mmudellati taħt din is-subkategorija (eż. mill-għelieqi tar-ross). L-emissjonijiet tal-karbonju fil-ħamrija derivati minn residwi fuq l-art (ħlief minn foresti indiġeni) għandhom jiġu mmudellati taħt is-subkategorija 2, bħall-applikazzjoni ta’ residwi ta’ foresti indiġeni jew tiben. L-assorbiment tal-karbonju fil-ħamrija (akkumulazzjoni) għandu jiġi eskluż mir-riżultati, pereżempju minn bwar jew ġestjoni mtejba tal-art permezz ta’ tekniki ta’ ħdim tar-raba’ jew miżuri ta’ ġestjoni oħra meħuda relatati mal-art agrikola. Il-ħżin tal-karbonju fil-ħamrija jista’ jiġi inkluż biss fl-istudju dwar il-PEF bħala informazzjoni ambjentali addizzjonali u jekk tiġi pprovduta prova. Jekk il-leġiżlazzjoni jkollha rekwiżiti differenti ta’ mmudellar għas-settur, bħad-Deċiżjoni tal-UE dwar il-kontabilità tal-gassijiet serra mill-2013 ( 41 ), li tindika l-kontabilità tal-ħażna ta’ karbonju, din għandha tiġi mmudellata skont il-leġiżlazzjoni rilevanti u pprovduta taħt informazzjoni ambjentali addizzjonali.

4.4.11    Kumpensi

It-terminu “kumpens” spiss jintuża biex jirreferi għall-attivitajiet ta’ mitigazzjoni tal-gassijiet serra ta’ partijiet terzi, eż. l-iskemi regolati li huma parti mill-Protokoll ta’ Kjoto (dak li qabel kien il-mekkaniżmu għal żvilupp nadif; implimentazzjoni konġunta), mekkaniżmi ġodda diskussi fil-kuntest tan-negozjati l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Pariġi l-iskemi għan-negozjar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet, jew skemi volontarji. Il-kumpens huwa t-tnaqqis tal-gassijiet serra użat biex jikkumpensa (jiġifieri jikkumpensa) għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra xi mkien ieħor, pereżempju biex tintlaħaq mira jew limitu volontarju jew obbligatorju ta’ gassijiet serra. Il-kumpens jiġi kkalkolat imqabbel ma’ linja bażi li tirrappreżenta xenarju ipotetiku għal dak li l-emissjonijiet kienu jkunu fin-nuqqas tal-proġett ta’ mitigazzjoni li jiġġenera l-kumpens. Eżempji huma l-kumpens għal emissjonijiet ta’ karbonju permezz tal-mekkaniżmu għal żvilupp nadif, il-krediti ta’ karbonju, u kumpens ieħor estern għas-sistema.

Il-kumpens ma għandux jiġi inkluż fil-valutazzjoni tal-impatt ta’ studju dwar il-PEF, iżda għandu jiġi rrappurtat separatament bħala informazzjoni ambjentali addizzjonali.

4.5    Trattament ta’ proċessi multifunzjonali

Jekk proċess jew faċilità jipprovdu aktar minn funzjoni waħda, jiġifieri jipprovdu diversi oġġetti u/jew servizzi (“koprodotti”), huma jkunu “multifunzjonali”. F’dawn is-sitwazzjonijiet, l-inputs u l-emissjonijiet kollha marbuta mal-proċess għandhom jinqasmu bejn il-prodott ta’ interess u l-koprodotti l-oħra b’mod ibbażat fuq prinċipji. Is-sistemi li jinvolvu l-multifunzjonalità tal-proċessi għandhom jiġu mmudellati f’konformità mal-ġerarkija tad-deċiżjonijiet li ġejja.

Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ allokazzjoni f’taqsimiet oħra ta’ dan il-metodu dejjem jipprevalu fuq dawk disponibbli f’din it-taqsima (eż. it-Taqsimiet 4.4.2 dwar l-elettriku, 4.4.3 dwar it-trasport, 4.4.10 dwar il-gassijiet serra, jew 4.5.1 dwar l-attivitajiet tal-biċċeriji).

Ġerarkija tad-deċiżjonijiet

1)   Suddiviżjoni jew espansjoni tas-sistema

Skont l-EN ISO 14044:2006, kull fejn ikun possibbli, jenħtieġ li jintużaw is-suddiviżjoni jew l-espansjoni tas-sistema biex tiġi evitata l-allokazzjoni. Is-suddiviżjoni tirreferi għad-diżaggregazzjoni ta’ proċessi jew faċilitajiet multifunzjonali biex jiġu iżolati l-flussi tal-inputs assoċjati direttament ma’ kull output ta’ proċess jew ta’ faċilità. L-espansjoni tas-sistema tirreferi għall-espansjoni tas-sistema billi jiġu inklużi funzjonijiet addizzjonali relatati mal-koprodotti. L-ewwel għandu jiġi investigat jekk ikunx possibbli li l-proċess analizzat jiġi suddiviż jew estiż. Fejn tkun tista’ ssir suddiviżjoni, id-data tal-inventarju għandha tinġabar biss għal dawk il-proċessi tal-unità attribwibbli direttament ( 42 ) għall-prodotti/is-servizzi ta’ tħassib. Jew, jekk is-sistema tkun tista’ tiġi estiża, il-funzjonijiet addizzjonali għandhom jiġu inklużi fl-analiżi, bir-riżultati kkomunikati għas-sistema estiża kollha pjuttost milli fuq livell ta’ koprodott individwali.

2)   Allokazzjoni bbażata fuq relazzjoni fiżika sottostanti rilevanti

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi applikata s-suddiviżjoni jew l-espansjoni tas-sistema, jenħtieġ li tiġi applikata l-allokazzjoni: l-inputs u l-outputs tas-sistema jenħtieġ li jinqasmu bejn il-prodotti jew il-funzjonijiet differenti tagħha b’mod li jirrifletti r-relazzjonijiet fiżiċi sottostanti rilevanti ta’ bejniethom (EN ISO 14044:2006).

L-allokazzjoni bbażata fuq relazzjoni fiżika sottostanti rilevanti tirreferi għat-tqassim tal-flussi tal-inputs u tal-outputs ta’ proċess jew ta’ faċilità multifunzjonali f’konformità ma’ relazzjoni fiżika rilevanti u kwantifikabbli bejn l-inputs tal-proċessi u l-outputs tal-koprodotti (pereżempju, proprjetà fiżika tal-inputs u tal-outputs li tkun rilevanti għall-funzjoni pprovduta mill-koprodott ta’ interess). L-allokazzjoni bbażata fuq relazzjoni fiżika tista’ tiġi mmudellata bl-użu ta’ sostituzzjoni diretta, jekk ikun possibbli li jiġi identifikat prodott li jiġi sostitwit direttament.

Biex juri li l-effett ta’ sostituzzjoni diretta huwa robust, l-utent tal-metodu tal-PEF għandu jipprova li:

(1) 

ikun hemm effett ta’ sostituzzjoni dirett li jista’ jintwera b’mod empiriku, U

(2) 

ikun possibbli li l-prodott sostitwit jiġi mmudellat u li l-LCI jitnaqqas b’mod direttament rappreżentattiv: jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet, jiġi mmudellat l-effett ta’ sostituzzjoni.

Jew biex jiġu allokati input/output abbażi ta’ xi relazzjoni fiżika sottostanti rilevanti oħra li torbot l-inputs u l-outputs mal-funzjoni pprovduta mis-sistema, l-utent tal-metodu tal-PEF għandu juri li huwa possibbli li tiġi definita relazzjoni fiżika rilevanti li biha jiġu allokati l-flussi attribwibbli għall-forniment tal-funzjoni definita tas-sistema tal-prodott: jekk din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata, l-utent tal-metodu tal-PEF jista’ jalloka abbażi ta’ din ir-relazzjoni fiżika.

3)   Allokazzjoni bbażata fuq xi relazzjoni oħra

Tista’ tkun possibbli allokazzjoni bbażata fuq xi relazzjoni oħra. Pereżempju, l-allokazzjoni ekonomika tirreferi għall-allokazzjoni tal-inputs u l-outputs assoċjati mal-proċessi multifunzjonali għall-outputs tal-koprodotti fi proporzjon mal-valuri tas-suq relattivi tagħhom. Il-prezz tas-suq tal-kofunzjonijiet jenħtieġ li jirreferi għall-kundizzjonijiet u l-istadju speċifiċi tal-proċess li fih jiġu prodotti l-koprodotti. Fi kwalunkwe każ, biex tiġi żgurata kemm jista’ jkun ir-rappreżentattività fiżika tar-riżultati tal-PEF, għandha tiġi pprovduta ġustifikazzjoni ċara tar-raġunijiet għaliex ikunu twarrbu 1) u 2) u għaliex tkun intgħażlet ċerta regola ta’ allokazzjoni fil-pass 3).

L-allokazzjoni bbażata fuq xi relazzjoni oħra tista’ ssir b’wieħed mill-modi alternattivi li ġejjin.

(i) 

Huwa possibbli li jiġi identifikat effett ta’ sostituzzjoni ( 43 ) indiretta u l-prodott sostitwit jista’ jiġi mmudellat u l-inventarju jitnaqqas b’mod raġonevolment rappreżentattiv? Jekk iva (jiġifieri ż-żewġ kundizzjonijiet jiġu vverifikati), jiġi mmudellat l-effett ta’ sostituzzjoni indiretta.

(ii) 

Huwa possibbli li l-flussi tal-input/output bejn il-prodotti u l-funzjonijiet jiġu allokati abbażi ta’ xi relazzjoni oħra (eż. il-valur ekonomiku relattiv tal-koprodotti)? Jekk iva, il-prodotti u l-funzjonijiet jiġu allokati abbażi tar-relazzjoni identifikata.

Il-formula tal-impronta ċirkolari (ara t-Taqsima 4.4.8.1) tipprovdi l-approċċ li għandu jintuża biex jiġu stmati l-emissjonijiet globali li jirriżultaw minn ċertu proċess li jinvolvi r-riċiklaġġ u/jew l-irkupru tal-enerġija. Barra minn hekk, dawn huma relatati wkoll mal-flussi tal-iskart iġġenerati fil-limitu tas-sistema.

4.5.1    Allokazzjoni fit-trobbija tal-annimali

Din it-taqsima tipprovdi struzzjonijiet dwar kif għandhom jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-immudellar tal-farm, il-biċċerija u r-rendering għall-bhejjem tal-ifrat, il-ħnieżer, in-nagħaġ u l-mogħoż. B’mod partikolari, huma pprovduti struzzjonijiet dwar:

1. 

l-allokazzjoni ta’ piżijiet upstream fil-livell tal-farm fost l-outputs li joħorġu mill-farm

2. 

l-allokazzjoni ta’ piżijiet upstream (marbuta ma’ annimali ħajjin) fil-livell tal-biċċerija fost l-outputs li joħorġu mill-biċċerija.

4.5.1.1    Allokazzjoni fi ħdan il-modulu tal-farm

Fil-modulu tal-farm, għandha tintuża s-suddiviżjoni għal proċessi li jkunu allokati direttament għal ċerti outputs (eż. l-użu tal-enerġija u l-emissjonijiet relatati mal-proċessi tal-ħlib). Jekk il-proċessi ma jkunux jistgħu jiġu suddiviżi minħabba n-nuqqas ta’ data separata jew minħabba li jkun teknikament impossibbli, il-piż upstream, eż. il-produzzjoni tal-għalf, għandu jiġi allokat għall-outputs tal-farm bl-użu ta’ metodu ta’ allokazzjoni bijofiżika. Il-valuri prestabbiliti użati għall-allokazzjoni huma pprovduti fit-taqsimiet li ġejjin għal kull tip ta’ annimal. Dawn il-valuri prestabbiliti għandhom jintużaw fl-istudji dwar il-PEF sakemm ma tinġabarx data speċifika għall-kumpanija. Il-bdil tal-fatturi ta’ allokazzjoni huwa permess biss jekk tinġabar u tintuża data speċifika għall-kumpanija għall-modulu tal-farm. F’każ li tintuża data sekondarja għall-modulu tal-farm, ma jkun permess l-ebda bdil tal-fatturi ta’ allokazzjoni.

4.5.1.2    Allokazzjoni fi ħdan il-modulu tal-farm għall-ifrat

Għandu jintuża l-metodu ta’ allokazzjoni tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Prodotti tal-Ħalib (IDF) (2015) bejn il-ħalib, il-baqar tal-qatla u l-għoġġiela żejda. L-annimali mejtin u l-prodotti kollha minn annimali mejtin għandhom jitqiesu bħala skart u għandha tiġi applikata l-formula tal-impronta ċirkolari. F’dan il-każ, madankollu, għandha tiġi garantita t-traċċabbiltà tal-prodotti minn annimali mejtin biex l-istudji dwar il-PEF ikunu jistgħu jqisu dan l-aspett.

Id-demel esportat lejn farm ieħor għandu jitqies bħala wieħed minn dawn li ġejjin.

(a) 

Residwu (għażla prestabbilita): jekk id-demel ma jkollux valur ekonomiku fil-grada tal-farm, dan jitqies bħala residwu mingħajr allokazzjoni ta’ piż upstream. L-emissjonijiet relatati mal-ġestjoni tad-demel sal-grada tal-farm jiġu allokati għall-outputs l-oħra tal-farm fejn jiġi prodott id-demel.

(b) 

Koprodott: meta d-demel esportat ikollu valur ekonomiku fil-grada tal-farm, għandha tintuża allokazzjoni ekonomika tal-piż upstream għad-demel billi jintuża l-valur ekonomiku relattiv tad-demel meta mqabbel mal-ħalib u l-annimali ħajjin fil-bieb tal-farm. Madankollu, għandha tiġi applikata allokazzjoni bijofiżika bbażata fuq ir-regoli tal-IDF biex jiġu allokati l-emissjonijiet li jifdal bejn il-ħalib u l-annimali ħajjin.

(c) 

Demel bħala skart: meta d-demel jiġi ttrattat bħala skart (eż. mormi f’landfills), għandha tiġi applikata l-formula tal-impronta ċirkolari.

Il-fattur ta’ allokazzjoni (AF) għall-ħalib għandu jiġi kkalkolat bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:

image

Mlaħam hija l-massa tal-piż ħaj tal-annimali kollha mibjugħa, inklużi l-għoġġiela u l-annimali maturi maqtula kull sena u Mħalib hija l-massa tal-ħalib ikkoreġut għax-xaħam u l-proteina (FPCM) mibjugħa kull sena (ikkoreġut għal 4 % xaħam u għal 3,3 % proteina). Il-kostant 6,04 jiddeskrivi r-relazzjoni kawżali bejn il-kontenut tal-enerġija fl-għalf fir-rigward tal-ħalib u l-piż ħaj tal-annimali prodotti. Il-kostant huwa ddeterminat abbażi ta’ studju li ġabar data minn 536 maħleb fl-Istati Uniti ( 44 ) (Toma et al., 2013). Għalkemm huwa bbażat fuq farms tal-Istati Uniti, l-IDF tqis li l-approċċ huwa applikabbli għas-sistemi tat-trobbija Ewropej.

L-FPCM (ikkoreġuta għal 4 % xaħam u 3,3 % proteina) għandha tiġi kkalkolata bl-użu tal-formula li ġejja:

image

F’każijiet fejn jintuża valur prestabbilit ta’ 0,02 kglaħam/kgħalib għall-proporzjon tal-piż ħaj tal-annimali u l-ħalib prodott fl-Ekwazzjoni 9, l-ekwazzjoni tagħti fatturi ta’ allokazzjoni prestabbiliti ta’ 12 % għall-piż ħaj tal-annimali u 88 % għall-ħalib (it-Tabella 10). Dawn il-valuri għandhom jintużaw bħala valuri prestabbiliti użati għall-allokazzjoni tal-piżijiet upstream għall-ħalib u għall-piż ħaj tal-annimali għall-bhejjem tal-ifrat meta jintużaw settijiet tad-data sekondarji. Jekk tinġabar data speċifika għall-kumpanija għall-istadju tat-trobbija, il-fatturi ta’ allokazzjoni għandhom jinbidlu bl-użu tal-ekwazzjonijiet inklużi f’din it-taqsima.

Tabella 10

Fatturi ta’ allokazzjoni prestabbiliti għall-bhejjem tal-ifrat fit-trobbija

Koprodott

Fattur ta’ allokazzjoni

Annimali, piż ħaj

12  %

Ħalib

88  %

4.5.1.3    Allokazzjoni fi ħdan il-modulu tal-farm għan-nagħaġ u l-mogħoż

Għandu jintuża approċċ bijofiżiku għall-allokazzjoni tal-piżijiet upstream għall-koprodotti differenti għan-nagħaġ u l-mogħoż. Il-linji gwida tal-IPCC tal-2006 għall-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra (IPCC, 2006) fihom mudell għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-enerġija li għandu jintuża għan-nagħaġ u, bħala proxy, għall-mogħoż. Dan il-mudell huwa applikat f’dan id-dokument.

L-annimali mejtin u l-prodotti kollha minn annimali mejtin għandhom jitqiesu bħala skart u għandha tiġi applikata l-formula tal-impronta ċirkolari (CFF, it-Taqsima Section 4.4.8.1). F’dan il-każ, madankollu, l-intraċċar tal-prodotti minn annimali mejtin għandu jkun permess sabiex dan l-aspett ikun jista’ jitqies fl-istudji dwar il-PEF.

Huwa obbligatorju li jintużaw il-fatturi ta’ allokazzjoni prestabbiliti inklużi f’dan id-dokument kull meta jintużaw settijiet tad-data sekondarji għall-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja tat-trobbija għan-nagħaġ u l-mogħoż. Jekk tintuża data speċifika għall-kumpanija għal dan l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja, il-fatturi ta’ allokazzjoni għandhom jiġu kkalkolati bid-data speċifika għall-kumpanija bl-użu tal-ekwazzjonijiet ipprovduti.

Il-fatturi ta’ allokazzjoni għandhom jiġu kkalkolati kif ġej ( 45 ):

image

image

image

Biex tiġi kkalkolata l-enerġija għas-suf (NEsuf), l-enerġija għall-ħalib (NEl) u l-enerġija għal-laħam (NEg) b’data speċifika għall-kumpanija, għandhom jintużaw l-ekwazzjonijiet inklużi fl-IPPC (2006), u rrapportati hawn taħt. F’każ li tintuża data sekondarja minflok, għandhom jintużaw il-valuri prestabbiliti għall-fatturi ta’ allokazzjoni pprovduti f’dan id-dokument.

Enerġija għas-suf, NEsuf

image

NEsuf

=

l-enerġija netta meħtieġa għall-produzzjoni tas-suf, MJ day-1.

EVsuf

=

il-valur enerġetiku ta’ kull kg ta’ suf prodott (miżun wara t-tnixxif iżda qabel l-għorik), MJ kg-1. Għal din l-istima għandu jintuża valur prestabbilit ta’ 157 MJ kg-1 (NRC, 2007) ( 46 ).

Produzzjonisuf

=

il-produzzjoni annwali ta’ suf għal kull nagħġa, kg yr-1.

Il-valuri prestabbiliti li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-NEsuf u l-enerġija netta meħtieġa li tirriżulta huma rrapportati fit-Tabella 11.

Tabella 11

Valuri prestabbiliti li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-NEsuf għan-nagħaġ u għall-mogħoż

Parametru

Valur

Sors

EVsuf - nagħaġ

157 MJ kg-1

NRC, 2007

Produzzjonisuf - nagħaġ

7,121 kg

Medja tal-erba’ valuri pprovduti fit-Tabella 1 tal-“Applikazzjoni tal-LCA għas-sistemi ta’ produzzjoni tan-nagħaġ: investigazzjoni tal-koproduzzjoni tas-suf u l-laħam bl-użu ta’ studji ta’ każijiet minn produtturi globali ewlenin (1).”

NEsuf - nagħaġ

3,063 MJ/d

Ikkalkolat bl-użu tal-Ekwazzjoni 14

NEsuf - mogħoż

2,784 MJ/d

Ikkalkolat minn NEsuf – nagħaġ bl-użu tal-Ekwazzjoni 17

(1)   

Wiedemann et al, Int J. of LCA 2015.

Enerġija għall-ħalib, NEl

image

NEl

=

l-enerġija netta għall-ħlib, MJ day-1.

Ħalib

=

l-ammont ta’ ħalib prodott, kg ta’ ħalib day-1.

EVħalib

=

l-enerġija netta meħtieġa għall-produzzjoni ta’ 1 kg ta’ ħalib. Għandu jintuża valur prestabbilit ta’ 4,6 MJ/kg (AFRC, 1993) li jikkorrispondi għal kontenut ta’ xaħam fil-ħalib ta 7 % skont il-piż.

Il-valuri prestabbiliti li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-NEl u l-enerġija netta meħtieġa li tirriżulta huma pprovduti fit-Tabella 12.

Tabella 12

Valuri prestabbiliti li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-NEl għan-nagħaġ u għall-mogħoż

Parametru

Valur

Sors

EVhalib - nagħaġ

4,6 MJ kg-1

AFRC, 1993

Halib - nagħaġ

2,08 kg/d

Produzzjoni stmata tal-ħalib ta’ 550 lbs ta’ ħalib tan-nagħġa kull sena (valur medju), il-produzzjoni tal-ħalib stmata għal 120 jum f’sena.

NEl - nagħaġ

9,568 MJ/d

Ikkalkolat bl-użu tal-Ekwazzjoni 15

NEl - mogħoż

8,697 MJ/d

Ikkalkolat minn NEl – nagħaġ bl-użu tal-Ekwazzjoni 17

Enerġija għal-laħam, NEg

image

NEg

=

l-enerġija netta meħtieġa għat-tkabbir, MJ day-1.

WGħaruf

=

iż-żieda fil-piż (BWf – BWi), kg yr-1

BWi

=

il-piż tal-ġisem ħaj fil-ftim, kg.

BWf

=

il-piż tal-ġisem ħaj fl-età ta’ sena jew fl-iskarnar (piż ħaj) jekk skarnati qabel l-età ta’ sena, kg.

a, b

=

il-kostanti kif deskritti fit-Tabella 13.

Innota li l-ħrief se jinfatmu fuq diversi ġimgħat peress li huma jissupplimentaw dieta tal-ħalib b’għalf tal-mergħat jew b’għalf fornut. Il-mument tal-ftim jenħtieġ li jittieħed bħala l-mument li fih ikunu jiddependu fuq il-ħalib għal nofs il-provvista tal-enerġija tagħhom. L-ekwazzjoni NEg użata għan-nagħaġ tinkludi żewġ kostanti empiriċi (“a” u “b”) li jvarjaw skont l-ispeċi/kategorija tal-annimali (it-Tabella 13).

Tabella 13

Kostanti għall-użu fil-kalkolu tal-NEg għan-nagħaġ (1)

Speċi/kategorija tal-annimali

a (MJ kg-1)

b (MJ kg-2)

Irġiel intatti

2,5

0,35

Kastrati

4,4

0,32

Nisa

2,1

0,45

(1)   

Din it-tabella tikkorrispondi għat-Tabella 10.6 fl-IPCC (2006).

F’każ li tintuża data speċifika għall-kumpanija għall-istadju tat-trobbija, il-fatturi ta’ allokazzjoni għandhom jiġu kkalkolati mill-ġdid. F’dan il-każ, il-parametru “a” u “b” għandu jiġi kkalkolat bħala l-medja ponderata jekk ikun hemm aktar minn kategorija waħda ta’ annimali.

Il-valuri prestabbiliti li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-NEg huma rrapportati fit-Tabella 14.

Tabella 14

Valuri prestabbiliti li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-NEg għan-nagħaġ u għall-mogħoż

Parametru

Valur

Sors

WGħaruf - nagħaġ

26,2 -15 =11,2 kg

Ikkalkolat

BWi - nagħaġ

15 kg

Huwa preżunt li l-ftim iseħħ wara 6 ġimgħat. Il-piż wara 6 ġimgħat kif iddikjarat fl-Illustrazzjoni 1 f’“A generic model of growth, energy metabolism and body composition for cattle and sheep”, Johnson et al, 2015 – Journal of Animal Science.

BWf - nagħaġ

26,2 kg

Il-medja tal-valuri tal-piż għan-nagħaġ fil-mument tal-iskarnar, kif ipprovduta fl-Appendiċi 5, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u d-domanda għall-enerġija fossili minn ktajjen tal-provvista ta’ ruminanti żgħar, FAO 2016b.

a - nagħaġ

3

Il-medja tat-tliet valuri pprovduti fit- Tabella 13.

b - nagħaġ

0,37

Il-medja tat-tliet valuri pprovduti fit- Tabella 13.

NEg - nagħaġ

0,326 MJ/d

Ikkalkolat bl-użu tal-Ekwazzjoni 16.

NEg - mogħoż

0,296 MJ/d

Ikkalkolat minn NEg – nagħaġ bl-użu tal-Ekwazzjoni 17.

Il-fatturi ta’ allokazzjoni prestabbiliti li għandhom jintużaw fl-istudji dwar il-PEF għan-nagħaġ u għall-mogħoż huma pprovduti fit-Tabella 14 flimkien mal-kalkoli. L-istess ekwazzjonijiet ( 47 ) u valuri prestabbiliti użati fil-kalkolu tar-rekwiżiti tal-enerġija għan-nagħaġ jintużaw fil-kalkolu tar-rekwiżiti tal-enerġija għall-mogħoż wara li jkun ġie applikat fattur ta’ korrezzjoni.

image

Piż tan-nagħaġ: 64,8 kg, il-medja tan-nagħaġ irġiel u nisa għal reġjuni differenti fid-dinja, data mill-Appendiċi 5, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u d-domanda għall-enerġija fossili minn ktajjen tal-provvista ta’ ruminanti żgħar, FAO (2016b).

Piż tal-mogħoż: 57,05 kg, il-medja tal-mogħoż irġiel u nisa għal reġjuni differenti fid-dinja, data mill-Appendiċi 5, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u d-domanda għall-enerġija fossili minn ktajjen tal-provvista ta’ ruminanti żgħar, FAO (2016b).

image

Tabella 15

Fatturi ta’ allokazzjoni prestabbiliti li għandhom jintużaw fl-istudji dwar il-PEF għan-nagħaġ fl-istadju tat-trobbija

Nagħaġ

Mogħoż (1)

Fattur ta’ allokazzjoni, laħam

image

2,51  %

Fattur ta’ allokazzjoni, ħalib

image

73,85  %

Fattur ta’ allokazzjoni, suf

image

23,64  %

(1)   

Il-fatturi ta’ allokazzjoni għall-mogħoż jiġu kkalkolati billi wieħed jibda mir-rekwiżiti netti tal-enerġija għall-mogħoż stmati mir-rekwiżiti netti tal-enerġija għan-nagħaġ u b’kont meħud li: il-piż tan-nagħaġ = 64,8 kg u l-piż tal-mogħoż = 57,05 kg.

4.5.1.4    Allokazzjoni fi ħdan il-modulu tal-farm għall-ħnieżer

L-allokazzjoni fl-istadju tat-trobbija bejn il-qżieqeż u l-majjali nisa għandha ssir bl-applikazzjoni ta’ allokazzjoni ekonomika. Il-fatturi ta’ allokazzjoni prestabbiliti li għandhom jintużaw huma rrapportati fit- Tabella 16.

Tabella 16

Allokazzjoni fl-istadju tat-trobbija bejn il-qżieqeż u l-majjali nisa

Unità

Prezz

Fatturi ta’ allokazzjoni

Qżieqeż

24,8 p

EUR 40,80 /ħanżir

92,63  %

Majjali nisa għall-iskarnar

84,8  kg

EUR 0,95 /kg ta’ piż ħaj

7,37  %

4.5.1.5    Allokazzjoni fil-biċċerija

Il-proċessi tal-biċċerija u tar-rendering jipproduċu diversi outputs li jmorru fil-katina alimentari u tal-għalf jew fi ktajjen oħra tal-valur mhux tal-ikel jew tal-għalf (eż. l-industrija tal-ġilda jew il-ktajjen tal-irkupru kimiċi jew tal-enerġija).

Fl-istadju tal-biċċerija u tar-rendering, għandha tintuża s-suddiviżjoni għal dawk il-flussi tal-proċess li huma attribwibbli direttament għal ċerti outputs. Jekk ma jkunx possibbli li jiġu suddiviżi l-proċessi, il-flussi li jifdal (eż. esklużi dawk diġà allokati għall-ħalib għas-sistemi li jipproduċu l-ħalib jew għas-suf għas-sistemi li jipproduċu s-suf) għandhom jiġu allokati għall-outputs tal-biċċerija u tar-rendering bl-użu ta’ allokazzjoni ekonomika. Fit-taqsimiet li ġejjin huma pprovduti l-fatturi ta’ allokazzjoni prestabbiliti għall-bhejjem tal-ifrat, il-ħnieżer u r-ruminanti żgħar (nagħaġ, mogħoż). Dawn il-valuri prestabbiliti għandhom jintużaw fl-istudji dwar il-PEF. Ma huwiex permess bdil fil-fatturi ta’ allokazzjoni.

4.5.1.6    Allokazzjoni fil-biċċerija għall-bhejjem tal-ifrat

Fil-biċċerija, il-fatturi ta’ allokazzjoni huma stabbiliti għall-ħames kategoriji ta’ prodotti deskritti fit-

Tabella 17. Jekk il-fatturi ta’ allokazzjoni użati għas-suddiviżjoni tal-impatt tal-karkassa fost il-qatgħat differenti jkunu ppreferuti, dawn għandhom jiġu definiti u ġġustifikati fl-istudju dwar il-PEF.

Il-prodotti sekondarji li joriġinaw mill-biċċerija u mir-rendering huma kklassifikati fi tliet kategoriji.

Kategorija 1: Materjali ta’ riskju, eż. annimali infettati/kontaminati jew prodotti sekondarji tal-annimali:
— 
rimi u użu: inċinerazzjoni, koinċinerazzjoni, landfill, jintużaw bħala bijofjuwil għall-kombustjoni, manifattura ta’ prodotti derivati.
Kategorija 2: Demel u kontenut tas-sistema diġestiva, prodotti li joriġinaw mill-annimali mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem:
— 
rimi u użu: inċinerazzjoni, koinċinerazzjoni, landfill, fertilizzanti, kompost, użati bħala bijofjuwil għall-kombustjoni, manifattura ta’ prodotti derivati.
Kategorija 3: Karkassi u partijiet ta’ annimali skarnati li huma tajbin għall-konsum mill-bniedem iżda li ma humiex maħsuba biex jintużaw għal dan il-għan għal raġunijiet kummerċjali, inklużi ġlud li jmorru fl-industrija tal-ġilda (innota li l-ġlud jistgħu jappartjenu wkoll għal kategoriji oħra skont il-kundizzjoni u n-natura li tiġi determinata mid-dokumentazzjoni sanitarja li takkumpanja):
— 
rimi u użu: inċinerazzjoni, koinċinerazzjoni, landfill, għalf, ikel għall-annimali domestiċi, fertilizzanti, kompost, użati bħala bijofjuwils għall-kombustjoni, manifattura ta’ prodotti derivati (eż. ġilda), oleokimiċi u sustanzi kimiċi.

Il-piżijiet upstream għall-outputs tal-biċċerija u tar-rendering għandhom jiġu allokati kif ġej:

Materjali ta’ grad alimentari: prodott b’allokazzjoni ta’ piżijiet upstream.

Materjal tal-kategorija 1: b’mod prestabbilit, ma jiġux allokati piżijiet upstream, billi dan jitqies bħala prodott sekondarju tal-annimali ttrattat bħala skart skont is-CFF.

Materjal tal-kategorija 2: b’mod prestabbilit, ma jiġux allokati piżijiet upstream, billi dan jitqies bħala prodott sekondarju tal-annimali ttrattat bħala skart skont is-CFF.

Il-materjal tal-Kategorija 3 għandu l-istess destin bħal dak tal-Kategoriji 1 u 2 (għax-xaħam – li għandu jinħaraq, jew frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam) u ma għandux valur ekonomiku fil-grada tal-biċċerija: b’mod prestabbilit, ma jiġux allokati piżijiet upstream, billi dan jiġi ttrattat bħala skart skont is-CFF.

Ġlud tal-Kategorija 3 (sakemm ma jkunux ikklassifikati bħala skart u/jew isegwu l-istess triq bħall-Kategorija 1 u l-Kategorija 2): prodott b’allokazzjoni ta’ piżijiet upstream.

Materjali tal-Kategorija 3, mhux inklużi fil-kategoriji preċedenti: prodott b’piżijiet upstream allokati.

Il-valuri prestabbiliti fit-

Tabella 17 għandhom jintużaw fl-istudji dwar il-PEF. Ma huwiex permess bdil fil-fatturi ta’ allokazzjoni.

Tabella 17

Proporzjonijiet ta’ allokazzjoni ekonomika għaċ-ċanga (1)

Frazzjoni tal-massa

Prezz

Allokazzjoni ekonomika (EA)

Proporzjon ta’ allokazzjoni (*1) (AR)

%

EUR/kg

%

a)  Laħam frisk u ġewwieni li jittiekel

49,0

3,00

92,9 57

1,90

b)  Għadam ta’ grad alimentari

8,0

0,19

1,0

0,12

c)  Xaħam ta’ grad alimentari

7,0

0,40

1,8

0,25

d)  Prodotti sekondarji tal-iskarnar tal-Kategorija 3

7,0

0,18

0,8

0,11

e)  Ġlud

7,0

0,80

3,5

0,51

f)  Materjal u skart tal-Kategorija 1/2

22,0

0,00

0,0

0,00

(1)   

Abbażi tal-istudju ta’ skrinjar tal-PEF (v 1.0, Novembru 2015) tal-PEFCR pilota dwar il-laħam (bovini, ħnieżer u nagħaġ), disponibbli fi https://webgate.ec.europa.eu/fpfis/wikis/pages/viewpage.action?pageId=81474527. Hija meħtieġa r-reġistrazzjoni tal-ECAS għall-aċċess tas-sit web

(*1)   

L-AR ġew ikkalkulati bħala l-“Allokazzjoni ekonomika” diviża bil-“Frazzjoni tal-massa”

L-AR għandhom jintużaw biex jiġi kkalkulat l-impatt ambjentali ta’ unità tal-prodott billi tintuża l-ekwazzjoni ta’ hawn taħt:

image

EIi huwa l-impatt ambjentali għal kull unità tal-massa tal-prodott i, (i = output tal-biċċerija elenkat fit-Tabella 17), EIw huwa l-impatt ambjentali tal-annimal kollu diviż bil-massa tal-piż ħaj tal-annimal, u ARi huwa l-proporzjon ta’ allokazzjoni għall-prodott i (ikkalkolat bħala l-valur ekonomiku ta’ i diviż bil-frazzjoni tal-massa ta’ i).

EIw għandu jinkludi l-impatti upstream, l-impatti fuq il-biċċeriji li ma jkunux attribwibbli direttament għal xi prodott speċifiku u l-impatt mill-ġestjoni tal-iskart tal-biċċeriji (materjal u skart tal-kategoriji 1 u 2 fit-

Tabella 17). Il-valuri prestabbiliti għall-ARi kif murija fit-Tabella 17 għandhom jintużaw għall-istudji dwar l-EF biex jirrappreżentaw is-sitwazzjoni medja Ewropea.

4.5.1.7    Allokazzjoni fil-biċċerija għall-ħnieżer

Il-valuri prestabbiliti fit-Tabella 18 għandhom jintużaw fl-istudji dwar il-PEF li jittrattaw l-allokazzjoni fil-biċċerija għall-ħnieżer. Ma huwiex permess bdil fil-fatturi ta’ allokazzjoni abbażi ta’ data speċifika għall-kumpanija.

Tabella 18

Proporzjonijiet ta’ allokazzjoni ekonomika għall-ħnieżer (1)

Frazzjoni tal-massa

Prezz

Allokazzjoni ekonomika (EA)

Proporzjon ta’ allokazzjoni* (AR)

%

EUR/kg

%

a)  Laħam frisk u ġewwieni li jittiekel

67,0

1,08

98,67

1,54

b)  Għadam ta’ grad alimentari

11,0

0,03

0,47

0,04

c)  Xaħam ta’ grad alimentari

3,0

0,02

0,09

0,03

d)  Prodotti sekondarji tal-iskarnar tal-Kategorija 3

19,0

0,03

0,77

0,04

e)  Ġlud (kategorizzati fi prodotti tal-Kategorija 3)

0,0

0,00

0

0

Total

100,0

100,0

(1)   

Ibbażati fuq l-istudju ta’ skrinjar tal-PEF (v 1.0, Novembru 2015) tal-istudju pilota dwar il-laħam, disponibbli minn https://webgate.ec.europa.eu/fpfis/wikis/pages/viewpage.action?pageId=81474527

4.5.1.8    Allokazzjoni fil-biċċerija għan-nagħaġ u l-mogħoż

Il-valuri prestabbiliti fit- Tabella 19 għandhom jintużaw fl-istudji dwar il-PEF li jittrattaw l-allokazzjoni fil-biċċerija għan-nagħaġ u l-mogħoż. Ma huwiex permess bdil fil-fatturi ta’ allokazzjoni abbażi ta’ data speċifika għall-kumpanija. L-istess fatturi ta’ allokazzjoni użati għan-nagħaġ għandhom jintużaw ukoll għall-mogħoż.

Tabella 19

Proporzjonijiet ta’ allokazzjoni ekonomika għan-nagħaġ (1)

Frazzjoni tal-massa

Prezz

Allokazzjoni ekonomika (EA)

Proporzjon ta’ allokazzjoni* (AR)

%

EUR/kg

%

a)  Laħam frisk u ġewwieni li jittiekel

44,0

7

97,8 60

2,22

b)  Għadam ta’ grad alimentari

4,0

0,01

0,0127

0,0032

c)  Xaħam ta’ grad alimentari

6,0

0,01

0,0190

0,0032

d)  Prodotti sekondarji tal-iskarnar tal-Kategorija 3

13,0

0,15

0,618

0,05

e)  Ġlud (kategorizzati fi prodotti tal-Kategorija 3)

14,0

0,35

1,6

0,11

f)  Materjal u skart tal-Kategorija 1 / 2

19

0

0

0

Total

100

100

(1)   

Ibbażati fuq l-istudju ta’ skrinjar tal-PEF (v 1.0, Novembru 2015) tal-istudju pilota dwar il-laħam, disponibbli minn https://webgate.ec.europa.eu/fpfis/wikis/pages/viewpage.action?pageId=81474527

4.6    Rekwiżiti tal-ġbir tad-data u rekwiżiti tal-kwalità

4.6.1    Data speċifika għall-kumpanija

Din it-taqsima tiddeskrivi d-data tal-LCI speċifika għall-kumpanija, li titkejjel jew tinġabar direttament f’faċilità jew f’sett ta’ faċilitajiet speċifiċi, u li hija rappreżentattiva ta’ attività jew proċess wieħed jew aktar fil-limitu tas-sistema.

Id-data għandha tinkludi l-inputs u l-outputs kollha magħrufa għall-proċessi. Eżempji għall-inputs: l-użu tal-enerġija, tal-ilma, tal-art, tal-materjali. Eżempji ta’ outputs: il-prodotti, il-koprodotti, l-emissjonijiet u l-iskart iġġenerati. L-emissjonijiet huma maqsuma fi tliet kompartimenti (emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija).

Hemm diversi modi kif tinġabar id-data dwar l-emissjonijiet speċifika għall-kumpanija, pereżempju, din tista’ tkun ibbażata fuq kejl dirett jew tiġi kkalkolata bl-użu ta’ data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija u fatturi ta’ emissjoni relatati (eż. litru ta’ konsum tal-fjuwil u fatturi ta’ emissjoni għall-kombustjoni f’vettura jew f’bojler). Kull meta s-settur tal-prodott fl-ambitu jkun kopert mir-regoli ta’ monitoraġġ tal-EU ETS, l-utent tal-metodu tal-PEF jenħtieġ li jsegwi r-rekwiżiti ta’ kwantifikazzjoni kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/2066 għall-proċessi u l-gassijiet serra koperti fih. Għall-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju, jipprevalu r-rekwiżiti ta’ dan l-Anness. Id-data jista’ jkollha bżonn ta’ skalar, aggregazzjoni jew forom oħra ta’ trattament matematiku biex tinġieb konformi mal-unità funzjonali u l-fluss ta’ referenza tal-proċess.

Sorsi speċifiċi tipiċi ta’ data speċifika għall-kumpanija huma:

(a) 

id-data dwar il-konsum fil-livell tal-proċess jew tal-impjant;

(b) 

il-kontijiet u l-bidliet fl-istokk/inventarju tal-oġġetti tal-konsum;

(c) 

il-kejl tal-emissjonijiet (l-ammonti u l-konċentrazzjonijiet tal-emissjonijiet mill-gass mit-tromba taċ-ċumnija u mill-ilma mormi);

(d) 

il-kompożizzjoni tal-prodotti u tal-iskart;

(e) 

id-dipartiment(i)/l-unità(jiet) tal-akkwist u l-bejgħ.

Is-settijiet tad-data l-ġodda kollha li jinħolqu meta jitwettaq studju dwar il-PEF għandhom ikunu konformi mal-EF.

Id-data kollha speċifika għall-kumpanija għandha tiġi mmudellata f’settijiet tad-data speċifiċi għall-kumpanija.

Il-lista tal-materjali (BoM) ( 48 ) għandha żewġ partijiet: il-lista ta’ materjali/ingredjenti u l-kwantità użata għal kull wieħed minnhom.

Id-data dwar l-attivitajiet tal-BoM għandha tkun speċifika għall-prodott fl-ambitu u mmudellata b’data speċifika għall-kumpanija. Għall-kumpaniji li jipproduċu aktar minn prodott wieħed, id-data dwar l-attivitajiet li tintuża (inkluża l-BoM) għandha tkun speċifika għall-prodott kopert mill-istudju.

L-immudellar tal-proċessi tal-manifattura għandu jkun ibbażat fuq data speċifika għall-kumpanija (eż. l-enerġija meħtieġa biex jiġu assemblati l-materjali/il-komponenti tal-prodott fl-ambitu). Għall-kumpaniji li jipproduċu aktar minn prodott wieħed, id-data dwar l-attivitajiet li tintuża (inkluża l-BoM) għandha tkun speċifika għall-prodott kopert mill-istudju.

4.6.2    Data sekondarja

Id-data sekondarja tirreferi għal data mhux ibbażata fuq kejl dirett jew fuq il-kalkolu tal-proċessi rispettivi fil-limitu tas-sistema. Id-data sekondarja tkun jew speċifika għas-settur, jiġifieri speċifika għas-settur li jkun qed jiġi kkunsidrat għall-istudju dwar il-PEF, jew tgħodd għal diversi setturi. Eżempji ta’ data sekondarja jinkludu:

(a) 

id-data mil-letteratura jew minn dokumenti xjentifiċi;

(b) 

id-data tal-industrija dwar iċ-ċiklu tal-ħajja medju minn bażijiet tad-data tal-LCI, rapporti tal-assoċjazzjonijiet industrijali, statistika tal-gvern, eċċ.

Id-data sekondarja kollha għandha tiġi mmudellata f’settijiet tad-data sekondarji li għandhom jissodisfaw il-ġerarkija tad-data fit-Taqsima 4.6.3 u r-rekwiżiti tal-kwalità speċifikati fit-Taqsima 4.6.5. Is-sorsi ta’ din id-data li jintużaw għandhom jiġu ddokumentati u rrapportati b’mod ċar fir-rapport dwar il-PEF.

4.6.3    Settijiet tad-data li għandhom jintużaw

L-istudji dwar il-PEF għandhom jużaw settijiet tad-data sekondarji li jkunu konformi mal-EF, meta jkunu disponibbli. Biex jiġu żviluppati settijiet tad-data sekondarji konformi mal-EF, għandha tiġi segwita l-Gwida għas-settijiet tad-data konformi mal-EF ( 49 ). Jekk ma jkunx jeżisti jew ma jkunx jista’ jiġi żviluppat sett tad-data sekondarju konformi mal-EF, l-għażla tas-settijiet tad-data li għandhom jintużaw għandha ssir skont ir-regoli li ġejjin, ipprovduti f’ordni ġerarkika.

1. 

Jintuża proxy konformi mal-EF (jekk ikun disponibbli); l-użu ta’ settijiet tad-data proxy għandu jiġi rrappurtat fit-taqsima tal-limitazzjonijiet tar-rapport dwar il-PEF; id data kkonvertita minn sistemi ta’ konformità preċedenti mal-EF (eż. EF2.0 sa EF3.0) hija meqjusa bħala proxy.

2. 

Jintuża sett tad-data konformi mal-livell ta’ dħul tal-ILCD (EL) bħala proxy ( 50 ). Massimu ta’ 10 % tal-punteġġ globali uniku jista’ jinkiseb minn settijiet tad-data konformi mal-ILCD-EL.

3. 

Jekk ma jkun disponibbli l-ebda sett tad-data konformi mal-EF jew konformi mal-ILCD-EL, il-proċess għandu jiġi eskluż mill-mudell. Dan għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar fit-taqsima “limitazzjonijiet” tar-rapport dwar il-PEF bħala lakuna fid-data u għandu jiġi validat mill-verifikatur.

4.6.4    Limitu

Għandu jiġi evitat kwalunkwe limitu, sakemm ma jkunx skont ir-regoli li ġejjin.

Il-proċessi u l-flussi elementari jistgħu jiġu esklużi sa 3,0 % (b’mod kumulattiv) abbażi tal-flussi tal-materjali u tal-enerġija u l-livell ta’ sinifikanza ambjentali (punteġġ globali uniku). Il-proċessi soġġetti għal limitu għandhom ikunu espliċiti u ġġustifikati fir-rapport dwar il-PEF, b’mod partikolari b’referenza għas-sinifikanza ambjentali tal-limitu applikat.

Dan il-limitu għandu jiġi kkunsidrat flimkien mal-limitu diġà inkluż fis-settijiet tad-data tal-isfond. Din ir-regola hija valida kemm għall-prodotti intermedji kif ukoll għall-prodotti finali.

Il-proċessi li (b’mod kumulattiv) jammontaw għal anqas minn 3,0 % tal-fluss tal-materjali u tal-enerġija, kif ukoll l-impatt ambjentali għal kull kategorija tal-impatt jistgħu jiġu esklużi mill-istudju dwar il-PEF.

Huwa rakkomandat studju ta’ skrinjar biex jiġu identifikati proċessi li jistgħu jinqatgħu.

4.6.5    Rekwiżiti tal-kwalità tad-data

Din it-taqsima tiddeskrivi kif għandha tiġi valutata l-kwalità tad-data tas-settijiet tad-data konformi mal-EF. Ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-data huma ppreżentati fit-Tabella 20.

— 
Żewġ rekwiżiti minimi:
(i) 

il-kompletezza;

(ii) 

l-adegwatezza u l-konsistenza metodoloġika.

Ladarba jintgħażlu l-proċessi u l-prodotti, li jirrappreżentaw is-sistema analizzata, u l-LCIs tagħhom jiddaħħlu fl-inventarju, il-kriterju tal-kompletezza jevalwa kemm l-LCI ikopri l-emissjonijiet u r-riżorsi kollha tal-proċessi u l-prodotti li huma meħtieġa biex jiġu kkalkulati l-kategoriji kollha tal-impatt tal-EF. L-issodisfar tal-kriterju tal-kompletezza u l-konformità sħiħa mal-metodu tal-PEF huma prerekwiżiti għal settijiet tad-data konformi mal-EF. Għalhekk, dawn iż-żewġ kriterji ma humiex ikklassifikati b’mod kwalitattiv. Il-Gwida għal settijiet tad-data konformi mal-EF tispjega kif dawn għandhom jiġu rrapportati fis-sett tad-data ( 51 ).
— 
Erba’ kriterji ta’ kwalità: ir-rappreżentattività teknoloġika, ġeografika, marbuta mal-ħin, u l-preċiżjoni. Dawn il-kriterji għandhom ikunu soġġetti għal proċedura ta’ punteġġ. Il-Gwida għal settijiet tad-data konformi mal-EF tispjega kif dawn għandhom jiġu rrapportati fis-sett tad-data ( 52 ).
— 
Tliet aspetti tal-kwalità: id-dokumentazzjoni, in-nomenklatura u r-rieżami. Dawn il-kriterji ma humiex inklużi fil-valutazzjoni semikwantitattiva tal-kwalità tad-data. Il-Gwida għal settijiet tad-data konformi mal-EF ( 53 ) tispjega kif it-tliet aspetti tal-kwalità għandhom jitwettqu u jiġu rrapportati fis-sett(ijiet) tad-data.

Tabella 20

Kriterji tal-kwalità tad-data, dokumentazzjoni, nomenklatura u rieżami (1)

Rekwiżiti minimi

Kompletezza

Adegwatezza u konsistenza metodoloġika (2)

Kriterji tal-kwalità tad-data (mogħtija punteġġ)

Ir-Rappreżentattività Teknoloġika (3) (TeR)

Ir-Rappreżentattività Ġeografika (4) (GeR)

Ir-Rappreżentattività marbuta mal-Ħin (5) (TiR)

Il-Preċiżjoni (6) (P)

Dokumentazzjoni

Konformi mal-format tal-ILCD u mar-rekwiżiti addizzjonali dwar l-informazzjoni dwar il-metadata disponibbli fil-Gwida għal settijiet tad-data konformi mal-EF (7)

Nomenklatura

Konformi mal-istruttura tan-nomenklatura tal-ILCD (użu tal-flussi elementari ta’ referenza tal-EF għall-inventarji kompatibbli mal-IT; ara r-rekwiżiti dettaljati fit-Taqsima 4.3)

Rieżami

Rieżami minn “Eżaminatur kwalifikat”

Rapport ta’ rieżami separat

(1)   

Ir-rekwiżiti dettaljati dwar id-dokumentazzjoni u r-rieżami huma pprovduti fi: http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml.

(2)   

It-terminu “adegwatezza u konsistenza metodoloġika” użat f’rabta ma’ dan il-metodu ta’ proċedura huwa ekwivalenti għal “konsistenza” użat fl-EN ISO 14044:2006.

(3)   

It-terminu “rappreżentattività teknoloġika” użat fir-rigward ta’ dan il-metodu ta’ proċedura huwa ekwivalenti għal “kopertura teknoloġika” użat fl-EN ISO 14044:2006.

(4)   

It-terminu “rappreżentattività ġeografika” użat fir-rigward ta’ dan il-metodu ta’ proċedura huwa ekwivalenti għal “kopertura ġeografika” użat fl-EN ISO 14044:2006.

(5)   

It-terminu “rappreżentattività marbuta mal-ħin” użat fir-rigward ta’ dan il-metodu ta’ proċedura huwa ekwivalenti għal “kopertura marbuta mal-ħin” użat fl-EN ISO 14044:2006.

(6)   

It-terminu “inċertezza tal-parametri” użat fir-rigward ta’ dan il-metodu ta’ proċedura huwa ekwivalenti għal “preċiżjoni” użat fl-EN ISO 14044:2006.

(7)   

https://eplca.jrc.ec.europa.eu/permalink/Guide_EF_DATA.pdf

Kull kriterju tal-kwalità tad-data li għandu jingħata punteġġ (TeR, GeR, TiR u P) huwa kklassifikat skont il-ħames livelli elenkati fit-Tabella 21.

Tabella 21

Klassifikazzjoni tal-kwalità tad-data (DQR) u l-livelli tal-kwalità tad-data ta’ kull kriterju tal-kwalità tad-data

DQR tal-kriterji tal-kwalità tad-data (TeR, GeR, TiR, P)

Livell tal-kwalità tad-data

1

Eċċellenti

2

Tajjeb ħafna

3

Tajjeb

4

Aċċettabbli

5

Dgħajjef

4.6.5.1    Formula tad-DQR

Fil-kuntest tal-EF, għandha tiġi kkalkulata u rrapportata l-kwalità tad-data ta’ kull sett tad-data konformi mal-EF ġdid u tal-istudju totali dwar il-PEF. Il-kalkolu tad-DQR għandu jkun ibbażat fuq erba’ kriterji tal-kwalità tad-data fejn TeR hija r-Rappreżentattività Teknoloġika, GeR hija r-Rappreżentattività Ġeografika, TiR hija r-Rappreżentattività taż-Żmien, u P hija l-Preċiżjoni.

image

Ir-rappreżentattività (teknoloġika, ġeografika u marbuta mal-ħin) tikkaratterizza l-grad sa fejn il-proċessi u l-prodotti magħżula juru s-sistema analizzata, filwaqt li l-preċiżjoni tindika l-mod kif tinkiseb id-data u l-livell relatat ta’ inċertezza.

Jistgħu jintlaħqu ħames livelli ta’ kwalità (minn eċċellenti sa ħażina) skont id-DQR. Dawn huma miġburin fil-qosor fit-Tabella 22.

Tabella 22

Il-livell ġenerali tal-kwalità tad-data tas-settijiet tad-data konformi mal-EF, skont il-klassifikazzjoni tal-kwalità tad-data miksuba

DQR ġenerali

Livell ġenerali tal-kwalità tad-data

DQR ≤ 1,5

“Kwalità eċċellenti”

1,5 < DQR ≤ 2,0

“Kwalità tajba ħafna”

2,0 < DQR ≤ 3,0

“Kwalità tajba”

3 < DQR ≤ 4,0

“Kwalità aċċettabbli”

DQR >4

“Kwalità ħażina”

Il-formula tad-DQR hija applikabbli għal:

1. 

settijiet tad-data speċifiċi għall-kumpanija: it-Taqsima 4.6.5.2 tiddeskrivi l-proċedura għall-kalkolu tad-DQR tas-settijiet tad-data speċifiċi għall-kumpanija;

2. 

settijiet tad-data sekondarji: meta jintuża sett tad-data sekondarju konformi mal-EF fi studju dwar il-PEF (il-proċedura deskritta fit-Taqsima 4.6.5.3);

3. 

studju dwar il-PEF (il-proċedura deskritta fit-Taqsima 4.6.5.8)

4.6.5.2    DQR tas-settijiet tad-data speċifiċi għall-kumpanija

Meta jinħoloq sett tad-data speċifiku għall-kumpanija, il-kwalità tad-data ta’ i) id-data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija u ii) il-flussi elementari diretti speċifiċi għall-kumpanija (jiġifieri d-data dwar l-emissjonijiet) għandhom jiġu vvalutati separatament. Id-DQR tas-sottoproċessi marbuta mad-data dwar l-attivitajiet (ara l-Illustrazzjoni 9) tiġi evalwata permezz tar-rekwiżiti pprovduti fil-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data (it-Taqsima 4.6.5.4).

Illustrazzjoni 9

Rappreżentazzjoni grafika ta’ sett tad-data speċifiku għall-kumpanija.

image

Sett tad-data speċifiku għall-kumpanija huwa parzjalment diżaggregat: għandha tiġi valutata d-DQR tad-data dwar l-attivitajiet u tal-flussi elementari diretti. Id-DQR tas-sottoproċessi għandha tiġi valutata permezz tal-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data

Id-DQR tas-sett tad-data żviluppat ġdid għandha tiġi kkalkolata kif ġej.

1. 

Jintgħażlu d-data dwar l-attivitajiet u l-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti: id-data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti hija dik marbuta mas-sottoproċessi (jiġifieri settijiet tad-data sekondarji) li jammontaw għal mill-anqas 80 % tal-impatt ambjentali totali tas-sett tad-data speċifiku għall-kumpanija. Jiġu elenkati f’ordni, minn dawk li jikkontribwixxu l-aktar għal dawk li jikkontribwixxu l-anqas. Il-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti huma definiti bħala dawk li jikkontribwixxu b’mod kumulattiv mill-anqas 80 % għall-impatt totali tal-flussi elementari diretti.

2. 

Jiġu kkalkulati l-kriterji tad-DQR – TeR, TiR, GeR u P – għal kull tip ta’ data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti u għal kull tip ta’ fluss elementari dirett l-aktar rilevanti bl-użu tat-Tabella 23.

a. 

Kull fluss elementari dirett l-aktar rilevanti jikkonsisti fl-ammont u fl-isem tal-fluss elementari (eż. 40 g CO2). Għal kull fluss elementari l-aktar rilevanti, għandhom jiġu evalwati l-4 kriterji tad-DQR – TeR-EF, TiR-EF, GeR-EF, PEF (eż. it-twaqqit tal-fluss imkejjel, għal liema teknoloġija ġie mkejjel il-fluss u f’liema żona ġeografika).

b. 

Għal kull data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti, għandhom jiġu evalwati l-4 kriterji tad-DQR (imsejħa TeR-AD, TiR-AD, GeR-AD, PAD).

c. 

Meta jitqies li kemm id-data dwar l-attivitajiet kif ukoll il-flussi elementari diretti għandhom ikunu speċifiċi għall-kumpanija, il-punteġġ ta’ P ma jistax ikun ogħla minn 3, filwaqt li l-punteġġ għal TiR, TeR, u GeR ma jistax ikun ogħla minn 2 (il-punteġġ tad-DQR għandu jkun ≤1,5).

3. 

Jiġi kkalkulat bħala perċentwal il-kontribut ambjentali ta’ kull data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti (billi tintrabat mas-sottoproċess xieraq) u fluss elementari dirett għas-somma totali tal-impatt ambjentali tad-data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti kollha u l-flussi elementari diretti kollha (ponderati, bl-użu tal-kategoriji kollha tal-impatt tal-EF). Pereżempju, is-sett tad-data żviluppat ġdid għandu biss żewġ data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti, li jikkontribwixxu għal 80 % tal-impatt ambjentali totali tas-sett tad-data:

Id-data dwar l-attivitajiet 1 iġġorr 30 % tal-impatt ambjentali totali tas-sett tad-data. Dan il-proċess jikkontribwixxi 37,5 % (il-ponderazzjoni li għandha tintuża) għat-total ta’ 80 %.
Id-data dwar l-attivitajiet 2 iġġorr 50 % tal-impatt ambjentali totali tas-sett tad-data. Dan il-proċess jikkontribwixxi 62,5 % (il-ponderazzjoni li għandha tintuża) għat-total ta’ 80 %.
4. 

Jiġu kkalkulati l-kriterji TeR, TiR, GeR u P tas-sett tad-data żviluppat ġdid bħala l-medja ponderata ta’ kull kriterju tad-data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti u l-flussi elementari diretti. Il-ponderazzjoni hija l-kontribut relattiv (f’ %) ta’ kull data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti u fluss elementari dirett ikkalkolati fil-pass 3.

5. 

Tiġi kkalkulata d-DQR totali tas-sett tad-data żviluppat ġdid billi tintuża l-ekwazzjoni ta’ hawn taħt, fejn image hija l-medja ponderata kkalkulata kif speċifikat fil-punt (4).

image

Tabella 23

Kif għandhom jiġu assenjati l-valuri għall-kriterji tad-DQR meta tintuża informazzjoni speċifika għall-kumpanija. L-ebda kriterju ma għandu jiġi mmodifikat.

Klassifikazzjoni

PEF u PAD

TiR-EF u TiR-AD

TeR-EF u TeR-AD

GeR-EF u GeR-AD

1

Imkejla/ikkalkolati u vverifikati esternament.

Id-data tirreferi għall-aħħar perjodu ta’ amministrazzjoni annwali rigward id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF.

Il-flussi elementari u d-data dwar l-attivitajiet juru b’mod espliċitu t-teknoloġija tas-sett tad-data żviluppat ġdid.

Id-data dwar l-attivitajiet u l-flussi elementari jirriflettu l-ġeografija eżatta fejn iseħħ l-immudellar tal-proċess fis-sett tad-data maħluq ġdid.

2

Imkejla/ikkalkolati u verifikati internament, il-plawżibbiltà verifikata mill-eżaminatur.

Id-data tirreferi għal massimu ta’ żewġ perjodi ta’ amministrazzjoni annwali rigward id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF.

Il-flussi elementari u d-data dwar l-attivitajiet huma proxy tat-teknoloġija tas-sett tad-data żviluppat ġdid.

Id-data dwar l-attivitajiet u l-flussi elementari jirriflettu parzjalment il-ġeografija fejn iseħħ l-immudellar tal-proċess fis-sett tad-data maħluq ġdid.

3

Imkejla/ikkalkolati/ letteratura u l-plawżibbiltà mhux verifikata mir-rieżaminatur JEW stima kwalifikata bbażata fuq il-plawżibbiltà tal-kalkoli verifikata mir-rieżaminatur.

Id-data tirreferi għal massimu ta’ tliet perjodi ta’ amministrazzjoni annwali rigward id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF.

Mhux applikabbli.

Mhux applikabbli.

4-5

Mhux applikabbli.

Mhux applikabbli.

Mhux applikabbli.

Mhux applikabbli.

PEF : Preċiżjoni għall-flussi elementari; PAD : Preċiżjoni għad-data dwar l-attivitajiet; TiR-EF : Rappreżentattività marbuta mal-ħin għall-flussi elementari; TiR-AD : Rappreżentattività marbuta mal-ħin għad-data dwar l-attivitajiet; TeR-EF : Rappreżentattività teknoloġika għall-flussi elementari; TeR-AD : Rappreżentattività teknoloġika għad-data dwar l-attivitajiet; GeR-EF : Rappreżentattività ġeografika għall-flussi elementari; GeR-AD: Rappreżentattività ġeografika għad-data dwar l-attivitajiet.

4.6.5.3    DQR tas-settijiet tad-data sekondarji użati fl-istudji dwar il-PEF

Din it-taqsima tiddeskrivi l-proċedura għall-kalkolu tad-DQR tas-settijiet tad-data sekondarji użati fi studju dwar il-PEF. Din tinvolvi l-kalkolu mill-ġdid tad-DQR tas-sett tad-data sekondarju konformi mal-EF (ikkalkolat mill-fornitur tad-data), meta jintuża fl-immudellar tal-proċessi l-aktar rilevanti (ara t-Taqsima 4.6.5.4), sabiex l-utent tal-metodu tal-PEF ikun jista’ jivvaluta l-kriterji tad-DQR speċifiċi għall-kuntest (jiġifieri TeR, TiR u GeR tal-proċessi l-aktar rilevanti). Il-kriterji TeR, TiR u GeR għandhom jiġu evalwati mill-ġdid abbażi tat-Tabella 24. Mhux permess li jiġu modifikati l-kriterji. Id-DQR totali tas-sett tad-data għandha tiġi kkalkolata mill-ġdid bl-użu tal-Ekwazzjoni 19.

Tabella 24

Kif għandhom jiġu assenjati l-valuri għall-kriterji tad-DQR meta jintużaw settijiet tad-data sekondarji.

Klassifikazzjoni

TiR

TeR

GeR

1

Id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF tinsab fil-validità taż-żmien tas-sett tad-data.

It-teknoloġija użata fl-istudju dwar l-EF hija eżattament l-istess bħal dik fl-ambitu tas-sett tad-data.

Il-proċess immudellat fl-istudju dwar l-EF iseħħ fil-pajjiż li għalih is-sett tad-data jkun validu.

2

Id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF ma tkunx aktar tard minn sentejn wara l-validità taż-żmien tas-sett tad-data.

It-teknoloġiji użati fl-istudju dwar l-EF ikunu inklużi fit-taħlita tat-teknoloġiji fl-ambitu tas-sett tad-data.

Il-proċess immudellat fl-istudju dwar l-EF iseħħ fir-reġjun ġeografiku (eż. l-Ewropa) li għalih is-sett tad-data jkun validu.

3

Id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF ma tkunx aktar tard minn 4 snin wara l-validità taż-żmien tas-sett tad-data.

It-teknoloġiji użati fl-istudju dwar l-EF ikunu inklużi biss parzjalment fl-ambitu tas-sett tad-data.

Il-proċess immudellat fl-istudju dwar l-EF iseħħ f’wieħed mir-reġjuni ġeografiċi li għalihom is-sett tad-data jkun validu.

4

Id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF ma tkunx aktar tard minn 6 snin wara l-validità taż-żmien tas-sett tad-data.

It-teknoloġiji użati fl-istudju dwar l-EF ikunu simili għal dawk inklużi fl-ambitu tas-sett tad-data.

Il-proċess immudellat fl-istudju dwar l-EF iseħħ f’pajjiż li ma jkunx inkluż fir-reġjun(i) ġeografiku/ġeografiċi li għalihom is-sett tad-data jkun validu, iżda jkun stmat li hemm similaritajiet suffiċjenti abbażi ta’ ġudizzju espert.

5

Id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF tkun aktar minn 6 snin wara l-validità taż-żmien tas-sett tad-data, jew il-validità taż-żmien ma tkunx speċifikata.

It-teknoloġiji użati fl-istudju dwar l-EF ikunu differenti minn dawk inklużi fl-ambitu tas-sett tad-data.

Il-proċess immudellat fl-istudju dwar l-EF iseħħ f’pajjiż differenti minn dak li għalih is-sett tad-data jkun validu.

TiR: Rappreżentattività marbuta mal-ħin; TeR: Rappreżentattività teknoloġika; GeR: Rappreżentattività ġeografika.

4.6.5.4    Il-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data (DNM)

Id-DNM għandha tintuża biex jiġu evalwati r-rekwiżiti tad-data tal-proċessi kollha meħtieġa għall-immudellar tal-prodott fl-ambitu (ara t-Tabella 25). Hija tindika għal liema proċessi għandha jew tista’ tintuża data jew data sekondarja speċifika għall-kumpanija, skont kemm il-kumpanija jkollha influwenza fuq il-proċess. It-tliet każijiet li ġejjin jinsabu fid-DNM u huma spjegati hawn taħt.

1. 

Sitwazzjoni 1: il-proċess jitmexxa mill-kumpanija li twettaq l-istudju dwar il-PEF.

2. 

Sitwazzjoni 2: il-proċess ma jitmexxiex mill-kumpanija li twettaq l-istudju dwar il-PEF, iżda din il-kumpanija jkollha aċċess għal informazzjoni speċifika (għall-kumpanija).

3. 

Sitwazzjoni 3: il-proċess ma jitmexxiex mill-kumpanija li twettaq l-istudju dwar il-PEF u din il-kumpanija ma jkollhiex aċċess għal informazzjoni speċifika (għall-kumpanija).

L-utent tal-metodu tal-PEF għandu jagħmel dan li ġej.

1. 

Jiddetermina l-kumpanija kemm għandha influwenza (Sitwazzjoni 1, 2 jew 3) fuq kull proċess fil-katina tal-provvista tagħha. Din id-deċiżjoni tiddetermina liema mill-għażliet fit-

2. 

Tabella 25 tkun pertinenti għal kull proċess;

Jipprovdi tabella fir-rapport dwar il-PEF li telenka l-proċessi kollha u s-sitwazzjoni tagħhom skont id-DNM;

Isegwi r-rekwiżiti tad-data indikati fit-Tabella 25;

Jikkalkula/jevalwa mill-ġdid il-valuri tad-DQR (għal kull kriterju + total) għas-settijiet tad-data tal-proċessi l-aktar rilevanti u għal dawk il-ġodda maħluqa, kif indikat fit-Taqsimiet 4.6.5.6 – 4.6.5.8.

Tabella 25

DNM – rekwiżiti għal kumpanija li twettaq studju dwar il-PEF

L-għażliet indikati għal kull sitwazzjoni ma humiex elenkati f’ordni ġerarkika

Rekwiżiti tad-data

Sitwazzjoni 1: proċess immexxi mill-kumpanija

Għażla 1

Tiġi pprovduta data speċifika għall-kumpanija (kemm data dwar l-attivitajiet kif ukoll l-emissjonijiet diretti) u jinħoloq sett tad-data speċifiku għall-kumpanija (DQR≤1,5). Jiġi kkalkulat id-DQR tas-sett tad-data skont ir-regoli fit-Taqsima 4.6.5.2.

Sitwazzjoni 2: proċess mhux immexxi mill-kumpanija iżda b’aċċess għal informazzjoni speċifika għall-kumpanija

Għażla 1

Tiġi pprovduta data speċifika għall-kumpanija u jinħoloq sett tad-data speċifiku għall-kumpanija (DQR≤1,5). Jiġi kkalkulat id-DQR tas-sett tad-data skont ir-regoli fit-Taqsima 4.6.5.2.

Għażla 2

Jintuża sett tad-data sekondarju konformi mal-EF u tiġi applikata data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija għat-trasport (distanza), s-sottoproċessi użati għat-taħlita tal-elettriku u għat-trasport jiġu sostitwiti b’settijiet tad-data konformi mal-EF speċifiċi għall-katina tal-provvista (DQR≤3,0). Tiġi kkalkulata mill-ġdid id-DQR tas-sett tad-data użat (ara t-Taqsima 4.6.5.6).

Sitwazzjoni 3: proċess mhux immexxi mill-kumpanija u mingħajr aċċess għal informazzjoni speċifika għall-kumpanija

Għażla 1

Jintuża sett tad-data sekondarju konformi mal-EF f’forma aggregata (DQR≤3,0). Tiġi kkalkulata mill-ġdid id-DQR tas-sett tad-data jekk il-proċess ikun l-aktar rilevanti (ara t-Taqsima 4.6.5.7).

Innota li għal kwalunkwe sett tad-data sekondarju konformi mal-EF, jista’ jintuża sett tad-data konformi mal-ILCD-EL. Dan jista’ jikkontribwixxi sa massimu ta’ 10 % tal-punteġġ globali uniku tal-prodott fl-ambitu (ara t-Taqsima 4.6.3). Għal dawn is-settijiet tad-data, id-DQR ma għandhiex tiġi kkalkolata mill-ġdid.

4.6.5.5    Sitwazzjoni 1 tad-DNM

Għall-proċessi kollha mmexxija mill-kumpanija u fejn il-kumpanija li twettaq l-istudju dwar il-PEF tuża data speċifika għall-kumpanija, id-DQR tas-sett tad-data konformi mal-EF żviluppat ġdid għandha tiġi evalwata kif deskritt fit-Taqsima 4.6.5.2.

4.6.5.6    Sitwazzjoni 2 tad-DNM

Meta proċess iseħħ skont is-Sitwazzjoni 2 (jiġifieri l-kumpanija li twettaq l-istudju dwar il-PEF ma tkunx qed tmexxi l-proċess iżda jkollha aċċess għal data speċifika għall-kumpanija) hemm żewġ għażliet possibbli:

1. 

L-utent tal-metodu tal-PEF jista’ jaċċessa informazzjoni estensiva speċifika għall-fornitur u jista’ joħloq sett tad-data ġdid konformi mal-EF (Għażla 1);

2. 

Il-kumpanija jkollha xi informazzjoni speċifika għall-fornitur u tista’ tagħmel xi bidliet minimi (Għażla 2);

Sitwazzjoni 2/Għażla 1

Għall-proċessi kollha li ma jkunux immexxija mill-kumpanija u fejn il-kumpanija li twettaq l-istudju dwar il-PEF tuża data speċifika għall-kumpanija, id-DQR tas-sett tad-data konformi mal-EF żviluppat ġdid għandha tiġi evalwata kif deskritt fit-Taqsima 4.6.5.2.

Sitwazzjoni 2/Għażla 2

Sett tad-data sekondarju diżaggregat konformi mal-EF jintuża għall-proċessi fis-Sitwazzjoni 2/l-Għażla 2. Il-kumpanija li twettaq l-istudju dwar il-PEF għandha:

— 
tuża data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija għat-trasport;
— 
Tissostitwixxi s-sottoproċessi għat-taħlita tal-elettriku u għat-trasport użati fis-sett tad-data sekondarju diżaggregat konformi mal-EF b’settijiet tad-data konformi mal-EF speċifiċi għall-katina tal-provvista.

Jistgħu jintużaw valuri R1 speċifiċi għall-kumpanija. L-utent tal-metodu tal-PEF għandu jikkalkula mill-ġdid il-kriterji tad-DQR għall-proċessi fis-Sitwazzjoni 2/l-Għażla 2. Huwa għandu jagħmel id-DQR speċifika għall-kuntest billi jevalwa mill-ġdid it-TeR u t-TiR bl-użu tat-Tabella 24. Il-kriterju GeR għandu jitnaqqas bi 30 % u l-kriterju P għandu jżomm il-valur oriġinali.

4.6.5.7    Sitwazzjoni 3 tad-DNM

Jekk proċess iseħħ skont is-Sitwazzjoni 3 (jiġifieri l-kumpanija li twettaq l-istudju dwar il-PEF ma tkunx qed tmexxi l-proċess u din il-kumpanija ma jkollhiex aċċess għal data speċifika għall-kumpanija), il-kumpanija li twettaq l-istudju dwar il-PEF għandha tuża settijiet tad-data sekondarji konformi mal-EF.

Fil-każ ta’ proċess l-aktar rilevanti, billi tiġi segwita l-proċedura deskritta fit-Taqsima 7.3, l-utent tal-metodu tal-PEF għandu jagħmel il-kriterji tad-DQR speċifiċi għall-kuntest billi jevalwa mill-ġdid it-TeR, it-TiR u l-GeR bl-użu tat-Tabella 24. Il-parametru P għandu jżomm il-valur oriġinali.

Għall-proċessi mhux l-aktar rilevanti, billi tiġi segwita l-proċedura deskritta fit-Taqsima 7.3, il-kumpanija li twettaq l-istudju dwar il-PEF għandha tieħu l-valuri tad-DQR mis-sett tad-data oriġinali.

4.6.5.8    DQR ta’ studju dwar il-PEF

Biex jikkalkula d-DQR tal-istudju dwar il-PEF, l-utent tal-metodu tal-PEF għandu jikkalkula t-TeR, it-TiR, il-GeR u l-P separatament. Dawn għandhom jiġu kkalkolati bħala l-medja ponderata tal-punteġġi tad-DQR tal-proċessi l-aktar rilevanti kollha, abbażi tal-kontribut ambjentali relattiv tagħhom għall-punteġġ globali uniku, billi tintuża l-Ekwazzjoni 20.

5.    Valutazzjoni tal-impatt tal-impronta ambjentali

Ladarba l-LCI jkun ġie kkompilat, għandha titwettaq il-valutazzjoni tal-impatt tal-EF ( 54 ) biex tiġi kkalkolata l-prestazzjoni ambjentali tal-prodott, billi jintużaw il-kategoriji u l-mudelli kollha tal-impatt tal-EF. Il-valutazzjoni tal-impatt tal-EF tinkludi erba’ stadji: il-klassifikazzjoni, il-karatterizzazzjoni, in-normalizzazzjoni u l-ponderazzjoni. Ir-riżultati ta’ studju dwar il-PEF għandhom jiġu kkalkolati u rrapportati fir-rapport dwar il-PEF bħala riżultati kkaratterizzati, normalizzati u ponderati għal kull kategorija tal-impatt tal-EF u bħala punteġġ globali uniku bbażat fuq il-fatturi ta’ ponderazzjoni pprovduti fit-Taqsima 6.5.2.2. Ir-riżultati għandhom jiġu rrapportati għal (i) iċ-ċiklu tal-ħajja totali, u (ii) iċ-ċiklu tal-ħajja totali eskluż l-istadju tal-użu.

5.1.    Klassifikazzjoni u karatterizzazzjoni

5.1.1    Klassifikazzjoni

Il-klassifikazzjoni tirrikjedi li l-inputs u l-outputs tal-materjali/tal-enerġija mdaħħlin fl-LCI jiġu assenjati lill-kategorija tal-impatt rilevanti tal-EF. Pereżempju, matul il-fażi tal-klassifikazzjoni, l-inputs/l-outputs kollha li jwasslu għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jiġu assenjati lill-kategorija tat-tibdil fil-klima. Bl-istess mod, dawk li jwasslu għall-emissjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jiġu assenjati lill-kategorija tat-tnaqqis tal-ożonu. F’xi każijiet, input jew output jista’ jikkontribwixxi għal aktar minn kategorija waħda tal-impatt tal-EF (pereżempju, il-klorofluworokarburi (CFCs) jikkontribwixxu kemm għat-tibdil fil-klima kif ukoll għat-tnaqqis tal-ożonu).

Huwa importanti li d-data tiġi espressa f’termini tas-sustanzi kostitwenti li għalihom ikunu disponibbli fatturi ta’ karatterizzazzjoni (ara t-taqsima li jmiss). Pereżempju, id-data għal fertilizzant NPK kompost għandha tiġi diżaggregata u kklassifikata skont il-frazzjonijiet ta’ N, P u K tiegħu, minħabba li kull element kostitwenti se jikkontribwixxi għal kategoriji differenti tal-impatt tal-EF. Fil-prattika, ħafna mid-data tal-LCI tista’ tittieħed minn bażijiet tad-data pubbliċi jew kummerċjali eżistenti tal-LCI, fejn il-klassifikazzjoni tkun diġà ġiet implimentata. F’każijiet bħal dawn, irid jiġi żgurat, pereżempju mill-fornitur, li l-klassifikazzjoni u l-perkorsi tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF relatati jikkorrispondu mar-rekwiżiti tal-metodu tal-PEF.

L-inputs u l-outputs kollha mdaħħla fl-inventarju waqt li jkun qed jiġi kkompilat l-LCI għandhom jiġu assenjati lill-kategoriji tal-impatt tal-EF li għalihom jikkontribwixxu billi tintuża d-data tal-klassifikazzjoni magħmula disponibbli mill-JRC tal-Kummissjoni Ewropea ( 55 ).

Bħala parti mill-klassifikazzjoni tal-LCI, id-data jenħtieġ li tiġi espressa f’termini ta’ sustanzi kostitwenti li għalihom ikunu disponibbli fatturi ta’ karatterizzazzjoni, kemm jista’ jkun.

5.1.2    Karatterizzazzjoni

Il-karatterizzazzjoni tirreferi għall-kalkolu tal-kobor tal-kontribut ta’ kull input u output ikklassifikat għall-kategoriji tal-impatt tal-EF rispettivi tagħhom, u l-aggregazzjoni tal-kontributi fi ħdan kull kategorija. Dan jitwettaq billi l-valuri fl-LCI jiġu mmultiplikati bil-fattur ta’ karatterizzazzjoni rilevanti għal kull kategorija tal-impatt tal-EF.

Il-fatturi ta’ karatterizzazzjoni huma speċifiċi għas-sustanza jew għar-riżorsa. Huma jirrappreżentaw l-intensità tal-impatt ta’ sustanza meta mqabbel ma’ sustanza ta’ referenza komuni għal kategorija tal-impatt tal-EF (indikatur tal-kategorija tal-impatt). Pereżempju, meta jiġu kkalkulati l-impatti tat-tibdil fil-klima, l-emissjonijiet kollha tal-gassijiet serra mdaħħlin fl-LCI jiġu ponderati f’termini tal-intensità tal-impatt tagħhom meta mqabbel mad-diossidu tal-karbonju, li huwa s-sustanza ta’ referenza għal din il-kategorija. Dan jippermetti li l-potenzjal u l-espressjoni tal-impatt jiġu aggregati f’termini ta’ sustanza ekwivalenti waħda (f’dan il-każ, ekwivalenti ta’ CO2) għal kull kategorija tal-impatt tal-EF.

L-inputs u l-outputs ikklassifikati kollha f’kull kategorija tal-impatt tal-EF għandhom jiġu assenjati fatturi ta’ karatterizzazzjoni li jirrappreżentaw il-kontribut għal kull unità ta’ input jew output għall-kategorija, billi jintużaw il-fatturi ta’ karatterizzazzjoni pprovduti ( 56 ). Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF għandhom sussegwentement jiġu kkalkulati għal kull kategorija tal-impatt tal-EF billi l-ammont ta’ kull input/output jiġi mmultiplikat bil-fattur ta’ karatterizzazzjoni tiegħu u billi jingħaddu flimkien il-kontributi tal-inputs/outputs kollha fi ħdan kull kategorija biex jinkiseb kejl wieħed espress fl-unitajiet ta’ referenza xierqa.

5.2.    Normalizzazzjoni u ponderazzjoni

Wara l-istadji tal-klassifikazzjoni u l-karatterizzazzjoni, il-valutazzjoni tal-impatt tal-EF għandha tiġi kkomplementata bin-normalizzazzjoni u l-ponderazzjoni.

5.2.1    Normalizzazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-impronta ambjentali

In-normalizzazzjoni hija l-istadju li fih ir-riżultati tal-LCIA jiġu diviżi fil-fatturi ta’ normalizzazzjoni biex jiġi kkalkulat u mqabbel il-kobor tal-kontributi tagħhom għall-kategoriji tal-impatt tal-EF meta mqabbel ma’ unità ta’ referenza. B’riżultat ta’ dan, jinkisbu riżultati normalizzati, mingħajr dimensjoni. Dawn jirriflettu l-piżijiet li jkunu attribwiti lil prodott meta mqabbel mal-unità ta’ referenza. Fi ħdan il-metodu tal-PEF, il-fatturi ta’ normalizzazzjoni huma espressi per capita abbażi ta’ valur globali ( 57 ).

Madankollu, ir-riżultati normalizzati tal-impronta ambjentali ma jindikawx is-severità jew ir-rilevanza tal-impatti rispettivi.

Fl-istudji dwar il-PEF, ir-riżultati normalizzati ma għandhomx jiġu aggregati peress li dan japplika b’mod impliċitu ponderazzjoni ugwali. Ir-riżultati kkaratterizzati għandhom jiġu rrappurtati flimkien mar-riżultati normalizzati.

5.2.2    Ponderazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-impronta ambjentali

Il-ponderazzjoni hija stadju obbligatorju fl-istudji dwar il-PEF u tappoġġa l-interpretazzjoni u l-komunikazzjoni tar-riżultati tal-analiżi. F’dan l-istadju, ir-riżultati normalizzati jiġu mmultiplikati b’sett ta’ fatturi ta’ ponderazzjoni (f’ %) li jirriflettu l-importanza relattiva tal-kategoriji tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja kkunsidrati. Ir-riżultati ponderati ta’ kategoriji differenti tal-impatt jistgħu mbagħad jitqabblu biex tiġi vvalutata l-importanza relattiva tagħhom. Dawn jistgħu jiġu ponderati wkoll bejn il-kategoriji tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja biex jinkiseb punteġġ globali uniku, espress f’punti.

Il-proċess li fuqu huwa bbażat l-iżvilupp tal-fatturi ta’ ponderazzjoni tal-EF huwa rrapportat f’Sala et al. 2018. Il-fatturi ta’ ponderazzjoni ( 58 ) li għandhom jintużaw fl-istudji dwar il-PEF huma pprovduti online ( 59 ) ( 60 ).

Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF qabel il-ponderazzjoni (jiġifieri kkaratterizzati u normalizzati) għandhom jiġu rrapportati flimkien mar-riżultati ponderati fir-rapport dwar il-PEF.

6.    Interpretazzjoni tar-riżultati tal-impronta ambjentali tal-prodotti

6.1.    Introduzzjoni

L-interpretazzjoni tar-riżultati tal-istudju dwar il-PEF isservi żewġ għanijiet.

1. 

L-ewwel nett, biex jiġi żgurat li l-prestazzjoni tal-mudell tal-PEF tikkorrispondi għall-għanijiet u r-rekwiżiti tal-kwalità tal-istudju. F’dan is-sens, l-interpretazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tista’ tinforma t-titjib iterattiv tal-mudell tal-PEF sakemm jintlaħqu l-għanijiet u r-rekwiżiti kollha.

2. 

It-tieni, biex jinkisbu konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet robusti mill-analiżi, pereżempju, b’appoġġ għat-titjib ambjentali.

Biex jintlaħqu dawn l-objettivi, il-fażi ta’ interpretazzjoni għandha tinkludi l-passi deskritti f’din it-taqsima.

6.2.    Valutazzjoni tar-robustezza tal-mudell tal-impronta ambjentali tal-prodott

Il-valutazzjoni tar-robustezza tal-mudell tal-PEF tevalwa sa liema punt l-għażliet metodoloġiċi bħal-limitu tas-sistema, is-sorsi tad-data, u l-għażliet tal-allokazzjoni jinfluwenzaw ir-riżultati analitiċi.

L-għodod li jenħtieġ li jintużaw biex tiġi valutata r-robustezza tal-mudell tal-PEF jinkludu dawn li ġejjin.

(a) 

Kontrolli tal-kompletezza, biex tiġi vvalutata d-data tal-LCI biex jiġi żgurat li tkun kompluta meta mqabbla mal-għanijiet, l-ambitu, il-limitu tas-sistema u l-kriterji tal-kwalità definiti. Dan jinkludi l-kompletezza tal-kopertura tal-proċessi (jiġifieri ġew inklużi l-proċessi kollha f’kull stadju tal-katina tal-provvista kkunsidrat) u tal-kopertura tal-inputs/outputs (jiġifieri ġew inklużi l-inputs tal-materjali jew tal-enerġija u l-emissjonijiet kollha assoċjati ma’ kull proċess).

(b) 

Kontrolli tas-sensittività, biex jiġi vvalutat sa liema punt ir-riżultati jkunu determinati minn għażliet metodoloġiċi speċifiċi, u l-impatt tal-implimentazzjoni ta’ għażliet alternattivi fejn dawn ikunu jistgħu jiġu identifikati. Huwa utli li jiġu strutturati l-kontrolli tas-sensittività għal kull fażi tal-istudju dwar il-PEF, inklużi d-definizzjoni tal-għanijiet u tal-ambitu, l-LCI, u l-valutazzjoni tal-impatt tal-EF.

(c) 

Kontrolli tal-konsistenza, biex jiġi vvalutat sa liema punt is-suppożizzjonijiet, il-metodi u l-kunsiderazzjonijiet dwar il-kwalità tad-data ġew applikati b’mod konsistenti matul l-istudju dwar il-PEF.

Kwalunkwe kwistjoni indikata f’din l-evalwazzjoni tista’ tintuża biex tikkontribwixxi għat-titjib iterattiv fl-istudju dwar il-PEF.

6.3.    Identifikazzjoni tal-hotspots: il-kategoriji tal-impatt, l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi u l-flussi elementari l-aktar rilevanti

Ladarba l-utent tal-metodu tal-PEF jiżgura li l-mudell tal-PEF ikun robust u jkun konformi mal-aspetti kollha definiti fil-fażijiet tad-definizzjoni tal-għanijiet u tal-ambitu, għandhom jiġu identifikati l-elementi ewlenin li jikkontribwixxu għar-riżultati tal-PEF. Dan il-pass jista’ jissejjaħ ukoll analiżi tal-“hotspots”. L-utent tal-metodu tal-PEF għandu jidentifika u jelenka fir-rapport dwar il-PEF (flimkien mal- %) l-aktar rilevanti:

1. 

kategoriji tal-impatt

2. 

stadji taċ-ċiklu tal-ħajja

3. 

proċessi

4. 

flussi elementari.

Hemm differenza operazzjonali importanti bejn il-kategoriji tal-impatt u l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti fuq naħa u l-proċessi u l-flussi elementari l-aktar rilevanti min-naħa l-oħra. B’mod partikolari, il-kategoriji tal-impatt u l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti jistgħu jkunu prinċipalment rilevanti fil-kuntest tal-komunikazzjoni tar-riżultati ta’ studju dwar il-PEF. Dawn jistgħu jservu biex jissottolinjaw oqsma ambjentali fejn l-organizzazzjoni jenħtieġ li tiffoka l-attenzjoni tagħha.

L-identifikazzjoni tal-proċessi u tal-flussi elementari l-aktar rilevanti hija aktar importanti għall-inġiniera u d-diżinjaturi biex jidentifikaw azzjonijiet għat-titjib tal-impronta ġenerali, eż. billi jaqbżu jew ibiddlu proċess, billi jottimizzaw aktar proċess, jew billi japplikaw teknoloġija kontra t-tniġġis. Dan huwa partikolarment rilevanti għall-istudji interni, biex wieħed jeżamina aktar fil-fond kif tista’ tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-prodott. Il-proċedura li għandha tiġi segwita biex jiġu identifikati l-kategoriji tal-impatt, l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi u l-flussi elementari l-aktar rilevanti hija deskritta fit-taqsimiet li ġejjin.

6.3.1    Proċedura biex jiġu identifikati l-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti

L-identifikazzjoni tal-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultati normalizzati u ponderati. Il-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti għandhom jiġu identifikati bħala dawk il-kategoriji tal-impatt kollha li flimkien jikkontribwixxu għal mill-inqas 80 % tal-punteġġ globali uniku. Dan għandu jibda mill-akbar għall-iżgħar kontributi.

Mill-anqas tliet kategoriji tal-impatt rilevanti għandhom jiġu identifikati bħala dawk l-aktar rilevanti. L-utent tal-metodu tal-PEF jista’ jżid aktar kategoriji tal-impatt mal-lista ta’ dawk l-aktar rilevanti iżda ma għandha titħassar l-ebda waħda.

6.3.2    Proċedura biex jiġu identifikati l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti

L-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti huma dawk li flimkien jikkontribwixxu aktar minn 80 % għal kwalunkwe waħda mill-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti identifikati. Dan għandu jibda mill-akbar għall-iżgħar kontributi. L-utent tal-metodu tal-PEF jista’ jżid aktar stadji taċ-ċiklu tal-ħajja mal-lista ta’ dawk l-aktar rilevanti iżda ma għandu jitħassar l-ebda wieħed. Bħala minimu, għandhom jitqiesu l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja deskritti fit-Taqsima 4.2.

Jekk l-istadju tal-użu jammonta għal aktar minn 50 % tal-impatt totali ta’ kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti, il-proċedura għandha terġa’ ssir, bl-esklużjoni tal-istadju tal-użu. F’dan il-każ, il-lista tal-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti għandha tkun dawk magħżula permezz tal-proċedura tal-aħħar flimkien mal-istadju tal-użu.

6.3.3    Proċedura biex jiġu identifikati l-proċessi l-aktar rilevanti

Kull kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti għandha tiġi investigata aktar billi jiġu identifikati l-proċessi l-aktar rilevanti użati biex jiġi mmudellat il-prodott fl-ambitu. Il-proċessi l-aktar rilevanti huma dawk li flimkien jikkontribwixxu aktar minn 80 % għal kwalunkwe waħda mill-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti identifikati. Proċessi identiċi ( 61 ) li jseħħu fi stadji differenti taċ-ċiklu tal-ħajja (eż. it-trasport, l-użu tal-elettriku) għandhom jitqiesu separatament. Proċessi identiċi li jseħħu fl-istess stadju taċ-ċiklu tal-ħajja għandhom jitqiesu flimkien. Il-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti għandha tiġi rrapportata fir-rapport dwar il-PEF flimkien mal-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja rispettiv (jew stadji multipli taċ-ċiklu tal-ħajja jekk rilevanti) u l-kontribut f’%. L-identifikazzjoni tal-proċessi l-aktar rilevanti għandha titwettaq skont it-Tabella 26.

Tabella 26

Kriterji biex jintgħażel f’liema stadju taċ-ċiklu tal-ħajja għandhom jiġu identifikati l-proċessi l-aktar rilevanti

— Kontribut tal-istadju tal-użu għall-impatt totali ta’ kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti

— Proċessi l-aktar rilevanti identifikati fil-livell ta’

— ≥ 50 %

— iċ-ċiklu tal-ħajja kollu eskluż l-istadju tal-użu, u

— l-istadju tal-użu

— < 50 %

— iċ-ċiklu tal-ħajja kollu

Din l-analiżi għandha tiġi rrapportata separatament għal kull kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti. L-utent tal-metodu tal-PEF jista’ jżid aktar proċessi mal-lista ta’ dawk l-aktar rilevanti iżda ma għandu jitħassar l-ebda wieħed.

6.3.4    Proċedura biex jiġu identifikati l-flussi elementari l-aktar rilevanti

Il-flussi elementari l-aktar rilevanti huma definiti bħala dawk il-flussi elementari li flimkien jikkontribwixxu mill-inqas 80 % għall-impatt totali ta’ kull kategorija tal-impatt speċifika l-aktar rilevanti għal kull proċess l-aktar rilevanti, minn dawk li jikkontribwixxu l-aktar għal dawk li jikkontribwixxu l-anqas. Din l-analiżi għandha tiġi rrapportata separatament għal kull kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti.

Il-flussi elementari li jappartjenu għas-sistema tal-isfond ta’ proċess l-aktar rilevanti jistgħu jiddominaw l-impatt. Għalhekk, jekk ikunu disponibbli settijiet tad-data diżaggregati, l-utent tal-metodu tal-PEF jenħtieġ li jidentifika wkoll il-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti għal kull proċess l-aktar rilevanti.

Il-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti huma definiti bħala dawk il-flussi elementari diretti li flimkien jikkontribwixxu mill-inqas 80 % għall-impatt totali tal-flussi elementari diretti tal-proċess, għal kull kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti. L-analiżi għandha tkun limitata għall-emissjonijiet diretti tas-settijiet tad-data diżaggregati tal-livell-1 ( 62 ). Dan ifisser li l-kontribut kumulattiv ta’ 80 % għandu jiġi kkalkulat kontra l-impatt ikkawżat mill-emissjonijiet diretti biss, u mhux kontra l-impatt totali tal-proċess.

L-utent tal-metodu tal-PEF jista’ jżid aktar flussi elementari mal-lista ta’ dawk li huma l-aktar rilevanti iżda ma għandu jitħassar l-ebda wieħed. Il-lista tal-flussi elementari l-aktar rilevanti (jew, jekk applikabbli, tal-flussi elementari diretti) għal kull proċess l-aktar rilevanti għandha tiġi rrapportata fir-rapport dwar il-PEF.

6.3.5    Trattament ta’ numri negattivi

Meta jiġi identifikat il-perċentwal tal-kontribut tal-impatt għal kwalunkwe proċess jew fluss elementari, huwa importanti li jintużaw valuri assoluti. Dan jagħmilha possibbli li tiġi identifikata r-rilevanza ta’ kwalunkwe kreditu (eż. mir-riċiklaġġ). Fil-każ ta’ proċessi jew flussi b’punteġġ tal-impatt negattiv, għandha tiġi applikata l-proċedura li ġejja:

(a) 

jiġu kkunsidrati l-valuri assoluti (jiġifieri l-impatti tal-proċessi jew tal-flussi li jkollhom sinjal ta’ plus, jiġifieri punteġġ pożittiv);

(b) 

il-punteġġ totali tal-impatt jeħtieġ li jiġi kkalkulat mill-ġdid billi jiġu inklużi l-punteġġi negattivi konvertiti;

(c) 

il-punteġġ totali tal-impatt jiġi stabbilit għal 100 %;

(d) 

il-perċentwal tal-kontribut tal-impatt għal kwalunkwe proċess jew fluss elementari jiġi vvalutat skont dan it-total il-ġdid.

Din il-proċedura ma tapplikax biex jiġu identifikati l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti.

6.3.6    Sommarju tar-rekwiżiti

It-Tabella 27 tiġbor fil-qosor ir-rekwiżiti biex jiġu definiti l-kontributi l-aktar rilevanti.

Tabella 27

Sommarju tar-rekwiżiti biex jiġu definiti l-kontributi l-aktar rilevanti

Element

F’liema livell jeħtieġ li tiġi identifikata r-rilevanza?

Limitu

Kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti

Punteġġ globali uniku

Il-kategoriji tal-impatt li flimkien jikkontribwixxu għal mill-anqas 80 % tal-punteġġ ġenerali uniku.

Stadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti

Għal kull kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti

L-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja li flimkien jikkontribwixxu aktar minn 80 % għal dik il-kategorija tal-impatt.

Jekk l-istadju tal-użu jammonta għal aktar minn 50 % tal-impatt totali ta’ kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti, il-proċedura għandha terġa’ ssir, bl-esklużjoni tal-istadju tal-użu.

Proċessi l-aktar rilevanti

Għal kull kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti

Il-proċessi kollha li flimkien jikkontribwixxu (tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu) aktar minn 80 % għal dik il-kategorija tal-impatt, meta jitqiesu l-valuri assoluti.

Flussi elementari l-aktar rilevanti

Għal kull proċess l-aktar rilevanti meta jitqiesu l-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti

Il-flussi elementari kollha li flimkien jikkontribwixxu għal mill-anqas 80 % tal-impatt totali ta’ kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti għal kull proċess l-aktar rilevanti.

Jekk tkun disponibbli data diżaggregata: għal kull proċess l-aktar rilevanti, il-flussi elementari diretti kollha li flimkien jikkontribwixxu mill-inqas 80 % għal dik il-kategorija tal-impatt (ikkawżati mill-flussi elementari diretti biss).

6.3.7    Eżempju

Hawn taħt qed jingħataw eżempji fittizji, li ma humiex ibbażati fuq xi riżultati speċifiċi ta’ studju dwar il-PEF.

Kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti

Tabella 28

Il-kontribut ta’ kategoriji tal-impatt differenti abbażi ta’ riżultati normalizzati u ponderati – eżempju

Kategorija tal-impatt

Kontribut għall-impatt totali (%)

Tibdil fil-klima

21,5

Tnaqqis tal-ożonu

3,0

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem, effetti ta’ kanċer

6,0

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem, effetti mhux ta’ kanċer

0,1

Materja partikolata

14,9

Radjazzjoni jonizzanti, saħħa tal-bniedem

0,5

Formazzjoni fotokimika tal-ożonu, saħħa tal-bniedem

2,4

Aċidifikazzjoni

1,5

Ewtrofikazzjoni, terrestri

1,0

Ewtrofikazzjoni, ilma ħelu

1,0

Ewtrofikazzjoni, baħar

0,1

Ekotossiċità, ilma ħelu

0,1

Użu tal-art

14,3

Użu tal-ilma

18,6

Użu tar-riżorsi, minerali u metalli

6,7

Użu tar-riżorsi, fossili

8,3

Total tal-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti (%)

84,3

Abbażi tar-riżultati normalizzati u ponderati, il-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti huma: it-tibdil fil-klima, il-materja partikolata, l-użu tal-ilma, l-użu tal-art, u l-użu tar-riżorsi (minerali u metalli u fossili) għal kontribut kumulattiv ta’ 84,3 % tal-impatt totali.

Stadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti

Tabella 29

Il-kontribut ta’ stadji differenti taċ-ċiklu tal-ħajja għall-kategorija tal-impatt tat-tibdil fil-klima (ibbażat fuq ir-riżultati kkaratterizzati tal-inventarju) – eżempju

Stadju taċ-ċiklu tal-ħajja

Kontribut (%)

Akkwist u pproċessar minn qabel tal-materja prima

46,3

Produzzjoni tal-prodott prinċipali

21,2

Distribuzzjoni u ħżin tal-prodott

16,5

Stadju tal-użu

5,9

Tmiem tal-ħajja

10,1

Total tal-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti (%)

88,0

It-tliet stadji taċ-ċiklu tal-ħajja bl-aħmar se jkunu dawk identifikati bħala “l-aktar rilevanti” għat-tibdil fil-klima peress li qed jikkontribwixxu għal aktar minn 80 %. Il-klassifikazzjoni għandha tibda mill-ogħla kontributuri.

Din il-proċedura għandha tiġi ripetuta għall-kategoriji tal-impatt tal-EF l-aktar rilevanti kollha li jintgħażlu.

Proċessi l-aktar rilevanti

Tabella 30

Il-kontribut ta’ proċessi differenti għall-kategorija tal-impatt tat-tibdil fil-klima (ibbażat fuq ir-riżultati kkaratterizzati tal-inventarju - eżempju

Stadju taċ-ċiklu tal-ħajja

Proċess ta’ unità

Kontribut (%)

Akkwist u pproċessar minn qabel tal-materja prima

Proċess A

4,9

Proċess B

41,4

Produzzjoni tal-prodott prinċipali

Proċess C

18,4

Proċess D

2,8

Distribuzzjoni u ħżin tal-prodott

Proċess E

16,5

Stadju tal-użu

Proċess F

5,9

EoL

Proċess G

10,1

Total tal-proċessi l-aktar rilevanti (%)

86,4

Skont il-proċedura proposta, il-proċessi B, C, E u G għandhom jintgħażlu bħala “l-aktar rilevanti”.

Din il-proċedura għandha tiġi ripetuta għall-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti kollha li jintgħażlu.

Trattament ta’ numri negattivi u proċessi identiċi fi stadji differenti taċ-ċiklu tal-ħajja

Tabella 31

Eżempji dwar kif għandhom jiġu ttrattati numri negattivi u proċess identiku fi stadji differenti taċ-ċiklu tal-ħajja

image

6.4.    Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Il-parti finali tal-fażi ta’ interpretazzjoni tal-EF tinvolvi:

(a) 

it-tfassil ta’ konklużjonijiet ibbażati fuq ir-riżultati analitiċi;

(b) 

it-tweġib tal-mistoqsijiet li jkunu saru fil-bidu tal-istudju dwar il-PEF; u

(c) 

il-preżentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet xierqa għall-udjenza u l-kuntest maħsuba filwaqt li titqies b’mod espliċitu kwalunkwe limitazzjoni fir-rigward tar-robustezza u l-applikabbiltà tar-riżultati.

Il-PEF tikkomplementa valutazzjonijiet u strumenti oħra bħall-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali speċifiċi għas-sit jew il-valutazzjonijiet tar-riskju kimiku.

Jenħtieġ li jiġi identifikat titjib potenzjali, pereżempju, l-użu ta’ teknoloġija jew tekniki ta’ produzzjoni aktar nodfa, bidliet fid-disinn tal-prodotti, l-applikazzjoni ta’ sistemi ta’ ġestjoni ambjentali (eż. l-iskema ta’ mmaniġġjar u awditjar ekoloġiku (EMAS) jew l-EN ISO 14001:2015), jew approċċi sistematiċi oħra.

Il-konklużjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-limitazzjonijiet għandhom jiġu deskritti f’konformità mal-għanijiet u l-ambitu definiti tal-istudju dwar il-PEF. Il-konklużjonijiet jenħtieġ li jinkludu sommarju tal-“hotspots” tal-katina tal-provvista identifikati u t-titjib potenzjali assoċjat mal-interventi ta’ ġestjoni.

7.    Rapporti dwar l-impronta ambjentali tal-prodotti

7.1.    Introduzzjoni

Rapport dwar il-PEF jikkomplementa l-istudju dwar il-PEF, billi jipprovdi sommarju rilevanti, komprensiv, konsistenti, preċiż u trasparenti tal-istudju. Huwa jirriproduċi l-aħjar informazzjoni possibbli b’mod li jimmassimizza l-utilità tagħha għall-utenti attwali u futuri intenzjonati, filwaqt li jikkomunika b’mod trasparenti l-limitazzjonijiet. Ir-rapportar effettiv dwar il-PEF jirrikjedi li jiġu ssodisfati diversi kriterji, kemm proċedurali (il-kwalità tar-rapport) kif ukoll sostantivi (il-kontenut tar-rapport). Mudell tar-rapport dwar il-PEF huwa disponibbli fil-Parti E tal-Anness II. Dan il-mudell jinkludi l-informazzjoni minima li għandha tiġi rrapportata f’rapport dwar il-PEF.

Bħala minimu, rapport dwar il-PEF jikkonsisti minn: sommarju, ir-rapport prinċipali, is-sett tad-data aggregat konformi mal-EF u anness. Informazzjoni kunfidenzjali u proprjetarja tista’ tiġi dokumentata fir-raba’ punt - rapport kunfidenzjali komplementari. Ir-rapporti ta’ rieżami huma annessi.

7.1.1.    Sommarju

Is-sommarju għandu jkun jista’ jinqara waħdu mingħajr ma jikkomprometti r-riżultati u l-konklużjonijiet/ir-rakkomandazzjonijiet (jekk ikunu inklużi). Is-sommarju għandu jissodisfa l-istess kriterji dwar it-trasparenza, il-konsistenza, eċċ. bħar-rapport dettaljat. Sa fejn ikun possibbli, is-sommarju jenħtieġ li jinkiteb b’mod immirat lejn udjenza mhux teknika.

7.1.2.    Sett tad-data aggregat konformi mal-EF

Għal kull prodott fl-ambitu tal-istudju dwar il-PEF, l-utent għandu jagħmel disponibbli sett tad-data aggregat konformi mal-EF.

Jekk l-utent tal-metodu tal-PEF jew tal-PEFCR jippubblika tali sett tad-data konformi mal-EF, ir-rapport dwar il-PEF li abbażi tiegħu jiġi ġġenerat is-sett tad-data għandu jiġi ppubblikat ukoll.

7.1.3.    Rapport prinċipali

Ir-rapport prinċipali ( 63 ) għandu, bħala minimu, jinkludi l-komponenti li ġejjin:

1. 

informazzjoni ġenerali

2. 

l-għan tal-istudju

3. 

l-ambitu tal-istudju

4. 

analiżi tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja

5. 

ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja

6. 

interpretazzjoni tar-riżultati tal-PEF.

7.1.4.    Dikjarazzjoni ta’ validazzjoni

Ara t-Taqsima 8.5.3.

7.1.5.    Annessi

L-annessi jservu biex jiddokumentaw elementi ta’ sostenn għar-rapport prinċipali li huma ta’ natura aktar teknika (eż. kalkoli dettaljati għall-valutazzjoni tal-kwalità tad-data, approċċ alternattiv għal mudell tan-nitroġenu fl-għelieqi meta studju dwar il-PEF ikollu mmudellar agrikolu fl-ambitu, riżultati tal-analiżi tas-sensittività, valutazzjoni tar-robustezza tal-mudell tal-PEF, referenzi bibljografiċi).

7.1.6.    Rapport kunfidenzjali

Ir-rapport kunfidenzjali huwa fakultattiv. Jekk jintuża, huwa għandu jkun fih id-data (inkluża d-data mhux ipproċessata) u l-informazzjoni kollha li tkun kunfidenzjali jew proprjetarja u li ma tistax issir disponibbli esternament. Ir-rapport kunfidenzjali għandu jkun disponibbli għall-proċedura ta’ verifika u ta’ validazzjoni tal-istudju dwar il-PEF (ara t-Taqsima 8.4.3).

8.    Verifika u validazzjoni tal-istudji, ir-rapporti u l-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-PEF

Jekk il-politiki dwar l-implimentazzjoni tal-metodu tal-PEF jiddefinixxu rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tal-verifika u l-validazzjoni tal-istudji, ir-rapporti u l-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-PEF, f’dak il-każ għandhom jipprevalu dawn ir-rekwiżiti.

8.1.    Definizzjoni tal-ambitu tal-verifika

Il-verifika u l-validazzjoni tal-istudju dwar il-PEF huma obbligatorji kull meta l-istudju, jew parti mill-informazzjoni fih, jintużaw għal kwalunkwe tip ta’ komunikazzjoni esterna (jiġifieri komunikazzjoni lil kwalunkwe parti interessata għajr il-kummissjonant jew l-utent tal-metodu tal-PEF tal-istudju).

Verifika tfisser il-proċess ta’ valutazzjoni tal-konformità mwettaq minn verifikatur(i) tal-impronta ambjentali biex jiġi vverifikat jekk l-istudju dwar il-PEF ikunx twettaq f’konformità mal-Anness I.

Validazzjoni tfisser il-konferma mill-verifikatur(i) tal-impronta ambjentali li jkun wettaq il-verifika, li l-informazzjoni u d-data inklużi fl-istudju dwar il-PEF, ir-rapport dwar il-PEF u l-mezzi ta’ komunikazzjoni disponibbli fiż-żmien tal-validazzjoni jkunu affidabbli, kredibbli u korretti.

Il-verifika u l-validazzjoni għandhom ikopru t-tliet oqsma li ġejjin:

1. 

l-istudju dwar il-PEF (inkluż, iżda mhux limitat għad-data miġbura, ikkalkolata, u stmata u l-mudell sottostanti);

2. 

ir-rapport dwar il-PEF;

3. 

il-kontenut tekniku tal-mezzi ta’ komunikazzjoni, jekk applikabbli.

Il-verifika tal-istudju dwar il-PEF għandha tiżgura li l-istudju dwar il-PEF jitwettaq f’konformità mal-Anness I jew mal-PEFCR applikabbli.

Il-validazzjoni tal-informazzjoni fl-istudju dwar il-PEF għandha tiżgura li:

(a) 

id-data u l-informazzjoni użati għall-istudju dwar il-PEF ikunu konsistenti, affidabbli u traċċabbli;

(b) 

il-kalkoli mwettqa ma jinkludux żbalji sinifikanti ( 64 ).

Il-verifika u l-validazzjoni tar-rapport dwar il-PEF għandhom jiżguraw li:

(a) 

ir-rapport dwar il-PEF ikun komplut, konsistenti u konformi mal-mudell tar-rapport dwar il-PEF ipprovdut fil-Parti E tal-Anness II;

(b) 

l-informazzjoni u d-data inklużi jkunu konsistenti, affidabbli u traċċabbli;

(c) 

l-informazzjoni u t-taqsimiet obbligatorji jkunu inklużi u mimlija kif suppost;

(d) 

l-informazzjoni teknika kollha li tista’ tintuża għal skopijiet ta’ komunikazzjoni, indipendentement mill-mezz ta’ komunikazzjoni li għandu tintuża, tkun inkluża fir-rapport.

Nota: l-informazzjoni kunfidenzjali għandha tiġi vvalidata, filwaqt li tista’ tiġi eskluża mir-rapport dwar il-PEF.

Il-validazzjoni tal-kontenut tekniku tal-mezz ta’ komunikazzjoni għandha tiżgura li:

(a) 

l-informazzjoni teknika u d-data inklużi jkunu affidabbli u konsistenti mal-informazzjoni inkluża fl-istudju dwar il-PEF u fir-rapport dwar il-PEF;

(b) 

li l-informazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali ( 65 );

(c) 

li l-mezz ta’ komunikazzjoni jikkonforma mal-prinċipji tat-trasparenza, id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà, l-affidabbiltà, il-kompletezza, il-komparabbiltà u ċ-ċarezza, kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Bini tas-Suq Uniku għall-Prodotti Ekoloġiċi ( 66 ).

8.2.    Proċedura ta’ verifika

Il-proċedura ta’ verifika tkopri l-passi li ġejjin.

1. 

Il-kummissjonant għandu jagħżel il-verifikatur(i) jew it-tim ta’ verifika skont ir-regoli deskritti fit-Taqsima 9.3.1.

2. 

Il-verifika għandha ssir skont il-proċess ta’ verifika deskritt fit-Taqsima 9.4.

3. 

Il-verifikatur għandu jikkomunika lill-kummissjonant kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta, nuqqas ta’ konformità u ħtieġa għal kjarifiki (it-Taqsima 9.3.2), u jabbozza d-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni (it-Taqsima 8.5.2).

4. 

Il-kummissjonant għandu jwieġeb għall-kummenti tal-verifikatur u jintroduċi l-korrezzjonijiet u l-bidliet meħtieġa (jekk ikun meħtieġ) biex jiżgura l-konformità finali tal-istudju dwar il-PEF, ir-rapport dwar il-PEF u l-kontenut tekniku tal-mezzi ta’ komunikazzjoni dwar il-PEF. Jekk, fil-ġudizzju tal-verifikatur, il-kummissjonant ma jweġibx b’mod xieraq f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, il-verifikatur għandu joħroġ dikjarazzjoni ta’ validazzjoni modifikata.

5. 

Id-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni finali tiġi pprovduta, billi jitqiesu (jekk ikun meħtieġ) il-korrezzjonijiet u l-bidliet introdotti mill-kummissjonant.

6. 

Sorveljanza li r-rapport dwar il-PEF ikun disponibbli matul il-validità tad-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni (kif definit fit-Taqsima 8.5.3).

Jekk il-verifikatur isir jaf bi kwistjoni li ġġiegħlu jemmen fl-eżistenza ta’ frodi jew nuqqas ta’ konformità mal-liġijiet jew mar-regolamenti, il-verifikatur għandu jikkomunika dan immedjatament lill-kummissjonant tal-istudju.

8.3.    Verifikatur(i)

Din it-taqsima hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Il-verifika/validazzjoni tista’ ssir minn verifikatur wieħed jew minn tim ta’ verifika. Il-verifikatur(i) indipendenti għandhom ikunu esterni għall-organizzazzjoni li tkun wettqet l-istudju dwar il-PEF.

Fil-każijiet kollha għandha tiġi ggarantita l-indipendenza tal-verifikaturi, jiġifieri dawn għandhom jissodisfaw l-intenzjonijiet fir-rekwiżiti tal-EN ISO/IEC 17020:2012 fir-rigward ta’ verifikatur ta’ parti terza, ma għandux ikollhom kunflitti ta’ interess dwar il-prodotti kkonċernati.

Għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti u l-punteġġ minimi għall-verifikatur(i) kif speċifikat hawn taħt. Jekk il-verifika/validazzjoni titwettaq minn verifikatur wieħed, dan għandu jissodisfa r-rekwiżiti minimi kollha u l-punteġġ minimu (ara t-Taqsima 9.3.1); jekk il-verifika/validazzjoni titwettaq minn tim, it-tim kollu kemm hu għandu jissodisfa r-rekwiżiti minimi kollha u l-punteġġ minimu. Id-dokumenti li jagħtu prova tal-kwalifiki tal-verifikatur(i) għandhom jiġu pprovduti bħala anness għar-rapport ta’ verifika jew għandhom ikunu disponibbli b’mod elettroniku.

F’każ li jiġi stabbilit tim ta’ verifika, wieħed mill-membri tat-tim ta’ verifika għandu jinħatar bħala verifikatur ewlieni.

8.3.1.    Rekwiżiti minimi għall-verifikatur(i)

Din it-taqsima hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Il-valutazzjoni tal-kompetenzi tal-verifikatur jew tat-tim ta’ verifika hija bbażata fuq sistema ta’ punti li tqis: (i) l-esperjenza ta’ verifika u ta’ validazzjoni; (ii) il-metodoloġija u l-prattika tal-EF/LCA; u (iii) l-għarfien ta’ teknoloġiji, proċessi jew attivitajiet oħra rilevanti inklużi fil-prodott(i)/organizzazzjoni(jiet) fl-ambitu tal-istudju.

It-Tabella 32 tippreżenta s-sistema ta’ punteġġ għal kull suġġett rilevanti ta’ kompetenza u esperjenza.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-kuntest tal-applikazzjoni maħsuba, l-awtodikjarazzjoni tal-verifikatur dwar is-sistema ta’ punteġġ tikkostitwixxi r-rekwiżit minimu. Il-verifikatur(i) għandhom jipprovdu awtodikjarazzjoni tal-kwalifiki tagħhom (eż. diploma universitarja, esperjenza ta’ xogħol, ċertifikazzjonijiet), li tiddikjara kemm kisbu punti għal kull kriterju u l-punti totali miksuba. Din l-awtodikjarazzjoni għandha tifforma parti mir-rapport ta’ verifika dwar il-PEF.

Għandha titwettaq verifika ta’ studju dwar il-PEF skont ir-rekwiżiti tal-applikazzjoni maħsuba. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-punteġġ minimu meħtieġ biex wieħed jikkwalifika bħala verifikatur jew bħala tim ta’ verifika huwa ta’ sitt punti, li jinkludu mill-anqas punt wieħed għal kull wieħed mit-tliet kriterji obbligatorji (jiġifieri l-prattika ta’ verifika u ta’ validazzjoni, il-metodoloġija u l-prattika tal-PEF/LCA, u l-għarfien ta’ teknoloġiji jew attivitajiet oħra rilevanti għall-istudju dwar il-PEF).

Tabella 32

Sistema ta’ punteġġ għal kull suġġett rilevanti ta’ kompetenza u esperjenza għall-valutazzjoni tal-kompetenzi tal-verifikatur(i)

Punteġġ (punti)

Suġġett

Kriterji

0

1

2

3

4

Kriterji obbligatorji

Prattika ta’ verifika u ta’ validazzjoni

Snin ta’ esperjenza (1)

Anqas minn 2

2 ≤ x < 4

4 ≤ x < 8

8 ≤ x < 14

≥14

Għadd ta’ verifiki (2)

≤5

5 < x ≤ 10

11 ≤ x ≤ 20

21 ≤ x ≤ 30

>30

Metodoloġija u prattika tal-LCA

Snin ta’ esperjenza (3)

Anqas minn 2

2 ≤ x < 4

4 ≤ x < 8

8 ≤ x < 14

≥14

Għadd ta’ studji jew rieżamijiet tal-LCA (4)

≤5

5 < x ≤ 10

11 ≤ x ≤ 20

21 ≤ x ≤ 30

>30

Għarfien tas-settur speċifiku

Snin ta’ esperjenza (5)

Anqas minn 1

1 ≤ x < 3

3 ≤ x < 6

6 ≤ x < 10

≥10

Kriterji addizzjonali

Prattika ta’ rieżami, verifika/validazzjoni

Punteġġi fakultattivi relatati mal-verifika/validazzjoni

— 2 punti: Akkreditazzjoni bħala verifikatur ta’ parti terza għall-EMAS

— punt wieħed: Akkreditazzjoni bħala eżaminatur ta’ parti terza għal mill-anqas skema waħda tal-EPD, EN ISO 14001:2015, jew EMS oħra

(1)   

Snin ta’ esperjenza fil-qasam tal-verifiki ambjentali u/jew tar-rieżami tal-istudji dwar l-LCA/PEF/EPD.

(2)   

Għadd ta’ verifiki għall-EMAS, EN ISO 14001:2015, l-iskema internazzjonali tal-EPD jew EMS oħra.

(3)   

Snin ta’ esperjenza fil-qasam tal-immudellar tal-LCA. Ix-xogħol magħmul matul il-lawrji ta’ masters u baċellerat għandu jiġi eskluż. Għandu jitqies ix-xogħol li jsir matul kors rilevanti tal-Ph.D./Dottorat. L-esperjenza fl-immudellar tal-LCA tinkludi fost l-oħrajn:

— L-immudellar tal-LCA f’software kummerċjali u mhux kummerċjali;

— L-iżvilupp ta’ settijiet tad-data u ta’ bażijiet tad-data.

(4)   

(4) Studji konformi ma’ wieħed mill-istandards/metodi li ġejjin: PEF, OEF, ISO 14040-44, EN ISO 14067:2018, EN ISO 14025:2010.

(5)   

(5) Snin ta’ esperjenza f’settur relatat mal-prodott(i) studjat(i). L-esperjenza fis-settur tista’ tinkiseb permezz ta’ studji dwar l-LCA jew permezz ta’ tipi oħra ta’ attivitajiet. L-istudji dwar l-LCA għandhom isiru f’isem u b’aċċess għad-data primarja tal-industrija tal-produzzjoni/operattiva. Il-kwalifika tal-għarfien dwar it-teknoloġiji jew attivitajiet oħra tiġi assenjata skont il-klassifikazzjoni tal-kodiċijiet NACE (ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi - NACE Reviżjoni 2). Jistgħu jintużaw ukoll klassifikazzjonijiet ekwivalenti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra. L-esperjenza miksuba b’teknoloġiji jew bi proċessi f’settur sħiħ titqies valida għal kwalunkwe wieħed mis-subsetturi tiegħu.

8.3.2.    Rwol tal-verifikatur ewlieni fit-tim ta’ verifika

Il-verifikatur ewlieni huwa membru tat-tim b’kompiti addizzjonali. Il-verifikatur ewlieni għandu:

— 
iqassam il-kompiti li għandhom jitwettqu bejn il-membri tat-tim skont il-kompetenzi speċifiċi (ħiliet /abbiltajiet) tal-membri tat-tim, biex tinkiseb il-kopertura sħiħa tal-kompiti li għandhom jitwettqu u biex jintużaw bl-aħjar mod il-kompetenzi speċifiċi tal-membri tat-tim;
— 
jikkoordina l-proċess kollu ta’ verifika/validazzjoni u jiżgura li l-membri kollha tat-tim ikollhom fehim komuni tal-kompiti li jeħtieġ iwettqu;
— 
jiġbor il-kummenti kollha u jiżgura li dawn jiġu kkomunikati lill-kummissjonant tal-istudju dwar il-PEF b’mod ċar u li jinftiehem;
— 
isolvi kwalunkwe dikjarazzjoni konfliġġenti bejn il-membri tat-tim;
— 
jiżgura li r-rapport ta’ verifika u d-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni jiġu ġġenerati u jiġu ffirmati minn kull membru tat-tim ta’ verifika.

8.4.    Rekwiżiti ta’ verifika u ta’ validazzjoni

Il-verifikatur għandu jippreżenta l-eżiti kollha relatati mal-verifika tal-istudju dwar il-PEF u l-validazzjoni tal-istudju dwar il-PEF, ir-rapport dwar il-PEF u l-mezzi ta’ komunikazzjoni dwar il-PEF u jagħti lill-kummissjonant tal-istudju dwar il-PEF l-opportunità li jtejjeb ix-xogħol, jekk ikun meħtieġ. Skont in-natura tal-eżiti, jistgħu jkunu meħtieġa iterazzjonijiet addizzjonali tal-kummenti u t-tweġibiet. Kwalunkwe bidla li ssir bi tweġiba għar-riżultati tal-verifika jew tal-validazzjoni għandha tiġi dokumentata u spjegata fir-rapport ta’ verifika jew ta’ validazzjoni. Tali sommarju jista’ jieħu l-forma ta’ tabella fid-dokumenti rispettivi. Is-sommarju għandu jinkludi l-kumment(i) mill-verifikatur(i), it-tweġiba tal-kummissjonant u l-motivazzjoni għall-bidliet.

Il-verifika tista’ ssir wara li jkun ġie konkluż l-istudju dwar il-PEF jew b’mod parallel (fl-istess ħin) mal-istudju, filwaqt li l-validazzjoni għandha dejjem issir wara li jkun ġie konkluż l-istudju.

Il-verifika/validazzjoni għandha tgħaqqad ir-rieżami tad-dokumenti u l-validazzjoni tal-mudell.

— 
Ir-rieżami tad-dokumenti jinkludi r-rapport dwar il-PEF, il-kontenut tekniku tal-mezzi relatati ta’ komunikazzjoni disponibbli fiż-żmien tal-validazzjoni, u d-data użata fil-kalkoli permezz tad-dokumenti sottostanti mitluba. Il-verifikatur(i) jista’ jorganizza r-rieżami tad-dokumenti jew bħala eżerċizzju “dokumentarju” jew bħala eżerċizzju “fuq il-post”, jew bħala taħlita tat-tnejn. Il-validazzjoni tad-data speċifika għall-kumpanija għandha dejjem tiġi organizzata permezz ta’ żjara fis-sit(i) tal-produzzjoni li d-data tirreferi għalih/għalihom.
— 
Il-validazzjoni tal-mudell tista’ ssir fis-sit tal-produzzjoni tal-kummissjonant tal-istudju jew tiġi organizzata mill-bogħod. Il-verifikatur għandu jaċċessa l-mudell biex jivverifika l-istruttura tiegħu, id-data użata, u l-konsistenza tiegħu mar-rapport dwar il-PEF u l-istudju dwar il-PEF. Il-kummissjonant tal-istudju dwar il-PEF u l-verifikatur(i) għandhom jaqblu dwar kif il-verifikatur(i) jaċċessa/jaċċessaw il-mudell.
— 
Il-validazzjoni tar-rapport dwar il-PEF għandha titwettaq billi tiġi vverifikata biżżejjed informazzjoni biex jiġi pprovdut aċċertament raġonevoli li l-kontenut ikun konformi mal-immudellar u mar-riżultati tal-istudju dwar il-PEF.

Il-verifikatur għandu jiżgura li l-validazzjoni tad-data tinkludi:

a) 

il-kopertura, il-preċiżjoni, il-kompletezza, ir-rappreżentattività, il-konsistenza, ir-riproduċibbiltà, is-sorsi u l-inċertezza;

b) 

il-plawżibbiltà, il-kwalità u l-preċiżjoni tad-data bbażata fuq l-LCA;

c) 

il-kwalità u l-preċiżjoni tal-informazzjoni ambjentali u teknika addizzjonali;

d) 

il-kwalità u l-preċiżjoni tal-informazzjoni ta’ sostenn.

Il-verifika u l-validazzjoni tal-istudju dwar il-PEF għandhom jitwettqu billi jiġu segwiti r-rekwiżiti minimi elenkati fit-Taqsima 8.4.1.

8.4.1    Rekwiżiti minimi għall-verifika u l-validazzjoni tal-istudju dwar il-PEF

Il-verifikatur għandu jivvalida l-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-informazzjoni kwantitattiva użata fil-kalkolu tal-istudju. Billi dan jista’ jkun intensiv ħafna fir-riżorsi, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin.

— 
Il-verifikatur għandu jivverifika jekk tkunx intużat il-verżjoni korretta tal-metodi kollha ta’ valutazzjoni tal-impatt. Għal kull waħda mill-kategoriji tal-impatt (ICs) tal-EF l-aktar rilevanti, għandhom jiġu vverifikati mill-inqas 50 % tal-fatturi ta’ karatterizzazzjoni, filwaqt li għandhom jiġu vverifikati l-fatturi kollha ta’ normalizzazzjoni u ta’ ponderazzjoni tal-ICs kollha. B’mod partikolari, il-verifikatur għandu jivverifika li l-fatturi ta’ karatterizzazzjoni jikkorrispondu ma’ dawk inklużi fil-metodu ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-EF li l-istudju jiddikjara l-konformità magħhom ( 67 ). Dan jista’ jsir ukoll indirettament, pereżempju:
1) 

Is-settijiet tad-data konformi mal-EF jiġu esportati mis-software tal-LCA użat biex isir l-istudju dwar il-PEF u jiġu eżegwiti f’Look@LCI ( 68 ) biex jinkisbu r-riżultati tal-LCIA. Jekk ir-riżultati ta’ Look@LCI ikunu fi ħdan devjazzjoni ta’ 1 % mir-riżultati fis-software tal-LCA, il-verifikatur jista’ jassumi li l-implimentazzjoni tal-fatturi ta’ karatterizzazzjoni fis-software użat biex isir l-istudju dwar il-PEF kienet korretta.

2) 

Ir-riżultati tal-LCIA tal-proċessi l-aktar rilevanti kkalkulati bis-software użat biex isir l-istudju dwar il-PEF jitqabblu ma’ dawk disponibbli fil-metadata tas-sett tad-data oriġinali. Jekk ir-riżultati mqabbla jkunu fi ħdan devjazzjoni ta’ 1 %, il-verifikatur jista’ jassumi li l-implimentazzjoni tal-fatturi ta’ karatterizzazzjoni fis-software użat biex isir l-istudju dwar il-PEF kienet korretta.

— 
Il-verifikatur għandu jivverifika li l-limitu applikat (jekk ikun hemm) jissodisfa r-rekwiżiti fit-Taqsima 4.6.4.
— 
Il-verifikatur għandu jivverifika li s-settijiet tad-data kollha użati jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-data (it-Taqsima 4.6.3 u 4.6.5.).
— 
Għal mill-anqas 80 % (fl-għadd) tal-proċessi l-aktar rilevanti (kif definiti fit-Taqsima 6.3.3), il-verifikatur għandu jivvalida d-data dwar l-attivitajiet relatata kollha u s-settijiet tad-data użati biex jiġu mmudellati dawn il-proċessi. Jekk ikun rilevanti, il-parametri tas-CFF u s-settijiet tad-data użati għall-immudellar tagħhom għandhom jiġu vvalidati wkoll bl-istess mod. Il-verifikatur għandu jivverifika li l-proċessi l-aktar rilevanti jkunu identifikati kif speċifikat fit-Taqsima 6.3.3.
— 
Għal mill-anqas 30 % (fl-għadd) tal-proċessi l-oħra kollha (li jikkorrispondu għal 20 % tal-proċessi kif definiti fit-Taqsima 6.3.3), il-verifikatur għandu jivvalida d-data dwar l-attivitajiet relatata kollha u s-settijiet tad-data użati biex jiġu mmudellati dawn il-proċessi. Jekk ikun rilevanti, il-parametri tas-CFF u s-settijiet tad-data użati għall-immudellar tagħhom għandhom jiġu vvalidati wkoll bl-istess mod.
— 
Il-verifikatur għandu jivverifika li s-settijiet tad-data jiġu implimentati b’mod korrett fis-software (jiġifieri r-riżultati tal-LCIA tas-sett tad-data fis-software jkunu fi ħdan devjazzjoni ta’ 1 % minn dawk fil-metadata). Għandhom jiġu vverifikati mill-anqas 50 % (fl-għadd) tas-settijiet tad-data użati biex jiġu mmudellati l-proċessi l-aktar rilevanti u 10 % ta’ dawk użati għall-immudellar ta’ proċessi oħra.

Il-verifikatur għandu jivverifika jekk is-sett tad-data aggregat konformi mal-EF li jirrappreżenta l-prodott fl-ambitu jkunx disponibbli għall-Kummissjoni Ewropea ( 69 ). Il-kummissjonant tal-istudju dwar il-PEF jista’ jiddeċiedi li jippubblika s-sett tad-data.

Informazzjoni ambjentali u teknika addizzjonali tissodisfa r-rekwiżiti fit-Taqsima 3.2.4.1.

8.4.2    Tekniki ta’ verifika u ta’ validazzjoni

Il-verifikatur għandu jivvaluta u jikkonferma jekk il-metodoloġiji ta’ kalkolu applikati jkunux ta’ preċiżjoni aċċettabbli, affidabbli, ikunux xierqa u mwettqa f’konformità mal-metodu tal-PEF. Il-verifikatur għandu jikkonferma l-applikazzjoni korretta tal-konverżjoni tal-unitajiet tal-kejl.

Il-verifikatur għandu jivverifika jekk il-proċeduri ta’ kampjunar applikati jkunux konformi mal-proċedura ta’ kampjunar definita fil-metodu tal-PEF kif stabbilit fit-Taqsima 4.4.6. Id-data rrapportata għandha tiġi vverifikata mad-dokumentazzjoni tas-sors sabiex tiġi vverifikata l-konsistenza tagħha.

Il-verifikatur għandu jevalwa jekk il-metodi biex isiru l-istimi jkunux xierqa u ġewx applikati b’mod konsistenti.

Il-verifikatur jista’ jivvaluta alternattivi għall-istimi jew għall-għażliet magħmula, biex jiddetermina jekk intgħażlitx għażla konservattiva.

Il-verifikatur jista’ jidentifika inċertezzi li jkunu akbar milli mistennija u jivvaluta l-effett tal-inċertezza identifikata fuq ir-riżultati finali tal-PEF.

8.4.3    Kunfidenzjalità tad-data

Id-data għall-validazzjoni għandha tiġi ppreżentata b’mod sistematiku u komprensiv. Id-dokumentazzjoni kollha tal-proġett li tappoġġa l-validazzjoni ta’ studju dwar il-PEF għandha tiġi pprovduta lill-verifikatur(i), inklużi l-mudell tal-EF, l-informazzjoni kunfidenzjali, id-data, u r-rapport dwar il-PEF. Il-verifikatur għandu jittratta l-informazzjoni u d-data kollha li tkun qed tiġi vverifikata/ivvalidata bħala kunfidenzjali u għandu jużahom biss matul il-proċess ta’ verifika/validazzjoni.

Il-kummissjonant tal-istudju dwar il-PEF jista’ jeskludi data u informazzjoni kunfidenzjali mir-rapport dwar il-PEF, dment li:

— 
tiġi eskluża biss informazzjoni dwar l-input u tiġi inkluża l-informazzjoni kollha dwar l-output;
— 
il-kummissjonant jipprovdi lill-verifikatur(i) b’informazzjoni suffiċjenti dwar in-natura tad-data u tal-informazzjoni esklużi kif ukoll ir-raġunament għall-esklużjoni tagħhom;
— 
il-verifikatur jaċċetta n-nuqqas ta’ divulgazzjoni u fir-rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni jinkludi r-raġunijiet għal dan; jekk il-verifikatur ma jaċċettax in-nuqqas ta’ divulgazzjoni u l-kummissjonant ma jiħux azzjoni korrettiva, il-verifikatur għandu jinkludi fir-rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni li n-nuqqas ta’ divulgazzjoni ma jkunx ġustifikat;
— 
il-kummissjonant iżomm fajl tal-informazzjoni mhux divulgata għal rivalutazzjoni futura possibbli tad-deċiżjoni għan-nuqqas ta’ divulgazzjoni.

Id-data kummerċjali tista’ tkun ta’ natura kunfidenzjali minħabba aspetti ta’ kompetizzjoni, drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jew restrizzjonijiet legali simili. Għalhekk, id-data kummerċjali identifikata bħala kunfidenzjali u pprovduta matul il-proċess ta’ validazzjoni għandha tinżamm kunfidenzjali. Għalhekk, il-verifikatur ma għandux ixerred jew iżomm b’xi mod ieħor għall-użu, mingħajr il-permess tal-organizzazzjoni, kwalunkwe informazzjoni divulgata lilu matul il-proċess ta’ verifika/validazzjoni. Il-kummissjonant tal-istudju dwar il-PEF jista’ jitlob lill-verifikatur jiffirma ftehim ta’ kunfidenzjalità (NDA).

8.5    Outputs tal-proċess ta’ verifika/validazzjoni

8.5.1    Kontenut tar-rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni

Ir-rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni ( 70 ) għandu jinkludi s-sejbiet kollha tal-proċess ta’ verifika/validazzjoni, l-azzjonijiet meħuda mill-kummissjonant biex iwieġeb għall-kummenti tal-verifikatur(i), u l-konklużjoni finali. Ir-rapport huwa obbligatorju, iżda jista’ jkun kunfidenzjali. L-informazzjoni kunfidenzjali għandha tiġi kondiviża biss mal-Kummissjoni Ewropea jew mal-korp li jissorvelja l-iżvilupp tal-PEFCR, u mal-bord ta’ rieżami fuq talba tagħhom.

Il-konklużjoni finali tista’ tkun ta’ natura differenti:

— 
“konformi” jekk il-verifiki dokumentarji jew fuq il-post juru li r-rekwiżiti ta’ din it-taqsima jkunu ssodisfati;
— 
“mhux konformi” jekk il-verifiki dokumentarji jew fuq il-post juru li r-rekwiżiti ta’ din it-taqsima ma jkunux issodisfati;
— 
“hija meħtieġa informazzjoni komplementari” jekk il-verifiki dokumentarji jew fuq il-post ma jippermettux lill-verifikatur jikkonkludi dwar il-konformità. Dan jista’ jseħħ jekk l-informazzjoni ma tkunx iddokumentata jew ma ssirx disponibbli b’mod trasparenti jew suffiċjenti.

Ir-rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni għandu jidentifika b’mod ċar l-istudju speċifiku dwar il-PEF li jkun qed jiġi verifikat. Għal dan il-għan, huwa għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

— 
it-titolu tal-istudju dwar il-PEF li jkun qed jiġi verifikat/validat, flimkien mal-verżjoni eżatta tar-rapport dwar il-PEF li għalih tappartjeni d-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni;
— 
il-kummissjonant tal-istudju dwar il-PEF;
— 
l-utent tal-metodu tal-PEF;
— 
il-verifikatur(i) jew, fil-każ ta’ tim ta’ verifika, il-membri tat-tim bl-identifikazzjoni tal-verifikatur ewlieni;
— 
in-nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess tal-verifikatur(i) fir-rigward tal-prodotti kkonċernati u tal-kummissjonant u kwalunkwe involviment f’ħidma preċedenti (fejn ikun rilevanti, ix-xogħol ta’ konsulenza mwettaq għall-utent tal-metodu tal-PEF matul l-aħħar tliet snin);
— 
deskrizzjoni tal-objettiv tal-verifika/validazzjoni;
— 
l-azzjonijiet meħuda mill-kummissjonant biex iwieġeb għall-kummenti tal-verifikatur(i);
— 
dikjarazzjoni tar-riżultat (sejbiet) tal-verifika/validazzjoni li jkun fiha l-konklużjoni finali tar-rapporti ta’ verifika u ta’ validazzjoni;
— 
kwalunkwe limitazzjoni tar-riżultati tal-verifika/validazzjoni;
— 
id-data li fiha tkun inħarġet id-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni;
— 
il-verżjoni tal-metodu sottostanti tal-PEF u, jekk applikabbli, tal-PEFCR sottostanti;
— 
il-firma tal-verifikatur(i).

8.5.2    Kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni

Id-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni hija obbligatorja u dejjem għandha tiġi pprovduta bħala anness għar-rapport dwar il-PEF.

Il-verifikatur għandu jinkludi mill-anqas l-elementi u l-aspetti li ġejjin fid-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni:

— 
it-titolu tal-istudju dwar il-PEF li jkun qed jiġi verifikat/validat, flimkien mal-verżjoni eżatta tar-rapport dwar il-PEF li għalih tappartjeni d-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni;
— 
il-kummissjonant tal-istudju dwar il-PEF;
— 
l-utent tal-metodu tal-PEF;
— 
il-verifikatur(i) jew, fil-każ ta’ tim ta’ verifika, il-membri tat-tim bl-identifikazzjoni tal-verifikatur ewlieni;
— 
in-nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess tal-verifikatur(i) fir-rigward tal-prodotti kkonċernati u tal-kummissjonant u kwalunkwe involviment f’ħidma preċedenti (fejn ikun rilevanti, ix-xogħol ta’ konsulenza mwettaq għall-utent tal-metodu tal-PEF matul l-aħħar tliet snin);
— 
deskrizzjoni tal-objettiv tal-verifika/validazzjoni;
— 
dikjarazzjoni tar-riżultat tal-verifika/validazzjoni li jkun fiha l-konklużjoni finali tar-rapporti ta’ verifika u ta’ validazzjoni;
— 
kwalunkwe limitazzjoni tar-riżultati tal-verifika/validazzjoni;
— 
id-data li fiha tkun inħarġet id-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni;
— 
il-verżjoni tal-metodu sottostanti tal-PEF u, jekk applikabbli, tal-PEFCR sottostanti;
— 
il-firma tal-verifikatur(i).

8.5.3    Validità tar-rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni u tad-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni

Rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni, u dikjarazzjoni ta’ validazzjoni għandhom jirreferu għal rapport dwar il-PEF speċifiku wieħed biss. Ir-rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni u d-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni għandhom jidentifikaw b’mod ċar l-istudju speċifiku dwar il-PEF li jkun qed jiġi vverifikat (eż. billi jinkludu t-titolu, il-kummissjonant tal-istudju dwar il-PEF, l-utent tal-metodu tal-PEF – ara t-Taqsimiet 8.5.1 u 8.5.2), flimkien mal-verżjoni espliċita tar-rapport finali dwar il-PEF li għalih japplikaw ir-rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni u dikjarazzjoni ta’ validazzjoni (eż. billi tiġi inkluża d-data tar-rapport, in-numru tal-verżjoni).

Kemm ir-rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni kif ukoll id-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni għandhom jitlestew abbażi tar-rapport finali dwar il-PEF, wara l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi kollha mitluba mill-verifikatur(i). Huma għandu jkollhom il-firma bil-miktub jew elettronika tal-verifikatur(i) f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 910/2014 ( 71 ).

Il-validità massima tar-rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni u tad-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni ma għandhiex taqbeż it-tliet snin li jibdew mid-data tal-ħruġ tagħhom.

Matul il-perjodu ta’ validità tal-verifika, għandha tiġi miftiehma sorveljanza (segwitu) bejn il-kummissjonant tal-istudju dwar il-PEF u l-verifikatur(i) biex jiġi evalwat jekk il-kontenut ikunx għadu konsistenti mas-sitwazzjoni attwali (il-perjodiċità ssuġġerita għal dan is-segwitu hija darba fis-sena, li għandha tiġi miftiehma bejn il-kummissjonant tal-istudju dwar il-PEF u l-verifikatur(i)).

Il-kontrolli perjodiċi għandhom jiffukaw fuq il-parametri li skont il-verifikatur(i) jistgħu jwasslu għal bidliet rilevanti fir-riżultati tal-istudju dwar il-PEF. Dan ifisser li r-riżultati għandhom jiġu kkalkulati mill-ġdid billi jitqiesu l-bidliet tal-parametri identifikati. Il-lista ta’ dawn il-parametri tinkludi:

— 
il-lista tal-materjali/il-lista tal-komponenti;
— 
it-taħlita enerġetika użata għall-proċessi fis-Sitwazzjoni 1 tal-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data;
— 
it-tibdil tal-imballaġġ;
— 
it-tibdil fil-fornituri (materjali/ġeografija);
— 
it-tibdil fil-loġistika;
— 
it-tibdil teknoloġiku rilevanti fil-proċessi fis-Sitwazzjoni 1 tal-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data.

Fiż-żmien tal-verifika perjodika, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati mill-ġdid ukoll ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ divulgazzjoni tal-informazzjoni. Il-verifika tas-sorveljanza tista’ tiġi organizzata bħala verifika tad-dokumenti u/jew permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post.

Irrispettivament mill-validità, l-istudju dwar il-PEF (u konsegwentement ir-rapport dwar il-PEF) għandu jiġi aġġornat matul il-perjodu ta’ sorveljanza jekk ir-riżultati ta’ waħda mill-kategoriji tal-impatt ikkomunikati jkunu marru għall-agħar b’aktar minn 10,0 % meta mqabbla mad-data vverifikata, jew jekk il-punteġġ aggregat totali jkun mar għall-agħar b’aktar minn 5,0 % meta mqabbel mad-data vverifikata.

Jekk dawn il-bidliet jaffettwaw ukoll il-kontenut tal-mezz ta’ komunikazzjoni, dan għandu jiġi aġġornat kif meħtieġ.

Referenzi

ADEME (2011): General principles for an environmental communication on mass market products BPX 30-323-0.

Beck, T., Bos, U., Wittstock, B., Baitz, M., Fischer, M., Sedlbauer, K. (2010). “LANCA Land Use Indicator Value Calculation in Life Cycle Assessment – Method Report”, Fraunhofer Institute for Building Physics.

Bos U., Horn R., Beck T., Lindner J.P., Fischer M. (2016). LANCA® - Characterisation Factors for Life Cycle Impact Assessment, Version 2.0, 978-3-8396-0953-8Fraunhofer Verlag, Stuttgart.

Boucher, O., P. Friedlingstein, B. Collins, u K. P. Shine, (2009). The indirect global warming potential and global temperature change potential due to methane oxidation. Environ. Res. Lett., 4, 044007.

BSI (2011). PAS 2050:2011. Specification for the assessment of the life cycle greenhouse gas emissions of goods and services. Londra, British Standards Institution.

BSI (2012). PAS 2050-1:2012. Assessment of life cycle greenhouse gas emissions from horticultural products - Supplementary requirements for the cradle to gate stages of GHG assessments of horticultural products undertaken in accordance with PAS 2050. London, British Standards Institution.

CE Delft (2010). Biofuels: GHG impact of indirect land use change. Disponibbli minn http://www.birdlife.org/eu/pdfs/PPT_carbon_bomb_CE_delft.pdf

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (2008): Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli u l-Politika Industrijali Sostenibbli”. https://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_Data/docs/pressdata/en/envir/104503.pdf

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (2010): Council conclusions on sustainable materials management and sustainable production and consumption: key contribution to a resource-efficient Europe.

http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/envir/118642.pdf

De Laurentiis, V., Secchi, M., Bos, U., Horn, R., Laurent, A. u Sala, S., (2019). Soil quality index: Exploring options for a comprehensive assessment of land use impacts in LCA. Journal of cleaner production, 215, pp.63-74.

Dreicer M., Tort V. u Manen P. (1995): ExternE, Externalities of Energy, Vol. 5 Nuclear, Centre d’étude sur l’Evaluation de la Protection dans le domaine nucléaire (CEPN), editjat mill-Kummissjoni Ewropea DGXII, Xjenza, Riċerka u Żvilupp JOULE, il-Lussemburgu.

L-istandard EN (2007). 15343:2007: Plastics — Recycled Plastics — Plastics recycling traceability and assessment of conformity and recycled content

ENVIFOOD Protocol, Environmental Assessment of Food and Drink Protocol, European Food Sustainable Consumption and Production Round Table (SCP RT), Working Group 1, Brussels, Belgium. https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC90431

Il-Kummissjoni Ewropea - Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka - Istitut għall-Ambjent u s-Sostenibbiltà (2010): International Reference Life Cycle Data System (ILCD) Handbook - General guide for Life Cycle Assessment - Detailed guidance. L-ewwel edizzjoni maħruġa f’Marzu tal-2010. ISBN 978-92-79-19092-6, doi: 10.2788/38479. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, Il-Lussemburgu.

Il-Kummissjoni Ewropea - Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (2010a): International Reference Life Cycle Data System (ILCD) Handbook - Review schemes for Life Cycle Assessment. L-ewwel edizzjoni maħruġa f’Marzu tal-2010. ISBN 978-92-79-19094-0, doi: 10.2788/39791. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, Il-Lussemburgu.

Il-Kummissjoni Ewropea - Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka - (2010b): International Reference Life Cycle Data System (ILCD) Handbook - Framework and Requirements for Life Cycle Impact Assessment Models and Indicators. L-ewwel edizzjoni maħruġa f’Marzu tal-2010. ISBN 978-92-79-17539-8, doi: 10.2788/38719. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.

Il-Kummissjoni Ewropea - Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka - (2010c): International Reference Life Cycle Data System (ILCD) Handbook – Nomenclature and other conventions. L-ewwel edizzjoni maħruġa f’Marzu tal-2010. ISBN 978-92-79-15861-2, doi: 10.2788/96557. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.

Il-Kummissjoni Ewropea - Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka - (2011a): International Reference Life Cycle Data System (ILCD) Handbook - Recommendations based on existing environmental impact assessment models and factors for Life Cycle Assessment in a European context. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, fl-istampa.

Il-Kummissjoni Ewropea - Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka - (2011b): Analysis of Existing Environmental Footprint methodologies for Products and Organisations: Recommendations, Rationale, and Alignment, fl-istampa.

Il-Kummissjoni Ewropea (2005): Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22–39.

Il-Kummissjoni Ewropea (2010): Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (C(2010) 3751) tal-10 ta’ Ġunju 2010 dwar il-linji gwida għall-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju fl-art għall-għanijiet tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE (ĠU L 151, 17.06.2010, p.19)

Il-Kummissjoni Ewropea (2011): Il-Komunikazzjoni COM(2011) 571 dwar Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi -. {SEC(2011) 1067 final} {SEC(2011) 1068 final}

Il-Kummissjoni Ewropea (2012). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1179/2012 tal-10 ta’ Diċembru 2012 li jistabbilixxi kriterji li jiddeterminaw meta l-ħġieġ mormi ma jibqax jitqies bħala skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 337, 11.12.2012, p. 31)

Il-Kummissjoni Ewropea (2012). Il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli. COM(2012) 595 final. {SWD(2012) 343 final} {SWD(2012) 344 final}

Il-Kummissjoni Ewropea (2013): Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar regoli tal-kontabilità dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija u dwar informazzjoni li tikkonċerna l-azzjonijiet relatati ma’ dawk l-attivitajiet. (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 80–97)

Il-Kummissjoni Ewropea (2013). “Anness II: Gwida dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodotti (PEF) fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ April 2013 dwar l-użu ta’ metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u ta’ organizzazzjonijiet (2013/179/UE).”ĠU L 124, 04.05.2013, p. 6-106.

Il-Kummissjoni Ewropea (2016): Gwida għall-implimentazzjoni/applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali. Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal (2016) 163 final.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (2009): Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16–62

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (2018): Id-Direttiva (UE) 2018/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart. ĠU L 150, 14.6.2018, p. 109–140

Eurostat: https://ec.europa.eu/eurostat/web/main/data/database

Fantke, P., Evans, J., Hodas, N., Apte, J., Jantunen, M., Jolliet, O., McKone, T.E. (2016). Health impacts of fine particulate matter. Fi: Frischknecht, R., Jolliet, O. (Eds.), Global Guidance for Life Cycle Impact Assessment Indicators: Volum 1. UNEP/SETAC Life Cycle Initiative, Paris, pp. 76-99. Miksub f’Jannar 2017 minn www.lifecycleinitiative.org/applying-lca/lcia-cf/.

Fantke, P., Bijster, M.,Guignard, C., Hauschild, M., Huijbregts, M., Jolliet, O., Kounina, A., Magaud, V., Margni, M., McKone, T.E., Posthuma, L., Rosenbaum, R.K., van de Meent, D., van Zelm, R., 2017.USEtox®2.0 Documentation (Version 1), http://usetox.org. https://doi.org/10.11581/DTU:00000011

FAO (2016a). Environmental performance of animal feeds supply chains: Guidelines for assessment. Livestock Environmental Assessment and Performance Partnership. FAO, Ruma, L-Italja. disponibbli minn http://www.fao.org/partnerships/leap/publications/en/.

FAO (2016b). Greenhouse gas emissions and fossil energy use from small ruminant supply chains: Guidelines for assessment. Livestock Environmental Assessment and Performance Partnership. FAO, Ruma, L-Italja. disponibbli minn http://www.fao.org/partnerships/leap/publications/en/.

Fazio, S. Castellani, V. Sala, S., Schau, EM. Secchi, M. Zampori, L., Supporting information to the characterisation factors of recommended EF Life Cycle Impact Assessment methods, EUR 28888 EN, Kummissjoni Ewropea, Ispra, 2018a, ISBN 978-92-79-76742-5, doi: 10.2760/671368, JRC109369.

Fazio, S., Biganzoli, F., De Laurentiis, V., Zampori, L., Sala, S. u Diaconu, E., Supporting information to the characterisation factors of recommended EF Life Cycle Impact Assessment methods , EUR 29600 EN, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, Il-Lussemburgu, 2018b, ISBN 978-92-79-98584-3 (online), 978-92-79-98585-0 (stampat), doi:10.2760/002447 (online),10.2760/090552 (stampat), JRC114822

Fazio S., Zampori L., De Schryver A., Kusche O., Guide on Life Cycle Inventory (LCI) data generation for the Environmental Footprint, EUR 29560 EN, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, Il-Lussemburgu, 2018c, ISBN 978-92-79-98372-6, doi: 10.2760/120983, JRC 114593.

Frischknecht R., Steiner R. u Jungbluth N. (2008): The Ecological Scarcity method – Eco-Factors 2006. A method for impact assessment in LCA. Environmental studies no. 0906. L-Uffiċċju Federali għall-Ambjent (FOEN), Bern. 188 pp.

Global Footprint Network (2009): Ecological Footprint Standards 2009. Disponibbli online minn http://www.footprintnetwork.org/images/uploads/Ecological_Footprint_Standards_2009.pdf.

Horn, R., Maier, S., LANCA®- Characterization Factors for Life Cycle Impact Assessment, Verżjoni 2.5, 2018, Disponibbli minn: http://publica.fraunhofer.de/documents/N-379310.html

IDF 2015. A common carbon footprint approach for dairy sector: The IDF guide to standard life cycle assessment methodology. Bulletin of the International Dairy Federation 479/2015.

Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima - IPCC (2003): IPCC Good Practice Guidance for Land Use, Land-Use Change and Forestry, Intergovernmental Panel on Climate Change, Hayama

Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima - IPCC (2006): IPCC Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories: Volum 4 Agriculture, Forestry and Other Land Use, IGES, Il-Ġappun.

Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC )(2007): IPCC Climate Change Fourth Assessment Report: Climate Change 2007. https://www.ipcc.ch/reports/?rp=ar4

Intergovernmental Panel on Climate Change - IPCC (2013). Myhre, G., D. Shindell, F.-M. Bréon, W. Collins, J. Fuglestvedt, J. Huang, D. Koch, J.-F. Lamarque, D. Lee, B. Mendoza, T. Nakajima, A. Robock, G. Stephens, T. Takemura and H. Zhang, 2013: Anthropogenic and Natural Radiative Forc-ing. In: Climate Change 2013: The Physical Science Basis. Contribution of Working Group I to the Fifth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change [Stocker, T.F., D. Qin, G.-K. Plattner, M. Tignor, S.K. Allen, J. Boschung, A. Nauels, Y. Xia, V. Bex and P.M. Midgley (eds.)]. Cambridge University Press, Cambridge, Ir-Renju Unit u New York, NY, USA.

EN ISO 14001:2015 Sistemi ta’ Ġestjoni Ambjentali – Rekwiżiti bi gwida għall-użu. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, L-Iżvizzera.

EN ISO 14020:2001 Tikketti u dikjarazzjonijiet ambjentali -- Prinċipji ġenerali. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, L-Iżvizzera.

EN ISO 14021:2016 Tikketti u dikjarazzjonijiet ambjentali — Asserzjonijiet ambjentali awtodikjarati (Tikkettar ambjentali tat-Tip II). Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, L-Iżvizzera.

EN ISO 14025:2010. Standard Internazzjonali – Tikketti u dikjarazzjonijiet ambjentali – Dikjarazzjonijiet ambjentali tat-Tip III – Prinċipji u proċeduri. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, L-Iżvizzera.

EN ISO 14040:2006. Standard Internazzjonali – Ġestjoni ambjentali – Valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja — Prinċipji u qafas. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, L-Iżvizzera.

EN ISO 14044:2006. Standard Internazzjonali – Ġestjoni ambjentali – Valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja – Rekwiżiti u linji gwida. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, L-Iżvizzera.

ISO 14046:2014. Ġestjoni ambjentali -- Impronta tal-ilma -- Prinċipji, rekwiżiti u linji gwida. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, L-Iżvizzera.

EN ISO 14067:2018. Standard Internazzjonali – Gassijiet serra — Impronta tal-karbonju tal-prodotti — Rekwiżiti u linji gwida għall-kwantifikazzjoni. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, L-Iżvizzera.

ISO 14050:2020 Ġestjoni ambjentali — vokabularju. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, L-Iżvizzera.

CEN ISO/TS 14071:2016 Ġestjoni ambjentali — Valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja — Proċessi ta’ rieżami kritiċi u kompetenzi tar-rieżaminaturi: Rekwiżiti u linji gwida addizzjonali għall-EN ISO 14044:2006. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, L-Iżvizzera.

ISO 17024:2012 Valutazzjoni tal-konformità – Rekwiżiti ġenerali għall-korpi li joperaw iċ-ċertifikazzjoni tal-persuni. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, L-Iżvizzera.

Milà i Canals L., Romanyà J. u Cowell S.J. (2007): method for assessing impacts on life support functions (LSF) related to the use of “fertile land” in Life Cycle Assessment (LCA). Journal of Cleaner Production 15: 1426-1440.

Nederlands Instituut voor Bouwbiologie en Ecologie (2014). Vergelijkend LCA onderzoek houten en kunststof pallets.

NRC (2007). Nutrient requirements of small ruminants: Sheep, goats, cervids, and new world camelids. National Research Council. Washington DC, National Academies Press.

PAS 2050 (2011). Speċifikazzjonijiet għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ oġġetti u servizzi. Disponibbli online minn https://www.bsigroup.com/fr-FR/A-propos-de-BSI/espace-presse/Communiques-de-presse/actualite-2011/La-norme-PAS-2050-nouvellement-revisee-sapprete-a-relancer-les-efforts-internationaux-pour-les-produits-relatifs-a-lEmpreinte-Carbone/

PERIFEM u ADEME “Guide sectorial 2014: Réalisation d’un bilan des emissions de gaz à effet de serre pour distribution et commerce de detail”.

Rosenbaum, R.K., Anton, A., Bengoa, X. et al. 2015. The Glasgow consensus on the delineation between pesticide emission inventory and impact assessment for LCA. International Journal of Life Cycle Assessment, 20: 765.

Rosenbaum R.K., Bachmann T.M., Gold L.S., Huijbregts M.A.J., Jolliet O., Juraske R., Köhler A., Larsen H.F., MacLeod M., Margni M., McKone T.E., Payet J., Schuhmacher M., van de Meent D. u Hauschild M.Z. (2008): USEtox - The UNEP-SETAC toxicity model: recommended characterisation factors for human toxicity and freshwater ecotoxicity in Life Cycle Impact Assessment. International Journal of Life Cycle Assessment 13(7): 532-546, 2008.

Sala S., Cerutti A.K., Pant R., Development of a weighting approach for the Environmental Footprint, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, Il-Lussemburgu, 2018, ISBN 978-92-79-68042-7, EUR 28562, doi 10.2760/945290.

Saouter E., Biganzoli F., Ceriani L., Pant R., Versteeg D., Crenna E., Zampori L. Using REACH and EFSA database to derive input data for the USEtox model. EUR 29495 EN, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, Il-Lussemburgu, 2018, ISBN 978-92-79-98183-8, doi: 10.2760/611799, JRC 114227.

Seppälä J., Posch M., Johansson M. and Hettelingh J.P. (2006): Country-dependent Characterisation Factors for Acidification and Terrestrial Eutrophication Based on Accumulated Exceedance as an Impact Category Indicator. International Journal of Life Cycle Assessment 11(6): 403-416.

Struijs J., Beusen A., van Jaarsveld H. u Huijbregts M.A.J. (2009): Aquatic Eutrophication. Taqsima 6 fi: Goedkoop M., Heijungs R., Huijbregts M.A.J., De Schryver A., Struijs J., Van Zelm R. (2009): ReCiPe 2008 - A life cycle impact assessment method which comprises harmonised category indicators at the midpoint and the endpoint level. Report I: Characterisation factors, first edition.

Thoma et al. (2013). A biophysical approach to allocation of life cycle environmental burdens for fluid milk supply chain analysis. International Dairy Journal 31.

UNEP (2011) Global guidance principles for life cycle assessment databases. ISBN: 978-92-807-3174-3. Disponibbli minn: https://www.lifecycleinitiative.org/wp-content/uploads/2012/12/2011%20-%20Global%20Guidance%20Principles.pdf

UNEP (2016) Global guidance for life cycle impact assessment indicators. Volum 1. ISBN: 978-92-807-3630-4. Disponibbli minn: http://www.lifecycleinitiative.org/life-cycle-impact-assessment-indicators-and-characterization-factors/

Van Oers L., de Koning A., Guinee J.B. u Huppes G. (2002): Abiotic Resource Depletion in LCA. Road and Hydraulic Engineering Institute, Ministeru tat-Trasport u l-Ilma, Amsterdam.

Van Zelm R., Huijbregts M.A.J., Den Hollander H.A., Van Jaarsveld H.A., Sauter F.J., Struijs J., Van Wijnen H.J. u Van de Meent D. (2008): European characterisation factors for human health damage of PM10 and ozone in life cycle impact assessment. Atmospheric Environment 42, 441-453.

World Meteorological Organisation (WMO) (2014), Scientific Assessment of Ozone Depletion: 2014, Global Ozone Research and Monitoring Project Report No. 55, Ġinevra, L-Iżvizzera.

L-Istitut Dinji tar-Riżorsi (WRI), il-Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli (2011): Product Life Cycle Accounting and Reporting Standard. Greenhouse Gas Protocol. WRI, US, 144 pp.

L-Istitut Dinji tar-Riżorsi (WRI) u l-Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli WBCSD (2004): Greenhouse Gas Protocol - Corporate Accounting and Reporting Standard.

L-Istitut Dinji tar-Riżorsi (WRI) u l-Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli WBCSD (2011): Greenhouse Gas Protocol Corporate Value Chain (Scope 3) Accounting and Reporting Standard.

L-Istitut Dinji tar-Riżorsi (WRI) u l-Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli WBCSD (2015): Il-Gwida għall-Ambitu 2 tal-Protokoll dwar il-gassijiet serra. Emenda għall-Protokoll dwar il-gassijiet serra. Standard Korporattiv.

Lista ta’ illustrazzjonijiet

Illustrazzjoni 1

Eżempju ta’ sett tad-data parzjalment diżaggregat fil-Livell-1

Illustrazzjoni 2

Fażijiet ta’ studju dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodotti

Illustrazzjoni 3

Xenarju prestabbilit tat-trasport

Illustrazzjoni 4

Punt ta’ sostituzzjoni fil-livell 1 u fil-livell 2

Illustrazzjoni 5

Eżempju ta’ punti ta’ sostituzzjoni fi stadji differenti fil-katina tal-valur.

Illustrazzjoni 6

Għażla tal-immudellar meta r-ruttam qabel il-konsum jiġi ddikjarat bħala kontenut riċiklat qabel il-konsum

Illustrazzjoni 7

Għażla tal-immudellar meta r-ruttam qabel il-konsum ma jiġix iddikjarat bħala kontenut riċiklat qabel il-konsum

Illustrazzjoni 8

Skema ta’ riċiklaġġ bi ġbir simplifikat ta’ materjal

Illustrazzjoni 9

Rappreżentazzjoni grafika ta’ sett tad-data speċifiku għall-kumpanija.

Illustrazzjoni A-1 –

Fluss tal-proċessi biex tinħoloq/tiġi riveduta PEFCR. PEF-RP: Studju dwar il-PEF tal-Prodott Rappreżentattiv.

Illustrazzjoni A-1:

Proċess tal-iżvilupp tal-PEFCR

Illustrazzjoni A-3 –

Eżempju ta’ struttura tal-PEFCR b’regoli orizzontali speċifiċi għall-kategorija ta’ prodotti, diversi subkategoriji ta’ prodotti, u regoli vertikali speċifiċi għas-subkategorija ta’ prodotti.

Illustrazzjoni A-3 –

Klassijiet ta’ prestazzjoni tal-PEF

Lista ta’ tabelli

Tabella 1

Eżempju ta’ definizzjoni tal-għanijiet - Impronta Ambjentali tal-Prodott ta’ T-shirt

Tabella 2

Kategoriji tal-impatt tal-EF bl-indikaturi tal-kategoriji tal-impatt u l-mudelli ta’ karatterizzazzjoni rispettivi.

Tabella 3

Fatturi tal-emissjonijiet tal-Grad 1 tal-IPCC (2006) (modifikati)

Tabella 4

Approċċ alternattiv għall-immudellar tan-nitroġenu

Tabella 5

Kriterji minimi biex jiġu żgurati l-istrumenti kuntrattwali mill-fornituri – gwida biex jiġu ssodisfati l-kriterji

Tabella 6

Identifikazzjoni tas-sottopopolazzjoni għall-Eżempju 2

Tabella 7

Sommarju tas-sottopopolazzjoni għall-eżempju 2

Tabella 8

Eżempju: kif għandu jiġi kkalkulat l-għadd ta’ kumpaniji f’kull sottokampjun

Tabella 9

Tabella sommarju dwar kif għandha tiġi applikata s-CFF f’sitwazzjonijiet differenti

Tabella 10

Fatturi ta’ allokazzjoni prestabbiliti għall-bhejjem tal-ifrat fit-trobbija

Tabella 11

Valuri prestabbiliti li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-NEsuf għan-nagħaġ u għall-mogħoż

Tabella 12

Valuri prestabbiliti li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-NEl għan-nagħaġ u għall-mogħoż

Tabella 13

Kostanti għall-użu fil-kalkolu tal-NEg għan-nagħaġ

Tabella 14

Valuri prestabbiliti li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-NEg għan-nagħaġ u għall-mogħoż

Tabella 15

Fatturi ta’ allokazzjoni prestabbiliti li għandhom jintużaw fl-istudji dwar il-PEF għan-nagħaġ fl-istadju tat-trobbija

Tabella 16

Allokazzjoni fl-istadju tat-trobbija bejn il-qżieqeż u l-majjali nisa

Tabella 17

Proporzjonijiet ta’ allokazzjoni ekonomika għaċ-ċanga

Tabella 18

Proporzjonijiet ta’ allokazzjoni ekonomika għall-ħnieżer

Tabella 19

Proporzjonijiet ta’ allokazzjoni ekonomika għan-nagħaġ

Tabella 20

Kriterji tal-kwalità tad-data, dokumentazzjoni, nomenklatura u rieżami

Tabella 21

Klassifikazzjoni tal-kwalità tad-data (DQR) u l-livelli tal-kwalità tad-data ta’ kull kriterju tal-kwalità tad-data

Tabella 22

Il-livell ġenerali tal-kwalità tad-data tas-settijiet tad-data konformi mal-EF, skont il-klassifikazzjoni tal-kwalità tad-data miksuba

Tabella 23

Kif għandhom jiġu assenjati l-valuri għall-kriterji tad-DQR meta tintuża informazzjoni speċifika għall-kumpanija. L-ebda kriterju ma għandu jiġi mmodifikat.

Tabella 24

Kif għandhom jiġu assenjati l-valuri għall-kriterji tad-DQR meta jintużaw settijiet tad-data sekondarji.

Tabella 25

DNM – rekwiżiti għal kumpanija li twettaq studju dwar il-PEF

Tabella 26

Kriterji biex jintgħażel f’liema stadju taċ-ċiklu tal-ħajja għandhom jiġu identifikati l-proċessi l-aktar rilevanti

Tabella 27

Sommarju tar-rekwiżiti biex jiġu definiti l-kontributi l-aktar rilevanti

Tabella 28

Il-kontribut ta’ kategoriji tal-impatt differenti abbażi ta’ riżultati normalizzati u ponderati – eżempju

Tabella 29

Il-kontribut ta’ stadji differenti taċ-ċiklu tal-ħajja għall-kategorija tal-impatt tat-tibdil fil-klima (ibbażat fuq ir-riżultati kkaratterizzati tal-inventarju) – eżempju

Tabella 30

Il-kontribut ta’ proċessi differenti għall-kategorija tal-impatt tat-tibdil fil-klima (ibbażat fuq ir-riżultati kkaratterizzati tal-inventarju - eżempju

Tabella 31

Eżempji dwar kif għandhom jiġu ttrattati numri negattivi u proċess identiku fi stadji differenti taċ-ċiklu tal-ħajja

Tabella 32

Sistema ta’ punteġġ għal kull suġġett rilevanti ta’ kompetenza u esperjenza għall-valutazzjoni tal-kompetenzi tal-verifikatur(i)

Tabella A-1

Sommarju tar-rekwiżiti għall-PEFCR li jkopru kategorija waħda ta’ prodotti u għall-PEFCRs li jkopru s-subkategoriji. Ir-rekwiżiti huma applikabbli għall-prodotti finali.

Tabella A-2

Erba’ aspetti tal-FU b’rekwiżiti addizzjonali għall-PEFCRs tal-ikel u mhux tal-ikel

Tabella A-3

Approċċ alternattiv għall-immudellar tan-nitroġenu

Tabella A-4

Linji gwida tal-OEFSR għall-istadju tal-użu

Tabella A-5

Eżempju tad-data dwar l-attivitajiet u s-settijiet tad-data sekondarji użati

Tabella A-6

Proċessi tal-istadju tal-użu tal-għaġin niexef (adattat mill-PEFCR finali għall-għaġin niexef). Il-proċessi l-aktar rilevanti huma indikati fil-kaxxa l-ħadra

Tabella A-8

Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data (DNM) – Rekwiżiti għall-utent tal-PEFCR. L-għażliet indikati għal kull sitwazzjoni ma humiex elenkati f’ordni ġerarkika. Ara t-Tabella A-7 biex tiddetermina l-valur R1 li għandu jintuża.

Tabella A-9

Stabbiliment tal-limiti tal-klassijiet ta’ prestazzjoni

ANNESS II –

PARTI: A

REKWIŻITI GĦALL-IŻVILUPP TAL-PEFCRS U GĦAT-TWETTIQ TAL-ISTUDJI DWAR IL-PEF F’KONFORMITÀ MA’ REGOLA TAL-KATEGORIJA MARBUTA MAL-IMPRONTA AMBJENTALI TAL-PRODOTT EŻISTENTI

Ir-Regoli tal-Kategorija marbutin mal-Impronta Ambjentali tal-Prodott (PEFCRs) jipprovdu rekwiżiti speċifiċi għall-kalkolu tal-impatti ambjentali potenzjali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti. Din il-Parti A tal-Anness II fiha r-rekwiżiti metodoloġiċi addizzjonali kollha għall-iżvilupp tal-PEFCRs u għat-twettiq tal-istudji dwar il-PEF f’konformità ma’ PEFCR eżistenti.

PEFCR għandha tkun konformi mar-rekwiżiti kollha ta’ dan id-dokument, għandha tinkludi (bħala test) ir-rekwiżiti kollha ta’ dan l-Anness u għandha tirreferi (mingħajr ma tikkopja t-test korrispondenti) għar-rekwiżiti fil-metodu tal-PEF fejn ikun rilevanti. Hija għandha tispeċifika aktar dawk ir-rekwiżiti fejn il-metodu tal-PEF iħalli għażla, u tista’ żżid rekwiżiti ġodda, jekk rilevanti u f’konformità mal-metodu tal-PEF. Ir-rekwiżiti speċifikati aktar f’PEFCR dejjem jipprevalu fuq dawk inklużi fil-metodu tal-PEF.

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-anness huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fil-leġiżlazzjoni futura tal-UE.

Anness II –

Parti: A

REKWIŻITI GĦALL-IŻVILUPP TAL-PEFCRS U GĦAT-TWETTIQ TAL-ISTUDJI DWAR IL-PEF F’KONFORMITÀ MA’ REGOLA TAL-KATEGORIJA MARBUTA MAL-IMPRONTA AMBJENTALI TAL-PRODOTT EŻISTENTI

A.1

Introduzzjoni

A.1.1.

Ir-rwol tal-PEFCRs u r-relazzjoni mar-Regoli eżistenti dwar il-Kategorija tal-Prodotti

A.1.2.

Kif għandha tiġi ġestita l-modularità

A.2.

Il-proċess tal-iżvilupp u tar-reviżjoni ta’ PEFCR

A.2.1.

Min jista’ jiżviluppa PEFCR

A.2.2.

Rwol tas-Segretarjat Tekniku

A.2.3.

Definizzjoni tal-prodott(i) rappreżentattiv(i)

A.2.4.

L-ewwel studju dwar il-PEF tal-prodott(i) rappreżentattiv(i)

A.2.5.

L-ewwel abbozz tal-PEFCR

A.2.6.

Studji ta’ sostenn

A.2.7.

It-tieni studju dwar il-PEF tal-prodott rappreżentattiv

A.2.8.

It-tieni abbozz tal-PEFCR

A.2.9.

Ir-rieżami tal-PEFCR

A.2.9.1.

Il-bord ta’ rieżami

A.2.9.2

Proċedura ta’ rieżami

A.2.9.2.1.

Rieżami tal-ewwel PEF-RP

A.2.9.2.2.

Rieżami tal-istudji ta’ sostenn

A.2.9.2.3.

Rieżami tat-tieni studju dwar il-PEF-RP

A.2.9.3.

Kriterji ta’ rieżami tad-dokument tal-PEFCR

A.2.9.4.

Rapport/dikjarazzjonijiet ta’ rieżami

A.2.10.

Abbozz finali tal-PEFCR

A.2.10.1.

Mudell(i) excel tal-prodott(i) rappreżentattiv(i)

A.2.10.2.

Settijiet tad-data elenkati fil-PEFCR

A.2.10.3.

Settijiet tad-data konformi mal-EF li jirrappreżentaw il-prodott(i) rappreżentattiv(i)

A.3.

DEFINIZZJONI TAL-AMBITU TAL-PEFCRS

A.3.1.

Kategoriji u subkategoriji ta’ prodotti

A.3.2.

Ambitu tal-PEFCR

A.3.2.1.

Deskrizzjoni ġenerali tal-ambitu tal-PEFCR

A.3.2.2.

Użu tal-kodiċijiet tal-KPA

A.3.2.3.

Definizzjoni tal-prodott(i) rappreżentattiv(i) (RP)

A.3.2.4.

Unità funzjonali (FU)

A.3.2.5.

Limitu tas-sistema

A.3.2.6.

Lista tal-kategoriji tal-impatt tal-EF

A.3.2.7.

Informazzjoni addizzjonali

A.3.2.8.

Suppożizzjonijiet u limitazzjonijiet

A.4.

INVENTARJU TAĊ-ĊIKLU TAL-ĦAJJA

A.4.1.

Stadji taċ-ċiklu tal-ħajja

A.4.2.

Rekwiżiti tal-immudellar

A.4.2.1.

Produzzjoni agrikola

A.4.2.2.

Użu tal-elettriku

A.4.2.3.

Trasport u loġistika

A.4.2.4.

Oġġetti kapitali – infrastruttura u tagħmir

A.4.2.5.

Proċedura tal-kampjunar

A.4.2.6.

Stadju tal-użu

A.4.2.7.

Immudellar ta’ tmiem il-ħajja

A.4.2.8.

Ħajja estiża tal-prodott

A.4.2.9.

Emissjonijiet u assorbimenti ta’ gassijiet serra

A.4.2.10.

Imballaġġ

A.4.3.

Trattament ta’ proċessi multifunzjonali

A.4.3.1.

Trobbija tal-annimali

A.4.4.

Rekwiżiti tal-ġbir tad-data u rekwiżiti tal-kwalità

A.4.4.1.

Lista ta’ data obbligatorja speċifika għall-kumpanija

A.4.4.2.

Settijiet tad-data li għandhom jintużaw

A.4.4.3.

Limitu

A.4.4.4.

Rekwiżiti tal-kwalità tad-data

A.5.

RIŻULTATI TAL-PEF

A.5.1.

Parametru referenzjarju

A.5.2.

Klassijiet ta’ prestazzjoni

A.6.

INTERPRETAZZJONI TAR-RIŻULTATI TAL-IMPRONTA AMBJENTALI TAL-PRODOTTI

A.6.1.

Identifikazzjoni tal-hotspots

A.6.1.1.

Proċedura biex jiġu identifikati l-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti

A.6.1.2.

Proċedura biex jiġu identifikati l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti

A.6.1.3.

Proċedura biex jiġu identifikati l-proċessi l-aktar rilevanti

A.6.1.4.

Proċedura biex jiġu identifikati l-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti

A.7.

RAPPORTI DWAR L-IMPRONTA AMBJENTALI TAL-PRODOTTI

A.8.

VERIFIKA U VALIDAZZJONI TAL-ISTUDJI, IR-RAPPORTI U L-MEZZI TA’ KOMUNIKAZZJONI TAL-PEF

A.8.1.

Definizzjoni tal-ambitu tal-verifika

A.8.2.

Verifikatur(i)

A.8.3.

Rekwiżiti ta’ verifika/validazzjoni: rekwiżiti għall-verifika/validazzjoni meta tkun disponibbli PEFCR

A.8.3.1

Rekwiżiti minimi għall-verifika u l-validazzjoni tal-istudju dwar il-PEF

A.8.3.2.

Tekniki ta’ verifika u ta’ validazzjoni

A.8.3.3.

Kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni

Parti B:

MUDELL TAL-PEFCR

B.1.

INTRODUZZJONI

B.2.

INFORMAZZJONI ĠENERALI DWAR IL-PEFCR

B.2.1.

Segretarjat Tekniku

B.2.2.

Konsultazzjonijiet u partijiet ikkonċernati

B.2.3.

Il-bord ta’ rieżami u r-rekwiżiti ta’ rieżami tal-PEFCR

B.2.4.

Dikjarazzjoni ta’ rieżami

B.2.5.

Validità ġeografika

B.2.6.

Lingwa

B.2.7.

Konformità ma’ dokumenti oħra

B.3.

AMBITU TAL-PEFCR

B.3.1.

Klassifikazzjoni tal-prodotti

B.3.2.

Prodott(i) rappreżentattiv(i)

B.3.3.

L-unità funzjonali u l-fluss ta’ referenza

B.3.4.

Limitu tas-sistema

B.3.5.

Lista tal-kategoriji tal-impatt tal-EF

B.3.6.

Informazzjoni teknika addizzjonali

B.3.7.

Informazzjoni ambjentali addizzjonali

B.3.8.

Limitazzjonijiet

B.3.8.1.

Tqabbil u dikjarazzjonijiet komparattivi

B.4.

IL-KATEGORIJI TAL-IMPATT, L-ISTADJI TAĊ-ĊIKLU TAL-ĦAJJA, IL-PROĊESSI U L-FLUSSI ELEMENTARI L-AKTAR RILEVANTI

B.4.1.

Kategoriji tal-impatt tal-EF l-aktar rilevanti

B.4.2.

Stadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti

B.4.3.

Proċessi l-aktar rilevanti

B.4.4.

Flussi elementari diretti l-aktar rilevanti

B.3.8.2.

Lakuni fid-data u proxies

B.5.

INVENTARJU TAĊ-ĊIKLU TAL-ĦAJJA

B.5.1.

Lista ta’ data obbligatorja speċifika għall-kumpanija

B.5.2.

Lista ta’ proċessi mistennija li jitmexxew mill-kumpanija

B.5.3.

Rekwiżiti tal-kwalità tad-data

B.5.3.1.

Settijiet tad-data speċifiċi għall-kumpanija

B.5.4.

Matriċi tal-ħtiġijiet tad-data (DNM)

B.5.4.1.

Proċessi fis-sitwazzjoni 1

B.5.4.2.

Proċessi fis-sitwazzjoni 2

B.5.4.3.

Proċessi fis-sitwazzjoni 3

B.5.5.

Settijiet tad-data li għandhom jintużaw

B.5.6.

Kif għandha tiġi kkalkolata d-DQR medja tal-istudju

B.5.7.

Regoli tal-allokazzjoni

B.5.8.

Immudellar tal-elettriku

B.5.9.

Immudellar tat-tibdil fil-klima

B.5.10.

Immudellar ta’ tmiem il-ħajja u tal-kontenut riċiklat

B.6.

STADJI TAĊ-ĊIKLU TAL-ĦAJJA

B.6.1.

Akkwist u pproċessar minn qabel tal-materja prima

B.6.2.

Immudellar agrikolu [għandu jiġi inkluż biss jekk applikabbli]

B.6.3.

Manifattura

B.6.4.

Stadju tad-distribuzzjoni [għandu jiġi inkluż jekk applikabbli]

B.6.5.

Stadju tal-użu [għandu jiġi inkluż jekk applikabbli]

B.6.6.

Tmiem il-ħajja [għandu jiġi inkluż jekk applikabbli]

B.7.

RIŻULTATI TAL-PEF

B.7.1.

Valuri referenzjarji

B.7.2.

Profil tal-PEF

B.7.3.

Klassijiet ta’ prestazzjoni

B.8.

VERIFIKA

Parti C

LISTA TA’ PARAMETRI PRESTABBILITI TAS-CFF

Parti D

DATA PRESTABBILITA GĦALL-IMMUDELLAR TAL-ISTADJU TAL-UŻU

Parti E

MUDELL TAR-RAPPORT DWAR IL-PEF

E.1

SOMMARJU

E.2.

ĠENERALI

E.3.

L-GĦAN TAL-ISTUDJU

E.4.

L-AMBITU TAL-ISTUDJU

E.4.1.

L-unità funzjonali/iddikjarata u l-fluss ta’ referenza

E.4.2.

Limitu tas-sistema

E.4.3.

Kategoriji tal-impatt tal-Impronta Ambjentali

E.4.4.

Informazzjoni addizzjonali

E.4.5.

Suppożizzjonijiet u limitazzjonijiet

E.5.

ANALIŻI TAL-INVENTARJU TAĊ-ĊIKLU TAL-ĦAJJA

E.5.1.

Stadju tal-iskrinjar [jekk applikabbli]

E.5.2.

Għażliet tal-immudellar

E.5.3.

Trattament ta’ proċessi multifunzjonali

E.5.4.

Ġbir tad-data

E.5.5.

Rekwiżiti u klassifikazzjoni tal-kwalità tad-data

E.6.

RIŻULTATI TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT [KUNFIDENZJALI, JEKK RILEVANTI]

E.6.1.

Riżultati tal-PEF

E.6.2.

Informazzjoni addizzjonali

E.7.

INTERPRETAZZJONI TAR-RIŻULTATI TAL-PEF

E.8.

DIKJARAZZJONI TA’ VALIDAZZJONI

Parti F

RATI TA’ TELF PRESTABBILITI GĦAL KULL TIP TA’ PRODOTT

A.1    Introduzzjoni

Jeżistu regoli analogi għall-PEFCRs fi standards għal tipi oħra ta’ asserzjonijiet dwar il-prodotti bbażati fuq iċ-ċiklu tal-ħajja, bħall-EN ISO 14025:2010 (dikjarazzjonijiet ambjentali tat-tip III). Il-PEFCRs huma msemmija b’mod differenti biex tiġi evitata l-konfużjoni bejn regoli analogi oħra u jiġu identifikati b’mod uniku r-regoli skont il-metodu tal-PEF.

Abbażi ta’ analiżi mwettqa mill-JRC fl-2010 ( 72 ), il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-istandards eżistenti bbażati fuq iċ-ċiklu tal-ħajja ma jipprovdux speċifiċità suffiċjenti biex jiġi żgurat li jsiru l-istess suppożizzjonijiet, kejl u kalkoli biex tiġi appoġġata l-komparabbiltà tal-asserzjonijiet ambjentali fost il-prodotti li jipprovdu l-istess funzjoni. Il-PEFCRs għandhom l-għan li jżidu l-komparabbiltà, ir-riproduċibbiltà, il-konsistenza, ir-rilevanza, il-fokus u l-effiċjenza tal-istudji dwar il-PEF.

PEFCR jenħtieġ li tiġi żviluppata u miktuba f’format li l-persuni b’għarfien tekniku (fl-LCA kif ukoll fir-rigward tal-kategorija tal-prodott ikkunsidrata) ikunu jistgħu jifhmu u jistgħu jużaw biex iwettqu studju dwar il-PEF.

Kull PEFCR għandha timplimenta l-prinċipju tal-materjalità, li jfisser li studju dwar il-PEF għandu jiffoka fuq dawk l-aspetti u l-parametri li huma l-aktar rilevanti għall-prestazzjoni ambjentali ta’ prodott partikolari. B’dan il-mod jitnaqqsu l-ħin, l-isforz u l-kost tat-twettiq tal-analiżi.

Kull PEFCR għandha tispeċifika l-lista minima ta’ proċessi (proċessi obbligatorji) li dejjem għandhom jiġu mmudellati b’data speċifika għall-kumpanija. L-għan huwa li jiġi evitat li l-utenti tal-PEFCR ikunu jistgħu jwettqu studju dwar il-PEF u jikkomunikaw ir-riżultati tiegħu mingħajr ma jkollhom aċċess għad-data (primarja) rilevanti speċifika għall-kumpanija u billi jużaw biss data prestabbilita. Il-PEFCR għandha tiddefinixxi din il-lista obbligatorja ta’ proċessi abbażi tar-rilevanza tagħhom u l-possibbiltà li jkun hemm aċċess għal data speċifika għall-kumpanija.

Id-definizzjonijiet ipprovduti fl-Anness I huma applikabbli wkoll għal dan l-Anness.

A.1.1.    Ir-rwol tal-PEFCRs u r-relazzjoni mar-Regoli eżistenti dwar il-Kategorija tal-Prodotti

L-iżvilupp ta’ PEFCR jenħtieġ li jqis, sa fejn ikun possibbli, id-dokumenti tekniċi u l-PCRs diġà eżistenti minn skemi oħra.

Kif definit fl-EN ISO 14025:2010, ir-Regoli tal-Kategorija tal-Prodotti (PCRs) ( 73 ) jinkludu settijiet ta’ regoli, linji gwida u rekwiżiti speċifiċi għall-iżvilupp ta’ “dikjarazzjonijiet ambjentali tat-Tip III” għal kwalunkwe kategorija ta’ prodotti (jiġifieri oġġetti u/jew servizzi li jipprovdu funzjonijiet ekwivalenti). Id-“dikjarazzjonijiet ambjentali tat-Tip III” huma asserzjonijiet kwantitattivi bbażati fuq l-LCA tal-aspetti ambjentali ( 74 ) ta’ ċertu oġġett jew servizz, pereżempju informazzjoni kwantitattiva dwar l-impatti ambjentali potenzjali. Id-dikjarazzjonijiet ambjentali tat-tip III jistgħu, pereżempju, ikunu applikazzjoni potenzjali ta’ studju dwar il-PEF.

Għall-iżvilupp u r-rieżami tar-Regoli tal-Kategorija tal-Prodotti (PCRs), l-EN ISO 14025:2010 jiddeskrivi l-proċedura u jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-komparabbiltà tal-hekk imsejħa “dikjarazzjonijiet ambjentali tat-Tip III” differenti. Il-linji gwida dwar kif għandhom jiġu żviluppati l-PEFCRs iqisu l-kontenut minimu ta’ dokument tal-PCR kif mitlub mill-EN ISO 14025:2010.

A.1.2.    Kif għandha tiġi ġestita l-modularità

Fil-każ ta’ prodotti intermedji, il-PEFCR issir “modulu” li għandu jintuża meta jiġu żviluppati l-PEFCRs għall-prodotti li jinsabu aktar ’l isfel fl-istess katina tal-provvista. Dan huwa applikabbli bl-istess mod jekk il-prodott intermedju jista’ jintuża fi ktajjen tal-provvista differenti (eż. folji tal-metall). L-iżvilupp ta’ “moduli” jippermetti livell ogħla ta’ konsistenza fost ktajjen tal-provvista differenti li qed jużaw l-istess moduli bħala parti mil-LCA tagħhom. Barra minn hekk, l-iżvilupp ta’ “moduli” huwa essenzjali biex l-għadd ta’ PEFCRs jinżamm maniġġabbli.

Il-possibbiltà li jinbnew tali moduli jenħtieġ li dejjem tiġi kkunsidrata wkoll għall-prodotti finali, speċjalment għal dawk il-prodotti li jikkondividu parti mill-katina tal-produzzjoni u mbagħad jiddifferenzjaw minħabba funzjonijiet differenti (eż. id-deterġenti).

Hemm xenarji differenti li jistgħu jirrikjedu approċċ modulari:

((a) 

Prodott finali li fil-BoM tiegħu juża prodott intermedju li għalih diġà jkun hemm PEFCR eżistenti (eż. il-produzzjoni ta’ karozzi b’tapizzerija tal-ġilda) jew prodott finali li jsir parti miċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott ieħor (eż. deterġent użat għall-ħasil ta’ T-shirt);

(b) 

Prodott finali li juża komponent jew prodott li diġà jintuża bħala komponent minn PEFCR oħra (eż. fittings li għandhom jintużaw f’sistemi tal-pajpijiet, fertilizzanti).

Għax-xenarju (a), il-PEFCR il-ġdida għandha tiddefinixxi kif għandha tiġi ġestita l-informazzjoni dwar il-prodott abbażi tar-rilevanza ambjentali tal-prodott u tad-DNM (ara t-taqsima A.4.4.4.4). Dan ifisser li jekk il-prodott ikun “l-aktar rilevanti” u jkun taħt il-kontroll tal-kumpanija, għandha tintalab data speċifika għall-kumpanija, skont ir-regoli tal-PEFCR li jkollha il-modulu fl-ambitu tagħha ( 75 ). Jekk ma jkunx taħt il-kontroll operazzjonali tal-kumpanija iżda fost il-proċessi “l-aktar rilevanti”, l-utent tal-PEFCR jista’ jagħżel jew li jipprovdi data speċifika għall-kumpanija, jew li juża s-sett tad-data sekondarju konformi mal-EF ( 76 ) ipprovdut mal-PEFCR li jkollha l-modulu fl-ambitu tagħha.

Fix-xenarju (b), is-Segretarjat Tekniku (ara r-rwol u s-sħubija fit-taqsima A.2.2. għandu jivvaluta l-fattibbiltà tal-implimentazzjoni tal-istess suppożizzjonijiet ta’ mmudellar u settijiet tad-data sekondarji elenkati fil-PEFCR eżistenti. Jekk ikun fattibbli, is-Segretarjat Tekniku għandu jimplimenta l-istess suppożizzjonijiet ta’ mmudellar u sett tad-data li għandhom jintużaw fil-PEFCR tiegħu stess. Jekk ma jkunx fattibbli, is-Segretarjat Tekniku għandu jaqbel dwar soluzzjoni mal-Kummissjoni.

A.2.    Il-proċess tal-iżvilupp u tar-reviżjoni ta’ PEFCR

Id-dispożizzjonijiet ta’ din it-taqsima huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fil-leġiżlazzjoni futura tal-UE.

Din it-taqsima tinkludi l-proċess għall-iżvilupp u r-reviżjoni ta’ PEFCR. Jistgħu jseħħu s-sitwazzjonijiet li ġejjin:

Żvilupp ta’ PEFCR ġdida;

(a) 

Reviżjoni sħiħa ta’ PEFCR eżistenti;

(b) 

Reviżjoni parzjali ta’ PEFCR eżistenti.

Għall-każijiet (a) u (b) għandha tiġi segwita l-proċedura deskritta f’din it-taqsima (ara l-illustrazzjoni A-1).

Il-każ (c) huwa permess biss jekk il-mudell tal-Prodott Rappreżentattiv (RP), (ara t-taqsima A.2.3) jiġi aġġornat b’data jew settijiet tad-data kkoreġuti/ġodda u bil-korrezzjoni ta’ żbalji ovvji, u r-riżultati tal-RP jinbidlu b’ċertu massimu:

(i) 

ir-riżultati tal-LCIA jinbidlu <10 % għal kull kategorija tal-impatt (riżultati kkaratterizzati), u

(ii) 

ir-riżultati tal-LCIA jinbidlu <5 % tal-punteġġ globali uniku, u

(iii) 

il-lista tal-kategoriji tal-impatt, tal-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, tal-proċessi u tal-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti ma jinbidlux.

Jekk ir-riżultati tal-RP jinbidlu > 10 % għal mill-anqas kategorija waħda tal-impatt (riżultati kkaratterizzati) jew > 5 % tal-punteġġ globali uniku, il-każ (c) ma jkunx applikabbli u tkun meħtieġa reviżjoni sħiħa tal-PEFCR.Fil-każ (c), is-Segretarjat Tekniku għandu jipprovdi PEFCR aġġornata għar-rieżami tal-bord u għandhom jiġu segwiti l-aħħar tliet passi tal-Figura A-1 (jiġifieri r-rieżami mill-bord, l-abbozz finali tal-PEFCR, l-approvazzjoni finali tal-PEFCR).

Illustrazzjoni J-1

Fluss tal-proċessi biex tinħoloq/tiġi riveduta PEFCR. PEF-RP: Studju dwar il-PEF tal-Prodott Rappreżentattiv.

image

A.2.1.    Min jista’ jiżviluppa PEFCR

Għandu jiġi stabbilit Segretarjat Tekniku biex jiżviluppa PEFCR. Is-Segretarjat Tekniku għandu jirrappreżenta mill-inqas 51 % tas-suq tal-konsum tal-UE (mibjugħ) f’termini ta’ fatturat ekonomiku. Is-Segretarjat Tekniku għandu jikseb din il-kopertura tas-suq direttament mill-kumpaniji li jipparteċipaw fih u/jew indirettament, permezz tal-kopertura tas-suq tal-UE tal-membri rrappreżentati minn assoċjazzjoni kummerċjali. Is-Segretarjat Tekniku għandu jissottometti rapport kunfidenzjali li jagħti prova tal-kopertura tas-suq lill-Kummissjoni meta jistabbilixxi s-Segretarjat Tekniku.

A.2.2.    Rwol tas-Segretarjat Tekniku

Is-Segretarjat Tekniku (TS) huwa responsabbli għall-attivitajiet li ġejjin:

(a) 

L-abbozzar tal-PEFCR f’konformità mar-regoli inklużi fl-Anness I u f’dan l-Anness;

(b) 

L-armonizzazzjoni ma’ PCRs/PEFCRs eżistenti;

(c) 

L-organizzazzjoni ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi dwar abbozzi ta’ verżjonijiet tad-dokumenti, analiżi tal-kummenti, u l-għoti ta’ feedback bil-miktub;

(d) 

Il-koordinazzjoni tal-istudji ta’ sostenn;

(e) 

Il-ġestjoni tal-pjattaforma pubblika online għall-PEFCR rispettiva. Din l-attività tinkludi kompiti bħall-abbozzar ta’ materjali ta’ spjegazzjoni disponibbli għall-pubbliku relatati mal-PEFCR, konsultazzjonijiet online dwar l-abbozzi u l-pubblikazzjoni ta’ feedback dwar il-kummenti tal-partijiet ikkonċernati;

(f) 

L-iżgurar tal-għażla u l-ħatra ta’ membri indipendenti kompetenti tal-bord ta’ rieżami tal-PEFCR.

A.2.3.    Definizzjoni tal-prodott(i) rappreżentattiv(i)

It-TS għandu jiżviluppa “mudell” tal-prodott rappreżentattiv (RP) mibjugħ fis-suq tal-UE. Il-RP għandu jirrifletti s-sitwazzjoni attwali, fil-mument tal-iżvilupp tal-PEFCR. Dan ifisser, pereżempju, li teknoloġiji futuri, xenarji futuri tat-trasport jew trattamenti futuri ta’ tmiem il-ħajja għandhom jiġu esklużi. Id-data użata għandha tirrifletti l-medji realistiċi tas-suq u tkun l-aktar reċenti (speċjalment għal prodotti teknoloġiċi li qed jiżviluppaw b’pass mgħaġġel). Għandhom jiġu evitati valuri jew stimi konservattivi.

Il-prodott rappreżentattiv jista’ jkun prodott reali jew virtwali (mhux eżistenti). Il-prodott virtwali jenħtieġ li jiġi kkalkulat abbażi tal-karatteristiċi medji ponderati għall-bejgħ fis-suq Ewropew tat-teknoloġiji/materjali eżistenti kollha koperti mill-kategorija jew mis-sottokategorija tal-prodott. Jistgħu jintużaw settijiet oħra ta’ ponderazzjoni, jekk dan ikun iġġustifikat, pereżempju l-medja ponderata bbażata fuq il-massa (tunnellata ta’ materjal) jew il-medja ponderata bbażata fuq l-unitajiet tal-prodott (biċċiet).

Meta jkun qiegħed jiġi identifikat il-RP, hemm ir-riskju li teknoloġiji differenti b’ishma mis-suq differenti ħafna jitħalltu u dawk b’sehem mis-suq relattivament żgħir jistgħu jiġu injorati. F’każijiet bħal dawn, it-TS għandu jinkludi t-teknoloġiji/il-prodotti neqsin (jekk ikunu fl-ambitu) fid-definizzjoni tal-prodott rappreżentattiv jew jipprovdi ġustifikazzjoni bil-miktub jekk dan ma jkunx teknikament possibbli.

L-RP huwa l-bażi għall-istudju dwar il-PEF tal-prodott rappreżentattiv (PEF-RP). Il-RP jista’ jkun prodott finali jew prodott intermedju. Għall-prodotti finali u l-prodotti intermedji fejn jiġi ddefinit parametru referenzjarju, huwa wkoll il-bażi għall-identifikazzjoni tal-parametru referenzjarju korrispondenti. It-Taqsima A.3.1 tispjega għal liema kategoriji jew subkategoriji ta’ prodotti għandu jiġi żviluppat RP, filwaqt li t-Taqsima A.3.2.3 tindika x’għandu jiġi ddokumentat fil-PEFCR.

A.2.4.    L-ewwel studju dwar il-PEF tal-prodott(i) rappreżentattiv(i)

L-ewwel studju dwar il-PEF għandu jitwettaq fuq kull prodott rappreżentattiv (l-ewwel PEF-RP). L-ewwel PEF-RP għandu l-għan li:

1. 

Jidentifika l-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti;

2. 

Jidentifika l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi u l-flussi elementari l-aktar rilevanti;

3. 

Jidentifika l-ħtiġijiet tad-data, l-attivitajiet tal-ġbir tad-data u r-rekwiżiti tal-kwalità tad-data.

It-TS iwettaq l-ewwel PEF-RP fuq il-“mudell” tal-RP. In-nuqqas ta’ data disponibbli u l-ishma baxxi mis-suq ma għandhomx ikunu argument għall-esklużjonijiet ta’ teknoloġiji jew proċessi tal-produzzjoni.

It-TS għandu juża settijiet tad-data konformi mal-EF għall-PEF-RP, jekk ikunu disponibbli. Jekk ma jkunx jeżisti sett tad-data konformi mal-EF, il-proċedura li ġejja għandha tiġi segwita f’ordni ġerarkika:

1. 

Jekk ikun jista’ jinstab proxy konformi mal-EF, dan għandu jintuża;

2. 

Jekk ikun jista’ jinstab sett tad-data konformi mal-ILCD-EL bħala proxy: dan għandu jintuża iżda ma għandux jiġi inkluż fil-lista tas-settijiet tad-data prestabbiliti tal-ewwel abbozz tal-PEFCR. Il-proxy għandu jiġi elenkat fil-limitazzjonijiet tal-ewwel abbozz tal-PEFCR bit-test li ġej: “Dan is-sett tad-data jintuża bħala proxy matul l-ewwel PEF-RP biss. Madankollu, il-kumpanija li twettaq l-istudju ta’ sostenn biex tittestja l-ewwel abbozz tal-PEFCR għandha tapplika sett tad-data konformi mal-EF, jekk ikun disponibbli (skont ir-regoli stabbiliti fit-taqsima A.4.4.2 dwar liema settijiet tad-data għandhom jintużaw). Jekk dan ma jkunx disponibbli, il-kumpanija għandha tuża l-istess proxy bħal dak użat għall-kalkolu tal-ewwel PEF-RP.”

3. 

Jekk ma jkun jista’ jinstab l-ebda sett tad-data konformi mal-EF jew konformi mal-ILCD-EL, jista’ jintuża sett tad-data ieħor.

Fl-ewwel PEF-RP ma huwa permess l-ebda limitu ta’ proċessi, emissjonijiet fl-ambjent u riżorsi mill-ambjent. Għandhom jiġu koperti l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja u l-proċessi kollha (inklużi l-oġġetti kapitali). Madankollu, jistgħu jiġu esklużi attivitajiet bħall-ivvjaġġar tal-persunal, il-canteens fis-siti tal-produzzjoni, l-oġġetti tal-konsum li ma jkunux strettament relatati mal-proċessi tal-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, il-vjaġġi tan-negozju u l-attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp. Il-limiti jistgħu jiġu inklużi biss fil-PEFCR finali abbażi tar-regoli inklużi fl-Anness I u f’dan l-Anness.

Għandu jiġi pprovdut l-ewwel rapport dwar il-PEF-RP (skont il-mudell fil-parti E tal-Anness II) u għandu jinkludi r-riżultati kkaratterizzati, normalizzati u ponderati.

L-ewwel PEF-RP u r-rapport tiegħu għandhom jiġu vverifikati mill-bord ta’ rieżami u għandu jiġi pprovdut rapport ta’ rieżami pubbliku bħala l-anness tiegħu.

A.2.5.    L-ewwel abbozz tal-PEFCR

Abbażi tar-riżultati tal-ewwel PEF-RP, it-TS għandu jipproduċi l-ewwel abbozz tal-PEFCR, li jintuża biex jitwettqu l-istudji ta’ sostenn dwar il-PEFCR. Dan għandu jiġi abbozzat skont ir-rekwiżiti inklużi f’dan l-Anness u l-mudell ipprovdut fil-parti B ta’ dan l-Anness. Huwa għandu jinkludi r-rekwiżiti kollha meħtieġa għall-istudji ta’ sostenn, b’referenza partikolari għat-tabelli u l-proċeduri tal-ġbir tad-data speċifiċi għall-kumpanija.

A.2.6.    Studji ta’ sostenn

L-għan tal-istudji ta’ sostenn huwa li tiġi ttestjata l-implimentabbiltà tal-ewwel abbozz tal-PEFCR u, sa ċertu punt anqas, jiġu pprovduti indikazzjonijiet dwar l-adegwatezza tal-kategoriji tal-impatt, l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi u l-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti identifikati.

Għal kull RP għandhom jitwettqu mill-anqas tliet studji ta’ sostenn dwar il-PEF.

L-istudji ta’ sostenn għandhom ikunu f’konformità mar-rekwiżiti kollha inklużi fl-ewwel abbozz tal-PEFCR u fl-Anness I. Għandhom jiġu segwiti r-regoli addizzjonali li ġejjin:

— 
Ma huwa permess l-ebda limitu;
— 
Kull studju għandu jimplimenta l-analiżi tal-hotspots deskritta fit-taqsima 6.3 tal-Anness I u fit-Taqsima A.6.1 ta’ dan l-Anness. Kull studju għandu jitwettaq fuq prodotti reali kif mibjugħa attwalment fis-suq Ewropew;
— 
Biex tiġi analizzata aħjar l-applikabbiltà tal-ewwel abbozz tal-PEFCR, l-istudji għandhom jitwettqu fuq prodotti minn (i) kumpaniji ta’ daqsijiet differenti, inkluż mill-anqas SME waħda jekk ikunu preżenti fis-settur; (ii) kumpaniji kkaratterizzati minn proċessi/teknoloġiji ta’ produzzjoni differenti; u (iii) kumpaniji bil-proċessi tal-produzzjoni ewlenin (jiġifieri dawk li għalihom tinġabar data speċifika għall-kumpanija) li jinsabu f’pajjiżi differenti.

Kull studju ta’ sostenn għandu jitwettaq minn entità li la tkun involuta fl-abbozzar tal-PEFCR u lanqas ma tkun parti mill-bord ta’ rieżami. Jistgħu jeżistu eċċezzjonijiet għal din ir-regola iżda dawn iridu jkunu bi qbil mal-Kummissjoni Ewropea. L-ebda sett tad-data aggregat konformi mal-EF ma għandu jkun disponibbli għall-Kummissjoni Ewropea

Rapport dwar il-PEF għandu jikkomplementa kull studju ta’ sostenn u jipprovdi sommarju rilevanti, komprensiv, konsistenti, preċiż u trasparenti tal-istudju. Il-mudell tar-rapport dwar il-PEF li għandu jintuża għall-mudell tal-istudji ta’ sostenn huwa disponibbli fl-Anness E ta’ dan l-Anness. Il-mudell jinkludi l-informazzjoni minima li għandha tiġi rrapportata. L-istudji ta’ sostenn (u r-rapport dwar il-PEF relatat tagħhom) huma kunfidenzjali. Huma għandhom jiġu kondiviżi biss mal-Kummissjoni Ewropea jew mal-korp li jissorvelja l-iżvilupp tal-PEFCR, u mal-bord ta’ rieżami. Madankollu, il-kumpanija li twettaq l-istudju ta’ sostenn tista’ tiddeċiedi li tagħti aċċess lil partijiet ikkonċernati oħra.

A.2.7.    It-tieni studju dwar il-PEF tal-prodott rappreżentattiv

It-twettiq tal-istudju dwar il-PEF tal-prodott rappreżentattiv huwa proċess iterattiv. Abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz tal-ewwel konsultazzjoni u tal-istudji ta’ sostenn, is-Segretarjat Tekniku għandu jwettaq it-tieni PEF-RP. Dan it-tieni PEF-RP għandu jinkludi settijiet tad-data konformi mal-EF, data prestabbilita aġġornata dwar l-attivitajiet u s-suppożizzjonijiet kollha li jkunu fil-bażi tar-rekwiżiti fit-tieni abbozz tal-PEFCR. Abbażi tat-tieni PEF-RP, is-Segretarjat Tekniku għandu jabbozza t-tieni rapport dwar il-PEF-RP.

It-TS għandu juża settijiet tad-data konformi mal-EF jekk ikunu disponibbli bla ħlas. F’każ li ma jkunux disponibbli settijiet tad-data konformi mal-EF, għandhom jiġu segwiti r-regoli li ġejjin f’ordni ġerarkika:

— 
Proxy konformi mal-EF ikun disponibbli bla ħlas: dan għandu jiġi inkluż fil-lista ta’ proċessi prestabbiliti tal-PEFCR u għandu jiġi ddikjarat fit-taqsima tal-limitazzjonijiet tat-tieni abbozz tal-PEFCR.
— 
Sett tad-data konformi mal-livell ta’ dħul (EL) tal-ILCD bħala proxy ikun disponibbli bla ħlas: Massimu ta’ 10 % tal-punteġġ globali uniku jista’ jinkiseb minn settijiet tad-data konformi mal-ILCD-EL.
— 
Jekk l-ebda sett tad-data konformi mal-EF jew konformi mal-ILCD-EL ma jkun disponibbli bla ħlas: dan għandu jiġi eskluż mill-mudell. Dan għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar fit-tieni abbozz ta’ PEFCR bħala lakuna fid-data u għandu jiġi validat mill-verifikaturi tal-PEFCR.

It-tieni PEF-RP għandu jiddetermina r-rekwiżiti kollha tal-PEFCR finali li jinkludu, iżda li ma humiex limitati għal, il-lista finali tal-kategoriji tal-impatt, l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi, il-flussi elementari diretti, il-limiti l-aktar rilevanti, eċċ. Għall-prodotti finali, għandu jidentifika wkoll il-valuri għall-parametru referenzjarju.

Għandu jiġi pprovdut it-tieni rapport dwar il-PEF-RP (skont il-mudell fil-parti E ta’ dan l-Anness u għandu jinkludi r-riżultati kkaratterizzati, normalizzati u ponderati.

It-tieni PEF-RP u r-rapport tiegħu għandhom jiġu rieżaminati mill-bord ta’ rieżami u għandu jiġi pprovdut rapport ta’ rieżami pubbliku bħala l-anness tiegħu.

A.2.8    It-tieni abbozz tal-PEFCR

It-TS għandu jabbozza t-tieni abbozz tal-PEFCR filwaqt li jqis ir-riżultati tal-istudji ta’ sostenn u tat-tieni PEF-RP. Għandhom jimtlew it-taqsimiet kollha fil-mudell tal-PEFCR (ara l-parti B f’dan l-Anness).

Il-PEFCR għandha tikkjarifika li l-lakuni kollha fid-data inklużi fil-PEFCR se jibqgħu lakuni fid-data għall-validità kollha tagħha billi għandhom impatt dirett fuq il-parametru referenzjarju. Għalhekk, il-lakuni fid-data huma indirettament parti mil-limitu tas-sistema tal-PEFCR biex ikun jista’ jsir tqabbil ġust mal-parametru referenzjarju.

A.2.9.    Ir-rieżami tal-PEFCR

A.2.9.1.    Il-bord ta’ rieżami

It-TS għandu jistabbilixxi bord ta’ rieżami estern indipendenti ta’ partijiet terzi għar-rieżami tal-PEFCR.

Il-bord għandu jkun magħmul minn minimu ta’ tliet membri (president u żewġ membri). F’każ li PEFCR tinvolvi aktar minn ħames RP, il-bord ta’ rieżami jista’ titkabbar b’aktar membri u kopresidenti addizzjonali. Il-bord għandu jinkludi espert wieħed tal-EF/LCA (bi sfond dwar il-kategorija jew is-settur tal-prodott li jkun qed jiġi kkunsidrat u l-aspetti ambjentali relatati mal-prodott), espert wieħed tal-industrija u, jekk ikun possibbli, rappreżentant wieħed mill-NGOs. Wieħed mill-membri għandu jintgħażel bħala l-eżaminatur ewlieni.

L-eżaminaturi għandhom ikunu indipendenti minn xulxin mill-perspettiva ta’ entità ġuridika. Il-bord ma għandux jinkludi rappreżentanti tal-membri ( 77 ) tat-TS jew ta’ entitajiet oħra involuti fil-ħidma tat-TS, jew impjegati tal-kumpaniji li jkunu qed imexxu l-istudji ta’ sostenn. L-eċċezzjonijiet għal din ir-regola għandhom jiġu diskussi u maqbula mal-Kummissjoni Ewropea.

Tim ta’ rieżami jista’ jinbidel matul l-iżvilupp ta’ PEFCR. Il-membri jistgħu jitilqu jew jingħaqdu bejn żewġ stadji ta’ rieżami. Madankollu, huwa d-dmir tal-eżaminatur ewlieni li jiżgura li l-kriterji għall-bord ta’ rieżami jiġu ssodisfati f’kull stadju tal-proċess ta’ żvilupp tal-PEFCR; il-membri l-ġodda jiġu aġġornati mill-eżaminatur ewlieni dwar l-istadji preċedenti u l-kwistjonijiet diskussi.

L-eżaminatur ewlieni jista’ jinbidel sakemm wieħed mill-oħrajn jieħu r-rwol tiegħu u jiżgura l-kontinwità tax-xogħol. Il-proċess ta’ rieżami se jinkludi, eż. 1) l-ewwel PEF-RP + l-ewwel abbozz tal-PEFCR, 2) l-istudji ta’ sostenn + it-tieni PEF-RP+it-tieni abbozz tal-PEFCR, 3) l-abbozz finali tal-PEFCR 4) il-PEFCR finali. Il-kontinwità jenħtieġ li tiġi żgurata fl-istess stadju importanti. Ir-rekwiżit preċedenti jfisser li mill-anqas membru wieħed tat-tim ta’ rieżami għandu jibqa’ attiv fil-proġett. Jekk ir-rekwiżiti ma jiġux issodisfati, il-proċess ta’ rieżami għandu jibda mill-aħħar stadju li jkun issodisfa r-rekwiżiti.

Il-valutazzjoni tal-kompetenzi tal-bord ta’ rieżami hija bbażata fuq sistema ta’ punteġġ li tqis l-esperjenza, il-metodoloġija u l-prattika tal-EF/LCA, u l-għarfien tagħhom tat-teknoloġiji, il-proċessi jew attivitajiet oħra rilevanti inklużi fil-prodott(i) fl-ambitu tal-PEFCR. It-Tabella 32 tal-Anness I tippreżenta s-sistema ta’ punteġġ għal kull suġġett rilevanti ta’ kompetenza u esperjenza.

Il-membri tal-bord ta’ rieżami għandhom jipprovdu awtodikjarazzjoni tal-kwalifiki tagħhom, fejn jiddikjaraw kemm kisbu punti għal kull kriterju u l-punti totali miksuba. Din l-awtodikjarazzjoni għandha tiġi inkluża fir-rapport ta’ rieżami dwar il-PEFCR.

Il-punteġġ minimu meħtieġ biex wieħed jikkwalifika bħala rieżaminatur huwa ta’ sitt punti, li jinkludu mill-anqas punt wieħed għal kull wieħed mit-tliet kriterji obbligatorji (jiġifieri l-prattika ta’ rieżami, il-metodoloġija u l-prattika tal-EF/LCA, u l-għarfien ta’ teknoloġiji jew attivitajiet oħra rilevanti għall-istudju dwar l-EF).

A.2.9.2    Proċedura ta’ rieżami

It-TS għandu jiftiehem dwar il-proċedura ta’ rieżami mal-bord ta’ rieżami meta jiffirma l-kuntratt ta’ rieżami. B’mod partikolari, it-TS għandu jiftiehem il-perjodu disponibbli għall-bord ta’ rieżami biex jipproduċi l-kummenti wara li kull dokumenti jiġi rilaxxat mit-TS u kif għandhom jiġu ġestiti l-kummenti li jaslu.

Il-bord ta’ rieżami se jkun responsabbli għar-rieżami indipendenti tad-dokumenti li ġejjin (ara l-Illustrazzjoni 1):

— 
Kwalunkwe abbozz ta’ verżjoni tal-PEFCR (l-ewwel, it-tieni u finali);
— 
L-ewwel u t-tieni PEF-RP, inklużi l-mudell tal-RP, id-data u r-rapporti dwar il-PEF-RP;
— 
L-istudji ta’ sostenn, inklużi l-mudell relatat tal-PEF, id-data u r-rapport dwar il-PEF;

Jekk it-tieni konsultazzjoni jew ir-rieżami tal-PEFCR jaffettwaw ir-riżultati tat-tieni PEF-RP, it-tieni PEF-RP għandu jiġi aġġornat u r-riżultati għandhom jiġu implimentati fl-abbozz finali tal-PEFCR. F’dan il-każ, l-abbozz finali tal-PEFCR u l-PEFCR finali għandhom jiġu rieżaminati mill-bord ta’ rieżami.

Il-bord għandu jibgħat ir-rieżami ta’ kull dokument lit-TS għall-analiżi u d-diskussjoni tagħhom. It-TS għandu jirrieżamina l-kummenti u l-proposti tal-bord, u għandu jiżviluppa tweġiba għal kull waħda.

Għad-dokumenti kollha, it-TS għandu jiġġenera tweġibiet bil-miktub permezz ta’ rapporti ta’ rieżami li jistgħu jinkludu:

— 
L-aċċettazzjoni tal-proposta: jinbidel id-dokument biex jirrifletti l-proposta,
— 
L-aċċettazzjoni tal-proposta: jinbidel id-dokument b’modifika għall-proposta oriġinali,
— 
Kummenti ta’ sostenn dwar ir-raġunijiet għaliex it-TS ma qabilx mal-proposta.
— 
Ir-ritorn lill-bord ta’ rieżami b’aktar mistoqsijiet dwar il-kummenti/il-proposti.

Id-dokumenti li jeħtieġ li jgħaddu mill-proċedura ta’ rieżami huma ppreżentati fl-Illustrazzjoni A-1 b’salib.

Illustrazzjoni A-11

Proċess tal-iżvilupp tal-PEFCR

image

A.2.9.2.1.    Rieżami tal-ewwel PEF-RP

L-ewwel PEF-RP u r-rapport dwar il-PEF-RP relatat tiegħu għandhom jiġu rieżaminati mill-bord ta’ rieżami, f’konformità mal-proċedura ta’ verifika kif ippreżentata fit-taqsima 8.4 tal-Anness I. Madankollu, iż-żjarat fuq il-post ma japplikawx u jekk il-RP ikun prodott virtwali, l-eżaminaturi għandhom jiftiehmu mas-segretarjat tekniku dwar it-teknika/i biex jivvalidaw id-data dwar l-attivitajiet. Jekk il-PEFCR tiddefinixxi diversi RP, ir-rieżami għandu jivverifika li l-RP kollha ddefiniti fil-PEFCR ikunu inklużi fl-ambitu tal-istudji dwar il-PEF-RP differenti.

Minbarra l-linji gwida pprovduti fit-taqsima 8.4, għandhom isiru l-passi ta’ rieżami li ġejjin:

1. 

Jiġi żgurat li l-istruzzjonijiet mogħtija fit-taqsimiet A.2.4., A.3.2.7., A.4.2, A.4.3., A.4.4.3, A.6.1. u 4.4.9.4 ikunu segwiti;

2. 

Jiġi evalwat jekk il-metodi użati biex isiru l-istimi jkunux xierqa u applikati b’mod konsistenti;

3. 

Jiġu identifikati l-inċertezzi li jkunu akbar milli mistenni u jiġu valutati l-effetti tal-inċertezza identifikata fuq ir-riżultati finali tal-PEF;

4. 

Għall-PEF-RP ta’ prodotti intermedji, jiġi validat jekk (i) il-valur A tal-prodott fl-ambitu jkunx stabbilit għal 1 għall-analiżi tal-hotspots u (ii) jekk dan ikunx dokumentat fil-PEFCR;

5. 

Jiġi vverifikat li l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra jkunu kkalkulati u rrapportati skont ir-regoli tat-Taqsima A.4.2.9.

6. 

F’każ li jintużaw settijiet tad-data mhux konformi mal-EF biex jiġi mmudellat l-ewwel PEF-RP, il-passi relatati mal-verifika tal-implimentazzjoni korretta fis-software jistgħu jinqabżu

A.2.9.2.2.    Rieżami tal-istudji ta’ sostenn

L-istudji ta’ sostenn u r-rapporti dwar il-PEF tagħhom għandhom jiġu rieżaminati mill-bord ta’ rieżami. Mill-anqas tliet studji ta’ sostenn għal kull RP għandhom jiġu rieżaminati mill-bord ta’ rieżami. Il-bord ta’ rieżami għandu jiżgura li kull studju ta’ sostenn jitwettaq minn kumpanija/konsulent li la jkun involut fl-abbozzar tal-PEFCR u lanqas ikun parti mill-bord ta’ rieżami.

Ir-rieżami tal-istudji ta’ sostenn huwa simili ħafna għall-verifika tal-istudji dwar il-PEF b’xi speċifiċitajiet, pereżempju ż-żjarat fuq il-post ma japplikawx. Minbarra l-linji gwida pprovduti fit-taqsima 8.4 fl-Anness I, għandhom isiru l-passi ta’ rieżami li ġejjin:

(a) 

l-istudju ta’ sostenn jitwettaq fuq prodott reali kif mibjugħ attwalment fis-suq Ewropew;

(b) 

l-abbozz tal-PEFCR ikun ġie applikat b’mod korrett;

(c) 

l-istudju ta’ sostenn isegwi r-regoli deskritti fit-taqsima A.2.6.;

(d) 

jiġu segwiti l-istruzzjonijiet mogħtija fit-taqsima A.4.2. u A.4.3.;

(e) 

l-analiżi tal-hotspots deskritta fit-taqsima A.6.1. tiġi applikata u rrapportata b’mod korrett;

(f) 

għall-prodotti intermedji, jiġi validat jekk il-valur A tal-prodott fl-ambitu jkunx stabbilit għal 1 għall-analiżi tal-hotspots.

A.2.9.2.3.    Rieżami tat-tieni studju dwar il-PEF-RP

It-tieni PEF-RP u r-rapport dwar il-PEF-RP relatat tiegħu għandhom jiġu rieżaminati mill-bord ta’ rieżami, f’konformità mal-proċedura ta’ verifika kif ippreżentata fit-taqsima 8.4 tal-Anness I. Madankollu, iż-żjarat fuq il-post ma japplikawx.

Minbarra l-linji gwida pprovduti fit-taqsima 8.4 tal-Anness I, għandhom isiru l-passi ta’ rieżami li ġejjin:

li jiġu indirizzati l-kummenti tar-rieżami dwar l-ewwel PEF-RP u l-istudji ta’ sostenn, għandhom jingħataw ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ implimentazzjoni;
li kwalunkwe sett tad-data ġdid, data prestabbilita aġġornata dwar l-attivitajiet u s-suppożizzjonijiet kollha li jkunu fil-bażi tar-rekwiżiti fit-tieni abbozz tal-PEFCR jiġu implimentati b’mod korrett;
li l-istruzzjonijiet mogħtija fit-taqsimiet A.2.4., A.3.2.7., A.4.2, A.4.3., A.4.4.3, A.6.1. u 4.4.9.4 ikunu segwiti;
Għall-PEF-RP ta’ prodotti intermedji, jiġi vverifikat jekk (i) il-valur A tal-prodott fl-ambitu jkunx stabbilit għal 1 għall-analiżi tal-hotspots u (ii) jekk dan ikunx dokumentat fil-PEFCR;
li l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra jkunu kkalkulati u rrapportati skont ir-regoli tat-taqsima A.4.2.9.

A.2.9.3.    Kriterji ta’ rieżami tad-dokument tal-PEFCR

L-eżaminaturi għandhom jinvestigaw jekk il-PEFCR (i) tiġix żviluppata f’konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Anness I u f’dan l-Anness, u (ii) tappoġġax l-ħolqien ta’ profili tal-PEF kredibbli, rilevanti u konsistenti. Barra minn hekk, għandhom japplikaw ukoll il-kriterji ta’ rieżami li ġejjin:

— 
L-ambitu tal-PEFCR u l-prodotti rappreżentattivi jkunu definiti adegwatament;
— 
L-unità funzjonali, ir-regoli tal-allokazzjoni u tal-kalkolu jkunu adegwati għall-kategorija u s-subkategoriji tal-prodott li jkunu qed jiġu kkunsidrati;
— 
Is-settijiet tad-data użati fil-PEF-RP u fl-istudji ta’ sostenn ikunu rilevanti, rappreżentattivi, affidabbli, u konformi mar-rekwiżiti tal-kwalità tad-data. Ir-regoli dwar liema settijiet tad-data għandhom jintużaw huma definiti fit-taqsima A.2.4. għall-ewwel abbozz tal-PEFCR u fit-taqsima A.4.4.2. għat-tieni abbozz u għall-PEFCR finali.
— 
Għal prodotti bi stadju taċ-ċiklu tal-ħajja b’distribuzzjoni mhux ugwali madwar l-UE (eż. il-produzzjoni tal-inbid jew it-trobbija tan-nagħaġ) u/jew il-manifattura barra mill-UE, is-settijiet tad-data prestabbiliti użati għal dak l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja mhux distribwit b’mod ugwali tal-RP għandhom jiġu vverifikati fuq ir-rappreżentattività ġeografika tagħhom;
— 
Il-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data tat-taqsima A.4.4.4.4 ta’ dan l-Anness tkun implimentata b’mod korrett;
— 
L-informazzjoni ambjentali addizzjonali magħżula tkun xierqa għall-kategorija u s-subkategoriji tal-prodott li jkunu qed jiġu kkunsidrati;
— 
Il-klassijiet ta’ prestazzjoni fil-PEFCR finali (fejn inklużi) ikunu plawżibbli.
— 
Il-mudell tal-RP u l-parametru(i) referenzjarju(i) korrispondenti (jekk applikabbli) jirrappreżentaw b’mod korrett il-kategoriji jew is-subkategoriji tal-prodotti;
— 
Is-settijiet tad-data li jirrappreżentaw il-RP mill-PEFCR finali, jiġu (i) ipprovduti f’forma diżaggregata u aggregata u (ii) konformi mal-EF skont ir-regoli fit-Taqsima A.2.10.3.;
— 
Il-mudell tal-RP (mill-PEFCR finali) fil-verżjoni excel korrispondenti tiegħu jkun konformi mar-regoli deskritti fit-taqsima A.2.10.1.

A.2.9.4.    Rapport/dikjarazzjonijiet ta’ rieżami

Il-bord ta’ rieżami għandu jipproduċi:

Għal kull PEF-RP: Rapport ta’ rieżami pubbliku bħala Anness għar-rapport dwar il-PEF-RP. Ir-rapport ta’ rieżami pubbliku għandu jinkludi d-dikjarazzjoni ta’ rieżami pubblika, l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-proċess ta’ rieżami, il-kummenti mqajma mill-eżaminaturi bit-tweġibiet ipprovduti mit-TS, u l-eżitu.

1. 

Għal kull rapport dwar studju ta’ sostenn, rapport dwar il-PEF-RP u PEFCR: Dikjarazzjoni ta’ validazzjoni pubblika. Id-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni għandha tkun konformi mar-regoli deskritti fit-taqsima 8.5.2.

2. 

Għal minimu ta’ 3 (tliet) studji ta’ sostenn: Rapport ta’ rieżami kunfidenzjali. Dan ir-rapport ta’ rieżami għandu jiġi kondiviż mal-KE jew mal-korp li jissorvelja l-iżvilupp tal-PEFCR, u mal-bord ta’ rieżami. Il-kumpanija li twettaq l-istudju ta’ sostenn tista’ tiddeċiedi li tagħti aċċess lil partijiet ikkonċernati oħra.

3. 

Għall-PEFCR finali: Rapport ta’ rieżami pubbliku u kunfidenzjali.

— 
Ir-rapport ta’ rieżami pubbliku għandu jinkludi d-dikjarazzjoni ta’ rieżami pubblika (kif prevista fil-mudell tal-PEFCR), l-informazzjoni rilevanti kollha (mhux kunfidenzjali) dwar il-proċess ta’ rieżami, il-kummenti mqajma mill-eżaminaturi bit-tweġibiet ipprovduti mit-TS, u l-eżitu.
— 
Ir-rapport ta’ rieżami kunfidenzjali għandu jinkludi l-kummenti kollha mqajma mill-eżaminaturi matul l-iżvilupp tal-PEFCR u t-tweġibiet ipprovduti mit-TS. Għandha tiġi inkluża wkoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra dwar il-proċess ta’ rieżami u l-eżiti. Dan ir-rapport ta’ rieżami għandu jkun disponibbli għall-KE.

Il-PEFCR finali għandha tinkludi l-annessi li ġejjin: (i) ir-rapport ta’ rieżami pubbliku tiegħu, (ii) ir-rapporti ta’ rieżami ta’ kull PEF-RP u (iii) id-dikjarazzjonijiet ta’ validazzjoni pubbliċi ta’ kull studju ta’ sostenn rieżaminat.

A.2.10.    Abbozz finali tal-PEFCR

Ladarba x-xogħol ta’ abbozzar jiġi ffinalizzat, is-Segretarjat Tekniku għandu jibgħat lill-Kummissjoni d-dokumenti li ġejjin:

1. 

l-abbozz finali tal-PEFCR (inklużi l-annessi kollha);

2. 

ir-rapport ta’ rieżami kunfidenzjali tal-PEFCR;

3. 

ir-rapport ta’ rieżami pubbliku tal-PEFCR;

4. 

it-tieni rapport dwar il-PEF-RP (inkluż ir-rapport ta’ rieżami pubbliku tiegħu);

5. 

id-dikjarazzjonijiet ta’ rieżami pubbliċi dwar l-istudji ta’ sostenn;

6. 

is-settijiet tad-data kollha konformi mal-EF u mal-ILCD-EL użati għall-immudellar (kemm aggregati kif ukoll diżaggregati fil-livell-1; ara d-dettalji fit-Taqsima A.2.10.2);

7. 

il-mudell(i) tal-RP f’format excel (ara d-dettalji fit-taqsima A.2.10.1);

8. 

sett tad-data konformi mal-EF ta’ kull RP (aggregat u diżaggregat, ara d-dettalji fit-taqsima A.2.10.3).

A.2.10.1.    Mudell(i) excel tal-prodott(i) rappreżentattiv(i)

Il-mudell tal-RP għandu jkun disponibbli f’format ta’ MS Excel. F’każ li l-mudell tal-RP ikun mibni fuq diversi submudelli (eż. teknoloġiji differenti ħafna), għal kull wieħed minn dawn is-submudelli għandu jiġi pprovdut fajl excel separat flimkien ma’ dak tal-mudell ġenerali. Il-fajl excel għandu jinbena f’konformità mal-mudell ipprovdut fuq is-sit web tal-JRC ( 78 ).

A.2.10.2    Settijiet tad-data elenkati fil-PEFCR

Is-settijiet tad-data kollha konformi mal-EF u mal-ILCD-EF użati fil-PEFCR għandhom ikunu disponibbli fuq nodu tan-Network tad-Data dwar iċ-Ċiklu tal-Ħajja ( 79 ), f’forma aggregata u diżaggregata (livell-1).

A.2.10.3.    Settijiet tad-data konformi mal-EF li jirrappreżentaw il-prodott(i) rappreżentattiv(i)

Is-sett(ijiet) tad-data konformi mal-EF li jirrappreżentaw il-RP għandhom jiġu pprovduti f’forma aggregata u diżaggregata. Din tal-aħħar għandha tkun diżaggregata fil-livell koerenti mal-PEFCR rispettiva. Id-data tista’ tiġi aggregata biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali.

Il-lista tar-rekwiżiti tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati mis-sett tad-data biex ikun konformi mal-EF hija disponibbli minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml.

A.3.    Definizzjoni tal-ambitu tal-PEFCRS

A.3.1.    Kategoriji u subkategoriji ta’ prodotti

Il-prodotti li jkollhom funzjonijiet u applikazzjonijiet simili jenħtieġ li jinġabru fi ħdan l-istess PEFCR. L-ambitu tal-PEFCR għandu jintgħażel b’mod li jkun wiesa’ biżżejjed biex ikopri applikazzjonijiet u/jew teknoloġiji differenti. F’xi każijiet, biex jiġi ssodisfat dan ir-rekwiżit, kategorija ta’ prodotti tista’ tinqasam f’diversi subkategoriji. It-TS għandu jiddeċiedi jekk is-subkategoriji jkunux meħtieġa biex jinkiseb l-objettiv primarju tal-PEFCR u għalhekk biex jiġi evitat ir-riskju li r-riżultati tal-hotspots minn teknoloġiji differenti jitħalltu jew ir-riżultati ta’ dawk b’sehem żgħir mis-suq jiġu injorati ( 80 ). Huwa neċessarju li wieħed ikun speċifiku kemm jista’ jkun meta jiġu definiti l-kategorija u s-subkategoriji tal-prodott biex tiġi żgurata l-komparabbiltà tar-riżultati.

Il-PEFCR għandha tkun strutturata b’taqsima li tinkludi r-regoli “orizzontali” li huma komuni għall-prodotti kollha fl-ambitu tal-PEFCR, u mbagħad taqsima għal kull subkategorija li tinkludi r-regoli “vertikali” speċifiċi applikabbli biss għal dik is-subkategorija (l-Illustrazzjoni A-3).

Bħala prinċipju ġenerali, ir-regoli orizzontali jipprevalu fuq dawk vertikali; madankollu, jistgħu jiġu permessi derogi speċifiċi minn dan il-prinċipju jekk ikunu ġġustifikati b’mod xieraq. Din l-istruttura se tagħmilha aktar faċli biex jitwessa’ l-ambitu ta’ PEFCR eżistenti billi jiżdiedu aktar subkategoriji ta’ prodotti.

Kull subkategorija għandha tiġi deskritta b’mod ċar fid-definizzjoni tal-ambitu tal-PEFCR, kull subkategorija għandu jkollha l-RP u l-parametru referenzjarju proprji tagħha ( 81 ) flimkien mal-għażla tagħha ta’ proċessi, stadji taċ-ċiklu tal-ħajja, flussi elementari diretti u kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti. Għal kull RP (u għalhekk subkategorija) għandhom jitwettqu mill-anqas tliet studji ta’ sostenn dwar il-PEF (ara t-Taqsima A.3.6).

Illustrazzjoni L-3

Eżempju ta’ struttura tal-PEFCR b’regoli orizzontali speċifiċi għall-kategorija ta’ prodotti, diversi subkategoriji ta’ prodotti, u regoli vertikali speċifiċi għas-subkategorija ta’ prodotti.

image

Għall-prodotti finali, il-PEFCR għandha tippermetti t-tqabbil ta’ prodotti li jappartjenu għall-istess kategorija u/jew subkategorija ta’ prodotti (ara t-Tabella A-1). Jekk is-subkategoriji jkunu parti mill-ambitu tal-PEFCR, għandu dejjem jiġi permess tqabbil tal-prodotti li jappartjenu għall-istess subkategorija.

Madankollu, it-TS jista’ jiddeċiedi, u għandu jiddikjara b’mod espliċitu fil-PEFCR, jekk ikunx permess tqabbil bejn il-prodotti kollha li jappartjenu għall-kategorija ġenerali tal-prodott. F’dan il-każ:

1. 

RP għandu jiġi definit ukoll fil-livell ġenerali tal-kategorija tal-prodott u jenħtieġ li jiġi mmudellat abbażi tal-ishma mis-suq Ewropew (abbażi tal-fatturat) tal-RP koperti mis-subkategoriji. Jistgħu jintużaw regoli oħra ta’ aggregazzjoni, jekk dan ikun iġġustifikat.

2. 

it-TS għandu jipprovdi l-valuri referenzjarji ta’ kull RP fil-PEFCR, kemm fil-livell tal-kategorija ġenerali kif ukoll f’dak tas-subkategorija.

3. 

għall-RP tal-kategorija ġenerali, il-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti għandhom jiġu kkalkulati għall-finijiet ta’ komunikazzjoni, flimkien mal-kalkolu tal-kategoriji tal-impatt, l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi u l-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti identifikati għall-RP ta’ kull subkategorija.

It-TS jista’ jiddeċiedi, u għandu jiddikjara b’mod espliċitu fil-PEFCR jekk ikunx permess tqabbil trażversali ta’ prodotti li jappartjenu għal żewġ subkategoriji differenti jew aktar. Id-definizzjoni ta’ parametru referenzjarju fil-livell tal-kategorija ġenerali ma hijiex meħtieġa.

Tabella GG-1

Tabella GG-1 Sommarju tar-rekwiżiti għall-PEFCR li jkopru kategorija waħda ta’ prodotti u għall-PEFCRs li jkopru s-subkategoriji. Ir-rekwiżiti huma applikabbli għall-prodotti finali.

Kategorija waħda ta’ prodotti fil-PEFCR

Kategorija u subkategoriji fil-PEFCR

Fi ħdan il-kategorija

Fi ħdan is-subkategorija

Definizzjoni ta’ RP

Għandu

Jista’

Għandu

Dikjarazzjoni komparattiva permezz ta’ parametru referenzjarju għall-prodotti finali

Għandu

Jista’.

Għandu,

jekk RP jiġi definit fil-livell tal-kategorija ġenerali.

Għandu

Dikjarazzjoni komparattiva fost il-prodotti finali

Għandu

Jista’

Is-segretarjat tekniku jiddeċiedi f’liema każijiet huwa permess tqabbil fost il-prodotti f’subkategoriji differenti.

Għandu

Ir-rekwiżiti kollha fl-Anness II japplikaw għall-kategoriji u s-subkategoriji ta’ prodotti (jekk applikabbli).

A.3.2.    Ambitu tal-PEFCR

Tqabbil sinifikanti jista’ jsir biss jekk il-prodotti jkunu qed jissodisfaw l-istess funzjoni ewlenija (kif espressa permezz tal-unità funzjonali). Għalhekk, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ PEFCR għall-prodotti finali jenħtieġ li jiġi definit abbażi tal-funzjoni, u kwalunkwe devjazzjoni għandha tiġi ġġustifikata.

L-ambitu jenħtieġ li jinkludi kemm jista’ jkun prodotti disponibbli fis-suq li jipprovdu l-istess funzjoni ewlenija: dan l-approċċ jippermetti wkoll li l-kategorija ta’ prodotti tintrabat mal-kodiċijiet tal-Klassifikazzjoni tal-Prodotti skont l-Attività (KPA) u huwa konformi mad-definizzjoni ta’ kategorija ta’ prodotti skont l-EN ISO 14025:2010 (jiġifieri grupp ta’ prodotti li jistgħu jissodisfaw funzjonijiet ekwivalenti).

It-taqsima tal-ambitu tal-PEFCR għandu jkun fiha, bħala minimu, l-informazzjoni li ġejja:

1. 

Deskrizzjoni ġenerali tal-ambitu tal-PEFCR:

a. 

Deskrizzjoni tal-kategorija ta’ prodott;

b. 

Lista u deskrizzjoni tas-subkategoriji inklużi fil-PEFCR (jekk ikun hemm);

c. 

Deskrizzjoni tal-prodott(i) u l-prestazzjoni teknika;

2. 

Il-klassifikazzjoni tal-prodotti (kodiċijiet tal-KPA għall-prodotti fl-ambitu);

3. 

Deskrizzjoni tal-Prodott(i) Rappreżentattiv(i) u kif ġie derivat;

4. 

L-unità funzjonali u l-fluss ta’ referenza;

5. 

Deskrizzjoni u dijagramma tal-limitu tas-sistema;

6. 

Lista tal-kategoriji tal-impatt tal-EF;

7. 

Informazzjoni ambjentali addizzjonali u informazzjoni teknika addizzjonali;

8. 

Il-limitazzjonijiet.

A.3.2.1.    Deskrizzjoni ġenerali tal-ambitu tal-PEFCR

Id-definizzjoni tal-ambitu tal-PEFCR għandha tinkludi deskrizzjoni ġenerali tal-kategorija ta’ prodotti, inkluża l-granularità tal-ambitu, is-subkategoriji tal-prodotti inklużi (jekk ikun hemm), deskrizzjoni tal-prodott(i) fl-ambitu u l-prestazzjoni teknika tagħhom. Jekk prodott jissodisfa aktar minn funzjoni waħda u dawn il-funzjonijiet addizzjonali ma jkunux inklużi fl-ambitu tal-PEFCR u jekk prodotti oħra jissodisfaw l-istess funzjoni iżda ma jkunux inklużi fl-ambitu tal-PEFCR, f’dak il-każ dawn l-ommissjonijiet għandhom jiġu spjegati u ddokumentati (ara t-taqsima A.3.2.4).

A.3.2.2.    Użu tal-kodiċijiet tal-KPA

Il-kodiċijiet tal-KPA li jikkorrispondu għall-prodotti fl-ambitu għandhom jiġu elenkati fil-PEFCR.

Il-kodiċijiet tal-KPA jirreferu għal attivitajiet kif definiti bl-użu tal-kodiċijiet NACE (jiġifieri bil-Klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE)). Kull prodott tal-KPA jiġi assenjat għal attività waħda tan-NACE; għalhekk l-istruttura tal-KPA hija parallela ma’ dik tan-NACE fil-livelli kollha. L-Istandard Internazzjonali ta’ Klassifikazzjoni Industrijali (ISIC) u n-NACE għandhom l-istess kodiċijiet fl-ogħla livelli, iżda n-NACE hija aktar dettaljata fil-livelli aktar baxxi.

A.3.2.3.    Definizzjoni tal-prodott(i) rappreżentattiv(i) (RP)

Il-PEFCR għandha tinkludi fl-ambitu deskrizzjoni qasira tal-RP.

Is-Segretarjat Tekniku għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-passi kollha meħuda biex jiġi definit il-“mudell” tal-RP u jirrapporta l-informazzjoni miġbura f’Anness għall-PEFCR. Jekk xi biċċa informazzjoni kunfidenzjali tiġi inkluża fl-Anness, din jenħtieġ li tkun disponibbli biss għar-rieżami (mill-KE, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew l-eżaminaturi).

A.3.2.4.    Unità funzjonali (FU)

L-FU ta’ PEFCR għandha tiddeskrivi b’mod kwalitattiv u kwantitattiv il-funzjoni(jiet) tal-prodott skont l-erba’ aspetti rrappurtati fit- Tabella HH-2. It-tabella tinkludi rekwiżiti addizzjonali għall-PEFCRs tal-ikel u mhux tal-ikel li għandhom jiġu adattati fil-PEFCRs rispettivi.

Jekk ikunu jeżistu standards applikabbli, dawn għandhom jintużaw u jissemmew fil-PEFCR.

Għall-prodotti intermedji, l-FU hija aktar diffiċli biex tiġi definita minħabba li dawn ħafna drabi jistgħu jissodisfaw diversi funzjonijiet u ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodott ma jkunx magħruf. Għalhekk, jista’ jintgħażel approċċ ibbażat fuq il-materjal (jew unità ddikjarata). Pereżempju, il-massa (kilogramma) jew il-volum (meter kubu).

Il-PEFCR għandha tispjega u tiddokumenta kwalunkwe ommissjoni tal-funzjonijiet tal-prodott fid-definizzjoni tal-unità funzjonali u tiġġustifika għaliex.

Tabella HH-2

Erba’ aspetti tal-FU b’rekwiżiti addizzjonali għall-PEFCRs tal-ikel u mhux tal-ikel

Elementi tal-FU

Prodotti mhux tal-ikel

Prodotti tal-ikel

1.  Il-funzjoni(jiet)/is-servizz(i) pprovduti: “xiex”

Speċifika għall-PEFCR

L-FU għandha titkejjel fil-livell tal-konsum tal-prodott u jenħtieġ li teskludi l-partijiet li ma jittiklux (1).

2.  Il-firxa tal-funzjoni jew tas-servizz: “kemm”

Speċifika għall-PEFCR

Speċifika għall-PEFCR

3.  Il-livell mistenni ta’ kwalità: “kemm huwa tajjeb”

Speċifiku għall-PEFCR, fejn possibbli.

Speċifiku għall-PEFCR, fejn possibbli.

4.  Id-durata/ħajja tal-prodott: “għal kemm żmien”

Għandha tiġi kkwantifikata jekk ikunu jeżistu jew ikunu jistgħu jiġu żviluppati standards tekniċi jew proċeduri maqbula fil-livell settorjali.

It-telf tal-ikel waqt il-ħżin, fil-bejgħ bl-imnut u għand il-konsumatur għandu jiġi kkwantifikat jekk il-ħajja tal-ħżin (indikata pereżempju bħala “l-aħjar qabel id-data” jew “uża sad-data”) tiġi pprovduta fuq l-imballaġġ (eż. l-għadd ta’ xhur). F’każ li t-tip ta’ imballaġġ jaffettwa l-ħajja tal-ħżin, dan għandu jitqies.

(1)   

It-terminu “partijiet li ma jittiklux” għandu jiġi definit mit-TS fil-PEFCR.

Il-PEFCR għandha tiddeskrivi (i) kif kull aspett tal-FU jaffettwa l-EF tal-prodott, (ii) kif għandu jiġi inkluż dan l-effett fil-kalkoli tal-EF u (iii) kif għandu jiġi kkalkolat fluss ta’ referenza xieraq. F’każ li jkunu meħtieġa parametri tal-kalkolu, il-PEFCR għandha tipprovdi valuri prestabbiliti jew għandha titlob dawn il-parametri fil-lista ta’ informazzjoni obbligatorja speċifika għall-kumpanija. Il-PEFCR għandha tipprovdi eżempju tal-kalkolu.

Eżempju

It-tip ta’ imballaġġ jista’ jaffettwa l-ammont ta’ insalata moħlija fil-bejgħ bl-imnut u fl-istadju tal-użu. B’konsegwenza ta’ dan, it-tip ta’ imballaġġ jaffettwa l-ammont ta’ insalata li huwa meħtieġ biex jiġu ssodisfati l- “għal kemm żmien” u “kemm” deskritti fl-FU. Il-PEFCR għandha tiddeskrivi l-effetti potenzjali tal-imballaġġ fuq il-ħela tal-ikel u tipprovdi tabella bil-perċentwal ta’ skart tal-insalata għal kull tip ta’ imballaġġ użat. Fl-aħħar nett, il-PEFCR għandha tiddeskrivi kif il-perċentwal ta’ skart tal-insalata mit-tabella jiġi integrat fil-fluss ta’ referenza u jiżdied mal-FU ta’ 1 kg ta’ insalata kkunsmata. Id-data kwantitattiva kollha dwar l-input u l-output miġbura fl-analiżi għandha tiġi kkalkulata fir-rigward ta’ dan il-fluss ta’ referenza ta’ 1kg flimkien mal-perċentwal tal-iskart.

A.3.2.5.    Limitu tas-sistema

Il-PEFCR għandha tidentifika l-proċessi u l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja li jkunu inklużi fil-kategorija/subkategorija tal-prodott. Il-PEFCR għandha tipprovdi deskrizzjoni qasira tal-proċessi u tal-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja.

Il-PEFCR għandha tidentifika l-proċessi li għandhom jiġu esklużi abbażi tar-regola ta’ limitu (ara t-taqsima A.4.3.3.), jew tispeċifika li ma huwa applikabbli l-ebda limitu.

Il-PEFCR għandha tipprovdi dijagramma tas-sistema li tindika l-proċessi li għalihom tkun meħtieġa data obbligatorja speċifika għall-kumpanija u l-proċessi esklużi mil-limitu tas-sistema.

A.3.2.6.    Lista tal-kategoriji tal-impatt tal-EF

Il-PEFCR għandha telenka s-16-il kategorija tal-impatt tal-EF li għandhom jintużaw biex jiġi kkalkulat il-profil tal-PEF, kif elenkat fit-Tabella 2 tal-Anness I. Mis-16-il kategorija tal-impatt, il-PEFCR għandha telenka dawk li huma l-aktar rilevanti għall-kategorija u/jew għas-subkategoriji tal-prodott fl-ambitu (ara t-taqsima A.6.1.1 ta’ dan l-Anness II).

Il-PEFCR għandha tispeċifika jekk l-utent tal-PEFCR għandux jikkalkula u jirrapporta separatament is-subindikaturi għat-tibdil fil-klima (ara t-taqsima A.4.2.9).

Il-PEFCR għandha tispeċifika l-verżjoni tal-pakkett ta’ referenza tal-EF li għandu jintuża ( 82 ).

A.3.2.7.    Informazzjoni addizzjonali

A.3.2.7.1.    Informazzjoni ambjentali addizzjonali

Il-PEFCR għandha tispeċifika liema informazzjoni ambjentali addizzjonali għandha tiġi rrapportata, u jekk din tkunx informazzjoni ambjentali addizzjonali obbligatorja jew rakkomandata. L-użu ta’ rekwiżiti li jinkludu l-verb “jenħtieġ li” jenħtieġ li jiġi evitat. Informazzjoni ambjentali addizzjonali tista’ tiġi inkluża biss jekk il-PEFCR tispeċifika l-metodu li għandu jintuża għall-kalkolu tagħha.

Bijodiversità

Meta tiġi żviluppata PEFCR, il-bijodiversità għandha tiġi indirizzata taħt informazzjoni ambjentali addizzjonali permezz tal-proċedura ta’ hawn taħt:

(a) 

Meta jwettaq l-ewwel u t-tieni studju dwar il-PEF-RP, is-Segretarjat Tekniku għandu jagħmel valutazzjoni dwar ir-rilevanza tal-bijodiversità għas-(sub)kategorija(i) ta’ prodotti fl-ambitu tal-PEFCR. Din il-valutazzjoni tista’ tkun ibbażata fuq ġudizzju espert, tkun ibbażata fuq l-LCA, jew tiġi derivata permezz ta’ mezzi oħra diġà stabbiliti fis-settur li jkopri l-grupp ta’ prodotti. Il-valutazzjoni għandha tiġi spjegata b’mod ċar f’taqsima ddedikata tal-ewwel u t-tieni rapport dwar il-PEF-RP.

(b) 

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-PEFCR għandha tispjega b’mod ċar jekk il-bijodiversità titqiesx rilevanti jew le. Jekk is-Segretarjat Tekniku jiddetermina li jkun hemm impatti sinifikanti fuq il-bijodiversità, f’dak il-każ huwa għandu jiddeskrivi kif l-utent tal-PEFCR għandu jivvaluta u jirrapporta l-impatti fuq il-bijodiversità, bħala informazzjoni ambjentali addizzjonali.

Filwaqt li s-Segretarjat Tekniku jista’ jiddetermina kif il-bijodiversità għandha tiġi valutata u rrappurtata fil-PEFCR (jekk tkun rilevanti), huma disponibbli s-suġġerimenti li ġejjin:

1. 

Li l-impatt (evitat) fuq il-bijodiversità jiġi espress bħala l-perċentwal ta’ materjal li jiġi minn ekosistemi li jkunu ġew ġestiti biex jinżammu jew jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-bijodiversità. Dan imbagħad għandu jintwera permezz ta’ monitoraġġ u rappurtar regolari tal-livelli, iż-żidiet jew it-telf tal-bijodiversità (eż. telf ta’ anqas minn 15 % tar-rikkezza tal-ispeċijiet minħabba disturb, iżda s-Segretarjat Tekniku jista’ jistabbilixxi l-livell proprju tiegħu dment li dan ikun iġġustifikat sewwa). Il-valutazzjoni jenħtieġ li tirreferi għal materjali li jispiċċaw fil-prodotti finali u għal materjali li jkunu ntużaw matul il-proċess tal-produzzjoni. Pereżempju, il-faħam li jintuża fil-proċess tal-produzzjoni tal-azzar, jew is-sojja li tintuża għall-għalf tal-baqar li jipproduċu l-ħalib, eċċ.

2. 

Barra minn hekk, biex jiġi rrappurtat il-perċentwal ta’ tali materjali li għalihom ma tkun tista’ tinstab l-ebda informazzjoni dwar il-katina tal-kustodja jew it-traċċabbiltà.

3. 

Biex tintuża sistema ta’ ċertifikazzjoni bħala proxy. Is-Segretarjat Tekniku għandu jiddetermina liema skemi ta’ ċertifikazzjoni jipprovdu biżżejjed evidenza biex tiġi żgurata ż-żamma tal-bijodiversità u jiddeskrivi l-kriterji użati ( 83 ).

A.3.2.7.2.    Informazzjoni teknika addizzjonali

Il-PEFCR għandha telenka l-informazzjoni teknika addizzjonali li għandha/jenħtieġ li/tista’ tiġi rrapportata.

Jekk il-prodott fl-ambitu jkun prodott intermedju, il-PEFCR għandha titlob l-informazzjoni teknika addizzjonali li ġejja:

1. 

Il-kontenut ta’ karbonju bijoġeniku fil-grada tal-fabbrika (kontenut fiżiku) għandu jiġi rrappurtat fl-istudju dwar il-PEF. Jekk ikun derivat minn foresta indiġena, il-PEFCR għandha tirrikjedi li l-emissjonijiet tal-karbonju korrispondenti għandhom jiġu mmudellati bil-fluss elementari “(tibdil fl-użu tal-art)”;

2. 

Għandu jiġi rrapportat il-kontenut riċiklat (R1);

3. 

Ir-riżultati b’valuri A speċifiċi għall-applikazzjoni tal-formula tal-impronta ċirkolari, jekk rilevanti.

A.3.2.8.    Suppożizzjonijiet u limitazzjonijiet

Il-PEFCR għandha tinkludi l-lista tal-limitazzjonijiet li studju dwar il-PEF ikun soġġett għalihom, anki jekk jitwettaq f’konformità mal-PEFCR.

Il-PEFCR għandha tinkludi l-kundizzjonijiet li fihom jista’ jsir tqabbil jew dikjarazzjoni komparattiva.

Il-PEFCR għandha telenka s-settijiet tad-data konformi mal-ILCD-EL użati fl-immudellar tal-prodott(i) rappreżentattiv(i) u l-lakuni fid-data.

A.4.    Inventarju taċ-ċiklu tal-ĦAJJA

A.4.1.    Stadji taċ-ċiklu tal-ħajja

Il-PEFCR għandha telenka l-proċessi kollha li jseħħu f’kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja: għal kull proċess, dan għandu jinkludi s-settijiet tad-data sekondarji prestabbiliti li għandhom jintużaw mill-utent, sakemm il-proċess ma jkunx kopert minn data obbligatorja speċifika għall-kumpanija.

L-istadji prestabbiliti taċ-ċiklu tal-ħajja huma elenkati fit-taqsima 4.2 tal-Anness I u spjegati aktar fid-dettall fit-taqsimiet 4.2.1-4.2.5 tal-Anness I.

A.4.2.    Rekwiżiti tal-immudellar

A.4.2.1.    Produzzjoni agrikola

Għall-attivitajiet agrikoli, il-linji gwida għall-immudellar tat-taqsima 4.4.1 tal-Anness I għandhom jiġu segwiti għall-RP u għandhom jiġu inklużi fil-PEFCRs. Kwalunkwe eċċezzjoni għandha tiġi maqbula mal-Kummissjoni qabel ma tiġi implimentata.

A.4.2.1.1.    Fertilizzanti

Għall-fertilizzanti bbażati fuq in-nitroġenu, jenħtieġ li jintużaw il-fatturi tal-emissjonijiet tal-Grad 1 tat-tabella 2-4 tal-IPCC (2006), kif ippreżentati fit-Tabella 3 tal-Anness I.

Il-mudell tan-nitroġenu fl-għelieqi ppreżentat fit-Tabella 3 tal-Anness I għandu xi limitazzjonijiet u jenħtieġ li jittejjeb fil-futur. Għalhekk, il-PEFCRs li għandhom l-immudellar agrikolu fl-ambitu għandhom jittestjaw (bħala minimu) l-approċċ alternattiv li ġej fi ħdan il-PEF-RP.

Il-bilanċ ta’ N jiġi kkalkolat bl-użu tal-parametri fit-Tabella II-3 u l-formula ta’ hawn taħt. -emissjoni totali ta’ NO3-N fl-ilma titqies bħala varjabbli u l-inventarju totali tagħha għandu jiġi kkalkulat bħala:

“Emissjoni totali ta’ NO3-N fl-ilma” = “telf bażi ta’ NO3 -” + “emissjonijiet addizzjonali ta’ NO3-N fl-ilma”, ma’
“Emissjonijiet addizzjonali ta’ NO3-N fl-ilma” = “Input ta’ N bil-fertilizzanti kollha” + “iffissar ta’ N2 skont l-għalla” – “Assorbiment tal-N bil-ħsad” – “Emissjonijiet ta’ NH3 fl-arja” – “emissjonijiet ta’ N2O fl-arja” – “emissjonijiet ta’ N2 fl-arja” -“telf bażi ta’ NO3-”.

Jekk, f’ċerti skemi ta’ input baxx, il-valur għall-“emissjonijiet addizzjonali ta’ NO3-N fl-ilma” ikun negattiv, il-valur għandu jiġi stabbilit għal “0”. Barra minn hekk, f’każijiet bħal dawn, il-valur assolut tal-“emissjonijiet addizzjonali ta’ NO3-N fl-ilma” ikkalkolati għandu jiddaħħal fl-inventarju bħala input addizzjonali ta’ fertilizzant N fis-sistema, bl-użu tal-istess kombinazzjoni ta’ fertilizzanti N kif użati għall-għalla analizzata. Dan iservi biex jiġu evitati skemi ta’ tnaqqis tal-fertilità billi jinqabad it-tnaqqis tal-N mill-għalla analizzata li jkun preżunt li jwassal għall-ħtieġa ta’ fertilizzant addizzjonali aktar tard biex jinżamm l-istess livell ta’ fertilità tal-ħamrija.

Tabella II-3

Approċċ alternattiv għall-immudellar tan-nitroġenu

Emissjoni

Kompartiment

Valur li għandu jiġi applikat

NO3 - telf bażi (fertilizzant sintetiku u demel)

L-ilma

kg NO3 -= kg N*FracLEACH = 1*0,1*(62/14) = 0,44 kg NO3 -/ kg N applikat

N2O (fertilizzant sintetiku u demel; diretta u indiretta)

L-arja

0,022 kg N2O/ kg fertilizzant N applikat

NH3 - Urea (fertilizzant sintetiku)

L-arja

kg NH3= kg N * FracGASF= 1*0,15* (17/14)= 0,18 kg NH3/ kg fertilizzant N applikat

NH3 - Nitrat tal-ammonju (fertilizzant sintetiku)

L-arja

kg NH3= kg N * FracGASF= 1*0,1* (17/14)= 0,12 kg NH3/ kg fertilizzant N applikat

NH3 - oħrajn (fertilizzant sintetiku)

L-arja

kg NH3= kg N * FracGASF= 1*0,02* (17/14)= 0,024 kg NH3/ kg fertilizzant N applikat

NH3 (demel)

L-arja

kg NH3= kg N*FracGASF= 1*0,2* (17/14)= 0,24 kg NH3/ kg demel N applikat

Iffissar ta’ N2- skont l-għalla

Għall-għelejjel b’iffissar simbjotiku ta’ N2-: l-ammont iffissat huwa preżunt li huwa identiku għall-kontenut ta’ N fl-għalla maħsuda

N2

L-arja

0,09 kg N2 / kg N applikat

Is-Segretarjat Tekniku jista’ jiddeċiedi li jinkludi l-approċċ ta’ hawn fuq għall-immudellar ibbażat fuq l-N fil-PEFCR tiegħu, minflok dak ipprovdut fl-Anness I. Iż-żewġ approċċi għandhom jiġu ttestjati fl-istudji ta’ sostenn, u abbażi tal-evidenza miġbura, is-Segretarjat Tekniku huwa liberu li jiddeċiedi liema wieħed mit-tnejn japplika. Dan għandu jiġi vvalidat mill-bord ta’ rieżami tal-PEFCR.

Bħala t-tieni alternattiva, jekk tkun disponibbli data aħjar, jista’ jintuża mudell aktar komprensiv tan-nitroġenu fl-għelieqi fil-PEFCR, bil-kundizzjoni li (i) dan ikopri mill-anqas l-emissjonijiet mitluba fit-Tabella 3 tal-Anness I, (ii) N ikun ibbilanċjat fl-inputs u fl-outputs u (iii) jiġi deskritt b’mod trasparenti.

A.4.2.2.    Użu tal-elettriku

Għandhom jiġu applikati r-rekwiżiti fit-taqsima 4.4.2 tal-Anness I, sakemm il-PEFCR ma tkoprix l-elettriku bħala prodott ewlieni (eż. sistemi fotovoltajċi).

A.4.2.2.1.    Immudellar tal-elettriku għall-kalkoli tal-parametri referenzjarji

Fil-kalkoli tal-parametri referenzjarji, it-taħlita tal-elettriku li ġejja għandha tintuża f’ordni ġerarkika:

(i) 

Għandha tintuża informazzjoni speċifika għas-settur dwar l-użu tal-elettriku ekoloġiku jekk:

(a) 

tkun disponibbli, u

(b) 

jiġi ssodisfat is-sett ta’ kriterji minimi biex jiġi żgurat li l-istrumenti kuntrattwali jkunu affidabbli. Dan jista’ jiġi kkombinat mal-elettriku li jifdal li għandu jiġi mmudellat bit-taħlita residwa tal-grilja.

(ii) 

F’każ li ma tkun disponibbli l-ebda informazzjoni speċifika għas-settur, għandha tintuża t-taħlita tal-grilja tal-konsum.

F’każ li l-parametru referenzjarju jiġi prodott f’postijiet differenti jew jinbiegħ f’pajjiżi differenti, it-taħlita tal-elettriku għandha tirrifletti l-proporzjonijiet tal-produzzjoni jew il-proporzjonijiet tal-bejgħ bejn il-pajjiżi/ir-reġjuni tal-UE. Biex jiġi ddeterminat il-proporzjon, għandha tintuża unità fiżika (eż. l-għadd ta’ biċċiet jew kg ta’ prodott). Meta ma tkunx disponibbli tali data, għandha tintuża t-taħlita medja tal-UE (UE+EFTA), jew taħlita rappreżentattiva għar-reġjun.

A.4.2.3.    Trasport u loġistika

Il-PEFCR għandha tipprovdi xenarji prestabbiliti tat-trasport li għandhom jintużaw, f’każ li din id-data ma tkunx elenkata bħala informazzjoni obbligatorja speċifika għall-kumpanija (ara t-taqsima A.4.4.1) u ma tkunx disponibbli informazzjoni speċifika għall-katina tal-provvista. Ix-xenarji prestabbiliti tat-trasport għandhom jirriflettu t-trasport medju Ewropew, inklużi l-għażliet differenti kollha tat-trasport fil-kategorija attwali ta’ prodotti (eż. inkluża l-konsenja fid-dar, jekk applikabbli).

F’każ li ma tkun disponibbli l-ebda data speċifika għall-PEFCR ( 84 ), għandhom jintużaw ix-xenarji u l-valuri prestabbiliti deskritti fit-taqsima 4.4.3 tal-Anness I. Is-sostituzzjoni tal-valuri prestabbiliti pprovduti fit-taqsima 4.4.3 b’valuri speċifiċi għall-PEFCR għandha tissemma b’mod ċar u tiġi ġġustifikata fil-PEFCR.

Il-klijent (finali u intermedju) tal-prodott għandu jiġi definit fil-PEFCR ( 85 ). Il-klijent finali jista’ jkun konsumatur (jiġifieri kwalunkwe persuna fiżika li tkun qed taġixxi għal skopijiet li jkunu barra mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha) jew kumpanija li tuża l-prodott għall-użu finali, bħal ristoranti, pitturi professjonali, jew sit tal-kostruzzjoni. Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, ir-rivendituri u l-importaturi huma klijenti intermedji u mhux klijenti finali.

A.4.2.3.1.    Allokazzjoni tal-impatti mit-trasport – trasport bit-trakkijiet

Il-PEFCR għandha tispeċifika l-proporzjon ta’ utilizzazzjoni li għandu jintuża għal kull trasport bit-trakkijiet immudellat, u għandha tindika b’mod ċar jekk il-proporzjon ta’ utilizzazzjoni jinkludix vjaġġi ta’ ritorn vojta.

— 
Jekk it-tagħbija tkun limitata għall-massa: għandu jintuża proporzjon ta’ utilizzazzjoni prestabbilit ta’ 64 % ( 86 ). Dan il-proporzjon ta’ utilizzazzjoni jinkludi l-vjaġġi ta’ ritorn vojta. Għalhekk, il-vjaġġi ta’ ritorn vojta ma għandhomx jiġu mmudellati separatament. Il-PEFCR għandha telenka s-sett tad-data tat-trakkijiet li għandu jintuża, flimkien mal-fattur ta’ utilizzazzjoni li għandu jintuża (64 %). Il-PEFCR għandha tindika b’mod ċar li l-utent għandu jivverifika u jadatta l-proporzjon ta’ utilizzazzjoni għall-valur prestabbilit ipprovdut fil-PEFCR.
— 
Jekk it-tagħbija tkun limitata għall-volum u jintuża l-volum sħiħ: il-PEFCR għandha tindika l-proporzjon ta’ utilizzazzjoni speċifiku għall-kumpanija kkalkolat bħala l-kg ta’ tagħbija reali/kg ta’ tagħbija utli tas-sett tad-data u tindika kif għandhom jiġu mmudellati l-vjaġġi ta’ ritorn vojta.
— 
Jekk it-tagħbija tkun delikata (eż. fjuri): huwa probabbli li ma jkunx jista’ jintuża l-volum sħiħ tat-trakk. Il-PEFCR għandha tevalwa l-aktar proporzjon ta’ utilizzazzjoni xieraq li għandu jiġi applikat.
— 
It-trasport bl-ingrossa (eż. it-trasport taż-żrar mill-fossa tal-estrazzjoni għall-impjant tal-konkrit) għandu jiġi mmudellat bi proporzjon ta’ utilizzazzjoni prestabbilit ta’ 50 % (100 % mgħobbi ’l barra u 0 % mgħobbi ’l ġewwa).
— 
Il-prodotti u l-imballaġġ li jistgħu jerġgħu jintużaw għandhom jiġu mmudellati bi proporzjonijiet ta’ utilizzazzjoni speċifiċi għall-PEFCR. Il-valur prestabbilit ta’ 64 % (inkluż il-vjaġġ ta’ ritorn vojt) ma jistax jintuża minħabba li t-trasport ta’ ritorn huwa mmudellat separatament għall-prodotti li jistgħu jerġgħu jintużaw.

A.4.2.3.2.    Allokazzjoni tal-impatti mit-trasport – trasport tal-konsumatur

Il-PEFCR għandha tippreskrivi l-valur ta’ allokazzjoni prestabbilit li għandu jintuża għat-trasport tal-konsumatur, jekk applikabbli.

A.4.2.3.3.    Xenarji prestabbiliti – mill-fornitur għall-fabbrika

Il-PEFCR għandha tispeċifika d-distanzi prestabbiliti tat-trasport, il-modi tat-trasport (sett tad-data speċifiku) u l-fatturi tat-tagħbija tat-trakkijiet li għandhom jintużaw għat-trasport tal-prodotti mill-fornitur għall-fabbrika. Jekk ma tkun disponibbli l-ebda data speċifika għall-PEFCR, f’dak il-każ id-data prestabbilita pprovduta fit-taqsima 4.4.3.4 tal-Anness I għandha tiġi preskritta fil-PEFCR.

A.4.2.3.4.    Xenarji prestabbiliti – mill-fabbrika għall-klijent finali

It-trasport mill-fabbrika għall-klijent finali (inkluż it-trasport tal-konsumatur) għandu jiġi deskritt fl-istadju tad-distribuzzjoni tal-PEFCR. Dan jgħin biex isir tqabbil ġust bejn il-prodotti kkonsenjati permezz ta’ ħwienet tradizzjonali kif ukoll dawk ikkonsenjati fid-dar.

F’każ li ma jkun disponibbli l-ebda xenarju tat-trasport speċifiku għall-PEFCR, ix-xenarju prestabbilit deskritt fit-taqsima 4.4.3.5 tal-Anness I għandu jintuża bħala bażi, flimkien ma’ għadd ta’ valuri speċifiċi għall-PEFCR:

1. 

Il-proporzjon bejn il-prodotti mibjugħa permezz tal-bejgħ bl-imnut, iċ-ċentru ta’ distribuzzjoni (DC) u direttament lill-klijent finali;

2. 

Għall-fabbrika sal-klijent finali: Il-proporzjon bejn il-ktajjen tal-provvista lokali, intrakontinentali u internazzjonali;

3. 

Għall-fabbrika sal-bejgħ bl-imnut: id-distribuzzjoni bejn il-ktajjen tal-provvista intrakontinentali u internazzjonali.

Għall-prodotti li jistgħu jerġgħu jintużaw, it-trasport ta’ ritorn mill-bejgħ bl-imnut/DC għall-fabbrika għandu jiġi mmudellat flimkien mat-trasport meħtieġ biex wieħed imur għall-bejgħ bl-imnut/DC. Għandhom jintużaw l-istess distanzi tat-trasport mill-fabbrika tal-prodott għall-klijent finali (ara t-taqsima 4.4.3.5 tal-Anness I), madankollu l-proporzjon ta’ utilizzazzjoni tat-trakkijiet jista’ jkun limitat għall-volum skont it-tip ta’ prodott. Il-PEFCR għandha tindika l-proporzjon ta’ utilizzazzjoni li għandu jintuża għat-trasport ta’ ritorn.

A.4.2.4.    Oġġetti kapitali – infrastruttura u tagħmir

Matul l-eżekuzzjoni tal-istudji dwar il-PEF-RP, il-proċessi kollha għandhom jiġu inklużi fl-immudellar mingħajr ma jiġi applikat l-ebda limitu, is-suppożizzjonijiet tal-immudellar u s-settijiet tad-data sekondarji użati għandhom jiġu ddokumentati b’mod ċar.

Il-PEFCR għandha tidentifika jekk, abbażi tar-riżultati tal-istudju dwar il-PEF-RP, l-oġġetti kapitali jkunux soġġetti għal limitu jew le. Jekk l-oġġetti kapitali jiġu inklużi fil-PEFCR, għandhom jiġu pprovduti regoli ċari għall-kalkolu tagħhom.

A.4.2.5.    Proċedura tal-kampjunar

F’xi każijiet, tkun meħtieġa proċedura ta’ kampjunar mill-utent ta’ PEFCR biex il-ġbir tad-data jiġi limitat biss għal kampjun rappreżentattiv ta’ impjanti/azjendi agrikoli, eċċ. Eżempji ta’ każijiet fejn tista’ tkun meħtieġa l-proċedura ta’ kampjunar huma f’każ li jkunu involuti diversi siti ta’ produzzjoni fil-produzzjoni tal-istess Unità taż-Żamma tal-Istokk (SKU); eż. f’każ li l-istess materja prima/materjal ta’ input ikun ġej minn diversi siti jew f’każ li l-istess proċess jiġi esternalizzat lil aktar minn sottokuntrattur/fornitur wieħed.

Għall-PEFCRs għandu jintuża kampjun stratifikat, jiġifieri wieħed li jiżgura li s-sottopopolazzjonijiet (strata) ta’ popolazzjoni partikolari jkunu kollha rappreżentati b’mod adegwat fil-kampjun kollu ta’ studju ta’ riċerka. B’dan it-tip ta’ kampjunar, huwa garantit li fil-kampjun finali jiġu inklużi suġġetti minn kull sottopopolazzjoni, filwaqt li l-kampjunar aleatorju sempliċi ma jiżgurax li s-sottopopolazzjonijiet ikunu rappreżentati b’mod ugwali jew proporzjonali fil-kampjun.

Is-Segretarjat Tekniku għandu jiddeċiedi jekk il-kampjunar ikunx permess jew le fil-PEFCR tiegħu. Is-Segretarjat Tekniku jista’ jipprojbixxi b’mod espliċitu l-użu ta’ proċeduri ta’ kampjunar fil-PEFCR. F’dan il-każ, il-kampjunar ma jkunx permess fl-istudji dwar il-PEF u l-utent tal-PEFCR għandu jiġbor id-data mill-impjanti jew mill-azjendi agrikoli kollha. Jekk is-Segretarjat Tekniku jippermetti l-kampjunar, il-PEFCR għandu jkun fiha s-sentenza li ġejja: “F’każ li jkun meħtieġ kampjunar, dan għandu jitwettaq kif speċifikat f’din il-PEFCR. Madankollu, il-kampjunar ma huwiex obbligatorju u kwalunkwe utent ta’ din il-PEFCR jista’ jiddeċiedi li jiġbor id-data mill-impjanti jew mill-azjendi agrikoli kollha, mingħajr ma jwettaq l-ebda kampjunar.”

F’każ li l-PEFCR tippermetti l-użu tal-kampjunar, il-PEFCR għandha tiddefinixxi r-rekwiżiti għar-rappurtar mill-utent tal-PEFCR. Il-popolazzjoni u l-kampjun magħżul użati għall-istudju dwar il-PEF għandhom jiġu deskritti b’mod ċar fir-rapport dwar il-PEF (eż. il- % tal-produzzjoni totali jew il- % tal-għadd ta’ siti, skont ir-rekwiżiti ddikjarati fil-PEFCR).

A.4.2.5.1.    Kif għandhom jiġu definiti sottopopolazzjonijiet omoġenji (stratifikazzjoni)

Il-metodu tal-PEF jirrikjedi li jitqiesu aspetti fl-identifikazzjoni tas-sottopopolazzjonijiet (ara t-taqsima 4.4.6.1 tal-Anness I):

1. 

Id-distribuzzjoni ġeografika tas-siti;

2. 

It-teknoloġiji/ il-prattiki tal-biedja involuti;

3. 

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-kumpaniji/siti kkunsidrati.

Il-PEFCR tista’ telenka aspetti addizzjonali li għandhom jitqiesu f’kategorija speċifika ta’ prodotti.

F’każ li jiġu kkunsidrati aspetti addizzjonali, l-għadd ta’ sottopopolazzjonijiet jiġi kkalkulat bl-użu tal-formula (ekwazzjoni 1) ipprovduta fit-taqsima 4.4.6.1 tal-Anness I u l-multiplikazzjoni tar-riżultat bl-għadd ta’ klassijiet identifikati għal kull aspett addizzjonali (eż. dawk is-siti li għandhom fis-seħħ sistema ta’ ġestjoni jew rappurtar ambjentali).

A.4.2.5.2.    Kif għandu jiġi definit id-daqs tas-sottokampjun fil-livell tas-sottopopolazzjoni

Il-PEFCR għandha tispeċifika l-approċċ magħżul fost it-tnejn disponibbli fit-taqsima 4.4.6.2 tal-Anness I. L-istess approċċ għandu jintuża għas-sottopopolazzjonijiet kollha magħżula.

F’każ li jintgħażel l-ewwel approċċ, il-PEFCR għandha tistabbilixxi l-unità tal-kejl għall-produzzjoni (eż. t, m3, m2 jew il-valur f’EUR). Il-PEFCR għandha tidentifika l-perċentwal tal-produzzjoni li għandu jiġi kopert minn kull sottopopolazzjoni, li ma għandux ikun anqas minn 50 %, espress fl-unità rilevanti. Dan il-perċentwal jiddetermina d-daqs tal-kampjun fi ħdan is-sottopopolazzjoni.

A.4.2.6.    Stadju tal-użu

A.4.2.6.1.    Approċċ ibbażat fuq il-funzjoni ewlenija jew approċċ delta

Il-PEFCR għandha tiddeskrivi liema approċċ għandu jiġi applikat (l-approċċ ibbażat fuq il-funzjoni ewlenija jew l-approċċ delta, it-taqsima 4.4.7.1 tal-Anness I).

F’każ li jintuża l-approċċ delta, il-PEFCR għandha tispeċifika konsum ta’ referenza li għandu jiġi definit għal kull prodott assoċjat (eż. ta’ enerġija u materjali). Il-konsum ta’ referenza jirreferi għall-konsum minimu li huwa essenzjali biex tiġi pprovduta l-funzjoni. Il-konsum ’il fuq minn din ir-referenza (id-delta) imbagħad jiġi allokat lill-prodott. Biex tiġi definita s-sitwazzjoni ta’ referenza, għandhom jiġu kkunsidrati dawn li ġejjin, jekk ikunu disponibbli:

1. 

Ir-regolamenti applikabbli għall-kategorija tal-prodott;

2. 

L-istandards jew l-istandards armonizzati;

3. 

Ir-rakkomandazzjonijiet mill-manifatturi jew mill-organizzazzjonijiet tal-manifatturi;

4. 

L-użu ta’ ftehimiet stabbiliti b’kunsens fi gruppi ta’ ħidma speċifiċi għas-settur.

A.4.2.6.2.    Immudellar tal-istadju tal-użu

Għall-proċessi kollha li jappartjenu għall-istadju tal-użu (kemm dawk l-aktar rilevanti kif ukoll l-oħrajn):

(a) 

Il-PEFCR għandha tindika liema proċessi tal-istadju tal-użu huma dipendenti mill-prodott u indipendenti mill-prodott (kif deskritt fl-Anness I, it-taqsima 4.4.7).

(b) 

Il-PEFCR għandha tidentifika għal liema proċessi għandha tiġi pprovduta d-data prestabbilita billi jiġu segwiti l-linji gwida għall-immudellar fit-Tabella JJ-4. F’każ li l-immudellar ikun fakultattiv, is-Segretarjat Tekniku għandu jiddeċiedi jekk dan jiġix inkluż fil-limitu tas-sistema tal-mudell tal-kalkolu tal-PEFCR.

(c) 

Għal kull proċess li għandu jiġi mmudellat, is-Segretarjat Tekniku għandu jiddeċiedi u jiddeskrivi fil-PEFCR jekk għandux jiġi applikat l-approċċ ibbażat fuq il-funzjoni ewlenija jew l-approċċ delta:

a. 

Approċċ ibbażat fuq il-funzjoni ewlenija: Is-settijiet tad-data prestabbiliti ppreżentati fil-PEFCR għandhom jirriflettu kemm jista’ jkun ir-realtà tas-sitwazzjonijiet tas-suq.

b. 

Approċċ delta: il-PEFCR għandha tipprovdi l-konsum ta’ referenza li għandu jintuża.

(d) 

Il-PEFCR għandha ssegwi l-linji gwida dwar l-immudellar u r-rapportar fit-Tabella JJ-4. Din it-tabella għandha timtela mis-Segretarjat Tekniku u tiġi inkluża fl-ewwel u fit-tieni rapport dwar il-PEF-RP.

Tabella JJ-4

Linji gwida tal-OEFSR għall-istadju tal-użu

Il-proċess speċifiku tal-istadju tal-użu huwa:

Azzjonijiet li għandhom jittieħdu mit-TS

Dipendenti mill-prodott?

L-aktar rilevanti?

Linji gwida għall-immudellar

Fejn għandhom jiġu rrapportati

Iva

Iva

Għandhom jiġu inklużi fil-limitu tas-sistema tal-PEFCR. Tiġi pprovduta data prestabbilita

Obbligatorji: Ir-rapport dwar il-PEF, irrapportati separatament (*1)

Le

Fakultattivi: Jistgħu jiġu inklużi fil-limitu tas-sistema tal-PEFCR meta l-inċertezza tkun tista’ tiġi kkwantifikata (tiġi pprovduta data prestabbilita)

Fakultattiv: Ir-rapport dwar il-PEF, irrapportati separatament (*1)

Le

Iva/Le

Esklużi mil-limitu tas-sistema tal-PEFCR

Fakultattivi: informazzjoni kwalitattiva

(*1)   

Għall-prodotti finali, ir-riżultati tal-LCIA għandhom jiġu rrapportati bħala (i) is-somma tal-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja inkluż l-istadju tal-użu u (ii) iċ-ċiklu tal-ħajja totali eskluż l-istadju tal-użu. Ir-riżultati tal-istadju tal-użu ma għandhomx jiġu rrapportati bħala informazzjoni ambjentali jew teknika addizzjonali.

Il-Parti D tal-Anness II tipprovdi data prestabbilita li għandha tintuża mis-Segretarjat Tekniku biex jiġu mmudellati l-attivitajiet tal-istadju tal-użu li jistgħu jkunu trasversali għal diversi gruppi ta’ prodotti. Din għandha tintuża biex jimtlew il-lakuni fid-data u biex tiġi żgurata l-konsistenza fost il-PEFCRs. Tista’ tintuża data aħjar iżda din għandha tiġi ġġustifikata fil-PEFCR.

Eżempju: għaġin

Dan huwa eżempju simplifikat dwar kif tista’ tiġi mmudellata u rrapportata l-impronta ambjentali tal-istadju tal-użu għall-prodott “1 kg ta’ għaġin niexef” (adattat mill-PEFCR finali għall-għaġin niexef ( 87 )).

Tabella LL-6 tippreżenta l-proċessi użati għall-immudellar tal-istadju tal-użu ta’ 1kg ta’ għaġin niexef (il-ħin tat-togħlija skont l-istruzzjonijiet, pereżempju 10 minuti; l-ammont ta’ ilma, skont l-istruzzjonijiet, pereżempju 10 litri). Fost l-erba’ proċessi, l-użu tal-elettriku u tas-sħana huma dawk l-aktar rilevanti. F’dan l-eżempju, l-erba’ proċessi kollha huma dipendenti fuq il-prodott. L-ammont ta’ użu tal-ilma u l-ħin tat-tisjir huwa ġeneralment indikat fuq l-imballaġġ. Il-manifattur jista’ jibdel ir-riċetta sabiex iżid jew inaqqas il-ħin tat-tisjir, u għalhekk l-użu tal-enerġija. Fi ħdan il-PEFCR, hija pprovduta data prestabbilita dwar l-erba’ proċessi, kif indikat fit-Tabella LL-6 (għandhom jintużaw id-data dwar l-attivitajiet + is-sett tad-data tal-LCI). Skont il-linji gwida dwar ir-rapportar, l-EF tat-total tal-erba’ proċessi kollha jiġi rrapportat bħala informazzjoni separata.

Tabella KK-5

Eżempju tad-data dwar l-attivitajiet u s-settijiet tad-data sekondarji użati

Materjali/fjuwils

Valur

Unità

Ilma tal-vit; taħlita teknoloġika; għand l-utent; għal kull kg ta’ ilma

10

kg

Taħlita tal-elettriku, AC, taħlita tal-konsum, għand il-konsumatur, <1kV

0,5

kWh

Enerġija termali, minn sistemi ta’ tisħin resid. mill-NG, taħlita tal-konsum, għand il-konsumatur, temperatura ta’ 55C

2,3

kWh

Skart għat-trattament

Valur

Unità

Trattament tal-ilma mormi, ilma mormi domestiku skont id-Direttiva 91/271/KEE dwar it-trattament tal-ilma mormi urban

10

kg

Tabella LL-6

Proċessi tal-istadju tal-użu tal-għaġin niexef (adattat mill-PEFCR finali għall-għaġin niexef). Il-proċessi l-aktar rilevanti huma indikati fil-kaxxa l-ħadra

Il-proċess tal-istadju tal-użu huwa …?

Proċessi tal-għaġin

Azzjonijiet meħuda mit-TS:

(ii)  Dipendenti mill-prodott?

(iii)  L-aktar rilevanti?

Immudellar

Rapportar

Iva

Iva

Elettriku u Sħana

Immudellati bħala approċċ ibbażat fuq il-funzjoni ewlenija.

Ipprovduta data prestabbilita (użu totali tal-enerġija).

Fir-rapport dwar il-PEF, irrapportati separatament

Le

Ilma tal-vit

Ilma mormi

Immudellati bħala approċċ ibbażat fuq il-funzjoni ewlenija.

Ipprovduta data prestabbilita (użu totali tal-ilma).

Fir-rapport dwar il-PEF, irrapportati separatament

Le

Iva/Le

Esklużi mill-kalkolu tal-EF (kategoriji tal-impatt)

Fakultattiv: informazzjoni kwalitattiva

A.4.2.7.    Immudellar ta’ tmiem il-ħajja

Il-PEFCR għandha tippreskrivi l-użu tal-formula tas-CFF u tipprovdi valuri prestabbiliti għall-parametri kollha li għandhom jintużaw (ara wkoll it-Taqsima 4.4.8 tal-Anness I).

A.4.2.7.1.    Il-fattur A

Il-valuri A li għandhom jintużaw għandhom jiġu elenkati b’mod ċar fil-PEFCR, b’referenza għall-Parti C tal-Anness II. Meta tiġi żviluppata PEFCR, għandha tiġi applikata l-proċedura li ġejja biex jintgħażel il-valur ta’ A li għandu jiġi inkluż fil-PEFCR:

Fil-Parti C tal-Anness II jiġi ċċekkjat jekk ikunx disponibbli valur A speċifiku għall-applikazzjoni li jkun adattat għall-PEFCR,

(a) 

Jekk ma jkunx disponibbli valur A speċifiku għall-applikazzjoni, għandu jintuża l-valur A speċifiku għall-materjal fil-Parti C tal-Anness II,

(b) 

Jekk ma jkunx disponibbli valur A speċifiku għall-materjal, il-valur A għandu jiġi stabbilit għal 0,5.

A.4.2.7.2.    Il-fattur B

Il-valur B għandu dejjem ikun ugwali għal 0 bħala valur prestabbilit sakemm ma jkunx disponibbli valur xieraq ieħor fil-parti C tal-Anness II. Il-valur B li għandu jintuża għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar fil-PEFCR.

A.4.2.7.3.    Il-proporzjonijiet tal-kwalità: Qsin/Qp u Qsout/Qp

Il-proporzjonijiet tal-kwalità għandhom jiġu ddeterminati fil-punt ta’ sostituzzjoni u għal kull applikazzjoni jew materjal. Il-proporzjonijiet tal-kwalità huma speċifiċi għall-PEFCR. Għall-imballaġġ, kull PEFCR jenħtieġ li tuża l-valuri prestabbiliti pprovduti fil-Parti C tal-Anness II. Is-Segretarjat Tekniku jista’ jiddeċiedi li jibdel il-valuri prestabbiliti fil-PEFCR għal oħrajn speċifiċi għall-kategorija ta’ prodotti. F’dan il-każ, il-ġustifikazzjoni għall-bidla għandha tiġi inkluża fil-PEFCR.

Il-proporzjonijiet kollha tal-kwalità li għandhom jintużaw għandhom jiġu ddikjarati b’mod ċar fil-PEFCR. B’mod alternattiv, għandha tiġi pprovduta gwida ċara mill-PEFCR dwar kif għandhom jiġu ddeterminati l-proporzjonijiet tal-kwalità li għandhom jintużaw.

Il-kwantifikazzjoni tal-proporzjonijiet tal-kwalità għandha tkun ibbażata fuq:

Aspetti ekonomiċi: jiġifieri l-proporzjon tal-prezz tal-materjali sekondarji meta mqabbel mal-materjali primarji fil-punt ta’ sostituzzjoni. F’każ li l-prezz tal-materjali sekondarji jkun ogħla minn dak tal-materjali primarji, il-proporzjonijiet tal-kwalità għandhom ikunu ugwali għal 1.
Jekk l-aspetti ekonomiċi jkunu anqas rilevanti mill-aspetti fiżiċi, jistgħu jintużaw dawn tal-aħħar.

A.4.2.7.4.    Kontenut riċiklat (R1)

Il-PEFCR għandha tipprovdi l-lista ta’ valuri R1 prestabbiliti, li għandhom jintużaw mill-utent tal-PEFCR f’każ li ma jkun disponibbli l-ebda valur speċifiku għall-kumpanija. Għal dan, is-Segretarjat Tekniku għandu jagħżel il-valuri R1 xierqa speċifiċi għall-applikazzjoni li huma disponibbli fil-Parti C tal-Anness II. F’każ li ma jkun disponibbli l-ebda valur speċifiku għall-applikazzjoni, R1 għandu jiġi stabbilit bħala 0. Il-valuri speċifiċi għall-materjal ibbażati fuq l-istatistika tas-suq tal-provvista ma għandhomx jintużaw bħala proxy. Għandhom jiġu pprovduti r-reġjuni ġeografiċi kollha possibbli. Il-valuri R1 applikati għandhom ikunu soġġetti għar-rieżami tal-PEFCR (jekk applikabbli) jew għall-verifika tal-istudju dwar il-PEF (jekk applikabbli).

Jistgħu jiġu żviluppati valuri R1 ġodda mis-Segretarjat Tekniku (abbażi ta’ statistika ġdida) u jiġu pprovduti lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni fil-Parti C tal-Anness II. Il-valuri R1 proposti ġodda għandhom jiġu pprovduti flimkien ma’ rapport li jindika s-sorsi u l-kalkoli, u jiġu rieżaminati minn parti terza indipendenti esterna. Il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-valuri l-ġodda jkunux aċċettabbli u jistgħux jiġu implimentati f’verżjoni aġġornata tal-Parti C tal-Anness II. Ladarba l-valuri R1 il-ġodda jiġu integrati fil-Parti C tal-Anness II, dawn jistgħu jintużaw minn kwalunkwe PEFCR. L-għażla għal “valuri R1 prestabbiliti” jew “valuri R1 speċifiċi għall-kumpanija” għandha tkun ibbażata fuq ir-regoli tad-DNM (ara t- Tabella A-7Rekwiżiti rigward il-valuri R1 fir-rigward tad-DNM).

Dan ifisser li għandhom jintużaw valuri speċifiċi għall-kumpanija meta:

(a) 

il-proċess jiġi identifikat fil-PEFCR bħala l-aktar rilevanti u jitmexxa mill-kumpanija li tuża l-PEFCR, jew il-kumpanija ma tkunx qed tmexxi l-proċess iżda jkollha aċċess għal informazzjoni speċifika għall-kumpanija,

jew

(b) 

il-proċess ikun elenkat mill-PEFCR bħala data obbligatorja speċifika għall-kumpanija.

F’każijiet oħra, għandhom jintużaw “valuri R1 sekondarji prestabbiliti”, pereżempju meta R1 ikun fis-sitwazzjoni 2, l-għażla 2 tad-DNM. F’dan il-każ, id-data speċifika għall-kumpanija ma tkunx obbligatorja u l-kumpanija għandha tuża l-valuri R1 sekondarji prestabbiliti pprovduti fil-PEFCR.

Tabella A-7

Rekwiżiti rigward il-valuri R1 fir-rigward tad-DNM

L-aktar proċess rilevanti

Proċess ieħor

Sitwazzjoni 1: proċess immexxi mill-kumpanija li tuża l-PEFCR

Għażla 1

Valur R1 speċifiku għall-katina tal-provvista

Għażla 2

Valur R1 prestabbilit (speċifiku għall-applikazzjoni)

Sitwazzjoni 2: proċess mhux immexxi mill-kumpanija li tuża l-PEFCR iżda b’aċċess għal informazzjoni (speċifika għall-kumpanija)

Għażla 1

Valur R1 speċifiku għall-katina tal-provvista

Għażla 2

Valur R1 prestabbilit (speċifiku għall-applikazzjoni) jew speċifiku għall-katina tal-provvista

Għażla 3

Valur R1 prestabbilit (speċifiku għall-applikazzjoni) jew speċifiku għall-katina tal-provvista

Sitwazzjoni 3: proċess mhux immexxi mill-kumpanija li tuża l-PEFCR u mingħajr aċċess għal informazzjoni (speċifika għall-kumpanija)

Għażla 1

Valur R1 prestabbilit (speċifiku għall-applikazzjoni)

Għażla 2

Valur R1 prestabbilit (speċifiku għall-applikazzjoni)

A.4.2.7.5.    Linji gwida dwar kif għandu jiġi ttrattat ir-ruttam qabel il-konsum

Fil-metodu tal-PEF huma deskritti żewġ għażliet (it-Taqsima 4.4.8.8 tal-Anness I): il-PEFCR għandha tispeċifika liema għażla għandha tintuża fl-immudellar tar-ruttam qabel il-konsum.

A.4.2.7.6.    Rata tal-output tar-riċiklaġġ (R2)

Il-PEFCR għandha tipprovdi l-lista ta’ valuri R2 prestabbiliti li għandhom jintużaw mill-utent tal-PEFCR f’każ li ma jkun disponibbli l-ebda valur speċifiku għall-kumpanija. Għal dan, is-Segretarjat Tekniku għandu jagħżel il-valuri R2 xierqa speċifiċi għall-applikazzjoni li huma disponibbli fil-Parti C tal-Anness II. F’każ li ma jkun disponibbli l-ebda valur speċifiku għall-applikazzjoni fil-Parti C tal-Anness II, il-PEFCR għandha tagħżel il-valuri R2 tal-materjal (eż. il-medja tal-materjali) li għandhom jintużaw b’mod prestabbilit. F’każ li ma jkun hemm l-ebda valur R2 disponibbli, R2 għandu jiġi stabbilit bħala 0. Għandhom jiġu pprovduti r-reġjuni ġeografiċi kollha possibbli.

Jistgħu jiġu żviluppati valuri R2 ġodda mis-Segretarjat Tekniku (abbażi ta’ statistika ġdida) u jiġu pprovduti lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni fil-Parti C tal-Anness II. Il-valuri R2 proposti ġodda għandhom jiġu pprovduti flimkien ma’ rapport ta’ studju li jindika s-sorsi u l-kalkoli, u jiġu rieżaminati minn parti terza indipendenti esterna. Il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-valuri l-ġodda jkunux aċċettabbli u jistgħux jiġu implimentati f’verżjoni aġġornata tal-Parti C tal-Anness II. Ladarba l-valuri R2 il-ġodda jiġu integrati fil-Parti C tal-Anness II, dawn jistgħu jintużaw minn kwalunkwe PEFCR. Biex jintgħażel il-valur R2 it-tajjeb, għandha tiġi segwita l-proċedura li ġejja mill-utent tal-PEFCR u tiġi deskritta fil-PEFCR:

Għandhom jintużaw valuri speċifiċi għall-kumpanija jekk ikunu disponibbli.

1. 

Jekk ma jkun disponibbli l-ebda valur speċifiku għall-kumpanija u l-kriterji għall-evalwazzjoni tar-riċiklabbiltà jiġu ssodisfati (ara t-taqsima 4.4.8.9 tal-Anness I), għandhom jintużaw valuri R2 speċifiċi għall-applikazzjoni kif elenkati fil-PEFCR,

a. 

Jekk ma jkunx disponibbli valur R2 għal pajjiż speċifiku, f’dak il-każ għandha tintuża l-medja Ewropea.

b. 

Jekk ma jkunx disponibbli valur R2 għal applikazzjoni speċifika, għandhom jintużaw il-valuri R2 tal-materjal (eż. il-medja tal-materjal).

c. 

F’każ li ma jkun hemm l-ebda valur R2 disponibbli, R2 għandu jkun 0 jew tista’ tiġi ġġenerata statistika ġdida biex jiġi assenjat valur R2 fis-sitwazzjoni speċifika.

2. 

Il-valuri R2 applikati għandhom ikunu soġġetti għall-verifika tal-istudju dwar il-PEF.

A.4.2.7.7.    Il-valur R3

Il-PEFCR għandha tipprovdi l-lista ta’ valuri R3 prestabbiliti, li għandhom jintużaw mill-utent tal-PEFCR f’każ li ma jkun disponibbli l-ebda valur speċifiku għall-kumpanija. Għal dan, is-Segretarjat Tekniku għandu jagħżel il-valuri R3 xierqa li huma disponibbli fil-parti C tal-Anness II. F’każ li ma jkun disponibbli l-ebda valur fil-parti C tal-Anness II jew fil-każ li tali valuri jkunu skaduti b’oħrajn aktar riċenti mill-istess sors ta’ data ( 88 ), is-Segretarjat Tekniku għandu jipprovdi l-valuri żviluppati proprji jew jipprovdi gwida għall-utent tal-PEFCR dwar kif għandhom jinkisbu l-valuri meħtieġa. Il-valuri R3 applikati għandhom ikunu soġġetti għar-rieżami tal-PEFCR (jekk applikabbli) jew għall-verifika tal-istudju dwar il-PEF (jekk applikabbli).

Jistgħu jiġu żviluppati valuri R3 ġodda mis-Segretarjat Tekniku (abbażi ta’ statistika ġdida) u jiġu pprovduti lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni fil-parti C tal-Anness II. Il-valuri R3 proposti ġodda għandhom jiġu pprovduti flimkien ma’ rapport ta’ studju li jindika s-sorsi u l-kalkoli, u rieżaminat minn parti terza indipendenti esterna. Il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-valuri l-ġodda jkunux aċċettabbli u jistgħux jiġu implimentati f’verżjoni aġġornata tal-Parti C tal-Anness II. Ladarba l-valuri R3 il-ġodda jiġu integrati fil-Parti C tal-Anness II, dawn jistgħu jintużaw minn kwalunkwe PEFCR.

L-għażla għal “valuri R3 prestabbiliti” jew “valuri R3 speċifiċi għall-kumpanija” għandha tkun ibbażata fuq il-loġika tad-DNM. Dan ifisser li għandhom jintużaw valuri speċifiċi għall-katina tal-provvista meta:

1. 

il-proċess jiġi identifikat fil-PEFCR bħala l-aktar rilevanti u jitmexxa mill-kumpanija li tuża l-PEFCR, jew il-kumpanija ma tkunx qed tmexxi l-proċess iżda jkollha aċċess għal informazzjoni speċifika għall-kumpanija,

jew

2. 

il-proċess ikun elenkat mill-PEFCR bħala data obbligatorja speċifika għall-kumpanija.

Fil-każijiet l-oħra kollha, għandhom jintużaw “valuri R3 sekondarji prestabbiliti”, pereżempju meta R3 ikun fis-sitwazzjoni 2, l-għażla 2 tad-DNM. F’dan il-każ, id-data speċifika għall-kumpanija ma tkunx obbligatorja u l-kumpanija għandha tuża l-valuri R3 sekondarji prestabbiliti pprovduti fil-PEFCR.

A.4.2.7.7.    Eriċiklat u EriċiklaġġEoL

Il-PEFCR għandha telenka s-settijiet tad-data prestabbiliti li l-utent tal-PEFCR għandu japplika biex jimmudella Eriċ u EriċEoL.

A.4.2.7.8.    L-E*v

Il-PEFCR għandha telenka s-settijiet tad-data prestabbiliti li l-utent tal-PEFCR għandu japplika biex jimmudella E*v.

A.4.2.7.9.    Kif għandha tiġi applikata l-formula għall-prodotti intermedji (PEFCRs “mill-benniena sal-grada”)

Fl-istudji dwar il-PEF “mill-benniena sal-grada”, il-parametri relatati ma’ tmiem il-ħajja tal-prodott (jiġifieri r-riċiklabbiltà fi tmiem il-ħajja, l-irkupru tal-enerġija u r-rimi) ma għandhomx jitqiesu, sakemm il-PEFCR ma tkunx teħtieġ li tiġi kkalkulata informazzjoni addizzjonali għall-istadju tal-EoL.

Jekk il-formula tiġi applikata fi studji dwar il-PEF għal prodotti intermedji (studji “mill-benniena sal-grada”), il-PEFCR għandha tippreskrivi:

1. 

L-użu tas-CFF;

2. 

L-esklużjoni ta’ tmiem il-ħajja billi l-parametri R2, R3, u Ed jiġu ssettjati għal 0 għall-prodotti fl-ambitu;

3. 

Il-valuri A prestabbiliti speċifiċi għall-applikazzjoni jew għall-materjal għall-prodott fl-ambitu;

4. 

L-użu u r-rapportar tar-riżultati b’żewġ tipi ta’ valuri A għall-prodott fl-ambitu:

a. 

Issettjar ta’ A = 1: għandu jintuża bħala l-valur prestabbilit fil-kalkolu tal-profil tal-PEF.

b. 

Issettjar ta’ A = il-valuri prestabbiliti speċifiċi għall-applikazzjoni jew għall-materjal kif elenkati fil-PEFCR. Dawn ir-riżultati għandhom jiġu rrapportati bħala “informazzjoni teknika addizzjonali” u jintużaw meta jinħolqu settijiet tad-data konformi mal-EF. Dan jippermetti valur A korrett meta s-sett tad-data jintuża f’immudellar futur.

5. 

Jekk l-istadju tal-EoL għandu jiġi kkalkolat bħala informazzjoni addizzjonali.

Meta tkun qed tiġi żviluppata l-PEFCR, il-valur A tal-prodott fl-ambitu għandu jiġi stabbilit għal 1 għall-analiżi tal-hotspots fl-istudju dwar il-PEF-RP biex l-analiżi tkun tista’ tiffoka fuq is-sistema reali. Dan għandu jiġi dokumentat fil-PEFCR.

A.4.2.8.    Ħajja estiża tal-prodott

Fis-sitwazzjoni 1 deskritta fit-taqsima 4.4.9 tal-Anness I, il-PEFCR għandha tiddeskrivi kif l-użu mill-ġdid jew ir-rinnovazzjoni jkunu inklużi fil-kalkoli tal-fluss ta’ referenza u l-mudell taċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ, b’kont meħud ta’ “għal kemm żmien” tal-FU. Il-valuri prestabbiliti għall-ħajja estiża għandhom jiġu pprovduti fil-PEFCR jew għandhom jiġu elenkati bħala informazzjoni obbligatorja speċifika għall-kumpanija.

A.4.2.8.1.    Kif għandha tiġi applikata r-“rata ta’ użu mill-ġdid” (sitwazzjoni 1)

Fil-punt 2) tat-taqsima 4.4.9.2 tal-Anness I, il-PEFCR għandha tispeċifika aktar u tipprovdi distanzi tat-trasport f’direzzjoni waħda.

A.4.2.8.2.    Rati medji ta’ użu mill-ġdid għal aggregazzjonijiet tal-kumpanija

Ir-rati medji ta’ użu mill-ġdid disponibbli fit-taqsima 4.4.9.4 tal-Anness I għandhom jintużaw fl-istudji dwar il-PEF-RP u biex jiġi kkalkolat il-parametru referenzjarju (li jikkorrispondi għall-prodott rappreżentattiv) għal dawk il-PEFCRs li jkollhom aggregazzjonijiet ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża tal-kumpanija fl-ambitu tagħhom, sakemm ma tkunx disponibbli data ta’ kwalità aħjar.

Jekk is-Segretarjat Tekniku jiddeċiedi li juża valuri oħra fl-istudju dwar il-PEF-RP u fil-kalkolu tal-parametru referenzjarju tiegħu, huwa għandu jipprovdi ġustifikazzjoni u jipprovdi s-sors tad-data. F’każ li tip speċifiku ta’ imballaġġ ma jkunx preżenti fil-lista ta’ hawn fuq, għandha tintuża data speċifika għas-settur. Il-valuri l-ġodda għandhom ikunu soġġetti għar-rieżami tal-PEFCR.

Il-PEFCR għandha tippreskrivi l-użu ta’ rati obbligatorji ta’ użu mill-ġdid speċifiċi għall-kumpanija għall-aggregazzjonijiet tal-imballaġġ li jkunu proprjetà tal-kumpanija.

A.4.2.8.3.    Rati medji ta’ użu mill-ġdid għal aggregazzjonijiet operati minn partijiet terzi

Ir-rati medji ta’ użu mill-ġdid disponibbli fit-taqsima 4.4.9.5 tal-Anness I għandhom jintużaw minn dawk il-PEFCRs li jkollhom aggregazzjonijiet ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża operati minn partijiet terzi fl-ambitu tagħhom, sakemm ma tkunx disponibbli data ta’ kwalità aħjar.

Jekk is-Segretarjat Tekniku jiddeċiedi li juża valuri oħra fil-PEFCR finali tiegħu, huwa għandu jiġġustifika b’mod ċar għaliex u jipprovdi s-sors tad-data. F’każ li tip speċifiku ta’ imballaġġ ma jkunx preżenti fil-lista tat-taqsima 4.4.9.5 tal-Anness I, għandha tinġabar data speċifika għas-settur u tiġi inkluża fil-PEFCR. Il-valuri l-ġodda għandhom ikunu soġġetti għar-rieżami tal-PEFCR.

A.4.2.9.    Emissjonijiet u assorbimenti ta’ gassijiet serra

Biex jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-iżvilupp tal-PEFCR, l-istudju dwar il-PEF-RP għandu dejjem jikkalkula t-tliet subkategoriji tat-tibdil fil-klima separatament. Jekk it-tibdil fil-klima jiġi identifikat bħala kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti, il-PEFCR għandha (i) titlob li t-tibdil fil-klima totali jiġi rrapportat bħala s-somma tat-tliet subkategoriji, u (ii) titlob ir-rapportar tas-subkategoriji “tibdil fil-klima -fossili”, “tibdil fil-klima – bijoġeniku” u “tibdil fil-klima - użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art”, separatament jekk l-istudju dwar il-PEF-RP juri kontribut ta’ aktar minn 5 % ( 89 ) kull waħda għall-punteġġ totali.

A.4.2.9.1.    Subkategorija 2: Tibdil fil-klima – bijoġeniku

Il-PEFCR għandha tispeċifika jekk għandux jintuża approċċ ta’ mmudellar simplifikat meta jiġu mmudellati l-emissjonijiet ewlenin.

Fil-każ li jintgħażel approċċ ta’ mmudellar simplifikat, il-PEFCR għandha tinkludi t-test li ġej: “L-emissjoni “metan (bijoġeniku)” biss hija mmudellata, filwaqt li ma huma inklużi l-ebda emissjonijiet u assorbimenti bijoġeniċi oħra mill-atmosfera. Meta l-emissjonijiet tal-metan jistgħu jkunu kemm fossili jew bijoġeniċi, ir-rilaxx tal-metan bijoġeniku għandu jiġi mmudellat l-ewwel u mbagħad il-metan fossili li jifdal.”

Fil-każ li ma jintgħażilx approċċ ta’ mmudellar simplifikat, il-PEFCR għandha tinkludi t-test li ġej: “L-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha tal-karbonju bijoġeniku għandhom jiġu mmudellati separatament. Madankollu, għandu jiġi nnotat li l-fatturi ta’ karatterizzazzjoni korrispondenti għall-assorbimenti u l-emissjonijiet tas-CO2 bijoġeniku fi ħdan il-metodu ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-EF huma stabbiliti għal żero”.

A.4.4.9.2    Subkategorija 3: Tibdil fil-klima – użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art (LULUC)

Is-Segretarjat Tekniku jista’ jiddeċiedi li jinkludi l-ħżin tal-karbonju fil-ħamrija fil-PEFCR bħala informazzjoni ambjentali addizzjonali. F’każ ta’ inklużjoni, il-PEFCR għandha tispeċifika kif dan għandu jiġi mmudellat u kkalkulat, u liema prova għandha tiġi pprovduta. Jekk il-leġiżlazzjoni tipprovdi rekwiżiti speċifiċi ta’ mmudellar għas-settur, dan għandu jiġi mmudellat skont din il-leġiżlazzjoni.

A.4.2.10.    Imballaġġ

Is-settijiet tad-data medji Ewropej dwar l-imballaġġ għandhom jintużaw f’każ li l-PEFCR ma titlobx l-użu ta’ data speċifika għall-kumpanija, ma tkun disponibbli l-ebda informazzjoni speċifika għall-fornitur jew l-imballaġġ ma jkunx rilevanti. Għalkemm is-settijiet tad-data sekondarji prestabbiliti għandhom jiġu elenkati fil-PEFCR, għal xi imballaġġ b’diversi materjali, il-PEFCR għandha tipprovdi informazzjoni addizzjonali biex l-utent ikun jista’ jwettaq immudellar korrett. Dan huwa pereżempju l-każ għall-kartun tax-xorb u l-imballaġġ tal-borża fil-kaxxa:

— 
Il-kartun tax-xorb huwa magħmul minn granulati tal-LDPE u kartun għall-imballaġġ tal-likwidi, b’fojl tal-aluminju jew mingħajru. L-ammont ta’ granulati tal-LDPE, kartun u fojl (imsejħa wkoll il-lista tal-materjal tal-kraten tax-xorb) jiddependi mill-applikazzjoni tal-kartuna tax-xorb u għandu jiġi definit fil-PEFCR jekk applikabbli (eż. kraten tal-inbid, kraten tal-ħalib). Il-kraten tax-xorb għandhom jiġu mmudellati billi l-ammonti preskritti ta’ settijiet tad-data materjali tal-PEFCR jiġu kkombinati mas-sett tad-data tal-konverżjoni tal-kraten tax-xorb.
— 
Il-borża fil-kaxxa hija magħmula minn kartun ikkorrugat u plastik tal-imballaġġ. Jekk applikabbli, il-PEFCR jenħtieġ li tiddefinixxi l-ammont ta’ kartun ikkorrugat, kif ukoll l-ammont u t-tip ta’ plastik tal-imballaġġ. Jekk dan ma jkunx preskritt mill-PEFCR, l-utent tal-PEFCR għandu juża s-sett tad-data prestabbilit għall-borża fil-kaxxa.

A.4.3.    Trattament ta’ proċessi multifunzjonali

Is-sistemi li jinvolvu l-multifunzjonalità tal-proċessi għandhom jiġu mmudellati f’konformità mal-ġerarkija tad-deċiżjonijiet ipprovduta fit-taqsima 4.5 tal-Anness I.

Il-PEFCR għandha tispeċifika wkoll is-soluzzjonijiet ta’ multifunzjonalità fil-limitu definit tas-sistema u, fejn ikun xieraq, għall-istadji upstream u downstream. Jekk applikabbli, il-PEFCR għandha tipprovdi wkoll fatturi speċifiċi li għandhom jintużaw fil-każ ta’ soluzzjonijiet ta’ allokazzjoni. Dawn is-soluzzjonijiet kollha ta’ multifunzjonalità speċifikati fil-PEFCR għandhom jiġu ġġustifikati b’mod ċar b’referenza għall-ġerarkija tas-soluzzjonijiet ta’ multifunzjonalità tal-PEF:

(a) 

Fejn tiġi applikata s-suddiviżjoni, il-PEFCR għandha tispeċifika liema proċessi għandhom jiġu suddiviżi u l-prinċipji li tali suddiviżjoni jenħtieġ li tħares.

(b) 

Fejn tiġi applikata l-allokazzjoni skont ir-relazzjoni fiżika, il-PEFCR għandha tispeċifika r-relazzjonijiet fiżiċi sottostanti rilevanti li għandhom jiġu kkunsidrati u telenka l-valuri ta’ allokazzjoni speċifiċi li għandhom jiġu stabbiliti għall-istudji kollha li jużaw il-PEFCR.

(c) 

Fejn tiġi applikata l-allokazzjoni b’xi relazzjoni oħra, il-PEFCR għandha tispeċifika din ir-relazzjoni u telenka l-valuri ta’ allokazzjoni speċifiċi li għandhom jiġu stabbiliti għall-istudji kollha li jużaw il-PEFCR.

A.4.3.1.    Trobbija tal-annimali

A.4.3.1.1.    Allokazzjoni fi ħdan il-modulu tal-farm

Il-valuri prestabbiliti għal kull tip ta’ annimal għandhom jiġu pprovduti fil-PEFCR u jintużaw mill-istudji dwar il-PEF. Jenħtieġ li jintużaw il-valuri prestabbiliti disponibbli fit-taqsimiet 4.5.1.2-4.5.1.4 tal-Anness I, sakemm ma tkunx disponibbli data aktar speċifika għas-settur.

A.4.3.1.2.    Allokazzjoni fil-biċċerija

Il-valuri prestabbiliti għall-prezzijiet u l-frazzjonijiet tal-massa huma pprovduti fl-Anness I għall-bhejjem tal-ifrat, il-ħnieżer u r-ruminanti żgħar (nagħaġ, mogħoż) u dawn il-valuri prestabbiliti għandhom jiġu inklużi fil-PEFCRs rilevanti u jintużaw mill-istudji dwar il-PEF, l-istudji ta’ sostenn dwar il-PEF u l-istudji dwar il-PEF-RP. Ma huwa permess l-ebda tibdil tal-fatturi ta’ allokazzjoni fl-istudji dwar il-PEF.

A.4.3.1.3.    Allokazzjoni fil-biċċerija għall-bhejjem tal-ifrat

Jekk ikunu mixtieqa fatturi ta’ allokazzjoni biex jiġi suddiviż l-impatt tal-karkassa fost il-qatgħat differenti, dawn għandhom jiġu definiti fil-PEFCR rilevanti.

A.4.4.    Rekwiżiti tal-ġbir tad-data u rekwiżiti tal-kwalità

Il-prinċipju tal-materjalità

Waħda mill-karatteristiċi ewlenin tal-metodu tal-PEF hija l-approċċ tal-“materjalità”, jiġifieri li wieħed jiffoka fejn verament huwa importanti. Fil-kuntest tal-PEF, l-approċċ tal-materjalità huwa żviluppat madwar żewġ oqsma ewlenin:

Kategoriji tal-impatt, stadji taċ-ċiklu tal-ħajja, proċessi u flussi elementari diretti: il-PEFCR għandha tidentifika dawk l-aktar rilevanti. Dawn huma l-kontributi ambjentali li fuqhom jenħtieġ li jiffukaw il-kumpaniji, il-partijiet ikkonċernati, il-konsumaturi u dawk li jfasslu l-politika (ara t-taqsima 7.3 tal-Anness I);

Rekwiżiti tad-data : billi l-proċessi l-aktar rilevanti huma dawk li jmexxu l-profil ambjentali ta’ prodott, dawn għandhom jiġu valutati billi tintuża data ta’ kwalità ogħla meta mqabbla mal-proċessi anqas rilevanti, indipendentement minn fejn iseħħu dawn il-proċessi fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott.

Ladarba jiġu żviluppati l-mudell(i) għall-prodott(i) rappreżentattiv(i), is-Segretarjat Tekniku għandu jindirizza ż-żewġ mistoqsijiet li ġejjin bl-istudji dwar il-PEF-RP:

(a) 

Liema huma l-proċessi li għalihom l-informazzjoni speċifika għall-kumpanija hija obbligatorja?

(b) 

Liema huma l-proċessi li qed imexxu l-profil ambjentali tal-prodott (il-proċessi l-aktar rilevanti)?

A.4.4.1.    Lista ta’ data obbligatorja speċifika għall-kumpanija

Il-lista ta’ data obbligatorja speċifika għall-kumpanija tirreferi għad-data dwar l-attivitajiet, il-flussi elementari diretti u l-proċessi (tal-unità) li għalihom għandha tinġabar data speċifika għall-kumpanija. Din il-lista tiddefinixxi r-rekwiżiti minimi tad-data li għandhom jiġu ssodisfati mill-utenti tal-PEFCR. L-għan huwa li jiġi evitat li utent mingħajr aċċess għad-data rilevanti speċifika għall-kumpanija jkun jista’ jwettaq studju dwar il-PEF u jikkomunika r-riżultati tiegħu billi japplika biss data u settijiet tad-data prestabbiliti. Il-PEFCR għandha tiddefinixxi l-lista ta’ data obbligatorja speċifika għall-kumpanija

Għall-għażla tad-data obbligatorja speċifika għall-kumpanija, is-Segretarjat Tekniku għandu jikkunsidra r-rilevanza tagħha fil-profil tal-EF, il-livell ta’ sforz meħtieġ biex tinġabar din id-data (speċjalment għall-SMEs) u l-kwantità globali ta’ data/ħin meħtieġ biex tinġabar id-data obbligatorja kollha speċifika għall-kumpanija u r-rekwiżiti legali eżistenti definiti fid-dritt tal-UE dwar il-kejl ta’ ċerti emissjonijiet. Pereżempju, f’każ li jkunu jeżistu regoli speċifiċi ta’ monitoraġġ tal-EU ETS għas-settur li għalih jappartjeni l-prodott fl-ambitu tal-PEFCR, il-PEFCR jenħtieġ li tirreferi għar-rekwiżiti ta’ kwantifikazzjoni tal-EU ETS kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/2066 għall-proċessi u l-gassijiet serra koperti fih. Fil-każ tal-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju (CC), jipprevalu r-rekwiżiti tal-Anness I.

Din id-deċiżjoni għandha, b’mod partikolari, żewġ konsegwenzi: (i) il-kumpaniji jistgħu jwettqu studju dwar il-PEF billi jfittxu biss din id-data u jużaw data prestabbilita għal kull ħaġa barra minn din il-lista, filwaqt li (ii) il-kumpaniji li ma jkollhomx data speċifika għall-kumpanija għal kwalunkwe data elenkata ma jistgħux jikkalkulaw profil tal-PEF konformi mal-PEFCR tal-prodott fl-ambitu.

Għal kull proċess li għalih tkun obbligatorja data speċifika għall-kumpanija, il-PEFCR għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

1. 

il-lista tad-data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija li għandha tiġi ddikjarata mill-utent tal-PEFCR flimkien mas-settijiet tad-data sekondarji prestabbiliti li għandhom jintużaw. Il-lista tad-data dwar l-attivitajiet għandha tkun speċifika kemm jista’ jkun f’termini ta’ unitajiet tal-kejl u kwalunkwe karatteristika oħra li tista’ tgħin lill-utent fl-implimentazzjoni tal-PEFCR;

2. 

il-lista tal-flussi elementari diretti (jiġifieri ewlenin) li għandhom jitkejlu mill-utent tal-PEFCR. Din hija l-lista tal-emissjonijiet diretti u tar-riżorsi l-aktar rilevanti. Għal kull emissjoni u fluss ta’ riżorsi, il-PEFCR għandha tispeċifika l-frekwenza tal-kejl, il-metodi tal-kejl u kwalunkwe informazzjoni teknika oħra meħtieġa biex jiġi żgurat li l-profili tal-PEF ikunu komparabbli. Innota li l-flussi elementari diretti elenkati għandhom jiġu allinjati man-nomenklatura użata mill-aktar verżjoni riċenti tal-pakkett ta’ referenza tal-EF ( 90 ).

Meta jitqies li d-data għal dawn il-proċessi għandha tkun speċifika għall-kumpanija, il-punteġġ ta’ P ma jistax ikun ogħla minn 3, il-punteġġ għal TiR, TeR, u GeR ma jistax ikun ogħla minn 2, u l-punteġġ tad-DQR għandu jkun 1,5 jew anqas (≤1,5). Biex tiġi valutata d-DQR, għandhom jiġu segwiti r-rekwiżiti tat-Tabella 23 tal-Anness I. Is-settijiet tad-data żviluppati għandhom ikunu konformi mal-EF.

Għall-proċessi magħżula biex jiġu mmudellati b’mod obbligatorju b’data speċifika għall-kumpanija, il-PEFCR għandha ssegwi r-rekwiżiti stabbiliti f’din it-taqsima. Għall-proċessi l-oħra kollha, l-utent tal-PEFCR għandu japplika l-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data kif spjegat fit-taqsima A.4.4.4.4 ta’ dan l-Anness.

A.4.4.2.    Settijiet tad-data li għandhom jintużaw

Fl-iżvilupp tal-PEFCR finali, għandhom jintużaw settijiet tad-data konformi mal-EF ( 91 ). F’każ li ma jkunux disponibbli settijiet tad-data konformi mal-EF, għandhom jiġu segwiti r-regoli li ġejjin f’ordni ġerarkika:

1. 

Proxy konformi mal-EF ikun disponibbli bla ħlas: dan għandu jiġi inkluż fil-lista ta’ proċessi prestabbiliti tal-PEFCR u għandu jiġi ddikjarat fit-taqsima tal-limitazzjonijiet tal-PEFCR.

2. 

Sett tad-data konformi mal-ILCD-EL bħala proxy ikun disponibbli bla ħlas: Massimu ta’ 10 % tal-punteġġ globali uniku jista’ jinkiseb minn settijiet tad-data konformi mal-ILCD-EL.

3. 

Jekk l-ebda sett tad-data konformi mal-EF jew konformi mal-ILCD-EL ma jkun disponibbli bla ħlas: dan għandu jiġi eskluż mill-mudell. Dan għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar fil-PEFCR bħala lakuna fid-data u għandu jiġi validat mill-eżaminaturi tal-PEFCR.

Għall-utent tal-PEFCR, għandhom jintużaw is-settijiet tad-data sekondarji elenkati fil-PEFCR. Kull meta sett tad-data meħtieġ biex jiġi kkalkulat il-profil tal-PEF ma jkunx fost dawk elenkati, ir-regoli li ġejjin għandhom jiġu segwiti f’ordni ġerarkika:

1. 

Jintuża sett tad-data konformi mal-EF disponibbli fuq wieħed min-nodi tan-Network tad-Data dwar iċ-Ċiklu tal-Ħajja ( 92 ) ;

2. 

Jintuża sett tad-data konformi mal-EF disponibbli f’sors liberu jew kummerċjali;

3. 

Jintuża sett tad-data ieħor konformi mal-EF meqjus bħala proxy tajjeb. F’dan il-każ, din l-informazzjoni għandha tiġi inkluża fit-taqsima “limitazzjonijiet” tal-Anness I.

4. 

Jintuża sett tad-data konformi mal-ILCD-EL bħala proxy. F’każijiet bħal dawn, dawn is-settijiet tad-data għandhom jiġu inklużi fit-taqsima “limitazzjonijiet” tal-Anness I. Dan sa kontribut massimu ta’ 10 % tal-punteġġ globali uniku tal-prodott fl-ambitu.

5. 

Jekk ma jkun disponibbli l-ebda sett tad-data konformi mal-EF jew konformi mal-ILCD-EL: dan għandu jiġi eskluż mill-istudju dwar il-PEF. Dan għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar fir-rapport dwar il-PEF bħala lakuna fid-data u għandu jiġi validat mill-istudju dwar il-PEF u mill-verifikaturi tar-rapport dwar il-PEF.

Kull meta jintuża sett tad-data konformi mal-EF jew mal-ILCD-EL, in-nomenklatura tal-flussi elementari għandha tiġi allinjata mal-pakkett ta’ referenza tal-EF użat fil-bqija tal-mudell ( 93 ) .

A.4.4.3.    Limitu

Għandu jiġi evitat kwalunkwe limitu fl-ewwel studju dwar il-PEF-RP u fl-istudji ta’ sostenn.

Abbażi tar-riżultati tal-ewwel studju dwar il-PEF-RP u jekk ikun ikkonfermat mir-riżultati tal-istudji ta’ sostenn, it-tieni studju dwar il-PEF-RP u l-PEFCR jistgħu jeskludu proċessi mil-limiti tas-sistema tal-RP billi japplikaw ir-regola li ġejja:

(a) 

F’każ li jiġu esklużi proċessi mill-mudell, dan għandu jsir abbażi ta’ limitu ta’ 3 % meta jitqies l-impatt ambjentali tagħhom għall-kategoriji kollha tal-impatt, flimkien mal-limitu diġà inkluż fis-settijiet tad-data tal-isfond. Din ir-regola hija valida kemm għall-prodotti intermedji kif ukoll għall-prodotti finali. Il-proċessi li b’kollox (b’mod kumulattiv) jammontaw għal anqas minn 3 % tal-impatt ambjentali għal kull kategorija tal-impatt jistgħu jiġu esklużi mill-RP. F’każ li s-Segretarjat Tekniku jiddeċiedi li japplika r-regola ta’ limitu, it-tieni PEF-RP għandu jeskludi l-proċessi u l-PEFCR għandha telenka l-proċessi li għandhom jiġu esklużi abbażi tal-limitu.

(b) 

F’każ li l-proċessi identifikati għall-qtugħ mill-ewwel studju dwar il-PEF-RP ma jiġux ikkonfermati mill-istudji ta’ sostenn, id-deċiżjoni dwar l-esklużjoni jew l-inklużjoni tagħhom għandha titħalla f’idejn il-bord ta’ rieżami u tiġi rrapportata b’mod espliċitu fir-rapport ta’ rieżami li għandu jiġi anness mal-PEFCR.

Il-PEFCR għandha telenka l-proċessi li għandhom jiġu esklużi mill-immudellar abbażi tar-regola ta’ limitu u tindika li ma huwa permess l-ebda limitu addizzjonali mill-utent tal-PEFCR. F’każ li s-Segretarjat Tekniku jiddeċiedi li ma jkun permess l-ebda limitu, dan ir-rekwiżit għandu jissemma b’mod espliċitu fil-PEFCR.

A.4.4.4.    Rekwiżiti tal-kwalità tad-data

A.4.4.4.1.    Il-formula tad-DQR

Il-PEFCR għandha tipprovdi tabelli bil-kriterji li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni semikwantitattiva ta’ kull kriterju tal-kwalità tad-data. Il-PEFCR tista’ tispeċifika rekwiżiti aktar stretti jew addizzjonali dwar il-kwalità tad-data jekk ikun xieraq għas-settur inkwistjoni.

A.4.4.4.2.    Id-DQR tas-settijiet tad-data speċifiċi għall-kumpanija

Meta jinħoloq sett tad-data speċifiku għall-kumpanija, il-kwalità tad-data ta’ i) id-data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija u ii) il-flussi elementari diretti speċifiċi għall-kumpanija (jiġifieri d-data dwar l-emissjonijiet) għandhom jiġu vvalutati separatament mill-utent tal-PEFCR. Sabiex tkun tista’ ssir l-evalwazzjoni tad-DQR tas-settijiet tad-data b’data speċifika għall-kumpanija, il-PEFCR għandha tinkludi mill-anqas tabella waħda dwar kif għandu jiġi valutat il-valur tal-kriterji tad-DQR għal dawn il-proċessi. It-tabella/i li għandhom jiġu inklużi fil-PEFCR għandhom ikunu bbażati fuq it-Tabella 23 tal-Anness I: il-kriterji tas-snin ta’ referenza biss (TiR-EF, TiR-AD) jistgħu jiġu adattati mis-Segretarjat Tekniku.

Id-DQR tas-sottoproċessi marbuta mad-data dwar l-attivitajiet (ara l-Illustrazzjoni 9 tal-Anness I) tiġi evalwata permezz tar-rekwiżiti pprovduti fid-DNM (it-taqsima A.4.4.4.4 ta’ dan l-Anness).

Id-DQR tas-sett tad-data żviluppat ġdid għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

(a) 

Jintgħażlu d-data dwar l-attivitajiet u l-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti: id-data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti hija dik marbuta mas-sottoproċessi (jiġifieri settijiet tad-data sekondarji) li jammontaw għal mill-anqas 80 % tal-impatt ambjentali totali tas-sett tad-data speċifiku għall-kumpanija, fejn jiġu elenkati minn dak li jikkontribwixxi l-aktar għal dak li jikkontribwixxi l-anqas. Il-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti huma definiti bħala dawk il-flussi elementari diretti li jikkontribwixxu b’mod kumulattiv b’mill-anqas 80 % għall-impatt totali tal-flussi elementari diretti.

(b) 

Jiġu kkalkulati l-kriterji TeR, TiR, GeR u P tad-DQR għal kull data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti u kull fluss elementari dirett l-aktar rilevanti. Il-valuri ta’ kull kriterju għandhom jiġu assenjati abbażi tat-tabella dwar kif għandu jiġi valutat il-valur tal-kriterji tad-DQR ipprovduti fil-PEFCR.

a. 

Kull fluss elementari dirett l-aktar rilevanti jikkonsisti fl-ammont u fl-isem tal-fluss elementari (eż. 40 g diossidu tal-karbonju). Għal kull fluss elementari l-aktar rilevanti, l-utent tal-PEFCR għandu jevalwa l-4 kriterji tad-DQR bl-isem TeR-EF, TiR-EF, GeR-EF, PEF. Eżempji ta’ elementi li għandhom jiġu evalwati jinkludu t-twaqqit tal-fluss imkejjel, it-teknoloġija li għaliha tkejjel il-fluss u f’liema żona ġeografika sar il-kejl.

b. 

Għal kull data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti, għandhom jiġu evalwati l-4 kriterji tad-DQR (imsejħa TeR-AD,TiR-AD, PAD, GeR-AD) mill-utent tal-PEFCR.

c. 

Meta jitqies li d-data għall-proċessi obbligatorji għandha tkun speċifika għall-kumpanija, il-punteġġ ta’ P ma jistax ikun ogħla minn 3 filwaqt li l-punteġġ għal TiR, TeR, u GeR ma jistax ikun ogħla minn 2 (Il-punteġġ tad-DQR għandu jkun ≤1,5).

(c) 

Jiġi kkalkulat il-kontribut ambjentali ta’ kull data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti (billi tintrabat mas-sottoproċess xieraq) u kull fluss elementari dirett l-iktar rilevanti għas-somma totali tal-impatt ambjentali tad-data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti kollha u l-flussi elementari diretti kollha, f’% (ponderati, bl-użu tal-kategoriji kollha tal-impatt tal-EF). Pereżempju, is-sett tad-data żviluppat ġdid għandu biss żewġ data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti, li b’kollox jikkontribwixxu għal 80 % tal-impatt ambjentali totali tas-sett tad-data:

a. 

Id-data dwar l-attivitajiet 1 iġġorr 30 % tal-impatt ambjentali totali tas-sett tad-data. Il-kontribut ta’ dan il-proċess għat-total ta’ 80 % huwa ta’ 37,5 % (dan tal-aħħar huwa l-ponderazzjoni li għandha tintuża).

b. 

id-data 2 iġġorr 50 % tal-impatt ambjentali totali tas-sett tad-data. Il-kontribut ta’ dan il-proċess għat-total ta’ 80 % huwa ta’ 62,5 % (dan tal-aħħar huwa l-ponderazzjoni li għandha tintuża).

(d) 

Jiġu kkalkulati l-kriterji TeR, TiR, GeR u P tas-sett tad-data żviluppat ġdid bħala l-medja ponderata ta’ kull kriterju tad-data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti u l-flussi elementari diretti. Il-ponderazzjoni hija l-kontribut relattiv (f’ %) ta’ kull data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti u fluss elementari dirett ikkalkolati fil-pass (3).

(e) 

L-utent tal-PEFCR għandu jikkalkula d-DQR totali tas-sett tad-data żviluppat ġdid billi juża l-Ekwazzjoni 20 tal-Anness I, fejn image huma l-medji ponderati kkalkulati kif speċifikat fil-punt (4).

A.4.4.4.3.    Id-DQR tas-settijiet tad-data sekondarji użati fi studju dwar il-PEF

Sabiex l-utent ikun jista’ jivvaluta l-kriterji TeR, TiR u GeR tad-DQR speċifiċi għall-kuntest tal-proċessi l-aktar rilevanti, il-PEFCR għandha tinkludi mill-anqas tabella waħda dwar kif għandhom jiġu valutati l-kriterji. Il-valutazzjoni tal-kriterji TeR, TiR u GeR għandha tkun ibbażata fuq it-Tabella 24 tal-Anness I. Is-Segretarjat Tekniku jista’ jadatta biss is-snin ta’ referenza għall-kriterju TiR. Ma huwiex permess li jiġi modifikat it-test għall-kriterji l-oħra.

A.4.4.4.4.    Il-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data

Il-proċessi kollha meħtieġa għall-immudellar tal-prodott u li ma humiex fil-lista ta’ data obbligatorja speċifika għall-kumpanija għandhom jiġu evalwati bl-użu tal-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data (ara t- Tabella MM-8).

Regoli li għandhom jiġu segwiti meta tiġi żviluppata PEFCR

Il-PEFCR għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja għall-proċessi kollha li ma humiex fil-lista ta’ data obbligatorja speċifika għall-kumpanija:

(1) 

tiġi pprovduta l-lista tas-settijiet tad-data sekondarji prestabbiliti li għandhom jintużaw fl-ambitu tal-PEFCR (l-isem tas-sett tad-data, flimkien mal-UUID tal-verżjoni aggregata ( 94 ), l-indirizz web tan-nodu, u l-istokkijiet tad-data). Għal kull sett tad-data, għandha tkun disponibbli l-forma aggregata u diżaggregata (livell-1);

(2) 

jiġu rrapportati l-valuri prestabbiliti tad-DQR (għal kull kriterju) kif ipprovduti fil-metadata tagħhom, għas-settijiet tad-data prestabbiliti kollha tal-EF elenkati;

(3) 

jiġu indikati l-proċessi l-aktar rilevanti;

(4) 

jiġu pprovduti tabella tad-DQR waħda jew aktar għall-proċessi l-aktar rilevanti;

(5) 

jiġu indikati l-proċessi li mistennija jkunu fis-sitwazzjoni 1;

(6) 

għal dawk il-proċessi mistennija li jkunu fis-sitwazzjoni 1, jiġu elenkati b’mod espliċitu d-data dwar l-attivitajiet u l-flussi elementari diretti (ir-riżorsi u l-emissjonijiet) li għandhom jitkejlu mill-utent tal-PEFCR bħala minimu ( 95 ). Din il-lista għandha tkun speċifika kemm jista’ jkun f’termini tal-unità tal-kejl, kif titkejjel jew tiġi kkalkulata l-medja tad-data, u kwalunkwe karatteristika oħra li tista’ tgħin lill-utent fl-implimentazzjoni tal-PEFCR.

Regoli għall-utent tal-PEFCR

L-utent tal-PEFCR għandu japplika d-DNM biex jevalwa liema data tkun meħtieġa. Din għandha tintuża fl-immudellar tal-istudju tiegħu dwar il-PEF, skont il-livell ta’ influwenza li l-utent (kumpanija) ikollu fuq il-proċess speċifiku. It-tliet każijiet li ġejjin jinsabu fid-DNM:

(1) 

Sitwazzjoni 1: il-proċess jitmexxa mill-kumpanija li tuża l-PEFCR;

(2) 

Sitwazzjoni 2: il-proċess ma jitmexxiex mill-kumpanija li tuża l-PEFCR iżda l-kumpanija jkollha aċċess għal informazzjoni speċifika għall-kumpanija;

(3) 

Sitwazzjoni 3: il-proċess ma jitmexxiex mill-kumpanija li tuża l-PEFCR u din il-kumpanija ma jkollhiex aċċess għal informazzjoni speċifika għall-kumpanija.

L-utent tal-PEFCR għandu:

(1) 

jiddetermina l-livell ta’ influwenza (is-Sitwazzjoni 1, 2 jew 3 deskritta hawn taħt) li l-kumpanija jkollha fuq kull proċess fil-katina tal-provvista tagħha. Din id-deċiżjoni tiddetermina liema mill-għażliet fit- Tabella MM-8 tkun pertinenti għal kull proċess;

(2) 

isegwi r-regoli tat- Tabella MM-8 għall-proċessi l-aktar rilevanti u għall-proċessi l-oħra. Il-valur tad-DQR imsemmi fil-parentesi huwa l-valur massimu permess tad-DQR.

(3) 

Jikkalkula jew jevalwa mill-ġdid il-valuri tad-DQR (għal kull kriterju + it-total) għas-settijiet tad-data kollha użati għall-proċessi l-aktar rilevanti u għal dawk il-ġodda li jinħolqu. Għall-“proċessi l-oħra” kollha li jifdal, għandhom jintużaw il-valuri tad-DQR ipprovduti fil-PEFCR.

(4) 

Jekk proċess wieħed jew aktar ma jkunux inklużi fil-lista ta’ proċessi prestabbiliti fil-PEFCR, l-utent għandu jidentifika sett tad-data xieraq skont ir-rekwiżiti pprovduti fit-taqsima A.4.4.2 ta’ dan l-Anness.

Tabella MM-8

Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data (DNM) – Rekwiżiti għall-utent tal-PEFCR. L-għażliet indikati għal kull sitwazzjoni ma humiex elenkati f’ordni ġerarkika. Ara t-Tabella A-7 biex tiddetermina l-valur R1 li għandu jintuża.

L-aktar proċess rilevanti

Proċess ieħor

Sitwazzjoni 1: proċess immexxi mill-kumpanija li tuża l-PEFCR

Għażla 1

Tiġi pprovduta data speċifika għall-kumpanija (kif mitlub fil-PEFCR) u jinħoloq sett tad-data speċifiku għall-kumpanija, f’forma aggregata (DQR≤1,5) (1)

Jiġu kkalkulati l-valuri tad-DQR (għal kull kriterju + it-total)

Għażla 2

Jintuża sett tad-data sekondarju prestabbilit fil-PEFCR, f’forma aggregata (DQR≤3,0)

Jintużaw il-valuri prestabbiliti tad-DQR

Sitwazzjoni 2: proċess mhux immexxi mill-kumpanija li tuża l-PEFCR iżda b’aċċess għal informazzjoni speċifika għall-kumpanija

Għażla 1

Tiġi pprovduta data speċifika għall-kumpanija (kif mitlub fil-PEFCR) u jinħoloq sett tad-data speċifiku għall-kumpanija, f’forma aggregata (DQR≤1,5).

Jiġu kkalkulati l-valuri tad-DQR (għal kull kriterju + it-total)

Għażla 2

Tintuża data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija għat-trasport (distanza), u s-sottoproċessi użati għat-taħlita tal-elettriku u għat-trasport jiġu sostitwiti b’settijiet tad-data konformi mal-EF speċifiċi għall-katina tal-provvista (DQR≤3,0).

Jiġu evalwati mill-ġdid il-kriterji tad-DQR fil-kuntest speċifiku għall-prodott

Għażla 3

Tintuża data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija għat-trasport (distanza), u s-sottoproċessi użati għat-taħlita tal-elettriku u għat-trasport jiġu sostitwiti b’settijiet tad-data konformi mal-EF speċifiċi għall-katina tal-provvista (DQR≤4,0).

Jintużaw il-valuri prestabbiliti tad-DQR.

Sitwazzjoni 3: proċess mhux immexxi mill-kumpanija li tuża l-PEFCR u mingħajr aċċess għal informazzjoni speċifika għall-kumpanija

Għażla 1

Jintuża sett tad-data sekondarju prestabbilit f’forma aggregata (DQR≤3,0)

Jiġu evalwati mill-ġdid il-kriterji tad-DQR fil-kuntest speċifiku għall-prodott

Għażla 2

Jintuża sett tad-data sekondarju prestabbilit f’forma aggregata (DQR≤4,0)

Jintużaw il-valuri prestabbiliti tad-DQR

(1)   

Is-settijiet tad-data speċifiċi għall-kumpanija għandhom ikunu disponibbli għall-Kummissjoni.

Innota li għal kwalunkwe sett tad-data sekondarju konformi mal-EF, jista’ jintuża sett tad-data konformi mal-ILCD-EL. Dan sa kontribut massimu ta’ 10 % tal-punteġġ globali uniku tal-prodott fl-ambitu (ara t-taqsima 4.6.3 tal-Anness I). Għal dawn is-settijiet tad-data, id-DQR ma għandhiex tiġi kkalkolata mill-ġdid.”

A.4.4.4.5.    Sitwazzjoni 1 tad-DNM

Għal kull proċess fis-sitwazzjoni 1, hemm żewġ għażliet possibbli:

— 
Il-proċess ikun fil-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti kif speċifikat fil-PEFCR jew ma jkunx fil-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti, iżda l-kumpanija xorta waħda tkun trid tipprovdi data speċifika għall-kumpanija (l-għażla 1);
— 
Il-proċess ma jkunx fil-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti u l-kumpanija tippreferi tuża sett tad-data sekondarju (l-għażla 2).

Sitwazzjoni 1/ Għażla 1

Għall-proċessi kollha mmexxija mill-kumpanija u fejn il-kumpanija li tuża l-PEFCR tuża data speċifika għall-kumpanija, id-DQR tas-sett tad-data żviluppat ġdid għandha tiġi evalwata kif deskritt fit-taqsima A.4.4.4.2 filwaqt li jintużaw it-tabelli tad-DQR speċifiċi għall-PEFCR.

Sitwazzjoni 1/ Għażla 2

Għall-proċessi mhux l-aktar rilevanti biss, jekk l-utent jiddeċiedi li jimmudella l-proċess mingħajr ma jiġbor data speċifika għall-kumpanija, f’dak il-każ l-utent għandu japplika s-sett tad-data sekondarju elenkat fil-PEFCR flimkien mal-valuri prestabbiliti tad-DQR tiegħu elenkati fil-PEFCR.

Jekk is-sett tad-data prestabbilit li għandu jintuża għall-proċess ma jkunx elenkat fil-PEFCR, l-utent tal-PEFCR għandu jieħu l-valuri tad-DQR mill-metadata tad-sett tad-data oriġinali.

A.4.4.4.6.    Sitwazzjoni 2 tad-DNM

Jekk proċess ikun fis-sitwazzjoni 2 (jiġifieri l-utent tal-PEFCR ma jkunx qed imexxi l-proċess iżda jkollu aċċess għal data speċifika għall-kumpanija), hemm tliet għażliet possibbli:

— 
L-utent tal-PEFCR ikollu aċċess għal informazzjoni estensiva speċifika għall-fornitur u jrid joħloq sett tad-data ġdid konformi mal-EF (l-Għażla 1);
— 
L-utent tal-PEFCR ikollu xi informazzjoni speċifika għall-fornitur u jrid jagħmel xi bidliet minimi (l-Għażla 2);
— 
Il-proċess ma jkunx fil-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti, il-kumpanija xorta trid tagħmel xi bidliet minimi (l-Għażla 3).

Sitwazzjoni 2/ Għażla 1

Għall-proċessi kollha mhux immexxija mill-kumpanija u fejn l-utent tal-PEFCR japplika data speċifika għall-kumpanija. Id-DQR tas-sett tad-data żviluppat ġdid għandu jiġi evalwat kif deskritt fit-taqsima 4.6.5.2 tal-Anness I filwaqt li jintużaw it-tabelli tad-DQR speċifiċi għall-PEFCR.

Sitwazzjoni 2/ Għażla 2

L-utent tal-PEFCR japplika data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija għat-trasport u jissostitwixxi s-sottoproċessi użati għat-taħlita tal-elettriku u t-trasport b’settijiet tad-data konformi mal-EF speċifiċi għall-katina tal-provvista billi jibda mis-sett tad-data sekondarju prestabbilit ipprovdut fil-PEFCR.

Jekk jogħġbok innota li l-PEFCR telenka l-ismijiet kollha tas-settijiet tad-data flimkien mal-UUID tas-sett tad-data aggregat tagħhom. Għal din is-sitwazzjoni, hija meħtieġa l-verżjoni diżaggregata tas-sett tad-data.

Għall-proċessi l-aktar rilevanti, l-utent tal-PEFCR għandu jagħmel id-DQR speċifika għall-kuntest billi jevalwa mill-ġdid it-TeR u t-TiR bl-użu tat-tabella/i pprovduti fil-PEFCR (adattati mit-Tabella 24 tal-Anness I). Il-kriterji GeR għandhom jitnaqqsu bi 30 % ( 96 ) u l-kriterji P għandhom iżommu l-valur oriġinali.

Sitwazzjoni 2/ Għażla 3

L-utent tal-PEFCR japplika data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija għat-trasport u jissostitwixxi s-sottoproċessi użati għat-taħlita tal-elettriku u t-trasport b’settijiet tad-data konformi mal-EF speċifiċi għall-katina tal-provvista billi jibda mis-sett tad-data sekondarju prestabbilit ipprovdut fil-PEFCR.

Jekk jogħġbok innota li l-PEFCR telenka l-ismijiet kollha tas-settijiet tad-data flimkien mal-UUID tas-sett tad-data aggregat tagħhom. Għal din is-sitwazzjoni, hija meħtieġa l-verżjoni diżaggregata tas-sett tad-data.

F’dan il-każ, l-utent tal-PEFCR għandu japplika l-valuri prestabbiliti tad-DQR. Jekk is-sett tad-data prestabbilit li għandu jintuża għall-proċess ma jkunx elenkat fil-PEFCR, l-utent tal-PEFCR għandu jieħu l-valuri tad-DQR mis-sett tad-data oriġinali.

A.4.4.4.7.    Sitwazzjoni 3 tad-DNM

Jekk proċess ikun fis-sitwazzjoni 3 (jiġifieri l-kumpanija li tuża l-PEFCR ma tkunx qed tmexxi l-proċess u din il-kumpanija ma jkollhiex aċċess għal data speċifika għall-kumpanija), hemm żewġ għażliet possibbli:

— 
Ikun fil-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti (is-sitwazzjoni 3, l-għażla 1);
— 
Ma jkunx fil-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti (is-sitwazzjoni 3, l-għażla 2).

Sitwazzjoni 3/ Għażla 1

F’dan il-każ, l-utent tal-PEFCR għandu jagħmel id-DQR speċifika għall-kuntest billi jevalwa mill-ġdid it-TeR, it-TiR u l-GeR bl-użu tat-tabella/i pprovduti fil-PEFCR (adattati mit-Tabella 24 tal-Anness I). Il-kriterju P għandu jżomm il-valur oriġinali.

Sitwazzjoni 3/ Għażla 2

L-utent tal-PEFCR għandu japplika s-sett tad-data sekondarju korrispondenti elenkat fil-PEFCR flimkien mal-valuri tad-DQR tiegħu. Jekk is-sett tad-data prestabbilit li għandu jintuża għall-proċess ma jkunx elenkat fil-PEFCR, l-utent tal-PEFCR għandu jieħu l-valuri tad-DQR mis-sett tad-data oriġinali.

A.4.4.4.8.    DQR ta’ studju dwar il-PEF

Il-PEFCR għandha tirrikjedi l-konsenja ta’ sett tad-data konformi mal-EF tal-prodott fl-ambitu (jiġifieri, l-istudju dwar il-PEF). Id-DQR ta’ dan is-sett tad-data għandha tiġi kkalkolata u r-rapport dwar il-PEF għandu jirrapportaha. Biex tiġi kkalkolata d-DQR tal-istudju dwar il-PEF, il-PEFCR għandha tispeċifika li l-utent tal-PEFCR għandu jsegwi r-regoli tal-kalkolu tad-DQR tat-taqsima 4.6.5.8 tal-Anness I.

A.5.    Riżultati tal-PEF

A.5.1.    Parametru referenzjarju

Il-parametru referenzjarju għandu jiġi pprovdut għal kull RP u għandu jikkorrispondi għall-profil tal-PEF tat-tieni PEF-RP immudellat wara li jitqiesu r-riżultati tal-istudji ta’ sostenn.

Il-PEFCR għandha tipprovdi r-riżultati tal-parametru referenzjarju għal kull RP bħala riżultati kkaratterizzati, normalizzati u ponderati għal kull waħda mill-kategoriji tal-impatt tal-EF (mhux biss dawk l-aktar rilevanti) u bħala punteġġ globali uniku bbażat fuq il-fatturi ta’ ponderazzjoni pprovduti fit-taqsima 5.2.2 tal-Anness I, kull wieħed f’tabella differenti. Għandhom jiġu pprovduti r-riżultati għal (i) iċ-ċiklu tal-ħajja totali, u (ii) iċ-ċiklu tal-ħajja totali eskluż l-istadju tal-użu.

Il-parametraġġ referenzjarju jista’ jiġi eskluż għall-prodotti intermedji. Ir-rapportar tar-riżultati kkaratterizzati, normalizzati u ponderati kkalkulati għal kull RP intermedju huwa fakultattiv fil-PEFCR, iżda obbligatorju fl-istudju dwar il-PEF u fir-rapport dwar il-PEF.

A.5.2.    Klassijiet ta’ prestazzjoni

L-identifikazzjoni tal-klassijiet ta’ prestazzjoni ma hijiex obbligatorja. Kull Segretarjat Tekniku huwa liberu li jiddefinixxi metodu biex jidentifika l-klassijiet ta’ prestazzjoni, f’każ li jqis li dan ikun xieraq u rilevanti. Il-proċedura deskritta hawn taħt hija pprovduta biss bħala eżempju.

F’din il-proċedura, huma identifikati 5 klassijiet ta’ prestazzjoni, mill-kategorija A li hija l-aħjar klassi bl-anqas impatt ambjentali, sal-kategorija E li hija l-agħar klassi bl-ogħla impatt. Il-klassijiet ta’ prestazzjoni huma identifikati fil-livell tal-punteġġ globali uniku tas-16-il kategorija tal-impatt tal-EF (ara t-taqsima 5.2.2 tal-Anness I).

L-ewwel, il-punteġġ globali uniku tal-prodott rappreżentattiv (BM, ikkalkolat mit-tieni PEF-RP) jirrappreżenta l-punt tan-nofs tal-klassi C.

It-tieni, il-limitu superjuri u l-limitu inferjuri tal-kategorija A l-aktar baxxa u tal-ogħla kategorija E huma identifikati permezz ta’ analiżi tas-sensittività fuq il-mudell tal-RP (fuq kull prodott rappreżentattiv jekk ikun hemm diversi). L-analiżi tas-sensittività se tidentifika l-parametri l-aktar rilevanti li jikkontribwixxu għall-punteġġ globali uniku. Ladarba jiġu identifikati dawn il-parametri, abbażi tad-data tal-industrija pprovduta mill-membri tas-Segretarjat Tekniku, jiġi identifikat l-aħjar prodott teoretiku (ikkalkulat billi jiġi assenjat l-aħjar valur teknikament fattibbli għal kull parametru) u l-agħar prodott teoretiku (ikkalkulat billi jiġi assenjat l-agħar valur tekniku għal kull parametru). Dawn jgħinu biex jiġu definiti l-limitu superjuri tal-kategorija A (OS-BP) u l-limitu inferjuri tal-kategorija E (OS-WP).

Ladarba jiġu identifikati ż-żewġ estremitajiet u l-punt tan-nofs tal-klassi C, il-limiti li jifdal tal-kategoriji differenti jiġu identifikati skont it-tabella ta’ hawn taħt:

Tabella NN-9

Stabbiliment tal-limiti tal-klassijiet ta’ prestazzjoni

Kategorija

Klassi tal-limiti tal-prestazzjoni

A

OS < BP+(BM-BP)*0,30

B

BP+(BM-BP)*0,30 ≤ OS < BP+(BM-BP)*0,85

Z

BP+(BM-BP)*0,85 ≤ OS < WP+(BM-WP)*0,85

D

WP+(BM-WP)*0,85 ≤ OS < WP+(BM-WP)*0,30

E

OS ≥ WP+(BM-WP)*0,30

fejn OS-BP huwa l-punteġġ globali uniku tal-aħjar prodott, OS-WP huwa l-punteġġ globali uniku tal-agħar prodott, BM huwa l-punteġġ globali uniku tal-prodott rappreżentattiv (valur referenzjarju), OS huwa l-punteġġ globali uniku ta’ prodott speċifiku kkalkolat abbażi ta’ studju dwar il-PEF imwettaq f’konformità mal-PEFCR.

Illustrazzjoni M-3

Klassijiet ta’ prestazzjoni tal-PEF

image

A.6.    Interpretazzjoni tar-riżultati tal-Impronta Ambjentali tal-Prodotti

A.6.1.    Identifikazzjoni tal-hotspots

L-identifikazzjoni tal-kategoriji tal-impatt, l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi, il-flussi elementari diretti, il-parametru referenzjarju u l-klassijiet ta’ prestazzjoni l-aktar rilevanti għandha tkun ibbażata fuq l-ewwel u t-tieni studju dwar il-PEF-RP. It-tieni studju dwar il-PEF-RP jiddetermina l-identifikazzjoni li se tkun meħtieġa fil-PEFCR. L-identifikazzjoni tal-proċessi u l-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti għandha rwol ewlieni fil-proċess biex jiġu identifikati r-rekwiżiti relatati mad-data (ara t-taqsimiet preċedenti dwar ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-data għal aktar informazzjoni).

A.6.1.1.    Proċedura biex jiġu identifikati l-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti

L-identifikazzjoni tal-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti għandha ssegwi r-rekwiżiti fit-taqsima 6.3.1 tal-Anness I. Il-PEFCR tista’ żżid aktar kategoriji tal-impatt mal-lista ta’ dawk l-aktar rilevanti iżda ma għandha titħassar l-ebda waħda.

A.6.1.2.    Proċedura biex jiġu identifikati l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti

L-identifikazzjoni tal-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti għandha ssegwi r-rekwiżiti fit-taqsima 6.3.2 tal-Anness I. Is-Segretarjat Tekniku jista’ jiddeċiedi li jaqsam jew iżid stadji addizzjonali taċ-ċiklu tal-ħajja jekk ikun hemm raġunijiet tajbin għal dan. Dan għandu jiġi ġġustifikat fil-PEFCR. Eż., l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja “Akkwist u ipproċessar minn qabel tal-materja prima” jista’ jinqasam f’“Akkwist tal-materja prima”, “ipproċessar minn qabel”, u “trasport mill-fornitur tal-materja prima”.

A.6.1.3.    Proċedura biex jiġu identifikati l-proċessi l-aktar rilevanti

L-identifikazzjoni tal-proċessi l-aktar rilevanti għandha ssegwi r-rekwiżiti fit-taqsima 6.3.3 tal-Anness I. Il-PEFCR tista’ żżid aktar proċessi mal-lista ta’ dawk l-aktar rilevanti iżda ma għandu jitħassar l-ebda wieħed.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, is-settijiet tad-data aggregati vertikalment jistgħu jiġu identifikati bħala li jirrappreżentaw il-proċessi rilevanti. F’każijiet bħal dawn, jista’ ma jkunx ovvju liema proċess ikun responsabbli biex jikkontribwixxi għal kategorija tal-impatt. Is-Segretarjat Tekniku jista’ jiddeċiedi jekk ifittixx aktar data diżaggregata jew li jittratta s-sett tad-data aggregat bħala proċess għall-finijiet tal-identifikazzjoni tar-rilevanza.

A.6.1.4.    Proċedura biex jiġu identifikati l-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti

L-identifikazzjoni tal-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti għandha ssegwi r-rekwiżiti fit-taqsima 6.3.4 tal-Anness I. Is-Segretarjat Tekniku jista’ jżid aktar flussi elementari mal-lista ta’ dawk l-aktar rilevanti iżda ma għandu jitħassar l-ebda wieħed. Għal kull proċess l-aktar rilevanti, l-identifikazzjoni tal-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti hija importanti biex jiġi definit liema emissjonijiet diretti jew użu tar-riżorsi jenħtieġ li jintalbu bħala data speċifika għall-kumpanija (jiġifieri l-flussi elementari ewlenin fil-proċessi elenkati fil-PEFCR bħala data obbligatorja speċifika għall-kumpanija).

A.7.    Rapporti dwar l-impronta ambjentali tal-prodotti

Ir-rekwiżiti ġenerali rigward ir-rapporti dwar il-PEF huma disponibbli fl-Anness I (it-taqsima 8). Kwalunkwe studju dwar il-PEF (inklużi l-istudji dwar il-PEF-RP u l-istudji ta’ sostenn) għandu jinkludi rapport dwar il-PEF. Rapport dwar il-PEF jipprovdi rendikont rilevanti, komprensiv, konsistenti, preċiż u trasparenti tal-istudju u tal-impatti ambjentali kkalkulati assoċjati mal-prodott.

Mudell tar-rapport dwar il-PEF huwa disponibbli fil-parti E ta’ dan l-anness. Il-mudell jinkludi l-informazzjoni dettaljata li għandha tiġi pprovduta f’rapport dwar il-PEF. Is-Segretarjat Tekniku jista’ jiddeċiedi li jitlob li tingħata aktar informazzjoni fir-rapport dwar il-PEF, flimkien ma’ dawk elenkati fil-parti E ta’ dan l-Anness.

A.8.    Verifika u validazzjoni tal-istudji, ir-rapporti u l-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-PEF

A.8.1.    Definizzjoni tal-ambitu tal-verifika

Il-verifika tal-istudju dwar il-PEF għandha tiżgura li l-istudju dwar il-PEF jitwettaq f’konformità mal-PEFCR li jirreferi għaliha.

A.8.2.    Verifikatur(i)

Għandha tiġi garantita l-indipendenza tal-verifikaturi (jiġifieri huma għandhom jissodisfaw l-intenzjonijiet fir-rekwiżiti tal-EN ISO/IEC 17020:2012 fir-rigward ta’ verifikatur ta’ parti terza, ma għandux ikollhom kunflitti ta’ interess dwar il-prodotti kkonċernati u ma jistgħux jinkludu membri tas-Segretarjat Tekniku jew tal-konsulenti involuti fil-parti preċedenti tal-ħidma - studji dwar il-PEF-RP, studji ta’ sostenn, rieżami tal-PEFCR, eċċ.).

A.8.3.    Rekwiżiti ta’ verifika/validazzjoni: rekwiżiti għall-verifika/validazzjoni meta tkun disponibbli PEFCR

Il-verifikatur għandu jivverifika li r-rapport dwar il-PEF, il-komunikazzjoni dwar il-PEF (jekk ikun hemm) u l-istudju dwar il-PEF ikunu konformi mad-dokumenti li ġejjin:

(a) 

l-aktar verżjoni reċenti tal-PEFCR applikabbli għall-prodott speċifiku fl-ambitu;

(b) 

il-konformità mal-Anness I.

Il-verifika u l-validazzjoni tal-istudju dwar il-PEF għandhom jitwettqu skont ir-rekwiżiti minimi elenkati fit-taqsimiet 8.4.1 tal-Anness I u t-taqsima A.2.3 ta’ dan l-anness u r-rekwiżiti addizzjonali speċifiċi għall-PEFCR speċifikati mis-Segretarjat Tekniku u dokumentati fit-taqsima “Verifika” tal-PEFCR.

A.8.3.1    Rekwiżiti minimi għall-verifika u l-validazzjoni tal-istudju dwar il-PEF

Minbarra r-rekwiżiti speċifikati fil-metodu tal-PEF, għall-proċessi kollha użati fl-istudju dwar il-PEF li għandhom jiġu vvalidati, il-verifikatur għandu jivverifika jekk id-DQR tissodisfax id-DQR minima kif speċifikat fil-PEFCR.

Il-PEFCR tista’ tispeċifika rekwiżiti addizzjonali għall-validazzjoni li għandhom jiżdiedu mar-rekwiżiti minimi ddikjarati f’dan id-dokument. Il-verifikatur għandu jivverifika li r-rekwiżiti minimi u addizzjonali kollha jiġu ssodisfati matul il-proċess ta’ verifika.

A.8.3.2.    Tekniki ta’ verifika u ta’ validazzjoni

Minbarra r-rekwiżiti speċifikati fil-metodu tal-PEF, il-verifikatur għandu jivverifika jekk il-proċeduri ta’ kampjunar applikati jkunux f’konformità mal-proċedura ta’ kampjunar definita fil-PEFCR. Id-data rrapportata għandha tiġi vverifikata mad-dokumentazzjoni tas-sors sabiex tiġi vverifikata l-konsistenza tagħha.

A.8.3.3.    Kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni

Minbarra r-rekwiżiti speċifikati fil-metodu tal-PEF (it-taqsima 8.5.2 tal-Anness I), għandu jiġi inkluż l-element li ġej fid-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni: in-nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess tal-verifikatur(i) fir-rigward tal-prodotti kkonċernati u kwalunkwe involviment f’ħidma preċedenti (żvilupp ta’ PEFCR, studji dwar il-PEF-RP, studji ta’ sostenn, sħubija fis-Segretarjat Tekniku u xogħol ta’ konsulenza mwettaq għall-utent tal-PEFCR matul l-aħħar tliet snin).

PARTI B:

MUDELL TAL-PEFCR

Nota: it-test inkluż fil-korsiv f’kull taqsima ma għandux jiġi mmodifikat meta tiġi abbozzata l-PEFCR, ħlief għar-referenzi għat-tabelli, l-illustrazzjonijiet u l-ekwazzjonijiet. Ir-referenzi għandhom jiġu riveduti u llinkjati b’mod korrett. Jista’ jiżdied aktar test jekk ikun rilevanti.

F’każ ta’ rekwiżiti kunfliġġenti bejn dawk f’dan l-Anness u l-Anness I, jipprevalu dawn tal-aħħar

It-test inkluż fi [] huma struzzjonijiet għall-iżviluppaturi tal-PEFCR.

L-ordni tat-taqsimiet u t-titoli tagħhom ma għandhomx jiġu mmodifikati.

[L-ewwel paġna għandha tinkludi mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:

— 
Il-kategorija tal-prodott li għaliha l-PEFCR tkun valida
— 
In-numru tal-verżjoni
— 
Id-data tal-pubblikazzjoni
— 
Il-validità taż-żmien]

Werrej

Akronimi

[Elenka f’din it-taqsima l-akronimi kollha użati fil-PEFCR. Dawk li diġà huma inklużi fl-Anness I jew fil-parti A tal-Anness II għandhom jiġu kkupjati fil-forma oriġinali tagħhom. L-akronimi għandhom jiġu pprovduti f’ordni alfabetiku.]

Definizzjonijiet

[Elenka f’din it-taqsima d-definizzjonijiet kollha li huma rilevanti għall-PEFCR. Dawk li diġà huma inklużi fl-Anness I jew fil-parti A tal-Anness II għandhom jiġu kkupjati fil-forma oriġinali tagħhom. Id-definizzjonijiet għandhom jiġu pprovduti f’ordni alfabetiku.]

B.1.    Introduzzjoni

Il-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodotti (PEF) jipprovdi regoli tekniċi dettaljati u komprensivi dwar kif għandhom jitwettqu studji dwar il-PEF li jkunu aktar riproduċibbli, konsistenti, robusti, verifikabbli u komparabbli. Ir-riżultati tal-istudji dwar il-PEF huma l-bażi għall-għoti ta’ informazzjoni dwar l-EF u jistgħu jintużaw f’għadd divers ta’ oqsma potenzjali ta’ applikazzjonijiet, inklużi l-ġestjoni interna u l-parteċipazzjoni fi programmi volontarji jew obbligatorji.

Għar-rekwiżiti kollha mhux speċifikati f’din ir-Regola tal-Kategorija marbuta mal-Impronta Ambjentali tal-Prodott (PEFCR), l-utent tal-PEFCR għandu jirreferi għad-dokumenti li din il-PEFCR hija konformi magħhom (ara t-taqsima B.7).

Il-konformità ma’ din il-PEFCR hija fakultattiva għall-applikazzjonijiet interni tal-PEF, filwaqt li hija obbligatorja kull meta r-riżultati ta’ studju dwar il-PEF jew kwalunkwe kontenut tiegħu jkunu maħsuba li jiġu kkomunikati.

Terminoloġija: għandu, jenħtieġ li u jista’

Din il-PEFCR tuża terminoloġija preċiża biex tindika r-rekwiżiti, ir-rakkomandazzjonijiet u l-għażliet li jistgħu jintgħażlu meta jitwettaq studju dwar il-PEF.

It-terminu “għandu” jintuża biex jindika x’inhu meħtieġ sabiex studju dwar il-PEF ikun konformi ma’ din il-PEFCR.

It-terminu “jenħtieġ” jintuża biex jindika rakkomandazzjoni pjuttost milli rekwiżit. Kwalunkwe devjazzjoni minn rekwiżit li jinkludi l-verb “jenħtieġ li” trid tiġi ġġustifikata meta jiġi żviluppat l-istudju dwar il-PEF u ssir trasparenti.

It-terminu “jista’” jintuża biex jindika għażla li hija permissibbli. Kull meta jkunu disponibbli għażliet, l-istudju dwar il-PEF għandu jinkludi argumentazzjoni adegwata biex tiġi ġġustifikata l-għażla magħżula.

B.2.    Informazzjoni Ġenerali dwar il-PEFCR

B.2.1.    Segretarjat Tekniku

[Għandha tiġi pprovduta l-lista tal-organizzazzjonijiet fis-Segretarjat Tekniku fiż-żmien tal-approvazzjoni tal-PEFCR finali. Għal kull waħda, għandu jiġi rrapportat it-tip ta’ organizzazzjoni (industrija, akkademja, NGO, konsulent, eċċ.), kif ukoll id-data tal-bidu tal-parteċipazzjoni. Is-Segretarjat Tekniku jista’ jiddeċiedi li jinkludi wkoll l-ismijiet tal-membri tal-persuni involuti għal kull organizzazzjoni]

L-isem tal-organizzazzjoni

It-tip ta’ organizzazzjoni

L-isem tal-membri (mhux obbligatorju)

B.2.2.    Konsultazzjonijiet u partijiet ikkonċernati

[Għal kull konsultazzjoni pubblika, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni li ġejja:

— 
Id-data tal-ftuħ u tal-għeluq tal-konsultazzjoni pubblika
— 
L-għadd ta’ kummenti riċevuti
— 
L-ismijiet tal-organizzazzjonijiet li pprovdew kummenti
— 
Link għall-pjattaforma online]

B.2.3.    Il-bord ta’ rieżami u r-rekwiżiti ta’ rieżami tal-PEFCR

[Din it-taqsima għandha tinkludi l-ismijiet u l-affiljazzjonijiet tal-membri tal-bord ta’ rieżami. Għandu jiġi identifikat il-membru li jkun qed jippresiedi l-bord ta’ rieżami.]

L-isem tal-membru

Affiljazzjoni

Rwol

L-eżaminaturi jkunu vverifikaw li r-rekwiżiti li ġejjin huma ssodisfati:

(a) 

Il-PEFCR tkun ġiet żviluppata f’konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Anness I u fl-Anness II;

(b) 

Il-PEFCR tappoġġa l-ħolqien ta’ profili tal-PEF kredibbli, rilevanti u konsistenti;

(c) 

L-ambitu tal-PEFCR u l-prodotti rappreżentattivi jkunu definiti adegwatament;

(d) 

L-unità funzjonali, ir-regoli tal-allokazzjoni u tal-kalkolu jkunu adegwati għall-kategorija tal-prodott li jkun qed jiġi kkunsidrat;

(e) 

Is-settijiet tad-data użati fil-PEF-RP u fl-istudji ta’ sostenn ikunu rilevanti, rappreżentattivi, affidabbli, u konformi mar-rekwiżiti tal-kwalità tad-data;

(f) 

L-informazzjoni ambjentali u teknika addizzjonali magħżula tkun xierqa għall-kategorija ta’ prodotti li tkun qed tiġi kkunsidrata u l-għażla ssir f’konformità mar-rekwiżiti ddikjarati fl-Anness I,

(g) 

Il-mudell tal-RP u l-parametru referenzjarju korrispondenti (jekk applikabbli) jirrappreżentaw b’mod korrett il-kategorija jew is-subkategorija tal-prodott;

(h) 

Il-mudelli tal-RP, diżaggregati f’konformità mal-PEFCR u aggregati fil-format tal-ILCD, ikunu konformi mal-EF skont ir-regoli disponibbli minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml;

(i) 

Il-mudell tal-RP fil-verżjoni excel korrispondenti tiegħu jkun konformi mar-regoli deskritti fit-taqsima A.2.3 tal-Anness II;

(j) 

Il-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data tkun implimentata b’mod korrett;

(k) 

Il-klassijiet ta’ prestazzjoni, jekk identifikati, ikunu xierqa għall-kategorija tal-prodott.

[Is-Segretarjat Tekniku jista’ jżid kriterji ta’ rieżami addizzjonali kif xieraq]

Ir-rapporti ta’ rieżami pubbliċi huma pprovduti fl-Anness 3 ta’ din il-PEFCR.

[Il-bord ta’ rieżami għandu jipproduċi: i) rapport ta’ rieżami pubbliku għal kull PEF-RP, ii) rapport ta’ rieżami pubbliku għall-PEFCR finali].

B.2.4.    Dikjarazzjoni ta’ rieżami

Din il-PEFCR ġiet żviluppata f’konformità mal-Metodu tal-PEF adottat mill-Kummissjoni fi [indika d-data tal-approvazzjoni tal-aħħar verżjoni disponibbli].

Il-prodott(i) rappreżentattiv(i) jiddeskrivu b’mod korrett il-prodott(i) medju/medji mibjugħa fl-Ewropa (UE+EFTA) għall-kategorija/subkategorija ta’ prodotti fl-ambitu ta’ din il-PEFCR.

L-istudji dwar il-PEF imwettqa f’konformità ma’ din il-PEFCR iwasslu b’mod raġonevoli għal riżultati riproduċibbli u l-informazzjoni inkluża fihom tista’ tintuża biex isiru tqabbil u dikjarazzjonijiet komparattivi fil-kundizzjonijiet preskritti (ara t-taqsima dwar il-limitazzjonijiet). [l-aħħar parti ta’ din id-dikjarazzjoni għandha titħassar f’każ li l-PEFCR tkun għal prodott(i) intermedju(i)].

[Id-dikjarazzjoni ta’ rieżami għandha timtela mill-eżaminatur.]

B.2.5.    Validità ġeografika

Din l-PEFCR hija valida għall-prodotti fl-ambitu li jinbiegħu jew jiġu kkunsmati fl-Unjoni Ewropea + l-EFTA.

Kull studju dwar il-PEF għandu jelenka l-validità ġeografika tiegħu billi jelenka l-pajjiżi kollha fejn il-prodott li jkun is-suġġett tal-istudju dwar il-PEF jiġi kkunsmat/mibjugħ bis-sehem relattiv mis-suq. F’każ li l-informazzjoni dwar is-suq għall-prodott speċifiku li jkun is-suġġett tal-istudju ma tkunx disponibbli, l-Ewropa+l-EFTA għandhom jitqiesu bħala s-suq prestabbilit, b’sehem mis-suq ugwali għal kull pajjiż.

B.2.6.    Lingwa

Il-PEFCR hija miktuba bl-Ingliż. L-oriġinal bl-Ingliż jieħu post il-verżjonijiet tradotti f’każ ta’ kunflitti.

B.2.7.    Konformità ma’ dokumenti oħra

Din il-PEFCR tħejjiet f’konformità mad-dokumenti li ġejjin (f’ordni prevalenti):

Il-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodotti (PEF)

….

[Il-PEFCR għandha telenka dokumenti addizzjonali, jekk ikun hemm, li l-PEFCR tkun konformi magħhom.]

B.3.    Ambitu tal-PEFCR

[Din it-taqsima għandha i) tinkludi deskrizzjoni tal-ambitu tal-PEFCR, ii) telenka u tiddeskrivi s-subkategoriji inklużi fil-PEFCR (jekk ikun hemm), tiddeskrivi l-prodott(i) fl-ambitu u l-prestazzjoni teknika]

B.3.1.    Klassifikazzjoni tal-prodotti

Il-kodiċijiet tal-KPA għall-prodotti inklużi f’din il-PEFCR huma:

[Abbażi tal-kategorija/subkategorija ta’ prodotti, ipprovdi l-Klassifikazzjoni korrispondenti tal-Prodotti skont l-Attività (KPA) (abbażi tal-aħħar verżjoni tal-lista tal-KPA disponibbli). Fejn jiġu definiti diversi rotot ta’ produzzjoni għal prodotti simili bl-użu ta’ KPA alternattivi, il-PEFCR għandha takkomoda dawn il-KPA kollha. Identifika s-subkategoriji li ma jkunux koperti mill-KPA, jekk ikun hemm.]

B.3.2.    Prodott(i) rappreżentattiv(i)

[Il-PEFCR għandha tinkludi deskrizzjoni tal-prodott(i) rappreżentattiv(i) u kif ġie derivat. F’Anness għall-PEFCR, is-Segretarjat Tekniku għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-passi kollha meħuda biex jiġi definit il-“mudell” tal-RP u jirrapporta l-informazzjoni miġbura].

L-istudju dwar il-PEF tal-prodott(i) rappreżentattiv(i) (PEF-RP) huwa disponibbli fuq talba lill-koordinatur tat-TS li għandu r-responsabbiltà li jqassmu b’dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà adegwata dwar il-limitazzjonijiet tiegħu.

B.3.3.    L-unità funzjonali u l-fluss ta’ referenza

L-unità funzjonali (FU) hija ... [għandha timtela].

It-Tabella B. 1 tiddefinixxi l-aspetti ewlenin użati għad-definizzjoni tal-FU

Tabella B. 1.

Aspetti ewlenin tal-FU

Xiex?

[għandha timtela. Innota li f’każ li l-PEFCR tuża t-terminu “partijiet li ma jittiklux” għandha tiġi pprovduta definizzjoni mit-TS]

Kemm?

[għandha timtela]

[Kemm hija tajba?]

[għandha timtela]

Għal kemm żmien?

[għandha timtela]

Il-fluss ta’ referenza huwa l-ammont ta’ prodott meħtieġ biex tiġi ssodisfata l-funzjoni definita u għandu jitkejjel fi ... [imla l-unitajiet]. Id-data kwantitattiva kollha dwar l-input u l-output miġbura fl-istudju għandha tiġi kkalkulata fir-rigward ta’ dan il-fluss ta’ referenza.

[Il-PEFCR għandha tiddeskrivi (i) kif kull aspett tal-unità funzjonali jaffettwa l-impronta ambjentali tal-prodott, (ii) kif għandu jiġi inkluż dan l-effett fil-kalkoli tal-EF u (iii) kif għandu jiġi kkalkolat fluss ta’ referenza ( 97 ) xieraq. Barra minn hekk, il-PEFCR għandha tispjega u tiddokumenta kwalunkwe ommissjoni tal-funzjonijiet tal-prodott fid-definizzjoni tal-unità funzjonali u tiġġustifika għaliex. F’każ li jkunu meħtieġa parametri tal-kalkolu, il-PEFCR għandha tipprovdi valuri prestabbiliti jew għandha titlob dawn il-parametri fil-lista ta’ informazzjoni obbligatorja speċifika għall-kumpanija. Għandu jiġi pprovdut eżempju ta’ kalkolu].

B.3.4.    Limitu tas-sistema

[Din it-taqsima għandha tinkludi dijagramma tas-sistema li tindika b’mod ċar il-proċessi u l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja li huma inklużi fil-kategorija/subkategorija ta’ prodotti. Għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċessi u tal-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja. Id-dijagramma għandha tinkludi indikazzjoni tal-proċessi li għalihom tkun meħtieġa data speċifika għall-kumpanija u tal-proċessi esklużi mil-limitu tas-sistema.]

L-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja u l-proċessi li ġejjin għandhom jiġu inklużi fil-limitu tas-sistema:

Tabella B. 2.

Stadji taċ-ċiklu tal-ħajja

Stadju taċ-ċiklu tal-ħajja

Deskrizzjoni qasira tal-proċessi inklużi

Skont din il-PEFCR, il-proċessi li ġejjin jistgħu jiġu esklużi abbażi tar-regola ta’ limitu: [inkludi l-lista ta’ proċessi li għandhom jiġu esklużi abbażi tar-regola ta’ limitu]. Ma huwa permess l-ebda limitu addizzjonali. JEW Skont din il-PEFCR, ma japplika l-ebda limitu.

Kull studju dwar il-PEF li jsir f’konformità ma’ din il-PEFCR għandu jipprovdi fl-istudju dwar il-PEF dijagramma li tindika l-attivitajiet li jaqgħu fis-sitwazzjoni 1, 2 jew 3 tal-matriċi tal-ħtiġijiet tad-data.

B.3.5.    Lista tal-kategoriji tal-impatt tal-EF

Kull studju dwar il-PEF imwettaq f’konformità ma’ din il-PEFCR għandu jikkalkula l-profil tal-PEF, inklużi l-kategoriji kollha tal-impatt tal-EF elenkati fit-Tabella ta’ hawn taħt. [Is-Segretarjat Tekniku għandu jindika fit-tabella jekk is-subkategoriji għat-tibdil fil-klima għandhomx jiġu kkalkolati separatament. F’każ li ma tiġix irrapportata subkategorija waħda jew iż-żewġ subkategoriji, is-Segretarjat Tekniku għandu jinkludi nota f’qiegħ il-paġna li tispjega r-raġunijiet, eż.: “Is-subindikaturi “Tibdil fil-klima – bijoġeniku” u “Tibdil fil-klima - użu tal-art u trasformazzjoni tal-art” ma għandhomx jiġu rrapportati separatament minħabba li l-kontribut tagħhom għall-impatt totali fuq it-tibdil fil-klima, abbażi tar-riżultati tal-parametru referenzjarju, huwa anqas minn 5 % kull wieħed.”]

Tabella B. 3.

Lista tal-kategoriji tal-impatt li għandhom jintużaw biex jiġi kkalkolat il-profil tal-PEF

Kategorija tal-Impatt tal-EF

Indikatur tal-kategorija tal-Impatt

Unità

Mudell ta’ karatterizzazzjoni

Robustezza

Tibdil fil-klima, total (1)

Potenzjal ta’ tisħin globali (GWP100)

kg CO2 eq

Mudell ta’ Bern - Potenzjal ta’ Tisħin Globali (GWP) fuq perjodu ta’ żmien ta’ 100 sena (ibbażat fuq l-IPCC 2013)

I

Tnaqqis tal-ożonu

Potenzjal li Jnaqqas l-Ożonu (ODP)

kg CFC-11 eq

Il-mudell tal-EDIP ibbażat fuq l-ODPs tal-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (WMO) fuq perjodu ta’ żmien infinit (WMO 2014 + integrazzjonijiet)

I

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem, effetti ta’ kanċer

Unità Tossika Komparattiva għall-bnedmin (CTUh)

CTUh

ibbażat fuq il-mudell USEtox2.1 (Fantke et al. 2017), adattat bħal f’Saouter et al., 2018

III

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem, effetti mhux ta’ kanċer

Unità Tossika Komparattiva għall-bnedmin (CTUh)

CTUh

ibbażat fuq il-mudell USEtox2.1 (Fantke et al. 2017), adattat bħal f’Saouter et al., 2018

III

Materja partikolata

Impatt fuq is-saħħa tal-bniedem

inċidenza ta’ mard

Mudell tal-PM (Fantke et al., 2016 fil-UNEP 2016)

I

Radjazzjoni jonizzanti, saħħa tal-bniedem

Effiċjenza tal-esponiment tal-bniedem relattiva għal U235

kBq U235 eq

Mudell tal-effett fuq is-saħħa tal-bniedem kif żviluppat minn Dreicer et al. 1995 (Frischknecht et al, 2000)

II

Formazzjoni fotokimika tal-ożonu, saħħa tal-bniedem

Żieda fil-konċentrazzjoni tal-ożonu troposferiku

kg NMVOC eq

Il-mudell LOTOS-EUROS (Van Zelm et al, 2008) kif applikat f’ReCiPe 2008

II

Aċidifikazzjoni

Skorriment Akkumulat (AE)

mol H+ eq

Skorriment Akkumulat (Seppälä et al. 2006, Posch et al, 2008)

II

Ewtrofikazzjoni, terrestri

Skorriment Akkumulat (AE)

mol N eq

Skorriment Akkumulat (Seppälä et al. 2006, Posch et al, 2008)

II

Ewtrofikazzjoni, ilma ħelu

Frazzjoni ta’ nutrijenti li jilħqu l-kompartiment finali tal-ilma ħelu (P)

kg P eq

Il-mudell EUTREND (Struijs et al, 2009) kif applikat f’ReCiPe

II

Ewtrofikazzjoni, baħar

Frazzjoni ta’ nutrijenti li jilħqu l-kompartiment finali tal-baħar (N)

kg N eq

Il-mudell EUTREND (Struijs et al, 2009) kif applikat f’ReCiPe

II

Ekotossiċità, ilma ħelu

Unità Tossika Komparattiva għall-ekosistemi (CTUe)

CTUe

ibbażat fuq il-mudell USEtox2.1 (Fantke et al. 2017), adattat bħal f’Saouter et al., 2018

III

Użu tal-art (2)

Indiċi tal-kwalità tal-ħamrija (3)

Mingħajr dimensjonijiet (pt)

Indiċi tal-kwalità tal-ħamrija bbażat fuq il-mudell LANCA (De Laurentiis et al. 2019) u fuq il-verżjoni 2.5 tal-LANCA CF (Horn u Maier, 2018)

III

Użu tal-ilma

Potenzjal ta’ privazzjoni tal-utent (konsum tal-ilma pponderat għall-privazzjoni)

m3 ekwivalenti ta’ ilma mċaħħad

Il-mudell ta’ Available WAter REmaining (AWARE) (Boulay et al., 2018; UNEP 2016)

III

Użu tar-riżorsi, minerali u metalli

Tnaqqis tar-riżorsi abijotiċi (riżervi finali tal-ADP)

kg Sb eq

van Oers et al., 2002 bħal fil-metodu tas-CML 2002, v.4.8

III

Użu tar-riżorsi, fossili

Tnaqqis tar-riżorsi abijotiċi – fjuwils fossili (ADP-fossili) (4)

MJ

van Oers et al., 2002 bħal fil-metodu tas-CML 2002, v.4.8

III

(1)   

L-indikatur “Tibdil fil-Klima, total” huwa magħmul minn tliet subindikaturi: Tibdil fil-Klima, fossili; Tibdil fil-Klima, bijoġeniku; Tibdil fil-Klima, użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art. Is-subindikaturi huma deskritti aktar fit-taqsima 4.4.10. Is-subkategoriji “Tibdil fil-klima – fossili”, “Tibdil fil-klima – bijoġeniku” u “Tibdil fil-klima - użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art”, għandhom jiġu rrappurtati separatament jekk juru kontribut ta’ aktar minn 5 % kull wieħed għall-punteġġ totali tat-tibdil fil-klima;

(2)   

Jirreferi għall-okkupazzjoni u t-trasformazzjoni

(3)   

Dan l-indiċi huwa r-riżultat tal-aggregazzjoni, imwettqa mill-JRC, ta’ 4 indikaturi (produzzjoni bijotika, reżistenza għall-erożjoni, filtrazzjoni mekkanika u riforniment tal-ilma ta’ taħt l-art) ipprovduti mill-mudell LANCA għall-valutazzjoni tal-impatti minħabba l-użu tal-art, kif irrappurtat f’De Laurentiis et al, 2019.

(4)   

Fil-lista tal-flussi tal-EF, u għar-rakkomandazzjoni attwali, l-Uranju huwa inkluż fil-lista tat-trasportaturi tal-enerġija, u jitkejjel f’MJ.

Il-lista sħiħa tal-fatturi ta’ normalizzazzjoni u tal-fatturi ta’ ponderazzjoni hija disponibbli fl-Anness 1 - Lista tal-fatturi ta’ normalizzazzjoni u tal-fatturi ta’ ponderazzjoni tal-EF.

Il-lista sħiħa tal-fatturi ta’ karatterizzazzjoni hija disponibbli f’din il-link http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml. [Is-Segretarjat Tekniku għandu jispeċifika l-pakkett ta’ referenza tal-EF li għandu jintuża.]

B.3.6.    Informazzjoni teknika addizzjonali

[Is-Segretarjat Tekniku għandu jelenka l-informazzjoni teknika addizzjonali li għandha tiġi rrapportata]:

— 

[Għall-prodotti intermedji:]

— 
Il-kontenut ta’ karbonju bijoġeniku fil-grada tal-fabbrika (kontenut fiżiku) għandu jiġi rrapportat. Jekk ikun derivat minn foresta indiġena, huwa għandu jirrapporta li l-emissjonijiet korrispondenti tal-karbonju għandhom jiġu mmudellati bil-fluss elementari “(tibdil fl-użu tal-art)”.
— 
Għandu jiġi rrapportat il-kontenut riċiklat (R1).
— 
Ir-riżultati b’valuri A speċifiċi għall-applikazzjoni għandhom jiġu rrapportati, jekk ikunu rilevanti.

B.3.7.    Informazzjoni ambjentali addizzjonali

[Speċifika liema informazzjoni ambjentali addizzjonali għandha/jenħtieġ li tiġi rrapportata (ipprovdi l-unitajiet). Evita, jekk ikun possibbli, l-użu ta’ jenħtieġ li. Agħmel referenza għall-metodi kollha użati għar-rappurtar ta’ informazzjoni addizzjonali.]

Il-bijodiversità hija meqjusa bħala rilevanti għal din il-PEFCR.

JEW

Il-bijodiversità ma hijiex meqjusa bħala rilevanti għal din il-PEFCR.

[Jekk il-bijodiversità tkun rilevanti, il-PEFCR għandha tiddeskrivi kif l-impatti fuq il-bijodiversità għandhom jiġu vvalutati mill-utent tal-PEFCR.]

B.3.8.    Limitazzjonijiet

[Din it-taqsima għandha tinkludi l-lista ta’ limitazzjonijiet li studju dwar il-PEF se jkollu, anki jekk jitwettaq f’konformità ma’ din il-PEFCR.]

B.3.8.1.    Tqabbil u dikjarazzjonijiet komparattivi

[Din it-taqsima għandha tinkludi l-kundizzjonijiet li fihom jista’ jsir tqabbil jew dikjarazzjoni komparattiva.]

B.4.    Il-kategoriji tal-impatt, l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi u l-flussi elementari l-aktar rilevanti

B.4.1.    Kategoriji tal-impatt tal-EF l-aktar rilevanti

[F’każ li l-PEFCR ma jkollha l-ebda subkategorija] Il-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti għall-kategorija ta’ prodotti fl-ambitu ta’ din il-PEFCR huma dawn li ġejjin:

— 
[elenka l-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti għal kull kategorija].

[F’każ li l-PEFCR ikollha subkategoriji] Il-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti għas-subkategorija [isem] fl-ambitu ta’ din il-PEFCR huma dawn li ġejjin:

— 
[elenka l-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti għal kull subkategorija].

B.4.2.    Stadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti

[F’każ li l-PEFCR ma jkollha l-ebda subkategorija] L-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti għall-kategorija ta’ prodotti fl-ambitu ta’ din il-PEFCR huma dawn li ġejjin:

— 
[elenka l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti għal kull subkategorija]

[F’każ li l-PEFCR ikollha subkategoriji] L-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti għas-subkategorija [isem] fl-ambitu ta’ din il-PEFCR huma dawn li ġejjin:

— 
[elenka l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti għal kull subkategorija]

B.4.3.    Proċessi l-aktar rilevanti

Il-proċessi l-aktar rilevanti għall-kategorija ta’ prodotti fl-ambitu ta’ din il-PEFCR huma dawn li ġejjin [din it-tabella għandha timtela abbażi tar-riżultati finali tal-istudji dwar il-PEF tal-prodott(i) rappreżentattiv(i). Ipprovdi tabella waħda għal kull subkategorija, jekk ikun xieraq.]

Tabella B. 4.

Lista tal-proċessi l-aktar rilevanti

Kategorija tal-impatt

Proċessi

Kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti 1

Proċess A (mill-istadju X taċ-ċiklu tal-ħajja)

Proċess B (mill-istadju Y taċ-ċiklu tal-ħajja)

Kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti 2

Proċess A (mill-istadju X taċ-ċiklu tal-ħajja)

Proċess B (mill-istadju X taċ-ċiklu tal-ħajja)

Kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti n

Proċess A (mill-istadju X taċ-ċiklu tal-ħajja)

Proċess B (mill-istadju X taċ-ċiklu tal-ħajja)

B.4.4.    Flussi elementari diretti l-aktar rilevanti

Il-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti għall-kategorija ta’ prodotti fl-ambitu ta’ din il-PEFCR huma dawn li ġejjin [il-lista għandha tiġi pprovduta abbażi tar-riżultati finali tal-istudji dwar il-PEF tal-prodott(i) rappreżentattiv(i). Ipprovdi lista waħda għal kull subkategorija, jekk ikun xieraq.]

B.4.4.1.    Lakuni fid-data u proxies

[Din it-taqsima għandha tinkludi:

Il-lista ta’ lakuni fid-data dwar id-data speċifika għall-kumpanija li għandha tinġabar li l-aktar ta’ spiss jiltaqgħu magħhom il-kumpaniji fis-setturi speċifiċi u kif dawn il-lakuni fid-data jistgħu jiġu solvuti fil-kuntest tal-istudju dwar il-PEF;
Il-lista ta’ proċessi esklużi mill-PEFCR minħabba settijiet tad-data nieqsa li ma għandhomx jimtlew mill-utent tal-PEFCR;
Il-lista ta’ proċessi li għalihom l-utent tal-PEFCR għandu japplika settijiet tad-data konformi mal-ILCD-EL.

Is-Segretarjat Tekniku jista’ jiddeċiedi li fil-fajl excel tal-LCI (ara t-taqsima B.5 ta’ dan l-Anness) jindika għal liema proċessi ma jkun hemm disponibbli l-ebda sett tad-data u għalhekk jitqiesu bħala lakuni fid-data u li għalihom għandhom jintużaw proxies tal-proċessi.]

B.5.    INVENTARJU TAĊ-ĊIKLU TAL-ĦAJJA

Is-settijiet tad-data kollha li jinħolqu ġodda għandhom ikunu konformi mal-EF jew mal-ILCD-EL (ara r-regoli fit-taqsima B 5.5).

[Il-PEFCR għandha tindika jekk ikunx permess kampjunar. Jekk is-Segretarjat Tekniku jippermetti l-kampjunar, il-PEFCR għandha tiddeskrivi l-proċedura ta’ kampjunar kif deskritta fil-metodu tal-PEF u jkun fiha s-sentenza li ġejja:] “F’każ li jkun meħtieġ kampjunar, dan għandu jitwettaq kif speċifikat f’din il-PEFCR. Madankollu, il-kampjunar ma huwiex obbligatorju u kwalunkwe utent ta’ din il-PEFCR jista’ jiddeċiedi li jiġbor id-data mill-impjanti jew mill-azjendi agrikoli kollha, mingħajr ma jwettaq l-ebda kampjunar.”

B.5.1.    Lista ta’ data obbligatorja speċifika għall-kumpanija

[Is-Segretarjat Tekniku hawnhekk għandu jelenka l-proċessi li għandhom jiġu mmudellati b’data obbligatorja speċifika għall-kumpanija (jiġifieri d-data dwar l-attivitajiet u l-flussi elementari diretti). Innota li l-flussi elementari diretti elenkati għandhom jiġu allinjati man-nomenklatura użata mill-aktar verżjoni reċenti tal-pakkett ta’ referenza tal-EF ( 98 ).

Proċess A

[Agħti deskrizzjoni qasira tal-proċess A. Elenka d-data kollha dwar l-attivitajiet u l-flussi elementari diretti li għandhom jinġabru u s-settijiet tad-data prestabbiliti tas-sottoproċessi marbuta mad-data dwar l-attivitajiet fi ħdan il-proċess “A”. Uża t-tabella ta’ hawn taħt biex tintroduċi minimu ta’ eżempju wieħed fil-PEFCR. F’każ li ma jiġux introdotti l-proċessi kollha hawnhekk, il-lista sħiħa tal-proċessi kollha għandha tiġi inkluża f’fajl excel.]

Tabella B. 5.

Rekwiżiti tal-ġbir tad-data għall-proċess obbligatorju A

Rekwiżiti għall-finijiet tal-ġbir tad-data

Rekwiżiti għall-finijiet tal-immudellar

Rimarki

Data dwar l-attivitajiet li għandha tinġabar

Rekwiżiti speċifiċi (eż. il-frekwenza, l-istandard tal-kejl, eċċ.)

Unità tal-kejl

Sett tad-data prestabbilit li għandu jintuża

Sors tas-sett tad-data (jiġifieri nodu)

UUID

TiR

TeR

GeR

P

DQR

Inputs:

[Eż.: użu annwali tal-elettriku]

[Eż.: medja ta’ 3 snin]

[Eż. kWh/sena]

[Eż.: Taħlita tal-grilja tal-elettriku 1kV-60kV/EU28+3]

[Link għan-nodu xieraq tan-Network tad-Data dwar iċ-Ċiklu tal-Ħajja.

L-“istokk tad-data” għandu jiġi speċifikat ukoll]

[Eż.: 0af0a6a8-aebc-4eeb-99f8-5ccf2304b99d]

[Eż. 1,6]

Outputs:

[Elenka l-emissjonijiet u r-riżorsi kollha li għandhom jiġu mmudellati b’informazzjoni speċifika għall-kumpanija (il-flussi elementari ewlenin l-aktar rilevanti) fi ħdan il-proċess “A”.]

Tabella B. 6.

Rekwiżiti tal-ġbir tal-flussi elementari diretti għall-proċess obbligatorju A

Emissjonijiet/riżorsi

Fluss elementari

UUID

Frekwenza tal-kejl

Metodu ta’ kejl prestabbilit (1)

Rimarki

(1)   

Sakemm ma jkunux previsti kejl/metodi speċifiċi f’leġiżlazzjoni speċifika għall-pajjiż.

Ara l-fajl excel imsemmi “[Isem tal-PEFCR_numru tal-verżjoni] - Inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja” għal-lista tad-data kollha speċifika għall-kumpanija li għandha tinġabar.

B.5.2.    Lista ta’ proċessi mistennija li jitmexxew mill-kumpanija

[Il-proċessi elenkati f’din it-taqsima għandhom ikunu addizzjonali għal dawk elenkati bħala data obbligatorja speċifika għall-kumpanija. Ma hija permessa l-ebda ripetizzjoni ta’ proċessi jew ta’ data. F’każ li ma jkunx hemm proċessi oħra mistennija li jitmexxew mill-kumpanija, jekk jogħġbok iddikjara “Ma hemm l-ebda proċess ieħor mistenni li jitmexxa mill-kumpanija minbarra dawk elenkati bħala data obbligatorja speċifika għall-kumpanija.”]

Il-proċessi li ġejjin huma mistennija li jitmexxew mill-utent tal-PEFCR:

Proċess X
Proċess Y

Proċess X:

[Ipprovdi deskrizzjoni qasira tal-proċess “x”. Elenka d-data dwar l-attivitajiet u l-flussi elementari diretti li għandhom jinġabru bħala minimu, u s-settijiet tad-data tas-sottoproċessi marbuta mad-data dwar l-attivitajiet fi ħdan il-proċess “x”. Indika l-unità tal-kejl, kif għandu jsir il-kejl u kwalunkwe karatteristika oħra li tista’ tgħin lill-utent. Innota li l-flussi elementari diretti elenkati għandhom jiġu allinjati man-nomenklatura użata mill-aktar verżjoni reċenti tal-pakkett ta’ referenza tal-EF ( 99 ) . Uża t-tabella ta’ hawn taħt biex tintroduċi minimu ta’ eżempju wieħed fil-PEFCR. F’każ li ma jiġux introdotti l-proċessi kollha hawnhekk, il-lista sħiħa tal-proċessi kollha għandha tiġi inkluża f’fajl excel.]

Tabella B. 7.

Rekwiżiti tal-ġbir tad-data għall-proċess X

Rekwiżiti għall-finijiet tal-ġbir tad-data

Rekwiżiti għall-finijiet tal-immudellar

Rimarki

Data dwar l-attivitajiet li għandha tinġabar

Rekwiżiti speċifiċi (eż. il-frekwenza, l-istandard tal-kejl, eċċ.)

Unità tal-kejl

Sett tad-data prestabbilit li għandu jintuża

Sors tas-sett tad-data (jiġifieri n-nodu u l-istokk tad-data)

UUID

TiR

TeR

GeR

P

DQR

Inputs:

[Eż.: użu annwali tal-elettriku]

[Eż.: medja ta’ 3 snin]

[Eż. kWh/sena]

[Eż.: Taħlita tal-grilja tal-elettriku 1kV-60kV/EU28+3]

[Link għan-nodu xieraq tan-Network tad-Data dwar iċ-Ċiklu tal-Ħajja.

L-“istokk tad-data” għandu jiġi speċifikat ukoll]

[Eż.: 0af0a6a8-aebc-4eeb-99f8-5ccf2304b99d]

[Eż. 1,6]

Rekwiżiti għall-finijiet tal-ġbir tad-data

Rekwiżiti għall-finijiet tal-immudellar

Rimarki

Outputs:

Tabella B. 8.

Rekwiżiti tal-ġbir tal-flussi elementari diretti għall-proċess X

Emissjonijiet/riżorsi

Fluss elementari

UUID

Frekwenza tal-kejl

Metodu ta’ kejl prestabbilit (1)

Rimarki

(1)   

Sakemm ma jkunux previsti metodi speċifiċi ta’ kejl f’leġiżlazzjoni speċifika għall-pajjiż

Ara l-fajl excel imsemmi “[Isem tal-PEFCR_numru tal-verżjoni] - Inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja” għal-lista tal-proċessi kollha mistennija li jkunu fis-sitwazzjoni 1.

B.5.3.    Rekwiżiti tal-kwalità tad-data

Għandha tiġi kkalkulata u rrapportata l-kwalità tad-data ta’ kull sett tad-data u tal-istudju totali dwar il-PEF. Il-kalkolu tad-DQR għandu jkun ibbażat fuq il-formula li ġejja b’erba’ kriterji:

image

fejn TeR hija r-rappreżentattività teknoloġika, GeR hija r-rappreżentattività ġeografika, TiR hija r-rappreżentattività marbuta mal-ħin, u P hija l-preċiżjoni. Ir-rappreżentattività (teknoloġika, ġeografika u marbuta mal-ħin) tikkaratterizza sa liema grad il-proċessi u l-prodotti magħżula jkunu qed juru s-sistema analizzata, filwaqt li l-preċiżjoni tindika l-mod kif tinkiseb id-data u l-livell relatat ta’ inċertezza.

It-taqsimiet li jmiss jipprovdu tabelli bil-kriterji li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni semikwantitattiva ta’ kull kriterju.

[Il-PEFCR tista’ tispeċifika rekwiżiti tal-kwalità tad-data aktar stretti u tispeċifika kriterji addizzjonali għall-valutazzjoni tal-kwalità tad-data. Il-PEFCR għandha tirrapporta l-formuli li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tad-DQR ta’ i) id-data speċifika għall-kumpanija (l-ekwazzjoni 20 tal-Anness I), ii) is-settijiet tad-data sekondarji (l-ekwazzjoni 19 tal-Anness I), iii) l-istudju dwar il-PEF (l-ekwazzjoni 20 tal-Anness I).]

B.5.3.1.    Settijiet tad-data speċifiċi għall-kumpanija

Id-DQR għandha tiġi kkalkolata fid-diżaggregazzjoni tal-livell-1, qabel ma ssir kwalunkwe aggregazzjoni ta’ sottoproċessi jew ta’ flussi elementari. Id-DQR tas-settijiet tad-data speċifiċi għall-kumpanija għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

1) 

Jintgħażlu d-data dwar l-attivitajiet u l-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti: id-data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti hija dik marbuta mas-sottoproċessi (jiġifieri settijiet tad-data sekondarji) li jammontaw għal mill-anqas 80 % tal-impatt ambjentali totali tas-sett tad-data speċifiku għall-kumpanija, fejn jiġu elenkati minn dak li jikkontribwixxi l-aktar għal dak li jikkontribwixxi l-anqas. Il-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti huma definiti bħala dawk il-flussi elementari diretti li jikkontribwixxu b’mod kumulattiv b’mill-anqas 80 % għall-impatt totali tal-flussi elementari diretti.

2) 

Jiġu kkalkulati l-kriterji TeR, TiR, GeR u P tad-DQR għal kull data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti u kull fluss elementari dirett l-aktar rilevanti. Il-valuri ta’ kull kriterju għandhom jiġu assenjati abbażi tat-Tabella B.9.

a. 

Kull fluss elementari dirett l-aktar rilevanti jikkonsisti fl-ammont u fl-isem tal-fluss elementari (eż. 40 g diossidu tal-karbonju). Għal kull fluss elementari l-aktar rilevanti, l-utent tal-PEFCR għandu jevalwa l-4 kriterji tad-DQR bl-isem TeR-EF, TiR-EF, GeR-EF, PEF. Pereżempju, l-utent tal-PEFCR għandu jevalwa t-twaqqit tal-fluss imkejjel, għal liema teknoloġija tkejjel il-fluss u f’liema żona ġeografika.

b. 

Għal kull data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti, għandhom jiġu evalwati l-4 kriterji tad-DQR (imsejħa TeR-AD TiR-AD, GeR-AD, PAD ) mill-utent tal-PEFCR.

c. 

Meta jitqies li d-data għall-proċessi obbligatorji għandha tkun speċifika għall-kumpanija, il-punteġġ ta’ P ma jistax ikun ogħla minn 3, filwaqt li l-punteġġ għal TiR, TeR, u GeR ma jistax ikun ogħla minn 2 (Il-punteġġ tad-DQR għandu jkun ≤1,5).

3) 

Jiġi kkalkulat il-kontribut ambjentali ta’ kull data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti (billi tintrabat mas-sottoproċess xieraq) u fluss elementari dirett għas-somma totali tal-impatt ambjentali tad-data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti kollha u l-flussi elementari diretti kollha, f’% (ponderati, bl-użu tal-kategoriji kollha tal-impatt tal-EF). Pereżempju, is-sett tad-data żviluppat ġdid għandu biss żewġ data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti, li b’kollox jikkontribwixxu għal 80 % tal-impatt ambjentali totali tas-sett tad-data:

a. 

Id-data dwar l-attivitajiet 1 iġġorr 30 % tal-impatt ambjentali totali tas-sett tad-data. Il-kontribut ta’ dan il-proċess għat-total ta’ 80 % huwa ta’ 37,5 % (dan tal-aħħar huwa l-ponderazzjoni li għandha tintuża).

b. 

Id-data dwar l-attivitajiet 2 iġġorr 50 % tal-impatt ambjentali totali tas-sett tad-data. Il-kontribut ta’ dan il-proċess għat-total ta’ 80 % huwa ta’ 62,5 % (dan tal-aħħar huwa l-ponderazzjoni li għandha tintuża).

4) 

Jiġu kkalkulati l-kriterji TeR, TiR, GeR u P tas-sett tad-data żviluppat ġdid bħala l-medja ponderata ta’ kull kriterju tad-data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti u l-flussi elementari diretti. Il-ponderazzjoni hija l-kontribut relattiv (f’ %) ta’ kull data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti u fluss elementari dirett ikkalkolati fil-pass 3.

5) 

L-utent tal-PEFCR għandu jikkalkula d-DQR totali tas-sett tad-data żviluppat ġdid billi juża l-Ekwazzjoni B.2, fejn image, image, image huma l-medji ponderati kkalkulati kif speċifikat fil-punt (4).

image

Tabella B. 9.

Kif għandu jiġi vvalutat il-valur tal-kriterji tad-DQR għas-settijiet tad-data b’informazzjoni speċifika għall-kumpanija

[Innota li s-snin ta’ referenza għall-kriterju TiR jistgħu jiġu adattati mit-TS; tista’ tiġi inkluża aktar minn tabella waħda fil-PEFCR].

Klassifikazzjoni

PEF u PAD

TiR-EF u TiR-AD

TeR-EF u TeR-AD

GeR-EF u GeR-AD

1

Imkejla/ikkalkolati u vverifikati esternament

Id-data tirreferi għall-aħħar perjodu ta’ amministrazzjoni annwali fir-rigward tad-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF.

Il-flussi elementari u d-data dwar l-attivitajiet juru b’mod espliċitu t-teknoloġija tas-sett tad-data żviluppat ġdid

Id-data dwar l-attivitajiet u l-flussi elementari jirriflettu l-ġeografija eżatta fejn iseħħ il-proċess immudellat fis-sett tad-data maħluq ġdid.

2

Imkejla/ikkalkolati u verifikati internament, il-plawżibbiltà verifikata mill-eżaminatur

Id-data tirreferi għal massimu ta’ 2 perjodi annwali ta’ amministrazzjoni fir-rigward tad-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF

Il-flussi elementari u d-data dwar l-attivitajiet huma proxy tat-teknoloġija tas-sett tad-data żviluppat ġdid

Id-data dwar l-attivitajiet u l-flussi elementari jirriflettu parzjalment il-ġeografija fejn iseħħ il-proċess immudellat fis-sett tad-data maħluq ġdid

3

Imkejla/ikkalkolati/ letteratura u l-plawżibbiltà mhux verifikata mill-eżaminatur JEW Stima kwalifikata bbażata fuq kalkoli il-plawżibbiltà verifikata mill-eżaminatur

Id-data tirreferi għal massimu ta’ tliet perjodi annwali ta’ amministrazzjoni fir-rigward tad-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

4-5

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

PEF : Preċiżjoni għall-flussi elementari; PAD : Preċiżjoni għad-data dwar l-attivitajiet; TiR-EF : Rappreżentattività marbuta mal-Ħin għall-flussi elementari; TiR-AD : Rappreżentattività marbuta mal-ħin għad-data dwar l-attivitajiet; TeR-EF : Rappreżentattività teknoloġika għall-flussi elementari; TeR-AD : Rappreżentattività teknoloġika għad-data dwar l-attivitajiet; GeR-EF : Rappreżentattività ġeografika għall-flussi elementari; GeR-AD: Rappreżentattività ġeografika għad-data dwar l-attivitajiet.

B.5.4.    Matriċi tal-ħtiġijiet tad-data (DNM)

Il-proċessi kollha meħtieġa biex jiġi mmudellat il-prodott u barra mil-lista ta’ data obbligatorja speċifika għall-kumpanija (elenkata fit-taqsima B.5.1) għandhom jiġu evalwati bl-użu tal-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data (ara t-Tabella B.10). L-utent tal-PEFCR għandu japplika d-DNM biex jevalwa liema data tkun meħtieġa u għandha tintuża fl-immudellar tal-PEF tiegħu, skont il-livell ta’ influwenza li l-utent tal-PEFCR (il-kumpanija) ikollu fuq il-proċess speċifiku. It-tliet każijiet li ġejjin jinsabu fid-DNM u huma spjegati hawn taħt:

1. 

Sitwazzjoni 1: il-proċess jitmexxa mill-kumpanija li tapplika l-PEFCR;

2. 

Sitwazzjoni 2: il-proċess ma jitmexxiex mill-kumpanija li tapplika l-PEFCR iżda l-kumpanija jkollha aċċess għal informazzjoni speċifika (għall-kumpanija);

3. 

Sitwazzjoni 3: il-proċess ma jitmexxiex mill-kumpanija li tapplika l-PEFCR u din il-kumpanija ma jkollhiex aċċess għal informazzjoni speċifika (għall-kumpanija).

Tabella B. 10.

Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data (DNM) (2) . *Għandhom jintużaw settijiet tad-data diżaggregati.

L-aktar proċess rilevanti

Proċess ieħor

Sitwazzjoni 1: proċess immexxi mill-kumpanija li tuża l-PEFCR

Għażla 1

Tiġi pprovduta data speċifika għall-kumpanija (kif mitlub fil-PEFCR) u jinħoloq sett tad-data speċifiku għall-kumpanija, f’forma aggregata (DQR≤1,5) (1)

Jiġu kkalkulati l-valuri tad-DQR (għal kull kriterju + it-total)

Għażla 2

Jintuża sett tad-data sekondarju prestabbilit fil-PEFCR, f’forma aggregata (DQR≤3,0)

Jintużaw il-valuri prestabbiliti tad-DQR

Sitwazzjoni 2: proċess mhux immexxi mill-kumpanija li tuża l-PEFCR iżda b’aċċess għal informazzjoni speċifika għall-kumpanija

Għażla 1

Tiġi pprovduta data speċifika għall-kumpanija (kif mitlub fil-PEFCR) u jinħoloq sett tad-data speċifiku għall-kumpanija, f’forma aggregata (DQR≤1,5)

Jiġu kkalkulati l-valuri tad-DQR (għal kull kriterju + it-total)

Għażla 2

Tintuża data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija għat-trasport (distanza), u s-sottoproċessi użati għat-taħlita tal-elettriku u għat-trasport jiġu sostitwiti b’settijiet tad-data konformi mal-EF speċifiċi għall-katina tal-provvista (DQR≤3,0)*

Jiġu evalwati mill-ġdid il-kriterji tad-DQR fil-kuntest speċifiku għall-prodott

Għażla 3

Tintuża data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija għat-trasport (distanza), u s-sottoproċessi użati għat-taħlita tal-elettriku u għat-trasport jiġu sostitwiti b’settijiet tad-data konformi mal-EF speċifiċi għall-katina tal-provvista (DQR≤4,0)*

Jintużaw il-valuri prestabbiliti tad-DQR.

Sitwazzjoni 3: proċess mhux immexxi mill-kumpanija li tuża l-PEFCR u mingħajr aċċess għal informazzjoni speċifika għall-kumpanija

Għażla 1

Jintuża sett tad-data sekondarju prestabbilit f’forma aggregata (DQR≤3,0)

Jiġu evalwati mill-ġdid il-kriterji tad-DQR fil-kuntest speċifiku għall-prodott

Għażla 2

Jintuża sett tad-data sekondarju prestabbilit f’forma aggregata (DQR≤4,0)

Jintużaw il-valuri prestabbiliti tad-DQR

(1)   

Is-settijiet tad-data speċifiċi għall-kumpanija għandhom ikunu disponibbli għall-Kummissjoni.

(2)   

L-għażliet deskritti fid-DNM ma humiex elenkati f’ordni ta’ preferenza.

B.5.4.1.    Proċessi fis-sitwazzjoni 1

Għal kull proċess fis-sitwazzjoni 1, hemm żewġ għażliet possibbli:

1) 

Il-proċess ikun fil-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti kif speċifikat fil-PEFCR jew ma jkunx fil-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti, iżda l-kumpanija xorta waħda tkun trid tipprovdi data speċifika għall-kumpanija (l-għażla 1);

2) 

Il-proċess ma jkunx fil-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti u l-kumpanija tippreferi tuża sett tad-data sekondarju (l-għażla 2).

Sitwazzjoni 1/Għażla 1

Għall-proċessi kollha mmexxija mill-kumpanija u fejn l-utent tal-PEFCR japplika data speċifika għall-kumpanija. Id-DQR tas-sett tad-data żviluppat ġdid għandha tiġi evalwata kif deskritt fit-taqsima B.5.3.1.

Sitwazzjoni 1/Għażla 2

Għall-proċessi mhux l-aktar rilevanti biss, jekk l-utent tal-PEFCR jiddeċiedi li jimmudella l-proċess mingħajr ma jiġbor data speċifika għall-kumpanija, f’dak il-każ l-utent għandu juża s-sett tad-data sekondarju elenkat fil-PEFCR flimkien mal-valuri prestabbiliti tad-DQR tiegħu elenkati hawnhekk.

Jekk is-sett tad-data prestabbilit li għandu jintuża għall-proċess ma jkunx elenkat fil-PEFCR, l-utent tal-PEFCR għandu jieħu l-valuri tad-DQR mill-metadata tad-sett tad-data oriġinali.

B.5.4.2.    Proċessi fis-sitwazzjoni 2

Meta proċess ma jitmexxiex mill-utent tal-PEFCR, iżda jkun hemm aċċess għal data speċifika għall-kumpanija, f’dak il-każ hemm tliet għażliet possibbli:

1) 

L-utent tal-PEFCR ikollu aċċess għal informazzjoni estensiva speċifika għall-fornitur u jrid joħloq sett tad-data ġdid konformi mal-EF (l-Għażla 1);

2) 

Il-kumpanija jkollha xi informazzjoni speċifika għall-fornitur u trid tagħmel xi bidliet minimi (l-Għażla 2);

3) 

Il-proċess ma jkunx fil-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti u l-kumpanija tkun trid tagħmel xi bidliet minimi (l-Għażla 3).

Sitwazzjoni 2/Għażla 1

Għall-proċessi kollha li ma jkunux immexxija mill-kumpanija u fejn l-utent tal-PEFCR japplika data speċifika għall-kumpanija, id-DQR tas-sett tad-data żviluppat ġdid għandha tiġi evalwata kif deskritt fit-taqsima B.5.3.1

Sitwazzjoni 2/Għażla 2

L-utent tal-PEFCR għandu juża data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija għat-trasport u għandu jissostitwixxi s-sottoproċessi użati għat-taħlita tal-elettriku u t-trasport b’settijiet tad-data konformi mal-PEF speċifiċi għall-katina tal-provvista, billi jibda mis-sett tad-data sekondarju prestabbilit ipprovdut fil-PEFCR.

Jekk jogħġbok innota li l-PEFCR telenka l-ismijiet kollha tas-settijiet tad-data flimkien mal-UUID tas-sett tad-data aggregat tagħhom. Għal din is-sitwazzjoni, hija meħtieġa l-verżjoni diżaggregata tas-sett tad-data.

L-utent tal-PEFCR għandu jagħmel id-DQR speċifika għall-kuntest billi jevalwa mill-ġdid it-TeR u t-TiR billi juża t-tabella(i) B.11. Il-kriterji GeR għandhom jitnaqqsu bi 30 % ( 100 ) u l-kriterji P għandhom iżommu l-valur oriġinali.

Sitwazzjoni 2/Għażla 3

L-utent tal-PEFCR għandu japplika data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija għat-trasport u għandu jissostitwixxi s-sottoproċessi użati għat-taħlita tal-elettriku u t-trasport b’settijiet tad-data konformi mal-EF speċifiċi għall-katina tal-provvista, billi jibda mis-sett tad-data sekondarju prestabbilit ipprovdut fil-PEFCR.

Jekk jogħġbok innota li l-PEFCR telenka l-ismijiet kollha tas-settijiet tad-data flimkien mal-UUID tas-sett tad-data aggregat tagħhom. Għal din is-sitwazzjoni, hija meħtieġa l-verżjoni diżaggregata tas-sett tad-data.

F’dan il-każ, l-utent tal-PEFCR għandu juża l-valuri prestabbiliti tad-DQR. Jekk is-sett tad-data prestabbilit li għandu jintuża għall-proċess ma jkunx elenkat fil-PEFCR, l-utent tal-PEFCR għandu jieħu l-valuri tad-DQR mis-sett tad-data oriġinali.

Tabella B. 11.

Kif għandu jiġi valutat il-valur tal-kriterji tad-DQR meta jintużaw settijiet tad-data sekondarji.

[Tista’ tiġi inkluża aktar minn tabella waħda fil-PEFCR u tiddaħħal fit-taqsima dwar l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja]

TiR

TeR

GeR

1

Id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF isseħħ fil-validità taż-żmien tas-sett tad-data

It-teknoloġija użata fl-istudju dwar l-EF hija eżattament l-istess bħal dik fl-ambitu tas-sett tad-data

Il-proċess immudellat fl-istudju dwar l-EF iseħħ fil-pajjiż li għalih is-sett tad-data jkun validu

2

Id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF isseħħ mhux aktar tard minn 2 snin wara l-validità taż-żmien tas-sett tad-data

It-teknoloġiji użati fl-istudju dwar l-EF ikunu inklużi fit-taħlita tat-teknoloġiji fl-ambitu tas-sett tad-data

Il-proċess immudellat fl-istudju dwar l-EF iseħħ fir-reġjun ġeografiku (eż. l-Ewropa) li għalih is-sett tad-data jkun validu

3

Id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF isseħħ mhux aktar tard minn 4 snin wara l-validità taż-żmien tas-sett tad-data

It-teknoloġiji użati fl-istudju dwar l-EF ikunu inklużi biss parzjalment fl-ambitu tas-sett tad-data

Il-proċess immudellat fl-istudju dwar l-EF iseħħ f’wieħed mir-reġjuni ġeografiċi li għalihom is-sett tad-data jkun validu

4

Id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF isseħħ mhux aktar tard minn 6 snin wara l-validità taż-żmien tas-sett tad-data

It-teknoloġiji użati fl-istudju dwar l-EF ikunu simili għal dawk inklużi fl-ambitu tas-sett tad-data

Il-proċess immudellat fl-istudju dwar l-EF iseħħ f’pajjiż li ma jkunx inkluż fir-reġjun(i) ġeografiku/ġeografiċi li għalihom is-sett tad-data jkun validu, iżda jkun stmat li hemm similaritajiet suffiċjenti abbażi ta’ ġudizzju espert.

5

Id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF isseħħ aktar tard minn 6 snin wara l-validità taż-żmien tas-sett tad-data

It-teknoloġiji użati fl-istudju dwar l-EF ikunu differenti minn dawk inklużi fl-ambitu tas-sett tad-data

Il-proċess immudellat fl-istudju dwar l-EF iseħħ f’pajjiż differenti minn dak li għalih is-sett tad-data jkun validu

B.5.4.3.    Proċessi fis-sitwazzjoni 3

Jekk proċess ma jitmexxiex mill-kumpanija li tuża l-PEFCR u l-kumpanija ma jkollhiex aċċess għal data speċifika għall-kumpanija, hemm żewġ għażliet possibbli:

1) 

Ikun fil-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti (is-sitwazzjoni 3, l-għażla 1);

2) 

Ma jkunx fil-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti (is-sitwazzjoni 3, l-għażla 2).

Sitwazzjoni 3/Għażla 1

F’dan il-każ, l-utent tal-PEFCR għandu jagħmel il-valuri tad-DQR tas-sett tad-data użat speċifiċi għall-kuntest billi jevalwa mill-ġdid it-TeR, it-TiR u l-GeR, billi juża t-tabella(i) pprovduta(i). Il-kriterju P għandu jżomm il-valur oriġinali.

Sitwazzjoni 3/Għażla 2

Għall-proċessi mhux l-aktar rilevanti, l-utent tal-PEFCR għandu japplika s-sett tad-data sekondarju korrispondenti elenkat fil-PEFC flimkien mal-valuri tad-DQR tiegħu.

Jekk is-sett tad-data prestabbilit li għandu jintuża għall-proċess ma jkunx elenkat fil-PEFCR, l-utent tal-PEFCR għandu jieħu l-valuri tad-DQR mis-sett tad-data oriġinali.

B.5.5.    Settijiet tad-data li għandhom jintużaw

Din il-PEFCR telenka s-settijiet tad-data sekondarji li għandhom jiġu applikati mill-utent tal-PEFCR. Kull meta sett tad-data meħtieġ biex jiġi kkalkulat il-profil tal-PEF ma jkunx fost dawk elenkati f’din il-PEFCR, l-utent għandu jagħżel bejn l-għażliet li ġejjin (f’ordni ġerarkika):

1) 

Jintuża sett tad-data konformi mal-EF disponibbli fuq wieħed min-nodi tan-Network tad-Data dwar iċ-Ċiklu tal-Ħajja ( 101 );

2) 

Jintuża sett tad-data konformi mal-EF disponibbli f’sors liberu jew kummerċjali

3) 

Jintuża sett tad-data ieħor konformi mal-EF meqjus bħala proxy tajjeb. F’każ bħal dan, din l-informazzjoni għandha tiġi inkluża fit-taqsima “limitazzjonijiet” tar-rapport dwar il-PEF

4) 

Jintuża sett tad-data konformi mal-ILCD-EL bħala proxy. Dawn is-settijiet tad-data għandhom jiġu inklużi fit-taqsima “limitazzjonijiet” tar-rapport dwar il-PEF. Massimu ta’ 10 % tal-punteġġ globali uniku jista’ jinkiseb minn settijiet tad-data konformi mal-ILCD-EL. In-nomenklatura tal-flussi elementari tas-sett tad-data għandha tiġi allinjata mal-pakkett ta’ referenza tal-EF użat fil-bqija tal-mudell ( 102 ).

5) 

Jekk ma jkun disponibbli l-ebda sett tad-data konformi mal-EF jew konformi mal-ILCD-EL, huwa għandu jiġi eskluż mill-istudju dwar il-PEF. Dan għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar fir-rapport dwar il-PEF bħala lakuna fid-data u għandu jiġi validat mill-istudju dwar il-PEF u mill-verifikaturi tar-rapport dwar il-PEF.

B.5.6.    Kif għandha tiġi kkalkolata d-DQR medja tal-istudju

Biex tiġi kkalkolata d-DQR medja tal-istudju dwar il-PEF, l-utent tal-PEFCR għandu jikkalkula separatament it-TeR, TiR, GeR u P għall-istudju dwar il-PEF bħala l-medja ponderata tal-proċessi l-aktar rilevanti kollha, abbażi tal-kontribut ambjentali relattiv tagħhom għall-punteġġ globali uniku totali. Għandhom jintużaw ir-regoli tal-kalkolu spjegati fit-taqsima 4.6.5.8 tal-Anness I.

B.5.7.    Regoli tal-allokazzjoni

[Il-PEFCR għandha tiddefinixxi liema regoli tal-allokazzjoni għandhom jiġu applikati mill-utent tal-PEFCR u kif għandhom isiru l-immudellar/il-kalkoli. F’każ li tintuża l-allokazzjoni ekonomika, il-metodu ta’ kalkolu dwar kif għandhom jiġu derivati l-fatturi ta’ allokazzjoni għandu jiġi stabbilit u preskritt fil-PEFCR. Għandu jintuża l-mudell li ġej:]

Tabella B. 12.

Regoli tal-allokazzjoni

Proċess

Regola tal-allokazzjoni

Struzzjonijiet għall-immudellar

Fattur ta’ allokazzjoni

[Eżempju: Proċess A]

[Eżempju: Allokazzjoni fiżika]

[Eżempju: Għandha tintuża l-massa tal-outputs differenti.]

[Eżempju: 0,2]

B.5.8.    Immudellar tal-elettriku

It-taħlita tal-elettriku li ġejja għandha tintuża f’ordni ġerarkika:

(a) 

Il-prodott tal-elettriku speċifiku għall-fornitur għandu jintuża jekk, għal pajjiż, ikun hemm fis-seħħ sistema ta’ traċċar ta’ 100 %, jew jekk:

(i) 

ikun disponibbli, u

(ii) 

is-sett ta’ kriterji minimi biex jiġi żgurat li l-istrumenti kuntrattwali jkunu affidabbli jiġi ssodisfat.

(b) 

It-taħlita totali tal-elettriku speċifika għall-fornitur għandha tintuża jekk:

(i) 

tkun disponibbli, u

(ii) 

is-sett ta’ kriterji minimi biex jiġi żgurat li l-istrumenti kuntrattwali jkunu affidabbli jiġi ssodisfat.

(c) 

Għandha tintuża t-“taħlita residwa tal-grilja speċifika għall-pajjiż, it-taħlita tal-konsum”. Speċifika għall-pajjiż tfisser il-pajjiż li fih iseħħu l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja jew l-attività. Dan jista’ jkun pajjiż tal-UE jew pajjiż mhux tal-UE. It-taħlita residwa tal-grilja tipprevjeni l-għadd doppju bl-użu ta’ taħlitiet tal-elettriku speċifiċi għall-fornitur f’(a) u (b).

(d) 

Bħala l-aħħar għażla, għandha tintuża t-taħlita medja residwa tal-grilja tal-UE, it-taħlita tal-konsum (UE+EFTA), jew it-taħlita residwa tal-grilja rappreżentattiva tar-reġjun, it-taħlita tal-konsum.

Nota: għall-istadju tal-użu, għandha tintuża t-taħlita tal-grilja tal-konsum.

L-integrità ambjentali tal-użu ta’ taħlita tal-elettriku speċifika għall-fornitur tiddependi fuq l-iżgurar li l-istrumenti kuntrattwali (għat-traċċar) iwasslu b’mod affidabbli u uniku asserzjonijiet lill-konsumaturi. Mingħajr dan, il-PEF ma għandhiex il-preċiżjoni u l-konsistenza meħtieġa biex tixpruna d-deċiżjonijiet ta’ akkwist ta’ prodotti/elettriku korporattiv u asserzjonijiet preċiżi tal-konsumatur (ix-xerrej tal-elettriku). Għalhekk, ġie identifikat sett ta’ kriterji minimi relatati mal-integrità tal-istrumenti kuntrattwali bħala fornituri affidabbli ta’ informazzjoni dwar l-impronta ambjentali. Dawn jirrappreżentaw il-karatteristiċi minimi meħtieġa biex tintuża taħlita speċifika għall-fornitur fi ħdan l-istudji dwar il-PEF.

Sett ta’ kriterji minimi biex jiġu żgurati l-istrumenti kuntrattwali mill-fornituri

Prodott/taħlita tal-elettriku speċifiċi għall-fornitur jistgħu jintużaw biss jekk l-utent tal-metodu tal-PEF jiżgura li l-istrument kuntrattwali jissodisfa l-kriterji speċifikati hawn taħt. Jekk l-istrumenti kuntrattwali ma jissodisfawx il-kriterji, f’dak il-każ fl-immudellar għandha tintuża t-taħlita tal-konsum residwu tal-elettriku speċifika għall-pajjiż.

Il-lista ta’ kriterji ta’ hawn taħt hija bbażata fuq il-kriterji tal-Gwida għall-Kamp ta’ Applikazzjoni 2 tal-Protokoll dwar il-gassijiet serra ( 103 )–. Strument kuntrattwali użat għall-immudellar tal-elettriku għandu:

Kriterju 1 – Iwassal l-attributi
1) 

Iwassal it-taħlita tat-tip ta’ enerġija assoċjata mal-unità tal-elettriku prodott.

2) 

It-taħlita tat-tip ta’ enerġija għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-elettriku kkonsenjat, billi jiġu inkorporati ċ-ċertifikati miksuba u rtirati (miksuba jew akkwistati jew irtirati) f’isem il-klijenti tagħha. L-elettriku minn faċilitajiet li għalihom l-attributi jkunu nbiegħu (permezz ta’ kuntratti jew ċertifikati) għandu jiġi kkaratterizzat bħala li għandu l-attributi ambjentali tat-taħlita ta’ konsum residwu tal-pajjiż fejn tinsab il-faċilità.

Kriterju 2 – Ikun asserzjoni unika
1) 

Ikunu l-uniċi strumenti li jġorru l-asserzjoni ta’ attribut ambjentali assoċjata ma’ dik il-kwantità ta’ elettriku ġġenerat.

2) 

Jiġu ttraċċati u mifdija, irtirati, jew ikkanċellati minn jew f’isem il-kumpanija (eż. permezz ta’ awditjar tal-kuntratti, ċertifikazzjoni ta’ partijiet terzi, jew jistgħu jiġu ttrattati awtomatikament permezz ta’ reġistri, sistemi jew mekkaniżmi oħra ta’ divulgazzjoni).

Kriterju 3 – Ikunu qrib kemm jista’ jkun tal-perjodu li għalih jiġi applikat l-istrument kuntrattwali
[Is-Segretarjat Tekniku jista’ jipprovdi aktar informazzjoni skont il-metodu tal-PEF]

Immudellar tat-“taħlita residwa tal-grilja speċifika għall-pajjiż, it-taħlita tal-konsum”:

Is-settijiet tad-data għat-taħlita residwa tal-grilja, it-taħlita tal-konsum, għal kull tip ta’ enerġija, għal kull pajjiż u għal kull vultaġġ huma disponibbli mill-fornituri tad-data.

Jekk ma jkun disponibbli l-ebda sett tad-data xieraq, jenħtieġ li jintuża l-approċċ li ġej:

Tiġi ddeterminata t-taħlita tal-konsum tal-pajjiż (eż. X % tal-MWh prodotti b’enerġija idroelettrika, Y % tal-MWh prodotti b’impjant tal-enerġija li jaħdem bil-faħam) u jiġu kkombinati mas-settijiet tad-data tal-LCI għal kull tip ta’ enerġija u pajjiż/reġjun (eż. sett tad-data tal-LCI għall-produzzjoni ta’ 1MWh ta’ enerġija idroelettrika fl-Iżvizzera):

Id-data dwar l-attivitajiet relatata mat-taħlita tal-konsum ta’ pajjiż mhux tal-UE għal kull tip ta’ enerġija dettaljata għandha tiġi ddeterminata abbażi ta’:

1) 

It-taħlita tal-produzzjoni domestika għal kull teknoloġija ta’ produzzjoni;

2) 

Il-kwantità tal-importazzjoni u minn liema pajjiżi ġirien;

3) 

It-telf mit-trażmissjoni;

4) 

It-telf mid-distribuzzjoni;

5) 

It-tip ta’ provvista tal-fjuwil (is-sehem tar-riżorsi użati, skont l-importazzjoni u/jew il-provvista domestika).

Din id-data tista’ tinstab fil-pubblikazzjonijiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE (www.iea.org).

Is-settijiet tad-data tal-LCI disponibbli għal kull teknoloġija tal-fjuwil. Is-settijiet tad-data tal-LCI disponibbli huma ġeneralment speċifiċi għal pajjiż jew għal reġjun f’termini ta’:

1) 

il-provvista tal-fjuwil (is-sehem tar-riżorsi użati, skont l-importazzjoni u/jew il-provvista domestika);

2) 

il-proprjetajiet tat-trasportaturi tal-enerġija (eż. il-kontenut tal-elementi u tal-enerġija);

3) 

l-istandards teknoloġiċi tal-impjanti tal-enerġija fir-rigward tal-effiċjenza, it-teknoloġija tal-kombustjoni, id-desulfurizzazzjoni tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija, it-tneħħija tal-NOx u t-tneħħija tat-trab.

Regoli tal-allokazzjoni:

[Il-PEFCR għandha tiddefinixxi liema relazzjoni fiżika għandha tintuża mill-istudji dwar il-PEF: (i) biex il-konsum tal-elettriku jiġi suddiviż fost diversi prodotti għall-istess proċess (eż. il-massa, l-għadd ta’ biċċiet, il-volum…) u (ii) biex jiġu riflessi l-proporzjonijiet tal-produzzjoni/il-proporzjonijiet tal-bejgħ bejn pajjiżi/reġjuni tal-UE meta prodott jiġi mmanifatturat f’postijiet differenti jew jinbiegħ f’pajjiżi differenti. Meta ma tkunx disponibbli tali data, għandha tintuża t-taħlita medja tal-UE (UE+EFTA), jew taħlita rappreżentattiva għar-reġjun. Għandu jintuża l-mudell li ġej:]

Tabella B. 13.

Regoli tal-allokazzjoni għall-elettriku

Proċess

Relazzjoni fiżika

Struzzjonijiet għall-immudellar

Proċess A

Massa

Proċess B

N ta’ biċċiet

Jekk l-elettriku kkunsmat ikun ġej minn aktar minn taħlita waħda tal-elettriku, kull sors tat-taħlita għandu jintuża f’termini tal-proporzjon tiegħu fil-kWh totali kkunsmati. Pereżempju, jekk frazzjoni ta’ dan it-total ta’ kWh ikkunsmati tiġi minn fornitur speċifiku, għandha tintuża taħlita tal-elettriku speċifika għall-fornitur għal din il-parti. Ara hawn taħt għall-użu tal-elettriku fuq il-post.

Tip speċifiku ta’ elettriku jista’ jiġi allokat għal prodott speċifiku wieħed fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

Jekk il-produzzjoni (u l-konsum tal-elettriku relatat) ta’ prodott iseħħu f’sit separat (bini), jista’ jintuża t-tip ta’ enerġija li jkun fiżikament relatat ma’ dan is-sit separat.

(b) 

Jekk il-produzzjoni (u l-konsum tal-elettriku relatat) ta’ prodott iseħħu fi spazju kondiviż b’metraġġ tal-enerġija jew rekords tax-xiri jew kontijiet tal-elettriku speċifiċi, tista’ tintuża l-informazzjoni speċifika għall-prodott (kejl, rekord, kont).

(c) 

Jekk il-prodotti kollha mmanifatturati fl-impjant speċifiku jiġu fornuti bi studju dwar il-PEF disponibbli għall-pubbliku, il-kumpanija li tkun tixtieq tagħmel l-asserzjoni għandha tagħmel l-istudji kollha dwar il-PEF disponibbli. Ir-regola tal-allokazzjoni applikata għandha tiġi deskritta fl-istudju dwar il-PEF, tiġi applikata b’mod konsistenti fl-istudji kollha dwar il-PEF marbuta mas-sit u tiġi vverifikata. Eżempju huwa l-allokazzjoni ta’ 100 % ta’ taħlita tal-elettriku aktar ekoloġika għal prodott speċifiku.

Ġenerazzjoni tal-elettriku fuq il-post:

Jekk il-produzzjoni tal-elettriku fuq il-post tkun daqs il-konsum proprju tas-sit, japplikaw żewġ sitwazzjonijiet:

1) 

Ma jkun inbiegħ l-ebda strument kuntrattwali lil parti terza: għandha tiġi mmudellata t-taħlita tal-elettriku proprja (flimkien mas-settijiet tad-data tal-LCI).

2) 

Ikunu nbiegħu strumenti kuntrattwali lil parti terza: għandha tintuża t-“taħlita residwa tal-grilja speċifika għall-pajjiż, it-taħlita tal-konsum” (flimkien mas-settijiet tad-data tal-LCI).

Jekk jiġi prodott elettriku li jaqbeż l-ammont ikkunsmat fuq il-post fil-limitu definit tas-sistema u jinbiegħ lil, pereżempju, il-grilja tal-elettriku, din is-sistema tista’ titqies bħala sitwazzjoni multifunzjonali. Is-sistema se tipprovdi żewġ funzjonijiet (eż. prodott + elettriku) u għandhom jiġu segwiti r-regoli li ġejjin:

1) 

Jekk ikun possibbli, għandha tiġi applikata s-suddiviżjoni. Is-suddiviżjoni tapplika kemm għall-produzzjonijiet separati tal-elettriku kif ukoll għal produzzjoni komuni tal-elettriku fejn tista’ talloka, abbażi tal-ammonti tal-elettriku, l-emissjonijiet upstream u diretti għall-konsum proprju tiegħek kif ukoll għas-sehem li tbigħ mill-kumpanija tiegħek (eż. jekk kumpanija jkollha mitħna tar-riħ fuq is-sit tal-produzzjoni tagħha u tesporta 30 % tal-elettriku prodott, l-emissjonijiet relatati ma’ 70 % tal-elettriku prodott jenħtieġ li jitqiesu fl-istudju dwar il-PEF).

2) 

Jekk ma jkunx possibbli, għandha tintuża sostituzzjoni diretta. It-taħlita tal-elettriku residwa għall-konsum speċifika għall-pajjiż għandha tintuża bħala sostituzzjoni ( 104 ).

Is-suddiviżjoni titqies bħala mhux possibbli meta l-impatti upstream jew l-emissjonijiet diretti jkunu relatati mill-qrib mal-prodott innifsu.

B.5.9.    Immudellar tat-tibdil fil-klima

Il-kategorija tal-impatt “tibdil fil-klima” għandha tiġi mmudellata billi jiġu kkunsidrati tliet subkategoriji:

1. 

Tibdil fil-klima – fossili: Din is-subkategorija tinkludi l-emissjonijiet mill-pit u mill-kalċinazzjoni/karbonizzazzjoni tal-ġebla tal-ġir. Għandhom jintużaw il-flussi tal-emissjonijiet li jispiċċaw b’“(fossili)” (eż. “diossidu tal-karbonju (fossili)” u “metan (fossili)”), jekk ikunu disponibbli.

2. 

Tibdil fil-klima – bijoġeniku: Din is-subkategorija tkopri l-emissjonijiet tal-karbonju fl-arja (CO2, CO u CH4) li joriġinaw mill-ossidazzjoni u/jew mit-tnaqqis tal-bijomassa permezz tat-trasformazzjoni jew id-degradazzjoni tagħha (eż. kombustjoni, diġestjoni, kompostjar, rimi f’landfills) u l-assorbiment tas-CO2 mill-atmosfera permezz tal-fotosinteżi matul it-tkabbir tal-bijomassa – jiġifieri li jikkorrispondi għall-kontenut ta’ karbonju tal-prodotti, tal-bijofjuwils jew tar-residwi tal-pjanti fuq l-art bħall-weraq u l-injam mejjet. L-iskambji tal-karbonju minn foresti indiġeni ( 105 ) għandhom jiġu mmudellati taħt is-subkategorija 3 (inkl. l-emissjonijiet konnessi fil-ħamrija, il-prodotti derivati, ir-residwi). Għandhom jintużaw il-flussi tal-emissjonijiet li jispiċċaw b’“(bijoġeniku)”.

[Agħżel id-dikjarazzjoni t-tajba]

Għandu jintuża approċċ ta’ mmudellar simplifikat meta jiġu mmudellati l-emissjonijiet ewlenin.

[JEW]

Ma għandux jintuża approċċ ta’ mmudellar simplifikat meta jiġu mmudellati l-emissjonijiet ewlenin.

[Jekk jintuża approċċ ta’ mmudellar simplifikat, fit-test jiġi inkluż: “L-emissjoni “metan (bijoġeniku)” biss hija mmudellata, filwaqt li ma huma inklużi l-ebda emissjonijiet u assorbimenti bijoġeniċi oħra mill-atmosfera. Jekk l-emissjonijiet tal-metan jistgħu jkunu kemm fossili jew bijoġeniċi, ir-rilaxx tal-metan bijoġeniku għandu jiġi mmudellat l-ewwel u mbagħad il-metan fossili li jifdal.”]

[Jekk ma jintuża l-ebda mmudellar simplifikat, jiġi inkluż it-test: “L-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha tal-karbonju bijoġeniku għandhom jiġu mmudellati separatament.”]

[Għall-prodotti intermedji biss:]

Il-kontenut tal-karbonju bijoġeniku fil-grada tal-fabbrika (kontenut fiżiku u kontenut allokat) għandu jiġi rrapportat bħala “informazzjoni teknika addizzjonali”.

3. 

Tibdil fil-Klima – użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art: Din is-subkategorija tqis l-assorbimenti u l-emissjonijiet tal-karbonju (CO2, CO u CH4) li joriġinaw minn bidliet fil-ħażna ta’ karbonju kkawżati mit-tibdil fl-użu tal-art u mill-użu tal-art. Din is-subkategorija tinkludi skambji tal-karbonju bijoġeniku mid-deforestazzjoni, mill-kostruzzjoni tat-toroq jew minn attivitajiet oħra tal-ħamrija (inklużi l-emissjonijiet tal-karbonju fil-ħamrija). Għall-foresti indiġeni, l-emissjonijiet relatati kollha tas-CO2 huma inklużi u mmudellati taħt din is-subkategorija (inklużi l-emissjonijiet konnessi fil-ħamrija, il-prodotti derivati mill-foresti indiġeni ( 106 ) u r-residwi), filwaqt li l-assorbiment tas-CO2 tagħhom huwa eskluż. Għandhom jintużaw il-flussi tal-emissjonijiet li jispiċċaw b’“(tibdil fl-użu tal-art)”.

Għat-tibdil fl-użu tal-art, l-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha tal-karbonju għandhom jiġu mmudellati skont il-linji gwida dwar l-immudellar tal-PAS 2050:2011 (BSI 2011) u d-dokument supplimentari PAS2050-1:2012 (BSI 2012) għall-prodotti ortikulturali. PAS 2050:2011 (BSI 2011): “Jistgħu jirriżultaw emissjonijiet kbar ta’ gassijiet serra bħala konsegwenza tat-tibdil fl-użu tal-art. Normalment ma jseħħux assorbimenti bħala riżultat dirett tat-tibdil fl-użu tal-art (u mhux bħala riżultat ta’ prattiki ta’ ġestjoni fit-tul), għalkemm huwa rikonoxxut li dan jista’ jseħħ f’ċirkostanzi speċifiċi. Eżempji ta’ tibdil dirett fl-użu tal-art huma l-konverżjoni ta’ art użata għat-tkabbir tal-għelejjel għall-użu industrijali jew il-konverżjoni minn art forestali għal art tal-għelejjel. Għandhom jiġu inklużi l-forom kollha ta’ tibdil fl-użu tal-art li jirriżultaw f’emissjonijiet jew f’assorbimenti. It-tibdil indirett fl-użu tal-art jirreferi għal tali konverżjonijiet tal-użu tal-art bħala konsegwenza ta’ bidliet fl-użu tal-art xi mkien ieħor. Filwaqt li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jirriżultaw ukoll minn tibdil indirett fl-użu tal-art, il-metodi u r-rekwiżiti tad-data għall-kalkolu ta’ dawn l-emissjonijiet ma humiex żviluppati b’mod sħiħ. Għalhekk, il-valutazzjoni tal-emissjonijiet li jirriżultaw mit-tibdil indirett fl-użu tal-art ma hijiex inkluża.

L-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mit-tibdil dirett fl-użu tal-art għandhom jiġu valutati għal kwalunkwe input għaċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott li joriġina minn dik l-art u għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. L-emissjonijiet li jirriżultaw mill-prodott għandhom jiġu vvalutati abbażi tal-valuri prestabbiliti tat-tibdil fl-użu tal-art ipprovduti fl-Anness C tal-PAS 2050:2011, sakemm ma tkunx disponibbli data aħjar. Għall-pajjiżi u t-tibdil fl-użu tal-art mhux inklużi f’dan l-Anness, l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-prodott għandhom jiġu vvalutati bl-użu tal-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra inklużi li jseħħu b’riżultat tat-tibdil dirett fl-użu tal-art f’konformità mat-taqsimiet rilevanti tal-IPCC (2006). Il-valutazzjoni tal-impatt tat-tibdil fl-użu tal-art għandha tinkludi t-tibdil dirett kollu fl-użu tal-art li jseħħ mhux aktar minn 20 sena, jew perjodu ta’ ħsad wieħed, qabel ma ssir il-valutazzjoni (skont liema jkun l-itwal). L-emissjonijiet u l-assorbimenti totali ta’ gassijiet serra li jirriżultaw mit-tibdil dirett fl-użu tal-art matul il-perjodu għandhom jiġu inklużi fil-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-prodotti li jirriżultaw minn din l-art abbażi ta’ allokazzjoni ugwali għal kull sena tal-perjodu ( 107 ).

1. 

Fejn ikun jista’ jintwera li t-tibdil fl-użu tal-art ikun seħħ aktar minn 20 sena qabel ma titwettaq il-valutazzjoni, ma jenħtieġ li tiġi inkluża l-ebda emissjoni mit-tibdil fl-użu tal-art fil-valutazzjoni.

2. 

Fejn iż-żmien tat-tibdil fl-użu tal-art ma jkunx jista’ jintwera li jkun aktar minn 20 sena, jew perjodu wieħed ta’ ħsad, qabel ma ssir il-valutazzjoni (skont liema jkun l-itwal), għandu jiġi preżunt li t-tibdil fl-użu tal-art ikun seħħ fl-1 ta’ Jannar jew ta’:

l-aktar sena bikrija li fiha jkun jista’ jintwera li kien seħħ it-tibdil fl-użu tal-art; jew
fl-1 ta’ Jannar tas-sena li fiha tkun qed titwettaq il-valutazzjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra.

Il-ġerarkija li ġejja għandha tapplika meta jiġu ddeterminati l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mit-tibdil fl-użu tal-art li jseħħ mhux aktar minn 20 sena jew perjodu wieħed ta’ ħsad, qabel ma titwettaq il-valutazzjoni (skont liema jkun l-itwal):

1. 

meta l-pajjiż tal-produzzjoni jkun magħruf u l-użu preċedenti tal-art ikun magħruf, l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mit-tibdil fl-użu tal-art għandhom ikunu dawk li jirriżultaw mit-tibdil fl-użu tal-art mill-użu preċedenti tal-art għall-użu attwali tal-art f’dak il-pajjiż (jistgħu jinstabu linji gwida addizzjonali dwar il-kalkoli fil-PAS 2050-1:2012);

2. 

meta l-pajjiż tal-produzzjoni jkun magħruf, iżda l-użu preċedenti tal-art ma jkunx magħruf, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw mit-tibdil fl-użu tal-art għandhom ikunu l-istima tal-emissjonijiet medji mit-tibdil fl-użu tal-art għal dik l-għalla f’dak il-pajjiż (jistgħu jinstabu linji gwida addizzjonali dwar il-kalkoli fil-PAS 2050-1:2012);

3. 

meta la l-pajjiż tal-produzzjoni u lanqas l-użu preċedenti tal-art ma jkunu magħrufa, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw mit-tibdil fl-użu tal-art għandhom ikunu l-medja ponderata tal-emissjonijiet medji mit-tibdil fl-użu tal-art ta’ dik il-komodità fil-pajjiżi fejn titkabbar.

L-għarfien dwar l-użu preċedenti tal-art jista’ jintwera bl-użu ta’ għadd ta’ sorsi ta’ informazzjoni, bħall-immaġni bis-satellita u d-data minn stħarriġ dwar l-art. Meta ma jkunx hemm rekords disponibbli, jista’ jintuża l-għarfien lokali dwar l-użu preċedenti tal-art. Il-pajjiżi li fihom titkabbar għalla jistgħu jiġu ddeterminati mill-istatistika tal-importazzjoni, u jista’ jiġi applikat limitu ta’ mhux anqas minn 90 % tal-piż tal-importazzjonijiet. Għandhom jiġu rrapportati s-sorsi tad-data, il-post u ż-żmien tat-tibdil fl-użu art assoċjat mal-inputs għall-prodotti.” [tmiem tal-kwotazzjoni mill-PAS 2050:2011]

[Agħżel id-dikjarazzjoni t-tajba]

Il-ħżin tal-karbonju fil-ħamrija għandu jiġi mmudellat, ikkalkulat u rrapportat bħala informazzjoni ambjentali addizzjonali.

[JEW]

Il-ħżin tal-karbonju fil-ħamrija ma għandux jiġi mmudellat, ikkalkulat u rrapportat bħala informazzjoni ambjentali addizzjonali.

[Jekk dan għandu jiġi mmudellat, il-PEFCR għandha tispeċifika liema prova jeħtieġ li tiġi pprovduta u tinkludi r-regoli tal-immudellar.]

Għandha tiġi rrapportata s-somma tat-tliet subkategoriji.

[Jekk it-tibdil fil-klima jintgħażel bħala kategorija tal-impatt rilevanti, il-PEFCR għandha (i) dejjem titlob li t-tibdil fil-klima totali jiġi rrapportat bħala s-somma tat-tliet subindikaturi, u (ii) għas-subindikaturi “Tibdil fil-klima – fossili”, “Tibdil fil-klima – bijoġeniku” u “Tibdil fil-klima - użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art”, titlob rapportar separat għal dawk li jikkontribwixxu aktar minn 5 % kull wieħed għall-punteġġ totali.]

[Agħżel id-dikjarazzjoni t-tajba]

Is-subkategorija “Tibdil fil-klima-bijoġeniku” għandha tiġi rrapportata separatament.

[JEW]

Is-subkategorija “Tibdil fil-klima-bijoġeniku” ma għandhiex tiġi rrapportata separatament.

Is-subkategorija “Tibdil fil-klima-użu tal-art u trasformazzjoni tal-art” għandha tiġi rrapportata separatament.

[JEW]

Is-subkategorija “Tibdil fil-klima-użu tal-art u trasformazzjoni tal-art” ma għandhiex tiġi rrapportata separatament.

B.5.10.    Immudellar ta’ tmiem il-ħajja u tal-kontenut riċiklat

Tmiem il-ħajja tal-prodotti użati matul il-manifattura, id-distribuzzjoni, il-bejgħ bl-imnut, l-istadju tal-użu jew wara l-użu għandu jiġi inkluż fl-immudellar ġenerali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti. B’mod ġenerali, dan jenħtieġ li jiġi mmudellat u rrapportat fl-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja fejn iseħħ l-iskart. Din it-taqsima tipprovdi regoli dwar kif għandu jiġi mmudellat tmiem il-ħajja tal-prodotti kif ukoll il-kontenut riċiklat.

Il-formula tal-impronta ċirkolari (CFF) tintuża biex jiġi mmudellat tmiem il-ħajja tal-prodotti kif ukoll il-kontenut riċiklat u hija kombinazzjoni ta’ “materjal + enerġija + rimi”, jiġifieri:

image

Bil-parametri li ġejjin

A

:

il-fattur ta’ allokazzjoni tal-piżijiet u l-krediti bejn il-fornitur u l-utent tal-materjali riċiklati.

B

:

il-fattur ta’ allokazzjoni tal-proċessi ta’ rkupru tal-enerġija. Dan japplika kemm għall-piżijiet kif ukoll għall-krediti. Dan għandu jiġi ssettjat għal żero għall-istudji kollha dwar il-PEF.

Qsin

:

il-kwalità tal-materjal sekondarju li jidħol, jiġifieri l-kwalità tal-materjal riċiklat fil-punt tas-sostituzzjoni.

Qsout

:

il-kwalità tal-materjal sekondarju li joħroġ, jiġifieri l-kwalità tal-materjal riċiklabbli fil-punt tas-sostituzzjoni.

Qp

:

il-kwalità tal-materjal primarju, jiġifieri l-kwalità tal-materjal verġni.

R1

:

dan huwa l-proporzjon ta’ materjal fl-input għall-produzzjoni li jkun ġie riċiklat minn sistema preċedenti.

R2

:

dan huwa l-proporzjon tal-materjal fil-prodott li se jiġi riċiklat (jew użat mill-ġdid) f’sistema sussegwenti. R2 għalhekk għandu jqis l-ineffiċjenzi fil-proċessi tal-ġbir u tar-riċiklaġġ (jew tal-użu mill-ġdid). R2 għandu jitkejjel fl-output tal-impjant tar-riċiklaġġ.

R3

:

dan huwa l-proporzjon tal-materjal fil-prodott li jintuża għall-irkupru tal-enerġija fl-EoL.

Eriċiklat (Eriċ)

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mill-proċess ta’ riċiklaġġ tal-materjal riċiklat (użat mill-ġdid), inkluż il-proċess tal-ġbir, tas-separazzjoni u tat-trasport.

EriċiklaġġEoL (EriċEoL)

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mill-proċess ta’ riċiklaġġ fl-EoL, inklużi il-proċessi tal-ġbir, tas-separazzjoni u tat-trasport.

Ev

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mill-akkwist u l-ipproċessar minn qabel ta’ materjal verġni.

E*v

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mill-akkwist u l-ipproċessar minn qabel ta’ materjal verġni preżunt li jiġi sostitwit b’materjali riċiklabbli.

EER

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mill-proċess ta’ rkupru tal-enerġija (eż. inċinerazzjoni bl-irkupru tal-enerġija, landfill bl-irkupru tal-enerġija, eċċ.).

ESE,sħana u ESE,elett

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li kienu jirriżultaw mis-sors speċifiku tal-enerġija ssostitwit, mis-sħana u mill-elettriku rispettivament.

ED

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mir-rimi ta’ materjal ta’ skart fl-EoL tal-prodott analizzat, mingħajr l-irkupru tal-enerġija.

XER,sħana u XER,elett

:

l-effiċjenza tal-proċess ta’ rkupru tal-enerġija kemm għas-sħana kif ukoll għall-elettriku.

LHV

:

valur aktar baxx ta’ tisħin tal-materjal fil-prodott li jintuża għall-irkupru tal-enerġija.

[Fit-taqsimiet rispettivi, il-parametri li ġejjin għandhom jiġu pprovduti fil-PEFCR:

1) 

Il-valuri A kollha li għandhom jintużaw għandhom jiġu elenkati fil-PEFCR, flimkien ma’ referenza għall-metodu tal-PEF u l-parti C tal-Anness II. F’każ li ma jkunux jistgħu jiġu determinati valuri A speċifiċi mill-PEFCR, il-PEFCR għandha tippreskrivi l-proċedura li ġejja għall-utenti tagħha:

a. 

Fil-Parti C tal-Anness II jiġi ċċekkjat jekk ikunx disponibbli valur A speċifiku għall-applikazzjoni li jkun adattat għall-PEFCR,

b. 

Jekk ma jkunx disponibbli valur A speċifiku għall-applikazzjoni, għandu jintuża l-valur A speċifiku għall-materjal fil-Parti C tal-Anness II,

c. 

Jekk ma jkunx disponibbli valur A speċifiku għall-materjal, il-valur A għandu jiġi stabbilit għal 0,5.

2) 

Għandhom jintużaw il-proporzjonijiet kollha tal-kwalità (Qsin, Qsout/Qp).

3) 

Il-valuri R1 prestabbiliti għas-settijiet tad-data prestabbiliti kollha dwar il-materjali (f’każ li ma jkun hemm disponibbli l-ebda valur speċifiku għall-kumpanija), flimkien ma’ referenza għall-metodu tal-PEF u l-parti C tal-Anness II. Dawn għandhom jiġu stabbiliti għal 0 % meta ma tkun disponibbli l-ebda data speċifika għall-applikazzjoni.

4) 

Il-valuri R2 prestabbiliti li għandhom jintużaw f’każ li ma jkun disponibbli l-ebda valur speċifiku għall-kumpanija, flimkien ma’ referenza għall-metodu tal-PEF u l-parti C tal-Anness II.

5) 

Is-settijiet tad-data kollha li għandhom jintużaw għal Eriċ, EriċEoL, Ev, E*v, EER, ESE,sħana u ESE,elett, ED]

[Il-valuri prestabbiliti għall-parametri kollha għandhom jiġu elenkati f’tabella fit-taqsima tal-istadju xieraq taċ-ċiklu tal-ħajja. Barra minn hekk, il-PEFCR għandha tiddeskrivi b’mod ċar għal kull parametru jekk ikunu jistgħu jintużaw biss valuri prestabbiliti jew anki data speċifika għall-kumpanija, skont il-ħarsa ġenerali fit-taqsima A.4.2.7. tal-Anness II]

Immudellar tal-kontenut riċiklat (jekk applikabbli)

[Jekk ikun applikabbli, għandu jiġi inkluż it-test li ġej:]

Il-parti li ġejja tal-formula tal-impronta ċirkolari tintuża biex jiġi mmudellat il-kontenut riċiklat:

image

Il-valuri R1 applikati għandhom ikunu speċifiċi għall-katina tal-provvista jew prestabbiliti kif ipprovduti fit-tabella ta’ hawn fuq [it-TS għandu jipprovdi tabella], fir-rigward tad-DNM. Il-valuri speċifiċi għall-materjal ibbażati fuq l-istatistika tas-suq tal-provvista ma humiex aċċettati bħala proxy u għalhekk ma għandhomx jintużaw. Il-valuri R1 applikati għandhom ikunu soġġetti għall-verifika tal-istudju dwar il-PEF.

Meta jintużaw valuri R1 speċifiċi għall-katina tal-provvista għajr 0, hija meħtieġa t-traċċabbiltà tul il-katina kollha tal-provvista. Il-linji gwida li ġejjin għandhom jiġu segwiti meta jintużaw valuri R1 speċifiċi għall-katina tal-provvista:

1) 

L-informazzjoni tal-fornitur (pereżempju permezz tad-dikjarazzjoni tal-konformità jew in-nota tal-konsenja) għandha tinżamm matul l-istadji kollha tal-produzzjoni u tal-konsenja fil-konvertitur;

2) 

Ladarba l-materjal jiġi kkonsenjat lill-konvertitur għall-produzzjoni tal-prodotti finali, il-konvertitur għandu jittratta l-informazzjoni permezz tal-proċeduri amministrattivi regolari tiegħu;

3) 

Il-konvertitur għall-produzzjoni tal-prodotti finali li jiddikjaraw kontenut riċiklat għandu juri permezz tas-sistema ta’ ġestjoni tiegħu l-[%] ta’ materjal ta’ input riċiklat fil-prodott(i) finali rispettiv(i).

4) 

Din id-dimostrazzjoni tal-aħħar għandha tiġi ttrasferita fuq talba lill-utent tal-prodott finali. F’każ li jiġi kkalkulat u rrapportat profil tal-PEF, dan għandu jiġi ddikjarat bħala informazzjoni teknika addizzjonali tal-profil tal-PEF.

5) 

Jistgħu jiġu applikati sistemi ta’ traċċabbiltà li jkunu proprjetà tal-kumpanija sakemm dawn ikopru l-linji gwida ġenerali deskritti hawn fuq.

[Jistgħu jiġu applikati sistemi tal-industrija sakemm dawn ikopru l-linji gwida ġenerali deskritti hawn fuq. F’dak il-każ, it-test ta’ hawn fuq jista’ jiġi sostitwit b’dawk ir-regoli speċifiċi għall-industrija. Jekk le, huma għandhom jiġu ssupplimentati bil-linji gwida ġenerali ta’ hawn fuq.]

[Għall-prodotti intermedji biss:]

Il-profil tal-PEF għandu jiġi kkalkulat u rrapportat bl-użu ta’ A ugwali għal 1 għall-prodott fl-ambitu.

Taħt informazzjoni teknika addizzjonali, għandhom jiġi rrapportati r-riżultati għal applikazzjonijiet/materjali differenti bil-valuri A li ġejjin:

Applikazzjoni/materjal

Valur A li għandu jintuża

B.6.    Stadji taċ-ċiklu tal-ħajja

B.6.1.    Akkwist u pproċessar minn qabel tal-materja prima

[Il-PEFCR għandha telenka r-rekwiżiti u s-suppożizzjonijiet tekniċi kollha li għandhom jiġu applikati mill-utent tal-PEFCR. Barra minn hekk, hija għandha telenka l-proċessi kollha li jseħħu f’dan l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja (skont il-mudell tal-RP), skont it-tabella pprovduta hawn taħt (it-trasport f’tabella separata). It-tabella tista’ tiġi adattata mit-TS kif ikun xieraq (eż. billi jiġu inklużi parametri rilevanti tal-formula tal-impronta ċirkolari).]

Tabella B. 14.

Akkwist u pproċessar minn qabel tal-materja prima (l-ittri kapitali jindikaw dawk il-proċessi li huma mistennija li jitmexxew mill-kumpanija)

Isem il-proċess*

Unità tal-kejl (output)

Prestabbilit

UUID

DQR prestabbilita

Proċess l-aktar rilevanti [Iva/Le]

R1

Ammont għal kull FU

Sett tad-data

Sors tas-sett tad-data

(Nodu u stokk tad-data)

P

TiR

GeR

TeR

[Jekk jogħġbok ikteb b’ITTRI KAPITALI l-isem ta’ dawk il-proċessi li huma mistennija li jitmexxew mill-kumpanija]

L-utent tal-PEFCR għandu jirrapporta l-valuri tad-DQR (għal kull kriterju + total) għas-settijiet tad-data kollha użati.

[L-imballaġġ għandu jiġi mmudellat bħala parti mill-istadju tal-akkwist tal-materja prima taċ-ċiklu tal-ħajja.]

[Il-PEFCRs li jinkludu l-użu ta’ kartun tax-xorb jew ta’ imballaġġ b’borża fil-kaxxa għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-ammonti ta’ materjali ta’ input (imsejħa wkoll il-lista tal-materjali) u jiddikjaraw li l-imballaġġ għandu jiġi mmudellat billi l-ammonti preskritti tas-settijiet tad-data tal-materjal jiġu kkombinati mas-sett tad-data preskritt tal-konverżjoni.]

[Il-PEFCRs li jinkludu imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża minn aggregazzjonijiet operati minn partijiet terzi għandhom jipprovdu rati ta’ użu mill-ġdid prestabbiliti. Il-PEFCRs b’aggregazzjonijiet tal-imballaġġ proprjetà tal-kumpanija għandhom jispeċifikaw li r-rata ta’ użu mill-ġdid għandha tiġi kkalkolata bl-użu ta’ data speċifika għall-katina tal-provvista biss. Iż-żewġ approċċi differenti ta’ mmudellar kif ippreżentati fl-Anness I għandhom jintużaw u jiġu kkupjati fil-PEFCR. Il-PEFCR għandha tinkludi dan li ġej: “Il-konsum tal-materja prima tal-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża għandu jiġi kkalkolat billi l-piż reali tal-imballaġġ jiġi diviż bir-rata ta’ użu mill-ġdid.”]

[Għall-ingredjenti differenti ttrasportati mill-fornitur għall-fabbrika, l-utent tal-PEFCR jeħtieġ data dwar (i) il-mezz tat-trasport, (ii) id-distanza għal kull mezz tat-trasport, (iii) il-proporzjonijiet ta’ utilizzazzjoni għat-trasport bit-trakkijiet u (iv) l-immudellar tar-ritorn vojt għat-trasport bit-trakkijiet. Il-PEFCR għandha tipprovdi data prestabbilita għal din id-data jew titlob din id-data fil-lista ta’ informazzjoni obbligatorja speċifika għall-kumpanija. Għandhom jiġu applikati l-valuri prestabbiliti pprovduti fl-Anness I sakemm ma tkunx disponibbli data speċifika għall-PEFCR.]

Tabella B. 15.

Trasport (l-ittri kapitali jindikaw dawk il-proċessi li huma mistennija li jitmexxew mill-kumpanija)

Isem il-proċess (*1)

Unità tal-kejl (output)

Prestabbilit (għal kull FU)

Sett tad-data prestabbilit

Sors tas-sett tad-data

UUID

DQR prestabbilita

L-aktar rilevanti [Iva/Le]

Distanza

Proporzjon ta’ utilizzazzjoni

Ritorn vojt

P

TiR

GeR

TeR

(*1)   

L-utent tal-PEFCR għandu dejjem jivverifika l-proporzjon ta’ utilizzazzjoni applikat fis-sett tad-data prestabbilit u jadattah kif meħtieġ.

[Jekk jogħġbok ikteb b’ITTRI KAPITALI l-isem tal-proċessi li huma mistennija li jitmexxew mill-kumpanija.]

[Il-PEFCRs li jinkludu imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża għandhom jinkludu dan li ġej: “Ir-rata ta’ użu mill-ġdid taffettwa l-kwantità ta’ trasport li tkun meħtieġa għal kull FU. L-impatt tat-trasport għandu jiġi kkalkulat billi l-impatt tal-vjaġġ f’direzzjoni waħda jiġi diviż bl-għadd ta’ drabi li dan l-imballaġġ jerġa’ jintuża.”]

B.6.2.    Immudellar agrikolu [għandu jiġi inkluż biss jekk applikabbli]

[F’każ li l-produzzjoni agrikola tkun parti mill-ambitu tal-PEFCR, għandu jiġi inkluż it-test li ġej. It-taqsimiet li ma humiex rilevanti jistgħu jitneħħew.]

Trattament ta’ proċessi multifunzjonali: Għandhom jiġu segwiti r-regoli deskritti fil-linji gwida LEAP: “Il-prestazzjoni ambjentali tal-ktajjen tal-provvista tal-għalf għall-annimali (il-paġni 36-43), FAO 2015, disponibbli minn http://www.fao.org/partnerships/leap/publications/en/”.

Użu ta’ data speċifika għat-tip ta’ għelejjel u speċifika għall-pajjiż, ir-reġjun jew il-klima għar-rendiment, għall-użu tal-ilma u tal-art, għat-tibdil fl-użu tal-art, għall-ammont ta’ fertilizzant (artifiċjali u organiku) (ammont N, P) u għall-ammont ta’ pestiċidi (għal kull ingredjent attiv), għal kull ettaru fis-sena, jekk tkun disponibbli.

Id-data dwar il-kultivazzjoni għandha tinġabar fuq perjodu ta’ żmien suffiċjenti biex tipprovdi valutazzjoni medja tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja assoċjat mal-inputs u l-outputs tal-kultivazzjoni li se tikkumpensa għall-fluttwazzjonijiet minħabba d-differenzi staġunali:

1) 

Għall-għelejjel annwali, għandu jintuża perjodu ta’ valutazzjoni ta’ mill-anqas tliet snin (biex jiġu llivellati d-differenzi fir-rendimenti tal-għelejjel relatati mal-fluttwazzjonijiet fil-kundizzjonijiet tat-tkabbir matul is-snin bħall-klima, il-pesti u l-mard, eċċ.). Meta ma tkunx disponibbli data li tkopri perjodu ta’ tliet snin, jiġifieri minħabba l-bidu ta’ sistema ġdida ta’ produzzjoni (eż. serra ġdida, art li tkun għadha kif ġiet ikklerjata, bidla għal għalla oħra), il-valutazzjoni tista’ titwettaq fuq perjodu iqsar, iżda ma għandhiex tkun anqas minn sena. L-għelejjel/il-pjanti mkabbra fis-serer għandhom jitqiesu bħala għelejjel/pjanti annwali, sakemm iċ-ċiklu tal-kultivazzjoni ma jkunx konsiderevolment anqas minn sena u għalla oħra tiġi kkultivata b’mod konsekuttiv f’dik is-sena. It-tadam, il-bżar u għelejjel oħra li jiġu kkultivati u jinħasdu fuq perjodu itwal matul is-sena, huma kkunsidrati bħala għelejjel annwali.

2) 

Għall-pjanti perenni (inklużi l-pjanti sħaħ u l-porzjonijiet li jittieklu tal-pjanti perenni), għandha tiġi preżunta sitwazzjoni ta’ stat kostanti (jiġifieri fejn l-istadji kollha tal-iżvilupp ikunu rappreżentati b’mod proporzjonali fil-perjodu ta’ żmien studjat) u għandu jintuża perjodu ta’ tliet snin biex jiġu stmati l-inputs u l-outputs ( 108 ).

3) 

Meta l-istadji differenti fiċ-ċiklu tal-kultivazzjoni jkunu magħrufa li huma sproporzjonati, għandha ssir korrezzjoni billi jiġu aġġustati ż-żoni tal-għelejjel allokati għal stadji differenti ta’ żvilupp, fi proporzjon maż-żoni tal-għelejjel mistennija fi stat kostanti teoretiku. L-applikazzjoni ta’ tali korrezzjoni għandha tiġi ġġustifikata u rreġistrata. L-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja tal-pjanti u l-għelejjel perenni ma għandux jitwettaq qabel ma s-sistema tal-produzzjoni fil-fatt tagħti output.

4) 

Għall-għelejjel li jitkabbru u jinħasdu f’anqas minn sena (eż. ħass prodott f’xahrejn sa erba’ xhur), għandha tinġabar data fir-rigward tal-perjodu ta’ żmien speċifiku għall-produzzjoni ta’ għalla waħda, minn tal-anqas tliet ċikli konsekuttivi reċenti. Il-kalkolu tal-medja fuq tliet snin jista’ jsir l-aħjar billi l-ewwel tinġabar data annwali u jiġi kkalkolat l-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja għal kull sena u mbagħad tiġi ddeterminata l-medja ta’ tliet snin.

L-emissjonijiet tal-pestiċidi għandhom jiġu mmudellati bħala ingredjenti attivi speċifiċi. Bħala approċċ prestabbilit, il-pestiċidi applikati għall-għelieqi għandhom jiġu mmudellati bħala 90 % emessi fil-kompartiment tal-ħamrija agrikola, 9 % emessi fl-arja u 1 % emessi fl-ilma.

L-emissjonijiet tal-fertilizzanti (u tad-demel) għandhom jiġu differenzjati għal kull tip ta’ fertilizzant u jkopru bħala minimu:

1) 

NH3, fl-arja (mill-applikazzjoni ta’ fertilizzant N)

2) 

N2O, fl-arja (diretti u indiretti) (mill-applikazzjoni ta’ fertilizzant N)

3) 

CO2, fl-arja (mill-applikazzjoni ta’ ġir, urea u komposti tal-urea)

4) 

NO3, fl-ilma mhux speċifikat (lissija mill-applikazzjoni ta’ fertilizzant N)

5) 

PO4, fl-ilma mhux speċifikat jew fl-ilma ħelu (lissija u skol ta’ fosfat solubbli mill-applikazzjoni ta’ fertilizzant P)

6) 

P, fl-ilma mhux speċifikat jew fl-ilma ħelu (partiċelli tal-ħamrija li fihom il-fosfru, mill-applikazzjoni ta’ fertilizzant P).

L-LCI għall-emissjonijiet ta’ P jenħtieġ li jiġi mmudellat bħala l-ammont ta’ P li jiġi emess fl-ilma wara l-iskol u għandu jintuża l-kompartiment tal-emissjonijiet “ilma”. Meta dan l-ammont ma jkunx disponibbli, l-LCI jista’ jiġi mmudellat bħala l-ammont ta’ P applikat fuq l-għalqa agrikola (permezz ta’ demel jew fertilizzanti) u għandu jintuża l-kompartiment tal-emissjonijiet “ħamrija”. F’dan il-każ, l-iskol mill-ħamrija għall-ilma huwa parti mill-metodu tal-valutazzjoni tal-impatt.

L-LCI għall-emissjonijiet N għandu jiġi mmudellat bħala l-ammont ta’ emissjonijiet wara li jħalli l-għalqa (ħamrija) u jispiċċa fil-kompartimenti differenti tal-arja u tal-ilma għal kull ammont ta’ fertilizzanti applikati. L-emissjonijiet ta’ N fil-ħamrija ma għandhomx jiġu mmudellati. L-emissjonijiet tan-nitroġenu għandhom jiġu kkalkulati mill-applikazzjonijiet tan-nitroġenu tal-bidwi fuq l-għalqa u billi jiġu esklużi s-sorsi esterni (eż. id-depożizzjoni tax-xita).

[Għall-fertilizzanti bbażati fuq in-nitroġenu, il-PEFCR għandha tiddeskrivi l-mudell tal-LCI li għandu jintuża. Jenħtieġ li jintużaw il-fatturi ta’ emissjoni tal-Grad 1 tal-IPCC (2006). Jista’ jintuża mudell aktar komprensiv tan-nitroġenu fl-għelieqi mill-PEFCR bil-kundizzjoni li (i) dan ikopri mill-anqas l-emissjonijiet mitluba hawn fuq, (ii) N ikun ibbilanċjat fl-inputs u fl-outputs u (iii) jiġi deskritt b’mod trasparenti.]

Tabella B. 16.

Parametri li għandhom jintużaw meta tiġi mmudellata l-emissjoni tan-nitroġenu fil-ħamrija

Emissjoni

Kompartiment

Valur li għandu jiġi applikat

N2O (fertilizzant sintetiku u demel; diretta u indiretta)

L-arja

0,022 kg N2O/ kg fertilizzant N applikat

NH3 (fertilizzant sintetiku)

L-arja

kg NH3= kg N * FracGASF= 1*0,1* (17/14)= 0,12 kg NH3/ kg fertilizzant N applikat

NH3 (demel)

L-arja

kg NH3= kg N*FracGASF= 1*0,2* (17/14)= 0,24 kg NH3/ kg demel N applikat

NO3 - (fertilizzant sintetiku u demel)

L-ilma

kg NO3 -= kg N*FracLEACH = 1*0,3*(62/14) = 1,33 kg NO3 -/ kg N applikat

Fertilizzanti bbażati fuq il-P

L-ilma

0,05 kg P/ kg P applikat

FracGASF: frazzjoni ta’ fertilizzant sintetiku N applikat għall-ħamrija li tivvolatizza bħala NH3 u NOx. FracLEACH: frazzjoni ta’ fertilizzant sintetiku u demel mitluf minħabba lissija u skol bħala NO3-.

L-emissjonijiet ta’ metalli tqal mill-inputs tal-għelieqi għandhom jiġu mmudellati bħala emissjoni għall-ħamrija u/jew lissija jew erożjoni għall-ilma. L-inventarju għall-ilma għandu jispeċifika l-istat ta’ ossidazzjoni tal-metall (eż., Cr+3, Cr+6). Billi l-għelejjel jassimilaw parti mill-emissjonijiet tal-metalli tqal matul il-kultivazzjoni tagħhom, hija meħtieġa kjarifika dwar kif għandhom jiġu mmudellati l-għelejjel li jaġixxu bħala bir. Għandu jintuża l-approċċ ta’ mmudellar li ġej:

[It-TS għandu jagħżel wieħed miż-żewġ approċċi ta’ mmudellar li għandhom jintużaw]

1) 

Id-destin finali tal-flussi elementari tal-metalli tqal ma jitqiesx aktar fil-limitu tas-sistema: l-inventarju ma jqisx l-emissjonijiet finali tal-metalli tqal u għalhekk ma għandux iqis l-assorbiment tal-metalli tqal mill-għalla. Pereżempju, il-metalli tqal fl-għelejjel agrikoli kkultivati għall-konsum mill-bniedem jispiċċaw fil-pjanta. Fil-kuntest tal-EF, il-konsum mill-bniedem ma jiġix immudellat, id-destin finali ma jiġix immudellat aktar u l-pjanta taġixxi bħala bir tal-metalli tqal. Għalhekk, l-assorbiment tal-metalli tqal mill-għalla ma għandux jiġi mmudellat.

2) 

Id-destin finali (kompartiment tal-emissjonijiet) tal-flussi elementari tal-metalli tqal huwa meqjus fil-limitu tas-sistema: l-inventarju jqis l-emissjonijiet finali (rilaxx) tal-metalli tqal fl-ambjent u għalhekk għandu jqis ukoll l-assorbiment tal-metalli tqal mill-għalla. Pereżempju, il-metalli tqal fl-għelejjel agrikoli kkultivati għall-għalf se jispiċċaw prinċipalment fid-diġestjoni tal-annimali u jintużaw bħala demel lura fl-għelieqi fejn il-metalli jiġu rilaxxati fl-ambjent u l-impatti tagħhom jinqabdu mill-metodi ta’ valutazzjoni tal-impatt. Għalhekk, l-inventarju tal-istadju agrikolu għandu jqis l-assorbiment tal-metalli tqal mill-għalla. Ammont limitat jispiċċa fl-annimal, li jista’ jiġi injorat għas-simplifikazzjoni.

L-emissjonijiet tal-metan mill-kultivazzjoni tar-ross għandhom jiġu inklużi abbażi tar-regoli tal-kalkolu tal-IPCC (2006).

Il-ħamrija tal-pit imnixxfa għandha tinkludi l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju abbażi ta’ mudell li jorbot il-livelli tad-drenaġġ mal-ossidazzjoni annwali tal-karbonju.

Għandhom jiġu inklużi l-attivitajiet li ġejjin [It-TS għandu jagħżel x’għandu jiġi inkluż]:

a) 

L-input ta’ materjal taż-żerriegħa (kg/ettaru)

b) 

L-input ta’ pit fil-ħamrija (kg/ettaru + proporzjon C/N)

c) 

L-input ta’ ġir (kg CaCO3/ettaru, tip)

d) 

L-użu tal-magni (sigħat, tip) (għandu jiġi inkluż jekk ikun hemm livell għoli ta’ mekkanizzazzjoni)

e) 

L-input N mir-residwi tal-għelejjel li jibqgħu fl-għelieqi jew li jinħarqu (kg ta’ residwu + kontenut ta’ N/ettaru)

f) 

Ir-rendiment tal-għelejjel (kg/ettaru)

g) 

It-tnixxif u l-ħżin tal-prodotti

h) 

L-operazzjonijiet fl-għelieqi permezz ta’ …[għandha timtela]

B.6.3.    Manifattura

Il-PEFCR għandha telenka r-rekwiżiti u s-suppożizzjonijiet tekniċi kollha li għandhom jiġu applikati mill-utent tal-PEFCR. Barra minn hekk, hija għandha telenka l-proċessi kollha li jseħħu f’dan l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja, skont it-tabella pprovduta hawn taħt. It-tabella tista’ tiġi adattata mit-TS kif ikun xieraq (eż. billi jiġu inklużi parametri rilevanti tal-formula tal-impronta ċirkolari).]

Tabella B. 17.

Manifattura (l-ittri kapitali jindikaw dawk il-proċessi li huma mistennija li jitmexxew mill-kumpanija)

L-isem tal-proċess

Unità tal-kejl (output)

Ammont prestabbilit għal kull FU

Sett tad-data prestabbilit li għandu jintuża

Sors tas-sett tad-data

(Nodu u stokk tad-data)

UUID

DQR prestabbilita

Proċess l-aktar rilevanti [Iva/Le]

P

TiR

GeR

TeR

[Jekk jogħġbok ikteb b’ITTRI KAPITALI l-isem ta’ dawk il-proċessi li huma mistennija li jitmexxew mill-kumpanija]

L-utent tal-PEFCR għandu jirrapporta l-valuri tad-DQR (għal kull kriterju + total) għas-settijiet tad-data kollha użati.

[Il-PEFCRs li jinkludu imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża għandhom iqisu l-enerġija u r-riżorsi addizzjonali użati għat-tindif, għat-tiswija jew għall-mili mill-ġdid.]

L-iskart tal-prodotti użati matul il-manifattura għandu jiġi inkluż fl-immudellar. [Għandhom jiġu deskritti r-rati ta’ telf prestabbiliti għal kull tip ta’ prodott u kif dawn għandhom jiġu inklużi fil-fluss ta’ referenza.]

B.6.4.    Stadju tad-distribuzzjoni [għandu jiġi inkluż jekk applikabbli]

It-trasport mill-fabbrika għall-klijent finali (inkluż it-trasport tal-konsumatur) għandu jiġi mmudellat f’dan l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja. Il-klijent finali huwa definit bħala … [għandha timtela].

F’każ li tkun disponibbli informazzjoni speċifika għall-katina tal-provvista għal parametru tat-trasport wieħed jew diversi, din tista’ tiġi applikata skont il-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data.

[It-TS għandu jipprovdi xenarju prestabbilit tat-trasport fil-PEFCR. F’każ li ma jkun disponibbli l-ebda xenarju prestabbilit tat-trasport speċifiku għall-PEFCR, ix-xenarju tat-trasport ipprovdut fil-metodu tal-PEF għandu jintuża bħala bażi flimkien ma’ (i) għadd ta’ proporzjonijiet speċifiċi għall-PEFCR, (ii) proporzjonijiet ta’ utilizzazzjoni speċifiċi għall-PEFCR għat-trasport bit-trakkijiet, u (iii) fattur ta’ allokazzjoni speċifiku għall-PEFCR għat-trasport tal-konsumatur. Għall-prodotti li jistgħu jerġgħu jintużaw, it-trasport ta’ ritorn mill-bejgħ bl-imnut/DC għall-fabbrika għandu jiżdied fix-xenarju tat-trasport. Għall-prodotti mkessħa jew iffriżati, il-proċessi prestabbiliti tat-trasport bit-trakkijiet/bil-vannijiet jenħtieġ li jinbidlu. Il-PEFCR għandha telenka l-proċessi kollha li jseħħu f’xenarju (skont il-mudell tal-RP) bl-użu tat-tabella ta’ hawn taħt. It-tabella tista’ tiġi adattata mit-TS kif ikun xieraq]

Tabella B. 18.

Distribuzzjoni (l-ittri kapitali jindikaw dawk il-proċessi li huma mistennija li jitmexxew mill-kumpanija)

Isem il-proċess*

Unità tal-kejl (output)

Prestabbilit (għal kull FU)

Sett tad-data prestabbilit

Sors tas-sett tad-data

UUID

DQR prestabbilita

L-aktar rilevanti [Iva/Le]

Distanza

Proporzjon ta’ utilizzazzjoni

Ritorn vojt

P

TiR

GeR

TeR

[Jekk jogħġbok ikteb b’ITTRI KAPITALI l-isem ta’ dawk il-proċessi li huma mistennija li jitmexxew mill-kumpanija.]

L-utent tal-PEFCR għandu jirrapporta l-valuri tad-DQR (għal kull kriterju + total) għas-settijiet tad-data kollha użati.

L-iskart tal-prodotti matul id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut għandu jiġi inkluż fl-immudellar. [Għandhom jiġu deskritti r-rati ta’ telf prestabbiliti għal kull tip ta’ prodott u kif dawn għandhom jiġu inklużi fil-fluss ta’ referenza. Il-PEFCR għandha ssegwi l-parti F ta’ dan l-Anness f’każ li ma tkun disponibbli l-ebda informazzjoni speċifika għall-PEFCR.]

B.6.5.    Stadju tal-użu [għandu jiġi inkluż jekk applikabbli]

[Il-PEFCR għandha tipprovdi deskrizzjoni ċara tal-istadju tal-użu u telenka l-proċessi kollha li jseħħu fih (skont il-mudell tal-RP) skont it-tabella pprovduta hawn taħt. It-tabella tista’ tiġi adattata mit-TS kif ikun xieraq.]

Tabella B. 19.

Stadju tal-użu (l-ittri kapitali jindikaw dawk il-proċessi li huma mistennija li jitmexxew mill-kumpanija)

L-isem tal-proċess*

Unità tal-kejl (output)

Ammont prestabbilit għal kull FU

Sett tad-data prestabbilit li għandu jintuża

Sors tas-sett tad-data

UUID

DQR prestabbilita

Proċess l-aktar rilevanti [Iva/Le]

P

TiR

TeR

GeR

[Jekk jogħġbok ikteb b’ITTRI KAPITALI l-isem ta’ dawk il-proċessi li huma mistennija li jitmexxew mill-kumpanija.]

L-utent tal-PEFCR għandu jirrapporta l-valuri tad-DQR (għal kull kriterju + total) għas-settijiet tad-data kollha użati.

[F’din it-taqsima, il-PEFCR għandha telenka wkoll ir-rekwiżiti u s-suppożizzjonijiet tekniċi kollha li għandu japplika l-utent tal-PEFCR. Il-PEFCR għandha tiddikjara jekk jintużax approċċ delta għal ċerti proċessi. F’każ li jintuża l-approċċ delta, il-PEFCR għandha tiddikjara l-konsum minimu (referenza) li għandu jintuża meta jiġi kkalkolat il-konsum addizzjonali allokat għall-prodott.]

Għall-istadju tal-użu, għandha tintuża t-taħlita tal-grilja tal-konsum. It-taħlita tal-elettriku għandha tirrifletti l-proporzjonijiet tal-bejgħ bejn il-pajjiżi/ir-reġjuni tal-UE. Biex jiġi ddeterminat il-proporzjon, għandha tintuża unità fiżika (eż. l-għadd ta’ biċċiet jew kg ta’ prodott [li għandha tingħażel mit-TS]). Meta ma tkunx disponibbli tali data, għandha tintuża t-taħlita medja tal-konsum tal-UE (UE+EFTA), jew taħlita tal-konsum rappreżentattiva għar-reġjun.

L-iskart tal-prodotti matul l-istadju tal-użu għandu jiġi inkluż fl-immudellar. [Għandhom jiġu deskritti r-rati ta’ telf prestabbiliti għal kull tip ta’ prodott u kif dawn għandhom jiġu inklużi fil-fluss ta’ referenza. Il-PEFCR għandha ssegwi l-parti E ta’ dan l-Anness f’każ li ma tkun disponibbli l-ebda informazzjoni speċifika għall-PEFCR.]

B.6.6.    Tmiem il-ħajja [għandu jiġi inkluż jekk applikabbli]

L-istadju ta’ tmiem il-ħajja jibda meta l-prodott fl-ambitu u l-imballaġġ tiegħu jintremew mill-utent u jintemm meta l-prodott jiġi rritornat għan-natura bħala prodott ta’ skart jew jidħol fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott ieħor (jiġifieri bħala input riċiklat). B’mod ġenerali, dan jinkludi l-iskart tal-prodott fl-ambitu, bħall-iskart tal-ikel, u l-imballaġġ primarju.

Skart ieħor (differenti mill-prodott fl-ambitu) iġġenerat matul l-istadju tal-manifattura, tad-distribuzzjoni, tal-bejgħ bl-imnut, tal-użu jew wara l-użu għandu jiġi inkluż fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott u mmudellat fl-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja fejn iseħħ.

[Il-PEFCR għandha telenka r-rekwiżiti u s-suppożizzjonijiet tekniċi kollha li għandu japplika l-utent tal-PEFCR. Barra minn hekk, hija għandha telenka l-proċessi kollha li jseħħu f’dan l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja (skont il-mudell tal-RP) skont it-tabella pprovduta hawn taħt. It-tabella tista’ tiġi adattata mit-TS kif ikun xieraq (eż. billi jiġu inklużi parametri rilevanti tal-formula tal-impronta ċirkolari). Jekk jogħġbok innota li t-trasport mill-post tal-ġbir sat-trattament tal-EoL jista’ jiġi inkluż fis-settijiet tad-data dwar il-landfills, l-inċinerazzjoni u r-riċiklaġġ: it-TS għandu jivverifika jekk dan ikunx inkluż fis-settijiet tad-data prestabbiliti pprovduti. Madankollu, jista’ jkun hemm xi każijiet, fejn tkun meħtieġa data prestabbilita addizzjonali dwar it-trasport u għalhekk għandha tiġi inkluża hawnhekk. Il-metodu tal-PEF jipprovdi valuri prestabbiliti li għandhom jintużaw f’każ li ma tkun disponibbli l-ebda data aħjar.]

Tabella B. 20.

Tmiem il-ħajja (l-ittri kapitali jindikaw dawk il-proċessi li huma mistennija li jitmexxew mill-kumpanija)

L-isem tal-proċess*

Unità tal-kejl (output)

Ammont prestabbilit għal kull FU

Sett tad-data prestabbilit li għandu jintuża

Sors tas-sett tad-data

UUID

DQR prestabbilita

Proċess l-aktar rilevanti [Iva/Le]

P

TiR

TeR

GeR

[Jekk jogħġbok ikteb b’ITTRI KAPITALI l-isem ta’ dawk il-proċessi li huma mistennija li jitmexxew mill-kumpanija.]

L-utent tal-PEFCR għandu jirrapporta l-valuri tad-DQR (għal kull kriterju + total) għas-settijiet tad-data kollha użati.

Tmiem il-ħajja għandu jiġi mmudellat bl-użu tal-formula tal-impronta ċirkolari u r-regoli pprovduti fit-taqsima “Immudellar ta’ tmiem il-ħajja” ta’ din il-PEFCR u fil-metodu tal-PEF, flimkien mal-parametri prestabbiliti elenkati fit-tabella [Numru tat-tabella].

Qabel ma jagħżel il-valur R2 xieraq, l-utent tal-PEFCR għandu jwettaq evalwazzjoni għar-riċiklabbiltà tal-materjal. L-istudju dwar il-PEF għandu jinkludi dikjarazzjoni dwar ir-riċiklabbiltà tal-materjali/prodotti. Id-dikjarazzjoni dwar ir-riċiklabbiltà għandha tiġi pprovduta flimkien ma’ evalwazzjoni għar-riċiklabbiltà li tinkludi evidenza għat-tliet kriterji li ġejjin (kif deskritt fl-ISO 14021:1999, it-taqsima 7.7.4 “Metodoloġija tal-evalwazzjoni”):

1. 

Is-sistemi tal-ġbir, tas-separazzjoni u tal-konsenja għat-trasferiment tal-materjali mis-sors għall-faċilità ta’ riċiklaġġ huma disponibbli b’mod konvenjenti għal proporzjon raġonevoli tax-xerrejja, tax-xerrejja potenzjali u tal-utenti tal-prodott;

2. 

Il-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ huma disponibbli biex jakkomodaw il-materjali miġbura;

3. 

Hemm evidenza disponibbli li l-prodott li għalih tkun qed tiġi ddikjarata r-riċiklabbiltà jkun qed jinġabar u jiġi riċiklat.

Il-punti 1 u 3 jistgħu jiġu ppruvati permezz ta’ statistika dwar ir-riċiklaġġ (speċifika għall-pajjiż) derivata minn assoċjazzjonijiet tal-industrija jew korpi nazzjonali. Tista’ tiġi pprovduta approssimazzjoni għall-evidenza fil-punt 3 billi jiġi applikat, pereżempju, id-disinn għall-evalwazzjoni tar-riċiklabbiltà deskritt fl-EN 13430 Riċiklaġġ tal-materjal (l-Annessi A u B) jew linji gwida oħra dwar ir-riċiklabbiltà speċifiċi għas-settur jekk ikunu disponibbli ( 109 ).

Wara l-evalwazzjoni għar-riċiklabbiltà, għandhom jintużaw il-valuri R2 xierqa (speċifiċi għall-katina tal-provvista jew prestabbiliti). Jekk kriterju wieħed ma jiġix issodisfat jew il-linji gwida dwar ir-riċiklabbiltà speċifiċi għas-settur jindikaw riċiklabbiltà limitata, għandu jiġi applikat valur R2 ta’ 0 %.

Għandhom jintużaw valuri R2 speċifiċi għall-kumpanija (imkejla fl-output tal-impjant tar-riċiklaġġ), jekk ikunu disponibbli. Jekk ma jkun disponibbli l-ebda valur speċifiku għall-kumpanija u l-kriterji għall-evalwazzjoni tar-riċiklabbiltà jiġu ssodisfati (ara hawn taħt), għandhom jintużaw valuri R2 speċifiċi għall-applikazzjoni kif elenkat fit-tabella ta’ hawn taħt.

a) 

Jekk ma jkunx disponibbli valur R2 għal pajjiż speċifiku, għandha tintuża l-medja Ewropea.

b) 

Jekk ma jkunx disponibbli valur R2 għal applikazzjoni speċifika, għandhom jintużaw il-valuri R2 tal-materjal (eż. il-medja tal-materjal).

c) 

F’każ li ma jkun hemm l-ebda valur R2 disponibbli, R2 għandu jiġi ssettjat għal 0 jew tista’ tiġi ġġenerata statistika ġdida biex jiġi assenjat valur R2 fis-sitwazzjoni speċifika.

Il-valuri R2 applikati għandhom ikunu soġġetti għall-verifika tal-istudju dwar il-PEF.

[Il-PEFCR għandha telenka f’tabella l-parametri kollha li għandhom jintużaw mill-utent biex jimplimenta s-CFF, filwaqt li tiddistingwi bejn dawk li għandhom valur fiss (li għandu jiġi pprovdut fl-istess Tabella; mill-metodu tal-PEF jew speċifiku għall-PEFCR) u dawk li huma speċifiċi għall-istudju dwar il-PEF (eż. R2, eċċ.). Barra minn hekk, il-PEFCR għandha tinkludi regoli addizzjonali tal-immudellar derivati mill-metodu tal-PEF, jekk applikabbli. F’din it-tabella, il-valur B għandu jkun ugwali għal 0 bħala valur prestabbilit]

[Il-PEFCRs li jinkludu imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża għandhom jinkludu dan li ġej: “Ir-rata ta’ użu mill-ġdid tiddetermina l-kwantità ta’ materjal tal-imballaġġ (għal kull prodott mibjugħ) li għandu jiġi ttrattat fi tmiem il-ħajja. L-ammont ta’ imballaġġ ittrattat fi tmiem il-ħajja għandu jiġi kkalkulat billi l-piż reali tal-imballaġġ jiġi diviż bl-għadd ta’ drabi li dan l-imballaġġ ikun reġa’ ntuża.”]

B.7.    Riżultati tal-PEF

B.7.1.    Valuri referenzjarji

[Hawnhekk it-TS għandu jirrapporta r-riżultati tal-parametru referenzjarju għal kull prodott rappreżentattiv. Ir-riżultati għandhom jiġu pprovduti kkaratterizzati, normalizzati u ponderati (bħala valuri assoluti), kull wieħed f’tabella differenti, skont il-mudell ipprovdut hawn taħt. Ir-riżultati għandhom jiġu pprovduti wkoll bħala punteġġ globali uniku, abbażi tal-fatturi ta’ ponderazzjoni pprovduti fit-Taqsima 5.2.2 tal-Anness I u tal-Anness B.1]

Tabella B. 21.

Valuri referenzjarji kkaratterizzati għal [daħħal l-isem tal-prodott rappreżentattiv]

Kategorija tal-impatt

Unità

Ċiklu tal-ħajja minbarra l-istadju tal-użu

Ċiklu tal-ħajja totali

Tibdil fil-klima, total

kg CO2 eq

Tibdil fil-klima - fossili

Tibdil fil-klima - bijoġeniku

Tibdil fil-klima – użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art

Tnaqqis tal-ożonu

kg CFC-11 eq

Materja partikolata

inċidenza ta’ mard

Radjazzjoni jonizzanti, saħħa tal-bniedem

kBq U235 eq

Formazzjoni fotokimika tal-ożonu, saħħa tal-bniedem

kg NMVOC eq

Aċidifikazzjoni

mol H+ eq

Ewtrofikazzjoni, terrestri

mol N eq

Ewtrofikazzjoni, ilma ħelu

kg P eq

Ewtrofikazzjoni, baħar

kg N eq

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem, effetti ta’ kanċer

CTUh

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem, effetti mhux ta’ kanċer

CTUh

Ekotossiċità

CTUe

Użu tal-art

Mingħajr dimensjonijiet (pt)

Użu tal-ilma

m3 ekwivalenti ta’ ilma mċaħħad

Użu tar-riżorsi, minerali u metalli

kg Sb eq

Użu tar-riżorsi, fossili

MJ

Tabella B. 22.

Valuri referenzjarji normalizzati għal [daħħal l-isem tal-prodott rappreżentattiv]

Kategorija tal-impatt

Ċiklu tal-ħajja minbarra l-istadju tal-użu

Ċiklu tal-ħajja totali

Tibdil fil-klima (total)

Tibdil fil-klima - fossili

Tibdil fil-klima - bijoġeniku

Tibdil fil-klima – użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art

Tnaqqis tal-ożonu

Materja partikolata

Radjazzjoni jonizzanti, saħħa tal-bniedem

Formazzjoni fotokimika tal-ożonu, saħħa tal-bniedem

Aċidifikazzjoni

Ewtrofikazzjoni, terrestri

Ewtrofikazzjoni, ilma ħelu

Ewtrofikazzjoni, baħar

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem, effetti ta’ kanċer

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem, effetti mhux ta’ kanċer

Ekotossiċità

Użu tal-art

Użu tal-ilma

Użu tar-riżorsi, minerali u metalli

Użu tar-riżorsi, fossili

Tabella B. 23

Valuri referenzjarji normalizzati għal [daħħal l-isem tal-prodott rappreżentattiv]

Kategorija tal-impatt

Ċiklu tal-ħajja

minbarra l-istadju tal-użu

Ċiklu tal-ħajja totali

Tibdil fil-klima (total)

Tibdil fil-klima - fossili

Tibdil fil-klima - bijoġeniku

Tibdil fil-klima – użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art

Tnaqqis tal-ożonu

Materja partikolata

Radjazzjoni jonizzanti, saħħa tal-bniedem

Formazzjoni fotokimika tal-ożonu, saħħa tal-bniedem

Aċidifikazzjoni

Ewtrofikazzjoni, terrestri

Ewtrofikazzjoni, ilma ħelu

Ewtrofikazzjoni, baħar

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem, effetti ta’ kanċer

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem, effetti mhux ta’ kanċer

Ekotossiċità

Użu tal-art

Użu tal-ilma

Użu tar-riżorsi, minerali u metalli

Użu tar-riżorsi, fossili

B.7.2.    Profil tal-PEF

L-utent tal-PEFCR għandu jikkalkula l-profil tal-PEF tal-prodott tiegħu f’konformità mar-rekwiżiti kollha inklużi f’din il-PEFCR. L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fir-rapport dwar il-PEF:

a) 

l-inventarju sħiħ taċ-ċiklu tal-ħajja;

b) 

ir-riżultati kkaratterizzati f’valuri assoluti, għall-kategoriji kollha tal-impatt (bħala tabella);

c) 

ir-riżultati normalizzati f’valuri assoluti, għall-kategoriji kollha tal-impatt (bħala tabella);

d) 

ir-riżultat ponderat f’valuri assoluti, għall-kategoriji kollha tal-impatt (bħala tabella);

e) 

il-punteġġ globali uniku aggregat f’valuri assoluti.

Flimkien mar-rapport dwar il-PEF, l-utent tal-PEFCR għandu jiżviluppa sett tad-data aggregat konformi mal-EF tal-prodott tiegħu fl-ambitu. Dan is-sett tad-data għandu jkun disponibbli għall- Kummissjoni Ewropea u jista’ jiġi ppubblikat. Il-verżjoni diżaggregata tista’ tibqa’ kunfidenzjali.

B.7.3.    Klassijiet ta’ prestazzjoni

[L-identifikazzjoni tal-klassijiet ta’ prestazzjoni ma hijiex obbligatorja. Kull Segretarjat Tekniku huwa liberu li jiddefinixxi metodu biex jidentifika l-klassijiet ta’ prestazzjoni, f’każ li jqis li dan ikun xieraq u rilevanti. F’każ li jiġu identifikati klassijiet ta’ prestazzjoni, dawn għandhom jiġu deskritti u pprovduti f’din it-taqsima. Jekk jogħġbok irreferi għal A.5.2 għal aktar gwida.]

B.8.    Verifika

Il-verifika ta’ studju/rapport dwar il-PEF imwettaq f’konformità ma’ din il-PEFCR għandha ssir skont ir-rekwiżiti ġenerali kollha inklużi fit-taqsima 9 tal-Anness I, inkluża l-parti A ta’ dan l-Anness, u r-rekwiżiti elenkati hawn taħt.

Il-verifikatur(i) għandhom jivverifikaw li l-istudju dwar il-PEF jitwettaq f’konformità ma’ din il-PEFCR.

F’każ li l-politiki li jimplimentaw il-metodu tal-PEF jiddefinixxu rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tal-verifika u l-validazzjoni tal-istudji, ir-rapporti u l-mezzi ta’ komunikazzjoni dwar il-PEF, għandhom jipprevalu r-rekwiżiti fl-imsemmija politiki.

Il-verifikatur għandu jivvalida l-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-informazzjoni kwantitattiva użata fil-kalkolu tal-istudju. Billi dan jista’ jkun intensiv ħafna fir-riżorsi, għandhom jiġu segwiti r-rekwiżiti li ġejjin:

1. 

il-verifikatur għandu jivverifika jekk tkunx intużat il-verżjoni korretta tal-metodi kollha ta’ valutazzjoni tal-impatt. Għal kull waħda mill-kategoriji tal-impatt (ICs) tal-EF l-aktar rilevanti, għandhom jiġu vverifikati mill-anqas 50 % tal-fatturi ta’ karatterizzazzjoni, filwaqt li għandhom jiġu vverifikati l-fatturi kollha ta’ normalizzazzjoni u ta’ ponderazzjoni tal-ICs kollha. B’mod partikolari, il-verifikatur għandu jivverifika li l-fatturi ta’ karatterizzazzjoni jikkorrispondu ma’ dawk inklużi fil-metodu ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-EF li l-istudju jiddikjara l-konformità magħhom ( 110 ). Dan jista’ jsir ukoll indirettament, pereżempju:

a. 

Is-settijiet tad-data konformi mal-EF jiġu esportati mis-software tal-LCA użat biex isir l-istudju dwar il-PEF u jiġu eżegwiti f’Look@LCI ( 111 ) biex jinkisbu r-riżultati tal-LCIA. Jekk ir-riżultati ta’ Look@LCI ikunu fi ħdan devjazzjoni ta’ 1 % mir-riżultati fis-software tal-LCA, il-verifikatur jista’ jassumi li l-implimentazzjoni tal-fatturi ta’ karatterizzazzjoni fis-software użat biex isir l-istudju dwar il-PEF kienet korretta.

b. 

Ir-riżultati tal-LCIA tal-proċessi l-aktar rilevanti kkalkulati bis-software użat biex isir l-istudju dwar il-PEF jitqabblu ma’ dawk disponibbli fil-metadata tas-sett tad-data oriġinali. Jekk ir-riżultati mqabbla jkunu fi ħdan devjazzjoni ta’ 1 %, il-verifikatur jista’ jassumi li l-implimentazzjoni tal-fatturi ta’ karatterizzazzjoni fis-software użat biex isir l-istudju dwar il-PEF kienet korretta

2. 

il-limitu applikat (jekk ikun hemm) jissodisfa r-rekwiżiti fit-Taqsima 4.6.4 tal-Anness I.

3. 

is-settijiet tad-data kollha użati għandhom jiġu verifikati skont ir-rekwiżiti tad-data (it-taqsimiet 4.6.3 u 4.6.5. tal-Anness I).

4. 

Għal mill-anqas 80 % (fl-għadd) tal-proċessi l-aktar rilevanti (kif definiti fit-Taqsima 6.3.3 tal-Anness I), il-verifikatur għandu jivvalida d-data dwar l-attivitajiet relatata kollha u s-settijiet tad-data użati biex jiġu mmudellati dawn il-proċessi. Jekk ikun rilevanti, il-parametri tas-CFF u s-settijiet tad-data użati għall-immudellar tagħhom għandhom jiġu vvalidati wkoll bl-istess mod. Il-verifikatur għandu jivverifika li l-proċessi l-aktar rilevanti jkunu identifikati kif speċifikat fit-Taqsima 6.3.3 tal-Anness I;

5. 

Għal mill-anqas 30 % (fl-għadd) tal-proċessi l-oħra kollha (li jikkorrispondu għal 20 % tal-proċessi kif definiti fit-Taqsima 6.3.3 tal-Anness I), il-verifikatur għandu jivvalida d-data dwar l-attivitajiet relatata kollha u s-settijiet tad-data użati biex jiġu mmudellati dawn il-proċessi. Jekk ikun rilevanti, il-parametri tas-CFF u s-settijiet tad-data użati għall-immudellar tagħhom għandhom jiġu validati wkoll bl-istess mod;

6. 

Il-verifikatur għandu jivverifika li s-settijiet tad-data jiġu implimentati b’mod korrett fis-software (jiġifieri r-riżultati tal-LCIA tas-sett tad-data fis-software jkunu fi ħdan devjazzjoni ta’ 1 % minn dawk fil-metadata). Għandhom jiġu verifikati mill-anqas 50 % (fl-għadd) tas-settijiet tad-data użati biex jiġu mmudellati l-proċessi l-aktar rilevanti u 10 % ta’ dawk użati għall-immudellar ta’ proċessi oħra.

B’mod partikolari, il-verifikatur għandu jivverifika jekk id-DQR tal-proċess tissodisfax id-DQR minima kif speċifikat fid-DNM għall-proċessi magħżula.

Dawn il-kontrolli tad-data għandhom jinkludu, iżda jenħtieġ li ma jkunux limitati għal, id-data dwar l-attivitajiet użata, l-għażla tas-sottoproċessi sekondarji, l-għażla tal-flussi elementari diretti u l-parametri tas-CFF. Pereżempju, jekk ikun hemm 5 proċessi u kull wieħed minnhom jinkludi 5 data dwar l-attivitajiet, 5 settijiet tad-data sekondarji u 10 parametri tas-CFF, f’dak il-każ il-verifikatur irid jivverifika mill-anqas 4 minn 5 proċessi (70 %) u, għal kull proċess, huwa għandu jivverifika mill-anqas 4 data dwar l-attivitajiet (70 % tal-ammont totali tad-data dwar l-attivitajiet), 4 settijiet tad-data sekondarji (70 % tal-ammont totali ta’ settijiet tad-data sekondarji), u 7 parametri tas-CFF (70 % tal-ammont totali tal-parametri tas-CFF), jiġifieri s-70 % ta’ kull data li tista’ tkun soġġetta għal verifika.

Il-verifika tar-rapport dwar il-PEF għandha titwettaq billi tiġi vverifikata b’mod aleatorju biżżejjed informazzjoni biex jiġi pprovdut aċċertament raġonevoli li r-rapport dwar il-PEF jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha elenkati fit-taqsima 8 tal-Anness I, inkluża l-parti A ta’ dan l-Anness.

[Il-PEFCR tista’ tispeċifika rekwiżiti addizzjonali għall-verifika li jenħtieġ li jiżdiedu mar-rekwiżiti minimi ddikjarati f’dan id-dokument].

Referenzi

[Elenka r-referenzi użati fil-PEFCR.]

Annessi
ANNESS B1 – Lista ta’ fatturi ta’ normalizzazzjoni u ta’ ponderazzjoni tal-EF
Il-fatturi ta’ normalizzazzjoni globali huma applikati fi ħdan l-EF. Il-fatturi ta’ normalizzazzjoni bħala l-impatt globali għal kull persuna jintużaw fil-kalkoli tal-EF.
[It-TS għandu jipprovdi l-lista ta’ fatturi ta’ normalizzazzjoni u ta’ ponderazzjoni li għandu japplika l-utent tal-OEFSR. Il-fatturi ta’ normalizzazzjoni u ta’ ponderazzjoni huma disponibbli minn: http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml ( 112 )]
ANNESS B2 – Mudell ta’ studju dwar l-OEF
[L-OEFSR għandha tipprovdi bħala anness lista ta’ kontroll li telenka l-elementi kollha li għandhom jiġu inklużi fl-istudji dwar l-OEF, billi tuża l-mudell ta’ studju dwar l-OEF disponibbli bħala l-parti E ta’ dan l-Anness ta’ dan id-dokument. L-elementi diġà inklużi huma obbligatorji għal kull OEFSR. Barra minn hekk, kull segretarjat tekniku jista’ jiddeċiedi li jżid punti addizzjonali mal-mudell.]
ANNESS B3 – Rapporti ta’ rieżami tal-OEFSR u tal-OEF-RO
[Daħħal hawnhekk ir-rapporti kritiċi tal-bord ta’ rieżami tal-OEFSR u tal-OEF-RO, inklużi s-sejbiet kollha tal-proċess ta’ rieżami u l-azzjonijiet meħuda mis-segretarjat tekniku biex iwieġeb għall-kummenti tar-rieżaminaturi.]
ANNESS B4 – Annessi oħra
[It-TS jista’ jiddeċiedi li jżid Annessi oħra li jkunu kkunsidrati bħala importanti. Bħal, eżempju dwar l-applikazzjoni tal-kalkoli tad-DNM jew tad-DQR, u spjegazzjonijiet dwar id-deċiżjonijiet li jittieħdu matul l-iżvilupp tal-OEFSR.].

PARTI C

LISTA TA’ PARAMETRI PRESTABBILITI TAS-CFF

Il-Parti C tal-Anness II hija disponibbli minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml.

Il-lista ta’ valuri fil-parti C tal-Anness II tiġi rieżaminata u aġġornata perjodikament mill-Kummissjoni Ewropea; l-utenti tal-metodu tal-PEF huma mistiedna jivverifikaw u jużaw l-aktar valuri aġġornati pprovduti fl-Anness.

PART D

DATA PRESTABBILITA GĦALL-IMMUDELLAR TAL-ISTADJU TAL-UŻU

It-tabelli li ġejjin għandhom jintużaw fl-istudji dwar il-PEF u meta jiġu żviluppati l-PEFCRs sakemm ma tkunx disponibbli data aħjar. Id-data pprovduta hija bbażata fuq suppożizzjonijiet, ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor.

Prodott

Suppożizzjonijiet tal-istadju tal-użu għal kull kategorija ta’ prodott

Laħam, ħut, bajd

Ħżin imkessaħ. Tisjir: 10 minuti f’taġen tal-qali (75 % fuq il-gass u 25 % elettriku), 5 grammi żejt tal-ġirasol (inkluż iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu) għal kull kg ta’ prodott. Ħasil tat-taġen tal-qali.

Ħalib

Ħżin imkessaħ, jinxtorob kiesaħ f’tazza ta’ 200 ml (jiġifieri 5 tazzi għal kull L ħabib), inkluż iċ-ċiklu tal-ħajja tal-ħġieġ u l-ħasil tal-platti.

Għaġin

Għal kull kg ta’ għaġin imsajjar fil-borma b’10 kg ilma, 10 min jagħli (75 % fuq il-gass u 25 % elettriku). Fażi tat-togħlija: 0,18 kWh għal kull kg ta’ ilma, Fażi tat-tisjir: 0,05 kWh għal kull minuta ta’ tisjir.

Ikliet iffriżati

Ħżin iffriżat. Imsajjar fil-forn għal 15-il minuta f’temperatura ta’ 200°C (inkluża frazzjoni ta’ forn, frazzjoni ta’ folja tal-ħami). Tlaħliħ tal-folja tal-ħami: 5 L ilma.

Kafè mixwi u mitħun

7 g kafè mixwi u mitħun għal kull kikkra

Preparazzjoni tal-kafè bil-filtru f’magna tal-kafè bil-filtru: produzzjoni u tmiem il-ħajja tal-magna (1,2 kg, 4 380 użu, b’2 kikkri/użu), filtru tal-karta (2 g/użu), konsum tal-elettriku (33 Wh/kikkra) u konsum tal-ilma (120 ml/kikkra).

Tlaħliħ/ħasil tal-magna: 1 L ilma kiesaħ għal kull użu, 2 L ilma sħun għal kull 7 użi, ħasil tad-decanter (kull 7 użi)

Produzzjoni u tmiem il-ħajja u ħasil tal-kikkra (mug)

Sors: ibbażat fuq il-PEFCR għall-Kafè (abbozz mill-1 ta’ Frar, 2015 (1))

Birra

Tkessiħ, tinxtorob f’tazza ta’ 33 cl (jiġifieri 3 tazzi għal kull L ta’ birra), produzzjoni, tmiem il-ħajja u ħasil tat-tazza. Ara wkoll il-PEFCR tal-birra (2).

Ilma bbottiljat

Ħżin imkessaħ. Durata tal-ħżin: jum wieħed. 2,7 tazzi għal kull L ta’ ilma li jinxtorob, produzzjoni, tmiem il-ħajja u ħasil ta’ tazza ta’ 260 gramma.

Ikel għall-annimali domestiċi

Produzzjoni, tmiem il-ħajja u ħasil tad-dixx tal-ikel għall-annimali domestiċi

Goldfish

Elettriku u użu tal-ilma u trattament għall-akkwarju (43 kWh u 468 L fis-sena). Produzzjoni tal-għalf għall-goldfish (1 g/jum, jekk wieħed jassumi 50 % ikel tal-ħut, 50 % ikel tal-fażola tas-sojja). It-tul tal-ħajja tal-goldfish huwa preżunt li huwa ta’ 7,5 snin.

T-shirt

Magna tal-ħasil, użu ta’ tumble dryer u mogħdija. 52 ħasla f’temperatura ta’ 41 grad, 5,2 tnixxif bit-tumble dryer (10 %) u 30 darba mogħdija għal kull T-shirt.

Magna tal-ħasil: 70 kg, 50 % azzar, 35 % plastik, 5 % ħġieġ, 5 % aluminju, 4 % ram, 1 % elettronika, 1 560 ċiklu (=tagħbijiet) tul il-ħajja tagħha. 179 kWh u 8 700 L ilma għal 220 ċiklu b’tagħbija ta’ 8 kg (ibbażat fuq http://www.bosch-home.com/ch/fr/produits/laver-et-s%C3%A9cher/lave-linge/WAQ28320FF.html?source=browse) li jiġi 0,81 kWh u 39,5 L/ċiklu, kif ukoll 70 ml ta’ deterġent/ċiklu tal-ħasil tal-ħwejjeġ.

Tumble dryer: 56 kg, huma preżunti l-istess sehem ta’ kompożizzjoni u tul ta’ ħajja bħall-magna tal-ħasil. 2,07 kWh/ċiklu għal tagħbija ta’ 8 kg ħwejjeġ.

Żebgħa

Produzzjoni tal-pinzell taż-żebgħa, sandpaper, ... (ara l-PEFCR taż-żebgħa dekorattiva (3)).

Telefon ċellulari

2 kWh/sena għaċ-ċarġ, tul tal-ħajja ta’ sentejn.

Deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ

Użu ta’ magna tal-ħasil (ara d-data tat-T-shirt għall-mudell tal-magna tal-ħasil). 70 ml deterġent tal-ħasil tal-ħwejjeġ preżunt għal kull ċiklu, jiġifieri, 14-il ċiklu għal kull kg ta’ deterġent.

Żejt tal-karozzi

Telf ta’ 10 % waqt l-użu vvalutat bħala emissjonijiet ta’ idrokarburi fl-ilma.

(1)   

https://webgate.ec.europa.eu/fpfis/wikis/display/EUENVFP/PEFCR+Pilot%3A+Coffee, hija meħtieġa r-reġistrazzjoni tal-ECAS għall-aċċess tas-sit web

(2)   

http://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/pdf/Beer%20PEFCR%20June%202018%20final.pdf

(3)   

http://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/documents/PEFCR_decorative_paints.pdf

Suppożizzjonijiet prestabbiliti għall-ħżin (dejjem ibbażati fuq suppożizzjonijiet, ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor).

Prodott

Suppożizzjonijiet komuni għal diversi kategoriji ta’ prodotti

Ħżin ambjentali (fid-dar)

Il-ħżin ambjentali fid-dar jitqies, għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, bħala li ma għandu l-ebda impatt.

Ħżin imkessaħ (fi friġġ, id-dar)

Ħin tal-ħżin: jiddependi mill-prodott. B’mod prestabbilit, 7 ijiem ħżin fil-friġġ (ANIA u ADEME 2012 (1)).

Volum tal-ħżin: preżunt li huwa 3x il-volum reali tal-prodott

Konsum tal-enerġija: 0,0037 kWh/L (jiġifieri, “il-volum tal-ħżin”) - jum (ANIA u ADEME 2012).

Il-produzzjoni u tmiem il-ħajja tal-friġġ ikkunsidrati (jekk wieħed jassumi ħajja ta’ 15-il sena).

Ħżin imkessaħ (fil-pub/ristorant)

Il-friġġ fil-pub hija preżunta li tikkonsma 1 400 kWh/sena (espert tat-tkessiħ ekoloġiku tal-Heineken, 2015). 100 % ta’ dan il-konsum tal-enerġija huwa preżunt li huwa għat-tkessiħ tal-birra. It-throughput tal-friġġ huwa preżunt li huwa 40hl/sena. Dan ifisser 0,035 kWh/ l għat-tkessiħ fil-pubs / supermarkets għall-ħin kollu tal-ħżin.

Il-produzzjoni u tmiem il-ħajja tal-friġġ ikkunsidrati (jekk wieħed jassumi ħajja ta’ 15-il sena).

Ħżin iffriżat (fi friża, id-dar)

Ħin tal-ħżin: 30 jum fil-friża (ibbażat fuq ANIA u ADEME 2012).

Volum tal-ħżin: preżunt li huwa 2x il-volum reali tal-prodott.

Konsum tal-enerġija: 0,0049 kWh/L (jiġifieri, “il-volum tal-ħżin”) - jum (ANIA u ADEME 2012).

Produzzjoni u tmiem il-ħajja tal-friża kkunsidrati (jekk wieħed jassumi ħajja ta’ 15-il sena): preżunti simili għall-friġġ.

Tisjir (id-dar)

Tisjir: Użu ta’ 1 kWh/siegħa (derivat mill-konsum għall-forn tal-induzzjoni (0,588 kWh/siegħa), għall-forn taċ-ċeramika (0,999 kWh/siegħa) u għall-forn tal-elettriku (1,161 kWh/siegħa) kollha minn (ANIA u ADEME 2012).

Ħami fil-forn: elettriku kkunsidrat: 1,23 kWh/h (ANIA u ADEME 2012).

Ħasil tal-platti (id-dar)

Użu tal-magna tal-ħasil tal-platti: 15 L ilma, 10 g sapun u 1,2 kWh għal kull ċiklu ta’ ħasil (Kaenzig u Jolliet 2006).

Produzzjoni u tmiem il-ħajja tal-magna tal-ħasil tal-platti kkunsidrati (jekk wieħed jassumi 1 500 ċiklu għal kull ħajja).

Meta l-ħasil tal-platti jsir bl-idejn, wieħed jassumi ekwivalenti ta’ 0,5 L ta’ ilma u 1 g ta’ sapun għall-valur ’il fuq minn 2,5 % (bi skalar f’termini ta’ użu tal-ilma u ta’ sapun, bl-użu tal-% ta’ hawn fuq). L-ilma huwa preżunt li jissaħħan bil-gass naturali, meta jitqies delta T ta’ 40 °C u effiċjenza tal-enerġija mit-tisħin tal-gass naturali għas-sħana tal-ilma ta’ 1/1,25 (jiġifieri li biex jissaħħan 0,5 L ta’ ilma wieħed jeħtieġ li juża 1,25 * 0,5 * 4 186 * 40 = 0,1 MJ ta’ “Sħana, gass naturali, fil-bojler”).

(1)   

ANIA u ADEME. (2012). Projet de référentiel transversal d’évaluation de l’impact environnemental des produits alimentaires (mainly annexe 4) (« GT1 »), 23/04/12.

PARTI E

MUDELL TAR-RAPPORT DWAR IL-PEF

Dan l-Anness jippreżenta l-mudell tar-rapport dwar il-PEF li għandu jiġi applikat għat-tipi kollha ta’ studji dwar il-PEF (eż. inklużi l-PEF-RP jew l-istudji ta’ sostenn tal-PEFCRs). Il-mudell jippreżenta l-istruttura obbligatorja tar-rapport li għandha tiġi segwita u l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata bħala lista mhux eżawrjenti. L-elementi kollha li jeħtieġ li jiġu rrapportati bil-metodu tal-PEF għandhom jiġu inklużi, anki jekk ma jissemmewx b’mod espliċitu f’dan il-mudell.

Impronta Ambjentali tal-Prodotti

Rapport

[Daħħal l-isem tal-prodott hawnhekk]

Werrej

Akronimi

[Elenka f’din it-taqsima l-akronimi kollha użati fl-istudju dwar il-PEF. Dawk li diġà huma inklużi fl-Anness I għandhom jiġu kkupjati fil-forma oriġinali tagħhom. L-akronimi għandhom jiġu pprovduti f’ordni alfabetiku.]

Definizzjonijiet

[Elenka f’din it-taqsima d-definizzjonijiet kollha li huma rilevanti għall-istudju dwar il-PEF. Dawk li diġà huma inklużi fl-Anness I għandhom jiġu kkupjati fil-forma oriġinali tagħhom. Id-definizzjonijiet għandhom jiġu pprovduti f’ordni alfabetiku.]

E.1    Sommarju

[Is-sommarju għandu jinkludi bħala minimu l-elementi li ġejjin:

a) 

L-għan u l-ambitu tal-istudju, inklużi l-limitazzjonijiet u s-suppożizzjonijiet rilevanti;

b) 

Deskrizzjoni qasira tal-limitu tas-sistema;

c) 

Dikjarazzjonijiet rilevanti dwar il-kwalità tad-data,

d) 

Ir-riżultati ewlenin tal-LCIA: dawn għandhom jiġu ppreżentati billi jintwerew ir-riżultati tal-kategoriji kollha tal-impatt tal-EF (ikkaratterizzati, normalizzati, ponderati);

e) 

Deskrizzjoni ta’ dak li nkiseb mill-istudju, kwalunkwe rakkomandazzjoni magħmula u l-konklużjonijiet li ħarġu;

Sa fejn ikun possibbli, is-sommarju jenħtieġ li jinkiteb maħsub għal udjenza mhux teknika u jenħtieġ li ma jkunx itwal minn 3-4 paġni.]

E.2.    Ġenerali

[L-informazzjoni ta’ hawn taħt idealment jenħtieġ li titqiegħed fuq il-paġna ta’ quddiem tal-istudju:

a) 

L-isem tal-prodott (inkluż ritratt),

b) 

L-identifikazzjoni tal-prodott (eż. in-numru tal-mudell),

c) 

Il-klassifikazzjoni tal-prodott (KPA) abbażi tal-aħħar verżjoni disponibbli tal-lista tal-KPA,

d) 

Il-preżentazzjoni tal-kumpanija (isem, post ġeografiku),

e) 

Id-data tal-pubblikazzjoni tal-istudju dwar il-PEF (id-data għandha tinkiteb f’format estiż, pereżempju l-25 ta’ Ġunju 2015, biex tiġi evitata l-konfużjoni fuq il-format tad-data),

f) 

Il-validità ġeografika tal-istudju dwar il-PEF (il-pajjiżi fejn il-prodott jiġi kkunsmat/mibjugħ),

g) 

Il-konformità mal-metodu tal-PEF,

h) 

Il-konformità ma’ dokumenti oħra, minbarra l-metodu tal-PEF,

i) 

L-isem u l-affiljazzjoni tal-verifikatur(i)]

E.3.    L-għan tal-istudju

[L-elementi obbligatorji tar-rappurtar jinkludu, bħala minimu:

a) 

L-applikazzjoni(jiet) maħsuba;

b) 

Il-limitazzjonijiet metodoloġiċi;

c) 

Ir-raġunijiet għat-twettiq tal-istudju;

d) 

L-udjenza fil-mira;

e) 

Il-kummissjonant tal-istudju;

f) 

L-identifikazzjoni tal-verifikatur]

E.4.    L-ambitu tal-istudju

[L-ambitu tal-istudju għandu jidentifika s-sistema analizzata fid-dettall u jindirizza l-approċċ ġenerali użat biex jiġu stabbiliti: i) l-unità funzjonali u l-fluss ta’ referenza, ii) il-limitu tas-sistema, iii) il-lista tal-kategoriji tal-impatt tal-EF, iv) l-informazzjoni addizzjonali (ambjentali u teknika) iv) is-suppożizzjonijiet u l-limitazzjonijiet.]

E.4.1.    L-unità funzjonali/iddikjarata u l-fluss ta’ referenza

[Ipprovdi l-unità funzjonali, li tiddefinixxi l-erba’ aspetti:

a) 

Il-funzjoni(jiet)/is-servizz(i) pprovduti: “xiex”;

b) 

Il-firxa tal-funzjoni jew tas-servizz: “kemm”;

c) 

Il-livell mistenni ta’ kwalità: “kemm hija tajba”;

d) 

Id-durata/ħajja tal-prodott: “għal kemm żmien”;

Ipprovdi l-unità ddikjarata, f’każ li l-unità funzjonali ma tkunx tista’ tiġi definita (eż. jekk il-prodott fl-ambitu jkun prodott intermedju)

Ipprovdi l-fluss ta’ referenza]

E.4.2.    Limitu tas-sistema

[Din it-taqsima għandha tinkludi bħala minimu:

a) 

L-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja li huma parti mis-sistema tal-prodott. F’każ li l-isem tal-istadji prestabbiliti taċ-ċiklu tal-ħajja jkun inbidel, l-utent għandu jispeċifika għal liema stadju prestabbilit taċ-ċiklu tal-ħajja jikkorrispondi. Jiġi dokumentat u ġġustifikat jekk l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja ġewx maqsuma u/jew żdidux oħrajn ġodda.

b) 

Il-proċessi ewlenin koperti f’kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja (id-dettalji jinsabu fit-taqsima A.5 tal-LCI). Il-koprodotti, il-prodotti sekondarji u l-flussi tal-iskart ta’ mill-anqas is-sistema ewlenija għandhom jiġu identifikati b’mod ċar.

c) 

Ir-raġuni għal kwalunkwe esklużjoni u s-sinifikat potenzjali tagħha.

d) 

Dijagramma tal-limiti tas-sistema bil-proċessi li huma inklużi u dawk esklużi, tissottolinja dawk l-attivitajiet li jaqgħu rispettivament taħt is-sitwazzjoni 1, 2, u 3 tal-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data, u tissottolinja fejn tintuża data speċifika għall-kumpanija.]

E.4.3.    Kategoriji tal-impatt tal-Impronta Ambjentali

[Ipprovdi tabella bil-lista tal-kategoriji tal-impatt tal-EF, l-unitajiet, u l-pakkett ta’ referenza tal-EF użati (ara http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml għal aktar dettalji).

Għat-tibdil fil-klima, speċifika jekk ir-riżultati tat-tliet subindikaturi humiex irrappurtati separatament fit-taqsima tar-riżultati.]

E.4.4.    Informazzjoni addizzjonali

[Iddeskrivi kwalunkwe informazzjoni ambjentali addizzjonali u informazzjoni teknika addizzjonali inkluża fl-istudju dwar il-PEF. Ipprovdi r-referenzi u r-regoli eżatti tal-kalkoli adottati.

Spjega jekk il-bijodiversità hijiex rilevanti/ma hijiex rilevanti għall-prodott fl-ambitu.

Meta l-prodott fl-ambitu jkun prodott intermedju, l-informazzjoni teknika addizzjonali għandha tinkludi:

1. 

Il-kontenut ta’ karbonju bijoġeniku fil-grada tal-fabbrika (kontenut fiżiku u kontenut allokat).

2. 

Il-kontenut riċiklat (R1).

3. 

Ir-riżultati b’valuri A speċifiċi għall-applikazzjoni tal-formula tal-impronta ċirkolari, jekk rilevanti.]

E.4.5.    Suppożizzjonijiet u limitazzjonijiet

[Iddeskrivi l-limitazzjonijiet u s-suppożizzjonijiet kollha. Ipprovdi lista ta’ lakuni fid-data, jekk ikun hemm, u l-mod li bih imtlew dawn il-lakuni. Ipprovdi lista tas-settijiet tad-data proxy użati.]

E.5.    Analiżi tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja

[Din it-taqsima għandha tiddeskrivi l-kompilazzjoni tal-LCI u tinkludi:

a) 

L-istadju tal-iskrinjar, jekk jitwettaq,

b) 

Lista u deskrizzjoni tal-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja,

c) 

Deskrizzjoni tal-għażliet tal-immudellar,

d) 

Deskrizzjoni tal-approċċi ta’ allokazzjoni applikati,

e) 

Deskrizzjoni u dokumentazzjoni tad-data użata u tas-sorsi,

f) 

Rekwiżiti u klassifikazzjoni tal-kwalità tad-data]

E.5.1.    Stadju tal-iskrinjar [jekk applikabbli]

[Ipprovdi deskrizzjoni tal-istadju tal-iskrinjar, inkluża informazzjoni rilevanti dwar il-ġbir tad-data, id-data użata (eż. lista ta’ settijiet tad-data sekondarji, data dwar l-attivitajiet, flussi elementari diretti), il-limitu, u r-riżultati tal-fażi tal-valutazzjoni tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja.

Iddokumenta s-sejbiet ewlenin u kwalunkwe rfinar tas-settings inizjali tal-ambitu (jekk ikun hemm).]

E.5.2.    Għażliet tal-immudellar

[Iddeskrivi l-għażliet kollha tal-immudellar għall-aspetti applikabbli elenkati hawn taħt (jistgħu jiżdiedu aktar, fejn ikun rilevanti):

a) 

Il-produzzjoni agrikola (l-istudji dwar il-PEF li għandhom l-immudellar agrikolu fl-ambitu tagħhom u li ttestjaw l-approċċ alternattiv deskritt fit-taqsima 4.4.1.5 u fit-Tabella 4 tal-Anness I, għandhom jirrapportaw ir-riżultati f’Anness tar-rapport dwar il-PEF);

b) 

It-trasport u l-loġistika: id-data kollha użata għandha tiġi pprovduta fir-rapport (eż. id-distanza tat-trasport, it-tagħbija utli, ir-rata ta’ użu mill-ġdid għall-imballaġġ, eċċ.). Jekk ma ntużawx xenarji prestabbiliti fl-immudellar, ipprovdi dokumentazzjoni tad-data speċifika kollha użata;

c) 

L-oġġetti kapitali: jekk jiġu inklużi oġġetti kapitali, ir-rapport dwar il-PEF għandu jinkludi spjegazzjoni ċara u estensiva, li tirrapporta s-suppożizzjonijiet kollha li jkunu saru;

d) 

Il-ħżin u bejgħ bl-imnut;

e) 

L-istadju tal-użu: Il-proċessi dipendenti mill-prodott għandhom jiġu inklużi fil-limitu tas-sistema tal-istudju dwar il-PEF. Il-proċessi indipendenti mill-prodott għandhom jiġu esklużi mil-limitu tas-sistema u tista’ tiġi pprovduta informazzjoni kwalitattiva, ara t-taqsima 4.4.7 tal-Anness I. Iddeskrivi l-approċċ meħud biex jiġi mmudellat l-istadju tal-użu (approċċ ibbażat fuq il-funzjoni ewlenija jew approċċ delta);

f) 

L-immudellar ta’ tmiem il-ħajja, inklużi l-valuri tal-parametri tal-formula tal-impronta ċirkolari (A, B, R1, R2, Qs/Qp, R3, LHV, XER,sħana, XER,elett), il-lista tal-proċessi u s-settijiet tad-data użati (Ev, Eriċ, EriċEoL, E*v, Ed, EEr, ESE,sħana, ESE,elett) b’referenza għall-parti C tal-Anness II;

g) 

Il-ħajja estiża tal-prodott;

h) 

L-użu tal-elettriku;

i) 

Il-proċedura ta’ kampjunar (irrapporta jekk ġietx applikata proċedura ta’ kampjunar u indika l-approċċ meħud);

j) 

L-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra (irrapporta jekk ma ntużax approċċ simplifikat biex jiġu mmudellati l-flussi ta’ karbonju bijoġeniku);

k) 

Il-kumpens (jekk irrapportat bħala informazzjoni ambjentali addizzjonali).]

E.5.3.    Trattament ta’ proċessi multifunzjonali

[Iddeskrivi r-regoli tal-allokazzjoni użati fl-istudju dwar il-PEF u kif saru l-immudellar/il-kalkoli. Ipprovdi l-lista tal-fatturi kollha ta’ allokazzjoni użati għal kull proċess u l-lista dettaljata tal-proċessi u s-settijiet tad-data użati, f’każ li tiġi applikata s-sostituzzjoni.]

E.5.4.    Ġbir tad-data

[Din it-taqsima għandha tinkludi bħala minimu:

a) 

Deskrizzjoni u dokumentazzjoni tad-data kollha speċifika għall-kumpanija miġbura:

a. 

lista tal-proċessi koperti minn data speċifika għall-kumpanija li tindika għal liema stadju taċ-ċiklu tal-ħajja jappartjenu;

b. 

lista tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet (jiġifieri l-flussi elementari diretti);

c. 

lista tad-data dwar l-attivitajiet użata;

d. 

link għal lista dettaljata tal-materjali u/jew tal-ingredjenti, inklużi l-ismijiet, l-unitajiet u l-kwantitajiet tas-sustanzi, inkluża informazzjoni dwar il-gradi/il-puritajiet u karatterizzazzjoni oħra teknikament u/jew ambjentalment rilevanti tagħhom;

e. 

il-proċeduri ta’ ġbir tad-data/stima/kalkolu speċifiċi għall-kumpanija;

b) 

Lista tas-settijiet tad-data sekondarji kollha użati (isem tal-proċess, UUID, sors tas-sett tad-data (nodu fuq in-Network tad-Data dwar iċ-Ċiklu tal-Ħajja, stokk tad-data) u l-konformità mal-pakkett ta’ referenza tal-EF);

c) 

Il-parametri tal-immudellar;

d) 

Il-limitu applikat, jekk ikun hemm;

e) 

Is-sorsi tal-letteratura ppubblikata;

f) 

Il-validazzjoni tad-data, inkluża d-dokumentazzjoni;

g) 

Jekk tkun twettqet analiżi tas-sensittività, din għandha tiġi rrapportata.]

E.5.5.    Rekwiżiti u klassifikazzjoni tal-kwalità tad-data

[Ipprovdi tabella li telenka l-proċessi kollha u s-sitwazzjoni tagħhom skont il-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data (DNM).

Ipprovdi d-DQR tal-istudju dwar il-PEF.]

E.6.    Riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt [kunfidenzjali, jekk rilevanti]

E.6.1.    Riżultati tal-PEF

[Din it-taqsima għandha tinkludi bħala minimu:

a) 

Ir-riżultati kkaratterizzati tal-kategoriji tal-impatt kollha tal-EF għandhom jiġu kkalkolati u rrapportati bħala valuri assoluti fir-rapport dwar il-PEF. Is-subkategoriji “tibdil fil-klima – fossili”, “tibdil fil-klima – bijoġeniku” u “tibdil fil-klima - użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art”, għandhom jiġu rrappurtati separatament jekk juru kontribut ta’ aktar minn 5 % kull wieħed għall-punteġġ totali tat-tibdil fil-klima);

b) 

Ir-riżultati normalizzati u ponderati bħala valuri assoluti;

c) 

Ir-riżultati ponderati bħala punteġġ uniku;

d) 

Għall-prodotti finali, ir-riżultati tal-LCIA għandhom jiġu rrapportati għal (i) is-somma tal-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja u (ii) iċ-ċiklu tal-ħajja totali eskluż l-istadju tal-użu.]

E.6.2.    Informazzjoni addizzjonali

[Din it-taqsima għandha tinkludi:

a) 

Ir-riżultati tal-informazzjoni ambjentali addizzjonali;

b) 

Ir-riżultati tal-informazzjoni teknika addizzjonali.]

E.7.    Interpretazzjoni tar-riżultati tal-PEF

[Din it-taqsima għandha tinkludi bħala minimu:

a) 

Valutazzjoni tar-robustezza tal-istudju dwar il-PEF;

b) 

Lista tal-kategoriji tal-impatt, l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi u l-flussi elementari l-aktar rilevanti (ara t-tabelli ta’ hawn taħt);

c) 

Il-limitazzjonijiet u r-relazzjoni tar-riżultati tal-EF meta mqabbla mal-għan u l-ambitu definiti tal-istudju dwar il-PEF,

d) 

Il-konklużjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, il-limitazzjonijiet u l-potenzjal ta’ titjib)].

Partita

F’liema livell jeħtieġ li tiġi identifikata r-rilevanza?

Limitu

Kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti

Punteġġ globali uniku

Il-kategoriji tal-impatt li flimkien jikkontribwixxu mill-anqas 80 % tal-punteġġ globali uniku

Stadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti

Għal kull kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti

L-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja li flimkien jikkontribwixxu aktar minn 80 % għal dik il-kategorija tal-impatt.

Jekk l-istadju tal-użu jammonta għal aktar minn 50 % tal-impatt totali ta’ kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti, il-proċedura għandha terġa’ ssir bl-esklużjoni tal-istadju tal-użu

Proċessi l-aktar rilevanti

Għal kull kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti

Il-proċessi kollha li flimkien jikkontribwixxu (tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu) aktar minn 80 % għal dik il-kategorija tal-impatt, meta jitqiesu l-valuri assoluti.

Flussi elementari l-aktar rilevanti

Għal kull proċess l-aktar rilevanti meta jitqiesu l-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti

Il-flussi elementari kollha li flimkien jikkontribwixxu għal mill-anqas 80 % tal-impatt totali ta’ kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti għal kull proċess l-aktar rilevanti.

Jekk tkun disponibbli data diżaggregata: għal kull proċess l-aktar rilevanti, il-flussi elementari diretti kollha li flimkien jikkontribwixxu mill-inqas 80 % għal dik il-kategorija tal-impatt (ikkawżati mill-flussi elementari diretti biss)

Eżempju:

Kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti

[%]

Stadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti

[%]

Proċessi l-aktar rilevanti

[%]

Flussi elementari l-aktar rilevanti

[%]

IC 1

Tmiem tal-ħajja

Proċess 1

fluss elementari 1

fluss elementari 2

Proċess 2

fluss elementari 2

Akkwist u pproċessar minn qabel tal-materja prima

Proċess 4

fluss elementari 1

IC 2

Manifattura

Proċess 1

fluss elementari 2

fluss elementari 3

IC 3

Manifattura

Proċess 1

fluss elementari 2

fluss elementari 3

E.8.    Dikjarazzjoni ta’ validazzjoni

[Id-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni hija obbligatorja u dejjem għandha tiġi pprovduta bħala anness pubbliku tar-rapport pubbliku dwar il-PEF.

L-elementi u l-aspetti li ġejjin għandhom jiġu inklużi fid-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni, bħala minimu:

a) 

it-titolu tal-istudju dwar il-PEF li jkun qed jiġi verifikat/validat, flimkien mal-verżjoni eżatta tar-rapport li għalih tappartjeni d-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni;

b) 

il-kummissjonant tal-istudju dwar il-PEF;

c) 

l-utent tal-metodu tal-PEF;

d) 

il-verifikatur(i) jew, fil-każ ta’ tim ta’ verifika, il-membri tat-tim bl-identifikazzjoni tal-verifikatur ewlieni;

e) 

in-nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess tal-verifikatur(i) fir-rigward tal-prodotti kkonċernati u kwalunkwe involviment f’ħidma preċedenti (fejn ikun rilevanti, l-iżvilupp ta’ PEFCR, sħubija fis-Segretarjat Tekniku, xogħol ta’ konsulenza mwettaq għall-utent tal-metodu tal-PEF jew tal-PEFCR matul l-aħħar tliet snin);

f) 

deskrizzjoni tal-objettiv tal-verifika/validazzjoni;

g) 

dikjarazzjoni tar-riżultat tal-verifika/validazzjoni;

h) 

kwalunkwe limitazzjoni tar-riżultati tal-verifika/validazzjoni;

i) 

id-data li fiha tkun inħarġet id-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni;

j) 

il-firma mill-verifikatur(i).]

ANNESS I tad-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni

[L-Anness iservi biex jiġu dokumentati elementi ta’ sostenn għar-rapport prinċipali li huma ta’ natura aktar teknika. Dan jista’ jinkludi:

a) 

Referenzi bibljografiċi;

b) 

Analiżi dettaljata tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja (fakultattiva jekk titqies sensittiva u tiġi kkomunikata separatament fl-anness kunfidenzjali, ara hawn taħt)

c) 

Valutazzjoni dettaljata tal-kwalità tad-data: Ipprovdi i) il-Klassifikazzjoni tal-Kwalità tad-Data għal kull proċess f’konformità mal-metodu tal-PEF u ii) il-Klassifikazzjoni tal-Kwalità tad-Data għas-settijiet tad-data konformi mal-EF maħluqa ġodda. F’każ li l-informazzjoni tkun kunfidenzjali, din għandha tiġi inkluża fl-Anness II.]

ANNESS II tad-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni – RAPPORT KUNFIDENZJALI

[L-anness Kunfidenzjali huwa taqsima fakultattiva li għandu jkun fiha dik id-data (inkluża d-data mhux ipproċessata) u l-informazzjoni kollha li tkun kunfidenzjali jew proprjetarja u li ma tistax issir disponibbli esternament.]

ANNESS III tad-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni – SETT TAD-DATA KONFORMI MAL-EF

[Is-sett tad-data aggregat konformi mal-EF tal-prodott fl-ambitu għandu jkun disponibbli għall-Kummissjoni Ewropea.]

PARTI F

RATI TA’ TELF PRESTABBILITI GĦAL KULL TIP TA’ PRODOTT

Rati ta’ telf prestabbiliti għal kull tip ta’ prodott matul id-distribuzzjoni u għand il-konsumatur (inkluż ir-ristorant, eċċ.) (suppożizzjonijiet jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor). Għall-finijiet ta’ simplifikazzjoni, il-valuri għar-ristorant huma kkunsidrati l-istess bħal dawk għall-konsumatur fid-dar.

Settur tal-kummerċ bl-imnut

Kategorija

Rata ta’ telf (inklużi prodotti miksura iżda mhux prodotti ritornati lill-manifattur) matul id-distribuzzjoni (valur konsolidat globali għat-trasport, il-ħżin u l-post tal-bejgħ bl-imnut)

Rata ta’ telf għand il-konsumatur (inkluż ir-ristorant, eċċ.)

Ikel

Frott u ħxejjex

10 % (FAO 2011)

19 % (FAO 2011)

Laħam u alternattivi għal-laħam

4 % (FAO 2011)

11 % (FAO 2011)

Prodotti tal-ħalib

0,5 % (FAO 2011)

7 % (FAO 2011)

Prodotti taċ-ċereali

2 % (FAO 2011)

25 % (FAO 2011)

Żjut u xaħmijiet

1 % (FAO 2011)

4 % (FAO 2011)

Ikliet ippreparati/ipproċessati (temperatura ambjentali)

10 %

10 %

Ikliet ippreparati/ipproċessati (imkessħa)

5 %

5 %

Ikliet ippreparati/ipproċessati (iffriżati)

0,6 % (data primarja bbażata fuq Picard – komunikazzjoni orali minn Arnaud Brulaire)

0,5 % (data primarja bbażata fuq Picard – komunikazzjoni orali minn Arnaud Brulaire)

Ħelu

5 %

2 %

Ikel ieħor

1 %

2 %

Xarbiet

Kafè u te

1 %

5 %

Xorb alkoħoliku

1 %

5 %

Xorb ieħor

1 %

5 %

Tabakk

0 %

0 %

Ikel għall-annimali domestiċi

5 %

5 %

Annimali ħajjin

0 %

0 %

Ħwejjeġ u tessuti

10 %

0 %

Xedd tas-saqajn u oġġetti tal-ġilda

0 %

0 %

Aċċessorji personali

Aċċessorji personali

0 %

0 %

Provvisti domestiċi u professjonali

Provvisti ta’ hardware għad-dar

1 %

0 %

Għamara, tagħmir u dekorazzjoni

0 %

0 %

Apparat elettriku tad-dar

1 %

0 %

Utensili tal-kċina

0 %

0 %

Tagħmir tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni

1 %

0 %

Makkinarju u provvisti għall-uffiċċju

1 %

0 %

Oġġetti kulturali u rikreattivi

Kotba, gazzetti u karta/provvisti tal-karta

1 %

0 %

Mużika u vidjows

1 %

0 %

Tagħmir u gadgets sportivi

0 %

0 %

Oġġetti kulturali u rikreattivi oħra

1 %

0 %

Kura tas-saħħa

5 %

5 %

Prodotti tat-tindif/iġjene, kożmetiċi u toiletries

5 %

5 %

Fjuwils, gassijiet, lubrikanti u żjut

1 %

0 %

Batteriji u enerġija

0 %

0 %

Pjanti u provvisti tal-ġnien

Fjuri, pjanti u żrieragħ

10 %

0 %

Provvisti oħra tal-ġnien

1 %

0 %

Oġġetti oħra

0 %

0 %

Stazzjon tal-fjuwil

Prodotti tal-istazzjon tal-fjuwil

1 %

0 %

Telf ta’ ikel fiċ-ċentru ta’ distribuzzjoni, matul it-trasport u fil-post tal-bejgħ bl-imnut, u fid-dar: preżunt li huwa 50 % mormi (jiġifieri, inċinerat u mormi f’landfills), 25 % magħmul kompost u 25 % metanizzat.

Telf tal-prodott (eskluż it-telf tal-ikel) u l-imballaġġ/imballaġġ mill-ġdid/ftuħ mill-imballaġġ fiċ-ċentru tad-distribuzzjoni, matul it-trasport u fil-post tal-bejgħ bl-imnut: preżunt li 100 % jiġi rriċiklat.

Skart ieħor iġġenerat fiċ-ċentru ta’ distribuzzjoni, matul it-trasport u għand il-bejjiegħ bl-imnut (ħlief it-telf tal-ikel u tal-prodott) bħall-imballaġġ mill-ġdid/ftuħ mill-imballaġġ huwa preżunt li jsegwi l-istess trattament tal-EoL bħal dak tal-iskart domestiku.

L-iskart tal-ikel likwidu (bħal pereżempju l-ħalib) għand il-konsumatur (inkluż ir-ristorant, eċċ.) huwa preżunt li jitferra’ fis-sink u għalhekk jiġi ttrattat fl-impjant tat-trattament tal-ilma mormi.

ANNESSI 3 sa 4

Anness III. Metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet

Abbrevjazzjonijiet

Definizzjonijiet

Relazzjoni ma’ metodi u standards oħra

1.

Regoli Settorjali marbutin mal-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjoni (OEFSRs)

1.1.

Approċċ u eżempji għal applikazzjonijiet potenzjali

2.

Konsiderazzjonijiet ġenerali għall-istudji dwar l-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet (OEF)

2.1.

Kif għandu jintuża dan il-metodu

2.2.

Prinċipji għall-istudji dwar l-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet

2.3.

Fażijiet ta’ studju dwar l-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet

3.

Definizzjoni tal-għan(ijiet) u l-ambitu tal-istudju dwar l-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet

3.1.

Definizzjoni tal-għanijiet

3.2.

Definizzjoni tal-ambitu

3.2.1

Unità tar-rapportar: l-organizzazzjoni u l-portafoll tal-prodotti

3.2.2.

Limitu tas-sistema

3.2.3.

Kategoriji tal-impatt tal-Impronta Ambjentali

3.2.4.

Informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi inkluża fl OEF

3.2.4.1.

Informazzjoni ambjentali addizzjonali

3.2.4.2.

Informazzjoni teknika addizzjonali

3.2.5.

Suppożizzjonijiet/limitazzjonijiet

4.

Inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja

4.1.

Stadju ta’ skrinjar

4.2

Attivitajiet diretti, attivitajiet indiretti u stadji taċ-ċiklu tal-ħajja

4.2.1.

Attivitajiet diretti u indiretti

4.2.2.

Stadji taċ-ċiklu tal-ħajja

4.2.3.

Akkwist u pproċessar minn qabel tal-materja prima

4.2.4.

Manifattura

4.2.3.

Stadju tad-distribuzzjoni

4.2.4.

Stadju tal-użu

4.2.5.

Tmiem il-ħajja (inkluż l-irkupru u r-riċiklaġġ tal-prodott)

4.3

Nomenklatura għall-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja

4.4.

Rekwiżiti tal-immudellar

4.4.1

Produzzjoni agrikola

4.4.1.1.

Trattament ta’ proċessi multifunzjonali

4.4.1.2.

Data speċifika għat-tip ta’ għelejjel u speċifika għall-pajjiż, għar-reġjun jew għall-klima

4.4.1.3.

Medja tad-data

4.4.1.4.

Pestiċidi

4.4.1.5.

Fertilizzanti

4.4.1.6.

Emissjonijiet ta’ metalli tqal

4.4.1.7

Kultivazzjoni tar-ross

4.4.1.8.

Ħamrija tal-pit

4.4.1.9.

Attivitajiet oħra

4.4.2.

Użu tal-elettriku

4.4.2.1.

Linji gwida ġenerali

4.4.2.2.

Sett ta’ kriterji minimi biex jiġu żgurati l-istrumenti kuntrattwali mill-fornituri

4.4.2.3.

Kif għandha tiġi mmudellata t-“taħlita residwa tal-grilja speċifika għall-pajjiż, it-taħlita tal-konsum”

4.4.2.4.

Post wieħed b’diversi prodotti u b’aktar minn taħlita waħda tal-elettriku

4.4.2.5.

Għal diversi postijiet li jipproduċu prodott wieħed

4.4.2.6.

Użu tal-elettriku fl-istadju tal-użu

4.4.2.7

Ġenerazzjoni tal-elettriku fuq il-post

4.4.3.

Trasport u loġistika

4.4.3.1.

Allokazzjoni tal-impatti mit-trasport – trasport bit-trakkijiet

4.4.3.2.

Allokazzjoni tal-impatti mit-trasport – trasport bil-vannijiet

4.4.3.3.

Allokazzjoni tal-impatti mit-trasport – trasport tal-konsumatur

4.4.3.4.

Xenarji prestabbiliti – mill-fornitur għall-fabbrika

4.4.3.5.

Xenarji prestabbiliti – mill-fabbrika għall-klijent finali

4.4.3.6.

Xenarji prestabbiliti – mill-ġbir fi tmiem il-ħajja għat-trattament ta’ tmiem il-ħajja

4.4.4.

Oġġetti kapitali – infrastruttura u tagħmir

4.4.5.

Ħżin fiċ-ċentru ta’ distribuzzjoni jew tal-bejgħ bl-imnut

4.4.6.

Proċedura tal-kampjunar

4.4.6.1.

Kif għandhom jiġu definiti sottopopolazzjonijiet omoġenji (stratifikazzjoni)

4.4.6.2.

Kif għandu jiġi definit id-daqs tas-sottokampjun fil-livell tas-sottopopolazzjoni

4.4.6.3.

Kif għandu jiġi definit il-kampjun għall-popolazzjoni

4.4.6.4.

X’għandu jsir f’każ li jkun meħtieġ ittondjar

4.4.7.

Rekwiżiti tal-immudellar għall-istadju tal-użu

4.4.7.1.

Approċċ ibbażat fuq il-funzjoni ewlenija jew approċċ delta

4.4.7.2.

Immudellar tal-istadju tal-użu

4.4.8.

Immudellar tal-kontenut riċiklat u ta’ tmiem il-ħajja

4.4.8.1.

Il-formula tal-impronta ċirkolari (CFF)

4.4.8.2.

Il-fattur A

4.4.8.3.

Il-fattur B

4.4.8.4.

Il-punt ta’ sostituzzjoni

4.4.8.5.

Il-proporzjonijiet tal-kwalità: Qsin/Qp u Qsout/Qp

4.4.8.6.

Kontenut riċiklat (R1)

4.4.8.7.

Linji gwida meta jintużaw valuri R1 speċifiċi għall-kumpanija

4.4.8.8.

Linji gwida dwar kif għandu jiġi ttrattat ir-ruttam qabel il-konsum

4.4.8.9.

Rata tal-output tar-riċiklaġġ (R2)

4.4.8.10.

Il-valur R3

4.4.8.11.

Eriċiklat (Eriċ) u EriċiklaġġEoL (EriċEoL)

4.4.8.12.

E*v

4.4.8.13.

Kif għandha tiġi applikata l-formula meta jiġu inklużi prodotti intermedji fil-portafoll tal-prodotti

4.4.8.14.

Kif għandhom jiġu ttrattati aspetti speċifiċi

4.4.9.

Ħajja estiża tal-prodott

4.4.9.1.

Rati ta’ użu mill-ġdid (is-sitwazzjoni 1 fit-Taqsima 4.4.9)

4.4.9.2

Kif għandha tiġi applikata u mmudellata r-“rata ta’ użu mill-ġdid” (is-sitwazzjoni 1 fit-Taqsima 4.4.9)

4.4.10

Emissjonijiet u assorbimenti ta’ gassijiet serra

4.4.11

Kumpensi

4.5

Trattament ta’ proċessi multifunzjonali

4.5.1

Allokazzjoni fit-trobbija tal-annimali

4.6

Rekwiżiti tal-ġbir tad-data u rekwiżiti tal-kwalità

4.6.1

Data speċifika għall-kumpanija

4.6.2

Data sekondarja

4.6.3

Settijiet tad-data li għandhom jintużaw

4.6.4

Limitu

4.6.5

Rekwiżiti tal-kwalità tad-data

5.

Valutazzjoni tal-impatt tal-impronta ambjentali

5.1.

Klassifikazzjoni u karatterizzazzjoni

5.1.1

Klassifikazzjoni

5.1.2

Karatterizzazzjoni

5.2.

Normalizzazzjoni u ponderazzjoni

5.2.1

Normalizzazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-impronta ambjentali

5.2.2

Ponderazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-impronta ambjentali

6.

Interpretazzjoni tar-riżultati tal-impronta ambjentali tal-organizzazzjonijiet

6.1.

Introduzzjoni

6.2.

Valutazzjoni tar-robustezza tal-mudell tal-impronta ambjentali tal-organizzazzjoni

6.3.

Identifikazzjoni tal-hotspots: il-kategoriji tal-impatt, l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi u l-flussi elementari l-aktar rilevanti

6.3.1

Proċedura biex jiġu identifikati l-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti

6.3.2

Proċedura biex jiġu identifikati l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti

6.3.3

Proċedura biex jiġu identifikati l-proċessi l-aktar rilevanti

6.3.4

Proċedura biex jiġu identifikati l-flussi elementari l-aktar rilevanti

6.3.5

Trattament ta’ numri negattivi

6.3.6

Sommarju tar-rekwiżiti

6.3.7

Eżempju

6.4.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

7.

Rapporti dwar l-impronta ambjentali tal-organizzazzjonijiet

7.1.

Introduzzjoni

7.1.1.

Sommarju

7.1.2.

Sett tad-data aggregat konformi mal-EF

7.1.3.

Rapport prinċipali

7.1.4.

Dikjarazzjoni ta’ validazzjoni

7.1.5.

Annessi

7.1.6.

Rapport kunfidenzjali

8.

Verifika u validazzjoni tal-istudji, ir-rapporti u l-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-OEF

8.1.

Definizzjoni tal-ambitu tal-verifika

8.2.

Proċedura ta’ verifika

8.3.

Verifikatur(i)

8.3.1.

Rekwiżiti minimi għall-verifikatur(i)

8.3.2.

Rwol tal-verifikatur ewlieni fit-tim ta’ verifika

8.4.

Rekwiżiti ta’ verifika u ta’ validazzjoni

8.4.1.

Rekwiżiti minimi għall-verifika u l-validazzjoni tal-istudju dwar l-OEF

8.4.2.

Tekniki ta’ verifika u ta’ validazzjoni

8.4.3.

Kunfidenzjalità tad-data

8.5.

Outputs tal-proċess ta’ verifika/validazzjoni

8.5.1.

Kontenut tar-rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni

8.5.2.

Kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni

8.5.3.

Validità tar-rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni u tad-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni

Referenzi

Lista ta’ illustrazzjonijiet

Lista ta’ tabelli

Abbrevjazzjonijiet

ADEME

Agence de l'Environnement et de la Maîtrise de l'Energie

AF

fattur ta’ allokazzjoni

AR

proporzjon ta’ allokazzjoni

B2B

minn negozju għal negozju

B2C

min-negozju għall-konsumatur

BoC

lista tal-komponenti

BoM

lista tal-materjali

BP

l-aħjar prattika

BSI

British Standards Institution

CF

fattur ta’ karatterizzazzjoni

CFCs

klorofluworokarburi

CFF

Formula tal-Impronta Ċirkolari

CPA

Klassifikazzjoni tal-Prodotti skont l-Attività

DC

ċentru ta’ distribuzzjoni

DMI

teħid ta’ materja niexfa

DNM

Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data

DQR

Klassifikazzjoni tal-Kwalità tad-Data

KE

Il-Kummissjoni Ewropea

EF

impronta ambjentali

EI

impatt ambjentali

EMAS

Skema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali

EMS

Sistemi ta’ Ġestjoni Ambjentali

EoL

Tmiem il-ħajja

EPD

Dikjarazzjoni Ambjentali dwar il-Prodotti

FU

unità funzjonali

GE

konsum gross tal-enerġija

GHG

gass serra

GR

rappreżentattività ġeografika

GRI

Inizjattiva ta’ Rapportar Globali

GWP

potenzjal ta’ tisħin globali

ILCD

Sistema Internazzjonali ta’ Referenza għad-Data dwar iċ-Ċiklu tal-ħajja

ILCD-EL

Sistema Internazzjonali ta’ Referenza għad-Data dwar iċ-Ċiklu tal-ħajja – Livell ta’ Dħul

IPCC

Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima

ISIC

standard internazzjonali ta’ klassifikazzjoni industrijali

ISO

Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni

IUCN

Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura u tar-Riżorsi Naturali

JRC

Ċentru Konġunt tar-Riċerka

LCA

Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-ħajja

LCDN

Network tad-Data dwar iċ-Ċiklu tal-ħajja

LCI

inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja

LCIA

valutazzjoni tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja

LCT

perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja

LT

tul tal-ħajja

NACE

Nomenclature Générale des Activités Economiques dans les Communautés Européennes

NDA

ftehim ta’ kunfidenzjalità

NGO

organizzazzjoni mhux governattiva

NMVOC

komposti volatili organiċi mhux metaniċi

P

preċiżjoni

PAS

speċifikazzjoni disponibbli għall-pubbliku

PCR

regoli tal-kategorija tal-prodotti

PEF

impronta ambjentali tal-prodotti

PEFCR

regoli tal-kategorija marbutin mal-impronta ambjentali tal-prodott

PP

portafoll tal-prodotti

OEF

impronta ambjentali tal-organizzazzjonijiet

OEF-RO

Studju dwar l-OEF tal-organizzazzjoni rappreżentattiva

OEFSR

regoli settorjali marbutin mal-impronta ambjentali tal-organizzazzjoni

RF

fluss ta’ referenza

RP

prodott rappreżentattiv

RU

unità tar-rapportar

SB

limitu tas-sistema

SMRS

sistema ta’ kejl u rapportar tas-sostenibbiltà

SS

studju ta’ sostenn

TeR

rappreżentattività teknoloġika

TiR

rappreżentattività marbuta mal-ħin

TS

Segretarjat Tekniku

UNEP

Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent

UUID

Identifikatur Uniku Universali

WBCSD

Il-Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli

WRI

Istitut Dinji tar-Riżorsi

Terminoloġija: għandu, jenħtieġ li, jista’

Dan l-Anness III juża terminoloġija preċiża biex jindika r-rekwiżiti, ir-rakkomandazzjonijiet u l-għażliet li l-kumpaniji jistgħu jagħżlu.

It-terminu “għandu” jindika dak li huwa meħtieġ sabiex studju dwar l-OEF ikun konformi ma’ dan il-metodu.

It-terminu “jenħtieġ li” jindika rakkomandazzjoni aktar milli rekwiżit. Kwalunkwe devjazzjoni minn rakkomandazzjoni li tinkludi l-verb “jenħtieġ li” trid tiġi ġġustifikata mill-parti li tkun qed twettaq l-istudju u għandha tkun trasparenti.

It-terminu “jista’” jindika għażla li hija permissibbli

Definizzjonijiet

Data dwar l-attivitajiet - informazzjoni li hija assoċjata mal-proċessi waqt l-immudellar tal-Inventarji taċ-Ċiklu tal-ħajja (LCI). Ir-riżultati aggregati tal-LCI tal-ktajjen tal-proċess, li jirrappreżentaw l-attivitajiet ta’ proċess, jiġu kollha mmultiplikati bid-data dwar l-attivitajiet korrispondenti ( 113 ) u mbagħad jiġu kkombinati biex tinkiseb l-impronta ambjentali assoċjata ma’ dak il-proċess. Eżempji ta’ data dwar l-attivitajiet jinkludu l-kwantità ta’ kilowatt-sigħat ta’ elettriku użat, il-kwantità ta’ fjuwil użat, l-output ta’ proċess (eż. skart), l-għadd ta’ sigħat ta’ tagħmir li jitħaddem, id-distanza vvjaġġata, l-erja tal-art ta’ binja, eċċ. Sinonimu ta’ “fluss mhux elementari”.

Aċidifikazzjoni – kategorija tal-impatt tal-EF li tindirizza l-impatti li ġejjin mis-sustanzi aċidifikanti fl-ambjent. L-emissjonijiet ta’ NOx, NH3 u SOx iwasslu għal rilaxxi ta’ joni tal-idroġenu (H+) meta l-gassijiet jiġu mineralizzati. Il-protoni jikkontribwixxu għall-aċidifikazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma meta dawn jiġu rilaxxati f’żoni fejn il-kapaċità mewwieta tkun baxxa, u b’hekk iwasslu għat-tnaqqis tal-foresti u għall-aċidifikazzjoni tal-lagi.

Informazzjoni ambjentali addizzjonali – informazzjoni ambjentali barra mill-kategoriji tal-impatt tal-EF li tiġi kkalkulata u kkomunikata flimkien mar-riżultati tal-OEF.

Informazzjoni teknika addizzjonali – informazzjoni mhux ambjentali li tiġi kkalkulata u kkomunikata flimkien mar-riżultati tal-OEF.

Sett tad-data aggregat - Ċiklu tal-ħajja sħiħ jew parzjali ta’ sistema ta’ prodott li - minbarra l-flussi elementari (u possibbilment l-ammonti mhux rilevanti ta’ flussi ta’ skart u skart radjuattiv) - jelenka biss il-prodott(i) tal-proċess bħala fluss(i) ta’ referenza fil-lista tal-input-output, iżda l-ebda oġġett jew servizz ieħor.

Is-settijiet tad-data aggregati jissejħu wkoll settijiet tad-data tar-“riżultati tal-LCI”. Is-sett tad-data aggregat jista’ jkun ġie aggregat orizzontalment u/jew vertikalment.

Allokazzjoni – approċċ biex jissolvew il-problemi marbutin mal-multifunzjonalità. Din tirreferi għat-“tqassim tal-flussi tal-input u tal-output ta’ proċess jew ta’ sistema ta’ prodotti bejn is-sistema tal-prodotti li dwarha jkun qed isir l-istudju u sistema oħra tal-prodotti jew diversi sistemi oħrajn tal-prodotti”.

Speċifika għall-applikazzjoni – aspett ġeneriku tal-applikazzjoni speċifika li fiha jintuża materjal. Pereżempju, ir-rata medja ta’ riċiklaġġ tal-PET fil-fliexken.

Attributtiv – immudellar ibbażat fuq il-proċess maħsub biex jipprovdi rappreżentazzjoni statika tal-kundizzjonijiet medji, esklużi l-effetti medjati mis-suq.

Data Medja – il-medja ponderata għall-produzzjoni ta’ data speċifika.

Proċessi tal-isfond – tirreferi għal dawk il-proċessi fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott li għalihom ma jkun possibbli l-ebda aċċess dirett għall-informazzjoni. Pereżempju, ħafna mill-proċessi taċ-ċiklu ta’ ħajja li jinsabu ’l fuq fil-katina ta’ attivitajiet u, ġeneralment, il-proċessi kollha li jinsabu iktar ’l isfel fil-katina ta’ attivitajiet se jitqiesu bħala parti mill-proċessi tal-isfond.

Lista tal-materjali – lista tal-materjali jew l-istruttura tal-prodott (xi drabi l-lista tal-materjal, BOM jew lista assoċjata) hija lista tal-materja prima, is-subassemblaġġi, l-assemblaġġi intermedji, is-sottokomponenti, il-partijiet u l-kwantitajiet ta’ kull wieħed meħtieġa għall-manifattura tal-prodott fl-ambitu tal-istudju dwar l-OEF. F’xi setturi din hija ekwivalenti għal-lista tal-komponenti.

Minn negozju għal negozju (B2B) – tiddeskrivi t-tranżazzjonijiet bejn in-negozji, bħal bejn manifattur u bejjiegħ bl-ingrossa, jew bejn bejjiegħ bl-ingrossa u bejjiegħ bl-imnut.

Min-negozju għall-konsumaturi (B2C) – tiddeskrivi t-tranżazzjonijiet bejn in-negozji u l-konsumaturi, bħal bejn il-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi.

Karatterizzazzjoni – kalkolu tal-kobor tal-kontribut ta’ kull input/output ikklassifikat għall-kategoriji tal-impatt tal-EF rispettivi tagħhom, u l-aggregazzjoni tal-kontributi fi ħdan kull kategorija.

Dan jirrikjedi multiplikazzjoni lineari tad-data tal-inventarju bil-fatturi ta’ karatterizzazzjoni għal kull sustanza u kategorija tal-impatt tal-EF ta’ tħassib. Pereżempju, fir-rigward tal-kategorija tal-impatt tal-EF “tibdil fil-klima”, is-sustanza ta’ referenza hija s-CO2 u l-unità ta’ referenza hija kg ta' ekwivalenti ta’ CO2.

Fattur ta’ karatterizzazzjoni – fattur derivat minn mudell ta’ karatterizzazzjoni li jiġi applikat biex jikkonverti riżultat tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja assenjat għall-unità komuni tal-indikatur tal-kategorija tal-impatt tal-EF.

Klassifikazzjoni – l-assenjazzjoni tal-inputs u l-outputs tal-materjali/tal-enerġija tabulati fl-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja għall-kategoriji tal-impatt tal-EF skont il-potenzjal ta’ kull sustanza li tikkontribwixxi għal kull waħda mill-kategoriji tal-impatt tal-EF ikkunsidrati.

Tibdil fil-klima – kategorija tal-impatt tal-EF li tqis l-inputs u l-outputs kollha li jirriżultaw f’emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG). Il-konsegwenzi jinkludu żieda fit-temperaturi globali medji u bidliet klimatiċi reġjonali f’daqqa. It-tibdil fil-klima huwa impatt li jaffettwa l-ambjent fuq skala globali.

Kofunzjoni - kwalunkwe waħda minn żewġ funzjonijiet jew aktar li jirriżultaw mill-istess proċess ta’ unità jew sistema ta’ prodotti.

Kummissjonant tal-istudju dwar l-EF - organizzazzjoni (jew grupp ta’ organizzazzjonijiet), bħal kumpanija kummerċjali, jew organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, li tiffinanzja l-istudju dwar l-EF f’konformità mal-metodu tal-OEF u l-OEFSR rilevanti, jekk disponibbli.

Data speċifika għall-kumpanija – tirreferi għad-data mkejla jew miġbura direttament minn faċilità waħda jew aktar (data speċifika għas-sit) li tkun rappreżentattiva għall-attivitajiet tal-kumpanija (kumpanija hija użata bħala sinonimu ta’ organizzazzjoni). Hija sinonima għal “data primarja”. Biex jiġi stabbilit il-livell ta’ rappreżentattività tista’ tiġi applikata proċedura ta’ kampjunar.

Sett tad-data speċifiku għall-kumpanija – jirreferi għal sett tad-data (diżaggregat jew aggregat) ikkompilat b’data speċifika għall-kumpanija. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, id-data dwar l-attivitajiet tkun speċifika għall-kumpanija filwaqt li s-sottoproċessi sottostanti jkunu settijiet tad-data derivati minn bażijiet tad-data tal-isfond.

Dikjarazzjoni komparattiva – asserzjoni ambjentali dwar is-superjorità jew l-ekwivalenza ta’ organizzazzjoni kontra organizzazzjoni kompetitriċi li twettaq l-istess funzjoni.

Tqabbil – tqabbil, li ma jinkludix dikjarazzjoni komparattiva, (grafiku jew mod ieħor) ta’ żewġ prodotti jew aktar abbażi tar-riżultati ta’ studju dwar l-OEF u OEFSRs ta’ sostenn.

Konsumatur - membru individwali tal-pubbliku ġenerali li jixtri jew juża oġġetti, proprjetà jew servizzi għal skopijiet privati.

Koprodott – kwalunkwe wieħed minn żewġ prodotti jew aktar li jirriżultaw mill-istess proċess ta’ unità jew sistema ta’ prodotti.

Cradle to gate – katina tal-provvista parzjali ta’ prodott, mill-estrazzjoni tal-materja prima (il-benniena) sal-“grada” tal-manifattur. L-istadji tad-distribuzzjoni, tal-ħżin, tal-użu u ta’ tmiem il-ħajja tal-katina tal-provvista ma humiex inklużi.

Cradle to grave – iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott li jinkludi l-istadji tal-estrazzjoni tal-materja prima, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni, il-ħżin, l-użu u r-rimi jew ir-riċiklaġġ. Jiġu kkunsidrati l-inputs u l-outputs rilevanti kollha għall-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja.

Rieżami kritiku – proċess maħsub biex jiżgura l-konsistenza bejn OEFSR u l-prinċipji u r-rekwiżiti tal-metodu tal-OEF.

Kwalità tad-data il-karatteristiċi tad-data li għandhom x’jaqsmu mal-kapaċità tagħha li tissodisfa r-rekwiżiti ddikjarati. Il-kwalità tad-data tkopri diversi aspetti, bħar-rappreżentattività teknoloġika, ġeografika u marbuta mal-ħin, kif ukoll il-kompletezza u l-preċiżjoni tad-data tal-inventarju.

Klassifikazzjoni tal-kwalità tad-data (DQR) - valutazzjoni semikwantitattiva tal-kriterji tal-kwalità ta’ sett tad-data, ibbażata fuq ir-rappreżentattività teknoloġika, ir-rappreżentattività ġeografika, ir-rappreżentattività marbuta mal-ħin, u l-preċiżjoni. Il-kwalità tad-data għandha titqies bħala l-kwalità tas-sett tad-data kif dokumentat.

Emissjonijiet posposti – emissjonijiet li jiġu rilaxxati maż-żmien, pereżempju permezz ta’ stadji ta’ użu fit-tul jew ta’ rimi finali, meta mqabblin ma’ emissjoni unika fil-mument “t”.

Flussi elementari diretti (imsejħin ukoll flussi elementari) – l-emissjonijiet kollha tal-output u l-użi kollha tar-riżorsi tal-input li jirriżultaw direttament fil-kuntest ta’ proċess. Eżempji huma l-emissjonijiet minn proċess kimiku, jew l-emissjonijiet li jaħarbu minn bojler direttament fuq il-post.

Tibdil dirett fl-użu tal-art (dLUC) – it-trasformazzjoni minn tip ta’ użu tal-art għal tip ieħor, li jseħħ f’żona unika tal-art u li ma jwassalx għal bidla f’sistema oħra.

Attribwibbli direttament – tirreferi għal proċess, attività jew impatt li jseħħ fil-limitu definit tas-sistema.

Diżaggregazzjoni – il-proċess li jaqsam sett tad-data aggregat f’settijiet tad-data ta’ proċessi ta’ unità iżgħar (orizzontali jew vertikali). Id-diżaggregazzjoni tista’ tgħin biex id-data ssir aktar speċifika. Il-proċess ta’ diżaggregazzjoni jenħtieġ li qatt ma jikkomprometti jew jhedded li jikkomprometti l-kwalità u l-konsistenza tas-sett tad-data aggregat oriġinali.

Downstream – li jseħħ tul il-katina tal-provvista ta’ prodott wara l-punt ta’ riferiment.

Ekotossiċità, ilma ħelu – il-kategorija tal-impatt tal-EF li tindirizza l-impatti tossiċi fuq ekosistema, li jagħmlu ħsara lil speċijiet individwali u jibdlu l-istruttura u l-funzjoni tal-ekosistema. L-ekotossiċità hija r-riżultat ta’ varjetà ta’ mekkaniżmi tossikoloġiċi differenti kkawżati mir-rilaxx ta’ sustanzi b’effett dirett fuq is-saħħa tal-ekosistema.

Mezzi ta’ komunikazzjoni tal-EF – il-modi kollha possibbli li jistgħu jintużaw biex jiġu kkomunikati r-riżultati tal-istudju dwar l-EF lill-partijiet ikkonċernati (eż. tikketti, dikjarazzjonijiet ambjentali dwar il-prodotti, asserzjonijiet ekoloġiċi, siti web, infografika, eċċ.).

Sett tad-data konformi mal-EF – sett tad-data żviluppat f’konformità mar-rekwiżiti tal-EF, aġġornat regolarment mid-DĠ JRC ( 114 ).

Traċċar tal-elettriku ( 115 ) – il-proċess tal-assenjazzjoni tal-attributi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku għall-konsum tal-elettriku.

Flussi elementari – fl-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja, il-flussi elementari jinkludu “materjal jew enerġija li jidħlu fis-sistema li tkun qed tiġi studjata, li jkunu ġew mill-ambjent mingħajr trasformazzjoni preċedenti mill-bniedem, jew materjal jew enerġija li joħorġu mis-sistema li tkun qed tiġi studjata, li jiġu rilaxxati fl-ambjent mingħajr trasformazzjoni sussegwenti mill-bniedem”.

Il-flussi elementari jinkludu r-riżorsi meħudin min-natura jew l-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma jew fil-ħamrija li jkunu marbutin b’mod dirett mal-fatturi ta’ karatterizzazzjoni tal-kategoriji tal-impatt tal-EF.

Aspett ambjentali – element tal-attivitajiet jew tal-prodotti jew tas-servizzi ta’ organizzazzjoni li jinteraġixxi jew li jista’ jinteraġixxi mal-ambjent.

Valutazzjoni tal-impatt tal-Impronta Ambjentali (EF) – fażi tal-analiżi tal-OEF immirata lejn il-fehim u l-evalwazzjoni tal-kobor u s-sinifikanza tal-impatti ambjentali potenzjali għal sistema ta’ prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott. Il-metodi ta’ valutazzjoni tal-impatt jipprovdu fatturi ta’ karatterizzazzjoni tal-impatt għall-flussi elementari biex jiġi aggregat l-impatt sabiex jinkiseb għadd limitat ta’ indikaturi tal-punt tan-nofs.

Metodu ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-Impronta Ambjentali (EF) – protokoll għall-konverżjoni tad-data tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja f’kontributi kwantitattivi għal impatt ambjentali ta’ tħassib.

Kategorija tal-impatt tal-Impronta Ambjentali (EF) – il-klassi tal-użu tar-riżorsi jew tal-impatt ambjentali li magħha tkun relatata d-data tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja.

Indikatur tal-kategorija tal-impatt tal-Impronta Ambjentali (EF) – rappreżentazzjoni kwantifikabbli ta’ kategorija tal-impatt tal-EF.

Impatt ambjentali – kwalunkwe bidla fl-ambjent, kemm jekk negattiva kif ukoll jekk ta’ benefiċċju, li tirriżulta kompletament jew parzjalment mill-attivitajiet, il-prodotti jew is-servizzi ta’ organizzazzjoni.

Mekkaniżmu ambjentali – sistema ta’ proċessi fiżiċi, kimiċi u bijoloġiċi għal kategorija partikolari tal-impatt tal-EF li torbot ir-riżultati tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja mal-indikaturi tal-kategorija tal-EF.

Ewtrofikazzjoni – kategorija tal-impatt tal-EF relatata man-nutrijenti (prinċipalment in-nitroġenu u l-fosforu) mill-punti ta’ skariku tad-drenaġġ u l-art agrikola fertilizzata li jaċċelleraw it-tkabbir tal-alka u veġetazzjoni oħra fl-ilma.

Id-degradazzjoni tal-materjal organiku tikkonsma l-ossiġnu, li jwassal għal nuqqas ta’ ossiġnu u, f’xi każijiet, għall-mewt tal-ħut. L-ewtrofikazzjoni tibdel il-kwantità ta’ sustanzi emessi f’kejl komuni espress bħala l-ossiġnu meħtieġ għad-degradazzjoni tal-bijomassa mejta.

Jintużaw tliet kategoriji tal-impatt tal-EF biex jiġu vvalutati l-impatti minħabba l-ewtrofikazzjoni: ewtrofikazzjoni, terrestri; ewtrofikazzjoni, ilma ħelu; ewtrofikazzjoni, baħar.

Komunikazzjoni esterna – komunikazzjoni lil kwalunkwe parti interessata għajr il-kummissjonant jew il-prattikant tal-istudju.

Data estrapolatadata minn proċess partikolari li tintuża biex tirrappreżenta proċess simili li għalih ma tkunx disponibbli data, bis-suppożizzjoni li din tkun raġonevolment rappreżentattiva.

Dijagramma sekwenzjali – rappreżentazzjoni skematika tal-flussi li jseħħu waqt stadju wieħed jew aktar tal-proċess fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott li jkun qed jiġi vvalutat.

Flussi elementari ewlenin - flussi elementari diretti (emissjonijiet u riżorsi) li għalihom ikun disponibbli l-aċċess għad-data primarja (jew għal informazzjoni speċifika għall-kumpanija).

Proċessi ewlenin – Jirreferu għal dawk il-proċessi fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott li għalihom ikun disponibbli aċċess dirett għall-informazzjoni. Pereżempju, is-sit tal-produttur u proċessi oħra mħaddma mill-produttur jew mill-kuntratturi tiegħu (eż. it-trasport tal-merkanzija, is-servizzi tal-uffiċċju prinċipali, eċċ.).

Unità funzjonali – tiddefinixxi l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-funzjoni(jiet) u/jew tas-servizz(i) ipprovdut(i) mill-prodott li jkun qed jiġi evalwat. Id-definizzjoni ta’ unità funzjonali twieġeb il-mistoqsijiet “xiex?”, “kemm?”, “kemm hija tajba?”, u “għal kemm żmien?”.

Potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) – indiċi li jkejjel il-furzar radjattiv ta’ massa ta’ unità ta’ sustanza partikolari akkumulata fuq perjodu ta’ żmien magħżul. Dan jiġi espress f’termini ta’ sustanza ta’ referenza (pereżempju, unitajiet ekwivalenti għas-CO2) u perjodu ta’ żmien speċifikat (eż. GWP 20, GWP 100, GWP 500, għal 20, 100 u 500 sena rispettivament).

Billi jgħaqqad l-informazzjoni kemm dwar il-furzar radjattiv (il-fluss tal-enerġija kkawżat mill-emissjoni tas-sustanza) kif ukoll dwar iż-żmien li jibqa’ fl-atmosfera, il-GWP jagħti kejl tal-kapaċità ta’ sustanza li tinfluwenza t-temperatura medja globali tal-arja tal-wiċċ u għalhekk sussegwentement tinfluwenza diversi parametri klimatiċi u l-effetti tagħhom, bħall-frekwenza u l-intensità tal-maltempati, l-intensità tax-xita u l-frekwenza tal-għargħar, eċċ.

Medja orizzontali - l-azzjoni tal-aggregazzjoni ta’ diversi settijiet tad-data ta’ proċessi ta’ unità jew settijiet tad-data aggregati ta’ proċess li fihom kull wieħed jipprovdi l-istess fluss ta’ referenza sabiex jinħoloq sett tad-data ta’ proċess ġdid.

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem – effetti ta’ kanċer – kategorija tal-impatt tal-EF li tqis l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem ikkawżati mit-teħid ta’ sustanzi tossiċi permezz tal-inalazzjoni tal-arja, l-inġestjoni tal-ikel/l-ilma, il-penetrazzjoni mill-ġilda sa fejn dawn ikunu relatati mal-kanċer.

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem - effetti mhux ta’ kanċer – kategorija tal-impatt tal-EF li tirrappreżenta l-effetti negattivi fuq is-saħħa fuq il-bniedem ikkawżati mit-teħid ta’ sustanzi tossiċi permezz tal-inalazzjoni tal-arja, l-inġestjoni tal-ikel/l-ilma, il-penetrazzjoni mill-ġilda sa fejn dawn ikunu relatati ma’ effetti mhux tal-kanċer li ma jkunux ikkawżati minn materja partikolata/inorganika respiratorja jew radjazzjoni jonizzanti.

Espert estern indipendenti – persuna kompetenti, mhux impjegat fi rwol full-time jew part-time mill-kummissjonant tal-istudju dwar l-EF jew mill-utent tal-metodu tal-EF, u mhux involut fid-definizzjoni tal-ambitu jew fit-twettiq tal-istudju dwar l-EF.

Tibdil indirett fl-użu tal-art (iLUC) – dan iseħħ meta domanda għal ċertu użu tal-art twassal għal bidliet, barra mil-limitu tas-sistema, jiġifieri f’tipi oħra ta’ użu tal-art. Dawn l-effetti indiretti jistgħu jiġu vvalutati prinċipalment permezz tal-immudellar ekonomiku tad-domanda għall-art jew permezz tal-immudellar tar-rilokazzjoni tal-attivitajiet fuq skala globali.

Flussi ta’ input – il-fluss ta’ prodott, materjal jew enerġija li jidħol fi proċess ta’ unità. Il-prodotti u l-materjali jinkludu l-materja prima, il-prodotti intermedji u l-koprodotti.

Prodott intermedju – output minn proċess ta’ unità li jkun input għal proċessi oħra ta’ unità li jeħtieġu aktar trasformazzjoni fi ħdan is-sistema. Prodott intermedju huwa prodott li jeħtieġ aktar ipproċessar qabel ma jkun jista’ jinbiegħ lill-konsumatur finali.

Radjazzjoni jonizzanti, effetti fuq is-saħħa tal-bniedem – kategorija tal-impatt tal-EF li tirrappreżenta l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem ikkawżati minn rilaxxi radjuattivi.

Użu tal-art – kategorija tal-impatt tal-EF relatata mal-użu (okkupazzjoni) u mal-konverżjoni (trasformazzjoni) tal-erja tal-art minn attivitajiet bħall-agrikoltura, il-forestrija, it-toroq, id-djar, l-estrazzjoni minerarja, eċċ.

L-okkupazzjoni tal-art tqis l-effetti tal-użu tal-art, l-ammont ta’ erja involuta u d-durata tal-okkupazzjoni tagħha (il-bidliet fil-kwalità tal-ħamrija mmultiplikati bl-erja u bid-durata). It-trasformazzjoni tal-art tqis il-firxa tal-bidliet fil-proprjetajiet tal-art u ż-żona affettwata (bidliet fil-kwalità tal-ħamrija mmultiplikati bl-erja).

Verifikatur ewlieni – persuna li tieħu sehem f’tim ta’ verifika b’responsabbiltajiet addizzjonali meta mqabbla mal-verifikaturi l-oħra fit-tim.

Ċiklu tal-ħajja – l-istadji konsekuttivi u interkonnessi ta’ sistema ta’ prodotti, mill-akkwist tal-materja prima jew il-ġenerazzjoni minn riżorsi naturali sar-rimi finali.

Approċċ ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja – dan iqis l-ispettru tal-flussi tar-riżorsi u l-interventi ambjentali assoċjati ma’ prodott mill-perspettiva tal-katina tal-provvista, inklużi l-istadji kollha mill-akkwist tal-materja prima sal-ipproċessar, id-distribuzzjoni, l-użu, u l-proċessi ta’ tmiem il-ħajja, u l-impatti ambjentali rilevanti kollha relatati (minflok ma jiffoka fuq kwistjoni waħda).

Valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja (LCA) – il-kompilazzjoni u l-evalwazzjoni tal-inputs, tal-outputs u tal-impatti ambjentali potenzjali ta’ sistema ta’ prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha.

Valutazzjoni tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja (LCIA) – fażi tal-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja li għandha l-għan li tifhem u tevalwa l-kobor u s-sinifikanza tal-impatti ambjentali potenzjali għal sistema matul iċ-ċiklu tal-ħajja.

Il-metodi tal-LCIA użati jipprovdu fatturi ta’ karatterizzazzjoni tal-impatt għall-flussi elementari sabiex jiġi aggregat l-impatt biex jinkiseb għadd limitat ta’ indikaturi tal-punt tan-nofs u/jew tal-ħsara.

Inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja (LCI) - is-sett ikkombinat ta’ skambji ta’ flussi elementari, ta’ skart u ta’ prodotti f’sett tad-data tal-LCI.

Sett tad-data tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja (LCI) - dokument jew fajl b’informazzjoni dwar iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott speċifikat jew referenza oħra (eż. sit, proċess), li jkopri metadata deskrittiva u inventarju kwantitattiv taċ-ċiklu tal-ħajja. Sett tad-data tal-LCI jista’ jkun sett tad-data ta’ proċess ta’ unità, parzjalment aggregat, jew sett tad-data aggregat.

Rata ta’ tagħbija – il-proporzjon tat-tagħbija reali meta mqabbel mat-tagħbija sħiħa jew mal-kapaċità kollha (pereżempju l-massa jew il-volum) li vettura ġġorr f’kull vjaġġ.

Speċifiku għall-materjal – aspett ġeneriku ta’ materjal. Pereżempju, ir-rata ta’ riċiklaġġ tal-polietilentereftalat (PET).

Multifunzjonalità – jekk proċess jew faċilità jipprovdu aktar minn funzjoni waħda, jiġifieri jwasslu diversi oġġetti u/jew servizzi (“koprodotti”), dawn ikunu “multifunzjonali”. F’dawn is-sitwazzjonijiet, l-inputs u l-emissjonijiet kollha marbuta mal-proċess se jinqasmu bejn il-prodott ta’ interess u l-koprodotti l-oħra skont proċeduri ddikjarati b’mod ċar.

Flussi mhux elementari (jew kumplessi) – fl-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja, il-flussi mhux elementari jinkludu l-inputs (eż. l-elettriku, il-materjali, il-proċessi tat-trasport) u l-outputs (eż. skart, prodotti sekondarji) kollha f’sistema li jeħtieġu aktar sforzi ta’ mmudellar biex jiġu ttrasformati fi flussi elementari.

Sinonimu ta’ “data dwar l-attivitajiet”.

Normalizzazzjoni – wara l-istadju tal-karatterizzazzjoni, in-normalizzazzjoni hija l-istadju li fih ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja jiġu diviżi b’fatturi ta’ normalizzazzjoni li jirrappreżentaw l-inventarju ġenerali ta’ unità ta’ referenza (eż. pajjiż sħiħ jew ċittadin medju).

Ir-riżultati normalizzati tal-valutazzjoni tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja jesprimu l-ishma relattivi tal-impatti tas-sistema analizzata f’termini tal-kontribut totali għal kull kategorija tal-impatt għal kull unità ta’ referenza.

Meta jintwerew ħdejn xulxin ir-riżultati normalizzati tal-valutazzjoni tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja tas-suġġetti differenti tal-impatt, isir evidenti liema kategoriji tal-impatt ikunu affettwati l-aktar u l-anqas mis-sistema analizzata.

Ir-riżultati normalizzati tal-valutazzjoni tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja jirriflettu biss il-kontribut tas-sistema analizzata għall-potenzjal totali tal-impatt, mhux is-severità/ir-rilevanza tal-impatt totali rispettiv. Ir-riżultati normalizzati huma mingħajr dimensjoni, iżda ma humiex addittivi.

Profil tal-OEF – ir-riżultati kwantifikati ta’ studju dwar l-OEF. Dan jinkludi l-kwantifikazzjoni tal-impatti għad-diversi kategoriji tal-impatt u l-informazzjoni ambjentali addizzjonali meqjusa neċessarja li tiġi rrapportata.

Rapport dwar l-OEF – dokument li jiġbor fil-qosor ir-riżultati tal-istudju dwar l-OEF.

Studju dwar l-OEF – terminu użat biex tiġi identifikata t-totalità tal-azzjonijiet meħtieġa għall-kalkolu tar-riżultati tal-OEF. Dan jinkludi l-immudellar, il-ġbir tad-data, u l-analiżi tar-riżultati. Ir-riżultati tal-istudju dwar l-OEF huma l-bażi għall-abbozzar tar-rapporti dwar l-OEF.

Studju dwar l-OEF tal-organizzazzjoni rappreżentattiva (OEF-RO) – studju dwar l-OEF imwettaq fuq l-organizzazzjoni(jiet) rappreżentattiv(i) u maħsub biex jidentifika l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi, il-flussi elementari, il-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti u kwalunkwe rekwiżit ewlieni ieħor meħtieġ għas-settur/subsettur fl-ambitu tal-OEFSR.

Studju ta’ sostenn għall-OEFSR – studju dwar l-OEF ibbażat fuq abbozz ta’ OEFSR. Dan jintuża biex jiġu kkonfermati d-deċiżjonijiet meħuda fl-abbozz ta’ OEFSR qabel ma tiġi rilaxxata l-OEFSR finali.

Regoli Settorjali marbutin mal-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjoni (OEFSRs) - regoli speċifiċi għas-settur, ibbażati fuq iċ-ċiklu tal-ħajja li jikkomplementaw il-gwida metodoloġika ġenerali għall-istudji dwar l-OEF billi jipprovdu aktar speċifikazzjoni fil-livell ta’ settur speċifiku.

L-OEFSRs jgħinu biex l-istudju dwar l-OEF jiffoka fuq dawk l-aspetti u l-parametri li huma l-aktar importanti, u b’hekk jikkontribwixxu biex jiżdiedu r-rilevanza, ir-riproduċibbiltà u l-konsistenza tar-riżultati billi jitnaqqsu l-kostijiet, meta mqabbel ma’ studju bbażat fuq ir-rekwiżiti komprensivi tal-metodu tal-OEF. Huma biss l-OEFSRs żviluppati mill-Kummissjoni Ewropea jew f’kooperazzjoni magħha, jew adottati mill-Kummissjoni Ewropea jew bħala atti tal-UE, li huma rikonoxxuti bħala konformi ma’ dan il-metodu.

Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-ħajja tal-Organizzazzjoni (OLCA) – kompilazzjoni u evalwazzjoni tal-inputs, tal-outputs, u tal-impatti ambjentali potenzjali tal-attivitajiet assoċjati mal-organizzazzjoni kollha kemm hi jew parti minnha li tadotta perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja. Ir-riżultati ta’ OLCA xi drabi jissejħu l-impronta ambjentali ta’ organizzazzjoni. (ISO 14072:2014).

Flussi ta’ output – il-fluss ta’ prodott, materjal jew enerġija li joħroġ minn proċess ta’ unità. Il-prodotti u l-materjali jinkludu l-materja prima, il-prodotti intermedji, il-koprodotti u r-rilaxxi. Il-flussi tal-output huma kkunsidrati wkoll li jkopru l-flussi elementari.

Tnaqqis tal-ożonu – kategorija tal-impatt tal-EF li tqis id-degradazzjoni tal-ożonu stratosferiku minħabba l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, pereżempju gassijiet b’ħajja twila li fihom il-kloru u l-bromu (eż. klorofluworokarburi (CFCs), idroklorofluworokarburi (HCFCs), aloni).

Sett tad-data parzjalment diżaggregat - sett tad-data b’LCI li fih flussi elementari u data dwar l-attivitajiet, u li jagħti sett tad-data tal-LCI aggregat sħiħ meta kkombinat mas-settijiet tad-data sottostanti komplementari tiegħu.

Sett tad-data parzjalment diżaggregat fil-livell-1 - sett tad-data parzjalment diżaggregat fil-livell-1 fih flussi elementari u data dwar l-attivitajiet ta’ livell wieħed ’l isfel fil-katina tal-provvista, filwaqt li s-settijiet tad-data sottostanti komplementari kollha huma fil-forma aggregata tagħhom.

Illustrazzjoni 1

Eżempju ta’ sett tad-data parzjalment diżaggregat fil-Livell-1

image

Materja partikolata – kategorija tal-impatt tal-EF li tqis l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem ikkawżati mill-emissjonijiet ta’ materja partikolata (PM) u l-prekursuri tagħha (NOx, SOx, NH3).

Formazzjoni fotokimika tal-ożonu – kategorija tal-impatt tal-EF li tqis il-formazzjoni tal-ożonu fil-livell tal-art tat-troposfera kkawżata mill-ossidazzjoni fotokimika tal-komposti organiċi volatili (VOCs) u tal-monossidu tal-karbonju (CO) fil-preżenza tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) u tad-dawl tax-xemx.

Konċentrazzjonijiet għoljin ta’ ożonu troposferiku fil-livell tal-art jagħmlu ħsara lill-veġetazzjoni, lill-apparat respiratorju tal-bniedem u lill-materjali magħmulin mill-bniedem billi jirreaġixxu mal-materjali organiċi.

Popolazzjoni - kwalunkwe aggregazzjoni finita jew infinita ta’ individwi, mhux neċessarjament animati, soġġetta għal studju statistiku.

Data primarja - data minn proċessi speċifiċi fi ħdan il-katina tal-provvista tal-utent tal-metodu tal-OEF jew tal-utent tal-OEFSR.

Tali data tista’ tieħu l-forma ta’ data dwar l-attivitajiet, jew ta’ flussi elementari ewlenin (inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja). Id-data primarja hija speċifika għas-sit, speċifika għall-kumpanija (jekk ikun hemm diversi siti għall-istess prodott) jew speċifika għall-katina tal-provvista.

Id-data primarja tista’ tinkiseb permezz tal-qari tal-miters, ir-rekords tax-xiri, il-kontijiet tal-utilitajiet, il-mudelli tal-inġinerija, il-monitoraġġ dirett, il-bilanċi materjal/prodotti, l-istekjometrija, jew metodi oħra għall-kisba ta’ data minn proċessi speċifiċi fil-katina tal-valur tal-utent tal-metodu tal-OEF jew tal-utent tal-OEFSR.

F’dan il-metodu, id-data primarja hija sinonimu ta’ “data speċifika għall-kumpanija” jew ta’ “data speċifika għall-katina tal-provvista”.

Prodott – kwalunkwe oġġett jew servizz.

Kategorija ta’ prodotti – grupp ta’ prodotti (jew servizzi) li jistgħu jissodisfaw funzjonijiet ekwivalenti.

Regoli tal-Kategorija ta’ Prodotti (PCRs) – sett ta’ regoli, rekwiżiti u linji gwida speċifiċi għall-iżvilupp ta’ dikjarazzjonijiet ambjentali tat-Tip III għal kategorija waħda jew aktar ta’ prodotti.

Regoli tal-kategorija marbutin mal-impronta ambjentali tal-prodott (PEFCRs) – regoli speċifiċi għall-kategorija ta’ prodotti, ibbażati fuq iċ-ċiklu tal-ħajja, li jikkomplementaw il-gwida metodoloġika ġenerali għall-istudji dwar il-PEF billi jipprovdu aktar speċifikazzjoni għal kategorija speċifika ta’ prodotti.

Il-PEFCRs jgħinu biex l-istudju dwar il-PEF jiffoka fuq dawk l-aspetti u l-parametri li huma l-aktar importanti, u b’hekk jiżdiedu r-rilevanza, ir-riproduċibbiltà u l-konsistenza tar-riżultati billi jitnaqqsu l-kostijiet meta mqabbel ma’ studju bbażat fuq ir-rekwiżiti komprensivi tal-metodu tal-PEF.

Huma biss il-PEFCRs żviluppati mill-Kummissjoni Ewropea jew f’kooperazzjoni magħha, jew adottati mill-Kummissjoni jew bħala atti tal-UE, li huma rikonoxxuti bħala konformi ma’ dan il-metodu.

Fluss ta’ prodotti – prodotti li jidħlu minn jew jitilqu lejn sistema ta’ prodotti oħra.

Sistema tal-prodott – ġabra ta’ proċessi tal-unità bi flussi elementari u tal-prodotti, li jwettqu funzjoni definita waħda jew aktar, li jimmudellaw iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott.

Materja prima – il-materjal primarju jew sekondarju li jintuża għall-produzzjoni ta’ prodott.

Fluss ta’ referenza – kejl tal-outputs minn proċessi f’sistema ta’ prodotti partikolari li jkunu meħtieġa biex tiġi ssodisfata l-funzjoni espressa mill-unità funzjonali.

Rinnovazzjoni – il-proċess ta’ restawr tal-komponenti għal stat funzjonali u/jew sodisfaċenti meta mqabbel mal-ispeċifikazzjoni oriġinali (jipprovdu l-istess funzjoni), bl-użu ta’ metodi bħall-kisi mill-ġdid, żebgħa mill-ġdid, eċċ. Il-prodotti rinnovati jista’ jkun li jkunu ġew ittestjati u verifikati li jiffunzjonaw kif suppost.

Rilaxxi – l-emissjonijiet fl-arja u l-iskariki fl-ilma u fil-ħamrija.

Unità tar-rapportar (RU) – l-organizzazzjoni hija l-unità ta’ referenza għall-analiżi u, flimkien mal-portafoll tal-prodotti, il-bażi għad-definizzjoni tal-unità tar-rapportar (RU). Hija parallela għall-kunċett ta’ “unità funzjonali” f’Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-ħajja (LCA) tradizzjonali.

Organizzazzjoni rappreżentattiva (RO) (mudell) - f’ħafna każijiet, il-mudell tal-RO ikun organizzazzjoni virtwali (mhux eżistenti) mibnija, pereżempju, mill-karatteristiċi medji ponderati skont il-bejgħ tal-UE tat-teknoloġiji, il-proċessi ta’ produzzjoni u t-tipi ta’ organizzazzjonijiet eżistenti kollha

Kampjun rappreżentattiv – kampjun rappreżentattiv fir-rigward ta’ varjabbli wieħed jew aktar huwa kampjun li fih id-distribuzzjoni ta’ dawn il-varjabbli tkun eżattament l-istess (jew simili) bħal fil-popolazzjoni li l-kampjun ikun subsett tagħha.

Użu tar-riżorsi, fossili – kategorija tal-impatt tal-EF li tindirizza l-użu ta’ riżorsi naturali fossili mhux rinnovabbli (eż. gass naturali, faħam, żejt).

Użu tar-riżorsi, minerali u metalli – kategorija tal-impatt tal-EF li tindirizza l-użu ta’ riżorsi naturali abijotiċi mhux rinnovabbli (minerali u metalli).

Rieżami – proċedura maħsuba biex tiżgura li l-proċess tal-iżvilupp jew tar-reviżjoni ta’ OEFSR ikun twettaq f’konformità mar-rekwiżiti previsti fil-metodu tal-OEF u fil-parti A tal-Anness IV.

Rapport ta’ rieżami - dokumentazzjoni tal-proċess ta’ rieżami li tinkludi d-dikjarazzjoni ta’ rieżami, l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-proċess ta’ rieżami, il-kummenti dettaljati mir-rieżaminatur(i) u t-tweġibiet korrispondenti, u l-eżitu. Id-dokument għandu jkollu l-firma elettronika jew bl-idejn tar-rieżaminatur (jew tar-rieżaminatur ewlieni, jekk ikun involut bord ta’ rieżaminaturi).

Bord ta’ rieżami – tim ta’ esperti (rieżaminaturi) li se jirrieżaminaw l-OEFSR

Rieżaminatur – espert estern indipendenti li jwettaq ir-rieżami tal-OEFSR u posssibbilment jieħu sehem f’bord ta’ rieżaminaturi.

Kampjun – Subsett li jkun fih il-karatteristiċi ta’ popolazzjoni akbar. Il-kampjuni jintużaw fl-ittestjar statistiku meta d-daqsijiet tal-popolazzjoni jkunu kbar wisq biex it-test jinkludi l-membri jew l-osservazzjonijiet kollha possibbli. Kampjun jenħtieġ li jirrappreżenta l-popolazzjoni kollha u ma jirriflettix preġudizzju lejn attribut speċifiku.

Data sekondarja – data li ma tkunx minn proċess speċifiku fil-katina tal-provvista tal-kumpanija li twettaq studju dwar l-OEF.

Din tirreferi għal data li ma tinġabarx, ma titkejjilx jew ma tiġix stmata direttament mill-kumpanija, iżda li tinkiseb minn bażi tad-data tal-LCI ta’ parti terza jew minn sorsi oħra.

Id-data sekondarja tinkludi d-data medja tal-industrija (eż. mid-data ppubblikata dwar il-produzzjoni, statistika tal-gvern u assoċjazzjonijiet tal-industrija), studji tal-letteratura, studji tal-inġinerija u privattivi) u tista’ tkun ibbażata wkoll fuq data finanzjarja, u jkun fiha data proxy u data ġenerika oħra.

Id-data primarja li tgħaddi minn stadju ta’ aggregazzjoni orizzontali titqies bħala data sekondarja.

Analiżi tas-sensittività – Proċeduri sistematiċi biex jiġu stmati l-effetti tal-għażliet li jkunu saru fir-rigward tal-metodi u d-data dwar ir-riżultati ta’ studju dwar l-OEF.

Data speċifika għas-sitdata mkejla jew miġbura direttament minn faċilità waħda (sit tal-produzzjoni). Sinonimu ta’ “data primarja”.

Punteġġ globali uniku - Is-somma tar-riżultati ponderati tal-EF tal-kategoriji kollha tal-impatt.

Data Speċifika – Tirreferi għal data mkejla jew miġbura direttament li tkun rappreżentattiva tal-attivitajiet f’faċilità speċifika jew f’sett ta’ faċilitajiet speċifiċi.

Sinonimu ta’ “data primarja”.

Suddiviżjoni – Is-suddiviżjoni tinvolvi d-diżaggregazzjoni ta’ proċessi jew ta’ faċilitajiet multifunzjonali biex jiġu iżolati l-flussi tal-inputs assoċjati direttament ma’ kull proċess jew output tal-faċilità. Il-proċess jiġi investigat biex wieħed jara jekk jistax jiġi suddiviż. Fejn tkun tista’ ssir suddiviżjoni, id-data tal-inventarju jenħtieġ li tinġabar biss għal dawk il-proċessi tal-unità attribwibbli direttament għall-prodotti/is-servizzi ta’ tħassib.

Sottopopolazzjoni – kwalunkwe aggregazzjoni finita jew infinita ta’ individwi, mhux neċessarjament animati, soġġetta għal studju statistiku li jikkostitwixxi subsett omoġenju tal-popolazzjoni kollha

Sinonimu ta’ “strat”.

Sottoproċessi - proċessi użati biex jirrappreżentaw l-attivitajiet tal-proċessi tal-livell 1 (=elementi kostitwenti). Is-sottoproċessi jistgħu jiġu ppreżentati fil-forma (parzjalment) aggregata tagħhom (ara l-Illustrazzjoni 1).

Sottokampjun - kampjun ta’ sottopopolazzjoni.

Katina tal-provvista – l-attivitajiet upstream u downstream kollha assoċjati mal-operazzjonijiet tal-utent tal-metodu tal-OEF, inkluż l-użu ta’ prodotti mibjugħa mill-konsumaturi u t-trattament fi tmiem il-ħajja tal-prodotti mibjugħa wara l-użu mill-konsumatur.

Speċifiku għall-katina tal-provvista – jirreferi għal aspett speċifiku tal-katina tal-provvista speċifika għall-kumpanija. Pereżempju l-valur tal-kontenut riċiklat tal-aluminju prodott minn kumpanija speċifika.

Limitu tas-sistema – definizzjoni tal-aspetti inklużi jew esklużi mill-istudju. Pereżempju, għal analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja tal-EF , il-limitu tas-sistema jinkludi l-attivitajiet kollha li jvarjaw mill-estrazzjoni tal-materja prima, sal-ipproċessar, id-distribuzzjoni, il-ħżin u l-użu, sal-istadji tar-rimi jew tar-riċiklaġġ.

Dijagramma tal-limitu tas-sistema – rappreżentazzjoni grafika tal-limitu tas-sistema definit għall-istudju dwar l-OEF.

Ħżin temporanju tal-karbonju – dan iseħħ meta prodott inaqqas il-gassijiet serra fl-atmosfera jew joħloq emissjonijiet negattivi, billi jassorbi u jaħżen il-karbonju għal ammont limitat ta’ żmien.

Dikjarazzjoni ambjentali tat-tip III – dikjarazzjoni ambjentali li tipprovdi data ambjentali kwantifikata bl-użu ta’ parametri stabbiliti minn qabel u, fejn ikun rilevanti, informazzjoni ambjentali addizzjonali.

Analiżi tal-inċertezza – proċedura għall-valutazzjoni tal-inċertezza fir-riżultati ta’ studju dwar l-OEF minħabba l-varjabbiltà tad-data u l-inċertezza relatata mal-għażliet.

Proċess ta’ unità – l-iżgħar element ikkunsidrat fl-LCI li għalih tiġi kkwantifikata d-data tal-input u tal-output.

Proċess ta’ unità, kaxxa sewda – katina ta’ proċess jew proċess ta’ unità fil-livell tal-impjant. Dan ikopri proċessi ta’ unità b’medja orizzontali f’siti differenti. Ikopri wkoll proċessi ta’ unità multifunzjonali, fejn il-koprodotti differenti jgħaddu minn stadji differenti ta’ pproċessar fil-kaxxa s-sewda, u b’hekk jikkawżaw problemi ta’ allokazzjoni għal dan is-sett tad-data ( 116 ).

Proċess ta’ unità, operazzjoni waħda - proċess ta’ unità tat-tip ta’ operazzjoni ta’ unità li ma jistax jiġi suddiviż aktar. Ikopri proċessi multifunzjonali tat-tip ta’ operazzjoni ta’ unità ( 117 ).

Upstream – li jseħħ tul il-katina tal-provvista tal-oġġetti/is-servizzi mixtrija qabel ma jidħol fil-limitu tas-sistema.

Utent tal-OEFSR – parti kkonċernata li tipproduċi studju dwar l-OEF ibbażat fuq OEFSR.

Utent tal-metodu tal-OEF – parti kkonċernata li tipproduċi studju dwar l-OEF ibbażat fuq il-metodu tal-OEF.

Utent tar-riżultati tal-OEF – parti kkonċernata li tuża r-riżultati tal-OEF għal kwalunkwe skop intern jew estern.

Validazzjoni - konferma - mill-verifikatur tal-impronta ambjentali- , li l-informazzjoni u d-data fl-istudju dwar l-OEF, ir-rapport dwar l-OEF u l-mezzi ta’ komunikazzjoni huma affidabbli, kredibbli u korretti.

Dikjarazzjoni ta’ validazzjoni – dokument konklużiv li jaggrega l-konklużjonijiet mill-verifikaturi jew mit-tim ta’ verifika fir-rigward tal-istudju dwar l-EF. Dan id-dokument huwa obbligatorju u għandu jkollu l-firma elettronika jew miktuba bl-idejn tal-verifikatur jew (fejn ikun involut bord ta’ verifika) tal-verifikatur ewlieni.

Verifika - proċess ta’ valutazzjoni tal-konformità mwettaq minn verifikatur tal-impronta ambjentali biex juri jekk l-istudju dwar l-OEF ikunx twettaq f’konformità mal-Anness III.

Rapport ta’ verifika – dokumentazzjoni tal-proċess ta’ verifika u tas-sejbiet, inklużi kummenti dettaljati mill-verifikatur(i), kif ukoll it-tweġibiet korrispondenti. Dan id-dokument huwa obbligatorju, iżda jista’ jkun kunfidenzjali. Id-dokument għandu jkollu l-firma elettronika jew miktuba bl-idejn tal-verifikatur jew (fejn ikun involut bord ta’ verifika), tal-verifikatur ewlieni.

Tim ta’ verifika – tim ta’ verifikaturi li se jivverifikaw l-istudju dwar l-EF, ir-rapport dwar l-EF u l-mezzi ta’ komunikazzjoni dwar l-EF.

Verifikatur – espert estern indipendenti li jwettaq verifika tal-istudju dwar l-EF u possibbilment jieħu sehem f’tim ta’ verifika.

Aggregazzjoni vertikali - aggregazzjoni teknika jew ibbażata fuq l-inġinerija tirreferi għall-aggregazzjoni vertikali ta’ proċessi ta’ unità li jkunu marbuta direttament f’faċilità waħda jew f’sekwenza ta’ proċessi waħda. L-aggregazzjoni vertikali tinvolvi l-kombinazzjoni flimkien ta’ settijiet tad-data tal-proċessi ta’ unità (jew settijiet tad-data ta’ proċessi aggregati), marbutin flimkien bi fluss.

Skart – sustanzi jew oġġetti li d-detentur ikun beħsiebu jew ikun meħtieġ li jarmi.

Użu tal-ilma – kategorija tal-impatt tal-EF li tirrappreżenta l-ilma disponibbli relattiv li jifdal għal kull erja f’magħqad tal-ilma, wara li tkun ġiet issodisfata d-domanda mill-bnedmin u mill-ekosistemi akkwatiċi. Hija tivvaluta l-potenzjal ta’ privazzjoni mill-ilma, għall-bnedmin jew għall-ekosistemi, abbażi tas-suppożizzjoni li anqas ma jibqa’ ilma disponibbli għal kull erja, aktar ikun probabbli li utent ieħor jiġi mċaħħad.

Ponderazzjoni – pass li jappoġġa l-interpretazzjoni u l-komunikazzjoni tar-riżultati tal-analiżi. Ir-riżultati tal-OEF jiġu mmultiplikati b’sett ta’ fatturi ta’ ponderazzjoni (f’%), li jirriflettu l-importanza relattiva perċepita tal-kategoriji tal-impatt ikkunsidrati. Ir-riżultati ponderati tal-EF jistgħu jitqabblu direttament bejn kategoriji tal-impatt, u jingħaddu wkoll fil-kategoriji kollha tal-impatt biex jinkiseb punteġġ globali uniku.

Relazzjoni ma’ metodi u standards oħra

Kull rekwiżit speċifikat fil-metodu tal-OEF ġie żviluppat b’kont meħud tar-rakkomandazzjonijiet ta’ metodi ta’ kontabbiltà ambjentali tal-prodotti u ta’ dokumenti ta’ gwida simili u rikonoxxuti b’mod wiesa’. B’mod speċifiku, il-gwidi metodoloġiċi li ġew ikkunsidrati kienu:

Standards tal-ISO, b’mod partikolari:

(a) 

EN ISO 14040:2006 Environmental management — Life-cycle assessment — Principles and framework;

(b) 

EN ISO 14044:2006 Ġestjoni ambjentali — Valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja — Rekwiżiti u linji gwida;

(c) 

EN ISO 14067:2018 Gassijiet serra — Impronta tal-karbonju tal-prodotti — Rekwiżiti u linji gwida għall-kwantifikazzjoni;

(d) 

ISO 14046:2014 Ġestjoni ambjentali — Impronta tal-ilma — Prinċipji, rekwiżiti u linji gwida;

(e) 

EN ISO 14020:2001 Environmental labels and declarations — General principles;

(f) 

EN ISO 14021:2016 Tikketti u dikjarazzjonijiet ambjentali — Asserzjonijiet ambjentali awtodikjarati (Tikkettar ambjentali tat-Tip II)

(g) 

EN ISO 14025:2010 Tikketti u dikjarazzjonijiet ambjentali – Dikjarazzjonijiet ambjentali tat-Tip III – Prinċipji u proċeduri;

(h) 

ISO 14050:2020 Ġestjoni ambjentali — vokabularju

(i) 

ISO 14064 (2006): Greenhouse gases -- Part 1 and 3;

(j) 

ISO/WD TR 14069:2013 Gassijiet serra -- Kwantifikazzjoni u rapportar tal-gassijiet serra għall-organizzazzjonijiet;

(k) 

CEN ISO/TS 14071:2016 Ġestjoni ambjentali — Valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja — Proċessi ta’ rieżami kritiku u kompetenzi tar-rieżaminaturi: Rekwiżiti u linji gwida addizzjonali għall-EN ISO 14044:2006

(l) 

ISO/TS 14072:2014 Ġestjoni ambjentali — Valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja Rekwiżiti u linji gwida għall-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-organizzazzjonijiet

(m) 

ISO 17024:2012 Valutazzjoni tal-konformità – Rekwiżiti ġenerali għall-korpi li joperaw iċ-ċertifikazzjoni tal-persuni.

Il-Gwida dwar l-OEF, l-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE dwar l-użu ta’ metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u ta’ organizzazzjonijiet (April 2013);

Il-Manwal tal-ILCD (Sistema Internazzjonali ta’ Referenza għad-Data dwar iċ-Ċiklu tal-Ħajja) ( 118 ) żviluppat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-KE;

Standards tal-Impronta Ekoloġika ( 119 );

Il-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra - Standard għall-Kontabbiltà u r-Rappurtar taċ-Ċiklu tal-ħajja tal-Prodotti ( 120 ) (Istitut Dinji tar-Riżorsi - WRI/ Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli - WBCSD);

BP X30-323-0:2015 Prinċipji ġenerali għal komunikazzjoni ambjentali dwar prodotti tas-suq tal-massa (Agence de la transition écologique, ADEME) ( 121 );

PAS 2050:2011 Speċifikazzjoni għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ oġġetti u servizzi (British Standards Institution - BSI);

Il-Protokoll tal-ENVIFOOD ( 122 ).

FAO:2016. Il-prestazzjoni ambjentali tal-ktajjen tal-provvista tal-għalf għall-annimali: Linji gwida għall-valutazzjoni. Sħubija LEAP.

Deskrizzjoni dettaljata tal-biċċa l-kbira tal-metodi analizzati u tal-eżitu tal-analiżi hija disponibbli f’“Analysis of Existing Environmental Footprint methodologies for Products and Organisations: Recommendations, Rationale, and Alignment” ( 123 ).

1.    Regoli Settorjali marbutin mal-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjoni (OEFSRs)

L-objettiv primarju ta’ OEFSR huwa li tistabbilixxi sett konsistenti u speċifiku ta’ regoli għall-kalkolu tal-informazzjoni ambjentali rilevanti tal-prodotti li jappartjenu għall-kategorija tas-setturi fl-ambitu. Objettiv importanti huwa li ssir enfasi fuq dak li huwa l-aktar importanti għal kategorija speċifika ta’ prodotti biex l-istudji dwar l-OEF isiru aktar faċli, aktar rapidi u inqas għaljin.

Objettiv daqstant ieħor importanti huwa li jkunu jistgħu jsiru tqabbil u dikjarazzjonijiet komparattivi i) bejn organizzazzjonijiet jew siti ta’ produzzjoni fi ħdan l-istess settur, jew ii) tal-prestazzjoni ta’ organizzazzjoni jew sit ta’ produzzjoni uniku matul iż-żmien (ara l-parti A tal-Anness IV għal aktar dettalji)

It-tqabbil u d-dikjarazzjonijiet komparattivi huma permessi biss jekk l-istudji dwar l-OEF jitwettqu f’konformità ma’ OEFSR. Il-portafolji tal-prodotti ta’ organizzazzjonijiet jew siti ta’ produzzjoni differenti, jew tal-istess organizzazzjoni matul snin ta’ rapportar differenti, normalment ikunu differenti (eż. f’termini tal-ammonti ta’ prodotti inklużi), għalhekk l-OEFSR għandha tipprovdi gwida dwar kif għandha tiġi żgurata l-komparabbiltà, pereżempju billi r-riżultati tal-istudji dwar l-OEF jiġu normalizzati ma’ sistema ta’ referenza xierqa (eż. il-fatturat annwali)

Studju dwar l-OEF għandu jitwettaq f’konformità ma’ OEFSR, jekk tkun disponibbli OEFSR għall-portafoll ta’ prodotti jew għas-settur fl-ambitu.

Ir-rekwiżiti għall-iżvilupp tal-OEFSRs huma speċifikati fil-parti A tal-Anness IV. OEFSR tista’ tispeċifika ulterjorment ir-rekwiżiti li jkunu saru fil-metodu tal-OEF u żżid rekwiżiti ġodda jekk il-metodu tal-OEF iħalli aktar minn għażla waħda. L-objettiv huwa li jiġi żgurat li l-OEFSRs jiġu żviluppati skont il-metodu tal-OEF u li dawn jipprovdu l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa biex jinkisbu l-komparabbiltà, iż-żieda fir-riproduċibbiltà, il-konsistenza, ir-rilevanza, il-fokus u l-effiċjenza tal-istudji dwar l-OEF.

L-OEFSRs jenħtieġ li, sa fejn ikun possibbli, u filwaqt li jirrikonoxxu l-kuntesti differenti ta’ applikazzjoni, ikunu konformi mar-regoli tas-settur internazzjonali rilevanti eżistenti u mar-Regoli tal-Kategorija marbutin mal-Impronta Ambjentali tal-Prodott (PEFCRs) dawn għandhom jiġu elenkati u evalwati. Dawn jistgħu jintużaw bħala bażi għall-iżvilupp ta’ OEFSR, f’konformità mar-rekwiżiti previsti fil-parti A tal-Anness IV.

1.1.    Approċċ u eżempji għal applikazzjonijiet potenzjali

Ir-regoli pprovduti fil-metodu tal-OEF jippermettu lill-prattikanti jwettqu studji dwar l-OEF li jkunu aktar riproduċibbli, konsistenti, robusti, verifikabbli u komparabbli. Ir-riżultati tal-istudji dwar l-OEF huma l-bażi għall-għoti ta’ informazzjoni dwar l-EF u jistgħu jintużaw f’għadd varjat ta’ oqsma potenzjali ta’ applikazzjonijiet.

L-applikazzjonijiet tal-istudji dwar l-OEF mingħajr OEFSR eżistenti għall-portafoll tal-prodott(i) fl-ambitu se jinkludu:

1) 

Applikazzjonijiet interni

a) 

l-appoġġ għall-ġestjoni ambjentali,

b) 

l-identifikazzjoni ta’ hotspots ambjentali,

c) 

it-titjib u t-traċċar tal-prestazzjoni ambjentali,

d) 

l-ottimizzazzjoni tal-proċessi tul il-katina tal-provvista,

2) 

Applikazzjonijiet esterni: (eż. minn negozju għal negozju (B2B), min-negozju għall-konsumatur (B2C)):

a) 

it-tweġib għat-talbiet għall-informazzjoni mill-investituri

b) 

rapporti dwar is-sostenibbiltà jew l-ambjent

c) 

il-kummerċjalizzazzjoni,

d) 

it-tweġib għar-rekwiżiti tal-politiki ambjentali fil-livell tal-UE jew fil-livell tal-Istati Membri individwali,

e) 

il-parteċipazzjoni fi skemi ta’ partijiet terzi relatati ma’ asserzjonijiet ambjentali jew l-għoti ta’ viżibbiltà lil prodotti li jikkalkulaw u jikkomunikaw il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

L-applikazzjonijiet tal-istudji dwar l-OEF imwettqa f’konformità ma’ OEFSR eżistenti għall-organizzazzjoni fl-ambitu, minbarra dawk elenkati hawn fuq, se jinkludu:

a) 

L-identifikazzjoni ta’ impatti ambjentali sinifikanti komuni għal settur,

b) 

Tqabbil u dikjarazzjonijiet komparattivi (jiġifieri asserzjonijiet ta’ superjorità jew ekwivalenza ġenerali tal-prestazzjoni ambjentali ta’ organizzazzjoni meta mqabbla ma’ oħra) ibbażati fuq l-istudji dwar l-OEF, meta l-prestazzjoni tal-portafoll tal-prodotti tiġi normalizzata ma’ sistema ta’ referenza (eż. il-fatturat annwali tal-portafoll tal-prodotti),

c) 

Il-parteċipazzjoni fi skemi ta’ partijiet terzi relatati mal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet (eż. klassifikazzjonijiet, skemi ta’ reputazzjoni).

d) 

L-akkwist ekoloġiku (pubbliku u korporattiv).

2.    Konsiderazzjonijiet ġenerali għall-istudji dwar l-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet (OEF)

2.1.    Kif għandu jintuża dan il-metodu

Dan il-metodu jipprovdi r-regoli meħtieġa għat-twettiq ta’ studju dwar l-OEF u huwa ppreżentat b’mod sekwenzjali, fl-ordni tal-istadji metodoloġiċi li għandhom jitlestew meta tiġi kkalkolata l-OEF.

Fejn ikun xieraq, it-Taqsimiet jibdew b’deskrizzjoni ġenerali tal-istadju metodoloġiku, flimkien ma’ ħarsa ġenerali lejn il-kunsiderazzjonijiet meħtieġa u eżempji ta’ sostenn.

Meta jiġu speċifikati rekwiżiti addizzjonali għall-ħolqien tal-OEFSRs, dawn huma disponibbli fil-parti A tal-Anness IV.

2.2.    Prinċipji għall-istudji dwar l-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet

Biex jiġu prodotti studji affidabbli, riproduċibbli u verifikabbli dwar l-OEF, għandu jiġi rispettat sett bażiku ta’ prinċipji analitiċi. Dawn il-prinċipji jipprovdu gwida ġenerali dwar kif għandu jiġi applikat il-metodu tal-OEF. Huma għandhom jitqiesu fir-rigward ta’ kull fażi tal-istudji dwar l-OEF, mid-definizzjoni tal-għan u l-ambitu, sal-ġbir tad-data, il-valutazzjoni tal-impatt, ir-rappurtar u l-verifika tal-eżiti tal-istudju.

L-utenti ta’ dan il-metodu għandhom josservaw il-prinċipji li ġejjin fit-twettiq ta’ studju dwar l-OEF:

(1)    Rilevanza

Il-metodi kollha użati u d-data kollha miġbura sabiex tiġi kkwantifikata l-OEF għandhom ikunu rilevanti kemm jista’ jkun għall-istudju.

(2)    Kompletezza

Il-kwantifikazzjoni tal-OEF għandha tinkludi l-flussi kollha ta’ materjali/enerġija rilevanti għall-ambjent u interventi ambjentali oħra kif meħtieġ għall-konformità mal-limitu definit tas-sistema, ir-rekwiżiti tad-data, u l-metodi ta’ valutazzjoni tal-impatt użati.

(3)    Konsistenza

Għandha tiġi osservata konformità stretta ma’ dan il-metodu fl-istadji kollha tal-istudju dwar l-OEF sabiex jiġu żgurati l-konsistenza interna u l-komparabbiltà.

(4)    Preċiżjoni

Għandhom isiru l-isforzi raġonevoli kollha biex jitnaqqsu l-inċertezzi fl-immudellar tas-sistema tal-prodotti u fir-rappurtar tar-riżultati.

(5)    Trasparenza

L-informazzjoni dwar l-OEF għandha tiġi ddivulgata b’mod li tipprovdi lill-utenti intenzjonati bil-bażi meħtieġa għat-teħid tad-deċiżjonijiet, u b’mod li l-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jivvalutaw ir-robustezza u l-affidabbiltà tagħha.

2.3.    Fażijiet ta’ studju dwar l-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet

Għandhom jitlestew għadd ta’ fażijiet fit-twettiq ta’ studju dwar l-OEF f’konformità ma’ dan il-metodu - jiġifieri d-definizzjoni tal-għanijiet, id-definizzjoni tal-ambitu, l-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja (LCI), il-valutazzjoni tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja (LCIA), l-interpretazzjoni tar-riżultati tal-OEF u r-rappurtar dwar l-OEF – ara l-Illustrazzjoni 2.

Illustrazzjoni 2

Fażijiet ta’ studju dwar l-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet

image

Fil-fażi tad-definizzjoni tal-għanijiet, jiġu definiti l-għanijiet tal-istudju, jiġifieri l-applikazzjoni maħsuba, ir-raġunijiet għat-twettiq tal-istudju u l-udjenza maħsuba. Fil-fażi tad-definizzjoni tal-ambitu, isiru l-għażliet metodoloġiċi ewlenin, pereżempju d-definizzjoni eżatta tal-unità tar-rapportar, l-identifikazzjoni tal-limitu tas-sistema, l-għażla ta’ informazzjoni ambjentali u teknika addizzjonali, u s-suppożizzjonijiet u l-limitazzjonijiet ewlenin.

Il-fażi tal-LCI tinvolvi l-ġbir tad-data u l-proċedura tal-kalkolu għall-kwantifikazzjoni tal-inputs u tal-outputs tas-sistema studjata. L-inputs u l-outputs jikkonċernaw l-enerġija, il-materja prima u inputs fiżiċi oħrajn, il-prodotti u l-koprodotti u l-iskart, u l-emissjonijiet fl-arja/fl-ilma/fil-ħamrija. Id-data miġbura tikkonċerna l-proċessi ewlenin u l-proċessi tal-isfond. Id-data titqiegħed f’relazzjoni mal-unitajiet tal-proċess u mal-unità tar-rapportar. L-LCI huwa proċess iterattiv. Fil-fatt, hekk kif tinġabar id-data u jinkiseb aktar għarfien dwar is-sistema, jistgħu jiġu identifikati rekwiżiti jew limitazzjonijiet ġodda tad-data li jkunu jirrikjedu bidla fil-proċeduri tal-ġbir tad-data sabiex l-għanijiet tal-istudju xorta jiġu ssodisfati.

Fil-fażi tal-valutazzjoni tal-impatt, ir-riżultati tal-LCI jiġu assoċjati mal-kategoriji u l-indikaturi tal-impatt ambjentali. Dan isir permezz ta’ metodi tal-LCIA, li l-ewwel jikklassifikaw l-emissjonijiet f’kategoriji tal-impatt u mbagħad jikkaratterizzawhom bħala unitajiet komuni (eż. l-emissjonijiet tas-CO2 u tas-CH4 jiġu t-tnejn espressi f’emissjonijiet ekwivalenti ta’ CO2 billi jintuża l-potenzjal ta’ tisħin globali tagħhom). Eżempji ta’ kategoriji tal-impatt huma t-tibdil fil-klima, l-aċidifikazzjoni jew l-użu tar-riżorsi.

Fil-fażi tal-interpretazzjoni, ir-riżultati mil-LCI u mil-LCIA jiġu interpretati f’konformità mal-għan u l-ambitu ddikjarati. F’din il-fażi, jiġu identifikati l-kategoriji tal-impatt, l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi u l-flussi elementari l-aktar rilevanti. Jistgħu jinħarġu konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet, abbażi tar-riżultati analitiċi. Hija tinkludi wkoll l-istadju tar-rapportar imfassal biex jiġbor fil-qosor ir-riżultati tal-istudju dwar l-OEF fir-rapport dwar l-OEF.

Fl-aħħar nett, matul il-fażi ta’ verifika, jitwettaq proċess ta’ valutazzjoni tal-konformità biex jiġi vverifikat jekk l-istudju dwar l-OEF ikunx twettaq f’konformità mal-metodu preżenti tal-OEF. Il-verifika hija obbligatorja kull meta l-istudju dwar l-OEF, jew parti mill-informazzjoni fih, jintużaw għal kwalunkwe tip ta’ komunikazzjoni esterna.

3.    Definizzjoni tal-għan(ijiet) u l-ambitu tal-istudju dwar l-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet

3.1.    Definizzjoni tal-għanijiet

Id-definizzjoni tal-għanijiet hija l-ewwel pass ta’ studju dwar l-OEF, u tistabbilixxi l-kuntest ġenerali għall-istudju. L-iskop li l-għanijiet jiġu definiti b’mod ċar huwa biex jiġi żgurat li l-għanijiet, il-metodi, ir-riżultati u l-applikazzjonijiet maħsuba jkunu allinjati, u li jkun hemm fis-seħħ viżjoni kondiviża biex tiggwida lill-parteċipanti fl-istudju. Id-deċiżjoni li jintuża l-metodu tal-OEF timplika li xi aspetti tad-definizzjoni tal-għanijiet se jiġu deċiżi a priori, minħabba r-rekwiżiti speċifiċi previsti mill-metodu tal-OEF.

Fid-definizzjoni tal-għanijiet, huwa importanti li jiġu identifikati l-applikazzjonijiet maħsuba u l-grad ta’ profondità analitika u rigorożità tal-istudju. Dan għandu jiġi rifless fil-limitazzjonijiet definiti tal-istudju (il-fażi tad-definizzjoni tal-ambitu).

Id-definizzjoni tal-għanijiet għal studju dwar l-OEF għandha tinkludi:

1. 

L-applikazzjoni(jiet) maħsuba;

2. 

Ir-raġunijiet għat-twettiq tal-istudju u l-kuntest tad-deċiżjoni;

3. 

L-udjenza fil-mira;

4. 

Il-kummissjonant tal-istudju;

5. 

L-identità tal-verifikatur.

Tabella 1

Eżempju tad-definizzjoni tal-għanijiet - Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjoni ta’ kumpanija li tipproduċi l-jeans u t-T-shirts

Aspetti

Dettall

Applikazzjoni(jiet) maħsuba:

Ir-rappurtar korporattiv dwar is-sostenibbiltà

Raġunijiet għat-twettiq tal-istudju u l-kuntest tad-deċiżjoni:

It-turija ta’ impenn lejn u l-prattika ta’ titjib kontinwu

Udjenza fil-mira:

Il-klijenti.

Tqabbil u dikjarazzjonijiet komparattivi maħsuba biex jiġu divulgati lill-pubbliku: (applikabbli biss jekk l-istudju jkun twettaq f’konformità mal-OEFSR rilevanti):

Le, se jkun disponibbli għall-pubbliku iżda mhux maħsub biex jintuża għal tqabbil jew dikjarazzjonijiet komparattivi.

Proċedura ta’ verifika

Verifikatur estern indipendenti, is-Sur Y

Kummissjonant tal-istudju:

G company limited

3.2.    Definizzjoni tal-ambitu

L-ambitu tal-istudju dwar l-OEF jiddeskrivi fid-dettall is-sistema li għandha tiġi evalwata u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

Id-definizzjoni tal-ambitu għandha tkun konformi mal-għanijiet definiti tal-istudju u għandha tinkludi (ara t-Taqsimiet sussegwenti għal deskrizzjoni aktar dettaljata):

1. 

Definizzjoni tal-unità tar-rapportar (RU): deskrizzjoni tal-organizzazzjoni u tal-portafoll tal-prodotti (is-sett u l-ammonti ta’ oġġetti/servizzi pprovduti matul l-intervall tar-rapportar);

2. 

Il-limitu tas-sistema (il-limitu tal-OEF u l-limitu organizzazzjonali);

3. 

Il-kategoriji tal-impatt tal-EF ( 124 );

4. 

Informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi inkluża;

5. 

Is-suppożizzjonijiet/il-limitazzjonijiet.

3.2.1    Unità tar-rapportar: l-organizzazzjoni u l-portafoll tal-prodotti

L-organizzazzjoni hija l-unità ta’ referenza għall-analiżi u, flimkien mal-portafoll tal-prodotti, il-bażi għad-definizzjoni tal-unità tar-rapportar (RU). Hija parallela għall-kunċett ta’ “unità funzjonali” f’Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-ħajja (LCA) tradizzjonali ( 125 )

Fl-aktar sens ġenerali, il-funzjoni prinċipali tal-organizzazzjoni, għall-finijiet tal-kalkolu tal-OEF, hija l-forniment ta’ oġġetti u servizzi fuq intervall ta’ rappurtar speċifikat. L-intervall tar-rapportar jenħtieġ li jkun ta’ sena. Id-devjazzjonijiet minn dan l-intervall tar-rapportar għandhom jiġu ġġustifikati.

Il-portafoll tal-prodotti (PP) jirreferi għall-ammont u n-natura tal-prodotti u s-servizzi pprovduti mill-organizzazzjoni tul l-intervall tar-rappurtar. L-OEF tista’ tkun limitata għal subsett definit b’mod ċar tal-portafoll tal-prodotti tal-organizzazzjoni: eżempju tipiku huwa organizzazzjoni li tkun qed topera f’diversi setturi u tiddeċiedi li tillimita l-analiżi tagħha għal settur wieħed. L-istudju dwar l-OEF għandu jiġġustifika u jirrapporta jekk ikunx limitat għal subsett tal-portafoll tal-prodotti tiegħu.

L-RU għal studju dwar l-OEF għandha tiġi definita skont l-aspetti li ġejjin:

i) 

Definizzjoni tal-organizzazzjoni:

a. 

L-isem tal-organizzazzjoni;

b. 

It-tipi ta’ oġġetti/servizzi li tipproduċi l-organizzazzjoni (jiġifieri s-settur);

c. 

Il-postijiet tal-operat (eż. il-pajjiżi, l-ibliet);

ii) 

Definizzjoni tal-portafoll tal-prodotti:

a. 

L-oġġett(i)/servizz(i) provdut(i): “xiex”;

b. 

Il-firxa tal-oġġett jew tas-servizz: “kemm”;

c. 

Il-livell mistenni ta’ kwalità: “kemm huma tajbin”;

d. 

Id-durata/il-ħajja tal-oġġett(i)/ servizz(i): “għal kemm żmien”;

iii) 

Is-sena ta’ referenza;

iv) 

L-intervall tar-rapportar

Eżempju

Definizzjoni tal-organizzazzjoni:

Organizzazzjoni: Y Company Ltd.
Settur tal-oġġetti/servizzi: manifattur tal-ħwejjeġ
Post(ijiet): Pariġi, Berlin, Milan
Kodiċi(jiet) NACE: 14

Definizzjoni tal-Portafoll tal-Prodotti:

Xiex: T-shirts u qliezet ( 126 )

Kemm: 40 000 T-shirt u 20 000 qalziet

Kemm huma tajbin: Jintlibes darba fil-ġimgħa u tintuża l-magna tal-ħasil b’temperatura ta’ 30 grad għat-tindif darba fil-ġimgħa; l-użu tal-enerġija tal-magna tal-ħasil huwa ta’ 0,72 MJ/kg ta’ ħwejjeġ u l-użu tal-ilma huwa ta’ 10 litri/kg ta’ ħwejjeġ għal ċiklu wieħed ta’ ħasil. T-shirt wieħed jiżen 0,16-il kg u qalziet wieħed jiżen 0,53 kg. Dan jirriżulta f’użu ta’ enerġija ta’ 0,4968 MJ/ġimgħa u konsum tal-ilma ta’ 6,9 litri/ġimgħa.

Għal kemm żmien: stadju tal-użu ta’ 5 snin kemm għat-T-shirts kif ukoll għall-qliezet.

Sena ta’ referenza: 2017

Intervall tar-rapportar: sena.

Jekk il-portafoll tal-prodotti jkun magħmul minn prodotti intermedji, xi aspetti tal-PP (jiġifieri kemm huwa tajjeb u għal kemm żmien) huma aktar diffiċli biex jiġu definiti: jekk tiġi pprovduta ġustifikazzjoni, dawn jistgħu jitħallew barra.

3.2.2.    Limitu tas-sistema

Il-limitu tas-sistema jiddefinixxi liema partijiet tal-PP u liema stadji taċ-ċiklu tal-ħajja u proċessi assoċjati jappartjenu għas-sistema analizzata, ħlief għal dawk il-proċessi esklużi abbażi tar-regola ta’ limitu (ara t-Taqsima 4.6.4). Ir-raġuni għal kwalunkwe esklużjoni u s-sinifikanza potenzjali tagħha għandhom jiġu ġġustifikati u dokumentati.

Il-limitu tas-sistema għandu jiġi definit skont loġika ġenerali tal-katina tal-provvista, b’referenza għall-prodotti/is-servizzi inklużi fil-PP, inklużi l-istadji kollha mill-akkwist tal-materja prima u l-ipproċessar minn qabel, il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-ħżin, l-istadju tal-użu u tmiem il-ħajja. Il-koprodotti, il-prodotti sekondarji u l-flussi tal-iskart ta’ mill-anqas is-sistema ewlenija għandhom jiġu identifikati b’mod ċar.

Huma meħtieġa żewġ livelli ta’ definizzjoni tal-limitu tas-sistema għall-istudju dwar l-OEF:

— 
il-limitu organizzazzjonali (fir-rigward tal-organizzazzjoni definita);
— 
il-limitu tal-OEF (li jispeċifika li fl-analiżi huma inklużi proċessi upstream u downstream).

3.2.2.1    Limitu organizzazzjonali

Il-limitu organizzazzjonali huwa definit sabiex jinkludi l-faċilitajiet u l-proċessi assoċjati kollha li huma kompletament jew parzjalment proprjetà tal-organizzazzjoni u/jew operati minnha u li jikkontribwixxu direttament għall-forniment tal-PP. L-attivitajiet u l-impatti marbuta mal-proċessi fi ħdan il-limitu organizzazzjonali definit huma meqjusa bħala attivitajiet u impatti “diretti”.

Pereżempju, fil-każ tal-bejjiegħa bl-imnut, il-prodotti magħmulin minn organizzazzjonijiet oħra ma humiex inklużi fil-limitu organizzattiv tal-bejjiegħ bl-imnut. Il-limiti tal-bejjiegħa bl-imnut imbagħad ikunu limitati għall-oġġetti kapitali tagħhom u għall-proċessi/l-attivitajiet kollha relatati mas-servizz tal-bejgħ bl-imnut. Madankollu, il-prodotti magħmulin jew ittrasformati mill-bejjiegħ bl-imnut għandhom jiġu inklużi fil-limitu organizzattiv.

L-attivitajiet u l-proċessi kollha li jseħħu fil-limitu organizzattiv iżda li ma jkunux meħtieġa għall-funzjonament tal-organizzazzjoni għandhom jiġu inklużi fl-analiżi. Eżempji ta’ tali proċessi/attivitajiet huma l-attivitajiet ta’ ġardinaġġ, l-ikel servut mill-kumpanija fil-kantin, eċċ.

Minħabba li xi faċilitajiet li jkunu proprjetà konġunta/operati b’mod konġunt jistgħu jikkontribwixxu għall-forniment kemm tal-PP definit tal-organizzazzjoni kif ukoll tal-portafoll(i) tal-prodotti ta’ organizzazzjonijiet oħra, jista’ jkun meħtieġ li jiġu allokati inputs u outputs skont dan.

3.2.2.2    Limitu tal-OEF

Il-limitu tal-OEF huwa aktar wiesa’ mil-limitu organizzazzjonali u jinkludi l-attivitajiet indiretti u l-impatti assoċjati kollha. L-attivitajiet indiretti huma dawk li jseħħu upstream jew downstream tul il-ktajjen tal-provvista marbuta mal-attivitajiet organizzazzjonali (ara t-Taqsima 4.2.1).

Il-limitu tal-OEF għandu jiġi definit skont loġika ġenerali tal-katina tal-provvista. Il-limitu tal-OEF għandu b’mod prestabbilit jinkludi l-istadji kollha mill-akkwist tal-materja prima sal-manifattura, id-distribuzzjoni, il-ħżin, l-użu u t-trattament fi tmiem il-ħajja tal-PP (jiġifieri mill-benniena sal-qabar).

Għandhom jitqiesu l-proċessi kollha fil-limitu definit tal-OEF (ħlief dawk li jissodisfaw il-kriterji ta’ limitu). Għandha tingħata ġustifikazzjoni espliċita jekk jiġu esklużi attivitajiet (indiretti) downstream (eż. l-istadju tal-użu u l-istadju ta’ tmiem il-ħajja ta’ prodotti intermedji jew prodotti b’destin mhux determinabbli): f’dan il-każ, il-limitu tal-OEF għandu jinkludi, bħala minimu, attivitajiet fil-livell tas-sit (diretti) u attivitajiet upstream (indiretti) assoċjati mal-PP tal-organizzazzjoni.

F’xi każijiet l-istess proċess jista’ jappartjeni jew għal-limitu organizzazzjonali jew għal-limitu tal-OEF: pereżempju, it-trasport tal-impjegati jseħħ i) fil-limitu organizzazzjonali meta l-impjegati jivvjaġġaw bl-użu ta’ karozzi li jkunu proprjetà tal-impjegatur jew operati minnu, jew jużaw trasport pubbliku mħallas mill-impjegatur; jew ii) jitqies bħala proċess indirett, meta l-impjegati jivvjaġġaw b’karozzi privati jew bi trasport pubbliku mħallas mill-impjegat.

3.2.2.3    Dijagramma tal-limitu tas-sistema

Dijagramma tal-limitu tas-sistema (jew dijagramma sekwenzjali) hija rappreżentazzjoni skematika tas-sistema analizzata. Hija għandha tindika b’mod ċar l-attivitajiet jew il-proċessi li jkunu inklużi u dawk li jkunu esklużi mill-analiżi.

Għandhom jiġu indikati l-limitu organizzattiv u l-limitu tal-OEF. Barra minn hekk, l-utent tal-metodu tal-OEF għandu jissottolinja fejn intużat data speċifika għall-kumpanija.

L-ismijiet tal-attivitajiet u/jew tal-proċessi fid-dijagramma tas-sistema u fir-rapport dwar l-OEF għandhom jiġu allinjati. Id-dijagramma tas-sistema għandha tiġi inkluża fid-definizzjoni tal-ambitu u tiġi inkluża fir-rapport dwar l-OEF.

3.2.3.    Kategoriji tal-impatt tal-Impronta Ambjentali

L-għan tal-LCIA huwa li tiġbor u taggrega d-data miġbura tal-LCI skont il-kontributi rispettivi għal kull kategorija tal-impatt tal-EF. L-għażla tal-kategoriji tal-impatt tal-EF tkopri firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet ambjentali rilevanti relatati mal-katina tal-provvista tal-prodotti ta’ interess, skont ir-rekwiżiti ġenerali tal-kompletezza għall-istudji dwar l-OEF.

Il-kategoriji tal-impatt tal-EF ( 127 ) jirreferu għal kategoriji speċifiċi ta’ impatti kkunsidrati fi studju dwar l-OEF u jikkostitwixxu l-metodu ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-EF. Il-mudelli ta’ karatterizzazzjoni jintużaw biex jikkwantifikaw il-mekkaniżmu ambjentali bejn l-LCI (jiġifieri l-inputs (eż. ir-riżorsi) u l-emissjonijiet assoċjati maċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott) u l-indikatur tal-kategorija ta’ kull kategorija tal-impatt tal-EF.

It-Tabella 2 tipprovdi lista prestabbilita ta’ kategoriji tal-impatt tal-EF u metodi ta’ valutazzjoni relatati. Għal studju dwar l-OEF, għandhom jiġu applikati l-kategoriji kollha tal-impatt tal-EF, mingħajr esklużjoni. Il-lista sħiħa tas-CFs li għandhom jintużaw hija pprovduta fil-pakkett ta’ referenza tal-EF ( 128 )

Tabella 2

Kategoriji tal-impatt tal-EF bl-indikaturi tal-kategoriji tal-impatt u l-mudelli ta’ karatterizzazzjoni rispettivi.

Kategorija tal-impatt tal-EF

Indikatur tal-kategorija tal-impatt

Unità

Mudell ta’ karatterizzazzjoni

Robustezza

Tibdil fil-klima, total (1)

Potenzjal ta’ tisħin globali (GWP100)

kg CO2 eq

Mudell ta’ Bern - potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) fuq perjodu ta’ żmien ta’ 100 sena (ibbażat fuq l-IPCC 2013)

I

Tnaqqis tal-ożonu

Potenzjal li Jnaqqas l-Ożonu (ODP)

kg CFC-11 eq

Il-mudell tal-EDIP ibbażat fuq l-ODPs tal-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (WMO) fuq perjodu ta’ żmien infinit (WMO 2014 + integrazzjonijiet)

I

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem, effetti ta’ kanċer

Unità tossika komparattiva għall-bnedmin (CTUh)

CTUh

ibbażat fuq il-mudell USEtox2.1 (Fantke et al. 2017), adattat bħal f’Saouter et al., 2018

III

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem, effetti mhux ta’ kanċer

Unità tossika komparattiva għall-bnedmin (CTUh)

CTUh

ibbażat fuq il-mudell USEtox2.1 (Fantke et al. 2017), adattat bħal f’Saouter et al., 2018

III

Materja partikolata

Impatt fuq is-saħħa tal-bniedem

inċidenza ta’ mard

Mudell tal-PM (Fantke et al., 2016 fil-UNEP 2016)

I

Radjazzjoni jonizzanti, saħħa tal-bniedem

Effiċjenza tal-esponiment tal-bniedem relattiva għal U235

kBq U235 eq

Mudell tal-effett fuq is-saħħa tal-bniedem kif żviluppat minn Dreicer et al. 1995 (Frischknecht et al, 2000)

II

Formazzjoni fotokimika tal-ożonu, saħħa tal-bniedem

Żieda fil-konċentrazzjoni tal-ożonu troposferiku

kg NMVOC eq

Il-mudell LOTOS-EUROS (Van Zelm et al, 2008) kif applikat f’ReCiPe 2008

II

Aċidifikazzjoni

Skorriment akkumulat (AE)

mol H+ eq

Skorriment Akkumulat (Seppälä et al. 2006, Posch et al, 2008)

II

Ewtrofikazzjoni, terrestri

Skorriment akkumulat (AE)

mol N eq

Skorriment Akkumulat (Seppälä et al. 2006, Posch et al, 2008)

II

Ewtrofikazzjoni, ilma ħelu

Frazzjoni ta’ nutrijenti li jilħqu l-kompartiment finali tal-ilma ħelu (P)

kg P eq

Il-mudell EUTREND (Struijs et al, 2009) kif applikat f’ReCiPe

II

Ewtrofikazzjoni, baħar

Frazzjoni ta’ nutrijenti li jilħqu l-kompartiment finali tal-baħar (N)

kg N eq

Il-mudell EUTREND (Struijs et al, 2009) kif applikat f’ReCiPe

II

Ekotossiċità, ilma ħelu

Unità tossika komparattiva għall-ekosistemi (CTUe)

CTUe

ibbażat fuq il-mudell USEtox2.1 (Fantke et al. 2017), adattat bħal f’Saouter et al., 2018

III

Użu tal-art (2)

Indiċi tal-kwalità tal-ħamrija (3)

Mingħajr dimensjonijiet (pt)

Indiċi tal-kwalità tal-ħamrija bbażat fuq il-mudell LANCA (De Laurentiis et al. 2019) u fuq il-verżjoni 2.5 tal-LANCA CF (Horn u Maier, 2018)

III

Użu tal-ilma

Potenzjal ta’ privazzjoni tal-utent (konsum tal-ilma pponderat għall-privazzjoni)

m3 ekwivalenti ta’ ilma mċaħħad

Il-mudell ta’ Available WAter REmaining (AWARE) (Boulay et al., 2018; UNEP 2016)

III

Użu tar-riżorsi, minerali u metalli

Tnaqqis tar-riżorsi abijotiċi (riżervi finali tal-ADP)

kg Sb eq

van Oers et al., 2002 bħal fil-metodu tas-CML 2002, v.4.8

III

Użu tar-riżorsi, fossili

Tnaqqis tar-riżorsi abijotiċi – fjuwils fossili (ADP-fossili) (4)

MJ

van Oers et al., 2002 bħal fil-metodu tas-CML 2002, v.4.8

III

(1)   

L-indikatur “Tibdil fil-Klima, total” huwa magħmul minn tliet subindikaturi: Tibdil fil-Klima, fossili; Tibdil fil-Klima, bijoġeniku; Tibdil fil-Klima, użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art. Is-subindikaturi huma deskritti ulterjorment fit-Taqsima 4.4.10 tal-Anness I. Is-subkategoriji “Tibdil fil-klima – fossili”, “Tibdil fil-klima – bijoġeniku” u “Tibdil fil-klima - użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art” għandhom jiġu rrapportati separatament jekk juru kontribut ta’ aktar minn 5 % kull wieħed għall-punteġġ totali tat-tibdil fil-klima.

(2)   

Jirreferi għall-okkupazzjoni u t-trasformazzjoni

(3)   

Dan l-indiċi huwa r-riżultat tal-aggregazzjoni, imwettqa mill-JRC, ta’ 4 indikaturi (produzzjoni bijotika, reżistenza għall-erożjoni, filtrazzjoni mekkanika u riforniment tal-ilma ta’ taħt l-art) ipprovduti mill-mudell LANCA għall-valutazzjoni tal-impatti minħabba l-użu tal-art, kif irrappurtat f’De Laurentiis et al, 2019.

(4)   

Fil-lista tal-flussi tal-EF, u għar-rakkomandazzjoni attwali, l-Uranju huwa inkluż fil-lista tat-trasportaturi tal-enerġija, u jitkejjel f’MJ.

Aktar informazzjoni dwar il-kalkoli tal-valutazzjoni tal-impatt hija pprovduta fit-Taqsima 5 ta’ dan l-Anness.

3.2.4.    Informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi inkluża fl OEF

L-impatti ambjentali potenzjali rilevanti ta’ prodott jistgħu jmorru lil hinn mill-kategoriji tal-impatt tal-EF. Huwa importanti li dawn jiġu rrapportati, kull meta jkun fattibbli, bħala informazzjoni ambjentali addizzjonali.

Bl-istess mod, jista’ jkun meħtieġ li jitqiesu aspetti tekniċi u/jew proprjetajiet fiżiċi rilevanti tal-prodott fl-ambitu. Dawn l-aspetti għandhom jiġu rrapportati bħala informazzjoni teknika addizzjonali.

3.2.4.1.    Informazzjoni ambjentali addizzjonali

L-informazzjoni ambjentali addizzjonali għandha tkun:

(a) 

F’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti, pereżempju d-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali (UCPD) ( 129 ) u l-gwida relatata;

(b) 

Abbażi ta’ informazzjoni sostanzjata u li tkun ġiet rieżaminata jew ivverifikata, skont l-EN ISO 14020:2001 u l-Klawżola 5 tal-EN ISO 14021:2016;

(c) 

Rilevanti għas-settur speċifiku;

(d) 

Addizzjonali għall-kategoriji tal-impatt tal-EF: l-informazzjoni ambjentali addizzjonali ma għandhiex tirrifletti l-istess kategoriji tal-impatt tal-EF jew kategoriji simili, ma għandhiex tissostitwixxi l-mudelli ta’ karatterizzazzjoni tal-kategoriji tal-impatt tal-EF u ma għandhiex tirrapporta r-riżultati ta’ fatturi ġodda ta’ karatterizzazzjoni (CFs) miżjuda mal-kategoriji tal-impatt tal-EF. Il-mudelli ta’ sostenn għal din l-informazzjoni addizzjonali għandhom jiġu referenzjati u dokumentati b’mod ċar flimkien mal-indikaturi korrispondenti. Pereżempju, l-impatti fuq il-bijodiversità minħabba tibdil fl-użu tal-art jistgħu jseħħu b’rabta ma’ sit jew attività speċifiċi. Dan jista’ jirrikjedi l-applikazzjoni ta’ kategoriji addizzjonali tal-impatt li ma humiex inklużi fost il-kategoriji tal-impatt tal-EF, jew saħansitra deskrizzjonijiet kwalitattivi addizzjonali fejn l-impatti jistgħu ma jkunux marbuta mal-katina tal-provvista tal-prodott b’mod kwantitattiv. Tali metodi addizzjonali jenħtieġ li jitqiesu bħala komplementari għall-kategoriji tal-impatt tal-EF.

L-informazzjoni ambjentali addizzjonali għandha tkun relatata biss ma’ aspetti ambjentali. L-informazzjoni u l-istruzzjonijiet, pereżempju l-iskedi ta’ sikurezza tal-prodott li ma jkunux relatati mal-prestazzjoni ambjentali tal-prodott, ma għandhomx ikunu parti mill-informazzjoni ambjentali addizzjonali.

L-informazzjoni ambjentali addizzjonali tista’ tinkludi:

(a) 

Informazzjoni dwar l-impatti lokali/speċifiċi għas-sit;

(b) 

Kumpensi;

(c) 

Indikaturi ambjentali jew indikaturi tar-responsabbiltà għall-prodott (eż. skont l-Inizjattiva ta’ Rapportar Globali (GRI));

(d) 

Għall-valutazzjonijiet "minn grada għall-oħra", l-għadd ta’ speċijiet tal-Lista l-Ħamra tal-IUCN (Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura u tar-Riżorsi Naturali) u speċijiet tal-lista ta’ konservazzjoni nazzjonali b’ħabitats f’żoni affettwati mill-operazzjonijiet, skont il-livell ta’ riskju ta’ estinzjoni;

(e) 

Deskrizzjoni tal-impatti sinifikanti tal-attivitajiet, tal-prodotti u tas-servizzi fuq il-bijodiversità f’żoni protetti u f’żoni b’valur għoli ta’ bijodiversità barra miż-żoni protetti;

(f) 

L-impatti tal-istorbju;

(g) 

Informazzjoni ambjentali oħra meqjusa rilevanti fl-ambitu tal-istudju dwar l-OEF.

Bijodiversità

Il-metodu tal-OEF ma jinkludi l-ebda kategorija tal-impatt bl-isem ta’ “bijodiversità”, billi attwalment ma hemm l-ebda kunsens internazzjonali dwar metodu tal-LCIA li jaqbad dak l-impatt. Madankollu, il-metodu tal-OEF jinkludi mill-anqas tmien kategoriji tal-impatt li għandhom effett fuq il-bijodiversità (jiġifieri, it-tibdil fil-klima, l-ewtrofikazzjoni (akkwatika tal-ilma ħelu), l-ewtrofikazzjoni (akkwatika tal-baħar), l-ewtrofikazzjoni (terrestri), l-aċidifikazzjoni, l-użu tal-ilma, l-użu tal-art, l-ekotossiċità tal-ilma ħelu).

Meta titqies ir-rilevanza għolja tal-bijodiversità għal bosta setturi, kull studju dwar l-OEF għandu jispjega jekk il-bijodiversità hijiex rilevanti għall-organizzazzjoni fl-ambitu. Jekk dan ikun il-każ, l-utent tal-metodu tal-OEF għandu jinkludi indikaturi tal-bijodiversità taħt l-informazzjoni ambjentali addizzjonali.

L-għażliet li ġejjin jistgħu jintużaw biex ikopru l-bijodiversità:

(a) 

L-espressjoni tal-impatt (evitat) fuq il-bijodiversità bħala l-perċentwal ta’ materjal li jiġi minn ekosistemi li ġew ġestiti biex jinżammu jew jittejbu l-kundizzjonijiet għall-bijodiversità, kif muri mill-monitoraġġ u r-rapportar regolari tal-livelli u ż-żidiet jew it-telf tal-bijodiversità (eż. telf ta’ anqas minn 15 % tar-rikkezza tal-ispeċijiet minħabba disturb - għalkemm l-istudji dwar l-OEF jistgħu jistabbilixxu l-livell ta’ telf tagħhom stess jekk ikunu jistgħu jagħmlu argument konvinċenti għalih u ma jmurx kontra OEFSR eżistenti rilevanti).

Il-valutazzjoni jenħtieġ li tirreferi għal materjali li jispiċċaw fil-PP u għal materjali li jkunu ntużaw matul il-proċess tal-produzzjoni. Pereżempju, il-faħam li jintuża fil-proċess tal-produzzjoni tal-azzar, jew is-sojja li tintuża għall-għalf tal-baqar li jipproduċu l-ħalib, eċċ.

(b) 

Barra minn hekk, biex jiġi rrappurtat il-perċentwal ta’ tali materjali li għalihom ma tkun tista’ tinstab l-ebda informazzjoni dwar il-katina tal-kustodja jew it-traċċabbiltà.

(c) 

Biex tintuża sistema ta’ ċertifikazzjoni bħala proxy. L-utent tal-metodu tal-OEF jenħtieġ li jiddetermina liema skemi ta’ ċertifikazzjoni jipprovdu biżżejjed evidenza biex tiġi żgurata ż-żamma tal-bijodiversità u jiddeskrivi l-kriterji użati.

L-utent tal-metodu tal-OEF jista’ jagħżel indikaturi rilevanti oħra biex ikopru l-impatti tal-prodott fuq il-bijodiversità. L-istudju dwar l-OEF għandu jimmotiva l-għażla u jiddeskrivi l-metodoloġija magħżula.

3.2.4.2.    Informazzjoni teknika addizzjonali

L-informazzjoni teknika addizzjonali tista’ tinkludi (lista mhux eżawrjenti):

(h) 

Informazzjoni dwar l-użu ta’ sustanzi perikolużi;

(i) 

Informazzjoni dwar ir-rimi ta’ skart perikoluż/mhux perikoluż;

(j) 

Informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija;

(k) 

Parametri tekniċi, bħall-użu ta’ enerġija rinnovabbli meta mqabbla ma’ enerġija mhux rinnovabbli, fjuwils rinnovabbli meta mqabbla ma’ fjuwils mhux rinnovabbli, materjali sekondarji, riżorsi tal-ilma ħelu;

(l) 

Il-piż totali tal-iskart skont it-tip u l-metodu tar-rimi;

(m) 

Il-piż tal-iskart ittrasportat, importat, esportat, jew ittrattat meqjus perikoluż skont it-termini tal-Annessi I, II, III, u VIII tal-Konvenzjoni ta’ Basel ( 130 ), u l-perċentwal tal-iskart ittrasportat li jiġi spedit internazzjonalment;

3.2.5.    Suppożizzjonijiet/limitazzjonijiet

Fl-istudji dwar l-OEF, jistgħu jinħolqu diversi limitazzjonijiet fuq it-twettiq tal-analiżi u għalhekk jeħtieġ li jsiru suppożizzjonijiet. Il-limitazzjonijiet (eż. lakuni fid-data) u s-suppożizzjonijiet kollha għandhom jiġu rrapportati b’mod trasparenti.

4.    Inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja

Għandu jiġi kkompilat inventarju tal-inputs u l-outputs kollha tal-materjali, tal-enerġija u tal-iskart u tal-emissjonijiet kollha fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija għall-katina tal-provvista tal-prodotti bħala bażi għall-immudellar tal-OEF.

Ir-rekwiżiti dettaljati tad-data u r-rekwiżiti tal-kwalità huma deskritti fit-Taqsima 4.6.

L-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja (LCI) għandu jadotta l-klassifikazzjoni li ġejja tal-flussi inklużi:

1) 

flussi elementari;

2) 

flussi mhux elementari (jew kumplessi).

Fi ħdan l-istudju dwar l-OEF, il-flussi mhux elementari kollha fl-LCI għandhom jiġu mmudellati sal-livell tal-flussi elementari, minbarra l-fluss ta’ prodotti għall-prodott fl-ambitu. Pereżempju, il-flussi tal-iskart ma għandhomx jiġu inklużi biss fl-istudju bħala kg ta’ skart domestiku jew ta’ skart perikoluż, iżda għandhom jiġu mmudellati sal-istadju tal-emissjonijiet fl-ilma, fl-arja u fil-ħamrija mit-trattament tal-iskart solidu. Għalhekk, l-immudellar tal-LCI jkun komplut biss meta l-flussi mhux elementari kollha jiġu espressi bħala flussi elementari. Għalhekk, is-sett tad-data tal-LCI tal-istudju dwar l-OEF għandu jkun fih biss flussi elementari, minbarra l-fluss ta’ prodotti għall-prodott(i) fl-ambitu.

4.1.    Stadju ta’ skrinjar

Skrinjar inizjali tal-LCI, l-“istadju ta’ skrinjar”, jista’ jitwettaq minħabba li dan jgħin biex jiġu ffokati l-attivitajiet tal-ġbir tad-data u l-prijoritajiet tal-kwalità tad-data. Stadju ta’ skrinjar għandu jinkludi l-fażi tal-LCIA u jirriżulta f’aktar irfinar iterattiv għall-mudell taċ-ċiklu tal-ħajja għall-prodott fl-ambitu, hekk kif aktar informazzjoni ssir disponibbli. Fi ħdan stadju ta’ skrinjar, ma huwa permess l-ebda limitu u tista’ tintuża data primarja jew sekondarja faċilment disponibbli, li tissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità tad-data sa fejn ikun possibbli (kif definit fit-Taqsima 4.6). Ladarba jitwettaq l-iskrinjar, is-settings inizjali tal-ambitu jistgħu jiġu rfinati.

4.2    Attivitajiet diretti, attivitajiet indiretti u stadji taċ-ċiklu tal-ħajja

L-utenti tal-metodu tal-OEF għandhom jidentifikaw l-attivitajiet diretti u indiretti (ara t-Taqsima 4.2.1) u jirrapportaw separatament l-impatt tagħhom.

Jekk il-portafoll tal-prodotti tal-organizzazzjoni jkun magħmul minn prodotti, l-utent tal-metodu tal-OEF għandu jidentifika wkoll l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti li jappartjenu għall-PP u jiddeskrivihom fir-rapport dwar l-OEF (it-Taqsima 4.2.2).

Jekk il-portafoll tal-prodotti jinkludi servizzi, l-utent tal-metodu tal-OEF jista’ jidentifika l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, jekk applikabbli.

4.2.1.    Attivitajiet diretti u indiretti

L-attivitajiet diretti huma dawk li jseħħu fil-limitu organizzazzjonali u għalhekk huma proprjetà tal-organizzazzjoni u/jew operati minnha (jiġifieri attivitajiet fil-livell tas-sit). L-attivitajiet indiretti jirreferu għall-użu tal-materjali, l-enerġija u l-emissjonijiet assoċjati ma’ oġġetti/servizzi miksuba minn upstream, jew li jseħħu downstream, tal-limitu organizzazzjonali b’appoġġ għall-produzzjoni tal-PP.

Eżempji ta’ attivitajiet diretti huma:

— 
Il-ġenerazzjoni tal-enerġija li tirriżulta mill-kombustjoni tal-fjuwils f’sorsi stazzjonarji (eż. bojlers, fran, turbini);
— 
L-ipproċessar fiżiku jew kimiku (eż. mill-manifattura, mill-ipproċessar, mit-tindif, eċċ.);
— 
It-trasport tal-materjali, tal-prodotti u tal-iskart (ir-riżorsi u l-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwils) f’vetturi li jkunu proprjetà tal-kumpanija u/jew li jkunu operati minnha, deskritt f’termini tal-mezz tat-trasport, tat-tip ta’ vettura u tad-distanza;
— 
L-ivvjaġġar tal-impjegati lejn ix-xogħol u lura (ir-riżorsi u l-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwils) bl-użu ta’ vetturi li jkunu proprjetà tal-organizzazzjoni u/jew li jkunu operati minnha, deskritt f’termini tal-mezz tat-trasport, tat-tip ta’ vettura u tad-distanza;
— 
L-ivvjaġġar fuq ix-xogħol (ir-riżorsi u l-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwils) f’vetturi li jkunu proprjetà tal-organizzazzjoni u/jew li jkunu operati minnha, deskritt f’termini tal-mezz tat-trasport, tat-tip ta’ vettura, u tad-distanza;
— 
It-trasport tal-klijenti u tal-viżitaturi (ir-riżorsi u l-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwils) f’vetturi li jkunu proprjetà tal-organizzazzjoni u/jew li jkunu operati minnha, deskritt f’termini tal-mezz tat-trasport, tat-tip ta’ vettura u tad-distanza;
— 
It-trasport mill-fornituri (ir-riżorsi u l-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwils) f’vetturi li jkunu proprjetà tal-organizzazzjoni u/jew li jkunu operati minnha, deskritt f’termini tal-mezz tat-trasport, tat-tip ta’ vettura, tad-distanza u tat-tagħbija;
— 
Ir-rimi u t-trattament tal-iskart (il-kompożizzjoni, il-volum) meta dan jiġi pproċessat f’faċilitajiet li jkunu proprjetà tal-organizzazzjoni u/jew li jkunu operati minnha;
— 
L-emissjonijiet mir-rilaxxi intenzjonati jew mhux intenzjonati (pereżempju l-emissjonijiet tal-idrofluworokarburi (HFC) meta jkun qed jintuża t-tagħmir tal-kundizzjonament tal-arja);
— 
Attivitajiet oħra speċifiċi għas-sit.

Eżempji ta’ attivitajiet diretti huma:

— 
L-estrazzjoni tal-materja prima meħtieġa għall-produzzjoni tal-PP;
— 
L-estrazzjoni, il-produzzjoni u t-trasport tal-elettriku, tal-fwar u tal-enerġija tat-tisħin/tat-tkessiħ mixtrija;
— 
L-estrazzjoni, il-produzzjoni u t-trasport tal-materjali, tal-fjuwils u ta’ prodotti oħra mixtrija;
— 
Il-ġenerazzjoni tal-elettriku kkunsmat mill-attivitajiet upstream;
— 
Ir-rimi u t-trattament tal-iskart iġġenerat mill-attivitajiet upstream;
— 
Ir-rimi u t-trattament tal-iskart iġġenerat fis-sit meta dan jiġi pproċessat f’faċilitajiet li ma jkunux proprjetà tal-organizzazzjoni u/jew li ma jkunux operati minnha;
— 
It-trasport tal-materjali u tal-prodotti bejn il-fornituri u mill-fornituri f’vetturi li ma jkunux proprjetà tal-organizzazzjoni u/jew li ma jkunux operati minnha (il-mezz tat-trasport, it-tip ta’ vettura, id-distanza);
— 
L-ivvjaġġar tal-impjegati mid-dar għax-xogħol u lura bl-użu ta’ vetturi li ma jkunux proprjetà tal-organizzazzjoni jew li ma jkunux operati minnha (il-mezz tat-trasport, it-tip ta’ vettura, id-distanza);
— 
L-ivvjaġġar fuq xogħol (ir-riżorsi u l-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwils) f’vetturi li ma jkunux proprjetà tal-organizzazzjoni u/jew li ma jkunux operati minnha (il-mezz tat-trasport, it-tip ta’ vettura, id-distanza);
— 
It-trasport tal-klijenti u tal-viżitaturi (ir-riżorsi u l-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwils) f’vetturi li ma jkunux proprjetà tal-organizzazzjoni u/jew li ma jkunux operati minnha (il-mezz tat-trasport, it-tip ta’ vettura, id-distanza);
— 
L-ipproċessar tal-oġġetti/tas-servizzi pprovduti;
— 
L-użu tal-oġġetti/tas-servizzi pprovduti (ara t-Taqsima 4.4.7 għal speċifikazzjonijiet aktar dettaljati);
— 
It-trattament tal-EoL tal-oġġetti/tas-servizzi pprovduti (ara t-Taqsima 4.4.8 għal speċifikazzjonijiet aktar dettaljati);
— 
Kwalunkwe proċess/attività oħra upstream u downstream.

4.2.2.    Stadji taċ-ċiklu tal-ħajja

Meta l-PP ikun qed ikopri prodotti, l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja għandhom jiġu identifikati u deskritti fir-rapport dwar l-OEF. Jekk il-PP ikun qed ikopri servizzi, l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja għandhom jiġu identifikati u jsir rapport dwarhom, jekk applikabbli.

Bħala minimu, l-istadji prestabbiliti taċ-ċiklu tal-ħajja fi studju dwar l-OEF għandhom ikunu:

1) 

l-akkwist u l-ipproċessar minn qabel tal-materja prima (inkluża l-produzzjoni tal-partijiet u l-komponenti);

2) 

il-manifattura (il-produzzjoni tal-prodott prinċipali);

3) 

id-distribuzzjoni (id-distribuzzjoni u l-ħżin tal-prodott);

4) 

l-istadju tal-użu;

5) 

tmiem il-ħajja (inkluż l-irkupru jew ir-riċiklaġġ tal-prodott).

Jekk jintuża isem differenti għal kwalunkwe wieħed mill-istadji prestabbiliti taċ-ċiklu tal-ħajja, l-utent għandu jispeċifika liema stadju prestabbilit taċ-ċiklu tal-ħajja jikkorrispondi għalih.

Jekk ikun hemm ħtieġa valida li jagħmel dan, l-utent tal-metodu tal-OEF jista’ jiddeċiedi li jaqsam jew iżid l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja. Ir-raġuni(jiet) għal dan għandhom jiġu stabbiliti fir-rapport dwar l-OEF. Pereżempju, l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja “Akkwist u ipproċessar minn qabel tal-materja prima” jista’ jinqasam f’“Akkwist tal-materja prima”, “ipproċessar minn qabel”, u “trasport mill-fornitur tal-materja prima”.

Għall-istudji dwar l-OEF fejn il-PP ikun magħmul minn prodotti intermedji, għandhom jiġu esklużi l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja li ġejjin:

1) 

id-distribuzzjoni (huma permessi eċċezzjonijiet ġustifikati);

2) 

l-istadju tal-użu;

3) 

tmiem il-ħajja (inkluż l-irkupru / riċiklaġġ tal-prodott).

4.2.3.    Akkwist u pproċessar minn qabel tal-materja prima

Dan l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja jibda meta r-riżorsi jiġu estratti min-natura u jintemm meta l-komponenti tal-prodott jidħlu (mill-grada ta’) il-faċilità ta’ produzzjoni tal-prodott. Eżempji ta’ proċessi li jistgħu jseħħu f’dan l-istadju jinkludu:

1) 

it-tħaffir fil-minjieri u l-estrazzjoni tar-riżorsi;

2) 

l-ipproċessar minn qabel tal-inputs materjali kollha għall-prodott fl-ambitu, inklużi l-materjali riċiklabbli;

3) 

l-attivitajiet agrikoli u tal-forestrija;

4) 

it-trasport fi ħdan u bejn il-faċilitajiet ta’ estrazzjoni u tal-ipproċessar minn qabel, u lejn il-faċilità tal-produzzjoni.

Il-produzzjoni tal-imballaġġ għandha tiġi mmudellata bħala parti mill-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja tal-“Akkwist u l-ipproċessar minn qabel tal-materja prima”.

4.2.4.    Manifattura

L-istadju tal-produzzjoni jibda meta l-komponenti tal-prodott jidħlu fis-sit tal-produzzjoni u jispiċċa meta l-prodott lest iħalli l-faċilità tal-produzzjoni. Eżempji ta’ attivitajiet relatati mal-produzzjoni jinkludu:

1) 

l-ipproċessar kimiku;

2) 

il-manifattura;

3) 

it-trasport ta’ prodotti nofshom lesti bejn il-proċessi tal-manifattura;

4) 

l-immuntar tal-komponenti tal-materjali.

L-iskart mill-prodotti użati matul il-manifattura għandu jiġi inkluż fl-immudellar għall-istadju tal-manifattura. Il-formula tal-impronta ċirkolari (it-Taqsima 4.4.8) għandha tiġi applikata għal dan l-iskart.

4.2.5.    Stadju tad-distribuzzjoni

Il-prodotti jiġu distribwiti lill-utenti u jistgħu jinħażnu f’diversi punti tul il-katina tal-provvista. L-istadju tad-distribuzzjoni jinkludi t-trasport mill-grada tal-fabbrika sal-maħżen/bejgħ bl-imnut, il-ħżin fil-maħżen/bejgħ bl-imnut, u t-trasport mill-maħżen/bejgħ bl-imnut lejn id-dar tal-konsumatur.

Eżempji tal-proċessi li għandhom jiġu inklużi:

1) 

l-inputs tal-enerġija għat-tidwil u t-tisħin tal-maħżen;

2) 

l-użu tar-refriġeranti fl-imħażen u fil-vetturi tat-trasport;

3) 

l-użu tal-fjuwil mill-vetturi;

4) 

it-toroq u t-trakkijiet.

L-iskart mill-prodotti użati matul id-distribuzzjoni u l-ħżin għandu jiġi inkluż fl-immudellar. Il-formula tal-impronta ċirkolari (it-Taqsima 4.4.8) għandha tiġi applikata għal dan l-iskart, u r-riżultati għandhom jiġu kkunsidrati fl-istadju tad-distribuzzjoni.

Ir-rati ta’ telf prestabbiliti għal kull tip ta’ prodott matul id-distribuzzjoni u għand il-konsumatur huma pprovduti fil-parti F tal-Anness IV u għandhom jintużaw jekk ma tkun disponibbli l-ebda informazzjoni speċifika. Ir-regoli tal-allokazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija waqt il-ħżin huma ppreżentati fit-Taqsima 4.4.5. Għat-trasport, ara t-Taqsima 4.4.3.

4.2.6.    Stadju tal-użu

L-istadju tal-użu jiddeskrivi kif il-prodott ikun mistenni li jintuża mill-utent finali (eż. il-konsumatur). Dan l-istadju jibda fil-mument li l-utent finali juża l-prodott sakemm iħalli l-post tal-użu tiegħu u jidħol fl-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ tmiem il-ħajja (EoL) (eż. ir-riċiklaġġ jew it-trattament finali).

L-istadju tal-użu jinkludi l-attivitajiet u l-prodotti kollha li huma meħtieġa għal użu xieraq tal-prodott (jiġifieri biex jiġi żgurat li jwettaq il-funzjoni oriġinali tiegħu tul il-ħajja tiegħu). L-iskart iġġenerat mill-użu tal-prodott, kif ukoll it-trasport tiegħu lejn il-faċilitajiet tal-EoL, bħall-iskart tal-ikel u l-imballaġġ primarju tiegħu jew il-prodott innifsu ladarba ma jibqax funzjonali, huwa eskluż mill-istadju tal-użu u għandu jkun parti mill-istadju tal-EoL tal-prodott.

Xi eżempji jinkludu: il-provvista tal-ilma tal-vit meta jissajjar l-għaġin; il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’, u l-iskart mill-materjali meħtieġa għall-manutenzjoni, it-tiswija jew ir-rinnovazzjoni (eż. l-ispare parts meħtieġa għat-tiswija tal-prodott, il-produzzjoni tal-likwidu li jkessaħ u l-immaniġġjar tal-iskart minħabba t-telf). L-EoL tal-kapsuli tal-kafè, ir-residwi għall-produzzjoni tal-kafè u l-imballaġġ tal-kafè mitħun jappartjenu għall-istadju ta’ tmiem il-ħajja.

F’xi każijiet, xi prodotti jkunu meħtieġa għall-użu xieraq tal-prodott fl-ambitu u jintużaw b’mod li jsiru fiżikament integrati: f’dan il-każ, it-trattament tal-iskart ta’ dawn il-prodotti jappartjeni għall-EoL tal-prodott fl-ambitu. Pereżempju, meta l-prodott fl-ambitu jkun deterġent, it-trattament tal-ilma mormi, wara l-użu tad-deterġent, jappartjeni għall-istadju ta’ tmiem il-ħajja.

Ix-xenarju tal-użu jeħtieġ li jirrifletti wkoll jekk l-użu tal-prodotti analizzati jistax iwassal għal bidliet fis-sistemi li fihom jintużaw jew le.

Jistgħu jitqiesu s-sorsi ta’ informazzjoni teknika li ġejjin dwar ix-xenarju tal-użu:

1) 

Stħarriġ tas-suq jew data oħra tas-suq;

2) 

Standards internazzjonali ppubblikati li jispeċifikaw gwida u rekwiżiti għall-iżvilupp ta’ xenarji għall-istadju tal-użu u xenarji għal (jiġifieri stima ta’) il-ħajja operattiva tal-prodott;

3) 

Linji gwida nazzjonali ppubblikati għall-iżvilupp ta’ xenarji għall-istadju tal-użu u xenarji għal (jiġifieri stima ta’) il-ħajja operattiva tal-prodott;

4) 

Linji gwida ppubblikati tal-industrija għall-iżvilupp ta’ xenarji għall-istadju tal-użu u xenarji għal (jiġifieri stima ta’) il-ħajja operattiva tal-prodott.

Il-metodu rakkomandat mill-manifattur li għandu jiġi applikat fl-istadju tal-użu (eż. it-tisjir f’forn f’temperatura speċifikata għal ħin speċifikat) jenħtieġ li jintuża biex tiġi pprovduta bażi għad-determinazzjoni tal-istadju tal-użu ta’ prodott. Il-mudell reali tal-użu jista’, madankollu, ivarja minn dawk rakkomandati u jenħtieġ li jintuża jekk din l-informazzjoni tkun disponibbli u dokumentata.

Ir-rati ta’ telf prestabbiliti għal kull tip ta’ prodott matul id-distribuzzjoni u għand il-konsumatur huma pprovduti fil-parti F tal-Anness IV u għandhom jintużaw jekk ma tkun disponibbli l-ebda informazzjoni speċifika.

Id-dokumentazzjoni tal-metodi u tas-suppożizzjonijiet għandha tiġi pprovduta fir-rapport dwar l-OEF. Is-suppożizzjonijiet rilevanti kollha għall-istadju tal-użu għandhom jiġu ddokumentati.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-immudellar tal-istadju tal-użu huma disponibbli fit-Taqsima 4.4.7.

4.2.7.    Tmiem il-ħajja (inkluż l-irkupru u r-riċiklaġġ tal-prodott)

L-istadju tal-EoL jibda meta l-prodotti fil-PP fl-ambitu u l-imballaġġ tagħhom jintremew mill-utent u jintemm meta l-prodotti jiġu rritornati għan-natura bħala prodott ta’ skart jew jidħlu fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott ieħor (jiġifieri bħala kontenut riċiklat). B’mod ġenerali dan jinkludi l-iskart mill-prodott(i) fl-ambitu, bħall-iskart tal-ikel u l-imballaġġ primarju.

L-iskart iġġenerat matul l-istadju tal-manifattura, tad-distribuzzjoni, tal-bejgħ bl-imnut, tal-użu jew wara l-użu għandu jiġi inkluż fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott u mmudellat fl-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja fejn iseħħ.

L-istadju ta’ tmiem il-ħajja għandu jiġi mmudellat bl-użu tal-formula tal-impronta ċirkolari u r-rekwiżiti pprovduti fit-Taqsima 4.4.8. L-utent tal-metodu tal-OEF għandu jinkludi l-proċessi kollha tal-EoL applikabbli għall-PP fl-ambitu. Eżempji ta’ proċessi li għandhom jiġu koperti f’dan l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja jinkludu:

1) 

il-ġbir u t-trasport tal-prodott fl-ambitu u l-imballaġġ tiegħu sal-faċilitajiet ta’ trattament fi tmiem il-ħajja;

2) 

iż-żarmar tal-komponenti;

3) 

it-tqattigħ fi bċejjeċ u s-separazzjoni;

4) 

l-ilma mormi minn prodotti użati, maħlula fl-ilma jew bl-ilma (eż. deterġenti, ġellijiet tad-doċċa, eċċ.);

5) 

il-konverżjoni f’materjal riċiklat;

6) 

l-ikkompostjar jew metodi oħra ta’ trattament tal-iskart organiku;

7) 

l-inċinerazzjoni u r-rimi tal-irmied tal-qiegħ;

8) 

ir-rimi f’landfills u t-tħaddim u ż-żamma tal-landfills.

Għall-prodotti intermedji, l-EoL tal-prodott fl-ambitu għandu jiġi eskluż.

4.3    Nomenklatura għall-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja

Id-data tal-LCI għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tal-EF:

— 
Għall-flussi elementari kollha, in-nomenklatura għandha tiġi allinjata mal-verżjoni l-aktar reċenti tal-pakkett ta’ referenza tal-EF disponibbli fil-paġna tal-iżviluppatur tal-EF.
— 
Għas-settijiet tad-data tal-proċessi u l-fluss tal-prodotti, in-nomenklatura għandha tkun konformi mal-“Manwal tal-ILCD – Nomenklatura u konvenzjonijiet oħra” ( 131 ) .

4.4.    Rekwiżiti tal-immudellar

Din it-Taqsima tipprovdi gwida u rekwiżiti dettaljati dwar kif għandhom jiġu mmudellati l-istadji speċifiċi taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi u aspetti oħra taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott, biex jiġi kkompilat l-LCI. L-aspetti koperti jinkludu:

(a) 

il-produzzjoni agrikola;

(b) 

l-użu tal-elettriku;

(c) 

it-trasport u l-loġistika;

(d) 

l-oġġetti kapitali (infrastruttura u tagħmir);

(e) 

il-ħżin f’ċentru ta’ distribuzzjoni jew bejgħ bl-imnut;

(f) 

il-proċedura tal-kampjunar;

(g) 

l-istadju tal-użu;

(h) 

l-immudellar ta’ tmiem il-ħajja;

(i) 

il-ħajja estiża tal-prodott;

(j) 

l-imballaġġ;

(k) 

l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra;

(l) 

il-kumpensi;

(m) 

it-trattament ta’ proċessi multifunzjonali;

(n) 

rekwiżiti tal-ġbir tad-data u rekwiżiti tal-kwalità;

(o) 

il-limitu.

4.4.1    Produzzjoni agrikola

4.4.1.1.    Trattament ta’ proċessi multifunzjonali

Għandhom jiġu segwiti r-regoli deskritti fil-Linja Gwida LEAP ( 132 ).

4.4.1.2.    Data speċifika għat-tip ta’ għelejjel u speċifika għall-pajjiż, għar-reġjun jew għall-klima

Għandha tintuża data speċifika għat-tip ta’ għelejjel u speċifika għall-pajjiż/reġjun/klima għar-rendiment, għall-użu tal-ilma u tal-art, għat-tibdil fl-użu tal-art, għall-ammont ta’ fertilizzant (artifiċjali u organiku) (ammont N, P) u għall-ammont ta’ pestiċidi (għal kull ingredjent attiv), għal kull ettaru fis-sena.

4.4.1.3.    Medja tad-data

Id-data dwar il-kultivazzjoni għandha tinġabar fuq perjodu ta’ żmien suffiċjenti biex tipprovdi valutazzjoni medja tal-LCI assoċjat mal-inputs u l-outputs tal-kultivazzjoni li tikkumpensa għall-fluttwazzjonijiet minħabba d-differenzi staġunali. Dan għandu jsir kif deskritt fil-linji gwida LEAP, stabbiliti hawn taħt:

(a) 

Għall-għelejjel annwali, għandu jintuża perjodu ta’ valutazzjoni ta’ mill-anqas tliet snin (biex jiġu llivellati d-differenzi fir-rendimenti tal-għelejjel relatati mal-fluttwazzjonijiet fil-kundizzjonijiet tat-tkabbir matul is-snin bħalma huma l-klima, il-pesti u l-mard, eċċ.). Meta ma tkunx disponibbli data li tkopri perjodu ta’ tliet snin, jiġifieri minħabba l-bidu ta’ sistema ġdida ta’ produzzjoni (eż. serra ġdida, art li tkun għadha kif ġiet ikklerjata, bidla għal għalla oħra), il-valutazzjoni tista’ titwettaq fuq perjodu iqsar, iżda ma għandhiex tkun inqas minn sena. L-għelejjel jew il-pjanti mkabbra fis-serer għandhom jitqiesu bħala għelejjel/pjanti annwali, sakemm iċ-ċiklu tal-kultivazzjoni ma jkunx konsiderevolment iqsar minn sena u għalla oħra tiġi kkultivata b’mod konsekuttiv f’dik is-sena. It-tadam, il-bżar u għelejjel oħra, li jiġu kkultivati u jinħasdu fuq perjodu itwal matul is-sena, huma kkunsidrati bħala għelejjel annwali.

(b) 

Għall-pjanti perenni (inklużi l-pjanti sħaħ u l-porzjonijiet li jittieklu tal-pjanti perenni), għandha tiġi preżunta sitwazzjoni ta’ stat kostanti (jiġifieri fejn l-istadji kollha tal-iżvilupp ikunu rappreżentati b’mod proporzjonali fil-perjodu ta’ żmien studjat) u għandu jintuża perjodu ta’ tliet snin biex jiġu stmati l-inputs u l-outputs.

(c) 

Fejn l-istadji differenti fiċ-ċiklu tal-kultivazzjoni jistgħu jkunu ta’ durata differenti, għandha ssir korrezzjoni billi jiġu aġġustati ż-żoni tal-għelejjel allokati għal stadji differenti ta’ żvilupp fi proporzjon maż-żoni tal-għelejjel mistennija fi stat kostanti teoretiku. L-applikazzjoni ta’ tali korrezzjonijiet għandha tiġi spjegata u rreġistrata fir-rapport dwar l-OEF. L-LCI tal-pjanti u l-għelejjel perenni ma għandux jitwettaq qabel ma s-sistema tal-produzzjoni fil-fatt tagħti l-output.

(d) 

Għall-għelejjel li jitkabbru u jinħasdu f’anqas minn sena (eż. ħass prodott f’xahrejn sa erba’ xhur), għandha tinġabar data fir-rigward tal-perjodu ta’ żmien speċifiku għall-produzzjoni ta’ għalla waħda, minn tal-anqas tliet ċikli konsekuttivi reċenti. Il-kalkolu tal-medja fuq tliet snin jista’ jsir l-aħjar billi l-ewwel tinġabar data annwali u jiġi kkalkolat l-LCI għal kull sena u mbagħad tiġi ddeterminata l-medja ta’ tliet snin.

4.4.1.4.    Pestiċidi

L-emissjonijiet tal-pestiċidi għandhom jiġu mmudellati bħala ingredjenti attivi speċifiċi. Il-metodu ta’ valutazzjoni tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja USEtox għandu mudell ta’ destin multimedjali inkorporat li jissimula d-destin tal-pestiċidi li jibda mill-kompartimenti differenti tal-emissjonijiet. Għalhekk, huwa meħtieġ il-proporzjon tal-frazzjonijiet prestabbiliti tal-emissjonijiet għall-kompartimenti ambjentali tal-emissjonijiet fl-immudellar tal-LCI. Il-pestiċidi applikati għall-għelieqi għandhom jiġu mmudellati bħala 90 % emessi fil-kompartiment tal-ħamrija agrikola, 9 % emessi fl-arja u 1 % emessi fl-ilma (abbażi ta’ ġudizzju espert minħabba l-limitazzjonijiet attwali). Tista’ tintuża data aktar speċifika jekk tkun disponibbli.

4.4.1.5.    Fertilizzanti

L-emissjonijiet tal-fertilizzanti (u tad-demel) għandhom jiġu differenzjati għal kull tip ta’ fertilizzant u jkopru bħala minimu:

(a) 

NH3, fl-arja (mill-użu ta’ fertilizzant N)

(b) 

N2O, fl-arja (diretti u indiretti) (mill-użu ta’ fertilizzant N);

(c) 

CO2, fl-arja (mill-użu ta’ ġir, urea u komposti tal-urea);

(d) 

NO3, fl-ilma mhux speċifikat (lissija mill-użu ta’ fertilizzant N);

(e) 

PO4, fl-ilma mhux speċifikat jew fl-ilma ħelu (lissija u skol ta’ fosfat solubbli mill-użu ta’ fertilizzant P);

(f) 

P, fl-ilma mhux speċifikat jew fl-ilma ħelu (partiċelli tal-ħamrija li fihom il-fosfru, mill-użu ta’ fertilizzant P).

Il-mudell tal-valutazzjoni tal-impatt għall-ewtrofikazzjoni tal-ilma ħelu jibda (i) meta P iħalli r-raba’ agrikolu (skol) jew (ii) mill-applikazzjoni ta’ demel jew fertilizzant fuq ir-raba’ agrikolu.

Fl-immudellar tal-LCI, ir-raba’ agrikolu (ħamrija) spiss jitqies li jappartjeni għat-teknosfera u għalhekk huwa inkluż fil-mudell tal-LCI. Dan jallinja mal-approċċ (i), fejn il-mudell tal-valutazzjoni tal-impatt jibda wara l-iskol, jiġifieri meta P iħalli r-raba’ agrikolu. Għalhekk, fil-kuntest tal-EF, l-LCI jenħtieġ li jiġi mmudellat bħala l-ammont ta’ P li jiġi emess fl-ilma wara l-iskol u għandu jintuża l-kompartiment tal-emissjonijiet “ilma”.

Meta dan l-ammont ma jkunx disponibbli, l-LCI jista’ jiġi mmudellat bħala l-ammont ta’ P applikat għar-raba’ agrikolu (permezz ta’ demel jew fertilizzanti) u għandu jintuża l-kompartiment tal-emissjonijiet “ħamrija”. F’dan il-każ, l-iskol mill-ħamrija għall-ilma huwa parti mill-metodu tal-valutazzjoni tal-impatt u inkluż fil-fattur ta’ karatterizzazzjoni għall-ħamrija.

Il-valutazzjoni tal-impatt tal-ewtrofikazzjoni tal-baħar tibda wara li N iħalli r-raba’ (ħamrija). Għalhekk, l-emissjonijiet ta’ N fil-ħamrija ma għandhomx jiġu mmudellati. L-ammont ta’ emissjonijiet li jispiċċaw fil-kompartimenti differenti tal-arja u tal-ilma għal kull ammont ta’ fertilizzanti applikati għar-raba’ għandu jiġi mmudellat fl-LCI.

L-emissjonijiet ta’ N għandhom jiġu kkalkulati mill-applikazzjonijiet tan-nitroġenu mill-bidwi għall-għalqa u billi jiġu esklużi s-sorsi esterni (eż. id-depożizzjoni tax-xita). L-għadd ta’ fatturi tal-emissjonijiet jiġi stabbilit fil-kuntest tal-EF billi jiġi segwit approċċ simplifikat. Għall-fertilizzanti N, għandhom jintużaw il-fatturi tal-emissjonijiet tal-Grad 1 tat-Tabella 2-4 tal-IPCC (2006), kif riprodotti fit-Tabella 3, ħlief meta tkun disponibbli data aħjar. Jekk tkun disponibbli data aħjar, jista’ jintuża mudell aktar komprensiv tan-nitroġenu fl-għelieqi fl-istudju dwar l-OEF, dment li (i) dan ikopri mill-anqas l-emissjonijiet mitluba hawn fuq, (ii) N ikun ibbilanċjat fl-inputs u fl-outputs u (iii) jiġi deskritt b’mod trasparenti.

Tabella 3

Fatturi tal-emissjonijiet tal-Grad 1 tal-IPCC (2006) (modifikati).

Innota li dawn il-valuri ma għandhomx jintużaw biex jitqabblu tipi differenti ta’ fertilizzanti sintetiċi.

Emissjoni

Kompartiment

Valur li għandu jiġi applikat

N2O (fertilizzant sintetiku u demel; diretta u indiretta)

L-arja

0,022 kg N2O/ kg fertilizzant N applikat

NH3 (fertilizzant sintetiku)

L-arja

kg NH3= kg N * FracGASF= 1*0,1* (17/14)= 0,12 kg NH3/ kg fertilizzant N applikat

NH3 (demel)

L-arja

kg NH3= kg N*FracGASF= 1*0,2* (17/14)= 0,24 kg NH3/ kg demel N applikat

NO3 - (fertilizzant sintetiku u demel)

L-ilma

kg NO3 - = kg N*FracLEACH = 1*0,3*(62/14) = 1,33 kg NO3 -/ kg N applikat

FracGASF: frazzjoni ta’ fertilizzant sintetiku N applikat għall-ħamrija li tivvolatizza bħala NH3 u NOx. FracLEACH: frazzjoni ta’ fertilizzant sintetiku u demel mitluf minħabba lissija u skol bħala NO3-

Il-mudell tan-nitroġenu fl-għelieqi ta’ hawn fuq għandu limitazzjonijiet, għalhekk, studju dwar l-OEF li jkollu l-immudellar agrikolu fl-ambitu jista’ jittestja l-approċċ alternattiv li ġej u jirrapporta r-riżultati f’Anness tar-rapport dwar l-OEF.

Il-bilanċ ta’ N jiġi kkalkolat bl-użu tal-parametri fit-Tabella 4 fi u l-formula ta’ hawn taħt. L-emissjoni totali ta’ NO3 -N fl-ilma titqies bħala varjabbli u l-inventarju totali tagħha għandu jiġi kkalkulat bħala:

“Emissjoni totali ta’ NO3 -N fl-ilma” = “telf bażi ta’ NO3 -” + “emissjonijiet addizzjonali ta’ NO3 -N fl-ilma”, ma’
“Emissjonijiet addizzjonali ta’ NO3 -N fl-ilma” = “Input ta’ N bil-fertilizzanti kollha” + “iffissar ta’ N2 skont l-għalla” – “Assorbiment tal-N bil-ħsad” – “Emissjonijiet ta’ NH3 fl-arja” – “emissjonijiet ta’ N2O fl-arja” – “emissjonijiet ta’ N2 fl-arja” -“telf bażi ta’ NO3 -”.

Jekk, f’ċerti skemi ta’ input baxx, il-valur għall-“emissjonijiet addizzjonali ta’ NO3-N fl-ilma” isir negattiv, il-valur għandu jiġi stabbilit għal “0”. Barra minn hekk, f’każijiet bħal dawn, il-valur assolut tal-“emissjonijiet addizzjonali ta’ NO3-N fl-ilma” ikkalkolati għandu jiddaħħal fl-inventarju bħala input addizzjonali ta’ fertilizzant N fis-sistema, bl-użu tal-istess kombinazzjoni ta’ fertilizzanti N kif użati għall-għalla analizzata. Dan l-aħħar pass iservi biex jiġu evitati skemi ta’ tnaqqis tal-fertilità billi jinqabad it-tnaqqis tal-N mill-għalla analizzata li huwa preżunt li jwassal għall-ħtieġa ta’ fertilizzant addizzjonali aktar tard u biex jinżamm l-istess livell ta’ fertilità tal-ħamrija.

Tabella 4

Approċċ alternattiv għall-immudellar tan-nitroġenu

Emissjoni

Kompartiment

Valur li għandu jiġi applikat

NO3 - telf bażi (fertilizzant sintetiku u demel)

L-ilma

kg NO3 -= kg N*FracLEACH = 1*0,1*(62/14) = 0,44 kg NO3 -/ kg N applikat

N2O (fertilizzant sintetiku u demel; diretta u indiretta)

L-arja

0,022 kg N2O/ kg fertilizzant N applikat

NH3 - Urea (fertilizzant sintetiku)

L-arja

kg NH3= kg N * FracGASF= 1*0,15* (17/14)= 0,18 kg NH3/ kg fertilizzant N applikat

NH3 - Nitrat tal-ammonju (fertilizzant sintetiku)

L-arja

kg NH3= kg N * FracGASF= 1*0,1* (17/14)= 0,12 kg NH3/ kg fertilizzant N applikat

NH3 - oħrajn (fertilizzant sintetiku)

L-arja

kg NH3= kg N * FracGASF= 1*0,02* (17/14)= 0,024 kg NH3/ kg fertilizzant N applikat

NH3 (demel)

L-arja

kg NH3= kg N*FracGASF= 1*0,2* (17/14)= 0,24 kg NH3/ kg demel N applikat

N2- iffissar skont l-għalla

Għall-għelejjel b’iffissar simbjotiku ta’ N2-: l-ammont iffissat huwa preżunt li huwa identiku għall-kontenut ta’ N fl-għalla maħsuda

N2

L-arja

0,09 kg N2 / kg N applikat

4.4.1.6.    Emissjonijiet ta’ metalli tqal

L-emissjonijiet ta’ metalli tqal mill-inputs tal-għelieqi għandhom jiġu mmudellati bħala emissjoni għall-ħamrija u/jew lissija jew erożjoni għall-ilma. L-inventarju għall-ilma għandu jispeċifika l-istat ta’ ossidazzjoni tal-metall (eż., Cr+3, Cr+6). Billi l-għelejjel jassimilaw parti mill-emissjonijiet tal-metalli tqal matul il-kultivazzjoni tagħhom, hija meħtieġa kjarifika dwar kif għandhom jiġu mmudellati l-għelejjel li jaġixxu bħala bir. Huma permessi żewġ approċċi differenti għall-immudellar:

(a) 

Id-destin finali tal-flussi elementari tal-metalli tqal ma jitqiesx aktar fil-limitu tas-sistema: l-inventarju ma jqisx l-emissjonijiet finali tal-metalli tqal u għalhekk ma għandux iqis l-assorbiment tal-metalli tqal mill-għalla.

Pereżempju, metalli tqal fl-għelejjel agrikoli mkabbra għall-konsum mill-bniedem jispiċċaw fil-pjanta. Fil-kuntest tal-EF, il-konsum mill-bniedem ma jiġix immudellat, id-destin finali ma jiġix immudellat aktar u l-pjanta taġixxi bħala bir tal-metalli tqal. Għalhekk, l-assorbiment tal-metalli tqal mill-għalla ma għandux jiġi mmudellat.

(b) 

Id-destin finali (kompartiment tal-emissjonijiet) tal-flussi elementari tal-metalli tqal jitqies fil-limitu tas-sistema: l-inventarju jqis l-emissjonijiet finali (rilaxx) tal-metalli tqal fl-ambjent u għalhekk għandu jqis ukoll l-assorbiment tal-metalli tqal mill-għalla.

Pereżempju, il-metalli tqal fl-għelejjel imkabbra għall-għalf se jispiċċaw prinċipalment fid-diġestjoni tal-annimali u jintużaw bħala demel lura fir-raba’ fejn il-metalli jiġu rilaxxati fl-ambjent u l-impatti tagħhom jinqabdu mill-metodi ta’ valutazzjoni tal-impatt. Għalhekk, l-inventarju tal-istadju agrikolu għandu jqis l-assorbiment tal-metalli tqal mill-għalla. Ammont limitat jispiċċa fl-annimal, li jista’ jiġi injorat għas-simplifikazzjoni.

4.4.1.7    Kultivazzjoni tar-ross

L-emissjonijiet tal-metan mill-kultivazzjoni tar-ross għandhom jiġu inklużi abbażi tar-regoli tal-kalkolu fit-Taqsima 5.5. tal-IPCC (2006)

4.4.1.8.    Ħamrija tal-pit

Il-ħamrija tal-pit imnixxfa għandha tinkludi l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju abbażi ta’ mudell li jorbot il-livelli tad-drenaġġ mal-ossidazzjoni annwali tal-karbonju.

4.4.1.9.    Attivitajiet oħra

Jekk applikabbli, l-attivitajiet li ġejjin għandhom jiġu inklużi fl-immudellar agrikolu, sakemm ma jkunux permessi li jiġu esklużi abbażi tal-kriterji ta’ limitu:

(a) 

l-input ta’ materjal taż-żerriegħa (kg/ettaru),

(b) 

l-input ta’ pit fil-ħamrija (kg/ettaru + proporzjon C/N),

(c) 

l-input ta’ ġir (kg CaCO3/ettaru, tip),

(d) 

l-użu tal-magni (sigħat, tip) (għandu jiġi inkluż jekk ikun hemm livell għoli ta’ mekkanizzazzjoni),

(e) 

l-input N mir-residwi tal-għelejjel li jibqgħu fl-għelieqi jew li jinħarqu (kg ta’ residwu + kontenut N/ettaru). Inklużi l-emissjonijiet mill-ħruq tar-residwi, mit-tnixxif u mill-ħżin tal-prodotti.

Sakemm ma jkunx dokumentat b’mod ċar li l-operazzjonijiet jitwettqu manwalment, l-operazzjonijiet fl-għelieqi għandhom jitqiesu permezz tal-konsum totali tal-fjuwil jew permezz tal-inputs ta’ makkinarju speċifiku, it-trasport lejn/ mill-għalqa, l-enerġija għat-tisqija, jew simili.

4.4.2.    Użu tal-elettriku

L-elettriku użat mill-grilja jrid jiġi mmudellat bl-aktar mod preċiż possibbli billi tingħata preferenza lid-data speċifika għall-fornitur. Jekk (parti minn) l-elettriku tkun rinnovabbli, huwa importanti li ma jseħħ l-ebda għadd doppju. Għalhekk, il-fornitur għandu jiggarantixxi li l-elettriku fornut lill-organizzazzjoni biex tipproduċi l-prodott ikun fil-fatt iġġenerat bl-użu ta’ sorsi rinnovabbli u ma jkunx għadu disponibbli għal konsumaturi oħra.

4.4.2.1.    Linji gwida ġenerali

It-Taqsima li ġejja tintroduċi żewġ tipi ta’ taħlitiet tal-elettriku: it-taħlita tal-grilja tal-konsum li tirrifletti t-taħlita totali tal-elettriku ttrasferita fuq grilja definita li tinkludi l-elettriku ekoloġiku ddikjarat jew ittraċċat, u (ii) it-taħlita residwa tal-grilja, it-taħlita tal-konsum (imsejħa wkoll it-taħlita tal-konsum residwu), li tikkaratterizza biss l-elettriku mhux iddikjarat, mhux ittraċċat jew kondiviż pubblikament.

Fl-istudji dwar l-OEF għandha tintuża t-taħlita tal-elettriku li ġejja, f’ordni ġerarkika:

(a) 

Il-prodott tal-elettriku speċifiku għall-fornitur ( 133 ) għandu jintuża jekk, għal pajjiż, ikun hemm fis-seħħ sistema ta’ traċċar ta’ 100 %, jew jekk:

(i) 

tkun disponibbli, u

(ii) 

is-sett ta’ kriterji minimi biex jiġi żgurat li l-istrumenti kuntrattwali jkunu affidabbli jiġi ssodisfat.

(b) 

It-taħlita totali tal-elettriku speċifika għall-fornitur għandha tintuża jekk:

(i) 

tkun disponibbli, u

(ii) 

is-sett ta’ kriterji minimi biex jiġi żgurat li l-istrumenti kuntrattwali jkunu affidabbli jiġi ssodisfat.

(c) 

Għandha tintuża t-“taħlita residwa tal-grilja speċifika għall-pajjiż, it-taħlita tal-konsum”. Speċifika għall-pajjiż tfisser il-pajjiż li fih iseħħu l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja jew l-attività. Dan jista’ jkun pajjiż tal-UE jew pajjiż mhux tal-UE. It-taħlita residwa tal-grilja tipprevjeni l-għadd doppju bl-użu ta’ taħlitiet tal-elettriku speċifiċi għall-fornitur f’(a) u (b).

(d) 

Bħala l-aħħar għażla, għandha tintuża t-taħlita medja residwa tal-grilja tal-UE, it-taħlita tal-konsum (UE+EFTA), jew it-taħlita residwa tal-grilja rappreżentattiva tar-reġjun, it-taħlita tal-konsum.

L-integrità ambjentali tal-użu ta’ taħlita tal-elettriku speċifika għall-fornitur tiddependi fuq l-iżgurar li l-istrumenti kuntrattwali (għat-traċċar) ikunu affidabbli u uniċi. Mingħajr dan, l-OEF ma għandhiex l-akkuratezza u l-konsistenza meħtieġa biex tixpruna d-deċiżjonijiet ta’ akkwist ta’ prodotti/elettriku korporattiv u konsiderazzjoni akkurata tat-taħlita speċifika għall-fornitur mix-xerrejja tal-elettriku. Għalhekk, ġie identifikat sett ta’ kriterji minimi relatati mal-integrità tal-istrumenti kuntrattwali bħala fornituri affidabbli ta’ informazzjoni dwar l-impronta ambjentali. Dawn jirrappreżentaw il-karatteristiċi minimi meħtieġa biex tintuża taħlita speċifika għall-fornitur fi ħdan l-istudji dwar l-OEF.

4.4.2.2.    Sett ta’ kriterji minimi biex jiġu żgurati l-istrumenti kuntrattwali mill-fornituri

Prodott/taħlita tal-elettriku speċifiċi għall-fornitur jistgħu jintużaw biss jekk l-utent tal-metodu tal-OEF jiżgura li l-istrument kuntrattwali jissodisfa l-kriterji speċifikati hawn taħt. Jekk l-istrumenti kuntrattwali ma jissodisfawx il-kriterji, f’dak il-każ fl-immudellar għandha tintuża t-taħlita tal-konsum residwu tal-elettriku speċifika għall-pajjiż.

Il-lista ta’ kriterji ta’ hawn taħt hija bbażata fuq il-kriterji tal-“GHG Protocol Scope 2 Guidance – An amendment to the GHG Protocol Corporate Standard” (Mary Sotos, l-Istitut Dinji tar-Riżorsi) ( 134 ). Strument kuntrattwali użat għall-immudellar tal-elettriku għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

Kriterju 1 – iwasslu l-attributi
— 
Iwasslu t-taħlita tat-tip ta’ enerġija assoċjata mal-unità tal-elettriku prodott.
— 
It-taħlita tat-tip ta’ enerġija għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-elettriku kkonsenjat, billi jiġu inkorporati ċ-ċertifikati miksuba u rtirati (miksuba jew akkwistati jew irtirati) f’isem il-klijenti tagħha. L-elettriku minn faċilitajiet li għalihom l-attributi jkunu nbiegħu (permezz ta’ kuntratti jew ċertifikati) irid jiġi kkaratterizzat bħala li għandu l-attributi ambjentali tat-taħlita tal-konsum residwu tal-pajjiż fejn tinsab il-faċilità.
Kriterju 2 – ikunu asserzjoni unika
— 
Ikunu l-uniku strument li jġorr l-asserzjoni ta’ attribut ambjentali assoċjata ma’ dik il-kwantità ta’ elettriku ġġenerat.
— 
Jiġu ttraċċati u mifdija, irtirati, jew ikkanċellati minn jew f’isem il-kumpanija (eż. permezz ta’ awditjar tal-kuntratti, ċertifikazzjoni ta’ partijiet terzi, jew ittrattati b’mod awtomatiku permezz ta’ reġistri, sistemi jew mekkaniżmi oħra ta’ divulgazzjoni).
Kriterju 3 – Ikunu qrib kemm jista’ jkun tal-perjodu li għalih jiġi applikat l-istrument kuntrattwali

Tabella 5

Kriterji minimi biex jiġu żgurati l-istrumenti kuntrattwali mill-fornituri – gwida biex jiġu ssodisfati l-kriterji

Kriterju 1

IWASSLU L-ATTRIBUTI AMBJENTALI U JAGĦTU SPJEGAZZJONI DWAR IL-METODU TA’ KALKOLU

Iwasslu t-taħlita tat-tip ta’ enerġija (jew attributi ambjentali relatati oħra) assoċjati mal-unità tal-elettriku prodott.

Jispjegaw il-metodu ta’ kalkolu użat biex tiġi ddeterminata din it-taħlita

Kuntest

Kull programm jew politika se jistabbilixxi l-kriterji ta’ eliġibbiltà proprji tiegħu u l-attributi li għandhom jitwasslu. Dawn il-kriterji jispeċifikaw it-tip ta’ riżorsi tal-enerġija u ċerti karatteristiċi tal-faċilità ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija, bħat-tip ta’ teknoloġija, l-età tal-faċilità, jew il-post tal-faċilità (iżda jvarjaw minn programm/politika għal ieħor).

Kundizzjonijiet biex jiġi ssodisfat il-kriterju

1.  Iwasslu t-taħlita enerġetika: jekk ma jkunx hemm taħlita tat-tip ta’ enerġija speċifikata fl-istrumenti kuntrattwali, staqsi lill-fornitur tiegħek biex jipprovdilek din l-informazzjoni jew attributi ambjentali oħra (eż. ir-rata tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra). Jekk il-fornitur ma jirrispondix, uża t-“taħlita residwa tal-grilja speċifika għall-pajjiż, it-taħlita tal-konsum”. Jekk il-fornitur jirrispondi, mur għall-pass 2).

2.  Jispjegaw dwar il-metodu ta’ kalkolu użat: staqsi lill-fornitur tiegħek biex jipprovdi dettalji tal-metodu ta’ kalkolu biex jiġi żgurat li dawn isegwu l-prinċipju ta’ hawn fuq. Jekk il-fornitur tiegħek ma jipprovdix din l-informazzjoni, applika t-taħlita tal-elettriku speċifika għall-fornitur, inkludi l-informazzjoni riċevuta u ddokumenta li ma kienx possibbli tiċċekkja għall-għadd doppju.

Kriterju 2

ASSERZJONIJIET UNIĊI

Ikunu l-uniku strument li jġorr l-asserzjoni ta’ attribut ambjentali assoċjata ma’ dik il-kwantità ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku.

Jiġu ttraċċati u mifdija, irtirati, jew ikkanċellati minn jew f’isem il-kumpanija (eż. permezz ta’ awditjar tal-kuntratti, ċertifikazzjoni ta’ partijiet terzi, jew ittrattati b'mod awtomatiku permezz ta’ reġistri, sistemi jew mekkaniżmi oħra ta’ divulgazzjoni).

Kuntest

Iċ-ċertifikati ġeneralment iservu erba’ għanijiet ewlenin: (i) l-iżvelar tal-fornituri, (ii) il-kwoti tal-fornituri għall-konsenja jew il-bejgħ ta’ sorsi speċifiċi tal-enerġija, (iii) l-eżenzjoni mit-taxxa, u (iv) il-programmi volontarji tal-konsumatur.

Kull programm jew politika se jistabbilixxu l-kriterji ta’ eliġibbiltà proprji tagħhom. Dawn il-kriterji jispeċifikaw ċerti karatteristiċi tal-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, bħat-tip ta’ teknoloġija, l-età tal-faċilità, jew il-post tal-faċilità (iżda jvarjaw minn programm/politika għal ieħor). Iċ-ċertifikati għandhom jiġu minn faċilitajiet li jissodisfaw dawn il-kriterji biex ikunu eliġibbli għall-użu f’dak il-programm. Barra minn hekk, is-swieq tal-pajjiżi individwali jew il-korpi li jfasslu l-politika jistgħu jwettqu dawn il-funzjonijiet differenti bl-użu ta’ sistema ta’ ċertifikat wieħed jew sistema b’diversi ċertifikati.

Kundizzjonijiet biex jiġi ssodisfat il-kriterju

1.  L-impjant jinsab f’pajjiż mingħajr sistema ta’ traċċar?

Jenħtieġ li tintuża l-informazzjoni pprovduta mill-“Assoċjazzjoni tal-korpi emittenti” (1).

Jekk iva, uża t-“taħlita residwa tal-grilja speċifika għall-pajjiż, it-taħlita tal-konsum”;

Jekk le, mur għat-tieni mistoqsija.

2.  L-impjant jinsab f’pajjiż fejn il-konsum huwa parzjalment mhux traċċat (> 95 %)?

Jekk iva, uża t-“taħlita residwa tal-grilja speċifika għall-pajjiż, it-taħlita tal-konsum” bħala l-aħjar data disponibbli għall-kalkolu tat-taħlita residwa tal-konsum;

Jekk le, mur għat-tielet mistoqsija.

3.  L-impjant jinsab f’pajjiż b’sistema ta’ ċertifikat wieħed jew sistema b’diversi ċertifikati?

Jekk l-impjant ikun jinsab f’reġjun/pajjiż b’sistema ta’ ċertifikat wieħed, il-kriterji tal-asserzjoni unika jkunu ssodisfati. Uża t-taħlita tat-tip ta’ enerġija msemmija fl-istrument kuntrattwali.

Jekk l-impjant ikun jinsab f’reġjun/pajjiż b’sistema ta’ diversi ċertifikati, l-asserzjoni unika ma tkunx żgurata. Ikkuntattja lill-korp emittenti speċifiku għall-pajjiż (L-organizzazzjoni Ewropea li tirregola s-Sistema Ewropea taċ-Ċertifikati tal-Enerġija, http://www.aib-net.org) biex issir taf jekk għandekx bżonn titlob aktar minn strument kuntrattwali wieħed biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ għadd doppju.

Jekk ikun meħtieġ aktar minn strument kuntrattwali wieħed, itlob l-istrumenti kuntrattwali kollha mill-fornitur biex jiġi evitat l-għadd doppju;

Jekk ma jkunx possibbli li jiġi evitat l-għadd doppju, irrapporta dan fl-istudju dwar l-OEF u uża t-”taħlita residwa tal-grilja speċifika għall-pajjiż, it-taħlita tal-konsum”.

Kriterju 3

Jinħarġu u jinfdew kemm jista’ jkun qrib il-perjodu tal-konsum tal-elettriku li għalih jiġi applikat l-istrument kuntrattwali.

(1)   

European Residual Mix | AIB (aib-net.org)

4.4.2.3.    Kif għandha tiġi mmudellata t-“taħlita residwa tal-grilja speċifika għall-pajjiż, it-taħlita tal-konsum”

L-utent tal-metodu tal-OEF jenħtieġ li jidentifika settijiet tad-data xierqa għat-taħlita residwa tal-grilja, it-taħlita tal-konsum, għal kull tip ta’ enerġija, għal kull pajjiż u għal kull vultaġġ

Jekk ma jkun disponibbli l-ebda sett tad-data xieraq, jenħtieġ li jintuża l-approċċ li ġej: tiġi ddeterminata t-taħlita tal-konsum tal-pajjiż (eż. X % tal-MWh prodotti b’enerġija idroelettrika, Y % tal-MWh prodotti b’impjant tal-enerġija li jaħdem bil-faħam) u jiġu kkombinati mas-settijiet tad-data tal-LCI għal kull tip ta’ enerġija u pajjiż/reġjun (eż. sett tad-data tal-LCI għall-produzzjoni ta’ 1MWh ta’ enerġija idroelettrika fl-Iżvizzera).

1) 

Id-data dwar l-attivitajiet relatata mat-taħlita tal-konsum ta’ pajjiż mhux tal-UE għal kull tip ta’ enerġija dettaljata għandha tiġi ddeterminata abbażi ta’:

(a) 

it-taħlita tal-produzzjoni domestika għal kull teknoloġija ta’ produzzjoni;

(b) 

il-kwantità tal-importazzjoni u minn liema pajjiżi ġirien;

(c) 

it-telf mit-trażmissjoni;

(d) 

it-telf mid-distribuzzjoni;

(e) 

it-tip ta’ provvista tal-fjuwil (is-sehem tar-riżorsi użati, skont l-importazzjoni u/jew il-provvista domestika).

Din id-data jenħtieġ li tinstab fil-pubblikazzjonijiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE).

2) 

Is-settijiet tad-data tal-LCI disponibbli għal kull teknoloġija tal-fjuwil. Is-settijiet tad-data tal-LCI disponibbli huma ġeneralment speċifiċi għal pajjiż jew għal reġjun f’termini ta’:

(a) 

il-provvista tal-fjuwil (is-sehem tar-riżorsi użati, skont l-importazzjoni u/jew il-provvista domestika);

(b) 

il-proprjetajiet tat-trasportaturi tal-enerġija (eż. il-kontenut tal-elementi u tal-enerġija);

(c) 

l-istandards teknoloġiċi tal-impjanti tal-enerġija fir-rigward tal-effiċjenza, it-teknoloġija tal-kombustjoni, id-desulfurizzazzjoni tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija, it-tneħħija tal-NOx u t-tneħħija tat-trab.

4.4.2.4.    Post wieħed b’diversi prodotti u b’aktar minn taħlita waħda tal-elettriku

Din it-Taqsima tiddeskrivi kif wieħed għandu jipproċedi jekk parti biss mill-elettriku kkunsmat tkun koperta minn taħlita speċifika għall-fornitur jew minn ġenerazzjoni tal-elettriku fuq il-post u kif għandha tiġi allokata t-taħlita tal-elettriku fost il-prodotti mmanifatturati fl-istess post. B’mod ġenerali, is-suddiviżjoni tal-provvista tal-elettriku użata fost diversi prodotti hija bbażata fuq relazzjoni fiżika (eż. l-għadd ta’ biċċiet jew kg ta’ prodott). Jekk l-elettriku kkunsmat ikun ġej minn aktar minn taħlita waħda tal-elettriku, kull sors tat-taħlita għandu jintuża f’termini tal-proporzjon tiegħu fil-kWh totali kkunsmati. Pereżempju, jekk frazzjoni ta’ dan it-total ta’ kWh ikkunsmati tiġi minn fornitur speċifiku, għandha tintuża taħlita tal-elettriku speċifika għall-fornitur għal dan l-ammont. Ara t-Taqsima 4.4.2.7 għall-użu tal-elettriku fuq il-post.

Tip speċifiku ta’ elettriku jista’ jiġi allokat għal prodott speċifiku wieħed bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

Jekk il-produzzjoni (u l-konsum tal-elettriku relatat) ta’ prodott iseħħu f’sit (binja) separat, jista’ jintuża t-tip ta’ enerġija li jkun fiżikament relatat ma’ dan is-sit separat.

(b) 

Jekk il-produzzjoni (u l-konsum tal-elettriku relatat) ta’ prodott iseħħu fi spazju kondiviż ma’ metraġġ tal-enerġija jew rekords tax-xiri jew kontijiet tal-elettriku speċifiċi, tista’ tintuża l-informazzjoni speċifika għall-prodott (kejl, rekord, kont).

(c) 

Jekk il-prodotti kollha mmanifatturati fl-impjant speċifiku jiġu fornuti bi studju dwar l-OEF disponibbli għall-pubbliku, il-kumpanija li tkun tixtieq tagħmel l-asserzjoni relatata mal-enerġija użata għandha tagħmel l-istudji kollha dwar l-OEF disponibbli. Ir-regola tal-allokazzjoni applikata għandha tiġi deskritta fl-istudju dwar l-OEF, tiġi applikata b’mod konsistenti fl-istudji kollha dwar l-OEF marbuta mas-sit u tiġi vverifikata. Eżempju huwa l-allokazzjoni ta’ 100 % ta’ taħlita tal-elettriku aktar ekoloġika għal prodott speċifiku.

4.4.2.5.    Għal diversi postijiet li jipproduċu prodott wieħed

F’każ li prodott jiġi manifatturat f’postijiet differenti jew jinbiegħ f’pajjiżi differenti, it-taħlita tal-elettriku għandha tirrifletti l-proporzjonijiet tal-produzzjoni jew il-proporzjonijiet tal-bejgħ bejn il-pajjiżi/ir-reġjuni tal-UE. Biex jiġi ddeterminat il-proporzjon, għandha tintuża unità fiżika (eż. l-għadd ta’ biċċiet jew kg ta’ prodott). Għall-istudji dwar l-OEF fejn ma tkunx disponibbli tali data, għandha tintuża t-taħlita medja tal-konsum residwu tal-UE (UE+EFTA), jew taħlita residwa rappreżentattiva għar-reġjun. Għandhom jiġu applikati l-istess linji gwida ġenerali msemmija hawn fuq.

4.4.2.6.    Użu tal-elettriku fl-istadju tal-użu

Matul l-istadju tal-użu, għandha tintuża t-taħlita tal-grilja tal-konsum. It-taħlita tal-elettriku għandha tirrifletti l-proporzjonijiet tal-bejgħ bejn il-pajjiżi/ir-reġjuni tal-UE. Biex jiġi ddeterminat il-proporzjon, għandha tintuża unità fiżika (eż. l-għadd ta’ biċċiet jew kg ta’ prodott). Meta ma tkunx disponibbli tali data, għandha tintuża t-taħlita medja tal-konsum tal-UE (UE+EFTA), jew taħlita tal-konsum rappreżentattiva għar-reġjun.

4.4.2.7    Ġenerazzjoni tal-elettriku fuq il-post

Jekk il-produzzjoni tal-elettriku fuq il-post tkun daqs il-konsum tas-sit, japplikaw żewġ sitwazzjonijiet:

(a) 

ma jkun inbiegħ l-ebda strument kuntrattwali lil parti terza: l-utent tal-metodu tal-OEF għandu jimmudella t-taħlita tal-elettriku tiegħu stess (flimkien ma’ settijiet tad-data tal-LCI).

(b) 

ikunu nbiegħu strumenti kuntrattwali lil parti terza: l-utent tal-metodu tal-OEF għandu juża t-“taħlita tal-grilja residwa speċifika għall-pajjiż, it-taħlita tal-konsum” (flimkien ma’ settijiet tad-data tal-LCI).

Jekk l-ammont ta’ elettriku prodott jaqbeż l-ammont ikkunsmat fuq il-post fil-limitu definit tas-sistema u jinbiegħ lil, pereżempju, il-grilja tal-elettriku, din is-sistema tista’ titqies bħala sitwazzjoni multifunzjonali. Is-sistema se tipprovdi żewġ funzjonijiet (eż. prodott + elettriku) u għandhom jiġu segwiti r-regoli li ġejjin:

(a) 

Jekk ikun possibbli, għandha tiġi applikata s-suddiviżjoni. Dan japplika kemm għall-produzzjonijiet separati tal-elettriku kif ukoll għal produzzjoni komuni tal-elettriku fejn inti tista’ talloka, abbażi tal-ammonti tal-elettriku, l-emissjonijiet upstream u diretti għall-konsum proprju tiegħek kif ukoll għas-sehem li inti tbigħ lil parti terza (eż. jekk kumpanija tuża mitħna tar-riħ fuq is-sit tal-produzzjoni tagħha u tesporta 30 % tal-elettriku prodott, l-emissjonijiet relatati ma’ 70 % tal-elettriku prodott jenħtieġ li jitqiesu fl-istudju dwar l-OEF).

(b) 

Jekk ma jkunx possibbli, għandha tintuża sostituzzjoni diretta. It-taħlita tal-elettriku residwa għall-konsum speċifika għall-pajjiż għandha tintuża bħala sostituzzjoni ( 135 ). Is-suddiviżjoni ma titqiesx possibbli meta l-impatti upstream jew l-emissjonijiet diretti jkunu relatati mill-qrib mal-prodott innifsu.

4.4.3.    Trasport u loġistika

Għandhom jitqiesu l-parametri li ġejjin meta jiġu mmudellati l-attivitajiet tat-trasport:

(1) 

it-tip ta’ trasport: it-tip ta’ trasport, eż. bl-art (trakk, ferrovija, pajp), fuq l-ilma (dgħajsa, lanċa, barkun), jew bl-ajru (ajruplan);

(2) 

It-tip ta’ vettura: it-tip ta’ vettura skont it-tip ta’ trasport;

(3) 

Rata tat-tagħbija (=proporzjon ta’ utilizzazzjoni; ara t-Taqsima li jmiss) ( 136 ): l-impatti ambjentali huma marbutin b’mod dirett mar-rata tat-tagħbija reali, li għalhekk għandha tiġi kkunsidrata. Ir-rata tat-tagħbija taffettwa l-konsum tal-fjuwil tal-vettura;

(4) 

l-għadd ta’ vjaġġi lura mingħajr tagħbija: fejn applikabbli u rilevanti, għandu jitqies l-għadd ta’ vjaġġi lura vojta (jiġifieri l-proporzjon tad-distanza vvjaġġata biex tinġabar it-tagħbija li jmiss wara l-ħatt tal-prodott għad-distanza vvjaġġata biex jiġi ttrasportat il-prodott). Il-kilometri vvjaġġati mill-vettura vojta għandhom jiġu allokati lill-prodott. Fis-settijiet tad-data prestabbiliti tat-trasport, dan spiss diġà jitqies fil-proporzjon ta’ utilizzazzjoni prestabbilit.

(5) 

Distanza tat-trasport: id-distanzi tat-trasport għandhom jiġu dokumentati, billi jiġu applikati distanzi medji tat-trasport speċifiċi għall-kuntest li jkun qed jiġi kkunsidrat;

Fi ħdan is-settijiet tad-data konformi mal-EF, il-produzzjoni tal-fjuwil u l-konsum tal-fjuwil mill-vettura tat-trasport, l-infrastruttura meħtieġa u l-ammont ta’ riżorsi u għodod addizzjonali meħtieġa għall-operazzjonijiet loġistiċi (eż. krejnijiet u trasportaturi) huma inklużi fis-settijiet tad-data tat-trasport.

4.4.3.1.    Allokazzjoni tal-impatti mit-trasport – trasport bit-trakkijiet

Is-settijiet tad-data konformi mal-EF għat-trasport bit-trakkijiet huma għal kull tkm (tunnellata*km) li jesprimu l-impatt ambjentali għal tunnellata (t) ta’ prodott li jiġi ttrasportat għal 1km fi trakk b’ċerta tagħbija. It-tagħbija utli tat-trasport (= massa massima permessa) hija indikata fis-sett tad-data. Pereżempju, trakk ta’ 28-32 t għandu tagħbija utli ta’ 22 t; is-sett tad-data tal-LCA għal 1 tkm (mgħobbi kompletament) jesprimi l-impatt ambjentali għal 1 t ta’ prodott li jiġi ttrasportat għal 1km fi trakk mgħobbi ta’ 22 t. L-emissjonijiet tat-trasport jiġu allokati abbażi tal-massa tal-prodott trasportat u inti tikseb biss sehem ta’ 1/22 tal-emissjonijiet sħaħ tat-trakk. Meta t-tagħbija ttrasportata tkun anqas mill-kapaċità massima tat-tagħbija (eż. 10 t), l-impatt ambjentali għal 1 t tal-prodott jiġi affettwat b’żewġ modi. L-ewwel nett, it-trakk ikollu anqas konsum ta’ fjuwil għal kull tagħbija totali ttrasportata u t-tieni, l-impatt ambjentali tiegħu jiġi allokat mit-tagħbija ttrasportata (eż. 1/10 t). Meta l-massa ta’ merkanzija sħiħa tkun anqas mill-kapaċità ta’ tagħbija tat-trakk (eż. 10 t), it-trasport tal-prodott jista’ jitqies bħala limitat għall-volum. F’dan il-każ, l-impatt ambjentali għandu jiġi kkalkolat bl-użu tal-massa reali mgħobbija.

Fis-settijiet tad-data konformi mal-EF, it-tagħbija utli tat-trasport jenħtieġ li tiġi mmudellata b’mod parametrizzat permezz tal-proporzjon ta’ utilizzazzjoni. Il-proporzjon ta’ utilizzazzjoni jaffettwa (i) il-konsum totali tal-fjuwil tat-trakk u (ii) l-allokazzjoni għall-impatt għal kull tunnellata. Il-proporzjon ta’ utilizzazzjoni jiġi kkalkulat bħala l-kg ta’ tagħbija reali diviża bil-kg ta’ tagħbija utli u għandu jiġi aġġustat meta jintuża s-sett tad-data. F’każ li t-tagħbija reali tkun ta’ 0 kg, għandha tintuża tagħbija reali ta’ 1 kg għall-kalkolu. Il-vjaġġi ta’ ritorn vojta jistgħu jiġu inklużi fil-proporzjon ta’ utilizzazzjoni billi jitqies il-perċentwal ta’ km vojta misjuqa. eż., jekk it-trakk ikun mgħobbi kompletament għall-konsenja iżda jkun nofsu vojt mar-ritorn tiegħu, il-proporzjon ta’ utilizzazzjoni jkun (22 t tagħbija reali / 22 t tagħbija utli * 50 % km + 11 t tagħbija reali / 22 t tagħbija utli * 50 % km) = 75 %.

L-istudji dwar l-OEF għandhom jispeċifikaw il-proporzjon ta’ utilizzazzjoni li għandu jintuża għal kull tip ta’ trasport bit-trakkijiet immudellat u jindikaw b’mod ċar jekk il-proporzjon ta’ utilizzazzjoni jinkludix vjaġġi ta’ ritorn vojta. Japplikaw il-proporzjonijiet ta’ utilizzazzjoni prestabbiliti li ġejjin:

(a) 

Jekk it-tagħbija tkun limitata għall-massa: għandu jintuża proporzjon ta’ utilizzazzjoni prestabbilit ta’ 64 % ( 137 ), sakemm ma tkunx disponibbli data speċifika. Dan il-proporzjon ta’ utilizzazzjoni prestabbilit jinkludi vjaġġi ta’ ritorn vojta u għalhekk ma għandux jiġi mmudellat separatament.

(b) 

It-trasport bl-ingrossa (eż. it-trasport taż-żrar mill-fossa tal-estrazzjoni għall-impjant tal-konkrit) għandu jiġi mmudellat bi proporzjon ta’ utilizzazzjoni prestabbilit ta’ 50 % (100 % mgħobbi ’l barra u 0 % mgħobbi ’l ġewwa), sakemm ma tkunx disponibbli data speċifika.

4.4.3.2.    Allokazzjoni tal-impatti mit-trasport – trasport bil-vannijiet

Il-vannijiet spiss jintużaw għall-konsenja fid-djar, eż. il-konsenja ta’ kotba u ħwejjeġ jew il-konsenja fid-djar mill-bejjiegħa bl-imnut. Għall-vannijiet, il-fattur ta’ limitazzjoni huwa l-volum aktar milli l-massa. Jekk ma tkun disponibbli l-ebda informazzjoni speċifika biex jitwettaq l-istudju dwar l-OEF, għandu jintuża trakk ta’ <1,2 t bi proporzjon ta’ utilizzazzjoni prestabbilit ta’ 50 %. F’każ li ma jkun disponibbli l-ebda sett tad-data ta’ trakk ta’ <1,2 t, għandu jintuża trakk ta’ <7,5 t bħala approssimizzazzjoni, bi proporzjon ta’ utilizzazzjoni ta’ 20 %. Trakk ta’ <7,5 t b’tagħbija utli ta’ 3,3 t u proporzjon ta’ utilizzazzjoni ta’ 20 % għandu l-istess tagħbija bħal vann b’tagħbija utli ta’ 1,2 t u proporzjon ta’ utilizzazzjoni ta’ 50 %.

4.4.3.3.    Allokazzjoni tal-impatti mit-trasport – trasport tal-konsumatur

L-allokazzjoni tal-impatt tal-karozzi għandha tkun ibbażata fuq il-volum. Il-volum massimu li għandu jiġi kkunsidrat għat-trasport tal-konsumatur huwa ta’ 0,2 m3 (madwar 1/3 ta’ bagoll ta’ 0,6 m3). Għal prodotti akbar minn 0,2 m3, għandu jitqies l-impatt tat-trasport tal-karozza sħiħa. Għall-prodotti mibjugħa permezz ta’ supermarkets jew ċentri kummerċjali, il-volum tal-prodott (inkluż l-imballaġġ u l-ispazji vojta bħal bejn il-frott jew il-fliexken) għandu jintuża biex jiġu allokati l-piżijiet tat-trasport bejn il-prodotti ttrasportati. Il-fattur ta’ allokazzjoni għandu jiġi kkalkulat bħala l-volum tal-prodott trasportat diviż b’0,2 m3. Biex jiġi ssimplifikat l-immudellar, it-tipi l-oħra kollha ta’ trasport tal-konsumatur (bħax-xiri fi ħwienet speċjalizzati jew l-użu ta’ vjaġġi kkombinati) għandhom jiġu mmudellati daqslikieku jinbiegħu permezz ta’ supermarket.

4.4.3.4.    Xenarji prestabbiliti – mill-fornitur għall-fabbrika

Għall-fornituri li jinsabu fl-Ewropa, jekk ma tkun disponibbli l-ebda data speċifika biex jitwettaq l-istudju dwar l-OEF, f’dak il-każ għandha tintuża d-data prestabbilita pprovduta hawn taħt:

Għall-materjali tal-imballaġġ mill-impjanti tal-manifattura sal-impjanti tal-mili (minbarra l-ħġieġ; valuri bbażati fuq l-Eurostat 2015 ( 138 )), għandu jintuża x-xenarju li ġej:

(a) 

230 km bit-trakk (>32 t, EURO 4);

(b) 

280 km bil-ferrovija (ferrovija medja tal-merkanzija); u

(c) 

360 km bil-vapur (barkun).

Għat-trasport ta’ fliexken vojta, għandu jintuża x-xenarju li ġej:

(a) 

350 km bit-trakk (>32 t, EURO 4);

(b) 

39 km bil-ferrovija (ferrovija medja tal-merkanzija); u

(c) 

87 km bil-vapur (barkun).

Għall-prodotti l-oħra kollha mill-fornitur għall-fabbrika (valuri bbażati fuq l-Eurostat 2015 ( 139 )), għandu jintuża x-xenarju li ġej:

(a) 

130 km bit-trakk (>32 t, EURO 4);

(b) 

240 km bil-ferrovija (ferrovija medja tal-merkanzija); u

(c) 

270 km bil-vapur (barkun).

Għall-fornituri li jinsabu barra mill-Ewropa, jekk ma tkun disponibbli l-ebda data speċifika biex jitwettaq l-istudju dwar l-OEF, f’dak il-każ għandha tintuża d-data prestabbilita pprovduta hawn taħt:

(a) 

1 000 km bit-trakk (>32 t, EUR 4), għas-somma tad-distanzi mill-port/ajruport għall-fabbrika barra u ġewwa l-Ewropa; u

(b) 

18 000 km bil-vapur (kontejner transoċeaniku) jew 10 000 km bl-ajruplan (merkanzija).

(c) 

jekk il-pajjiż (oriġini) tal-produtturi jkun magħruf, id-distanza adegwata għall-vapur u għall-ajruplan jenħtieġ li tiġi ddeterminata bl-użu ta’ kalkolaturi speċifiċi ( 140 )

(d) 

f’każ li ma jkunx magħruf jekk il-fornitur ikunx jinsab fl-Ewropa jew barra minnha, it-trasport għandu jiġi mmudellat daqslikieku l-fornitur kien jinsab barra mill-Ewropa.

4.4.3.5.    Xenarji prestabbiliti – mill-fabbrika għall-klijent finali

It-trasport mill-fabbrika għall-klijent finali (inkluż it-trasport tal-konsumatur) għandu jiġi inkluż fl-istadju tad-distribuzzjoni tal-istudju dwar l-OEF. F’każ li ma tkun disponibbli l-ebda informazzjoni speċifika, ix-xenarju prestabbilit deskritt hawn taħt għandu jintuża bħala bażi. Il-valuri li ġejjin għandhom jiġu ddeterminati mill-utent tal-metodu tal-OEF (għandha tintuża informazzjoni speċifika, sakemm ma tkunx mhux disponibbli):

— 
il-proporzjon bejn il-prodotti mibjugħa permezz tal-bejgħ bl-imnut, iċ-ċentru ta’ distribuzzjoni (DC) u direttament lill-klijent finali;
— 
għall-fabbrika sal-klijent finali: il-proporzjon bejn il-ktajjen tal-provvista lokali, intrakontinentali u internazzjonali;
— 
għall-fabbrika sal-bejgħ bl-imnut: id-distribuzzjoni bejn il-ktajjen tal-provvista intrakontinentali u internazzjonali.

Illustrazzjoni 3

Xenarju prestabbilit tat-trasport

image

Dan li ġej huwa x-xenarju prestabbilit tat-trasport mill-fabbrika għall-klijent irrappreżentat fl-Illustrazzjoni 3:

1. 

X % mill-fabbrika għall-klijent finali:

X % katina tal-provvista lokali: 1 200 km bit-trakk (>32 t, EURO 4)
X % katina tal-provvista intrakontinentali: 3 500  km bit-trakk (>32 t, EURO 4)
X % katina tal-provvista internazzjonali: 1 000 km bit-trakk (>32 t, EURO 4) u 18 000 km bil-vapur (kontejner transoċeaniku). Innota li għal każijiet speċifiċi, jistgħu jintużaw ajruplan jew ferrovija minflok vapur.
2. 

X % mill-fabbrika għall-bejgħ bl-imnut/ċentru ta’ distribuzzjoni (DC):

X % katina tal-provvista lokali: 1 200 km bit-trakk (>32 t, EURO 4).
X % katina tal-provvista intrakontinentali: 3 500  km bit-trakk (>32 t, EURO 4).
X % katina tal-provvista internazzjonali: 1 000 km bit-trakk (>32 t, EURO 4) u 18 000 km bil-vapur (kontejner transoċeaniku). Innota li għal każijiet speċifiċi, jistgħu jintużaw ajruplan jew ferrovija minflok vapur.
3. 

X % mid-DC għall-klijent finali:

100 % lokali: 250 km vjaġġ bir-ritorn bil-vann (trakk <7,5 t, EURO 3, rata ta’ utilizzazzjoni ta’ 20 %).
4. 

X % mill-bejjiegħ bl-imnut għall-klijent finali:

62 %: 5 km, bil-karozza tal-passiġġieri (medja)
5 %: 5 km vjaġġ bir-ritorn, bil-vann (trakk <7,5 t, EURO 3 bi proporzjon ta’ utilizzazzjoni ta’ 20 %)
33 %: l-ebda impatt immudellat

Għall-prodotti li jistgħu jerġgħu jintużaw, it-trasport ta’ ritorn mill-bejgħ bl-imnut/DC għall-fabbrika għandu jiġi mmudellat flimkien mat-trasport meħtieġ biex wieħed imur għall-bejgħ bl-imnut/DC. Għandhom jintużaw l-istess distanzi ta’ trasport mill-fabbrika tal-prodott sal-klijent finali (ara hawn fuq). Madankollu, il-proporzjon ta’ utilizzazzjoni tat-trakkijiet jista’ jkun limitat għall-volum skont it-tip ta’ prodott.

Il-prodotti ffriżati jew imkessħa għandhom jiġu ttrasportati fi friżi jew f’apparat li jkessaħ.

4.4.3.6.    Xenarji prestabbiliti – mill-ġbir fi tmiem il-ħajja għat-trattament ta’ tmiem il-ħajja

It-trasport minn fejn jinġabru l-prodotti fl-EoL tagħhom sa fejn jiġu ttrattati jista’ diġà jkun inkluż fis-settijiet tad-data tal-LCA dwar il-landfills, l-inċinerazzjoni u r-riċiklaġġ.

Madankollu, hemm xi każijiet fejn tista’ tkun meħtieġa data prestabbilita addizzjonali fl-istudju dwar l-OEF. Il-valuri li ġejjin għandhom jintużaw f’każ li ma tkun disponibbli l-ebda data aħjar:

(a) 

trasport tal-konsumatur mid-dar sal-post tas-separazzjoni: 1 km bil-karozza tal-passiġġieri;

(b) 

trasport mill-post tal-ġbir sal-metanizzazzjoni: 100 km bit-trakk (>32 t, EURO 4);

(c) 

trasport mill-post tal-ġbir għall-ikkompostjar: 30 km bit-trakk (trakk <7,5 t, EURO).

4.4.4.    Oġġetti kapitali – infrastruttura u tagħmir

L-oġġetti kapitali (inkluża l-infrastruttura) u l-EoL tagħhom jenħtieġ li jiġu esklużi, sakemm ma jkunx hemm evidenza minn studji preċedenti li dawn ikunu rilevanti. Jekk jiġu inklużi oġġetti kapitali, ir-rapport dwar l-OEF għandu jinkludi spjegazzjoni ċara u estensiva dwar għaliex ikunu rilevanti, filwaqt li jirrapporta s-suppożizzjonijiet kollha li jkunu saru.

4.4.5.    Ħżin fiċ-ċentru ta’ distribuzzjoni jew tal-bejgħ bl-imnut

L-attivitajiet ta’ ħżin jikkunsmaw enerġija u gassijiet refriġeranti. Għandha tintuża d-data prestabbilita li ġejja, sakemm ma tkunx disponibbli data aħjar.

— 
Konsum tal-enerġija fiċ-ċentru tad-distribuzzjoni: il-konsum tal-enerġija mill-ħżin huwa ta’ 30 kWh/m2/sena u 360 MJ mixtrija (= maħruqin fil-bojler) jew 10 Nm3 ta’ gass naturali/m2·fis-sena (jekk tuża l-valur għal kull Nm3, tinsiex tikkunsidra l-emissjonijiet mill-kombustjoni, mhux biss il-produzzjoni tal-gass naturali). Għaċ-ċentri li fihom sistemi ta’ tkessiħ, l-użu addizzjonali ta’ enerġija għall-ħżin imkessaħ jew iffriżat huwa ta’ 40 kWh/m3·fis-sena (b’suppożizzjoni ta’ għoli ta’ 2 m għall-friġġijiet u l-friżers). Għaċ-ċentri bi ħżin kemm ambjentali kif ukoll imkessaħ: 20 % tal-erja tad-DC tkun imkessħa jew iffriżata. Nota: l-enerġija użata għall-ħżin imkessaħ jew iffriżat hija biss l-enerġija użata biex tinżamm it-temperatura.
— 
Konsum tal-enerġija fil-bejgħ bl-imnut: Konsum ġenerali tal-enerġija ta’ 300 kWh/m2/sena għas-superfiċe kollha tal-binja għandu jitqies bħala l-livell prestabbilit. Għall-bejgħ bl-imnut speċjalizzat fi prodotti mhux tal-ikel/mhux tax-xorb, għandu jitqies konsum ta’ 150 kWh/m2·fis-sena għas-superfiċe kollha tal-binja. Għall-bejgħ bl-imnut speċjalizzat fi prodotti tal-ikel/xorb, għandu jitqies konsum ta’ 400 kWh/m2·fis-sena għas-superfiċe kollha tal-binja flimkien ma’ konsum tal-enerġija għall-ħżin imkessaħ u ffriżat ta’ 1 900 kWh/m2·fis-sena u 2 700 kWh/m2·fis-sena rispettivament (PERIFEM u ADEME, 2014).
— 
Konsum u tnixxijiet ta’ gassijiet refriġeranti fid-DCs b’sistemi ta’ tkessiħ: il-kontenut ta’ gass fil-friġġijiet u l-friżers huwa ta’ 0,29 kg R404A għal kull m2 (OEFSR tal-bejgħ bl-imnut ( 141 )). Titqies tnixxija annwali ta’ 10 % (Palandre 2003). Għall-porzjon ta’ gassijiet refriġeranti li jibqgħu fit-tagħmir fi tmiem il-ħajja, 5 % jiġu emessi fi tmiem il-ħajja u l-frazzjoni li jifdal tiġi ttrattata bħala skart perikoluż.

Il-porzjon tal-emissjonijiet u tar-riżorsi emessi jew użati fis-sistemi tal-ħżin biss għandu jiġi allokat lill-prodott maħżun. Din l-allokazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-ispazju (f’m3) u ż-żmien (f’ġimgħat) okkupati mill-prodott maħżun. Għal dan, il-kapaċità totali tal-ħżin tas-sistema għandha tkun magħrufa, u l-volum speċifiku għall-prodott u ż-żmien tal-ħżin għandhom jintużaw biex jiġi kkalkolat il-fattur ta’ allokazzjoni (bħala l-proporzjon bejn il-volum speċifiku għall-prodott*iż-żmien u l-volum tal-kapaċità tal-ħżin*iż-żmien).

DC medju huwa preżunt li jaħżen 60 000 m3 tal-prodott, li minnhom 48 000 m3 għall-ħżin ambjentali u 12 000 m3 għall-ħżin imkessaħ jew iffriżat. Għal 52 ġimgħa ta’ ħżin, għandha tiġi preżunta kapaċità ta’ ħżin totali prestabbilita ta’ 3 120 000 m3*ġimgħat/sena.

Post tal-bejgħ bl-imnut medju huwa preżunt li jaħżen 2 000 m3 ta’ prodotti (jekk wieħed jassumi li 50 % tal-erja tal-binja ta’ 2 000 m2 hija koperta bi xkafef li huma għoljin 2 m) fuq 52 ġimgħa, jiġifieri 104 000 m3 * ġimgħat/sena.

4.4.6.    Proċedura tal-kampjunar

F’xi każijiet, l-utent tal-metodu tal-OEF ikun jeħtieġ proċedura ta’ kampjunar biex jillimita l-ġbir tad-data għal kampjun rappreżentattiv biss ta’ impjanti, azjendi agrikoli, eċċ. L-utent tal-metodu tal-OEF għandu (i) jispeċifika fir-rapport dwar l-OEF jekk ikunx ġie applikat kampjunar, (ii) isegwi r-rekwiżiti deskritti f’din it-Taqsima u (iii) jindika liema approċċ intuża.

Eżempji ta’ każijiet meta tista’ tkun meħtieġa l-proċedura ta’ kampjunar huma dawk fejn ikunu involuti diversi siti ta’ produzzjoni fil-produzzjoni tal-istess prodott. Eż. jekk l-istess materja prima/materjal ta’ input ikun ġej minn diversi siti jew jekk l-istess proċess jiġi esternalizzat lil aktar minn sottokuntrattur/fornitur wieħed.

Il-kampjun rappreżentattiv għandu jinkiseb permezz ta’ kampjun stratifikat, jiġifieri wieħed li jiżgura li s-sottopopolazzjonijiet (strata) ta’ popolazzjoni partikolari jkunu rappreżentati b’mod adegwat fil-kampjun kollu ta’ studju ta’ riċerka.

L-użu ta’ kampjun stratifikat jippermetti aktar preċiżjoni minn kampjun aleatorju sempliċi, sakemm is-sottopopolazzjonijiet ikunu ntgħażlu sabiex l-elementi tal-istess sottopopolazzjoni jkunu simili kemm jista’ jkun f’termini tal-karatteristiċi ta’ interess. Barra minn hekk, kampjun stratifikat jiggarantixxi kopertura aħjar tal-popolazzjoni ( 142 ).

Għandha tiġi applikata l-proċedura li ġejja sabiex jintgħażel kampjun rappreżentattiv bħala kampjun stratifikat:

i. 

tiġi definita l-popolazzjoni;

ii. 

jiġu definiti sottopopolazzjonijiet omoġenji (stratifikazzjoni);

iii. 

jiġu definiti s-sottokampjuni fil-livell tas-sottopopolazzjoni;

iv. 

jiġi definit il-kampjun għall-popolazzjoni billi wieħed jibda mid-definizzjoni tas-sottokampjuni fil-livell tas-sottopopolazzjoni.

4.4.6.1.    Kif għandhom jiġu definiti sottopopolazzjonijiet omoġenji (stratifikazzjoni)

L-istratifikazzjoni hija l-proċess tat-tqassim tal-membri tal-popolazzjoni f’sottogruppi omoġenji (sottopopolazzjonijiet) qabel il-kampjunar. Is-sottopopolazzjonijiet jenħtieġ li jkunu reċiprokament esklużivi: kull element fil-popolazzjoni għandu jiġi assenjat lil sottopopolazzjoni waħda biss.

Jeħtieġ li jiġu kkunsidrati l-aspetti li ġejjin fl-identifikazzjoni tas-sottopopolazzjonijiet:

(a) 

id-distribuzzjoni ġeografika tas-siti;

(b) 

it-teknoloġija/ il-prattiki tal-biedja involuti;

(c) 

il-kapaċità tal-produzzjoni tal-kumpaniji/siti kkunsidrati.

Jistgħu jiżdiedu aspetti addizzjonali li għandhom jiġu kkunsidrati.

L-għadd ta’ sottopopolazzjonijiet għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

Nsp = g * t * c [Ekwazzjoni 1]

— 
Nsp: l-għadd ta’ sottopopolazzjonijiet;
— 
g : l-għadd ta’ pajjiżi li fihom jinsabu s-siti/l-impjanti/l-azjendi agrikoli;
— 
t : l-għadd ta’ teknoloġiji/prattiki tal-biedja;
— 
c : l-għadd ta’ klassijiet ta’ kapaċità tal-kumpaniji;

F’każ li jiġu kkunsidrati aspetti addizzjonali, l-għadd ta’ sottopopolazzjonijiet jiġi kkalkulat bl-użu tal-formula ta’ hawn fuq pprovduta u l-multiplikazzjoni tar-riżultat bl-għadd ta’ klassijiet identifikati għal kull aspett addizzjonali (eż. dawk is-siti li għandhom fis-seħħ sistema ta’ ġestjoni jew rappurtar ambjentali).

Eżempju 1

Jiġi identifikat l-għadd ta’ sottopopolazzjonijiet għall-popolazzjoni li ġejja:

Minn 350 bidwi li jinsabu fl-istess reġjun fi Spanja, il-bdiewa kollha għandhom bejn wieħed u ieħor l-istess produzzjoni annwali u jużaw l-istess tekniki ta’ ħsad.

F’dan il-każ:

g=1

:

il-bdiewa kollha jinsabu fl-istess pajjiż

t=1

:

il-bdiewa kollha jużaw l-istess tekniki ta’ ħsad

c=1

:

il-kapaċità tal-kumpaniji hija kważi l-istess (jiġifieri għandhom l-istess produzzjoni annwali)

Nsp = g * t * c = 1 * 1 * 1 = 1

Sottopopolazzjoni waħda biss tista’ tiġi identifikata bħala li tikkoinċidi mal-popolazzjoni.

Eżempju 2

350 bidwi huma distribwiti fi tliet pajjiżi differenti (100 fi Spanja, 200 fi Franza u 50 fil-Ġermanja). Jintużaw żewġ tekniki ta’ ħsad differenti, u dawn ivarjaw b’mod rilevanti (Spanja: 70 teknika A, 30 teknika B; Franza 100 teknika A, 100 teknika B; Il-Ġermanja 50 teknika A). Il-kapaċità tal-bdiewa f’termini ta’ produzzjoni annwali tvarja bejn 10 000 t u 100 000 t. Skont ġudizzju espert / letteratura rilevanti, ġie stmat li l-bdiewa bi produzzjoni annwali ta’ anqas minn 50 000 t huma kompletament differenti f’termini ta’ effiċjenza meta mqabbla mal-bdiewa bi produzzjoni annwali ta’ aktar minn 50 000 t. Abbażi tal-produzzjoni annwali huma definiti żewġ klassijiet ta’ kumpaniji: il-klassi 1, jekk il-produzzjoni tkun anqas minn 50 000 u l-klassi 2, jekk il-produzzjoni tkun ta’ aktar minn 50 000 . (Spanja: 80 klassi 1, 20 klassi 2; Franza 50 klassi 1, 150 klassi 2; Il-Ġermanja 50 klassi 1.)

It-Tabella 6 tinkludi d-dettalji dwar il-popolazzjoni.

Tabella 6

Identifikazzjoni tas-sottopopolazzjoni għall-Eżempju 2

Sottopopolazzjoni

Pajjiż

Teknoloġija

Kapaċità

1

Spanja

100

Teknika A

70

Klassi 1

50

2

Spanja

Teknika A

Klassi 2

20

3

Spanja

Teknika B

30

Klassi 1

30

4

Spanja

Teknika B

Klassi 2

0

5

Franza

200

Teknika A

100

Klassi 1

20

6

Franza

Teknika A

Klassi 2

80

7

Franza

Teknika B

100

Klassi 1

30

8

Franza

Teknika B

Klassi 2

70

9

Il-Ġermanja

50

Teknika A

50

Klassi 1

50

10

Il-Ġermanja

Teknika A

Klassi 2

0

11

Il-Ġermanja

Teknika B

0

Klassi 1

0

12

Il-Ġermanja

Teknika B

Klassi 2

0

F’dan il-każ:

g=3

:

tliet pajjiżi

t=2

:

huma identifikati żewġ tekniki differenti ta’ ħsad

c=2

:

huma identifikati żewġ klassijiet ta’ produzzjoni

Nsp = g * t * c = 3 * 2 * 2 = 12

Huwa possibbli li jiġu identifikati massimu ta’ 12-il sottopopolazzjoni li huma miġburin fil-qosor fit-Tabella 7:

Tabella 7

Sommarju tas-sottopopolazzjoni għall-eżempju 2

Sottopopolazzjoni

Pajjiż

Teknoloġija

Kapaċità

Għadd ta’ kumpaniji fis-sottopopolazzjoni

1

Spanja

Teknika A

Klassi 1

50

2

Spanja

Teknika A

Klassi 2

20

3

Spanja

Teknika B

Klassi 1

30

4

Spanja

Teknika B

Klassi 2

0

5

Franza

Teknika A

Klassi 1

20

6

Franza

Teknika A

Klassi 2

80

7

Franza

Teknika B

Klassi 1

30

8

Franza

Teknika B

Klassi 2

70

9

Il-Ġermanja

Teknika A

Klassi 1

50

10

Il-Ġermanja

Teknika A

Klassi 2

0

11

Il-Ġermanja

Teknika B

Klassi 1

0

12

Il-Ġermanja

Teknika B

Klassi 2

0

4.4.6.2.    Kif għandu jiġi definit id-daqs tas-sottokampjun fil-livell tas-sottopopolazzjoni

Ladarba jkunu ġew identifikati s-sottopopolazzjonijiet, għandu jiġi kkalkulat id-daqs tal-kampjun ta’ kull waħda (id-daqs tas-sottokampjun). Huma possibbli żewġ approċċi alternattivi:

i. 

Abbażi tal-produzzjoni totali tas-sottopopolazzjoni:

L-utent tal-metodu tal-OEF għandu jidentifika l-perċentwal tal-produzzjoni li se tkopri kull sottopopolazzjoni. Dan ma għandux ikun anqas minn 50 %, espress fl-unità rilevanti. Dan il-perċentwal jiddetermina d-daqs tal-kampjun fi ħdan is-sottopopolazzjoni.

ii. 

Abbażi tal-għadd ta’ siti/azjendi agrikoli/impjanti involuti fis-sottopopolazzjoni:

Id-daqs meħtieġ tas-sottokampjun għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-għerq kwadrat tad-daqs tas-sottopopolazzjoni.

image

— 
nSS: id-daqs meħtieġ tas-sottokampjun
— 
nSP: id-daqs tas-sottopopolazzjoni

L-approċċ magħżul għandu jiġi speċifikat fir-rapport dwar l-OEF. L-istess approċċ għandu jintuża għas-sottopopolazzjonijiet kollha magħżula.

Eżempju

Tabella 8

Eżempju: kif għandu jiġi kkalkulat l-għadd ta’ kumpaniji f’kull sottokampjun

Sottopopolazzjoni

Pajjiż

Teknoloġija

Kapaċità

Għadd ta’ kumpaniji fis-sottopopolazzjoni

Għadd ta’ kumpaniji fil-kampjun (daqs tas-sottokampjun, [nSS])

1

Spanja

Teknika A

Klassi 1

50

7

2

Spanja

Teknika A

Klassi 2

20

5

3

Spanja

Teknika B

Klassi 1

30

6

4

Spanja

Teknika B

Klassi 2

0

0

5

Franza

Teknika A

Klassi 1

20

5

6

Franza

Teknika A

Klassi 2

80

9

7

Franza

Teknika B

Klassi 1

30

6

8

Franza

Teknika B

Klassi 2

70

8

9

Il-Ġermanja

Teknika A

Klassi 1

50

7

10

Il-Ġermanja

Teknika A

Klassi 2

0

0

11

Il-Ġermanja

Teknika B

Klassi 1

0

0

12

Il-Ġermanja

Teknika B

Klassi 2

0

0

4.4.6.3.    Kif għandu jiġi definit il-kampjun għall-popolazzjoni

Il-kampjun rappreżentattiv tal-popolazzjoni jikkorrispondi għas-somma tas-sottokampjuni fil-livell tas-sottopopolazzjoni.

4.4.6.4.    X’għandu jsir f’każ li jkun meħtieġ ittondjar

Jekk ikun meħtieġ ittondjar, għandha tiġi applikata r-regola ġenerali użata fil-matematika:

(a) 

Jekk in-numru li tkun qiegħed tittondja jkun segwit minn 5, 6, 7, 8, jew 9, ittondja n-numru ’l fuq.

(b) 

Jekk in-numru li tkun qiegħed tittondja jkun segwit minn 0, 1, 2, 3, jew 4, ittondja n-numru ’l isfel.

4.4.7.    Rekwiżiti tal-immudellar għall-istadju tal-użu

L-istadju tal-użu spiss jinvolvi diversi proċessi. Għandha ssir distinzjoni bejn (i) proċessi indipendenti mill-prodott u (ii) proċessi dipendenti mill-prodott.

(i) 

Il-proċessi indipendenti mill-prodott ma għandhom l-ebda relazzjoni mal-mod kif jiġi diżinjat jew distribwit il-prodott. L-impatti tal-proċessi tal-istadju tal-użu se jibqgħu l-istess għall-prodotti kollha f’din is-(sotto)kategorija tal-prodott anke jekk il-produttur jibdel il-karatteristiċi tal-prodott. Għalhekk, huma ma jikkontribwixxu għall-ebda forma ta’ differenzjazzjoni bejn żewġ prodotti jew jistgħu saħansitra jaħbu d-differenza. Eżempji huma l-użu ta’ tazza għax-xorb tal-inbid (meta jitqies li l-prodott ma jiddeterminax differenza fl-użu tat-tazza); il-ħin tal-qali meta jintuża ż-żejt taż-żebbuġa; l-użu tal-enerġija għat-togħlija ta’ litru ilma użat għall-preparazzjoni tal-kafè magħmul minn kafè instantanju bl-ingrossa; u l-magna tal-ħasil użata għal deterġenti qawwijin għall-ħasil tal-ħwejjeġ (oġġett kapitali).

(ii) 

Il-proċessi dipendenti mill-prodott huma determinati jew influwenzati direttament jew indirettament mid-disinn tal-prodott jew huma relatati mal-istruzzjonijiet għall-użu tal-prodott. Dawn il-proċessi jiddependu fuq il-karatteristiċi tal-prodott u għalhekk jgħinu biex jiddifferenzjaw bejn żewġ prodotti. L-istruzzjonijiet kollha pprovduti mill-produttur u diretti lejn il-konsumatur (permezz ta’ tikketti, siti web jew mezzi oħra) għandhom jitqiesu bħala dipendenti mill-prodott. Eżempji ta’ struzzjonijiet huma l-indikazzjonijiet dwar għal kemm ħin irid jissajjar l-ikel, kemm irid jintuża ilma, jew fil-każ tax-xorb, it-temperatura rakkomandata li jisserva u l-kundizzjonijiet tal-ħżin. Eżempju ta’ proċess dipendenti dirett huwa l-enerġija użata mit-tagħmir elettriku f’kundizzjonijiet normali.

Il-proċessi dipendenti mill-prodott għandhom jiġu inklużi fil-limitu tas-sistema tal-istudju dwar l-OEF. Il-proċessi indipendenti mill-prodott għandhom jiġu esklużi mil-limitu tas-sistema u tista’ tiġi pprovduta informazzjoni kwalitattiva.

Għall-prodotti finali, ir-riżultati tal-LCIA għandhom jiġu rrapportati għal (i) iċ-ċiklu tal-ħajja totali u (ii) iċ-ċiklu tal-ħajja totali eskluż l-istadju tal-użu.

4.4.7.1.    Approċċ ibbażat fuq il-funzjoni ewlenija jew approċċ delta

L-immudellar tal-istadju tal-użu jista’ jsir b’modi differenti. Ħafna drabi l-impatti u l-attivitajiet relatati jiġu mmudellati b’mod sħiħ, pereżempju l-konsum totali tal-elettriku meta tintuża magna tal-kafè, jew il-ħin totali tat-tisjir u l-konsum tal-gass relatat meta jitgħalla l-għaġin. F’dawn il-każijiet, il-proċessi tal-istadju tal-użu biex jinxtorob il-kafè jew biex jittiekel l-għaġin huma relatati mal-funzjoni ewlenija tal-prodott (imsejjaħ “approċċ ibbażat fuq il-funzjoni ewlenija”).

F’xi każijiet, l-użu ta’ prodott jista’ jinfluwenza l-impatt ambjentali ta’ prodott ieħor, kif deskritt fl-eżempji li ġejjin:

(a) 

Cartridge tat-toner ma huwiex “responsabbli” għall-karta li jistampa fuqha. Iżda jekk cartridge tat-toner immanifatturat mill-ġdid jaħdem b’mod anqas effiċjenti u jikkawża aktar telf ta’ karti meta mqabbel ma’ cartridge oriġinali, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat it-telf addizzjonali tal-karti. F’dak il-każ, it-telf tal-karti huwa proċess dipendenti fuq il-prodott tal-istadju tal-użu ta’ cartridge mmanifatturat mill-ġdid.

(b) 

Il-konsum tal-enerġija matul l-istadju tal-użu tas-sistema tal-batterija/taċ-ċarġer ma huwiex relatat mal-ammont ta’ enerġija maħżuna u rilaxxata mill-batterija. Dan jirreferi biss għat-telf ta’ enerġija f’kull ċiklu ta’ tagħbija, li jista’ jkun ikkawżat mis-sistema tat-tagħbija jew mit-telf intern fil-batterija.

F’dawn il-każijiet, l-attivitajiet u l-proċessi addizzjonali biss jenħtieġ li jiġu allokati għall-prodott (eż. il-karta u l-enerġija għall-cartridge tat-toner immanifatturat mill-ġdid u l-batterija rispettivament). Il-metodu ta’ allokazzjoni jinvolvi t-teħid tal-prodotti assoċjati kollha fis-sistema (f’dan il-każ, il-karta u l-enerġija), u l-allokazzjoni tal-konsum żejjed ta’ dawn il-prodotti assoċjati lill-prodott li jkun meqjus responsabbli għal dan l-eċċess. Dan jirrikjedi li jiġi definit ammont ta’ ta’ referenza tal-konsum għal kull prodott assoċjat (eż. ta’ enerġija u materjali), li jirreferi għall-konsum minimu li huwa essenzjali biex tiġi pprovduta l-funzjoni. Il-konsum ’il fuq minn din ir-referenza (id-delta) imbagħad jiġi allokat lill-prodott (imsejjaħ “approċċ Delta”) ( 143 ).

Dan l-approċċ għandu jintuża biss biex jiżdiedu l-impatti u biex jitqies il-konsum addizzjonali ’l fuq mir-referenza. Biex tiġi definita s-sitwazzjoni ta’ referenza, għandhom jiġu kkunsidrati dawn li ġejjin, jekk ikunu disponibbli:

(a) 

ir-regolamenti applikabbli għall-prodott fl-ambitu;

(b) 

l-istandards jew l-istandards armonizzati;

(c) 

ir-rakkomandazzjonijiet mill-manifatturi jew mill-organizzazzjonijiet tal-manifatturi;

(d) 

l-użu ta’ ftehimiet stabbiliti b’kunsens fi gruppi ta’ ħidma speċifiċi għas-settur.

L-utent tal-metodu tal-OEF huwa liberu li jiddeċiedi liema approċċ jittieħed u għandu jiddeskrivi dak applikat fir-rapport dwar l-OEF (l-approċċ ibbażat fuq il-funzjoni ewlenija jew l-approċċ delta).

4.4.7.2.    Immudellar tal-istadju tal-użu

Il-Parti D tal-Anness IV tipprovdi data prestabbilita li għandha tintuża biex jiġu mmudellati l-attivitajiet tal-istadju tal-użu. Jekk tkun disponibbli, jenħtieġ li tintuża data aħjar, u din għandha ssir trasparenti u ġġustifikata fir-rapport dwar l-OEF.

4.4.8.    Immudellar tal-kontenut riċiklat u ta’ tmiem il-ħajja

Il-kontenut riċiklat u tmiem il-ħajja għandhom jiġu mmudellati bl-użu tal-formula tal-impronta ċirkolari (CFF) fl-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja fejn isseħħ l-attività. It-Taqsimiet li ġejjin jiddeskrivu l-formula u l-parametri li għandhom jintużaw u kif għandhom jiġu applikati għall-prodotti finali u intermedji (Taqsima 4.4.8.12).

4.4.8.1.    Il-formula tal-impronta ċirkolari (CFF)

Il-formula tal-impronta ċirkolari hija kombinazzjoni ta’ “materjal + enerġija + rimi”, jiġifieri:

Ekwazzjoni 3

Il-formula tal-impronta ċirkolari (CFF)

image

Parametri tas-CFF

A

:

il-fattur ta’ allokazzjoni tal-piżijiet u l-krediti bejn il-fornitur u l-utent tal-materjali riċiklati.

B

:

il-fattur ta’ allokazzjoni tal-proċessi ta’ rkupru tal-enerġija. Dan japplika kemm għall-piżijiet kif ukoll għall-krediti.

Qsin:

:

il-kwalità tal-materjal sekondarju li jidħol, jiġifieri l-kwalità tal-materjal riċiklat fil-punt tas-sostituzzjoni.

Qsout:

:

il-kwalità tal-materjal sekondarju li joħroġ, jiġifieri l-kwalità tal-materjal riċiklabbli fil-punt tas-sostituzzjoni.

Qp:

:

il-kwalità tal-materjal primarju, jiġifieri l-kwalità tal-materjal verġni.

R1:

:

il-proporzjon ta’ materjal fl-input għall-produzzjoni li ġie rriċiklat minn sistema preċedenti.

R2:

:

il-proporzjon tal-materjal fil-prodott li se jiġi riċiklat (jew użat mill-ġdid) f’sistema sussegwenti. Għalhekk, R2 għandu jqis l-ineffiċjenzi fil-proċessi tal-ġbir u tar-riċiklaġġ (jew tal-użu mill-ġdid). R2 għandu jitkejjel fl-output tal-impjant tar-riċiklaġġ.

R3:

:

il-proporzjon tal-materjal fil-prodott li jintuża għall-irkupru tal-enerġija fl-EoL.

Eriċiklat (Eriċ):

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mill-proċess ta’ riċiklaġġ tal-materjal riċiklat (użat mill-ġdid), inkluż il-proċess tal-ġbir, tas-separazzjoni u tat-trasport.

EriċiklaġġEoL (EriċEoL)

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mill-proċess ta’ riċiklaġġ fl-EoL, inklużi il-proċessi tal-ġbir, tas-separazzjoni u tat-trasport.

Ev:

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mill-akkwist u l-ipproċessar minn qabel ta’ materjal verġni.

E*v

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mill-akkwist u l-ipproċessar minn qabel ta’ materjal verġni preżunt li jiġi sostitwit b’materjali riċiklabbli.

EER:

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mill-proċess ta’ rkupru tal-enerġija (eż. inċinerazzjoni bl-irkupru tal-enerġija, landfill bl-irkupru tal-enerġija, eċċ.).

ESE,sħana u ESE,elett:

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li kienu jirriżultaw mis-sors speċifiku tal-enerġija ssostitwit, mis-sħana u mill-elettriku rispettivament.

ED

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mir-rimi tal-materjal ta’ skart fl-EoL tal-prodott analizzat, mingħajr l-irkupru tal-enerġija.

XER,sħana u XER,elett

:

l-effiċjenza tal-proċess ta’ rkupru tal-enerġija kemm għas-sħana kif ukoll għall-elettriku.

LHV

:

valur aktar baxx ta’ tisħin tal-materjal fil-prodott użat għall-irkupru tal-enerġija.

L-utenti tal-metodu tal-OEF għandhom jirrappurtaw il-parametri kollha użati. Il-valuri prestabbiliti għal xi parametri (A, R1, R2, R3 u Qs/Qp għall-imballaġġ) huma disponibbli fil-Parti C tal-Anness IV ( 144 ) (ara t-Taqsimiet li ġejjin għal aktar dettalji): l-utenti tal-metodu tal-OEF għandhom jirreferu għall-verżjoni tal-Parti C tal-Anness IV li jkunu qed jużaw ( 145 ).

4.4.8.2.    Il-fattur A

Il-fattur A jalloka l-piżijiet u l-krediti mir-riċiklaġġ u mill-produzzjoni ta’ materjal verġni bejn żewġ ċikli tal-ħajja (jiġifieri dak li jforni u dak li juża l-materjal riċiklat) u għandu l-għan li jirrifletti r-realtajiet tas-suq.

Fattur A ugwali għal 1 jirrifletti approċċ ta’ 100:0 (jiġifieri l-krediti jingħataw biss lill-kontenut riċiklat), filwaqt li fattur A ugwali għal 0 jirrifletti approċċ ta’ 0:100 (jiġifieri l-krediti jingħataw biss lill-materjali riċiklabbli fl-EoL).

Fl-istudji dwar l-OEF, il-valuri tal-fattur A għandhom ikunu fil-medda ta’ 0,2 ≤ A ≤ 0,8, biex dejjem jaqbdu ż-żewġ aspetti tar-riċiklaġġ (il-kontenut riċiklat u r-riċiklabbiltà fi tmiem il-ħajja).

L-ixprun li jiddetermina l-valuri tal-fattur A huwa l-analiżi tas-sitwazzjoni tas-suq. Dan ifisser li:

1) 

A = 0,2 – offerta baxxa ta’ materjali riċiklabbli u domanda għolja: il-formula tiffoka fuq ir-riċiklabbiltà fl-EoL.

2) 

A = 0,8 –offerta għolja ta’ materjali riċiklabbli u domanda baxxa: il-formula tiffoka fuq il-kontenut riċiklat.

3) 

A = 0,5 –ekwilibriju bejn l-offerta u d-domanda: il-formula tiffoka kemm fuq ir-riċiklabbiltà fl-EoL kif ukoll fuq il-kontenut riċiklat.

Valuri A prestabbiliti speċifiċi għall-applikazzjoni u speċifiċi għall-materjal huma disponibbli fil-Parti C tal-Anness IV. Għandha tiġi applikata l-proċedura li ġejja (f’ordni ġerarkika) biex jintgħażel il-valur ta’ A li għandu jintuża fi studju dwar l-OEF:

1) 

iċċekkja fil-Parti C tal-Anness IV jekk ikunx disponibbli valur A speċifiku għall-applikazzjoni li jkun adattat għall-istudju dwar l-OEF,

2) 

jekk ma jkunx disponibbli valur A speċifiku għall-applikazzjoni, għandu jintuża l-valur A speċifiku għall-materjal fil-Parti C tal-Anness IV,

3) 

jekk ma jkunx disponibbli valur A speċifiku għall-materjal, l-utent għandu japplika valur A ta’ 0,5.

4.4.8.3.    Il-fattur B

Il-fattur B jintuża bħala fattur ta’ allokazzjoni tal-proċessi ta’ rkupru tal-enerġija. Dan japplika kemm għall-piżijiet kif ukoll għall-krediti. Il-krediti jirreferu għall-ammont ta’ sħana u elettriku mibjugħa, mhux għall-enerġija totali prodotta, filwaqt li jitqiesu l-varjazzjonijiet rilevanti fuq perjodu ta’ 12-il xahar, eż.

Fl-istudji dwar l-OEF, il-valur B għandu, b’mod prestabbilit, ikun ugwali għal 0, sakemm ma jkunx disponibbli valur xieraq ieħor fil-Parti C tal-Anness IV.

Biex jiġi evitat l-għadd doppju bejn is-sistema attwali u dik sussegwenti f’każ ta’ rkupru tal-enerġija, is-sistema sussegwenti għandha timmudella l-użu tal-enerġija proprju tagħha mill-proċessi ta’ rkupru tal-enerġija bħala enerġija primarja (jekk il-valur B ikun ġie stabbilit f’valur li ma jkunx 0 fis-sistema upstream, l-utent tal-metodu tal-OEF għandu jiżgura li ma jseħħ l-ebda għadd doppju).

4.4.8.4.    Il-punt ta’ sostituzzjoni

Huwa neċessarju li jiġi determinat il-punt ta’ sostituzzjoni biex tiġi applikata l-parti “materjali” tal-formula. Il-punt ta’ sostituzzjoni huwa l-punt fil-katina tal-valur fejn materjali sekondarji jissostitwixxu l-materjali primarji.

Il-punt ta’ sostituzzjoni jenħtieġ li jiġi identifikat f’korrispondenza mal-proċess fejn il-flussi tal-input jiġu minn 100 % sorsi primarji u 100 % sorsi sekondarji (il-livell 1 fl Illustrazzjoni 4). F’xi każijiet, il-punt ta’ sostituzzjoni jista’ jiġi identifikat wara li jkun seħħ xi taħlit ta’ flussi ta’ materjali primarji u sekondarji (il-livell 2 fl- Illustrazzjoni 4).

— 
Punt ta’ sostituzzjoni fil-livell 1: dan jikkorrispondi, pereżempju, għall-punt fejn ir-ruttam tal-metall, il-ħġieġ mormi u l-polpa jiġu miżjuda mal-proċess.
— 
Punt ta’ sostituzzjoni fil-livell 2: dan jikkorrispondi, pereżempju, għall-punt fejn pereżempju ingotti tal-metall, ħġieġ u karta jiġu miżjuda mal-proċess.

Il-punt ta’ sostituzzjoni f’dan il-livell jista’ jiġi applikat biss jekk is-settijiet tad-data użati għall-immudellar, eż. ta’ Eriċ u Ev, iqisu l-flussi (medji) reali fir-rigward tal-materjal primarju u sekondarju. Pereżempju, jekk Eriċ jikkorrispondi għall-“produzzjoni ta’ 1 t ta’ materjal sekondarju” (ara l- Illustrazzjoni 4) u jkollu input medju ta’ 10 % minn materja prima primarja, l-ammont ta’ materjali primarji, flimkien mal-piżijiet ambjentali tagħhom, għandu jiġi inkluż fis-sett tad-data tal-Eriċ.

Illustrazzjoni 4

Punt ta’ sostituzzjoni fil-livell 1 u fil-livell 2

image

L-Illustrazzjoni 4 hija rappreżentazzjoni skematika ta’ sitwazzjoni ġenerika (il-flussi huma 100 % primarji u 100 % sekondarji). Fil-prattika, f’xi sitwazzjonijiet, jista’ jiġi identifikat aktar minn punt wieħed ta’ sostituzzjoni fi stadji differenti fil-katina tal-valur, kif rappreżentat fl- Illustrazzjoni 5, fejn, pereżempju, ir-ruttam ta’ żewġ kwalitajiet differenti jiġi pproċessat fi stadji differenti.

Illustrazzjoni 5

Eżempju ta’ punti ta’ sostituzzjoni fi stadji differenti fil-katina tal-valur.

image

4.4.8.5.    Il-proporzjonijiet tal-kwalità: Qsin/Qp u Qsout/Qp

Fis-CFF jintużaw żewġ proporzjonijiet tal-kwalità, biex titqies il-kwalità kemm tal-materjali riċiklati li jidħlu kif ukoll ta’ dawk li joħorġu: Qsin/Qp u Qsout/Qp.

Issir distinzjoni bejn żewġ każijiet differenti:

(a) 

Jekk Ev=E*v, ikunu meħtieġa ż-żewġ proporzjonijiet tal-kwalità: il-Qsin/Qp assoċjat mal-kontenut riċiklat, u l-Qsout/Qp assoċjat mar-riċiklabbiltà fl-EoL. Il-fatturi tal-kwalità qegħdin hemm biex jaqbdu l-użu mill-ġdid inferjuri ta’ materjal meta mqabbel mal-materjal primarju oriġinali u, f’xi każijiet, jistgħu jaqbdu l-effett ta’ ċirkwiti multipli ta’ riċiklaġġ.

(b) 

Jekk Ev≠E*v, ikun meħtieġ proporzjon wieħed tal-kwalità: il-Qsin/Qp assoċjat mal-kontenut riċiklat. F’dan il-każ, E*v jirreferi għall-Unità tar-rapportar tal-materjal sostitwit f’applikazzjoni speċifika. Pereżempju, il-plastik riċiklat biex jiġi prodott bank immudellat permezz tas-sostituzzjoni tas-siment għandu jqis ukoll il-“kemm”, “għal kemm żmien” u “kemm huwa tajjeb”. Għalhekk, il-parametru E*v jintegra indirettament il-parametru Qsout/Qp, u għalhekk il-parametri Qsout u Qp ma humiex parti mis-CFF.

Il-proporzjonijiet tal-kwalità għandhom jiġu ddeterminati fil-punt ta’ sostituzzjoni u għal kull applikazzjoni jew materjal.

Il-kwantifikazzjoni tal-proporzjonijiet tal-kwalità għandha tkun ibbażata fuq dan li ġej:

(a) 

Aspetti ekonomiċi: jiġifieri l-proporzjon tal-prezz tal-materjali sekondarji meta mqabbel mal-materjali primarji fil-punt ta’ sostituzzjoni. Jekk il-prezz tal-materjali sekondarji jkun ogħla minn dak tal-materjali primarji, il-proporzjonijiet tal-kwalità għandhom jiġu stabbiliti għal 1.

(b) 

Meta l-aspetti ekonomiċi jkunu anqas rilevanti mill-aspetti fiżiċi, jistgħu jintużaw dawn tal-aħħar.

Il-materjali tal-imballaġġ użati mill-industrija spiss ikunu l-istess f’setturi u fi gruppi ta’ prodotti differenti: Il-Parti C tal-Anness IV tipprovdi worksheet waħda b’valuri Qsin/Qp u Qsout/Qp applikabbli għall-materjali tal-imballaġġ. Il-kumpanija li twettaq studju dwar l-OEF tista’ tuża valuri differenti, li għandhom ikunu trasparenti u ġġustifikati fir-rapport dwar l-OEF.

4.4.8.6.    Kontenut riċiklat (R1)

Il-valuri R1 applikati għandhom ikunu speċifiċi għall-kumpanija jew sekondarji prestabbiliti (speċifiċi għall-applikazzjoni), skont l-informazzjoni aċċessibbli għall-kumpanija li twettaq l-istudju dwar l-OEF. Il-valuri R1 sekondarji prestabbiliti (speċifiċi għall-applikazzjoni) huma disponibbli fil-Parti C tal-Anness IV. Għandha tiġi applikata l-proċedura li ġejja (f’ordni ġerarkika) biex jintgħażel il-valur R1 li għandu jintuża fi studju dwar l-OEF:

(a) 

Il-valuri speċifiċi għall-katina tal-provvista għandhom jintużaw meta l-proċess jitmexxa mill-kumpanija li tkun qed twettaq l-istudju dwar l-OEF jew meta l-proċess ma jitmexxiex mill-kumpanija li tkun qed twettaq l-istudju dwar l-OEF iżda l-kumpanija jkollha aċċess għal informazzjoni speċifika (għall-kumpanija). (Is-Sitwazzjoni 1 u s-Sitwazzjoni 2 tal-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data (DNM), ara t-Taqsima 4.6.5.4).

(b) 

Fil-każijiet l-oħra kollha, għandhom jiġu applikati l-valuri R1 sekondarji prestabbiliti tal-Parti C tal-Anness IV (speċifiċi għall-applikazzjoni).

(c) 

Meta ma jkun disponibbli l-ebda valur speċifiku għall-applikazzjoni fil-Parti C tal-Anness IV, R1 għandu jiġi stabbilit għal 0 %. (valuri speċifiċi għall-materjal ibbażati fuq l-istatistika tas-suq tal-provvista ma humiex aċċettati bħala proxy u għalhekk ma għandhomx jintużaw).

Il-valuri R1 applikati għandhom ikunu soġġetti għall-verifika tal-istudju dwar l-OEF.

4.4.8.7.    Linji gwida meta jintużaw valuri R1 speċifiċi għall-kumpanija

Meta jintużaw valuri R1 speċifiċi għall-kumpanija għajr 0, it-traċċabbiltà tul il-katina tal-provvista hija obbligatorja. Għandhom jiġu segwiti l-linji gwida ġenerali li ġejjin:

1) 

l-informazzjoni tal-fornitur (pereżempju permezz tad-dikjarazzjoni tal-konformità jew in-nota tal-konsenja) għandha tinżamm matul l-istadji kollha tal-produzzjoni u tal-konsenja fil-konvertitur;

2) 

ladarba l-materjal jiġi kkonsenjat lill-konvertitur għall-produzzjoni tal-prodotti finali, il-konvertitur għandu jittratta l-informazzjoni permezz tal-proċeduri amministrattivi regolari tiegħu;

3) 

il-konvertitur għall-produzzjoni tal-prodotti finali li jiddikjaraw kontenut riċiklat għandu juri permezz tas-sistema ta’ ġestjoni tiegħu l-perċentwal [%] ta’ materjal ta’ input riċiklat fil-prodott(i) finali rispettiv(i).

4) 

din id-dimostrazzjoni tal-aħħar għandha tiġi ttrasferita fuq talba lill-persuna li tuża l-prodott finali. Jekk jiġi kkalkulat u rrapportat profil tal-OEF, dan għandu jiġi ddikjarat bħala informazzjoni teknika addizzjonali tal-profil tal-OEF.

5) 

Is-sistemi ta’ traċċabbiltà tal-industrija jew tal-kumpanija jistgħu jiġu applikati sakemm dawn ikopru l-linji gwida ġenerali deskritti hawn fuq. Jekk le, dawn għandhom jiġu ssupplimentati bil-linji gwida ġenerali ta’ hawn fuq.

Għall-industrija tal-imballaġġ, huma rakkomandati l-linji gwida speċifiċi għall-industrija li ġejjin:

1) 

għall-industrija tal-ħġieġ tal-kontenituri: ir-Regolament tal-Kummissjoni Ewropea Nru 1179/2012. Dan ir-Regolament jitlob dikjarazzjoni ta’ konformità pprovduta mill-produttur tal-ħġieġ mormi.

2) 

għall-industrija tal-karta: is-Sistema Ewropea ta’ Identifikazzjoni tal-Karta Rkuprata (CEPI – Konfederazzjoni tal-Industriji Ewropej tal-Karta, 2008). Dan id-dokument jippreskrivi regoli u gwida dwar l-informazzjoni u l-passi meħtieġa, b’nota ta’ konsenja li għandha tasal fir-reception tal-impjant.

3) 

għall-kartun tax-xorb, sa issa ma jintuża l-ebda kontenut riċiklat. Jekk ikun meħtieġ, f’dan il-każ għandhom jintużaw l-istess linji gwida użati għall-karta peress li huma l-aktar xierqa (il-kartun tax-xorb huwa kopert minn kategorija ta’ grad ta’ karta rkuprata fil-lista Ewropea ta’ gradi ta’ skart tal-karta, EN643).

4) 

għall-industrija tal-plastik: Standard EN 15343:2007. Dan l-istandard jippreskrivi regoli u linji gwida dwar it-traċċabbiltà. Il-fornitur tal-materjal riċiklat huwa mitlub jipprovdi informazzjoni speċifika.

4.4.8.8.    Linji gwida dwar kif għandu jiġi ttrattat ir-ruttam qabel il-konsum

Meta jiġi ttrattat ir-ruttam qabel il-konsum, jistgħu jiġu applikati żewġ għażliet:

Għażla 1: l-impatti biex jiġi prodott il-materjal ta’ input li jwassal għar-ruttam ta’ qabel il-konsum inkwistjoni għandhom jiġu allokati lis-sistema tal-prodott li tkun iġġenerat dan ir-ruttam. Ir-ruttam jiġi ddikjarat bħala kontenut riċiklat qabel il-konsum. Il-limiti tal-proċess u r-rekwiżiti tal-immudellar fl-applikazzjoni tas-CFF huma murija fl-Illustrazzjoni 6.

Illustrazzjoni 6

Għażla tal-immudellar meta r-ruttam qabel il-konsum jiġi ddikjarat bħala kontenut riċiklat qabel il-konsum

image

Għażla 2: Kwalunkwe materjal li jiċċirkola f’katina ta’ proċessi jew f’ġabra ta’ ktajjen ta’ proċessi huwa eskluż milli jiġi definit bħala kontenut riċiklat u ma huwiex inkluż fl-R1. Ir-ruttam ma jiġix iddikjarat bħala kontenut riċiklat qabel il-konsum. Il-limiti tal-proċess u r-rekwiżiti tal-immudellar fl-applikazzjoni tas-CFF huma murija fl- Illustrazzjoni 7.

Illustrazzjoni 7

Għażla tal-immudellar meta r-ruttam qabel il-konsum ma jiġix iddikjarat bħala kontenut riċiklat qabel il-konsum

image

4.4.8.9.    Rata tal-output tar-riċiklaġġ (R2)

Il-parametru R2 jirreferi għar-“rata tal-output tar-riċiklaġġ”: L-Illustrazzjoni 8 tipprovdi rappreżentazzjoni viżwali. Ħafna drabi, il-valuri jkunu disponibbli għall-punt 8 ( 146 ) fl- Illustrazzjoni 8, għalhekk dawn il-valuri għandhom jiġu kkoreġuti għar-rata reali tal-output tar-riċiklaġġ (il-punt 10) b’kont meħud tat-telf possibbli tal-proċess. Fl- Illustrazzjoni 8, ir-rata tal-output tar-riċiklaġġ (R2) tikkorrispondi għall-punt 10.

Illustrazzjoni 8

Skema ta’ riċiklaġġ bi ġbir simplifikat ta’ materjal

image

Id-disinn u l-kompożizzjoni tal-prodott jiddeterminaw jekk il-materjal tiegħu jkunx fil-fatt adattat għar-riċiklaġġ. Għalhekk, qabel ma jintgħażel il-valur R2 xieraq, għandha ssir evalwazzjoni tar-riċiklabbiltà tal-materjal u l-istudju dwar l-OEF għandu jinkludi dikjarazzjoni dwar ir-riċiklabbiltà tal-materjali/prodotti.

Id-dikjarazzjoni dwar ir-riċiklabbiltà għandha tiġi pprovduta flimkien ma’ evalwazzjoni għar-riċiklabbiltà li tinkludi evidenza għat-tliet kriterji li ġejjin (kif deskritt fl-EN ISO 14021:2016, it-Taqsima 7.7.4 “Metodoloġija tal-evalwazzjoni”).

1) 

Is-sistemi tal-ġbir, tas-separazzjoni u tal-konsenja għat-trasferiment tal-materjali mis-sors għall-faċilità ta’ riċiklaġġ huma disponibbli b’mod konvenjenti għal proporzjon raġonevoli tax-xerrejja, tax-xerrejja potenzjali u tal-utenti tal-prodott;

2) 

Jeżistu faċilitajiet ta’ riċiklaġġ biex jakkomodaw il-materjali miġbura;

3) 

Hemm evidenza disponibbli biex turi li l-prodott li għalih tkun qed tiġi ddikjarata r-riċiklabbiltà jkun qed jinġabar u jiġi riċiklat. Għall-fliexken tal-PET, jenħtieġ li jintużaw il-linji gwida tal-Pjattaforma Ewropea għall-Fliexken tal-PET (EPBP) (https://www.epbp.org/design-guidelines), filwaqt li għall-plastik ġeneriku, jenħtieġ li tintuża r-riċiklabbiltà sa mit-tfassil (www.recoup.org).

Jekk kriterju wieħed ma jiġix issodisfat, jew il-linji gwida għar-riċiklabbiltà speċifiċi għas-settur jindikaw riċiklabbiltà limitata, għandu jiġi applikat valur R2 ta’ 0 %. Il-punti 1) u 3) jistgħu jiġu ppruvati permezz ta’ statistika dwar ir-riċiklaġġ, li jenħtieġ li tkun speċifika għall-pajjiż derivata minn assoċjazzjonijiet tal-industrija jew korpi nazzjonali. Tista’ tiġi pprovduta approssimizzazzjoni għall-evidenza fil-punt 3) billi jiġi applikat, pereżempju, id-disinn għall-evalwazzjoni tar-riċiklabbiltà deskritt fl-EN 13430 Riċiklaġġ tal-materjal (l-Annessi A u B) jew linji gwida oħra dwar ir-riċiklabbiltà speċifiċi għas-settur jekk ikunu disponibbli.

Il-valuri R2 prestabbiliti speċifiċi għall-applikazzjoni huma disponibbli fil-Parti C tal-Anness II. Għandha tiġi segwita l-proċedura li ġejja biex jintgħażel il-valur R2 li għandu jintuża fi studju dwar l-OEF:

(a) 

Għandhom jintużaw il-valuri speċifiċi għall-kumpanija meta jkunu disponibbli, wara li tkun ġiet evalwata r-riċiklabbiltà.

(b) 

Jekk ma jkun disponibbli l-ebda valur speċifiku għall-kumpanija u l-kriterji użati għall-evalwazzjoni tar-riċiklabbiltà jiġu ssodisfati (ara hawn fuq), għandhom jintużaw valuri R2 speċifiċi għall-applikazzjoni billi jintgħażel il-valur xieraq disponibbli fil-Parti C tal-Anness II:

— 
jekk ma jkunx disponibbli valur R2 għal pajjiż speċifiku, f’dak il-każ għandha tintuża l-medja Ewropea;
— 
jekk ma jkunx disponibbli valur R2 għal applikazzjoni speċifika, għandhom jintużaw il-valuri R2 tal-materjal (eż. il-medja tal-materjali);
— 
f’każ li ma jkun hemm l-ebda valur R2 disponibbli, R2 għandu jiġi ssettjat għal 0.

Innota li jistgħu jiġu pprovduti valuri R2 ġodda lill-Kummissjoni biex jiġu implimentati fil-Parti C tal-Anness II. Il-valuri R2 proposti ġodda (ibbażati fuq statistika ġdida) għandhom jiġu pprovduti flimkien ma’ rapport ta’ studju li jindika s-sorsi u l-kalkoli, u jiġu rieżaminati minn parti terza indipendenti esterna. Il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-valuri l-ġodda jkunux aċċettabbli u jistgħux jiġu implimentati f’verżjoni aġġornata tal-Parti C tal-Anness II. Ladarba l-valuri R2 il-ġodda jiġu integrati fil-Parti C tal-Anness II, dawn jistgħu jintużaw minn kwalunkwe studju dwar l-OEF.

Il-valuri R2 applikati għandhom ikunu soġġetti għall-verifika tal-istudju dwar l-OEF.

4.4.8.10.    Il-valur R3

Il-valur R3 huwa l-proporzjon tal-materjal tal-prodott li jintuża għall-irkupru tal-enerġija fl-EoL. l-valuri R3 applikati għandhom ikunu speċifiċi għall-kumpanija jew valuri prestabbiliti meħuda mill-Parti C tal-Anness IV, skont l-informazzjoni disponibbli għall-kumpanija li twettaq l-istudju dwar l-OEF. Għandha tiġi applikata l-proċedura li ġejja (f’ordni ġerarkika) biex jintgħażel il-valur ta’ R3 li għandu jintuża fi studju dwar l-OEF:

(a) 

Il-valuri speċifiċi għall-katina tal-provvista għandhom jintużaw meta l-proċess jitmexxa mill-kumpanija li tkun qed twettaq l-istudju dwar l-OEF jew meta l-proċess ma jitmexxiex mill-kumpanija li tkun qed twettaq l-istudju dwar l-OEF iżda dik il-kumpanija jkollha aċċess għal informazzjoni speċifika (għall-kumpanija). (Is-Sitwazzjoni 1 u s-Sitwazzjoni 2 tad-DNM, ara t-Taqsima 4.6.5.4).

(b) 

Fil-każijiet l-oħra kollha, għandhom jiġu applikati l-valuri R3 sekondarji prestabbiliti tal-Parti C tal-Anness IV.

(c) 

Meta ma jkun disponibbli l-ebda valur fil-Parti C tal-Anness II, jistgħu jintużaw valuri ġodda għall-R3 (bl-użu ta’ statistika jew sorsi oħra ta’ data) jew għandhom jiġu stabbiliti għal 0 %.

Il-valuri R3 applikati għandhom ikunu soġġetti għall-verifika tal-istudju dwar l-OEF.

4.4.8.11.    Eriċiklat (Eriċ) u EriċiklaġġEoL (EriċEoL)

Eriċ u EriċEoL huma l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mill-proċess ta’ riċiklaġġ tal-materjal riċiklat u fl-EoL. Il-limitu tas-sistema ta’ Eriċ u EriċEoL għandu jqis l-emissjonijiet r-riżorsi kkunsmati kollha mill-ġbir sal-punt definit ta’ sostituzzjoni.

Jekk il-punt ta’ sostituzzjoni jiġi identifikat fil-“livell 2”, Eriċ u EriċEoL għandhom jiġu mmudellati bl-użu tal-flussi reali tal-input. Għalhekk, jekk porzjon mill-flussi tal-input ikun minn materja prima primarja, dan għandu jiġi inkluż fis-settijiet tad-data użati għall-immudellar ta’ Eriċ u EriċEoL.

F’xi każijiet, Eriċ jista’ jikkorrispondi għal EriċEoL, pereżempju f’każijiet fejn iseħħu ċrieki magħluqa.

4.4.8.12.    E*v

E*v huma l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mill-akkwist u l-ipproċessar minn qabel ta’ materjal verġni preżunt li jiġi sostitwit b’materjali riċiklabbli. Meta E*v prestabbilit ikun ugwali għal Ev, l-utent għandu jassumi li materjal riċiklabbli fl-EoL ikun qed jissostitwixxi l-istess materjal verġni li jkun intuża fin-naħa tal-input biex jiġi prodott il-materjal riċiklabbli.

Meta E*v ikun differenti minn Ev., l-utent għandu jipprovdi evidenza li materjal riċiklabbli jkun qed jissostitwixxi materjal verġni differenti minn dak li jipproduċi l-materjal riċiklabbli.

Jekk E*v ≠ Ev, E*v jirrappreżenta l-ammont reali ta’ materjal verġni ssostitwit bil-materjal riċiklabbli. ’każijiet bħal dawn, E*v ma jiġix immultiplikat bi Qsout/Qp, minħabba li dan il-parametru jitqies indirettament meta jiġi kkalkolat l-“ammont reali” ta’ materjal verġni sostitwit. Tali ammont għandu jiġi kkalkolat billi jitqies li l-materjal verġni sostitwit u l-materjal riċiklabbli iservu daqs xulxin u jkunu ta’ kwalità ugwali (jiġifieri li jissodisfaw l-istess funzjoni f’termini ta’ “għal kemm żmien” u “kemm huwa tajjeb”). E*v għandu jiġi ddeterminat abbażi ta’ evidenza tas-sostituzzjoni reali tal-materjal verġni magħżul.

4.4.8.13.    Kif għandha tiġi applikata l-formula meta jiġu inklużi prodotti intermedji fil-portafoll tal-prodotti

Il-parametri relatati mal-EoL tal-prodotti intermedji li jappartjenu għall-PP (jiġifieri r-riċiklabbiltà fi tmiem il-ħajja, l-irkupru tal-enerġija, ir-rimi) ma għandhomx jitqiesu.

Jekk il-formula tiġi applikata fl-istudji dwar l-OEF għall-prodotti intermedji (studji “mill-benniena sal-grada”), l-utent tal-istudju dwar l-OEF għandu:

1) 

juża l-Ekwazzjoni 3 (CFF), u

2) 

jeskludi l-EoL billi jissettja l-parametri R2, R3, u Ed ugwali għal 0, għall-prodotti fl-ambitu;

3) 

juża u jirrapporta r-riżultati b’żewġ valuri A għall-prodott fl-ambitu:

(a) 

Issettjar ta’ A = 1: għandu jintuża bħala l-valur prestabbilit fil-kalkolu tal-profil tal-OEF. Dan il-valur japplika biss għall-kontenut riċiklat tal-prodott(i) fil-PP fl-ambitu. L-għan ta’ dan l-issettjar huwa li jippermetti li l-analiżi tal-hotspots tkun iffokata fuq is-sistema reali.

(b) 

Issettjar ta’ A = il-valuri prestabbiliti speċifiċi għall-applikazzjoni jew għall-materjal: dawn ir-riżultati għandhom jiġu rrapportati bħala “informazzjoni teknika addizzjonali” u għandhom jintużaw meta jinħolqu settijiet tad-data konformi mal-EF. L-għan ta’ dan l-issettjar huwa li jippermetti li jintuża l-valur A korrett meta s-sett tad-data jintuża f’immudellar futur.

It-Tabella 9 tipprovdi sommarju dwar kif għandha tiġi applikata s-CFF, skont studju li jiffoka fuq prodotti finali, jew prodotti intermedji.

Tabella 9

Tabella sommarju dwar kif għandha tiġi applikata s-CFF f’sitwazzjonijiet differenti

Valur A

Prodotti finali

Prodotti intermedji

A = 1

-

għandha (hotspot u profil tal-OEF)

A = prestabbilit

Għandu

għandha (informazzjoni teknika addizzjonali u sett tad-data konformi mal-EF)

4.4.8.14.    Kif għandhom jiġu ttrattati aspetti speċifiċi

Irkupru tal-irmied tal-qiegħ jew tal-gagazza mill-inċinerazzjoni

L-irkupru tal-irmied tal-qiegħ/ gagazza għandu jiġi inkluż fil-valur R2 (ir-rata tal-output tar-riċiklaġġ) tal-prodott/ materjal oriġinali. It-trattament tagħhom jinsab fi ħdan l-EriċEoL.

Landfill u inċinerazzjoni bl-irkupru tal-enerġija

Kull meta proċess, bħar-rimi f’landfill bl-irkupru tal-enerġija jew l-inċinerazzjoni ta’ skart solidu muniċipali bl-irkupru tal-enerġija, iwassal għall-irkupru tal-enerġija, dan għandu jiġi mmudellat taħt il-parti tal-“enerġija” fl-Ekwazzjoni 3 (CFF). Il-kreditu jiġi kkalkolat abbażi tal-ammont ta’ enerġija tal-output li jintuża barra mill-proċess.

Skart solidu muniċipali

Il-Parti C tal-Anness IV fiha valuri prestabbiliti għal kull pajjiż li għandhom jintużaw biex jiġi kkwantifikat is-sehem li jmur għar-rimi f’landfills u s-sehem li jmur għall-inċinerazzjoni, sakemm ma jkunux disponibbli valuri speċifiċi għall-katina tal-provvista.

Kompost u diġestjoni anaerobika/trattament tad-drenaġġ

Il-kompost, inkluż id-diġestat li joħroġ mid-diġestjoni anaerobika, għandu jiġi ttrattat fil-parti tal-“materjal” (Ekwazzjoni 3) bħar-riċiklaġġ b’A = 0,5. Il-parti enerġetika tad-diġestjoni anaerobika għandha tiġi ttrattata bħala proċess normali ta’ rkupru tal-enerġija taħt il-parti tal-“enerġija”

tal-Ekwazzjoni 3 CFF).

Materjali ta’ skart użati bħala fjuwil

Meta l-materjal ta’ skart jintuża bħala fjuwil (eż. skart tal-plastik użat bħala fjuwil fil-fran tas-siment), dan għandu jiġi ttrattat bħala proċess ta’ rkupru tal-enerġija taħt il-parti tal-“enerġija”

tal-Ekwazzjoni 3 (CFF).

Immudellar ta’ prodotti kumplessi

Meta jitqiesu prodotti kumplessi (eż. ċirkwiti stampati) b’ġestjoni kumplessa tal-EoL, is-settijiet tad-data prestabbiliti għall-proċessi ta’ trattament tal-EoL diġà jistgħu jimplimentaw is-CFF. Il-valuri prestabbiliti tal-parametri għandhom jirreferu għal dawk fil-Parti C tal-Anness IV u għandhom ikunu disponibbli bħala informazzjoni dwar il-metadata fis-sett tad-data. Il-Lista tal-Materjali (BoM) jenħtieġ li tittieħed bħala punt tat-tluq għall-kalkoli jekk ma tkun disponibbli l-ebda data prestabbilita.

Użu mill-ġdid u rinnovazzjoni

Jekk l-użu mill-ġdid/ir-rinnovazzjoni ta’ prodott jirriżultaw fi prodott bi speċifikazzjonijiet differenti tal-prodott (li jipprovdi funzjoni oħra), dan għandu jitqies bħala parti mis-CFF, bħala forma ta’ riċiklaġġ. Il-partijiet il-qodma li jkunu nbidlu matul ir-rinnovazzjoni għandhom jiġu mmudellati taħt is-CFF.

F’dan il-każ, l-attivitajiet ta’ użu mill-ġdid/rinnovazzjoni jaqgħu taħt il-parametru EriċEoL, filwaqt li l-funzjoni alternattiva pprovduta (jew il-produzzjoni evitata ta’ partijiet jew komponenti) taqa’ taħt il-parametru E*v.

4.4.9.    Ħajja estiża tal-prodott

L-estensjoni tal-ħajja ta’ prodott minħabba l-użu mill-ġdid jew ir-rinnovazzjoni ta’ prodott tista’ tirriżulta f’dan li ġej:

1. 

Prodott bl-ispeċifikazzjonijiet oriġinali tal-prodott (li jipprovdi l-istess funzjoni)

F’din is-sitwazzjoni, it-tul tal-ħajja tal-prodott jiġi estiż għal prodott bl-ispeċifikazzjonijiet oriġinali tal-prodott (li jipprovdi l-istess funzjoni) u għandu jiġi inkluż fl-RU u fil-PP ( 147 ) u fil-fluss ta’ referenza. L-utent tal-metodu tal-OEF għandu jiddeskrivi kif l-użu mill-ġdid jew ir-rinnovazzjoni jkunu inklużi fil-kalkolu tal-fluss ta’ referenza u l-mudell taċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ, b’kont meħud ta’ “għal kemm żmien” tal-FU.

2. 

Prodott bi speċifikazzjonijiet differenti tal-prodott (li jipprovdi funzjoni oħra).

Dan għandu jitqies bħala parti mis-CFF, bħala forma ta’ riċiklaġġ (ara t-Taqsima 4.4.8.13 Kif għandha tiġi applikata l-formula). Barra minn hekk, il-partijiet il-qodma li jkunu nbidlu matul ir-rinnovazzjoni għandhom jiġu mmudellati taħt is-CFF.

4.4.9.1.    Rati ta’ użu mill-ġdid (is-sitwazzjoni 1 fit-Taqsima 4.4.9)

Ir-rata ta’ użu mill-ġdid hija l-għadd ta’ drabi li materjal jintuża fil-fabbrika. Din spiss tissejjaħ ir-rati tal-vjaġġi, iż-żmien tal-użu mill-ġdid jew l-għadd ta’ rotazzjonijiet. Din tista’ tiġi espressa bħala l-għadd assolut ta’ użu mill-ġdid jew bħala %.

Pereżempju: rata ta’ użu mill-ġdid ta’ 80 % hija ugwali għal 5 użi mill-ġdid. L-Ekwazzjoni 4 tiddeskrivi l-konverżjoni:

image

L-għadd ta’ użi mill-ġdid applikat hawnhekk jirreferi għall-għadd totali ta’ użi matul il-ħajja tal-materjal. Dan jinkludi kemm l-ewwel użu kif ukoll l-użi mill-ġdid kollha ta’ wara.

4.4.9.2    Kif għandha tiġi applikata u mmudellata r-“rata ta’ użu mill-ġdid” (is-sitwazzjoni 1 fit-Taqsima 4.4.9)

L-għadd ta’ drabi li materjal jerġa’ jintuża jaffettwa l-profil ambjentali tal-prodott fi stadji differenti taċ-ċiklu tal-ħajja. Il-ħames passi li ġejjin jispjegaw kif l-utent għandu jimmudella l-istadji differenti taċ-ċiklu tal-ħajja b’materjali li jistgħu jerġgħu jintużaw, bl-użu tal-imballaġġ bħala eżempju:

1. 

Akkwist tal-materja prima: ir-rata ta’ użu mill-ġdid tiddetermina l-kwantità ta’ materjal tal-imballaġġ li jiġi kkunsmat għal kull prodott mibjugħ. Il-konsum tal-materja prima għandu jiġi kkalkolat billi l-piż reali tal-imballaġġ jiġi diviż bl-għadd ta’ drabi li dan l-imballaġġ jerġa’ jintuża. Pereżempju, flixkun tal-ħġieġ ta’ 1 l jiżen 600 gramma u jerġa’ jintuża 10 darbiet (rata ta’ użu mill-ġdid ta’ 90 %). L-użu tal-materja prima għal kull litru huwa ta’ 60 gramma (= 600 gramma għal kull flixkun / 10 użi mill-ġdid).

2. 

Trasport mill-manifattur tal-imballaġġ għall-fabbrika tal-prodott (fejn jiġu ppakkjati l-prodotti): Ir-rata ta’ użu mill-ġdid tiddetermina l-kwantità ta’ trasport li tkun meħtieġa għal kull prodott mibjugħ. L-impatt tat-trasport għandu jiġi kkalkulat billi l-impatt tal-vjaġġ f’direzzjoni waħda jiġi diviż bl-għadd ta’ drabi li l-imballaġġ jerġa’ jintuża.

3. 

Trasport mill-fabbrika tal-prodott għall-klijent finali u lura: minbarra t-trasport meħtieġ biex tmur għand il-klijent, għandu jitqies ukoll it-trasport ta’ ritorn. Biex jiġi mmudellat it-trasport totali, għandha tiġi segwita t-Taqsima 4.4.3 dwar l-immudellar tat-trasport.

4. 

Fil-fabbrika tal-prodott: ladarba l-imballaġġ vojt jiġi rritornat fil-fabbrika tal-prodott, għandu jitqies l-użu tal-enerġija u tar-riżorsi fir-rigward tat-tindif, it-tiswija jew il-mili mill-ġdid (jekk applikabbli).

5. 

EoL tal-imballaġġ: ir-rata ta’ użu mill-ġdid tiddetermina l-kwantità ta’ materjal tal-imballaġġ (għal kull prodott mibjugħ) li għandu jiġi ttrattat fl-EoL. L-ammont ta’ imballaġġ ittrattat fl-EoL għandu jiġi kkalkulat billi l-piż reali tal-imballaġġ jiġi diviż bl-għadd ta’ drabi li dan l-imballaġġ ikun intuża mill-ġdid.

4.4.9.3.    Rati ta’ użu mill-ġdid tal-imballaġġ

Sistema ta’ ritorn tal-imballaġġ tiġi organizzata minn:

1. 

il-kumpanija proprjetarja tal-materjal tal-imballaġġ (aggregazzjonijiet tal-kumpanija), jew

2. 

parti terza, eż. il-gvern jew aggregatur (aggregazzjonijiet operati minn parti terza).

Dan jista’ jinfluwenza l-ħajja tal-materjal kif ukoll is-sors tad-data li għandu jintuża. Għalhekk, huwa importanti li dawn iż-żewġ sistemi ta’ ritorn jiġu sseparati.

Għall-aggregazzjonijiet ta’ imballaġġ proprjetà tal-kumpanija, ir-rata ta’ użu mill-ġdid għandha tiġi kkalkolata bl-użu ta’ data speċifika għall-katina tal-provvista. Skont id-data disponibbli fi ħdan il-kumpanija, jistgħu jintużaw żewġ approċċi differenti ta’ kalkolu (ara l-għażla “a” u l-għażla “b” hawn taħt). Il-fliexken tal-ħġieġ li jistgħu jiġu ritornati qed jintużaw bħala eżempju iżda l-kalkoli japplikaw ukoll għal imballaġġ ieħor tal-kumpanija li jista’ jerġa’ jintuża.

Għażla “a”: tintuża data speċifika għall-katina tal-provvista, ibbażata fuq l-esperjenza akkumulata matul il-ħajja tal-aggregazzjoni preċedenti ta’ fliexken tal-ħġieġ. Dan huwa l-aktar mod akkurat biex tiġi kkalkolata r-rata ta’ użu mill-ġdid tal-fliexken għall-aggregazzjoni tal-fliexken preċedenti u huwa stima xierqa għall-aggregazzjoni tal-fliexken attwali. Tinġabar id-data speċifika għall-katina tal-provvista li ġejja:

1. 

L-għadd ta’ fliexken mimlija matul il-ħajja tal-aggregazzjoni tal-fliexken (#Fi)

2. 

L-għadd ta’ fliexken fl-istokk inizjali flimkien ma’ dawk mixtrija tul il-ħajja tal-aggregazzjoni tal-fliexken (#B)

image

image

Din l-għażla ta’ kalkolu għandha tintuża:

(i) 

B’data mill-aggregazzjoni tal-fliexken preċedenti meta l-aggregazzjoni tal-fliexken preċedenti u attwali jkunu komparabbli, jiġifieri, l-istess kategorija ta’ prodotti, karatteristiċi simili tal-fliexken (eż. id-daqs), sistemi ta’ ritorn komparabbli (eż. il-metodi tal-ġbir, l-istess grupp ta’ konsumaturi u ħwienet), eċċ.

(ii) 

B’data mill-aggregazzjoni tal-fliexken attwali meta jkunu disponibbli stimi/estrapolazzjonijiet futuri dwar (i) ix-xiri tal-fliexken, (ii) il-volumi mibjugħa, u (iii) il-ħajja tal-aggregazzjoni tal-fliexken.

Id-data għandha tkun speċifika għall-katina tal-provvista u għandha tiġi vverifikata matul il-proċess ta’ verifika u ta’ validazzjoni, inkluż ir-raġunament għall-għażla tal-metodu.

Għażla “b”: Jekk ma tiġi traċċata l-ebda data reali, il-kalkolu għandu jsir parzjalment abbażi ta’ suppożizzjonijiet. Din l-għażla hija anqas akkurata minħabba s-suppożizzjonijiet magħmula u għalhekk għandhom jintużaw stimi konservattivi/sikuri. Hija meħtieġa d-data li ġejja.

1. 

L-għadd medju ta’ rotazzjonijiet ta’ flixkun wieħed, matul sena kalendarja waħda (jekk ma jinkisirx). Ċirku jew rotazzjoni wieħed jikkonsisti fil-mili, il-konsenja, l-użu u r-ritorn lill-kumpanija għall-ħasil (#Rot);

2. 

Il-ħajja stmata tal-aggregazzjoni tal-fliexken (LT, fi snin);

3. 

Il-perċentwal medju ta’ telf għal kull rotazzjoni. Dan jirreferi għas-somma tat-telf fl-istadju tal-konsumatur u l-fliexken mormija fis-siti tal-mili (%Los).

image

Din l-għażla ta’ kalkolu għandha tintuża meta l-għażla “a” ma tkunx applikabbli (eż. l-aggregazzjoni preċedenti ma tkunx tista’ tintuża bħala referenza). Id-data użata għandha tiġi vverifikata matul il-proċess ta’ verifika u ta’ validazzjoni, inklużi r-raġunijiet għall-għażla bejn l-għażla “a” u l-għażla “b”.

4.4.9.4    Rati medji ta’ użu mill-ġdid għal aggregazzjonijiet li jkunu tal-kumpanija

L-istudji dwar l-OEF li jkollhom aggregazzjonijiet ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża tal-kumpanija fl-ambitu għandhom jużaw rati ta’ użu mill-ġdid speċifiċi għall-kumpanija, ikkalkulati skont ir-regoli deskritti fit-Taqsima 4.4.9.3.

4.4.9.5    Rati medji ta’ użu mill-ġdid għal aggregazzjonijiet operati minn partijiet terzi

Ir-rati ta’ użu mill-ġdid li ġejjin għandhom jintużaw f’dawk l-istudji dwar l-OEF li jkollhom aggregazzjonijiet ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża operati minn partijiet terzi fl-ambitu, sakemm ma tkunx disponibbli data ta’ kwalità aħjar:

a) 

fliexken tal-ħġieġ: 30 vjaġġ għall-birra u l-ilma, 5 vjaġġi għall-inbid ( 148 );

b) 

kaxxi tal-plastik għall-fliexken: 30 vjaġġ ( 149 );

c) 

palits tal-plastik: 50 vjaġġ (Nederlands Instituut voor Bouwbiologie en Ecologie, 2014) ( 150 );

d) 

palits tal-injam: 25 vjaġġ (Nederlands Instituut voor Bouwbiologie en Ecologie, 2014) ( 151 ).

L-utent tal-metodu tal-OEF jista’ juża valuri oħra jekk ikunu ġġustifikati u jiġu pprovduti s-sorsi tad-data.

L-utent tal-metodu tal-OEF għandu jindika jekk l-aggregazzjonijiet tal-kumpanija jew l-aggregazzjonijiet operati minn partijiet terzi kinux fl-ambitu u liema metodu ta’ kalkolu jew rati prestabbiliti ta’ użu mill-ġdid intużaw.

4.4.10    Emissjonijiet u assorbimenti ta’ gassijiet serra

Il-metodu tal-OEF jiddistingwi tliet kategoriji ewlenin ta’ emissjonijiet u assorbimenti ta’ gassijiet serra (GHG), li kull waħda minnhom tikkontribwixxi għal subkategorija speċifika tal-kategorija tal-impatt “tibdil fil-klima”:

1. 

emissjonijiet u assorbimenti ta’ gassijiet serra fossili (li jikkontribwixxu għas-subkategorija “Tibdil fil-klima – fossili”);

2. 

emissjonijiet u assorbimenti ta’ karbonju bijoġeniku (li jikkontribwixxu għas-subkategorija “Tibdil fil-klima – bijoġeniku”);

3. 

emissjonijiet tal-karbonju mill-użu tal-art u mit-tibdil fl-użu tal-art (li jikkontribwixxu għas-subkategorija “Tibdil fil-klima – użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art”).

Attwalment, il-krediti assoċjati mal-ħżin temporanju u permanenti tal-karbonju u/jew mal-emissjonijiet posposti ma għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tal-indikatur tat-tibdil fil-klima. Dan ifisser li l-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha għandhom jitqiesu bħala emessi “issa” u ma hemm l-ebda tnaqqis tal-emissjonijiet maż-żmien (f’konformità mal-EN ISO 14067:2018). Se jitqiesu l-iżviluppi sabiex il-metodu jinżamm aġġornat b’evidenza xjentifika u b’kunsens tal-esperti.

Is-subkategoriji “tibdil fil-klima – fossili”, “tibdil fil-klima – bijoġeniku” u “tibdil fil-klima - użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art”, għandhom jiġu rrappurtati separatament jekk juru kontribut ta’ aktar minn 5 % ( 152 ) kull wieħed għall-punteġġ totali tat-tibdil fil-klima.

4.4.10.1    Subkategorija 1: Tibdil fil-klima – fossili

Din il-kategorija tkopri l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kwalunkwe mezz li joriġinaw mill-ossidazzjoni u/jew mit-tnaqqis tal-fjuwils fossili permezz tat-trasformazzjoni jew id-degradazzjoni tagħhom (eż. kombustjoni, diġestjoni, rimi f’landfills, eċċ.). Din il-kategorija tal-impatt tinkludi l-emissjonijiet mill-pit (użat bħala fjuwil) u l-kalċinazzjoni, u l-assorbimenti minħabba l-karbonazzjoni.

L-assorbiment u l-emissjonijiet korrispondenti ta’ CO2 fossili (eż. minħabba l-karbonazzjoni) għandhom jiġu mmudellati b’mod simplifikat meta jiġi kkalkulat il-profil tal-OEF (jiġifieri, ma għandhom jiġu mmudellati l-ebda emissjonijiet jew assorbimenti). Meta jkun meħtieġ għarfien dwar l-ammont ta’ assorbiment ta’ CO2 fossili għal informazzjoni ambjentali addizzjonali, l-assorbiment tas-CO2 jista’ jiġi mmudellat bil-fluss “diossidu tal-karbonju (fossili), riżorsi mill-arja”.

Il-flussi li jaqgħu taħt din id-definizzjoni għandhom jiġu mmudellati b’mod konsistenti mal-flussi elementari fil-pakkett ta’ referenza tal-EF l-aktar aġġornat u jintużaw l-ismijiet li jispiċċaw b’“(fossili)”, jekk ikunu disponibbli (eż “diossidu tal-karbonju (fossili)” u “metan (fossili)”.

4.4.10.2    Subkategorija 2: Tibdil fil-klima – bijoġeniku

Din is-subkategorija tkopri (i) l-emissjonijiet tal-karbonju fl-arja (CO2, CO u CH4) li joriġinaw mill-ossidazzjoni u/jew mit-tnaqqis tal-bijomassa ta’ fuq l-art permezz tat-trasformazzjoni jew id-degradazzjoni tagħha (eż. kombustjoni, diġestjoni, kompostjar, rimi f’landfills), u (ii) l-assorbiment ta’ CO2 mill-atmosfera permezz tal-fotosinteżi matul it-tkabbir tal-bijomassa – jiġifieri li jikkorrispondi għall-kontenut ta’ karbonju tal-prodotti, tal-bijofjuwils jew tar-residwi tal-pjanti ’l fuq mill-art bħall-weraq u l-injam mejjet. L-iskambji tal-karbonju minn foresti indiġeni ( 153 ) għandhom jiġu mmudellati taħt is-subkategorija 3 (inklużi l-emissjonijiet konnessi fil-ħamrija, il-prodotti derivati jew ir-residwi).

Rekwiżiti tal-immudellar: il-flussi li jaqgħu taħt din id-definizzjoni għandhom jiġu mmudellati b’mod konsistenti mal-flussi elementari fil-verżjoni l-aktar reċenti tal-pakkett tal-EF u jintużaw l-ismijiet tal-flussi li jispiċċaw b’“(bijoġeniku)”. L-allokazzjoni tal-massa għandha tiġi applikata biex jiġu mmudellati l-flussi tal-karbonju bijoġeniku.

Approċċ ta’ mmudellar simplifikat jenħtieġ li jintuża biss jekk jiġu mmudellati l-flussi li jinfluwenzaw ir-riżultati tal-impatt fuq it-tibdil fil-klima (jiġifieri l-emissjonijiet tal-metan bijoġeniku). Din l-għażla tista’ tapplika, pereżempju, għall-istudji dwar l-OEF tal-ikel billi tevita l-immudellar tad-diġestjoni tal-bniedem filwaqt li eventwalment tasal għal bilanċ ta’ żero. F’dan il-każ, japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(i) 

tiġi mmudellata biss l-emissjoni “metan (bijoġeniku)”;

(ii) 

ma jiġu mmudellati l-ebda emissjonijiet u assorbimenti bijoġeniċi oħra mill-atmosfera;

(iii) 

jekk l-emissjonijiet tal-metan ikunu kemm fossili kif ukoll bijoġeniċi, ir-rilaxx tal-metan bijoġeniku għandu jiġi mmudellat l-ewwel, segwit mill-metan fossili li jifdal.

Għall-prodotti intermedji (mill-benniena sal-grada), il-kontenut tal-karbonju bijoġeniku fil-grada tal-fabbrika (kontenut fiżiku) għandu dejjem jiġi rrapportat bħala “informazzjoni teknika addizzjonali”.

4.4.10.3    Subkategorija 3: Tibdil fil-klima – użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art (LULUC)

Din is-subkategorija tqis l-assorbimenti u l-emissjonijiet tal-karbonju (CO2, CO u CH4) li joriġinaw minn bidliet fil-ħażna ta’ karbonju kkawżati mit-tibdil fl-użu tal-art u mill-użu tal-art. Din is-subkategorija tinkludi skambji tal-karbonju bijoġeniku mid-deforestazzjoni, mill-kostruzzjoni tat-toroq jew minn attivitajiet oħra tal-ħamrija (inklużi l-emissjonijiet tal-karbonju fil-ħamrija). Għall-foresti indiġeni, l-emissjonijiet tas-CO2 relatati kollha huma inklużi u mmudellati taħt din is-subkategorija (inklużi l-emissjonijiet konnessi fil-ħamrija, il-prodotti derivati mill-foresti indiġeni ( 154 ) u r-residwi), filwaqt li l-assorbiment tas-CO2 tagħhom huwa eskluż.

Trid issir distinzjoni bejn it-tibdil dirett u dak indirett fl-użu tal-art. It-tibdil dirett fl-użu tal-art iseħħ bħala riżultat ta’ trasformazzjoni minn tip ta’ użu tal-art għal tip ieħor, li sseħħ f’kopertura unika tal-art, li possibbilment twassal għal bidliet fil-ħażna ta’ karbonju ta’ dik il-biċċa speċifika ta’ art, iżda li ma twassalx għal bidla f’sistemi oħra. Eżempji ta’ tibdil dirett fl-użu tal-art huma l-konverżjoni ta’ art użata għat-tkabbir tal-għelejjel għall-użu industrijali jew il-konverżjoni minn art forestali għal art tal-għelejjel.

It-tibdil indirett fl-użu tal-art iseħħ meta ċertu tibdil fl-użu tal-art, jew fl-użu tal-materja prima mkabbra fuq biċċa art partikolari, jikkawża tibdil fl-użu tal-art barra l-limitu tas-sistema, jiġifieri f’tipi oħra ta’ użu tal-art. Il-metodu tal-OEF iqis biss it-tibdil dirett fl-użu tal-art, filwaqt li t-tibdil indirett fl-użu tal-art, minħabba n-nuqqas ta’ metodoloġija maqbula, ma għandux jitqies fl-istudji dwar l-OEF. It-tibdil indirett fl-użu tal-art jista’ jiġi inkluż taħt informazzjoni ambjentali addizzjonali.

Rekwiżiti tal-immudellar: il-flussi li jaqgħu taħt din id-definizzjoni għandhom jiġu mmudellati b’mod konsistenti mal-flussi elementari fil-verżjoni l-aktar reċenti tal-pakkett tal-EF u jintużaw ismijiet tal-flussi li jispiċċaw b’“(tibdil fl-użu tal-art)”. L-assorbimenti u l-emissjonijiet tal-karbonju bijoġeniku għandhom jiddaħħlu fl-inventarju separatament għal kull fluss elementari

Għat-tibdil fl-użu tal-art: l-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha tal-karbonju għandhom jiġu mmudellati skont il-linji gwida dwar l-immudellar tal-PAS 2050:2011 (BSI 2011) u d-dokument supplimentari PAS2050-1:2012 (BSI 2012) għall-prodotti ortikulturali.

Kwotazzjoni mill-PAS 2050:2011 (BSI 2011):

[Jistgħu jirriżultaw emissjonijiet kbar ta’ gassijiet serra bħala konsegwenza tat-tibdil fl-użu tal-art. Normalment ma jseħħux assorbimenti bħala riżultat dirett tat-tibdil fl-użu tal-art (u mhux bħala riżultat ta’ prattiki ta’ ġestjoni fit-tul), għalkemm huwa rikonoxxut li dan jista’ jseħħ f’ċirkostanzi speċifiċi. Eżempji ta’ tibdil dirett fl-użu tal-art huma l-konverżjoni ta’ art użata għat-tkabbir tal-għelejjel għall-użu industrijali jew il-konverżjoni minn art forestali għal art tal-għelejjel. Għandhom jiġu inklużi l-forom kollha ta’ tibdil fl-użu tal-art li jirriżultaw f’emissjonijiet jew f’assorbimenti. It-tibdil indirett fl-użu tal-art jirreferi għal tali konverżjonijiet tal-użu tal-art bħala konsegwenza ta’ bidliet fl-użu tal-art xi mkien ieħor. Filwaqt li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jirriżultaw ukoll minn tibdil indirett fl-użu tal-art, il-metodi u r-rekwiżiti tad-data għall-kalkolu ta’ dawn l-emissjonijiet ma humiex żviluppati b’mod sħiħ. Għalhekk, il-valutazzjoni tal-emissjonijiet li jirriżultaw mit-tibdil indirett fl-użu tal-art ma hijiex inkluża.

L-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mit-tibdil dirett fl-użu tal-art għandhom jiġu valutati għal kwalunkwe input għaċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott li joriġina minn dik l-art u għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. L-emissjonijiet li jirriżultaw mill-prodott għandhom jiġu vvalutati abbażi tal-valuri prestabbiliti tat-tibdil fl-użu tal-art ipprovduti fl-Anness C tal-PAS 2050:2011, sakemm ma tkunx disponibbli data aħjar. Għall-pajjiżi u t-tibdil fl-użu tal-art mhux inklużi f’dan l-anness, l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-prodott għandhom jiġu vvalutati bl-użu tal-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra inklużi li jseħħu b’riżultat tat-tibdil dirett fl-użu tal-art f’konformità mat-Taqsimiet rilevanti tal-IPCC (2006). Il-valutazzjoni tal-impatt tat-tibdil fl-użu tal-art għandha tinkludi t-tibdil dirett kollu fl-użu tal-art li jseħħ mhux aktar minn 20 sena, jew perjodu ta’ ħsad wieħed, qabel ma ssir il-valutazzjoni (skont liema jkun l-itwal). L-emissjonijiet u l-assorbimenti totali ta’ gassijiet serra li jirriżultaw mit-tibdil dirett fl-użu tal-art matul il-perjodu għandhom jiġu inklużi fil-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-prodotti li jirriżultaw minn din l-art abbażi ta’ allokazzjoni ugwali għal kull sena tal-perjodu ( 155 ).

1. 

Fejn ikun jista’ jintwera li t-tibdil fl-użu tal-art ikun seħħ aktar minn 20 sena qabel ma titwettaq il-valutazzjoni, ma jenħtieġ li tiġi inkluża l-ebda emissjoni mit-tibdil fl-użu tal-art fil-valutazzjoni.

2. 

Fejn iż-żmien tat-tibdil fl-użu tal-art ma jkunx jista’ jintwera li jkun aktar minn 20 sena, jew perjodu wieħed ta’ ħsad, qabel ma ssir il-valutazzjoni (skont liema jkun l-itwal), għandu jiġi preżunt li t-tibdil fl-użu tal-art ikun seħħ fl-1 ta’ Jannar jew ta’:

a) 

l-aktar sena bikrija li fiha jkun jista’ jintwera li kien seħħ it-tibdil fl-użu tal-art; jew

b) 

fl-1 ta’ Jannar tas-sena li fiha tkun qed titwettaq il-valutazzjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra.

Il-ġerarkija li ġejja għandha tapplika meta jiġu ddeterminati l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mit-tibdil fl-użu tal-art li jseħħ mhux aktar minn 20 sena jew perjodu wieħed ta’ ħsad, qabel ma titwettaq il-valutazzjoni (skont liema jkun l-itwal):

1. 

meta l-pajjiż tal-produzzjoni jkun magħruf u l-użu preċedenti tal-art ikun magħruf, l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mit-tibdil fl-użu tal-art għandhom ikunu dawk li jirriżultaw mit-tibdil fl-użu tal-art mill-użu preċedenti tal-art għall-użu attwali tal-art f’dak il-pajjiż (jistgħu jinstabu linji gwida addizzjonali dwar il-kalkoli fil-PAS 2050-1:2012);

2. 

meta l-pajjiż tal-produzzjoni jkun magħruf, iżda l-użu preċedenti tal-art ma jkunx magħruf, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw mit-tibdil fl-użu tal-art għandhom ikunu l-istima tal-emissjonijiet medji mit-tibdil fl-użu tal-art għal dik l-għalla f’dak il-pajjiż (jistgħu jinstabu linji gwida addizzjonali dwar il-kalkoli fil-PAS 2050-1:2012);

3. 

meta la l-pajjiż tal-produzzjoni u lanqas l-użu preċedenti tal-art ma jkunu magħrufa, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw mit-tibdil fl-użu tal-art għandhom ikunu l-medja ponderata tal-emissjonijiet medji mit-tibdil fl-użu tal-art ta’ dik il-komodità fil-pajjiżi fejn titkabbar.

L-għarfien dwar l-użu preċedenti tal-art jista’ jintwera bl-użu ta’ għadd ta’ sorsi ta’ informazzjoni, bħall-immaġni bis-satellita u d-data minn stħarriġ dwar l-art. Meta ma jkunx hemm rekords disponibbli, jista’ jintuża l-għarfien lokali dwar l-użu preċedenti tal-art. Il-pajjiżi li fihom titkabbar għalla jistgħu jiġu ddeterminati mill-istatistika tal-importazzjoni, u jista’ jiġi applikat limitu ta’ mhux anqas minn 90 % tal-piż tal-importazzjonijiet. Għandhom jiġu rrapportati s-sorsi tad-data, il-post u ż-żmien tat-tibdil fl-użu art assoċjat mal-inputs għall-prodotti].

Il-prodotti intermedji (mill-benniena sal-grada) derivati minn foresti nattivi dejjem għandhom jirrapportaw bħala metadata (fit-Taqsima “informazzjoni teknika addizzjonali” tar-rapport dwar l-OEF) (i) il-kontenut tal-karbonju tagħhom (il-kontenut fiżiku u l-kontenut allokat) u (ii) li l-emissjonijiet tal-karbonju korrispondenti għandhom jiġu mmudellati bi flussi elementari “(tibdil fl-użu tal-art)”.

Għall-ħażna ta’ karbonju fil-ħamrija: l-emissjonijiet tal-karbonju fil-ħamrija għandhom jiġu inklużi u mmudellati taħt din is-subkategorija (eż. mill-għelieqi tar-ross). L-emissjonijiet tal-karbonju fil-ħamrija derivati minn residwi fuq l-art (ħlief minn foresti indiġeni) għandhom jiġu mmudellati taħt is-subkategorija 2, bħall-applikazzjoni ta’ residwi ta’ foresti indiġeni jew tiben. L-assorbiment tal-karbonju fil-ħamrija (akkumulazzjoni) għandu jiġi eskluż mir-riżultati, pereżempju minn bwar jew ġestjoni mtejba tal-art permezz ta’ tekniki ta’ ħdim tar-raba’ jew miżuri ta’ ġestjoni oħra meħuda relatati mal-art agrikola. Il-ħżin tal-karbonju fil-ħamrija jista’ jiġi inkluż biss fl-istudju dwar l-OEF bħala informazzjoni ambjentali addizzjonali u jekk tiġi pprovduta prova. Jekk il-leġiżlazzjoni jkollha rekwiżiti differenti ta’ mmudellar għas-settur, bħad-Deċiżjoni tal-UE dwar il-kontabilità tal-gassijiet serra mill-2013 ( 156 ), li tindika l-kontabilità tal-ħażna ta’ karbonju, din għandha tiġi mmudellata skont il-leġiżlazzjoni rilevanti u pprovduta taħt informazzjoni ambjentali addizzjonali.

4.4.11    Kumpensi

It-terminu “kumpens” spiss jintuża biex jirreferi għall-attivitajiet ta’ mitigazzjoni tal-gassijiet serra ta’ partijiet terzi, eż. l-iskemi regolati li huma parti mill-Protokoll ta’ Kjoto (dak li qabel kien il-mekkaniżmu għal żvilupp nadif; implimentazzjoni konġunta), mekkaniżmi ġodda diskussi fil-kuntest tan-negozjati l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Pariġi l-iskemi għan-negozjar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet, jew skemi volontarji. Il-kumpens huwa t-tnaqqis tal-gassijiet serra użat biex jikkumpensa (jiġifieri jikkumpensa) għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra xi mkien ieħor, pereżempju biex tintlaħaq mira jew limitu volontarju jew obbligatorju ta’ gassijiet serra. Il-kumpens jiġi kkalkolat imqabbel ma’ linja bażi li tirrappreżenta xenarju ipotetiku għal dak li l-emissjonijiet kienu jkunu fin-nuqqas tal-proġett ta’ mitigazzjoni li jiġġenera l-kumpens. Eżempji huma l-kumpens għal emissjonijiet ta’ karbonju permezz tal-mekkaniżmu għal żvilupp nadif, il-krediti ta’ karbonju, u kumpens ieħor estern għas-sistema.

Il-kumpens ma għandux jiġi inkluż fil-valutazzjoni tal-impatt ta’ studju dwar l-OEF, iżda għandu jiġi rrappurtat separatament bħala informazzjoni ambjentali addizzjonali.

4.5    Trattament ta’ proċessi multifunzjonali

Jekk proċess jew faċilità jipprovdu aktar minn funzjoni waħda, jiġifieri jipprovdu diversi oġġetti u/jew servizzi (“koprodotti”), huma jkunu “multifunzjonali”. F’dawn is-sitwazzjonijiet, jekk il-koprodotti ma jkunux parti mill-PP, l-inputs u l-emissjonijiet kollha marbuta mal-proċess għandhom jinqasmu bejn il-prodott(i) ta’ interess u l-koprodotti l-oħra b’mod ibbażat fuq prinċipji.

Is-sistemi li jinvolvu l-multifunzjonalità tal-proċessi għandhom jiġu mmudellati f’konformità mal-ġerarkija tad-deċiżjonijiet li ġejja.

Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ allokazzjoni f’Taqsimiet oħra ta’ dan il-metodu dejjem jipprevalu fuq dawk disponibbli f’din it-Taqsima (eż. it-Taqsima 4.4.2 dwar l-elettriku, 4.4.3 dwar it-trasport, 4.4.10 dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, jew 4.5.1 dwar l-attivitajiet tal-biċċeriji).

Ġerarkija tad-deċiżjonijiet

1) 

Suddiviżjoni jew espansjoni tas-sistema

Skont l-EN ISO 14044:2006, kull fejn ikun possibbli, jenħtieġ li jintużaw is-suddiviżjoni jew l-espansjoni tas-sistema biex tiġi evitata l-allokazzjoni. Is-suddiviżjoni tirreferi għad-diżaggregazzjoni ta’ proċessi jew faċilitajiet multifunzjonali biex jiġu iżolati l-flussi tal-inputs assoċjati direttament ma’ kull output ta’ proċess jew ta’ faċilità. L-espansjoni tas-sistema tirreferi għall-espansjoni tas-sistema billi jiġu inklużi funzjonijiet addizzjonali relatati mal-koprodotti. L-ewwel għandu jiġi investigat jekk ikunx possibbli li l-proċess analizzat jiġi suddiviż jew estiż. Fejn tkun tista’ ssir suddiviżjoni, id-data tal-inventarju għandha tinġabar biss għal dawk il-proċessi tal-unità attribwibbli direttament ( 157 ) għall-prodotti/is-servizzi ta’ tħassib. Jew, jekk is-sistema tkun tista’ tiġi estiża, il-funzjonijiet addizzjonali għandhom jiġu inklużi fl-analiżi bir-riżultati kkomunikati għas-sistema estiża kollha pjuttost milli fuq livell ta’ koprodott individwali.

2) 

Allokazzjoni bbażata fuq relazzjoni fiżika sottostanti rilevanti

Fejn ma jkunx possibbli li tiġi applikata s-suddiviżjoni jew l-espansjoni tas-sistema, jenħtieġ li tiġi applikata l-allokazzjoni: l-inputs u l-outputs tas-sistema jenħtieġ li jinqasmu bejn il-prodotti jew il-funzjonijiet differenti tagħha b’mod li jirrifletti r-relazzjonijiet fiżiċi sottostanti rilevanti ta’ bejniethom (EN ISO 14044:2006).

L-allokazzjoni bbażata fuq relazzjoni fiżika sottostanti rilevanti tirreferi għat-tqassim tal-flussi tal-inputs u tal-outputs ta’ proċess jew ta’ faċilità multifunzjonali f’konformità ma’ relazzjoni fiżika rilevanti u kwantifikabbli bejn l-inputs tal-proċessi u l-outputs tal-koprodotti (pereżempju, proprjetà fiżika tal-inputs u tal-outputs li tkun rilevanti għall-funzjoni pprovduta mill-koprodott ta’ interess). L-allokazzjoni bbażata fuq relazzjoni fiżika tista’ tiġi mmudellata bl-użu ta’ sostituzzjoni diretta, jekk ikun possibbli li jiġi identifikat prodott li jiġi sostitwit direttament.

Biex jintwera jekk l-effett ta’ sostituzzjoni diretta huwiex robust, l-utent tal-metodu tal-OEF għandu jipprova li (1) hemm effett ta’ sostituzzjoni dirett u li jista’ jintwera b’mod empiriku, U (2) huwa possibbli li l-prodott ssostitwit jiġi mmudellat u li l-LCI titnaqqas b’mod direttament rappreżentattiv: jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet, jiġi mmudellat l-effett ta’ sostituzzjoni.

Jew biex jiġu allokati input/output abbażi ta’ xi relazzjoni fiżika sottostanti rilevanti oħra li torbot l-inputs u l-outputs mal-funzjoni pprovduta mis-sistema, l-utent tal-metodu tal-OEF għandu juri li huwa possibbli li tiġi definita relazzjoni fiżika rilevanti li biha jiġu allokati l-flussi attribwibbli għall-forniment tal-funzjoni definita tas-sistema tal-prodott: jekk din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata, l-utent tal-metodu tal-OEF jista’ jalloka abbażi ta’ din ir-relazzjoni fiżika.

3) 

Allokazzjoni bbażata fuq xi relazzjoni oħra

Tista’ tkun possibbli allokazzjoni bbażata fuq xi relazzjoni oħra. Pereżempju, l-allokazzjoni ekonomika tirreferi għall-allokazzjoni tal-inputs u l-outputs assoċjati mal-proċessi multifunzjonali għall-outputs tal-koprodotti fi proporzjon mal-valuri tas-suq relattivi tagħhom. Il-prezz tas-suq tal-kofunzjonijiet jenħtieġ li jirreferi għall-kundizzjoni u l-punt speċifiċi li fih jiġu prodotti l-koprodotti. Fi kwalunkwe każ, għandha tiġi pprovduta ġustifikazzjoni ċara għaliex ikunu twarrbu 1) u 2) u għaliex tkun intgħażlet ċerta regola tal-allokazzjoni fil-pass 3), sabiex tiġi żgurata kemm jista’ jkun ir-rappreżentattività fiżika tar-riżultati tal-OEF.

L-allokazzjoni bbażata fuq xi relazzjoni oħra tista’ ssir b’wieħed mill-modi alternattivi li ġejjin:

(i) 

Huwa possibbli li jiġi identifikat effett ta’ sostituzzjoni ( 158 ) indiretta u l-prodott sostitwit jista’ jiġi mmudellat u l-inventarju jitnaqqas b’mod raġonevolment rappreżentattiv? Jekk iva (jiġifieri ż-żewġ kundizzjonijiet jiġu vverifikati), jiġi mmudellat l-effett ta’ sostituzzjoni indiretta.

(ii) 

Huwa possibbli li l-flussi tal-input/output bejn il-prodotti u l-funzjonijiet jiġu allokati abbażi ta’ xi relazzjoni oħra (eż. il-valur ekonomiku relattiv tal-koprodotti)? Jekk iva, il-prodotti u l-funzjonijiet jiġu allokati abbażi tar-relazzjoni identifikata.

Il-formula tal-impronta ċirkolari (ara t-Taqsima 4.4.8.1) tipprovdi l-approċċ li għandu jintuża biex jiġu stmati l-emissjonijiet globali li jirriżultaw minn ċertu proċess li jinvolvi r-riċiklaġġ u/jew l-irkupru tal-enerġija. Barra minn hekk, dawn l-emissjonijiet għandhom x’jaqsmu wkoll mal-flussi tal-iskart iġġenerati fil-limitu tas-sistema.

4.5.1    Allokazzjoni fit-trobbija tal-annimali

Din it-Taqsima tipprovdi struzzjonijiet dwar kif għandhom jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-immudellar tal-farm, il-biċċerija u r-rendering għall-bhejjem tal-ifrat, il-ħnieżer, in-nagħaġ u l-mogħoż. B’mod partikolari, huma pprovduti struzzjonijiet dwar:

1. 

l-allokazzjoni ta’ piżijiet upstream fil-livell tal-farm fost l-outputs li joħorġu mill-farm;

2. 

l-allokazzjoni ta’ piżijiet upstream (marbuta ma’ annimali ħajjin) fil-livell tal-biċċerija fost l-outputs li joħorġu mill-biċċerija.

4.5.1.1    Allokazzjoni fi ħdan il-modulu tal-farm

Fil-modulu tal-farm, għandha tintuża s-suddiviżjoni għal proċessi li jkunu allokati direttament għal ċerti outputs (eż. l-użu tal-enerġija u l-emissjonijiet relatati mal-proċessi tal-ħlib). Jekk il-proċessi ma jkunux jistgħu jiġu suddiviżi minħabba n-nuqqas ta’ data separata jew minħabba li jkun teknikament impossibbli, il-piż upstream, eż. il-produzzjoni tal-għalf, għandu jiġi allokat għall-outputs tal-farm bl-użu ta’ metodu ta’ allokazzjoni bijofiżika. Il-valuri prestabbiliti użati għall-allokazzjoni huma pprovduti fit-Taqsimiet li ġejjin għal kull tip ta’ annimal. Dawn il-valuri prestabbiliti għandhom jintużaw mill-istudji dwar l-OEF sakemm ma tinġabarx data speċifika għall-kumpanija. Il-bdil tal-fatturi ta’ allokazzjoni huwa permess biss jekk tinġabar u tintuża data speċifika għall-kumpanija għall-modulu tal-farm. F’każ li tintuża data sekondarja għall-modulu tal-farm, ma jkun permess l-ebda bdil tal-fatturi ta’ allokazzjoni.

4.5.1.2    Allokazzjoni fi ħdan il-modulu tal-farm għall-ifrat

Għandu jintuża l-metodu ta’ allokazzjoni tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Prodotti tal-Ħalib (IDF) (2015) bejn il-ħalib, il-baqar tal-qatla u l-għoġġiela żejda. L-annimali mejtin u l-prodotti kollha minn annimali mejtin għandhom jitqiesu bħala skart u għandha tiġi applikata l-formula tal-impronta ċirkolari. F’dan il-każ, madankollu, għandha tiġi garantita t-traċċabbiltà tal-prodotti minn annimali mejtin biex l-istudji dwar l-OEF ikunu jistgħu jqisu dan l-aspett.

Id-demel esportat lejn farm ieħor għandu jitqies bħala wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

Residwu (għażla prestabbilita): jekk id-demel ma jkollux valur ekonomiku fil-grada tal-farm, dan jitqies bħala residwu mingħajr allokazzjoni ta’ piż upstream. L-emissjonijiet relatati mal-ġestjoni tad-demel sal-grada tal-farm jiġu allokati għall-outputs l-oħra tal-farm fejn jiġi prodott id-demel.

(b) 

Koprodott: meta d-demel esportat ikollu valur ekonomiku fil-grada tal-farm, għandha tintuża allokazzjoni ekonomika tal-piż upstream għad-demel billi jintuża l-valur ekonomiku relattiv tad-demel meta mqabbel mal-ħalib u l-annimali ħajjin fil-grada tal-farm. Madankollu, xorta waħda għandha tiġi applikata allokazzjoni bijofiżika bbażata fuq ir-regoli tal-IDF biex jiġu allokati l-emissjonijiet li jifdal bejn il-ħalib u l-annimali ħajjin.

(c) 

Demel bħala skart: meta d-demel jiġi ttrattat bħala skart (eż. mormi f’landfills), għandha tiġi applikata l-formula tal-impronta ċirkolari.

Il-fattur ta’ allokazzjoni (AF) għall-ħalib għandu jiġi kkalkolat bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:

image

Fejn Mlaħam hija l-massa tal-piż ħaj tal-annimali kollha mibjugħa, inklużi l-għoġġiela u l-annimali maturi maqtula kull sena u Mħalib hija l-massa tal-ħalib ikkoreġut għax-xaħam u l-proteina (FPCM) mibjugħa kull sena (ikkoreġut għal 4 % xaħam u għal 3,3 % proteina). Il-kostant 6,04 jiddeskrivi r-relazzjoni kawżali bejn il-kontenut tal-enerġija fl-għalf fir-rigward tal-ħalib u l-piż ħaj tal-annimali prodotti. Il-kostant huwa ddeterminat abbażi ta’ studju li ġabar data minn 536 maħleb fl-Istati Uniti ( 159 ) (Toma et al., 2013). Għalkemm huwa bbażat fuq farms tal-Istati Uniti, l-IDF tqis li l-approċċ huwa applikabbli għas-sistemi tat-trobbija Ewropej.

L-FPCM (ikkoreġuta għal 4 % xaħam u 3,3 % proteina) għandha tiġi kkalkolata bl-użu tal-formula li ġejja:

image

F’każijiet fejn jintuża valur prestabbilit ta’ 0,02 kglaħam/kgħalib għall-proporzjon tal-piż ħaj tal-annimali u l-ħalib prodott fl-Ekwazzjoni 9, l-ekwazzjoni tagħti fatturi ta’ allokazzjoni prestabbiliti ta’ 12 % għall-piż ħaj tal-annimali u 88 % għall-ħalib (It-Tabella 10). Dawn il-valuri għandhom jintużaw bħala valuri prestabbiliti użati għall-allokazzjoni tal-piżijiet upstream għall-ħalib u għall-piż ħaj tal-annimali għall-bhejjem tal-ifrat meta jintużaw settijiet tad-data sekondarji. Jekk tinġabar data speċifika għall-kumpanija għall-istadju tat-trobbija, il-fatturi ta’ allokazzjoni għandhom jinbidlu bl-użu tal-ekwazzjonijiet inklużi f’din it-Taqsima.

Tabella 10

Fatturi ta’ allokazzjoni prestabbiliti għall-bhejjem tal-ifrat fit-trobbija

Koprodott

Fattur ta’ allokazzjoni

Annimali, piż ħaj

12  %

Ħalib

88  %

4.5.1.3    Allokazzjoni fi ħdan il-modulu tal-farm għan-nagħaġ u l-mogħoż

Għandu jintuża approċċ bijofiżiku għall-allokazzjoni tal-piżijiet upstream għall-koprodotti differenti għan-nagħaġ u l-mogħoż. Il-linji gwida tal-IPCC tal-2006 għall-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra (IPCC, 2006) fihom mudell għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-enerġija li għandu jintuża għan-nagħaġ u, bħala proxy, għall-mogħoż. Dan il-mudell huwa applikat hawnhekk.

L-annimali mejtin u l-prodotti kollha li jiġu minn annimali mejtin għandhom jitqiesu bħala skart u għandha tiġi applikata l-formula tal-impronta ċirkolari (CFF, it-Taqsima 4.4.8.1). F’dan il-każ, madankollu, il-prodotti tat-traċċar minn annimali mejtin għandhom ikunu permessi sabiex dan l-aspett ikun jista’ jitqies fl-istudji dwar l-OEF.

Huwa obbligatorju li jintużaw il-fatturi ta’ allokazzjoni prestabbiliti inklużi f’dan id-dokument kull meta jintużaw settijiet tad-data sekondarji għall-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja tat-trobbija għan-nagħaġ u l-mogħoż. Jekk tintuża data speċifika għall-kumpanija għal dan l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja, il-kalkolu tal-fatturi ta’ allokazzjoni għandu jiġi kkalkolat bid-data speċifika għall-kumpanija bl-użu tal-ekwazzjonijiet ipprovduti.

Il-fatturi ta’ allokazzjoni għandhom jiġu kkalkolati kif ġej ( 160 ):

image
image
image

Biex tiġi kkalkolata l-enerġija għas-suf (NEsuf), l-enerġija għall-ħalib (NEl) u l-enerġija għal-laħam (NEg) b’data speċifika għall-kumpanija, għandhom jintużaw l-ekwazzjonijiet inklużi fl-IPPC (2006), u rrapportati hawn taħt. F’każ li tintuża data sekondarja minflok, għandhom jintużaw il-valuri prestabbiliti għall-fatturi ta’ allokazzjoni pprovduti f’dan id-dokument.

Enerġija għas-suf, NEsuf

image

NEsuf

=

l-enerġija netta meħtieġa għall-produzzjoni tas-suf, MJ day-1

EVsuf

=

il-valur enerġetiku ta’ kull kg ta’ suf prodott (miżun wara t-tnixxif iżda qabel l-għorik), MJ kg-1. Għal din l-istima għandu jintuża valur prestabbilit ta’ 157 MJ kg-1 (NRC, 2007) ( 161 ).

Produzzjonisuf

=

il-produzzjoni annwali ta’ suf għal kull nagħġa, kg yr-1

Il-valuri prestabbiliti li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-NEsuf u l-enerġija netta meħtieġa li tirriżulta huma rrapportati fit-Tabella 11.

Tabella 11

Valuri prestabbiliti li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-NEl għan-nagħaġ u għall-mogħoż

Parametru

Valur

Sors

EVsuf - nagħaġ

157 MJ kg-1

NRC, 2007

Produzzjonisuf - nagħaġ

7,121 kg

Medja tal-erba’ valuri pprovduti fit-Tabella 1 tal-“Applikazzjoni tal-LCA għas-sistemi ta’ produzzjoni tan-nagħaġ: investigazzjoni tal-koproduzzjoni tas-suf u tal-laħam bl-użu ta’ studji ta’ każijiet minn produtturi globali ewleni” (1).

NEsuf - nagħaġ

3,063 MJ/d

Ikkalkolat bl-użu tal-Ekwazzjoni 14

NEsuf - mogħoż

2,784 MJ/d

Ikkalkolat minn NEsuf – nagħaġ bl-użu tal-Ekwazzjoni 17

(1)   

Wiedemann et al, Int J. of LCA 2015

Enerġija għall-ħalib, NEl

NEl = Halib. EVhalib [Ekwazzjoni 14]

NEl

=

l-enerġija netta għall-ħlib, MJ day-1

Ħalib

=

l-ammont ta’ ħalib prodott, kg ta’ ħalib day-1

EVħalib

=

l-enerġija netta meħtieġa għall-produzzjoni ta’ 1 kg ta’ ħalib. Għandu jintuża valur prestabbilit ta’ 4,6 MJ/kg (AFRC, 1993) li jikkorrispondi għal kontenut ta’ xaħam fil-ħalib ta 7 % skont il-piż.

Il-valuri prestabbiliti li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-NEl u l-enerġija netta meħtieġa li tirriżulta huma pprovduti fit-Tabella 12.

Tabella 12

Valuri prestabbiliti li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-NEl għan-nagħaġ u għall-mogħoż

Parametru

Valur

Sors

EVhalib - nagħaġ

4,6 MJ kg-1

AFRC, 1993

Halib - nagħaġ

2,08 kg/d

Produzzjoni stmata tal-ħalib ta’ 550 lbs ta’ ħalib tan-nagħaġ kull sena (valur medju), il-produzzjoni tal-ħalib stmata għal 120 jum f’sena.

NEl - nagħaġ

9,568 MJ/d

Ikkalkolat bl-użu tal-Ekwazzjoni 15

NEl - mogħoż

8,697 MJ/d

Ikkalkolat minn NEl – nagħaġ bl-użu tal-Ekwazzjoni 17

Enerġija għal-laħam, NEg

image

NEg

=

l-enerġija netta meħtieġa għat-tkabbir, MJ day-1

WGħaruf

=

iż-żieda fil-piż (BWf – BWi), kg yr-1

BWi

=

il-piż tal-ġisem ħaj fil-ftim, kg

BWf

=

il-piż tal-ġisem ħaj fl-età ta’ sena jew fl-iskarnar (piż ħaj) jekk skarnati qabel l-età ta’ sena, kg

a, b

=

il-kostanti kif deskritti fit-Tabella 13.

Innota li l-ħrief se jinfatmu fuq diversi ġimgħat peress li huma jissupplimentaw dieta tal-ħalib b’għalf tal-mergħat jew b’għalf fornut. Il-mument tal-ftim jenħtieġ li jittieħed bħala l-mument li fih ikunu jiddependu fuq il-ħalib għal nofs il-provvista tal-enerġija tagħhom. L-ekwazzjoni NEg użata għan-nagħaġ tinkludi żewġ kostanti empiriċi (“a” u “b”) li jvarjaw skont l-ispeċi/il-kategorija tal-annimali (It-Tabella 13).

Tabella 13

Kostanti għall-użu fil-kalkolu tal-NEg għan-nagħaġ (1)

Speċi/kategorija tal-annimali

a (MJ kg-1)

b (MJ kg-2)

Irġiel intatti

2,5

0,35

Kastrati

4,4

0,32

Nisa

2,1

0,45

(1)   

Din it-tabella tikkorrispondi għat-Tabella 10.6 fl-IPCC (2006).

F’każ li tintuża data speċifika għall-kumpanija għall-istadju tat-trobbija, il-fatturi ta’ allokazzjoni għandhom jiġu kkalkolati mill-ġdid. F’dan il-każ, il-parametru “a” u “b” għandu jiġi kkalkolat bħala l-medja ponderata jekk ikun hemm aktar minn kategorija waħda ta’ annimali.

Il-valuri prestabbiliti li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-NEg huma rrapportati fit-Tabella 14.

Tabella 14

Valuri prestabbiliti li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-NEg għan-nagħaġ u għall-mogħoż

Parametru

Valur

Sors

WGlamb - nagħaġ

26,2-15=11,2 kg

Ikkalkolat

BWi - nagħaġ

15 kg

Huwa preżunt li l-ftim iseħħ wara 6 ġimgħat. Il-piż wara 6 ġimgħat kif iddikjarat fl-Illustrazzjoni 1 f’“A generic model of growth, energy metabolism and body composition for cattle and sheep”, Johnson et al, 2015 – Journal of Animal Science.

BWf - nagħaġ

26,2 kg

Il-medja tal-valuri tal-piż għan-nagħaġ fil-mument tal-iskarnar, kif ipprovduta fl-Appendiċi 5, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u d-domanda għall-enerġija fossili minn ktajjen tal-provvista ta’ ruminanti żgħar, FAO (2016b).

a - nagħaġ

3

Il-medja tat-tliet valuri pprovduti fit-Tabella 13.

b - nagħaġ

0,37

Il-medja tat-tliet valuri pprovduti fit-Tabella 13

NEg - nagħaġ

0,326 MJ/d

Ikkalkolat bl-użu tal-Ekwazzjoni 16

NEg - mogħoż

0,296 MJ/d

Ikkalkolat minn NEg – nagħaġ bl-użu tal-Ekwazzjoni 17

Il-fatturi ta’ allokazzjoni prestabbiliti li għandhom jintużaw fl-istudji dwar l-OEF għan-nagħaġ u għall-mogħoż huma pprovduti fit-Tabella 14 flimkien mal-kalkoli. L-istess ekwazzjonijiet ( 162 ) u valuri prestabbiliti użati fil-kalkolu tar-rekwiżiti tal-enerġija għan-nagħaġ jintużaw fil-kalkolu tar-rekwiżiti tal-enerġija għall-mogħoż wara li jkun ġie applikat fattur ta’ korrezzjoni.

image

Piż tan-nagħaġ: 64,8 kg, il-medja tan-nagħaġ irġiel u nisa għal reġjuni differenti fid-dinja, data mill-Appendiċi 5, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u d-domanda għall-enerġija fossili minn ktajjen tal-provvista ta’ ruminanti żgħar, FAO (2016b).

Piż tal-mogħoż: 57,05 kg, il-medja tal-mogħoż irġiel u nisa għal reġjuni differenti fid-dinja, data mill-Appendiċi 5, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u d-domanda għall-enerġija fossili minn ktajjen tal-provvista ta’ ruminanti żgħar, FAO (2016b).

Rekwiżit nett tal-enerġija, mogħoż = [(57,05) / (64,8)]0,75 • Rekwiżit nett tal-enerġija, nagħaġ [Ekwazzjoni 17]

Tabella 15

Fatturi ta’ allokazzjoni prestabbiliti li għandhom jintużaw fl-istudji dwar l-OEF għan-nagħaġ fl-istadju tat-trobbija

Nagħaġ

Mogħoż (1)

Fattur ta’ allokazzjoni, laħam

image

2,51 %

Fattur ta’ allokazzjoni, ħalib

image

73,85 %

Fattur ta’ allokazzjoni, suf

image

23,64 %

(1)   

Il-fatturi ta’ allokazzjoni għall-mogħoż jiġu kkalkolati billi wieħed jibda mir-rekwiżiti netti tal-enerġija għall-mogħoż stmati mir-rekwiżiti netti tal-enerġija għan-nagħaġ u b’kont meħud li: il-piż tan-nagħaġ = 64,8 kg u l-piż tal-mogħoż = 57,05 kg.

4.5.1.4    Allokazzjoni fi ħdan il-modulu tal-farm għall-ħnieżer

L-allokazzjoni fl-istadju tat-trobbija bejn il-qżieqeż u l-majjali nisa għandha ssir bl-applikazzjoni ta’ allokazzjoni ekonomika. Il-fatturi ta’ allokazzjoni prestabbiliti li għandhom jintużaw huma rrapportati fit-Tabella 16.

Tabella 16

Allokazzjoni fl-istadju tat-trobbija bejn il-qżieqeż u l-majjali nisa

Unità

Prezz

Fatturi ta’ allokazzjoni

Qżieqeż

24,8 p

EUR 40,80 /ħanżir

92,63  %

Majjali nisa għall-iskarnar

84,8  kg

EUR 0,95 /kg ta’ piż ħaj

7,37  %

4.5.1.5    Allokazzjoni fil-biċċerija

Il-proċessi tal-biċċerija u tar-rendering jipproduċu diversi outputs li jmorru fil-katina alimentari u tal-għalf jew fi ktajjen oħra tal-valur mhux tal-ikel jew tal-għalf bħall-industrija tal-ġilda jew il-ktajjen tal-irkupru kimiċi jew tal-enerġija.

Fil-modulu tal-biċċerija u tar-rendering, għandha tintuża s-suddiviżjoni għal dawk il-flussi tal-proċess li huma attribwibbli direttament għal ċerti outputs. Jekk ma jkunx possibbli li jiġu suddiviżi l-proċessi, il-flussi li jifdal (eż. esklużi dawk diġà allokati għall-ħalib għas-sistemi li jipproduċu l-ħalib jew għas-suf għas-sistemi li jipproduċu s-suf) għandhom jiġu allokati għall-outputs tal-biċċerija u tar-rendering bl-użu ta’ allokazzjoni ekonomika. Fit-Taqsimiet li ġejjin huma pprovduti l-fatturi ta’ allokazzjoni prestabbiliti għall-bhejjem tal-ifrat, il-ħnieżer u r-ruminanti żgħar (nagħaġ, mogħoż). Dawn il-valuri prestabbiliti għandhom jintużaw fl-istudji dwar l-OEF. Mhuwiex permess bdil fil-fatturi ta’ allokazzjoni.

4.5.1.6    Allokazzjoni fil-biċċerija għall-bhejjem tal-ifrat

Fil-biċċerija, il-fatturi ta’ allokazzjoni huma stabbiliti għall-ħames kategoriji ta’ prodotti deskritti fit-

Tabella 17. Jekk il-fatturi ta’ allokazzjoni użati għas-suddiviżjoni tal-impatt tal-karkassa fost il-qatgħat differenti jkunu ppreferuti, dawn għandhom jiġu definiti u ġġustifikati fl-istudju dwar l-OEF.

Il-prodotti sekondarji li joriġinaw mill-biċċerija u mir-rendering huma kklassifikati fi tliet kategoriji:

Kategorija 1: Materjali ta’ riskju, eż. annimali infettati/kontaminati jew prodotti sekondarji tal-annimali
— 
rimi u użu: inċinerazzjoni, koinċinerazzjoni, landfill, jintużaw bħala bijofjuwil għall-kombustjoni, manifattura ta’ prodotti derivati.
Kategorija 2: Demel u kontenut tas-sistema diġestiva, prodotti li joriġinaw mill-annimali mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem:
— 
rimi u użu: inċinerazzjoni, koinċinerazzjoni, landfill, fertilizzanti, kompost, użati bħala bijofjuwil għall-kombustjoni, manifattura ta’ prodotti derivati.
Kategorija 3: Karkassi u partijiet ta’ annimali skarnati li huma tajbin għall-konsum mill-bniedem iżda li ma humiex maħsuba biex jintużaw għal dan il-għan għal raġunijiet kummerċjali, inklużi ġlud li jmorru fl-industrija tal-ġilda (innota li l-ġlud jistgħu jappartjenu wkoll għal kategoriji oħra skont il-kundizzjoni u n-natura li tiġi determinata mid-dokumentazzjoni sanitarja li takkumpanja):
— 
rimi u użu: inċinerazzjoni, koinċinerazzjoni, landfill, għalf, ikel għall-annimali domestiċi, fertilizzanti, kompost, użati bħala bijofjuwils għall-kombustjoni, manifattura ta’ prodotti derivati (eż. ġilda), oleokimiċi u sustanzi kimiċi.

Il-piżijiet upstream għall-outputs tal-biċċerija u tar-rendering għandhom jiġu allokati kif ġej:

Materjali ta’ grad alimentari: prodott b’allokazzjoni ta’ piżijiet upstream.

Materjal tal-Kategorija 1: b’mod prestabbilit, ma humiex permessi piżijiet upstream, billi dan jitqies bħala prodott sekondarju tal-annimali ttrattat bħala skart skont is-CFF.

Materjal tal-Kategorija 2: b’mod prestabbilit, ma humiex permessi piżijiet upstream, billi dan jitqies bħala prodott sekondarju tal-annimali ttrattat bħala skart skont is-CFF.

Il-materjal tal-Kategorija 3 għandu l-istess destin bħal dak tal-Kategorija 1 u l-Kategorija 2 (għax-xaħam – li għandu jinħaraq, jew frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam) u ma għandux valur ekonomiku fil-grada tal-biċċerija: b’mod prestabbilit, ma jiġux allokati piżijiet upstream, billi dan jiġi ttrattat bħala skart skont is-CFF.

Ġlud tal-Kategorija 3 (sakemm ma jkunux ikklassifikati bħala skart u/jew isegwu l-istess triq bħall-Kategorija 1 u l-Kategorija 2): prodott b’allokazzjoni ta’ piżijiet upstream.

Materjali tal-Kategorija 3, mhux inklużi fil-kategoriji preċedenti: prodott b’piżijiet upstream allokati.

Il-valuri prestabbiliti fit-

Tabella 17 għandhom jintużaw fl-istudji dwar l-OEF. Mhuwiex permess bdil fil-fatturi ta’ allokazzjoni.

Tabella 17

Proporzjonijiet ta’ allokazzjoni ekonomika għaċ-ċanga (1)

Frazzjoni tal-massa

Prezz

Allokazzjoni ekonomika (EA)

Proporzjon ta’ allokazzjoni (*1) (AR)

%

EUR/kg

%

a)  Laħam frisk u ġewwieni li jittiekel

49,0

3,00

92,9 54

1,90

b)  Għadam ta’ grad alimentari

8,0

0,19

1,0

0,12

c)  Xaħam ta’ grad alimentari

7,0

0,40

1,8

0,25

d)  Prodotti sekondarji tal-iskarnar tal-Kategorija 3

7,0

0,18

0,8

0,11

e)  Ġlud

7,0

0,80

3,5

0,51

f)  Materjal u skart tal-Kategorija 1/2

22,0

0,00

0,0

0,00

(1)   

Abbażi tal-istudju ta’ skrinjar tal-PEF (v 1.0, Novembru 2015) tal-PEFCR pilota dwar il-laħam (bovini, ħnieżer u nagħaġ), disponibbli fi https://webgate.ec.europa.eu/fpfis/wikis/pages/viewpage.action?pageId=81474527, hija meħtieġa r-reġistrazzjoni tal-ECAS għall-aċċess tas-sit web.

(*1)   

L-AR ġew ikkalkulati bħala l-“Allokazzjoni ekonomika” diviża bil-“Frazzjoni tal-massa”

L-AR għandhom jintużaw biex jiġi kkalkulat l-impatt ambjentali ta’ unità tal-prodott billi tintuża l-ekwazzjoni ta’ hawn taħt:

Elw * ARii = El[Ekwazzjoni 18]

Fejn, EIi huwa l-impatt ambjentali għal kull unità tal-massa tal-prodott i, (i = output tal-biċċerija elenkat fit-Tabella 17), EIw huwa l-impatt ambjentali tal-annimal kollu diviż bil-massa tal-piż ħaj tal-annimal u ARi huwa l-proporzjon ta’ allokazzjoni għall-prodott i (ikkalkolat bħala l-valur ekonomiku ta’ i diviż bil-frazzjoni tal-massa ta’ i).

EIw għandu jinkludi l-impatti upstream, l-impatti fuq il-biċċeriji li ma jirriżultawx minn xi prodott speċifiku u l-impatt mill-ġestjoni tal-iskart tal-biċċeriji (materjal u skart tal-kategoriji 1 u 2 fit-

Tabella 17). Il-valuri prestabbiliti għall-ARi kif murija fit-.

Tabella 17 għandhom jintużaw għall-istudji dwar l-EF biex jirrappreżentaw is-sitwazzjoni medja Ewropea

4.5.1.7    Allokazzjoni fil-biċċerija għall-ħnieżer

Il-valuri prestabbiliti fit-Tabella 18 għandhom jintużaw fl-istudji dwar l-OEF li jittrattaw l-allokazzjoni fil-biċċerija għall-ħnieżer. Mhuwiex permess bdil fil-fatturi ta’ allokazzjoni abbażi ta’ data speċifika għall-kumpanija.

Tabella 18

Proporzjonijiet ta’ allokazzjoni ekonomika għall-ħnieżer (1)

Frazzjoni tal-massa

Prezz

Allokazzjoni ekonomika (EA)

Proporzjon ta’ allokazzjoni* (AR)

%

EUR/kg

%

a)  Laħam frisk u ġewwieni li jittiekel

67,0

1,08

98,67

1,54

b)  Għadam ta’ grad alimentari

11,0

0,03

0,47

0,04

c)  Xaħam ta’ grad alimentari

3,0

0,02

0,09

0,03

d)  Prodotti sekondarji tal-iskarnar tal-Kategorija 3

19,0

0,03

0,77

0,04

e)  Ġlud (kategorizzati fi prodotti tal-Kategorija 3)

0,0

0,00

0

0

Total

100,0

100,0

(1)   

Ibbażati fuq l-istudju ta’ skrinjar tal-OEF (v 1.0, Novembru 2015) tal-istudju pilota dwar il-laħam, disponibbli minn https://webgate.ec.europa.eu/fpfis/wikis/pages/viewpage.action?pageId=81474527

4.5.1.8    Allokazzjoni fil-biċċerija għan-nagħaġ u l-mogħoż

Il-valuri prestabbiliti fit-Tabella 18 għandhom jintużaw fl-istudji dwar l-OEF li jittrattaw l-allokazzjoni fil-biċċerija għan-nagħaġ u l-mogħoż. Mhuwiex permess bdil fil-fatturi ta’ allokazzjoni abbażi ta’ data speċifika għall-kumpanija. L-istess fatturi ta’ allokazzjoni użati għan-nagħaġ għandhom jintużaw għall-mogħoż.

Tabella 19

Proporzjonijiet ta’ allokazzjoni ekonomika għan-nagħaġ (1)

Frazzjoni tal-massa

Prezz

Allokazzjoni ekonomika (EA)

Proporzjon ta’ allokazzjoni* (AR)

%

EUR/kg

%

a)  Laħam frisk u ġewwieni li jittiekel

44,0

7

97,8 56

2,22

b)  Għadam ta’ grad alimentari

4,0

0,01

0,0127

0,0032

c)  Xaħam ta’ grad alimentari

6,0

0,01

0,0190

0,0032

d)  Prodotti sekondarji tal-iskarnar tal-Kategorija 3

13,0

0,15

0,618

0,05

e)  Ġlud (kategorizzati fi prodotti tal-Kategorija 3)

14,0

0,35

1,6

0,11

f)  Materjal u skart tal-Kategorija 1 u tal-Kategorija 2

19

0

0

0

Total

100

100

(1)   

Ibbażati fuq l-istudju ta’ skrinjar tal-OEF (v 1.0, Novembru 2015) tal-istudju pilota dwar il-laħam, disponibbli minn https://webgate.ec.europa.eu/fpfis/wikis/pages/viewpage.action?pageId=81474527

4.6    Rekwiżiti tal-ġbir tad-data u rekwiżiti tal-kwalità

4.6.1    Data speċifika għall-kumpanija

Din it-Taqsima tiddeskrivi d-data tal-LCI speċifika għall-kumpanija, li titkejjel jew tinġabar direttament f’faċilità jew f’sett ta’ faċilitajiet speċifiċi, u li hija rappreżentattiva ta’ attività jew proċess wieħed jew aktar fil-limitu tas-sistema.

Id-data għandha tinkludi l-inputs u l-outputs kollha magħrufa għall-proċessi. Eżempji għall-inputs: l-użu tal-enerġija, l-ilma, l-art, il-materjali, eċċ. Eżempji ta’ outputs: il-prodotti, il-koprodotti, l-emissjonijiet u l-iskart iġġenerati. L-emissjonijiet huma maqsuma fi tliet kompartimenti (emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija).

Hemm diversi modi kif tinġabar id-data dwar l-emissjonijiet speċifika għall-kumpanija, pereżempju, din tista’ tkun ibbażata fuq kejl dirett jew tiġi kkalkolata bl-użu ta’ data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija u fatturi ta’ emissjoni relatati (eż. litru ta’ konsum tal-fjuwil u fatturi ta’ emissjoni għall-kombustjoni f’vettura jew f’bojler). Kull meta s-settur tal-prodott fl-ambitu jkun kopert mir-regoli ta’ monitoraġġ tas-Sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (EU ETS), l-utent tal-metodu tal-OEF jenħtieġ li jsegwi r-rekwiżiti ta’ kwantifikazzjoni kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/2066 għall-proċessi u l-gassijiet serra koperti fih. Għall-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju (CCS), jipprevalu r-rekwiżiti ta’ dan l-Anness. Id-data jista’ jkollha bżonn ta’ skalar, aggregazzjoni jew forom oħra ta’ trattament matematiku biex tinġieb konformi mal-unità tar-rapportar.

Sorsi speċifiċi tipiċi ta’ data speċifika għall-kumpanija huma:

(a) 

id-data dwar il-konsum fil-livell tal-proċess jew tal-impjant;

(b) 

il-kontijiet u l-bidliet fl-istokk/inventarju tal-oġġetti tal-konsum;

(c) 

il-kejl tal-emissjonijiet (l-ammonti u l-konċentrazzjonijiet tal-emissjonijiet mill-gass mit-tromba taċ-ċumnija u mill-ilma mormi);

(d) 

il-kompożizzjoni tal-prodotti u tal-iskart;

(e) 

id-dipartiment(i)/ l-unità(jiet) tal-akkwist u l-bejgħ.

Is-settijiet tad-data l-ġodda kollha li jinħolqu meta jitwettaq studju dwar l-OEF għandhom ikunu konformi mal-EF.

Id-data kollha speċifika għall-kumpanija għandha tiġi mmudellata f’settijiet tad-data speċifiċi għall-kumpanija.

4.6.2    Data sekondarja

Id-data sekondarja tirreferi għal data li ma tkunx ibbażata fuq kejl dirett jew fuq il-kalkolu tal-proċessi rispettivi fil-limitu tas-sistema. Id-data sekondarja tkun jew speċifika għas-settur, jiġifieri speċifika għas-settur li jkun qed jiġi kkunsidrat għall-istudju dwar l-OEF, jew tgħodd għal diversi setturi. Eżempji ta’ data sekondarja jinkludu:

(a) 

id-data mil-letteratura jew minn dokumenti xjentifiċi;

(b) 

id-data tal-industrija dwar iċ-ċiklu tal-ħajja medju minn bażijiet tad-data tal-LCI, rapporti tal-assoċjazzjonijiet industrijali, statistika tal-gvern, eċċ.

Id-data sekondarja kollha għandha tiġi mmudellata f’settijiet tad-data sekondarji li għandhom jissodisfaw il-ġerarkija tad-data fit-Taqsima 4.6.3 u r-rekwiżiti tal-kwalità speċifikati fit-Taqsima 4.6.3. Is-sorsi ta’ din id-data li jintużaw għandhom jiġu ddokumentati u rrapportati b’mod ċar fir-rapport dwar l-OEF.

4.6.3    Settijiet tad-data li għandhom jintużaw

L-istudji dwar l-OEF għandhom jużaw settijiet tad-data sekondarji li jkunu konformi mal-EF, meta jkunu disponibbli. Biex jiġu żviluppati settijiet tad-data sekondarji konformi mal-EF, għandha tiġi segwita l-Gwida għas-settijiet tad-data konformi mal-EF ( 163 ). Jekk ma jkunx jeżisti jew ma jkunx jista’ jiġi żviluppat sett tad-data sekondarju konformi mal-EF, l-għażla tas-settijiet tad-data li għandhom jintużaw għandha ssir skont ir-regoli li ġejjin, ipprovduti f’ordni ġerarkika:

1. 

jintuża proxy konformi mal-EF (jekk ikun disponibbli); l-użu ta’ settijiet tad-data proxy għandu jiġi rrapportat fit-taqsima tal-limitazzjonijiet tar-rapport dwar l-OEF.

2. 

jintuża sett tad-data konformi mal-livell ta’ dħul tal-ILCD (EL) bħala proxy ( 164 ). Massimu ta’ 10 % tal-punteġġ globali uniku jista’ jinkiseb minn settijiet tad-data konformi mal-ILCD-EL.

3. 

jekk ma jkun disponibbli l-ebda sett tad-data konformi mal-EF jew konformi mal-ILCD-EL, f’dak il-każ il-proċess għandu jiġi eskluż mill-mudell. Dan għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar fit-taqsima “limitazzjonijiet” tar-rapport dwar l-OEF bħala lakuna fid-data u għandu jiġi validat mill-verifikatur.

4.6.4    Limitu

Għandu jiġi evitat kwalunkwe limitu, sakemm ma jkunx skont ir-regoli li ġejjin:

Il-proċessi u l-flussi elementari jistgħu jiġu esklużi sa 3,0 % (b’mod kumulattiv) abbażi tal-flussi tal-materjali u tal-enerġija u l-livell ta’ sinifikanza ambjentali (punteġġ globali uniku). Il-proċessi soġġetti għal limitu għandhom ikunu espliċiti u ġġustifikati fir-rapport dwar l-OEF, b’mod partikolari b’referenza għas-sinifikanza ambjentali tal-limitu applikat.

Dan il-limitu għandu jiġi kkunsidrat flimkien mal-limitu diġà inkluż fis-settijiet tad-data tal-isfond. Din ir-regola hija valida kemm għall-prodotti intermedji kif ukoll għall-prodotti finali.

Il-proċessi li b’kollox (b’mod kumulattiv) jammontaw għal anqas minn 3,0 % tal-fluss tal-materjali u tal-enerġija, kif ukoll l-impatt ambjentali għal kull kategorija tal-impatt, jistgħu jiġu esklużi mill-istudju dwar l-OEF.

Huwa rakkomandat studju ta’ skrinjar biex jiġu identifikati l-proċessi li jistgħu jkunu soġġetti għal-limitu.

4.6.5    Rekwiżiti tal-kwalità tad-data

Din it-Taqsima tiddeskrivi kif għandha tiġi valutata l-kwalità tad-data tas-settijiet tad-data konformi mal-EF. Ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-data huma ppreżentati fit-Tabella 20.

— 
Żewġ rekwiżiti minimi,
(i) 

il-kompletezza,

(ii) 

l-adegwatezza u l-konsistenza metodoloġika.

Ladarba jintgħażlu l-proċessi u l-prodotti, li jirrappreżentaw is-sistema analizzata, u l-LCIs tagħhom jiddaħħlu fl-inventarju, il-kriterju tal-kompletezza jevalwa kemm l-LCI ikopri l-emissjonijiet u r-riżorsi kollha tal-proċessi u l-prodotti li huma meħtieġa biex jiġu kkalkulati l-kategoriji kollha tal-impatt tal-EF. L-issodisfar tal-kriterju tal-kompletezza kif ukoll il-konformità sħiħa mal-metodu tal-OEF huma prerekwiżit għal settijiet tad-data konformi mal-EF. Għalhekk, dawn iż-żewġ kriterji ma humiex ikklassifikati b’mod kwalitattiv. Il-Gwida għal settijiet tad-data konformi mal-EF tispjega kif dawn għandhom jiġu rrapportati fis-sett tad-data ( 165 ).

— 
Erba’ kriterji ta’ kwalità: ir-rappreżentattività teknoloġika, ġeografika, marbuta mal-ħin, u l-preċiżjoni. Dawn il-kriterji għandhom ikunu soġġetti għal proċedura ta’ punteġġ. Il-Gwida għal settijiet tad-data konformi mal-EF tispjega kif dawn għandhom jiġu rrapportati fis-sett tad-data ( 166 ).
— 
Tliet aspetti tal-kwalità: id-dokumentazzjoni, in-nomenklatura u r-rieżami. Dawn il-kriterji ma humiex inklużi fil-valutazzjoni semikwantitattiva tal-kwalità tad-data. Il-Gwida għal settijiet tad-data konformi mal-EF ( 167 ) tispjega kif it-tliet aspetti tal-kwalità għandhom jitwettqu u jiġu rrapportati fis-sett(ijiet) tad-data.

Tabella 20

Kriterji tal-kwalità tad-data, dokumentazzjoni, nomenklatura u rieżami (7)

Rekwiżiti minimi

Kompletezza

Adegwatezza u konsistenza metodoloġika (1)

Kriterji tal-kwalità tad-data (mogħtija punteġġ)

Ir-Rappreżentattività Teknoloġika (2) (TeR)

Ir-Rappreżentattività Ġeografika (3) (GeR)

Ir-Rappreżentattività marbuta mal-Ħin (4) (TiR)

Il-Preċiżjoni (5) (P)

Dokumentazzjoni

Konformi mal-format tal-ILCD u mar-rekwiżiti addizzjonali dwar l-informazzjoni dwar il-metadata disponibbli fil-Gwida għal settijiet tad-data konformi mal-EF (6)

Nomenklatura

Konformi mal-istruttura tan-nomenklatura tal-ILCD (użu tal-flussi elementari ta’ referenza tal-EF għall-inventarji kompatibbli mal-IT; ara r-rekwiżiti dettaljati fit-Taqsima 4.3)

Rieżami

Rieżami minn “Rieżaminatur kwalifikat”

Rapport ta’ rieżami separat

(1)   

It-terminu “adegwatezza u konsistenza metodoloġika” użat f’rabta ma’ dan il-metodu ta’ proċedura huwa ekwivalenti għal “konsistenza” użat fl-EN ISO 14044:2006

(2)   

It-terminu “rappreżentattività teknoloġika” użat f’dan il-metodu huwa ekwivalenti għal “kopertura teknoloġika” użat fl-EN ISO 14044:2006.

(3)   

It-terminu “rappreżentattività ġeografika” użat f’dan il-metodu huwa ekwivalenti għal “kopertura ġeografika” użat fl-EN ISO 14044:2006.

(4)   

It-terminu “rappreżentattività marbuta mal-ħin” użat f’dan il-metodu huwa ekwivalenti għal “kopertura marbuta mal-ħin” użat fl-EN ISO 14044:2006.

(5)   

It-terminu “inċertezza tal-parametri” użat f’dan il-metodu huwa ekwivalenti għal “preċiżjoni” użat fl-EN ISO 14044:2006.

(6)   

https://eplca.jrc.ec.europa.eu/permalink/Guide_EF_DATA.pdf

(7)   

Rekwiżiti dettaljati dwar id-dokumentazzjoni u r-rieżami huma pprovduti fi http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml.

Kull kriterju tal-kwalità tad-data li għandu jingħata punteġġ (TeR, GeR, TiR u P) huwa kklassifikat skont il-ħames livelli elenkati fit-Tabella 21.

Tabella 21

Klassifikazzjoni tal-kwalità tad-data (DQR) u l-livelli tal-kwalità tad-data ta’ kull kriterju tal-kwalità tad-data

DQR tal-kriterji tal-kwalità tad-data (TeR, GeR, TiR, P)

Livell tal-kwalità tad-data

1

Eċċellenti

2

Tajjeb Ħafna

3

Tajjeb

4

Aċċettabbli

5

Dgħajjef

4.6.5.1    Formula tad-DQR

Fil-kuntest tal-EF, għandha tiġi kkalkulata u rrapportata l-kwalità tad-data ta’ kull sett tad-data konformi mal-EF ġdid u tal-istudju totali dwar l-OEF. Il-kalkolu tad-DQR għandu jkun ibbażat fuq erba’ kriterji tal-kwalità tad-data:

image

fejn TeR hija r-Rappreżentattività Teknoloġika, GeR hija r-Rappreżentattività Ġeografika, TiR hija r-Rappreżentattività marbuta mal-Ħin, u P hija l-preċiżjoni.

Ir-rappreżentattività (teknoloġika, ġeografika u marbuta mal-ħin) tikkaratterizza l-grad sa fejn il-proċessi u l-prodotti magħżula juru s-sistema analizzata, filwaqt li l-preċiżjoni tindika l-mod kif tinkiseb id-data u l-livell relatat ta’ inċertezza.

Jistgħu jintlaħqu ħames livelli ta’ kwalità (minn eċċellenti sa ħażina) skont il-Klassifikazzjoni tal-Kwalità tad-Data (DQR). Dawn huma miġburin fil-qosor fit-Tabella 22.

Tabella 22

Il-livell ġenerali tal-kwalità tad-data tas-settijiet tad-data konformi mal-EF, skont il-klassifikazzjoni tal-kwalità tad-data miksuba

DQR ġenerali

Livell ġenerali tal-kwalità tad-data

DQR ≤ 1,5

“Kwalità eċċellenti”

1,5 < DQR ≤ 2,0

“Kwalità tajba ħafna”

2,0 < DQR ≤ 3,0

“Kwalità tajba”

3 < DQR ≤ 4,0

“Kwalità aċċettabbli”

DQR >4

“Kwalità ħażina”

Il-formula tad-DQR hija applikabbli għal:

1. 

settijiet tad-data speċifiċi għall-kumpanija: it-Taqsima4.6.5.2 tiddeskrivi l-proċedura għall-kalkolu tad-DQR tas-settijiet tad-data speċifiċi għall-kumpanija;

2. 

settijiet tad-data sekondarji: meta jintuża sett tad-data sekondarju konformi mal-EF fi studju dwar l-OEF (il-proċedura deskritta fit-Taqsima 4.6.5.3);

studju dwar l-OEF (il-proċedura deskritta fit-Taqsima 4.6.5.8)

4.6.5.2    DQR tas-settijiet tad-data speċifiċi għall-kumpanija

Meta jinħoloq sett tad-data speċifiku għall-kumpanija, il-kwalità tad-data ta’ i) id-data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija u ii) il-flussi elementari diretti speċifiċi għall-kumpanija (jiġifieri d-data dwar l-emissjonijiet) għandhom jiġu vvalutati separatament. Id-DQR tas-sottoproċessi marbuta mad-data dwar l-attivitajiet (ara l-Illustrazzjoni 9) tiġi evalwata permezz tar-rekwiżiti pprovduti fil-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data (it-Taqsima 4.6.5.4).

Illustrazzjoni 9

Rappreżentazzjoni grafika ta’ sett tad-data speċifiku għall-kumpanija.

image

Sett tad-data speċifiku għall-kumpanija huwa parzjalment diżaggregat: għandha tiġi valutata d-DQR tad-data dwar l-attivitajiet u tal-flussi elementari diretti. Id-DQR tas-sottoproċessi għandha tiġi valutata permezz tal-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data.

Id-DQR tas-sett tad-data żviluppat ġdid għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

1. 

Jintgħażlu d-data dwar l-attivitajiet u l-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti: id-data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti hija dik marbuta mas-sottoproċessi (jiġifieri settijiet tad-data sekondarji) li jammontaw għal mill-anqas 80 % tal-impatt ambjentali totali tas-sett tad-data speċifiku għall-kumpanija. Jiġu elenkati f’ordni, minn dawk li jikkontribwixxu l-aktar għal dawk li jikkontribwixxu l-anqas. Il-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti huma definiti bħala dawk li jikkontribwixxu b’mod kumulattiv b’mill-anqas 80 % għall-impatt totali tal-flussi elementari diretti.

2. 

Jiġu kkalkulati l-kriterji tad-DQR - TeR, TiR, GeR u P - għal kull tip tad-data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti u kull tip ta’ fluss elementari dirett l-aktar rilevanti bl-użu tat-Tabella 23.

a. 

Kull fluss elementari dirett l-aktar rilevanti jikkonsisti fl-ammont u fl-isem tal-fluss elementari (eż. 40 g CO2). Għal kull fluss elementari l-aktar rilevanti, għandhom jiġu evalwati l-4 kriterji tad-DQR - TeR-EF, TiR-EF, GeR-EF, PEF (eż. it-twaqqit tal-fluss imkejjel, għal liema teknoloġija ġie mkejjel il-fluss u f’liema żona ġeografika).

b. 

Għal kull data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti, għandhom jiġu evalwati l-4 kriterji tad-DQR (imsejħa TeR-AD, TiR-AD, GeR-AD, PAD).

c. 

Meta jitqies li kemm id-data dwar l-attivitajiet kif ukoll il-flussi elementari diretti għandhom ikunu speċifiċi għall-kumpanija, il-punteġġ ta’ P ma jistax ikun ogħla minn 3 filwaqt li l-punteġġ għal TiR, TeR, u GeR ma jistax ikun ogħla minn 2 (il-punteġġ tad-DQR għandu jkun ≤1,5).

3. 

Jiġi kkalkulat bħala perċentwal il-kontribut ambjentali ta’ kull data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti (billi tintrabat mas-sottoproċess xieraq) u fluss elementari dirett għas-somma totali tal-impatt ambjentali tad-data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti kollha u l-flussi elementari diretti kollha (ponderati, bl-użu tal-kategoriji kollha tal-impatt tal-EF). Pereżempju, is-sett tad-data żviluppat ġdid għandu biss żewġ data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti, li jikkontribwixxu għal 80 % tal-impatt ambjentali totali tas-sett tad-data:

Id-data dwar l-attivitajiet 1 iġġorr 30 % tal-impatt ambjentali totali tas-sett tad-data. Dan il-proċess jikkontribwixxi 37,5 % (il-ponderazzjoni li għandha tintuża) għat-total ta’ 80 %.

Id-data dwar l-attivitajiet 2 iġġorr 50 % tal-impatt ambjentali totali tas-sett tad-data. Dan il-proċess jikkontribwixxi 62,5 % (il-ponderazzjoni li għandha tintuża) għat-total ta’ 80 %.

4. 

Jiġu kkalkulati l-kriterji TeR, TiR, GeR u P tas-sett tad-data żviluppat ġdid bħala l-medja ponderata ta’ kull kriterju tad-data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti u l-flussi elementari diretti. Il-ponderazzjoni hija l-kontribut relattiv (f’%) ta’ kull data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti u fluss elementari dirett ikkalkolati fil-pass 3.

5. 

Tiġi kkalkulata d-DQR totali tas-sett tad-data żviluppat ġdid billi tintuża l-ekwazzjoni ta’ hawn taħt, fejn imagehija l-medja ponderata kkalkulata kif speċifikat fil-punt (4).

image

Tabella 23

Kif għandhom jiġu assenjati l-valuri għall-kriterji tad-DQR meta tintuża informazzjoni speċifika għall-kumpanija. L-ebda kriterju ma għandu jiġi mmodifikat.

Klassifikazzjoni

PEF u PAD

TiR-EF u TiR-AD

TeR-EF u TeR-AD

GeR-EF u GeR-AD

1

Imkejla/ikkalkolati u vverifikati esternament

Id-data tirreferi għall-aħħar perjodu ta’ amministrazzjoni annwali rigward id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF

Il-flussi elementari u d-data dwar l-attivitajiet juru b’mod espliċitu t-teknoloġija tas-sett tad-data żviluppat ġdid

Id-data dwar l-attivitajiet u l-flussi elementari jirriflettu l-ġeografija eżatta fejn iseħħ il-proċess immudellat fis-sett tad-data maħluq ġdid.

2

Imkejla/ikkalkolati u verifikati internament, il-plawżibbiltà verifikata mill-rieżaminatur.

Id-data tirreferi għal massimu ta’ żewġ perjodi ta’ amministrazzjoni annwali rigward id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF

Il-flussi elementari u d-data dwar l-attivitajiet huma proxy tat-teknoloġija tas-sett tad-data żviluppat ġdid

Id-data dwar l-attivitajiet u l-flussi elementari jirriflettu parzjalment il-ġeografija fejn iseħħ il-proċess immudellat fis-sett tad-data maħluq ġdid

3

Imkejla/ikkalkolati/ letteratura u l-plawżibbiltà mhux verifikata mill-rieżaminatur JEW stima kwalifikata bbażata fuq kalkoli il-plawżibbiltà verifikata mill-rieżaminatur

Id-data tirreferi għal massimu ta’ tliet perjodi ta’ amministrazzjoni annwali rigward id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

4-5

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

PEF : Preċiżjoni għall-flussi elementari; PAD : Preċiżjoni għad-data dwar l-attivitajiet; TiR-EF : Rappreżentattività marbuta mal-ħin għall-flussi elementari; TiR-AD : Rappreżentattività marbuta mal-ħin għad-data dwar l-attivitajiet; TeR-EF : Rappreżentattività teknoloġika għall-flussi elementari; TeR-AD : Rappreżentattività teknoloġika għad-data dwar l-attivitajiet; GeR-EF : Rappreżentattività ġeografika għall-flussi elementari; GeR-AD: Rappreżentattività ġeografika għad-data dwar l-attivitajiet.

4.6.5.3    DQR tas-settijiet tad-data sekondarji użati fl-istudji dwar l-OEF

Din it-Taqsima tiddeskrivi l-proċedura għall-kalkolu tad-DQR tas-settijiet tad-data sekondarji użati fi studju dwar l-OEF. Din tinvolvi l-kalkolu mill-ġdid tad-DQR tas-sett tad-data sekondarju konformi mal-EF (ikkalkolat mill-fornitur tad-data), meta jintuża fl-immudellar tal-proċessi l-aktar rilevanti (ara t-Taqsima 4.6.5.4), sabiex l-utent tal-metodu tal-OEF ikun jista’ jivvaluta l-kriterji tad-DQR speċifiċi għall-kuntest (jiġifieri TeR, TiR u GeR tal-proċessi l-aktar rilevanti). Il-kriterji TeR, TiR u GeR għandhom jiġu evalwati mill-ġdid abbażi tat-Tabella 24. Mhux permess li jiġu modifikati l-kriterji. Id-DQR totali tas-sett tad-data għandha tiġi kkalkolata mill-ġdid bl-użu tal-Ekwazzjoni 19.

Tabella 24

Kif għandhom jiġu assenjati l-valuri għall-kriterji tad-DQR meta jintużaw settijiet tad-data sekondarji.

Klassifikazzjoni

TiR

TeR

GeR

1

Id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF tinsab fil-validità taż-żmien tas-sett tad-data.

It-teknoloġija użata fl-istudju dwar l-EF hija eżattament l-istess bħal dik fl-ambitu tas-sett tad-data

Il-proċess immudellat fl-istudju dwar l-EF iseħħ fil-pajjiż li għalih is-sett tad-data jkun validu

2

Id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF ma tkunx aktar tard minn 2 snin wara l-validità taż-żmien tas-sett tad-data

It-teknoloġiji użati fl-istudju dwar l-EF ikunu inklużi fit-taħlita tat-teknoloġiji fl-ambitu tas-sett tad-data

Il-proċess immudellat fl-istudju dwar l-EF iseħħ fir-reġjun ġeografiku (eż. l-Ewropa) li għalih is-sett tad-data jkun validu

3

Id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF ma tkunx aktar tard minn 4 snin wara l-validità taż-żmien tas-sett tad-data

It-teknoloġiji użati fl-istudju dwar l-EF ikunu inklużi biss parzjalment fl-ambitu tas-sett tad-data

Il-proċess immudellat fl-istudju dwar l-EF iseħħ f’wieħed mir-reġjuni ġeografiċi li għalihom is-sett tad-data jkun validu

4

Id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF ma tkunx aktar tard minn 6 snin wara l-validità taż-żmien tas-sett tad-data

It-teknoloġiji użati fl-istudju dwar l-EF ikunu simili għal dawk inklużi fl-ambitu tas-sett tad-data

Il-proċess immudellat fl-istudju dwar l-EF iseħħ f’pajjiż li ma jkunx inkluż fir-reġjun(i) ġeografiku/ġeografiċi li għalihom is-sett tad-data jkun validu, iżda jkun stmat li hemm similaritajiet suffiċjenti abbażi ta’ ġudizzju espert.

5

Id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF tkun aktar minn 6 snin wara l-validità taż-żmien tas-sett tad-data, jew il-validità taż-żmien ma tkunx speċifikata

It-teknoloġiji użati fl-istudju dwar l-EF ikunu differenti minn dawk inklużi fl-ambitu tas-sett tad-data

Il-proċess immudellat fl-istudju dwar l-EF iseħħ f’pajjiż differenti minn dak li għalih is-sett tad-data jkun validu

TiR: Ir-rappreżentattività marbuta mal-ħin; TeR: Rappreżentattività teknoloġika; GeR: Rappreżentattività ġeografika.

4.6.5.4    Il-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data (DNM)

Id-DNM għandha tintuża biex jiġu evalwati r-rekwiżiti tad-data tal-proċessi kollha meħtieġa għall-immudellar tal-prodott fl-ambitu (ara t-

Tabella 25). Hija tindika għal liema proċessi għandha jew tista’ tintuża data jew data sekondarja speċifika għall-kumpanija, skont kemm il-kumpanija jkollha influwenza fuq il-proċess. It-tliet każijiet li ġejjin jinsabu fid-DNM u huma spjegati hawn taħt:

1. 

Sitwazzjoni 1: il-proċess jitmexxa mill-kumpanija li twettaq l-istudju dwar l-OEF.

2. 

Sitwazzjoni 2: il-proċess ma jitmexxiex mill-kumpanija li twettaq l-istudju dwar l-OEF, iżda din il-kumpanija jkollha aċċess għal informazzjoni speċifika (għall-kumpanija).

3. 

Sitwazzjoni 3: il-proċess ma jitmexxiex mill-kumpanija li twettaq l-istudju dwar l-OEF u din il-kumpanija ma jkollhiex aċċess għal informazzjoni speċifika (għall-kumpanija).

L-utent tal-metodu tal-OEF għandu jagħmel dan li ġej:

1. 

Jiddetermina l-kumpanija kemm għandha influwenza (Sitwazzjoni 1, 2 jew 3) fuq kull proċess fil-katina tal-provvista tagħha. Din id-deċiżjoni tiddetermina liema mill-għażliet fit-

2. 

Tabella 25 tkun pertinenti għal kull proċess;

3. 

Jipprovdi tabella fir-rapport dwar l-OEF li telenka l-proċessi kollha u s-sitwazzjoni tagħhom skont id-DNM;

4. 

Isegwi r-rekwiżiti tad-data indikati fit-Tabella 25;

5. 

Jikkalkula/jevalwa mill-ġdid il-valuri tad-DQR (għal kull kriterju + total) għas-settijiet tad-data tal-proċessi l-aktar rilevanti u għal dawk il-ġodda maħluqa, kif indikat fit-Taqsimiet 4.6.5.6 – 4.6.5.8.

Tabella 25

DNM – rekwiżiti għalkumpanija li twettaq studju dwar l-OEF.

L-għażliet indikati għal kull sitwazzjoni ma humiex elenkati f’ordni ġerarkika

Rekwiżiti tad-data

Sitwazzjoni 1: proċess immexxi mill-kumpanija

Għażla 1

Tiġi pprovduta data speċifika għall-kumpanija (kemm data dwar l-attivitajiet kif ukoll l-emissjonijiet diretti) u jinħoloq sett tad-data speċifiku għall-kumpanija (DQR≤1,5). Jiġi kkalkulat id-DQR tas-sett tad-data skont ir-regoli fit-Taqsima 4.6.5.2.

Sitwazzjoni 2: proċess mhux immexxi mill-kumpanija iżda b’aċċess għal informazzjoni speċifika għall-kumpanija

Għażla 1

Tiġi pprovduta data speċifika għall-kumpanija u jinħoloq sett tad-data speċifiku għall-kumpanija (DQR≤1,5). Jiġi kkalkulat id-DQR tas-sett tad-data skont ir-regoli fit-Taqsima 4.6.5.2.

Għażla 2

Jintuża sett tad-data sekondarju konformi mal-EF u tiġi applikata data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija għat-trasport (distanza), is-sottoproċessi użati għat-taħlita tal-elettriku u għat-trasport jiġu sostitwiti b’settijiet tad-data konformi mal-EF speċifiċi għall-katina tal-provvista (DQR≤3,0). Tiġi kkalkulata mill-ġdid id-DQR tas-sett tad-data użat (ara t-Taqsima 4.6.5.6).

Sitwazzjoni 3: proċess mhux immexxi mill-kumpanija u mingħajr aċċess għal informazzjoni speċifika għall-kumpanija

Għażla 1

Jintuża sett tad-data sekondarju konformi mal-EF f’forma aggregata (DQR≤3,0). Tiġi kkalkulata mill-ġdid id-DQR tas-sett tad-data jekk il-proċess ikun l-aktar rilevanti (ara t-Taqsima 4.6.5.7)

Innota li għal kwalunkwe sett tad-data sekondarju konformi mal-EF, jista’ jintuża sett tad-data konformi mal-ILCD-EL. Dan sa kontribut massimu ta’ 10 % tal-punteġġ globali uniku tal-prodott fl-ambitu (ara t-Taqsima 4.6.3). Għal dawn is-settijiet tad-data, id-DQR ma għandhiex tiġi kkalkolata mill-ġdid.

4.6.5.5    DNM, Sitwazzjoni 1

Għall-proċessi kollha mmexxija mill-kumpanija u fejn il-kumpanija li twettaq l-istudju dwar l-OEF tuża data speċifika għall-kumpanija, id-DQR tas-sett tad-data konformi mal-EF żviluppat ġdid għandha tiġi evalwata kif deskritt fit-Taqsima 4.6.5.2.

4.6.5.6    DNM, Sitwazzjoni 2

Meta proċess iseħħ skont is-Sitwazzjoni 2 (jiġifieri l-kumpanija li twettaq l-istudju dwar l-OEF ma tkunx qed tmexxi l-proċess iżda jkollha aċċess għal data speċifika għall-kumpanija) hemm żewġ għażliet possibbli:

1. 

L-utent tal-metodu tal-OEF ikollu aċċess għal informazzjoni estensiva speċifika għall-fornitur u jrid joħloq sett tad-data ġdid konformi mal-EF (l-Għażla 1);

2. 

Il-kumpanija jkollha xi informazzjoni speċifika għall-fornitur u trid tagħmel xi bidliet minimi (l-Għażla 2);

Sitwazzjoni 2/Għażla 1

Għall-proċessi kollha li ma jkunux immexxija mill-kumpanija u fejn il-kumpanija li twettaq l-istudju dwar l-OEF tuża data speċifika għall-kumpanija, id-DQR tas-sett tad-data konformi mal-EF żviluppat ġdid għandha tiġi evalwata kif deskritt fit-Taqsima 4.6.5.2.

Sitwazzjoni 2/Għażla 2

Sett tad-data sekondarju diżaggregat konformi mal-EF jintuża għall-proċessi fis-Sitwazzjoni 2/l-Għażla 2. Il-kumpanija li twettaq l-istudju dwar l-OEF għandha:

— 
tuża data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija għat-trasport;
— 
tissostitwixxi s-sottoproċessi għat-taħlita tal-elettriku u għat-trasport użati fis-sett tad-data sekondarju diżaggregat konformi mal-EF b’settijiet tad-data konformi mal-EF speċifiċi għall-katina tal-provvista.

Jistgħu jintużaw valuri R1 speċifiċi għall-kumpanija. L-utent tal-metodu tal-OEF għandu jikkalkula mill-ġdid il-kriterji tad-DQR għall-proċessi fis-Sitwazzjoni 2/l-Għażla 2. Huwa għandu jagħmel id-DQR speċifika għall-kuntest billi jevalwa mill-ġdid it-TeR u t-TiR bl-użu tat-Tabella 24. Il-kriterju GeR għandu jitnaqqas bi 30 % u l-kriterju P għandu jżomm il-valur oriġinali.

4.6.5.7    DNM, sitwazzjoni 3

Jekk proċess iseħħ skont is-Sitwazzjoni 3 (jiġifieri l-kumpanija li twettaq l-istudju dwar l-OEF ma tkunx qed tmexxi l-proċess u din il-kumpanija ma jkollhiex aċċess għal data speċifika għall-kumpanija), il-kumpanija li twettaq l-istudju dwar l-OEF għandha tuża settijiet tad-data sekondarji konformi mal-EF.

Fil-każ ta’ proċess l-aktar rilevanti, billi tiġi segwita l-proċedura deskritta fit-Taqsima 7.3, l-utent tal-metodu tal-OEF għandu jagħmel il-kriterji tad-DQR speċifiċi għall-kuntest billi jevalwa mill-ġdid it-TeR, it-TiR u l-GeR bl-użu tat-Tabella 24. Il-parametru P għandu jżomm il-valur oriġinali.

Għall-proċessi mhux l-aktar rilevanti, billi tiġi segwita l-proċedura deskritta fit-Taqsima 7.3, il-kumpanija li twettaq l-istudju dwar l-OEF għandha tieħu l-valuri tad-DQR mis-sett tad-data oriġinali.

4.6.5.8    DQR ta’ studju dwar l-OEF

Biex jikkalkula d-DQR tal-istudju dwar l-OEF, l-utent tal-metodu tal-OEF għandu jikkalkula t-TeR, it-TiR, il-GeR u l-P separatament. Dawn għandhom jiġu kkalkolati bħala l-medja ponderata tal-punteġġi tad-DQR tal-proċessi l-aktar rilevanti kollha, abbażi tal-kontribut ambjentali relattiv tagħhom għall-punteġġ globali uniku, billi tintuża l-Ekwazzjoni 20.

5.    Valutazzjoni tal-impatt tal-impronta ambjentali

Ladarba l-LCI jkun ġie kkompilat, għandha titwettaq il-valutazzjoni tal-impatt tal-EF ( 168 ) biex tiġi kkalkolata l-prestazzjoni ambjentali tal-prodott, billi jintużaw il-kategoriji u l-mudelli kollha tal-impatt tal-EF. Il-valutazzjoni tal-impatt tal-EF tinkludi erba’ stadji: il-klassifikazzjoni, il-karatterizzazzjoni, in-normalizzazzjoni u l-ponderazzjoni. Ir-riżultati ta’ studju dwar l-OEF għandhom jiġu kkalkolati u rrapportati fir-rapport dwar l-OEF bħala riżultati kkaratterizzati, normalizzati u ponderati għal kull kategorija tal-impatt tal-EF u bħala punteġġ globali uniku bbażat fuq il-fatturi ta’ ponderazzjoni pprovduti fit-Taqsima 6.5.2.2. Ir-riżultati għandhom jiġu rrapportati għal (i) iċ-ċiklu tal-ħajja totali, u (ii) iċ-ċiklu tal-ħajja totali eskluż l-istadju tal-użu.

5.1.    Klassifikazzjoni u karatterizzazzjoni

5.1.1    Klassifikazzjoni

Il-klassifikazzjoni tirrikjedi li l-inputs u l-outputs tal-materjali/tal-enerġija mdaħħlin fl-LCI jiġu assenjati lill-kategorija tal-impatt rilevanti tal-EF. Pereżempju, matul il-fażi tal-klassifikazzjoni, l-inputs/l-outputs kollha li jwasslu għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra jiġu assenjati lill-kategorija tat-tibdil fil-klima. Bl-istess mod, dawk li jwasslu għall-emissjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jiġu assenjati lill-kategorija tat-tnaqqis tal-ożonu. F’xi każijiet, input jew output jista’ jikkontribwixxi għal aktar minn kategorija waħda tal-impatt tal-EF (pereżempju, il-klorofluworokarburi (CFCs) jikkontribwixxu kemm għat-tibdil fil-klima kif ukoll għat-tnaqqis tal-ożonu).

Huwa importanti li d-data tiġi espressa f’termini tas-sustanzi kostitwenti li għalihom ikunu disponibbli fatturi ta’ karatterizzazzjoni (ara t-Taqsima li jmiss). Pereżempju, id-data għal fertilizzant NPK kompost għandha tiġi diżaggregata u kklassifikata skont il-frazzjonijiet ta’ N, P u K tiegħu, minħabba li kull element kostitwenti se jikkontribwixxi għal kategoriji differenti tal-impatt tal-EF. Fil-prattika, ħafna mid-data tal-LCI tista’ tittieħed minn bażijiet tad-data pubbliċi jew kummerċjali eżistenti tal-LCI, fejn il-klassifikazzjoni tkun diġà ġiet implimentata. F’każijiet bħal dawn, irid jiġi żgurat, pereżempju mill-fornitur, li l-klassifikazzjoni u l-perkorsi tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF relatati jikkorrispondu mar-rekwiżiti tal-metodu tal-OEF.

L-inputs u l-outputs kollha mdaħħla fl-inventarju waqt li jkun qed jiġi kkompilat l-LCI għandhom jiġu assenjati lill-kategoriji tal-impatt tal-EF li għalihom jikkontribwixxu billi tintuża d-data tal-klassifikazzjoni magħmula disponibbli mill-JRC tal-Kummissjoni Ewropea ( 169 ).

Bħala parti mill-klassifikazzjoni tal-LCI, id-data jenħtieġ li tiġi espressa f’termini ta’ sustanzi kostitwenti li għalihom ikunu disponibbli fatturi ta’ karatterizzazzjoni, kemm jista’ jkun.

5.1.2    Karatterizzazzjoni

Il-karatterizzazzjoni tirreferi għall-kalkolu tal-kobor tal-kontribut ta’ kull input u output ikklassifikat għall-kategoriji tal-impatt tal-EF rispettivi tagħhom, u l-aggregazzjoni tal-kontributi fi ħdan kull kategorija. Dan jitwettaq billi l-valuri fl-LCI jiġu mmultiplikati bil-fattur ta’ karatterizzazzjoni rilevanti għal kull kategorija tal-impatt tal-EF.

Il-fatturi ta’ karatterizzazzjoni huma speċifiċi għas-sustanza jew għar-riżorsa. Huma jirrappreżentaw l-intensità tal-impatt ta’ sustanza meta mqabbel ma’ sustanza ta’ referenza komuni għal kategorija tal-impatt tal-EF (indikatur tal-kategorija tal-impatt). Pereżempju, meta jiġu kkalkulati l-impatti tat-tibdil fil-klima, l-emissjonijiet kollha tal-gassijiet serra mdaħħlin fl-LCI jiġu ponderati f’termini tal-intensità tal-impatt tagħhom meta mqabbel mad-diossidu tal-karbonju, li huwa s-sustanza ta’ referenza għal din il-kategorija. Dan jippermetti li l-potenzjal u l-espressjoni tal-impatt jiġu aggregati f’termini ta’ sustanza ekwivalenti waħda (f’dan il-każ, ekwivalenti ta’ CO2) għal kull kategorija tal-impatt tal-EF.

L-inputs u l-outputs ikklassifikati kollha f’kull kategorija tal-impatt tal-EF għandhom jiġu assenjati fatturi ta’ karatterizzazzjoni li jirrappreżentaw il-kontribut għal kull unità ta’ input jew output għall-kategorija, billi jintużaw il-fatturi ta’ karatterizzazzjoni pprovduti ( 170 ). Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF għandhom sussegwentement jiġu kkalkulati għal kull kategorija tal-impatt tal-EF billi l-ammont ta’ kull input/output jiġi mmultiplikat bil-fattur ta’ karatterizzazzjoni tiegħu u billi jingħaddu flimkien il-kontributi tal-inputs/outputs kollha fi ħdan kull kategorija biex jinkiseb kejl wieħed espress fl-unitajiet ta’ referenza xierqa.

5.2.    Normalizzazzjoni u ponderazzjoni

Wara l-istadji tal-klassifikazzjoni u l-karatterizzazzjoni, il-valutazzjoni tal-impatt tal-EF għandha tiġi kkomplementata bin-normalizzazzjoni u l-ponderazzjoni.

5.2.1    Normalizzazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-impronta ambjentali

In-normalizzazzjoni hija l-istadju li fih ir-riżultati tal-LCIA jiġu diviżi fil-fatturi ta’ normalizzazzjoni biex jiġi kkalkulat u mqabbel il-kobor tal-kontributi tagħhom għall-kategoriji tal-impatt tal-EF meta mqabbel ma’ unità ta’ referenza. B’riżultat ta’ dan, jinkisbu riżultati normalizzati, mingħajr dimensjoni. Dawn jirriflettu l-piżijiet li jkunu attribwiti lil prodott meta mqabbel mal-unità ta’ referenza. Fi ħdan il-metodu tal-OEF, il-fatturi ta’ normalizzazzjoni huma espressi per capita abbażi ta’ valur globali ( 171 ).

Madankollu, ir-riżultati normalizzati tal-impronta ambjentali ma jindikawx is-severità jew ir-rilevanza tal-impatti rispettivi.

Fl-istudji dwar l-OEF, ir-riżultati normalizzati ma għandhomx jiġu aggregati peress li dan japplika b’mod impliċitu ponderazzjoni. Ir-riżultati kkaratterizzati għandhom jiġu rrappurtati flimkien mar-riżultati normalizzati.

5.2.2    Ponderazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-impronta ambjentali

Il-ponderazzjoni hija stadju obbligatorju fl-istudji dwar l-OEF u tappoġġa l-interpretazzjoni u l-komunikazzjoni tar-riżultati tal-analiżi. F’dan l-istadju, ir-riżultati normalizzati jiġu mmultiplikati b’sett ta’ fatturi ta’ ponderazzjoni (f’%) li jirriflettu l-importanza relattiva perċepita tal-kategoriji tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja kkunsidrati. Ir-riżultati ponderati ta’ kategoriji differenti tal-impatt jistgħu mbagħad jitqabblu biex tiġi vvalutata l-importanza relattiva tagħhom. Dawn jistgħu jiġu ponderati wkoll bejn il-kategoriji tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja biex jinkiseb punteġġ globali uniku, espress f’punti.

Il-proċess li fuqu huwa bbażat l-iżvilupp tal-fatturi ta’ ponderazzjoni huwa rrapportat f’Sala et al. 2018. Il-fatturi ta’ ponderazzjoni ( 172 ) li għandhom jintużaw fl-istudji dwar l-OEF huma pprovduti online ( 173 ) ( 174 ).

Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tal-EF qabel il-ponderazzjoni (jiġifieri kkaratterizzati u normalizzati) għandhom jiġu rrapportati flimkien mar-riżultati ponderati fir-rapport dwar l-OEF.

6.    Interpretazzjoni tar-riżultati tal-impronta ambjentali tal-organizzazzjonijiet

6.1.    Introduzzjoni

L-interpretazzjoni tar-riżultati tal-istudju dwar l-OEF isservi żewġ għanijiet:

1. 

L-ewwel nett, biex jiġi żgurat li l-prestazzjoni tal-mudell tal-OEF tikkorrispondi għall-għanijiet u r-rekwiżiti tal-kwalità tal-istudju. F’dan is-sens, l-interpretazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tista’ tinforma t-titjib iterattiv tal-mudell tal-OEF sakemm jintlaħqu l-għanijiet u r-rekwiżiti kollha;

2. 

It-tieni, biex jinkisbu konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet robusti mill-analiżi, pereżempju, b’appoġġ għat-titjib ambjentali.

Biex jintlaħqu dawn l-objettivi, il-fażi tal-interpretazzjoni għandha tinkludi l-passi deskritti f’din it-Taqsima.

6.2.    Valutazzjoni tar-robustezza tal-mudell tal-impronta ambjentali tal-organizzazzjoni

Il-valutazzjoni tar-robustezza tal-mudell tal-OEF tevalwa sa liema punt l-għażliet metodoloġiċi bħal-limitu tas-sistema, is-sorsi tad-data, u l-għażliet tal-allokazzjoni jinfluwenzaw ir-riżultati analitiċi.

L-għodod li jenħtieġ li jintużaw biex tiġi valutata r-robustezza tal-mudell tal-OEF jinkludu dawn li ġejjin:

(a) 

Kontrolli tal-kompletezza: biex tiġi vvalutata d-data tal-LCI biex jiġi żgurat li tkun kompluta meta mqabbla mal-għanijiet, l-ambitu, il-limitu tas-sistema u l-kriterji tal-kwalità definiti. Dan jinkludi l-kompletezza tal-kopertura tal-proċessi (jiġifieri ġew inklużi l-proċessi kollha f’kull stadju tal-katina tal-provvista kkunsidrat) u tal-kopertura tal-inputs/outputs (jiġifieri ġew inklużi l-inputs tal-materjali jew tal-enerġija u l-emissjonijiet kollha assoċjati ma’ kull proċess).

(b) 

Kontrolli tas-sensittività: biex jiġi vvalutat sa liema punt ir-riżultati jkunu determinati minn għażliet metodoloġiċi speċifiċi, u l-impatt tal-implimentazzjoni ta’ għażliet alternattivi fejn dawn ikunu jistgħu jiġu identifikati. Huwa utli li jiġu strutturati l-kontrolli tas-sensittività għal kull fażi tal-istudju dwar l-OEF, inklużi d-definizzjoni tal-għanijiet u tal-ambitu, l-LCI, u l-valutazzjoni tal-impatt tal-EF.

(c) 

Kontrolli tal-konsistenza: biex jiġi vvalutat sa liema punt is-suppożizzjonijiet, il-metodi u l-kunsiderazzjonijiet dwar il-kwalità tad-data ġew applikati b’mod konsistenti matul l-istudju dwar l-OEF.

Kwalunkwe kwistjoni indikata f’din l-evalwazzjoni tista’ tintuża biex tikkontribwixxi għat-titjib iterattiv fl-istudju dwar l-OEF.

6.3.    Identifikazzjoni tal-hotspots: il-kategoriji tal-impatt, l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi u l-flussi elementari l-aktar rilevanti

Ladarba l-utent tal-metodu tal-OEF jiżgura li l-mudell tal-OEF ikun robust u jkun konformi mal-aspetti kollha definiti fil-fażijiet tad-definizzjoni tal-għanijiet u tal-ambitu, għandhom jiġu identifikati l-elementi ewlenin li jikkontribwixxu għar-riżultati tal-OEF. Dan il-pass jista’ jissejjaħ ukoll analiżi tal-“hotspots”. L-utent tal-metodu tal-OEF għandu jidentifika u jelenka fir-rapport dwar l-OEF (flimkien mal-%) l-aktar rilevanti:

1. 

kategoriji tal-impatt,

2. 

stadji taċ-ċiklu tal-ħajja (obbligatorju jekk il-PP ikun magħmul minn prodotti. Fakultattiv jekk il-PP jinkludi servizzi),

3. 

proċessi, u

4. 

flussi elementari.

Hemm differenza operazzjonali importanti bejn il-kategoriji tal-impatt u l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti fuq naħa u l-proċessi u l-flussi elementari l-aktar rilevanti fuq in-naħa l-oħra. B’mod partikolari, il-kategoriji tal-impatt u l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti jistgħu jkunu prinċipalment rilevanti fil-kuntest tal-komunikazzjoni tar-riżultati ta’ studju dwar l-OEF. Dawn jistgħu jservu biex jissottolinjaw oqsma ambjentali fejn l-organizzazzjoni jenħtieġ li tiffoka l-attenzjoni tagħha.

L-identifikazzjoni tal-proċessi u tal-flussi elementari l-aktar rilevanti hija aktar importanti għall-inġiniera u d-diżinjaturi biex jidentifikaw azzjonijiet għat-titjib tal-impronta ġenerali, eż. billi jaqbżu jew ibiddlu proċess, billi jottimizzaw aktar proċess, jew billi japplikaw teknoloġija kontra t-tniġġis. Dan huwa partikolarment rilevanti għall-istudji interni, biex wieħed jeżamina aktar fil-fond kif tista’ tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-prodott. Il-proċedura li għandha tiġi segwita biex jiġu identifikati l-kategoriji tal-impatt, l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi u l-flussi elementari l-aktar rilevanti hija deskritta fit-Taqsimiet li ġejjin.

6.3.1    Proċedura biex jiġu identifikati l-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti

L-identifikazzjoni tal-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultati normalizzati u ponderati. Il-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti għandhom jiġu identifikati bħala dawk il-kategoriji tal-impatt kollha li flimkien jikkontribwixxu għal mill-inqas 80 % tal-punteġġ globali uniku. Dan għandu jibda mill-akbar għall-iżgħar kontributi.

Mill-anqas tliet kategoriji tal-impatt rilevanti għandhom jiġu identifikati bħala dawk l-aktar rilevanti. L-utent tal-metodu tal-OEF jista’ jżid aktar kategoriji tal-impatt mal-lista ta’ dawk l-aktar rilevanti iżda ma għandha titħassar l-ebda waħda.

6.3.2    Proċedura biex jiġu identifikati l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti

L-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti huma dawk li flimkien jikkontribwixxu mill-anqas 80 % għal kwalunkwe waħda mill-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti identifikati. Dan għandu jibda mill-akbar għall-iżgħar kontributi. L-utent tal-metodu tal-OEF jista’ jżid aktar stadji taċ-ċiklu tal-ħajja mal-lista ta’ dawk l-aktar rilevanti iżda ma għandu jitħassar l-ebda wieħed. Bħala minimu, għandhom jitqiesu l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja deskritti fit-Taqsima 4.2.

Jekk l-istadju tal-użu jammonta għal aktar minn 50 % tal-impatt totali ta’ kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti, il-proċedura għandha terġa’ ssir bl-esklużjoni tal-istadju tal-użu. F’dan il-każ, il-lista tal-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti għandha tkun dawk magħżula permezz tal-proċedura tal-aħħar flimkien mal-istadju tal-użu.

6.3.3    Proċedura biex jiġu identifikati l-proċessi l-aktar rilevanti

Kull kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti għandha tiġi investigata aktar billi jiġu identifikati l-proċessi l-aktar rilevanti użati biex jiġi mmudellat il-prodott fl-ambitu. Il-proċessi l-aktar rilevanti huma dawk li flimkien jikkontribwixxu mill-anqas 80 % għal kwalunkwe waħda mill-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti identifikati. roċessi identiċi ( 175 ) li jseħħu fi stadji differenti taċ-ċiklu tal-ħajja (eż. it-trasport, l-użu tal-elettriku) għandhom jitqiesu separatament. Proċessi identiċi li jseħħu fl-istess stadju taċ-ċiklu tal-ħajja għandhom jitqiesu flimkien. Il-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti għandha tiġi rrapportata fir-rapport dwar l-OEF flimkien mal-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja rispettiv (jew stadji multipli taċ-ċiklu tal-ħajja jekk rilevanti) u l-kontribut f’%. L-identifikazzjoni tal-proċessi l-aktar rilevanti għandha titwettaq skont it-Tabella 26.

Tabella 26

Kriterji biex jintgħażel f’liema livell ta’ stadju taċ-ċiklu tal-ħajja għandhom jiġu identifikati l-proċessi l-aktar rilevanti

Kontribut tal-istadju tal-użu għall-impatt totali ta’ kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti

Proċessi l-aktar rilevanti identifikati fil-livell ta’

≥ 50  %

iċ-ċiklu tal-ħajja kollu eskluż l-istadju tal-użu, u

l-istadju tal-użu

< 50  %

iċ-ċiklu tal-ħajja kollu

Din l-analiżi għandha tiġi rrapportata separatament għal kull kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti. L-utent tal-metodu tal-OEF jista’ jżid aktar proċessi mal-lista ta’ dawk l-aktar rilevanti iżda ma għandu jitħassar l-ebda wieħed.

6.3.4    Proċedura biex jiġu identifikati l-flussi elementari l-aktar rilevanti

Il-flussi elementari l-aktar rilevanti huma definiti bħala dawk il-flussi elementari li flimkien jikkontribwixxu mill-inqas 80 % għall-impatt totali ta’ kull kategorija tal-impatt speċifika l-aktar rilevanti għal kull proċess l-aktar rilevanti, minn dawk li jikkontribwixxu l-aktar għal dawk li jikkontribwixxu l-anqas. Din l-analiżi għandha tiġi rrapportata separatament għal kull kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti.

Il-flussi elementari li jappartjenu għas-sistema tal-isfond ta’ proċess l-aktar rilevanti jistgħu jiddominaw l-impatt. Għalhekk, jekk ikunu disponibbli settijiet tad-data diżaggregati, l-utent tal-metodu tal-OEF jenħtieġ li jidentifika wkoll il-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti għal kull proċess l-aktar rilevanti.

Il-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti huma definiti bħala dawk il-flussi elementari diretti li flimkien jikkontribwixxu mill-inqas 80 % għall-impatt totali tal-flussi elementari diretti tal-proċess, għal kull kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti. L-analiżi għandha tkun limitata għall-emissjonijiet diretti tas-settijiet tad-data diżaggregati tal-livell-1 ( 176 ). Dan ifisser li l-kontribut kumulattiv ta’ 80 % għandu jiġi kkalkulat kontra l-impatt ikkawżat mill-emissjonijiet diretti biss, u mhux kontra l-impatt totali tal-proċess.

L-utent tal-metodu tal-OEF jista’ jżid aktar flussi elementari mal-lista ta’ dawk li huma l-aktar rilevanti iżda ma għandu jitħassar l-ebda wieħed. Il-lista tal-flussi elementari l-aktar rilevanti (jew, jekk applikabbli, tal-flussi elementari diretti) għal kull proċess l-aktar rilevanti għandha tiġi rrapportata fir-rapport dwar l-OEF.

6.3.5    Trattament ta’ numri negattivi

Meta jiġi identifikat il-perċentwal tal-kontribut tal-impatt għal kwalunkwe proċess jew fluss elementari, huwa importanti li jintużaw valuri assoluti. Dan jagħmilha possibbli li tiġi identifikata r-rilevanza ta’ kwalunkwe kreditu (eż. mir-riċiklaġġ). Fil-każ ta’ proċessi jew flussi b’punteġġ tal-impatt negattiv, għandha tiġi applikata l-proċedura li ġejja:

(a) 

jiġu kkunsidrati l-valuri assoluti (jiġifieri l-impatti tal-proċessi jew tal-flussi li jkollhom sinjal ta’ plus, jiġifieri punteġġ pożittiv),

(b) 

il-punteġġ totali tal-impatt jeħtieġ li jiġi kkalkulat mill-ġdid billi jiġu inklużi l-punteġġi negattivi konvertiti,

(c) 

il-punteġġ totali tal-impatt jiġi stabbilit għal 100 %,

(d) 

il-perċentwal tal-kontribut tal-impatt għal kwalunkwe proċess jew fluss elementari jiġi vvalutat skont dan it-total il-ġdid.

Din il-proċedura ma tapplikax biex jiġu identifikati l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti.

6.3.6    Sommarju tar-rekwiżiti

It-Tabella 27 tiġbor fil-qosor ir-rekwiżiti biex jiġu definiti l-kontributi l-aktar rilevanti.

Tabella 27

Sommarju tar-rekwiżiti biex jiġu definiti l-kontributi l-aktar rilevanti

Partita

F’liema livell jeħtieġ li tiġi identifikata r-rilevanza?

Limitu

Kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti

Punteġġ globali uniku

Il-kategoriji tal-impatt li flimkien jikkontribwixxu għal mill-anqas 80 % tal-punteġġ globali uniku

Stadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti

Għal kull kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti

L-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja li flimkien jikkontribwixxu aktar minn 80 % għal dik il-kategorija tal-impatt.

Jekk l-istadju tal-użu jammonta għal aktar minn 50 % tal-impatt totali ta’ kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti, il-proċedura għandha terġa’ ssir, bl-esklużjoni tal-istadju tal-użu

Proċessi l-aktar rilevanti

Għal kull kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti

Il-proċessi kollha li flimkien jikkontribwixxu (tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu) aktar minn 80 % għal dik il-kategorija tal-impatt, meta jitqiesu l-valuri assoluti.

Flussi elementari l-aktar rilevanti

Għal kull proċess l-aktar rilevanti meta jitqiesu l-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti

Il-flussi elementari kollha li flimkien jikkontribwixxu għal mill-anqas 80 % tal-impatt totali ta’ kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti għal kull proċess l-aktar rilevanti.

Jekk tkun disponibbli data diżaggregata: għal kull proċess l-aktar rilevanti, il-flussi elementari diretti kollha li flimkien jikkontribwixxu mill-anqas 80 % għal dik il-kategorija tal-impatt (ikkawżati mill-flussi elementari diretti biss).

6.3.7    Eżempju

Hawn taħt qed jingħataw eżempji fittizji, li ma humiex ibbażati fuq xi riżultati speċifiċi ta’ studju dwar l-OEF.

Kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti

Tabella 28

Il-kontribut ta’ kategoriji tal-impatt differenti abbażi ta’ riżultati normalizzati u ponderati – eżempju

Kategorija tal-impatt

Kontribut għall-impatt totali (%)

Tibdil fil-klima

21,5

Tnaqqis tal-ożonu

3,0

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem, effetti ta’ kanċer

6,0

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem, effetti mhux ta’ kanċer

0,1

Materja partikolata

14,9

Radjazzjoni jonizzanti, saħħa tal-bniedem

0,5

Formazzjoni fotokimika tal-ożonu, saħħa tal-bniedem

2,4

Aċidifikazzjoni

1,5

Ewtrofikazzjoni, terrestri

1,0

Ewtrofikazzjoni, ilma ħelu

1,0

Ewtrofikazzjoni, baħar

0,1

Ekotossiċità, ilma ħelu

0,1

Użu tal-art

14,3

Użu tal-ilma

18,6

Użu tar-riżorsi, minerali u metalli

6,7

Użu tar-riżorsi, fossili

8,3

Total tal-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti (%)

84,3

Abbażi tar-riżultati normalizzati u ponderati, il-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti huma: it-tibdil fil-klima, il-materja partikolata, l-użu tal-ilma, l-użu tal-art, u l-użu tar-riżorsi (minerali u metalli u fossili) għal kontribut kumulattiv ta’ 84,3 % tal-impatt totali.

Stadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti

Tabella 29

Il-kontribut ta’ stadji differenti taċ-ċiklu tal-ħajja għall-kategorija tal-impatt tat-tibdil fil-klima (ibbażat fuq ir-riżultati kkaratterizzati tal-inventarju) – eżempju

Stadju taċ-ċiklu tal-ħajja

Kontribut (%)

Akkwist u pproċessar minn qabel tal-materja prima

46,3

Produzzjoni tal-prodott prinċipali

21,2

Distribuzzjoni u ħżin tal-prodott

16,5

Stadju tal-użu

5,9

Tmiem il-ħajja

10,1

Total tal-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti (%)

88,0

It-tliet stadji taċ-ċiklu tal-ħajja bl-aħmar se jkunu dawk identifikati bħala “l-aktar rilevanti” għat-tibdil fil-klima peress li qed jikkontribwixxu għal aktar minn 80 %. Il-klassifikazzjoni għandha tibda mill-ogħla kontributuri.

Din il-proċedura għandha tiġi ripetuta għall-kategoriji tal-impatt tal-EF l-aktar rilevanti kollha li jintgħażlu.

Proċessi l-aktar rilevanti

Tabella 30

Il-kontribut ta’ proċessi differenti għall-kategorija tal-impatt tat-tibdil fil-klima (ibbażat fuq ir-riżultati kkaratterizzati tal-inventarju - eżempju

Stadju taċ-ċiklu tal-ħajja

Proċess ta’ unità

Kontribut (%)

Akkwist u pproċessar minn qabel tal-materja prima

Proċess A

4,9

Proċess B

41,4

Produzzjoni tal-prodott prinċipali

Proċess C

18,4

Proċess D

2,8

Distribuzzjoni u ħżin tal-prodott

Proċess E

16,5

Stadju tal-użu

Proċess F

5,9

EoL

Proċess G

10,1

Total tal-proċessi l-aktar rilevanti (%)

86,4

Skont il-proċedura proposta, il-proċessi B, C, E u G għandhom jintgħażlu bħala “l-aktar rilevanti”.

Din il-proċedura għandha tiġi ripetuta għall-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti kollha li jintgħażlu.

Trattament ta’ numri negattivi u proċessi identiċi fi stadji differenti taċ-ċiklu tal-ħajja

Tabella 31

Eżempju dwar kif għandhom jiġu ttrattati numri negattivi u proċess identiku fi stadji differenti taċ-ċiklu tal-ħajja

image

6.4.    Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Il-parti finali tal-fażi ta’ interpretazzjoni tal-EF tinvolvi:

(a) 

it-tfassil ta’ konklużjonijiet ibbażati fuq ir-riżultati analitiċi;

(b) 

it-tweġib tal-mistoqsijiet li jkunu saru fil-bidu tal-istudju dwar l-OEF, u

(c) 

il-preżentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet xierqa għall-udjenza u l-kuntest maħsuba filwaqt li titqies b’mod espliċitu kwalunkwe limitazzjoni fir-rigward tar-robustezza u l-applikabbiltà tar-riżultati.

L-OEF tikkomplementa valutazzjonijiet u strumenti oħra bħall-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali speċifiċi għas-sit jew il-valutazzjonijiet tar-riskju kimiku.

Jenħtieġ li jiġi identifikat titjib potenzjali, pereżempju l-użu ta’ teknoloġija jew tekniki ta’ produzzjoni aktar nodfa, bidliet fid-disinn tal-prodotti, l-applikazzjoni ta’ sistemi ta’ ġestjoni ambjentali (eż. l-iskema ta’ mmaniġġjar u awditjar ekoloġiku (EMAS) jew l-EN ISO 14001:2015), jew approċċi sistematiċi oħra.

Il-konklużjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-limitazzjonijiet għandhom jiġu deskritti f’konformità mal-għanijiet u l-ambitu definiti tal-istudju dwar l-OEF. Il-konklużjonijiet jenħtieġ li jinkludu sommarju tal-“hotspots” identifikati tal-katina tal-provvista u t-titjib potenzjali bis-saħħa tal-interventi ta’ ġestjoni.

7.    Rapporti dwar l-impronta ambjentali tal-organizzazzjonijiet

7.1.    Introduzzjoni

Rapport dwar l-OEF jikkomplementa l-istudju dwar l-OEF billi jipprovdi sommarju rilevanti, komprensiv, konsistenti, akkurat u trasparenti tal-istudju dwar l-OEF. Huwa jirriproduċi l-aħjar informazzjoni possibbli b’mod li jimmassimizza l-utilità tagħha għall-utenti attwali u futuri intenzjonati, filwaqt li jikkomunika b’mod trasparenti l-limitazzjonijiet. Ir-rapportar effettiv dwar l-OEF jirrikjedi li jiġu ssodisfati diversi kriterji, kemm proċedurali (il-kwalità tar-rapport) kif ukoll sostantivi (il-kontenut tar-rapport). Mudell tar-rapport dwar l-OEF huwa disponibbli fil-Parti E tal-Anness IV. Dan il-mudell jinkludi l-informazzjoni minima li għandha tiġi rrapportata f’rapport dwar l-OEF.

Bħala minimu, rapport dwar l-OEF jikkonsisti minn: sommarju, ir-rapport prinċipali, is-sett tad-data aggregat konformi mal-EF u anness. Informazzjoni kunfidenzjali u proprjetarja tista’ tiġi dokumentata fir-raba’ partita - rapport kunfidenzjali komplementari. Ir-rapporti ta’ rieżami huma annessi.

7.1.1.    Sommarju

Is-sommarju għandu jkun jista’ jinqara waħdu mingħajr ma jikkomprometti r-riżultati u l-konklużjonijiet/ir-rakkomandazzjonijiet (jekk ikunu inklużi). Is-sommarju għandu jissodisfa l-istess kriterji dwar it-trasparenza, il-konsistenza, eċċ. bħar-rapport dettaljat. Sa fejn ikun possibbli, is-sommarju jenħtieġ li jinkiteb b’mod immirat lejn udjenza mhux teknika.

7.1.2.    Sett tad-data aggregat konformi mal-EF

Għal kull prodott fl-ambitu tal-istudju dwar l-OEF, l-utent għandu jagħmel disponibbli sett tad-data aggregat konformi mal-EF

Jekk l-utent tal-metodu tal-OEF jew tal-OEFSR jippubblika tali sett tad-data konformi mal-EF, ir-rapport dwar l-OEF li abbażi tiegħu jiġi ġġenerat is-sett tad-data għandu jiġi ppubblikat ukoll.

7.1.3.    Rapport prinċipali

Ir-rapport prinċipali ( 177 ) għandu, bħala minimu, jinkludi l-komponenti li ġejjin:

1. 

informazzjoni ġenerali,

2. 

l-għan tal-istudju,

3. 

l-ambitu tal-istudju,

4. 

analiżi tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja,

5. 

ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja,

6. 

interpretazzjoni tar-riżultati tal-OEF.

7.1.4.    Dikjarazzjoni ta’ validazzjoni

Ara t-Taqsima 8.5.3.

7.1.5.    Annessi

L-annessi jservu biex jiddokumentaw elementi ta’ sostenn għar-rapport prinċipali li huma ta’ natura aktar teknika (eż. kalkoli dettaljati għall-valutazzjoni tal-kwalità tad-data, approċċ alternattiv għal mudell tan-nitroġenu fl-għelieqi meta studju dwar l-OEF ikollu mmudellar agrikolu fl-ambitu, riżultati tal-analiżi tas-sensittività, valutazzjoni tar-robustezza tal-mudell tal-OEF, referenzi bibljografiċi).

7.1.6.    Rapport kunfidenzjali

Ir-rapport kunfidenzjali huwa fakultattiv. Jekk jintuża, huwa għandu jkun fih id-data (inkluża d-data mhux ipproċessata) u l-informazzjoni kollha li tkun kunfidenzjali jew proprjetarja u li ma tistax issir disponibbli esternament. Ir-rapport kunfidenzjali għandu jkun disponibbli għall-proċedura ta’ verifika u ta’ validazzjoni tal-istudju dwar l-OEF (ara t-Taqsima 8.4.3).

8.    Verifika u validazzjoni tal-istudji, ir-rapporti u l-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-OEF

Jekk il-politiki dwar l-implimentazzjoni tal-metodu tal-OEF jiddefinixxu rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tal-verifika u l-validazzjoni tal-istudji, ir-rapporti u l-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-OEF, f’dak il-każ għandhom jipprevalu dawn ir-rekwiżiti fl-imsemmija politiki.

8.1.    Definizzjoni tal-ambitu tal-verifika

Il-verifika u l-validazzjoni tal-istudju dwar l-OEF huma obbligatorji kull meta l-istudju, jew parti mill-informazzjoni fih, jintużaw għal kwalunkwe tip ta’ komunikazzjoni esterna (jiġifieri komunikazzjoni lil kwalunkwe parti interessata għajr il-kummissjonant jew l-utent tal-metodu tal-OEF tal-istudju).

Verifika tfisser il-proċess ta’ valutazzjoni tal-konformità mwettaq minn verifikatur(i) tal-impronta ambjentali biex jiġi vverifikat jekk l-istudju dwar l-OEF ikunx twettaq f’konformità mal-Anness III.

Validazzjoni tfisser il-konferma mill-verifikatur(i) tal-impronta ambjentali li jkun wettaq il-verifika, li l-informazzjoni u d-data inklużi fl-istudju dwar l-OEF, ir-rapport dwar l-OEF u l-mezzi ta’ komunikazzjoni disponibbli fiż-żmien tal-validazzjoni jkunu affidabbli, kredibbli u korretti.

Il-verifika u l-validazzjoni għandhom ikopru t-tliet oqsma li ġejjin:

1. 

l-istudju dwar l-OEF (inkluż, iżda mhux limitat għad-data miġbura, ikkalkolata, u stmata u l-mudell sottostanti);

2. 

ir-rapport dwar l-OEF;

3. 

il-kontenut tekniku tal-mezzi ta’ komunikazzjoni, jekk applikabbli.

Il-verifika tal-istudju dwar l-OEF għandha tiżgura li l-istudju dwar l-OEF jitwettaq f’konformità mal-Anness III jew mal-OEFSR applikabbli.

Il-validazzjoni tal-informazzjoni fl-istudju dwar l-OEF għandha tiżgura li:

(a) 

id-data u l-informazzjoni użati għall-istudju dwar l-OEF ikunu konsistenti, affidabbli u traċċabbli;

(b) 

il-kalkoli mwettqa ma jinkludux żbalji sinifikanti ( 178 ).

Il-verifika u l-validazzjoni tar-rapport dwar l-OEF għandhom jiżguraw li:

(a) 

ir-rapport dwar l-OEF ikun komplut, konsistenti u konformi mal-mudell tar-rapport dwar l-OEF ipprovdut fil-Parti E tal-Anness IV;

(b) 

l-informazzjoni u d-data inklużi jkunu konsistenti, affidabbli u traċċabbli;

(c) 

l-informazzjoni u t-Taqsimiet obbligatorji jkunu inklużi u mimlija kif suppost;

(d) 

l-informazzjoni teknika kollha li tista’ tintuża għal skopijiet ta’ komunikazzjoni, indipendentement mill-mezz ta’ komunikazzjoni li għandu tintuża, tkun inkluża fir-rapport.

Nota: l-informazzjoni kunfidenzjali għandha tiġi vvalidata, filwaqt li tista’ tiġi eskluża mir-rapport dwar l-OEF.

Il-validazzjoni tal-kontenut tekniku tal-mezz ta’ komunikazzjoni għandha tiżgura li:

(a) 

l-informazzjoni teknika u d-data inklużi jkunu affidabbli u konsistenti mal-informazzjoni inkluża fl-istudju dwar l-OEF u fir-rapport dwar l-OEF;

(b) 

li l-informazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali ( 179 );

(c) 

li l-mezz ta’ komunikazzjoni jikkonforma mal-prinċipji tat-trasparenza, id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà, l-affidabbiltà, il-kompletezza, il-komparabbiltà u ċ-ċarezza, kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Bini tas-Suq Uniku għall-Prodotti Ekoloġiċi ( 180 ).

8.2.    Proċedura ta’ verifika

Il-proċedura ta’ verifika tkopri l-passi li ġejjin:

1. 

Il-kummissjonant għandu jagħżel il-verifikatur(i) jew it-tim ta’ verifika skont ir-regoli deskritti fit-Taqsima 9.3.1;

2. 

Il-verifika għandha ssir skont il-proċess ta’ verifika deskritt fit-Taqsima 9.4;

3. 

Il-verifikatur(i) għandu jikkomunika lill-kummissjonant kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta, nuqqas ta’ konformità u ħtieġa għal kjarifiki (it-Taqsima 9.3.2), u jabbozza d-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni (it-Taqsima 8.5.2);

4. 

Il-kummissjonant għandu jwieġeb għall-kummenti tal-verifikatur u jintroduċi l-korrezzjonijiet u l-bidliet meħtieġa (jekk ikun meħtieġ) biex jiżgura l-konformità finali tal-istudju dwar l-OEF, ir-rapport dwar l-OEF u l-kontenut tekniku tal-mezzi ta’ komunikazzjoni dwar l-OEF. Jekk, fil-ġudizzju tal-verifikatur, il-kummissjonant ma jweġibx b’mod xieraq f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, il-verifikatur għandu joħroġ dikjarazzjoni ta’ validazzjoni modifikata;

5. 

Id-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni finali tiġi pprovduta, billi jitqiesu (jekk ikun meħtieġ) il-korrezzjonijiet u l-bidliet introdotti mill-kummissjonant.

6. 

Sorveljanza li r-rapport dwar l-OEF ikun disponibbli matul il-validità tad-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni (kif definit fit-Taqsima 8.5.3).

Jekk il-verifikatur isir jaf bi kwistjoni li ġġiegħlu jemmen fl-eżistenza ta’ frodi jew nuqqas ta’ konformità mal-liġijiet jew mar-regolamenti, il-verifikatur għandu jikkomunika dan immedjatament lill-kummissjonant tal-istudju.

8.3.    Verifikatur(i)

Din it-taqsima hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Il-verifika/ validazzjoni tista’ ssir minn verifikatur wieħed jew minn tim ta’ verifika. Il-verifikatur(i) indipendenti għandhom ikunu esterni għall-organizzazzjoni li tkun wettqet l-istudju dwar l-OEF.

Fil-każijiet kollha għandha tiġi ggarantita l-indipendenza tal-verifikaturi, jiġifieri dawn għandhom jissodisfaw l-intenzjonijiet fir-rekwiżiti tal-EN ISO/IEC 17020:2012 fir-rigward ta’ verifikatur ta’ parti terza, ma għandux ikollhom kunflitti ta’ interess dwar il-prodotti kkonċernati.

Għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti u l-punteġġ minimi għall-verifikatur(i) kif speċifikat hawn taħt. Jekk il-verifika/validazzjoni titwettaq minn verifikatur wieħed, dan għandu jissodisfa r-rekwiżiti minimi kollha u l-punteġġ minimu (ara t-Taqsima 9.3.1); jekk il-verifika/validazzjoni titwettaq minn tim, it-tim kollu kemm hu għandu jissodisfa r-rekwiżiti minimi kollha u l-punteġġ minimu. Id-dokumenti li jagħtu prova tal-kwalifiki tal-verifikatur(i) għandhom jiġu pprovduti bħala anness għar-rapport ta’ verifika jew għandhom ikunu disponibbli b’mod elettroniku.

F’każ li jiġi stabbilit tim ta’ verifika, wieħed mill-membri tat-tim ta’ verifika għandu jinħatar bħala verifikatur ewlieni.

8.3.1.    Rekwiżiti minimi għall-verifikatur(i)

Din it-taqsima hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Il-valutazzjoni tal-kompetenzi tal-verifikatur jew tat-tim ta’ verifika hija bbażata fuq sistema ta’ punti li tqis (i) l-esperjenza ta’ verifika u ta’ validazzjoni, (ii) il-metodoloġija u l-prattika tal-EF/LCA; u (iii) l-għarfien ta’ teknoloġiji, proċessi jew attivitajiet oħra rilevanti inklużi fil-prodott(i)/organizzazzjoni(jiet) fl-ambitu tal-istudju. It-Tabella 32 tippreżenta s-sistema ta’ punteġġ għal kull suġġett rilevanti ta’ kompetenza u esperjenza.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-kuntest tal-applikazzjoni maħsuba, l-awtodikjarazzjoni tal-verifikatur dwar is-sistema ta’ punteġġ tikkostitwixxi r-rekwiżit minimu. Il-verifikatur(i) għandhom jipprovdu awtodikjarazzjoni tal-kwalifiki tagħhom (eż. diploma universitarja, esperjenza ta’ xogħol, ċertifikazzjonijiet), li tiddikjara kemm kisbu punti għal kull kriterju u l-punti totali miksuba. Din l-awtodikjarazzjoni għandha tifforma parti mir-rapport ta’ verifika dwar l-OEF.

Il-verifika ta’ studju dwar l-OEF għandha titwettaq skont ir-rekwiżiti tal-applikazzjoni maħsuba. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-punteġġ minimu meħtieġ biex wieħed jikkwalifika bħala verifikatur jew bħala tim ta’ verifika huwa ta’ sitt punti, li jinkludu mill-anqas punt wieħed għal kull wieħed mit-tliet kriterji obbligatorji (jiġifieri l-prattika ta’ verifika u ta’ validazzjoni, il-metodoloġija u l-prattika tal-OEF/LCA, u l-għarfien ta’ teknoloġiji jew attivitajiet oħra rilevanti għall-istudju dwar l-OEF).

Tabella 32

Sistema ta’ punteġġ għal kull suġġett rilevanti ta’ kompetenza u esperjenza għall-valutazzjoni tal-kompetenzi tal-verifikatur(i)

Punteġġ (punti)

Suġġett

Kriterji

0

1

2

3

4

Kriterji obbligatorji

Prattika ta’ verifika u ta’ validazzjoni

Snin ta’ esperjenza (1)

Anqas minn 2

2 ≤ x < 4

4 ≤ x < 8

8≤ x < 14

≥14

Għadd ta’ verifiki (2)

≤5

5 < x ≤ 10

11 ≤ x ≤ 20

21 ≤ x ≤ 30

>30

Metodoloġija u prattika tal-LCA

Snin ta’ esperjenza (3)

Anqas minn 2

2 ≤ x < 4

4 ≤ x < 8

8≤ x < 14

≥14

Għadd ta’ studji jew rieżamijiet tal-LCA (4)

≤5

5 < x ≤ 10

11 ≤ x ≤ 20

21 ≤ x ≤ 30

>30

Għarfien tas-settur speċifiku

Snin ta’ esperjenza (5)

Anqas minn 1

1 ≤ x < 3

3 ≤ x < 6

6≤ x < 10

≥10

Kriterji addizzjonali

Prattika ta’ rieżami, verifika/validazzjoni

Punteġġi fakultattivi relatati mal-verifika/validazzjoni

— 2 punti: Akkreditazzjoni bħala verifikatur ta’ parti terza għall-EMAS

— punt wieħed: Akkreditazzjoni bħala rieżaminatur ta’ parti terza għal mill-anqas skema waħda tal-EPD, EN ISO 14001:2015, jew EMS oħra

(1)   

Snin ta’ esperjenza fil-qasam tal-verifiki ambjentali u/jew tar-rieżami tal-istudji dwar l-LCA/OEF/EPD.

(2)   

Għadd ta’ verifiki għall-EMAS, EN ISO 14001:2015, l-iskema internazzjonali tal-EPD jew EMS oħra.

(3)   

Snin ta’ esperjenza fil-qasam tal-immudellar tal-LCA. Ix-xogħol magħmul matul il-lawrji ta’ masters u baċellerat għandu jiġi eskluż. Għandu jitqies ix-xogħol li jsir matul kors rilevanti tal-Ph.D./Dottorat. L-esperjenza fl-immudellar tal-LCA tinkludi, fost l-oħrajn:

— L-immudellar tal-LCA f’software kummerċjali u mhux kummerċjali

— L-iżvilupp ta’ settijiet tad-data u ta’ bażijiet tad-data

(4)   

Studji konformi ma’ wieħed mill-istandards/metodi li ġejjin: EN ISO 14040:2006-44, EN ISO 14067:2018, ISO 14025:2010.

(5)   

Snin ta’ esperjenza f’settur relatat mal-prodott(i) studjat(i). L-esperjenza fis-settur tista’ tinkiseb permezz ta’ studji dwar l-LCA jew permezz ta’ tipi oħra ta’ attivitajiet. L-istudji dwar l-LCA għandhom isiru f’isem u b’aċċess għad-data primarja tal-industrija tal-produzzjoni/operattiva. Il-kwalifika tal-għarfien dwar it-teknoloġiji jew attivitajiet oħra tiġi assenjata skont il-klassifikazzjoni tal-kodiċijiet NACE (ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi - NACE Reviżjoni 2). Jistgħu jintużaw ukoll klassifikazzjonijiet ekwivalenti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra. L-esperjenza miksuba b’teknoloġiji jew bi proċessi f’settur sħiħ titqies valida għal kwalunkwe wieħed mis-subsetturi tiegħu.

8.3.2.    Rwol tal-verifikatur ewlieni fit-tim ta’ verifika

Il-verifikatur ewlieni huwa membru tat-tim b’kompiti addizzjonali. Il-verifikatur ewlieni għandu:

— 
iqassam il-kompiti li għandhom jitwettqu bejn il-membri tat-tim skont ir-rwoli u l-ħiliet speċifiċi tal-membri tat-tim, biex tinkiseb il-kopertura sħiħa tal-kompiti li għandhom jitwettqu u biex jintużaw bl-aħjar mod il-kompetenzi speċifiċi tal-membri tat-tim;
— 
jikkoordina l-proċess kollu ta’ verifika/validazzjoni u jiżgura li l-membri kollha tat-tim ikollhom fehim komuni tal-kompiti li jeħtieġ iwettqu;
— 
jiġbor il-kummenti kollha u jiżgura li dawn jiġu kkomunikati lill-kummissjonant tal-istudju dwar l-OEF b’mod ċar u li jinftiehem;
— 
isolvi kwalunkwe dikjarazzjoni konfliġġenti bejn il-membri tat-tim;
— 
jiżgura li r-rapport ta’ verifika u d-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni jiġu ġġenerati u jiġu ffirmati minn kull membru tat-tim ta’ verifika.

8.4.    Rekwiżiti ta’ verifika u ta’ validazzjoni

Il-verifikatur għandu jippreżenta l-eżiti kollha relatati mal-verifika tal-istudju dwar l-OEF u l-validazzjoni tal-istudju dwar l-OEF, ir-rapport dwar l-OEF u l-mezzi ta’ komunikazzjoni dwar l-OEF u jagħti lill-kummissjonant tal-istudju dwar l-OEF l-opportunità li jtejjeb ix-xogħol, jekk ikun meħtieġ. Skont in-natura tal-eżiti, jistgħu jkunu meħtieġa iterazzjonijiet addizzjonali tal-kummenti u t-tweġibiet. Kwalunkwe bidla li ssir bi tweġiba għar-riżultati tal-verifika jew tal-validazzjoni għandha tiġi dokumentata u motivata fir-rapport ta’ verifika jew ta’ validazzjoni. Tali sommarju jista’ jieħu l-forma ta’ tabella fid-dokumenti rispettivi. Is-sommarju għandu jinkludi l-kumment mill-verifikatur(i), it-tweġiba tal-kummissjonant u l-motivazzjoni għall-bidliet.

Il-verifika tista’ ssir wara li jkun ġie konkluż l-istudju dwar l-OEF jew b’mod parallel (fl-istess ħin) mal-istudju, filwaqt li l-validazzjoni għandha dejjem issir wara li jkun ġie konkluż l-istudju.

Il-verifika/validazzjoni għandha tgħaqqad ir-rieżami tad-dokumenti u l-validazzjoni tal-mudell.

— 
Ir-rieżami tad-dokumenti jinkludi r-rapport dwar l-OEF, il-kontenut tekniku tal-mezzi relatati ta’ komunikazzjoni disponibbli fiż-żmien tal-validazzjoni, u d-data użata fil-kalkoli permezz tad-dokumenti sottostanti mitluba. Il-verifikatur(i) jista’ jorganizza r-rieżami tad-dokumenti jew bħala eżerċizzju “dokumentarju” jew bħala eżerċizzju “fuq il-post”, jew bħala taħlita tat-tnejn. Il-validazzjoni tad-data speċifika għall-kumpanija għandha dejjem tiġi organizzata permezz ta’ żjara fis-sit(i) tal-produzzjoni li d-data tirreferi għalih/għalihom.
— 
Il-validazzjoni tal-mudell tista’ ssir fis-sit tal-produzzjoni tal-kummissjonant tal-istudju jew tiġi organizzata mill-bogħod. Il-verifikatur għandu jaċċessa l-mudell biex jivverifika l-istruttura tiegħu, id-data użata, u l-konsistenza tiegħu mar-rapport dwar l-OEF u l-istudju dwar l-OEF. Il-kummissjonant tal-istudju dwar l-OEF u l-verifikatur(i) għandhom jaqblu dwar kif il-verifikatur(i) jaċċessa/jaċċessaw il-mudell.
— 
Il-validazzjoni tar-rapport dwar l-OEF għandha titwettaq billi tiġi vverifikata biżżejjed informazzjoni biex jiġi pprovdut aċċertament raġonevoli li l-kontenut ikun konformi mal-immudellar u mar-riżultati tal-istudju dwar l-OEF.

Il-verifikatur għandu jiżgura li l-validazzjoni tad-data tinkludi:

(a) 

il-kopertura, il-preċiżjoni, il-kompletezza, ir-rappreżentattività, il-konsistenza, ir-riproduċibbiltà, is-sorsi u l-inċertezza;

(b) 

il-plawżibbiltà, il-kwalità u l-akkuratezza tad-data bbażata fuq l-LCA;

(c) 

il-kwalità u l-preċiżjoni tal-informazzjoni ambjentali u teknika addizzjonali;

(d) 

il-kwalità u l-preċiżjoni tal-informazzjoni ta’ sostenn.

Il-verifika u l-validazzjoni tal-istudju dwar l-OEF għandhom jitwettqu billi jiġu segwiti r-rekwiżiti minimi elenkati fit-Taqsima 8.4.1.

8.4.1.    Rekwiżiti minimi għall-verifika u l-validazzjoni tal-istudju dwar l-OEF

Il-verifikatur għandu jivvalida l-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-informazzjoni kwantitattiva użata fil-kalkolu tal-istudju. Billi dan jista’ jkun intensiv ħafna fir-riżorsi, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin.

— 
Il-verifikatur għandu jivverifika jekk tkunx intużat il-verżjoni korretta tal-metodi kollha ta’ valutazzjoni tal-impatt. Għal kull waħda mill-kategoriji tal-impatt (ICs) tal-EF l-aktar rilevanti, għandhom jiġu vverifikati mill-inqas 50 % tal-fatturi ta’ karatterizzazzjoni, filwaqt li għandhom jiġu vverifikati l-fatturi kollha ta’ normalizzazzjoni u ta’ ponderazzjoni tal-ICs kollha. B’mod partikolari, il-verifikatur għandu jivverifika li l-fatturi ta’ karatterizzazzjoni jikkorrispondu ma’ dawk inklużi fil-metodu ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-EF li l-istudju jiddikjara l-konformità magħhom ( 181 ). Dan jista’ jsir ukoll indirettament, pereżempju:
1) 

Is-settijiet tad-data konformi mal-EF jiġu esportati mis-software tal-LCA użat biex isir l-istudju dwar l-OEF u jiġu eżegwiti f’Look@LCI ( 182 ) biex jinkisbu r-riżultati tal-LCIA. Jekk ir-riżultati ta’ Look@LCI ikunu fi ħdan devjazzjoni ta’ 1 % mir-riżultati fis-software tal-LCA, il-verifikatur jista’ jassumi li l-implimentazzjoni tal-fatturi ta’ karatterizzazzjoni fis-software użat biex isir l-istudju dwar l-OEF kienet korretta.

2) 

Ir-riżultati tal-LCIA tal-proċessi l-aktar rilevanti kkalkulati bis-software użat biex isir l-istudju dwar l-OEF jitqabblu ma’ dawk disponibbli fil-metadata tas-sett tad-data oriġinali. Jekk ir-riżultati mqabbla jkunu fi ħdan devjazzjoni ta’ 1 %, il-verifikatur jista’ jassumi li l-implimentazzjoni tal-fatturi ta’ karatterizzazzjoni fis-software użat biex isir l-istudju dwar l-OEF kienet korretta.

— 
Il-verifikatur għandu jivverifika li l-limitu applikat (jekk ikun hemm) jissodisfa r-rekwiżiti fit-Taqsima 4.6.4.
— 
Il-verifikatur għandu jivverifika li s-settijiet tad-data kollha użati jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-data (it-Taqsima 4.6.3 u 4.6.5.).
— 
Għal mill-anqas 80 % (fl-għadd) tal-proċessi l-aktar rilevanti (kif definiti fit-Taqsima 6.3.3), il-verifikatur għandu jivvalida d-data dwar l-attivitajiet relatata kollha u s-settijiet tad-data użati biex jiġu mmudellati dawn il-proċessi. Jekk ikun rilevanti, il-parametri tas-CFF u s-settijiet tad-data użati għall-immudellar tagħhom għandhom jiġu vvalidati wkoll bl-istess mod. Il-verifikatur għandu jivverifika li l-proċessi l-aktar rilevanti jkunu identifikati kif speċifikat fit-Taqsima 6.3.3;
— 
Għal mill-anqas 30 % (fl-għadd) tal-proċessi l-oħra kollha (li jikkorrispondu għal 20 % tal-proċessi kif definiti fit-Taqsima 6.3.3), il-verifikatur għandu jivvalida d-data dwar l-attivitajiet relatata kollha u s-settijiet tad-data użati biex jiġu mmudellati dawn il-proċessi. Jekk ikun rilevanti, il-parametri tas-CFF u s-settijiet tad-data użati għall-immudellar tagħhom għandhom jiġu validati wkoll bl-istess mod;
— 
Il-verifikatur għandu jivverifika li s-settijiet tad-data jiġu implimentati b’mod korrett fis-software (jiġifieri r-riżultati tal-LCIA tas-sett tad-data fis-software jkunu fi ħdan devjazzjoni ta’ 1 % minn dawk fil-metadata). Għandhom jiġu vverifikati mill-anqas 50 % (fl-għadd) tas-settijiet tad-data użati biex jiġu mmudellati l-proċessi l-aktar rilevanti u 10 % ta’ dawk użati għall-immudellar ta’ proċessi oħra.

Il-verifikatur għandu jivverifika jekk is-sett tad-data aggregat konformi mal-EF li jirrappreżenta lill-organizzazzjoni fl-ambitu jkunx disponibbli għall-Kummissjoni Ewropea ( 183 ). Il-kummissjonant tal-istudju dwar l-OEF jista’ jiddeċiedi li jippubblika s-sett tad-data.

Informazzjoni ambjentali u teknika addizzjonali tissodisfa r-rekwiżiti fit-Taqsima 3.2.4.1.

8.4.2.    Tekniki ta’ verifika u ta’ validazzjoni

Il-verifikatur għandu jivvaluta u jikkonferma jekk il-metodoloġiji ta’ kalkolu applikati jkunux ta’ preċiżjoni aċċettabbli, affidabbli, ikunux xierqa u mwettqa f’konformità ma’ dan l-Anness. Il-verifikatur għandu jikkonferma l-applikazzjoni korretta tal-konverżjoni tal-unitajiet tal-kejl.

Il-verifikatur għandu jivverifika jekk il-proċeduri ta’ kampjunar applikati jkunux konformi mal-proċedura ta’ kampjunar definita fil-metodu tal-OEF kif stabbilit fit-Taqsima 4.4.6. Id-data rrapportata għandha tiġi vverifikata mad-dokumentazzjoni tas-sors sabiex tiġi vverifikata l-konsistenza tagħha.

Il-verifikatur għandu jevalwa jekk il-metodi biex isiru l-istimi jkunux xierqa u ġewx applikati b’mod konsistenti.

Il-verifikatur jista’ jivvaluta alternattivi għall-istimi jew għall-għażliet magħmula, biex jiddetermina jekk intgħażlitx għażla konservattiva.

Il-verifikatur jista’ jidentifika inċertezzi li jkunu akbar milli mistennija u jivvaluta l-effett tal-inċertezza identifikata fuq ir-riżultati finali tal-OEF.

8.4.3.    Kunfidenzjalità tad-data

Id-data għall-validazzjoni għandha tiġi ppreżentata b’mod sistematiku u komprensiv. Id-dokumentazzjoni kollha tal-proġett li tappoġġa l-validazzjoni ta’ studju dwar l-OEF għandha tiġi pprovduta lill-verifikatur(i), inklużi l-mudell tal-EF, l-informazzjoni kunfidenzjali, id-data, u r-rapport dwar l-OEF. Il-verifikatur għandu jittratta l-informazzjoni u d-data kollha li tkun qed tiġi vverifikata/ivvalidata bħala kunfidenzjali u għandu jużahom biss matul il-proċess ta’ verifika/validazzjoni.

Il-kummissjonant tal-istudju dwar l-OEF jista’ jeskludi data u informazzjoni kunfidenzjali mir-rapport dwar l-OEF, dment li:

— 
tiġi eskluża biss informazzjoni dwar l-input u tiġi inkluża l-informazzjoni kollha dwar l-output;
— 
il-kummissjonant jipprovdi lill-verifikatur(i) b’informazzjoni suffiċjenti dwar in-natura tad-data u tal-informazzjoni esklużi kif ukoll ir-raġunament għall-esklużjoni tagħhom;
— 
il-verifikatur jaċċetta n-nuqqas ta’ divulgazzjoni u fir-rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni jinkludi r-raġunijiet għal dan; jekk il-verifikatur ma jaċċettax in-nuqqas ta’ divulgazzjoni u l-kummissjonant tal-istudju dwar l-OEF ma jiħux azzjoni korrettiva, il-verifikatur għandu jinkludi fir-rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni li n-nuqqas ta’ divulgazzjoni ma jkunx ġustifikat;
— 
il-kummissjonant tal-istudju dwar l-OEF iżomm fajl tal-informazzjoni mhux divulgata għal rivalutazzjoni futura possibbli tad-deċiżjoni għan-nuqqas ta’ divulgazzjoni.

Id-data kummerċjali tista’ tkun ta’ natura kunfidenzjali minħabba aspetti ta’ kompetizzjoni, drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jew restrizzjonijiet legali simili. Għalhekk, id-data kummerċjali identifikata bħala kunfidenzjali u pprovduta matul il-proċess ta’ validazzjoni għandha tinżamm kunfidenzjali. Għalhekk, il-verifikatur ma għandux ixerred jew iżomm b’xi mod ieħor għall-użu, mingħajr il-permess tal-organizzazzjoni, kwalunkwe informazzjoni divulgata lilu matul il-proċess ta’ verifika/validazzjoni. Il-kummissjonant tal-istudju dwar l-OEF jista’ jitlob lill-verifikatur jiffirma ftehim ta’ kunfidenzjalità (NDA).

8.5.    Outputs tal-proċess ta’ verifika/validazzjoni

8.5.1.    Kontenut tar-rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni

Ir-rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni ( 184 ) għandu jinkludi s-sejbiet kollha tal-proċess ta’ verifika/validazzjoni, l-azzjonijiet meħuda mill-kummissjonant biex iwieġeb għall-kummenti tal-verifikatur(i), u l-konklużjoni finali. Ir-rapport huwa obbligatorju, iżda jista’ jkun kunfidenzjali. L-informazzjoni kunfidenzjali għandha tiġi kondiviża biss mal-Kummissjoni Ewropea jew mal-korp li jissorvelja l-iżvilupp tal-OEFSR, u mal-bord ta’ rieżami fuq talba tagħhom.

Il-konklużjoni finali tista’ tkun ta’ natura differenti:

— 
“konformi” jekk il-verifiki dokumentarji jew fuq il-post juru li r-rekwiżiti ta’ din it-Taqsima jkunu ssodisfati.
— 
“mhux konformi” jekk il-verifiki dokumentarji jew fuq il-post juru li r-rekwiżiti ta’ din it-Taqsima ma jkunux issodisfati.
— 
“hija meħtieġa informazzjoni komplementari” jekk il-verifiki dokumentarji jew fuq il-post ma jippermettux lill-verifikatur jikkonkludi dwar il-konformità. Dan jista’ jseħħ jekk l-informazzjoni ma tkunx iddokumentata jew ma ssirx disponibbli b’mod trasparenti jew suffiċjenti.

Ir-rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni għandu jidentifika b’mod ċar l-istudju speċifiku dwar l-OEF li jkun qed jiġi verifikat. Għal dan il-għan, huwa għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

— 
it-titolu tal-istudju dwar l-OEF li jkun qed jiġi verifikat/validat, flimkien mal-verżjoni eżatta tar-rapport dwar l-OEF li għalih tappartjeni d-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni;
— 
il-kummissjonant tal-istudju dwar l-OEF;
— 
l-utent tal-metodu tal-OEF;
— 
il-verifikatur(i) jew, fil-każ ta’ tim ta’ verifika, il-membri tat-tim bl-identifikazzjoni tal-verifikatur ewlieni;
— 
in-nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess tal-verifikatur(i) fir-rigward tal-portafoll tal-prodotti kkonċernat u tal-kummissjonant u kwalunkwe involviment f’ħidma preċedenti (fejn ikun rilevanti, ix-xogħol ta’ konsulenza mwettaq għall-utent tal-metodu tal-OEF matul l-aħħar tliet snin);
— 
deskrizzjoni tal-objettiv tal-verifika/ validazzjoni;
— 
l-azzjonijiet meħuda mill-kummissjonant biex iwieġeb għall-kummenti tal-verifikatur(i);
— 
dikjarazzjoni tar-riżultat (sejbiet) tal-verifika /validazzjoni li jkun fiha l-konklużjoni finali tar-rapporti ta’ verifika u ta’ validazzjoni;
— 
kwalunkwe limitazzjoni tar-riżultati tal-verifika/ validazzjoni;
— 
id-data li fiha tkun inħarġet id-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni;
— 
il-verżjoni tal-metodu sottostanti tal-OEF u, jekk applikabbli, tal-OEFSR sottostanti;
— 
il-firma tal-verifikatur(i).

8.5.2.    Kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni

Id-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni hija obbligatorja u dejjem għandha tiġi pprovduta bħala anness għar-rapport dwar l-OEF.

Il-verifikatur għandu jinkludi mill-anqas l-elementi u l-aspetti li ġejjin fid-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni:

— 
it-titolu tal-istudju dwar l-OEF li jkun qed jiġi verifikat/validat, flimkien mal-verżjoni eżatta tar-rapport dwar l-OEF li għalih tappartjeni d-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni;
— 
il-kummissjonant tal-istudju dwar l-OEF;
— 
l-utent tal-metodu tal-OEF;
— 
il-verifikatur(i) jew, fil-każ ta’ tim ta’ verifika, il-membri tat-tim bl-identifikazzjoni tal-verifikatur ewlieni;
— 
in-nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess tal-verifikatur(i) fir-rigward tal-organizzazzjonijiet ikkonċernati u tal-kummissjonant u kwalunkwe involviment f’ħidma preċedenti (fejn ikun rilevanti, ix-xogħol ta’ konsulenza mwettaq għall-utent tal-metodu tal-OEF matul l-aħħar tliet snin);
— 
deskrizzjoni tal-objettiv tal-verifika/ validazzjoni;
— 
dikjarazzjoni tar-riżultat tal-verifika /validazzjoni li jkun fiha l-konklużjoni finali tar-rapporti ta’ verifika u ta’ validazzjoni;
— 
kwalunkwe limitazzjoni tar-riżultati tal-verifika/ validazzjoni;
— 
id-data li fiha tkun inħarġet id-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni;
— 
il-verżjoni tal-metodu sottostanti tal-OEF u, jekk applikabbli, tal-OEFSR sottostanti;
— 
il-firma tal-verifikatur(i).

8.5.3.    Validità tar-rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni u tad-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni

Rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni, u dikjarazzjoni ta’ validazzjoni għandhom jirreferu għal rapport dwar l-OEF speċifiku wieħed biss. Ir-rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni u d-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni għandhom jidentifikaw b’mod ċar l-istudju speċifiku dwar l-OEF li jkun qed jiġi vverifikat (jiġifieri billi jinkludu t-titolu, il-kummissjonant tal-istudju dwar l-OEF, l-utent tal-metodu tal-OEF – ara t-Taqsimiet 8.5.1 u 8.5.2), flimkien mal-verżjoni espliċita tar-rapport finali dwar l-OEF li għalih japplikaw ir-rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni u dikjarazzjoni ta’ validazzjoni (eż. billi tiġi inkluża d-data tar-rapport, in-numru tal-verżjoni, eċċ.).

Kemm ir-rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni kif ukoll id-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni għandhom jitlestew abbażi tar-rapport finali dwar l-OEF, wara l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi kollha mitluba mill-verifikatur(i). Huma għandu jkollhom il-firma bil-miktub jew elettronika tal-verifikatur(i) f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 910/2014 ( 185 ).

Il-validità massima tar-rapport ta’ verifika u ta’ validazzjoni u tad-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni ma għandhiex taqbeż it-tliet snin li jibdew mid-data tal-ħruġ tagħhom.

Matul il-perjodu ta’ validità tal-verifika, għandha tiġi miftiehma sorveljanza (segwitu) bejn il-kummissjonant tal-istudju dwar l-OEF u l-verifikatur(i) biex jiġi evalwat jekk il-kontenut ikunx għadu konsistenti mas-sitwazzjoni attwali (il-perjodiċità ssuġġerita għal dan is-segwitu hija darba fis-sena, li għandha tiġi miftiehma bejn il-kummissjonant tal-istudju dwar l-OEF u l-verifikatur(i)).

Il-kontrolli perjodiċi għandhom jiffukaw fuq il-parametri li skont il-verifikatur(i) jistgħu jwasslu għal bidliet rilevanti fir-riżultati tal-istudju dwar l-OEF. Dan ifisser li r-riżultati għandhom jiġu kkalkulati mill-ġdid billi jiġu kkunsidrati l-bidliet tal-parametri identifikati. Il-lista ta’ dawn il-parametri tinkludi:

— 
il-lista tal-materjali/ il-lista tal-komponenti;
— 
it-taħlita enerġetika użata għall-proċessi fis-Sitwazzjoni 1 tal-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data;
— 
it-tibdil tal-imballaġġ;
— 
it-tibdil fil-fornituri (materjali/ ġeografija);
— 
it-tibdil fil-loġistika;
— 
it-tibdil teknoloġiku rilevanti fil-proċessi fis-sitwazzjoni 1 tal-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data.

Fi żmien il-kontroll perjodiku, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati mill-ġdid ukoll ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ divulgazzjoni tal-informazzjoni. Il-verifika tas-sorveljanza tista’ tiġi organizzata bħala kontroll tad-dokumenti u/jew permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post.

Irrispettivament mill-validità, l-istudju dwar l-OEF (u konsegwentement ir-rapport dwar l-OEF) għandu jiġi aġġornat matul il-perjodu ta’ sorveljanza jekk ir-riżultati ta’ waħda mill-kategoriji tal-impatt ikkomunikati jkunu marru għall-agħar b’aktar minn 10,0 % meta mqabbla mad-data vverifikata, jew jekk il-punteġġ aggregat totali jkun mar għall-agħar b’aktar minn 5,0 % meta mqabbel mad-data vverifikata.

Jekk dawn il-bidliet jaffettwaw il-kontenut tal-mezz ta’ komunikazzjoni, dan għandu jiġi aġġornat kif meħtieġ.

Referenzi

ADEME (2011): General principles for an environmental communication on mass market products BPX 30-323-0.

Beck, T., Bos, U., Wittstock, B., Baitz, M., Fischer, M., Sedlbauer, K. (2010). "LANCA Land Use Indicator Value Calculation in Life-cycle Assessment – Method Report", Fraunhofer Institute for Building Physics.

Bos U., Horn R., Beck T., Lindner J.P., Fischer M. (2016). LANCA® - Characterisation Factors for Life-cycle Impact Assessment, Version 2.0, 978-3-8396-0953-8Fraunhofer Verlag, Stuttgart.

Boucher, O., P. Friedlingstein, B. Collins, u K. P. Shine, (2009). The indirect global warming potential and global temperature change potential due to methane oxidation. Environ. Res. Lett., 4, 044007.

BSI (2011). PAS 2050:2011. Specification for the assessment of the life-cycle greenhouse gas emissions of goods and services. Londra, British Standards Institution.

BSI (2012). PAS 2050-1:2012. Assessment of life-cycle greenhouse gas emissions from horticultural products - Supplementary requirements for the cradle to gate stages of GHG assessments of horticultural products undertaken in accordance with PAS 2050. Londra, British Standards Institution.

CE Delft (2010). Biofuels: GHG impact of indirect land use change. Disponibbli minn http://www.birdlife.org/eu/pdfs/PPT_carbon_bomb_CE_delft.pdf

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (2008): Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli u l-Politika Industrijali Sostenibbli”. http://www.eu2008.fr/webdav/site/PFUE/shared/import/1204_Conseil_Environnement/Council_conclusions_Sustainable_consumption_and_production_EN.pdf

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (2010): Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-materjali u l-produzzjoni u l-konsum sostenibbli: kontribut ewlieni għal Ewropa effiċjenti fir-riżorsi. http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/envir/118642.pdf

De Laurentiis, V., Secchi, M., Bos, U., Horn, R., Laurent, A. u Sala, S., (2019). Soil quality index: Exploring options for a comprehensive assessment of land use impacts in LCA. Journal of cleaner production, 215, pp.63-74.

Dreicer M., Tort V. u Manen P. (1995): ExternE, Externalities of Energy, Vol. 5 Nuclear, Centre d’étude sur l’Evaluation de la Protection dans le domaine nucléaire (CEPN), editjat mill-Kummissjoni Ewropea DGXII, Xjenza, Riċerka u Żvilupp JOULE, il-Lussemburgu.

L-istandard EN (2007). 15343:2007: Plastik — Plastik Riċiklat — Traċċabbiltà tar-riċiklaġġ tal-plastik u valutazzjoni tal-konformità u tal-kontenut riċiklat

ENVIFOOD Protocol, Environmental Assessment of Food and Drink Protocol, European Food Sustainable Consumption and Production Round Table (SCP RT), il-Grupp ta’ Ħidma 1, Brussell, il-Belġju. https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC90431

Il-Kummissjoni Ewropea - Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka - Istitut għall-Ambjent u s-Sostenibbiltà (2010): International Reference Life-cycle Data System (ILCD) Handbook - General guide for Life-cycle Assessment - Detailed guidance. L-ewwel edizzjoni maħruġa f’Marzu tal-2010. ISBN 978-92-79-19092-6, doi: 10.2788/38479. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.

Il-Kummissjoni Ewropea - Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (2010a): International Reference Life-cycle Data System (ILCD) Handbook - Review schemes for Life-cycle Assessment. L-ewwel edizzjoni maħruġa f’Marzu tal-2010. ISBN 978-92-79-19094-0, doi: 10.2788/39791. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.

Il-Kummissjoni Ewropea - Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka - (2010b): International Reference Life-cycle Data System (ILCD) Handbook - Framework and Requirements for Life-cycle Impact Assessment Models and Indicators. L-ewwel edizzjoni maħruġa f’Marzu tal-2010. ISBN 978-92-79-17539-8, doi: 10.2788/38719. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.

Il-Kummissjoni Ewropea - Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka - (2010c): International Reference Life-cycle Data System (ILCD) Handbook – Nomenclature and other conventions. L-ewwel edizzjoni maħruġa f’Marzu tal-2010. ISBN 978-92-79-15861-2, doi: 10.2788/96557. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.

Il-Kummissjoni Ewropea - Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka - (2011a): International Reference Life-cycle Data System (ILCD) Handbook - Recommendations based on existing environmental impact assessment models and factors for Life-cycle Assessment in a European context. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, fl-istampa.

Il-Kummissjoni Ewropea - Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka - (2011b): Analysis of Existing Environmental Footprint methodologies for Products and Organisations: Recommendations, Rationale, and Alignment, fl-istampa.

Il-Kummissjoni Ewropea (2005): Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22–39.

Il-Kummissjoni Ewropea (2010): Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (C(2010) 3751) tal-10 ta’ Ġunju 2010 dwar il-linji gwida għall-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju fl-art għall-għanijiet tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE (ĠU L 151, 17.06.2010, p.19)

Il-Kummissjoni Ewropea (2011): Il-Komunikazzjoni COM(2011) 571 dwar Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi -. {SEC(2011) 1067 final} {SEC(2011) 1068 final}

Il-Kummissjoni Ewropea (2012). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1179/2012 tal-10 ta’ Diċembru 2012 li jistabbilixxi kriterji li jiddeterminaw meta l-ħġieġ mormi ma jibqax jitqies bħala skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 337, 11.12.2012, p. 31)

Il-Kummissjoni Ewropea (2012). Il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli. COM(2012) 595 final. {SWD(2012) 343 final} {SWD(2012) 344 final}

Il-Kummissjoni Ewropea (2013): Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar regoli tal-kontabilità dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija u dwar informazzjoni li tikkonċerna l-azzjonijiet relatati ma’ dawk l-attivitajiet. (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 80–97)

Il-Kummissjoni Ewropea (2013). “Anness II: Gwida dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodotti (PEF) fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ April 2013 dwar l-użu ta’ metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u ta’ organizzazzjonijiet (2013/179/UE).”ĠU L 124, 04.05.2013, p. 6-106.

Il-Kummissjoni Ewropea (2016): Gwida għall-implimentazzjoni/applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali. Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal (2016) 163 final.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (2009): Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16–62

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (2018): Id-Direttiva (UE) 2018/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart. ĠU L 150, 14.6.2018, p. 109-140

il-Eurostat: https://ec.europa.eu/eurostat/web/main/data/database

Fantke, P., Evans, J., Hodas, N., Apte, J., Jantunen, M., Jolliet, O., McKone, T.E. (2016). Health impacts of fine particulate matter. F’: Frischknecht, R., Jolliet, O. (Eds.), Global Guidance for Life-cycle Impact Assessment Indicators: Volume 1. UNEP/SETAC Life-cycle Initiative, Pariġi, pp. 76-99. Irkuprat f’Jannar 2017 minn www.lifecycleinitiative.org/applying-lca/lcia-cf/.

Fantke, P., Bijster, M.,Guignard, C., Hauschild, M., Huijbregts, M., Jolliet, O., Kounina, A., Magaud, V., Margni, M., McKone, T.E., Posthuma, L., Rosenbaum, R.K., van de Meent, D., van Zelm, R., 2017.USEtox®2.0 Documentation (Version 1), http://usetox.org. https://doi.org/10.11581/DTU:00000011

FAO (2016a). Il-prestazzjoni ambjentali tal-ktajjen tal-provvista tal-għalf għall-annimali: Linji gwida għall-valutazzjoni. Livestock Environmental Assessment and Performance Partnership. FAO, Ruma, l-Italja. disponibbli minn http://www.fao.org/partnerships/leap/publications/en/.

FAO (2016b). Greenhouse gas emissions and fossil energy use from small ruminant supply chains: Linji gwida għall-valutazzjoni. Livestock Environmental Assessment and Performance Partnership. FAO, Ruma, l-Italja. disponibbli minn http://www.fao.org/partnerships/leap/publications/en/.

Fazio, S. Castellani, V. Sala, S., Schau, EM. Secchi, M. Zampori, L., Supporting information to the characterisation factors of recommended EF Life-cycle Impact Assessment methods, EUR 28888 EN, Il-Kummissjoni Ewropea, Ispra, 2018a, ISBN 978-92-79-76742-5, doi: 10.2760/671368, JRC109369.

Fazio, S., Biganzoli, F., De Laurentiis, V., Zampori, L., Sala, S. u Diaconu, E., Supporting information to the characterisation factors of recommended EF Life-cycle Impact Assessment methods , EUR 29600 EN, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2018b, ISBN 978-92-79-98584-3 (online), 978-92-79-98585-0 (stampat), doi:10.2760/002447 (online),10.2760/090552 (stampat), JRC114822

Fazio S., Zampori L., De Schryver A., Kusche O., Guide on Life-cycle Inventory (LCI) data generation for the Environmental Footprint, EUR 29560 EN, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2018c, ISBN 978-92-79-98372-6, doi: 10.2760/120983, JRC 114593.

Frischknecht R., Steiner R. u Jungbluth N. (2008): The Ecological Scarcity method – Eco-Factors 2006. A method for impact assessment in LCA. Environmental studies no. 0906. L-Uffiċċju Federali għall-Ambjent (FOEN), Bern. 188 pp.

Global Footprint Network (2009): Ecological Footprint Standards 2009. Disponibbli online minn http://www.footprintnetwork.org/images/uploads/Ecological_Footprint_Standards_2009.pdf.

Horn, R., Maier, S., LANCA®- Characterization Factors for Life-cycle Impact Assessment, Version 2.5, 2018, Disponibbli minn: http://publica.fraunhofer.de/documents/N-379310.html

IDF 2015. A common carbon footprint approach for dairy sector: The IDF guide to standard life-cycle assessment methodology. Bulletin of the International Dairy Federation 479/2015.

Il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima - IPCC (2003): IPCC Good Practice Guidance for Land Use, Land-Use Change and Forestry, il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima, Hayama

Il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima - IPCC (2006): IPCC Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories: Volume 4 Agriculture, Forestry and Other Land Use, IGES, il-Ġappun.

Il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (l-IPCC) (2007): IPCC Climate Change Fourth Assessment Report: Climate Change 2007. https://www.ipcc.ch/reports/?rp=ar4.

Il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima - IPCC (2013). Myhre, G., D. Shindell, F.-M. Bréon, W. Collins, J. Fuglestvedt, J. Huang, D. Koch, J.-F. Lamarque, D. Lee, B. Mendoza, T. Nakajima, A. Robock, G. Stephens, T. Takemura and H. Zhang, 2013: Anthropogenic and Natural Radiative Forc-ing. Fi: Climate Change 2013: The Physical Science Basis. Contribution of Working Group I to the Fifth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change [Stocker, T.F., D. Qin, G.-K. Plattner, M. Tignor, S.K. Allen, J. Boschung, A. Nauels, Y. Xia, V. Bex and P.M. Midgley (eds.)]. Cambridge University Press, Cambridge, Ir-Renju Unit u New York, NY, l-Istati Uniti tal-Amerka.

EN ISO 14001:2015 Environmental management systems – Requirements with guidance for use. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, l-Iżvizzera.

EN ISO 14020:2001 Environmental labels and declarations -- General principles. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, l-Iżvizzera.

EN ISO 14021:2016 Tikketti u dikjarazzjonijiet ambjentali — Asserzjonijiet ambjentali awtodikjarati (Tikkettar ambjentali tat-Tip II). Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, l-Iżvizzera.

EN ISO 14025:2010. International Standard – Environmental labels and declarations – Type III environmental declarations – Principles and procedures. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, l-Iżvizzera.

EN EN ISO 14040:2006 International Standard – Environmental management – Life-cycle assessment – Principles and framework. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, l-Iżvizzera.

EN ISO 14044:2006. Standard Internazzjonali – Ġestjoni ambjentali – Valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja – Rekwiżiti u linji gwida. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, l-Iżvizzera.

ISO 14046:2014. Ġestjoni ambjentali -- Impronta tal-ilma -- Prinċipji, rekwiżiti u linji gwida. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, l-Iżvizzera.

EN ISO 14067:2018. Standard Internazzjonali – Gassijiet serra – Impronta tal-karbonju tal-prodotti – Rekwiżiti u linji gwida għall-kwantifikazzjoni. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, l-Iżvizzera.

ISO 14050:2020 Ġestjoni ambjentali — vokabularju. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, l-Iżvizzera.

CEN ISO/TS 14071:2016 Ġestjoni ambjentali — Valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja — Proċessi ta’ rieżami kritiku u kompetenzi tar-rieżaminaturi: Rekwiżiti u linji gwida addizzjonali għall-EN ISO 14044:2006. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, l-Iżvizzera.

ISO 17024:2012 Valutazzjoni tal-konformità – Rekwiżiti ġenerali għall-korpi li joperaw iċ-ċertifikazzjoni tal-persuni. L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Ġinevra, l-Iżvizzera.

Milà i Canals L., Romanyà J. u Cowell S.J. (2007): method for assessing impacts on life support functions (LSF) related to the use of “fertile land” in Life-cycle Assessment (LCA). Journal of Cleaner Production 15: 1426-1440.

Nederlands Instituut voor Bouwbiologie en Ecologie (2014). Vergelijkend LCA onderzoek houten en kunststof pallets.

NRC (2007). Nutrient requirements of small ruminants: Sheep, goats, cervids, and new world camelids. National Research Council. Washington DC, National Academies Press.

PAS 2050 (2011). Specifications for the assessment of the life-cycle greenhouse gas emissions of goods and services. Disponibbli online minn https://www.bsigroup.com/fr-FR/A-propos-de-BSI/espace-presse/Communiques-de-presse/actualite-2011/La-norme-PAS-2050-nouvellement-revisee-sapprete-a-relancer-les-efforts-internationaux-pour-les-produits-relatifs-a-lEmpreinte-Carbone/

PERIFEM u ADEME “Guide sectorial 2014: Réalisation d’un bilan des emissions de gaz à effet de serre pour distribution et commerce de detail‘.

Rosenbaum, R.K., Anton, A., Bengoa, X. et al. 2015. The Glasgow consensus on the delineation between pesticide emission inventory and impact assessment for LCA. International Journal of Life-cycle Assessment, 20: 765.

Rosenbaum R.K., Bachmann T.M., Gold L.S., Huijbregts M.A.J., Jolliet O., Juraske R., Köhler A., Larsen H.F., MacLeod M., Margni M., McKone T.E., Payet J., Schuhmacher M., van de Meent D. u Hauschild M.Z. (2008): USEtox - The UNEP-SETAC toxicity model: recommended characterisation factors for human toxicity and freshwater ecotoxicity in Life-cycle Impact Assessment. International Journal of Life-cycle Assessment 13(7): 532-546, 2008.

Sala S., Cerutti A.K., Pant R., Development of a weighting approach for the Environmental Footprint, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2018, ISBN 978-92-79-68042-7, EUR 28562, doi 10.2760/945290.

Saouter E., Biganzoli F., Ceriani L., Pant R., Versteeg D., Crenna E., Zampori L. Using REACH and EFSA database to derive input data for the USEtox model. EUR 29495 EN, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2018, ISBN 978-92-79-98183-8, doi: 10.2760/611799, JRC 114227.

Seppälä J., Posch M., Johansson M. and Hettelingh J.P. (2006): Country-dependent Characterisation Factors for Acidification and Terrestrial Eutrophication Based on Accumulated Exceedance as an Impact Category Indicator. International Journal of Life-cycle Assessment 11(6): 403-416.

Struijs J., Beusen A., van Jaarsveld H. u Huijbregts M.A.J. (2009): Aquatic Eutrophication. Taqsima 6 fi: Goedkoop M., Heijungs R., Huijbregts M.A.J., De Schryver A., Struijs J., Van Zelm R. (2009): ReCiPe 2008 - A life-cycle impact assessment method which comprises harmonised category indicators at the midpoint and the endpoint level. Report I: Characterisation factors, first edition.

Thoma et al. (2013). A biophysical approach to allocation of life-cycle environmental burdens for fluid milk supply chain analysis. International Dairy Journal 31.

UNEP (2011) Global guidance principles for life-cycle assessment databases. ISBN: 978-92-807-3174-3. Disponibbli fuq: https://www.lifecycleinitiative.org/wp-content/uploads/2012/12/2011%20-%20Global%20Guidance%20Principles.pdf

UNEP (2016) Global guidance for life-cycle impact assessment indicators. Volume 1. ISBN: 978-92-807-3630-4. Disponibbli fuq: http://www.lifecycleinitiative.org/life-cycle-impact-assessment-indicators-and-characterization-factors/

Van Oers L., de Koning A., Guinee J.B. u Huppes G. (2002): Abiotic Resource Depletion in LCA. Istitut tal-Inġinerija tat-Toroq u Idrawlika, il-Ministeru tat-Trasport u l-Ilma, Amsterdam.

Van Zelm R., Huijbregts M.A.J., Den Hollander H.A., Van Jaarsveld H.A., Sauter F.J., Struijs J., Van Wijnen H.J. u Van de Meent D. (2008): European characterisation factors for human health damage of PM10 and ozone in life-cycle impact assessment. Atmospheric Environment 42, 441-453.

World Meteorological Organisation (WMO) (2014), Scientific Assessment of Ozone Depletion: 2014, Global Ozone Research and Monitoring Project Report No. 55, Ġinevra, l-Iżvizzera.

L-Istitut Dinji tar-Riżorsi (WRI), Il-Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli (2011): Product Life-cycle Accounting and Reporting Standard. Greenhouse Gas Protocol. WRI, l-Istati Uniti tal-Amerka, 144 pp.

L-Istitut Dinji tar-Riżorsi (WRI) u l-Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli WBCSD (2004): Greenhouse Gas Protocol - Corporate Accounting and Reporting Standard.

L-Istitut Dinji tar-Riżorsi (WRI) u l-Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli WBCSD (2011): Greenhouse Gas Protocol Corporate Value Chain (Scope 3) Accounting and Reporting Standard.

L-Istitut Dinji tar-Riżorsi (WRI) u l-Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli WBCSD (2015): GHG Protocol Scope 2 Guidance. An amendment to the GHG Protocol. Corporate Standard.

Lista ta’ illustrazzjonijiet

Illustrazzjoni 1

Eżempju ta’ sett tad-data parzjalment diżaggregat fil-Livell-1

Illustrazzjoni 2

Fażijiet ta’ studju dwar l-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet

Illustrazzjoni3

Xenarju prestabbilit tat-trasport

Illustrazzjoni 4

Punt ta’ sostituzzjoni fil-livell 1 u fil-livell 2

Illustrazzjoni 5

Eżempju ta’ punti ta’ sostituzzjoni fi stadji differenti fil-katina tal-valur.

Illustrazzjoni 6

Għażla tal-immudellar meta r-ruttam qabel il-konsum jiġi ddikjarat bħala kontenut riċiklat qabel il-konsum

Illustrazzjoni 7

Għażla tal-immudellar meta r-ruttam qabel il-konsum ma jiġix iddikjarat bħala kontenut riċiklat qabel il-konsum

Illustrazzjoni 8

Skema ta’ riċiklaġġ bi ġbir simplifikat ta’ materjal

Illustrazzjoni 9

Rappreżentazzjoni grafika ta’ sett tad-data speċifiku għall-kumpanija.

Illustrazzjoni A-1 –

Fluss tal-proċessi biex tinħoloq/tiġi riveduta OEFSR. OEF-RO: Studju dwar l-OEF tal-organizzazzjoni rappreżentattiva.

Illustrazzjoni A-2 –

Eżempju ta’ struttura tal-OEFSR b’regoli orizzontali speċifiċi għas-settur, diversi subsetturi u regoli vertikali speċifiċi għas-subsetturi.

Lista ta’ tabelli

Tabella 1

Eżempju tad-definizzjoni tal-għanijiet - Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjoni ta’ kumpanija li tipproduċi l-jeans u t-T-shirts

Tabella 2

Kategoriji tal-impatt tal-EF bl-indikaturi tal-kategoriji tal-impatt u l-mudelli ta’ karatterizzazzjoni rispettivi.

Tabella 3

Fatturi tal-emissjonijiet tal-Grad 1 tal-IPCC (2006) (modifikati).

Tabella 4

Approċċ alternattiv għall-immudellar tan-nitroġenu

Tabella 5

Kriterji minimi biex jiġu żgurati l-istrumenti kuntrattwali mill-fornituri – gwida biex jiġu ssodisfati l-kriterji

Tabella 6

Identifikazzjoni tas-sottopopolazzjoni għall-Eżempju 2

Tabella 7

Sommarju tas-sottopopolazzjoni għall-eżempju 2

Tabella 8

Eżempju: kif għandu jiġi kkalkulat l-għadd ta’ kumpaniji f’kull sottokampjun

Tabella 9

Tabella sommarju dwar kif għandha tiġi applikata s-CFF f’sitwazzjonijiet differenti

Tabella 10

Fatturi ta’ allokazzjoni prestabbiliti għall-bhejjem tal-ifrat fit-trobbija

Tabella 11

Valuri prestabbiliti li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-NEl għan-nagħaġ u għall-mogħoż

Tabella 12

Valuri prestabbiliti li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-NEl għan-nagħaġ u għall-mogħoż

Tabella 13

Kostanti għall-użu fil-kalkolu tal-NEg għan-nagħaġ

Tabella 14

Valuri prestabbiliti li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-NEg għan-nagħaġ u għall-mogħoż

Tabella 15

Fatturi ta’ allokazzjoni prestabbiliti li għandhom jintużaw fl-istudji dwar l-OEF għan-nagħaġ fl-istadju tat-trobbija

Tabella 16

Allokazzjoni fl-istadju tat-trobbija bejn il-qżieqeż u l-majjali nisa

Tabella 17

Proporzjonijiet ta’ allokazzjoni ekonomika għaċ-ċanga

Tabella 18

Proporzjonijiet ta’ allokazzjoni ekonomika għall-ħnieżer

Tabella 19

Proporzjonijiet ta’ allokazzjoni ekonomika għan-nagħaġ.

Tabella 20

Kriterji tal-kwalità tad-data, dokumentazzjoni, nomenklatura u rieżami

Tabella 21

Klassifikazzjoni tal-kwalità tad-data (DQR) u l-livelli tal-kwalità tad-data ta’ kull kriterju tal-kwalità tad-data

Tabella 22

Il-livell ġenerali tal-kwalità tad-data tas-settijiet tad-data konformi mal-EF, skont il-klassifikazzjoni tal-kwalità tad-data miksuba

Tabella 23

Kif għandhom jiġu assenjati l-valuri għall-kriterji tad-DQR meta tintuża informazzjoni speċifika għall-kumpanija. L-ebda kriterju ma għandu jiġi mmodifikat.

Tabella 24

Kif għandhom jiġu assenjati l-valuri għall-kriterji tad-DQR meta jintużaw settijiet tad-data sekondarji.

Tabella 25

DNM – rekwiżiti għalkumpanija li twettaq studju dwar l-OEF.

Tabella 26

Kriterji biex jintgħażel f’liema livell ta’ stadju taċ-ċiklu tal-ħajja għandhom jiġu identifikati l-proċessi l-aktar rilevanti

Tabella 27

Sommarju tar-rekwiżiti biex jiġu definiti l-kontributi l-aktar rilevanti

Tabella 28

Il-kontribut ta’ kategoriji tal-impatt differenti abbażi ta’ riżultati normalizzati u ponderati – eżempju

Tabella 29

Il-kontribut ta’ stadji differenti taċ-ċiklu tal-ħajja għall-kategorija tal-impatt tat-tibdil fil-klima (ibbażat fuq ir-riżultati kkaratterizzati tal-inventarju) – eżempju

Tabella 30

Il-kontribut ta’ proċessi differenti għall-kategorija tal-impatt tat-tibdil fil-klima (ibbażat fuq ir-riżultati kkaratterizzati tal-inventarju - eżempju

Tabella 31

Eżempju dwar kif għandhom jiġu ttrattati numri negattivi u proċess identiku fi stadji differenti taċ-ċiklu tal-ħajja

Tabella 32

Sistema ta’ punteġġ għal kull suġġett rilevanti ta’ kompetenza u esperjenza għall-valutazzjoni tal-kompetenzi tal-verifikatur(i)

Tabella A-1

Sommarju tar-rekwiżiti għall-OEFSRs li jkopru settur wieħed u għall-OEFSRs li jkopru s-subsettur.

Tabella A-2

Erba’ aspetti tal-portafoll tal-prodotti

Tabella A-3

Approċċ alternattiv għall-immudellar tan-nitroġenu

Tabella A-4

Linji gwida tal-OEFSR għall-istadju tal-użu

Tabella A-5

Eżempju tad-data dwar l-attivitajiet u s-settijiet tad-data sekondarji użati

Tabella A-6

Proċessi tal-istadju tal-użu tal-għaġin niexef (adattat mill-PEFCR finali għall-għaġin niexef). Il-proċessi l-aktar rilevanti huma indikati fil-kaxxa l-ħadra

Tabella A-8

Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data (DNM) – Rekwiżiti għall-utent tal-OEFSR. L-għażliet indikati għal kull sitwazzjoni ma humiex elenkati f’ordni ġerarkika. Ara t-Tabella A-7 biex tiddetermina l-valur R1 li għandu jintuża.

ANNESS IV –

PARTI: A

REKWIŻITI GĦALL-IŻVILUPP TAL-OEFSRS U GĦAT-TWETTIQ TAL-ISTUDJI DWAR L-OEF F’KONFORMITÀ MA’ REGOLA SETTORJALI MARBUTA MAL-IMPRONTA AMBJENTALI TAL-ORGANIZZAZZJONI EŻISTENTI

Ir-Regoli Settorjali marbutin mal-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjoni (OEFSRs) jipprovdu rekwiżiti speċifiċi għall-kalkolu tal-impatti ambjentali potenzjali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti. Din il-Parti A tal-Anness IV fiha r-rekwiżiti metodoloġiċi kollha għall-iżvilupp tal-OEFSRs u għat-twettiq tal-istudji dwar l-OEF f’konformità ma’ OEFSR eżistenti.

OEFSR għandha tkun konformi mar-rekwiżiti kollha ta’ dan id-dokument, għandha tinkludi (bħala test) ir-rekwiżiti kollha ta’ dan l-Anness u għandha tirreferi (mingħajr ma tikkopja t-test korrispondenti) għar-rekwiżiti fil-metodu tal-OEF fejn ikun rilevanti. Hija għandha tispeċifika aktar dawk ir-rekwiżiti fejn il-metodu tal-OEF iħalli għażla, u tista’ żżid rekwiżiti ġodda, jekk rilevanti u f’konformità mal-metodu tal-OEF. Ir-rekwiżiti speċifikati aktar f’OEFSR dejjem jipprevalu fuq dawk inklużi fil-metodu tal-OEF.

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-anness huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fil-leġiżlazzjoni futura tal-UE.

Anness IV –

Parti: A

REKWIŻITI GĦALL-IŻVILUPP TAL-OEFSRS U GĦAT-TWETTIQ TAL-ISTUDJI DWAR L-OEF F’KONFORMITÀ MA’ REGOLA SETTORJALI MARBUTA MAL-IMPRONTA AMBJENTALI TAL-ORGANIZZAZZJONI EŻISTENTI

A.1

Introduzzjoni

A.1.1.

Relazzjoni bejn l-OEFSRs u l-PEFCRs

A.1.2.

Kif għandha tiġi ġestita l-modularità

A.2.

Il-proċess tal-iżvilupp u tar-reviżjoni ta’ OEFSR

A.2.1.

Min jista’ jiżviluppa OEFSR

A.2.2.

Rwol tas-Segretarjat Tekniku

A.2.3.

Definizzjoni tal-organizzazzjoni(jiet) rappreżentattiva(i)

A.2.4.

L-ewwel studju dwar l-OEF tal-organizzazzjoni(jiet) rappreżentattiva(i)

A.2.5.

L-ewwel abbozz tal-OEFSR

A.2.6.

Studji ta’ sostenn

A.2.7.

It-tieni studju dwar l-OEF tal-organizzazzjoni rappreżentattiva

A.2.8

It-tieni abbozz tal-OEFSR

A.2.9.

Ir-rieżami tal-OEFSR

A.2.9.1.

Il-bord ta’ rieżami

A.2.9.2

Proċedura ta’ rieżami

A.2.9.2.1.

Rieżami tal-ewwel OEF-RO

A.2.9.2.2.

Rieżami tal-istudji ta’ sostenn

A.2.9.2.3.

Rieżami tat-tieni studju dwar l-OEF-RO

A.2.9.3.

Kriterji ta’ rieżami tad-dokument tal-OEFSR

A.2.9.4.

Rapport/dikjarazzjonijiet ta’ rieżami

A.2.10.

Abbozz finali tal-OEFSR

A.2.10.1.

Mudell(i) excel tal-organizzazzjoni(jiet) rappreżentattiva(i)

A.2.10.2

Settijiet tad-data elenkati fl-OEFSR

A.2.10.3.

Settijiet tad-data konformi mal-EF li jirrappreżentaw l-organizzazzjoni(jiet) rappreżentattiva(i)

A.3.

Definizzjoni tal-ambitu tal-OEFSRs

A.3.1.

Settur u subsetturi

A.3.2.

Ambitu tal-OEFSR

It-Taqsima tal-ambitu tal-OEFSR għandu jkun fiha deskrizzjoni tal-Portafoll tal-Prodotti u tipprovdi l-kodiċijiet NACE applikabbli għas-settur fl-ambitu. L-OEFSR għandha tispeċifika l-proċessi li għandhom jiġu inklużi fil-limiti organizzazzjonali (attivitajiet diretti). Hija għandha tispeċifika wkoll il-limitu tal-OEF, inkluża l-ispeċifikazzjoni tal-istadji tal-katina tal-provvista li għandhom jiġu inklużi u l-attivitajiet indiretti kollha (upstream u downstream), u tagħti ġustifikazzjoni jekk l-attivitajiet (indiretti) downstream ikunu esklużi (eż. l-istadju tal-użu ta’ prodotti intermedji jew prodotti b’destin indeterminabbli inklużi fil-portafoll tal-prodotti).

A.3.2.1.

Deskrizzjoni ġenerali tal-ambitu tal-OEFSR

A.3.2.2.

Użu tal-kodiċijiet NACE

A.3.2.3.

Definizzjoni tal-organizzazzjoni(jiet) rappreżentattiva(i) (RO)

A.3.2.4.

Unità tar-rapportar (RU)

A.3.2.5.

Limitu tas-sistema

A.3.2.6.

Lista tal-kategoriji tal-impatt tal-EF

A.3.2.7.

Informazzjoni addizzjonali

A.3.2.8.

Suppożizzjonijiet u limitazzjonijiet

A.4.

Inventarju taċ-Ċiklu tal-ħajja

A.4.1.

Attivitajiet diretti u indiretti u stadji taċ-ċiklu tal-ħajja

A.4.2.

Rekwiżiti tal-immudellar

A.4.2.1.

Produzzjoni agrikola

A.4.2.2.

Użu tal-elettriku

A.4.2.3.

Trasport u loġistika

A.4.2.4.

Oġġetti kapitali – infrastruttura u tagħmir

A.4.2.5.

Proċedura tal-kampjunar

A.4.2.6.

Stadju tal-użu

A.4.2.7.

Immudellar ta’ tmiem il-ħajja

A.4.2.8.

Ħajja estiża tal-prodott

A.4.2.9.

Emissjonijiet u assorbimenti ta’ gassijiet serra

A.4.2.10.

Imballaġġ

A.4.3.

Trattament ta’ proċessi multifunzjonali

A.4.3.1.

Trobbija tal-annimali

A.4.4.

Rekwiżiti tal-ġbir tad-data u rekwiżiti tal-kwalità

A.4.4.1.

Lista ta’ data obbligatorja speċifika għall-kumpanija

A.4.4.2.

Settijiet tad-data li għandhom jintużaw

A.4.4.3.

Limitu

A.4.4.4.

Rekwiżiti tal-kwalità tad-data

A.5.

Riżultati tal-OEF

A.6.

Interpretazzjoni tar-riżultati tal-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet

A.6.1.

Identifikazzjoni tal-hotspots

A.6.1.1.

Proċedura biex jiġu identifikati l-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti

A.6.1.2.

Proċedura biex jiġu identifikati l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti

A.6.1.3.

Proċedura biex jiġu identifikati l-proċessi l-aktar rilevanti

A.6.1.4.

Proċedura biex jiġu identifikati l-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti

A.7.

Rapporti dwar l-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet

A.8.

Verifika u validazzjoni tal-istudji, ir-rapporti u l-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-OEF

A.8.1.

Definizzjoni tal-ambitu tal-verifika

A.8.2.

Verifikatur(i)

A.8.3.

Rekwiżiti ta’ verifika/validazzjoni: rekwiżiti għall-verifika/validazzjoni meta tkun disponibbli OEFSR

A.8.3.1

Rekwiżiti minimi għall-verifika u l-validazzjoni tal-istudju dwar l-OEF

A.8.3.2.

Tekniki ta’ verifika u ta’ validazzjoni

A.8.3.3.

Kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni

Parti B:

MUDELL TAL-OEFSR

B.1.

Introduzzjoni

B.2.

Informazzjoni ġenerali dwar l-OEFSR

B.2.1.

Segretarjat Tekniku

B.2.2.

Konsultazzjonijiet u partijiet ikkonċernati

B.2.3.

Il-bord ta’ rieżami u r-rekwiżiti ta’ rieżami tal-OEFSR

B.2.4.

Dikjarazzjoni ta’ rieżami

B.2.5.

Validità ġeografika

B.2.6.

Lingwa

B.2.7.

Konformità ma’ dokumenti oħra

B.3.

Ambitu tal-OEFSR

B.3.1.

Is-settur

B.3.2.

Organizzazzjoni(jiet) rappreżentattiva(i)

B.3.3.

Unità tar-rapportar u fluss ta’ referenza

B.3.4.

Limitu tas-sistema

B.3.5.

Lista tal-kategoriji tal-impatt tal-EF

B.3.6.

Informazzjoni teknika addizzjonali

B.3.7.

Informazzjoni ambjentali addizzjonali

B.3.8.

Limitazzjonijiet

B.3.8.1.

Tqabbil u dikjarazzjonijiet komparattivi

B.3.8.2.

Lakuni fid-data u proxies

B.4.

Kategoriji tal-impatt, stadji taċ-ċiklu tal-ħajja, proċessi u flussi elementari l-aktar rilevanti

B.4.1.

Kategoriji tal-impatt tal-EF l-aktar rilevanti

B.4.2.

Stadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti

B.4.3.

Proċessi l-aktar rilevanti

B.4.4.

Flussi elementari diretti l-aktar rilevanti

B.5.

Inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja

B.5.1.

Lista ta’ data obbligatorja speċifika għall-kumpanija

B.5.2.

Lista ta’ proċessi mistennija li jitmexxew mill-kumpanija

B.5.3.

Rekwiżiti tal-kwalità tad-data

B.5.3.1.

Settijiet tad-data speċifiċi għall-kumpanija

B.5.4.

Matriċi tal-ħtiġijiet tad-data (DNM)

B.5.4.1.

Proċessi fis-sitwazzjoni 1

B.5.4.2.

Proċessi fis-sitwazzjoni 2

B.5.4.3.

Proċessi fis-sitwazzjoni 3

B.5.5.

Settijiet tad-data li għandhom jintużaw

B.5.6.

Kif għandha tiġi kkalkolata d-DQR medja tal-istudju

B.5.7.

Regoli tal-allokazzjoni

B.5.8.

Immudellar tal-elettriku

B.5.9.

Immudellar tat-tibdil fil-klima

B.5.10.

Immudellar ta’ tmiem il-ħajja u tal-kontenut riċiklat

b.6.

Stadji taċ-ċiklu tal-ħajja

B.6.1.

Akkwist u pproċessar minn qabel tal-materja prima

B.6.2.

Immudellar agrikolu [għandu jiġi inkluż biss jekk applikabbli]

B.6.3.

Manifattura

B.6.4.

Stadju tad-distribuzzjoni [għandu jiġi inkluż jekk applikabbli]

B.6.5.

Stadju tal-użu [għandu jiġi inkluż jekk applikabbli]

B.6.6.

Tmiem il-ħajja [għandu jiġi inkluż jekk applikabbli]

B.7.

Riżultati tal-OEF – Il-profil tal-OEF

B.8.

Verifika

Parti C

LISTA TA’ PARAMETRI PRESTABBILITI TAS-CFF

Parti D

DATA PRESTABBILITA GĦALL-IMMUDELLAR TAL-ISTADJU TAL-UŻU

Parti E

MUDELL TAR-RAPPORT DWAR L-OEF

E.1

Sommarju

E.2.

Ġenerali

E.3.

Għan tal-istudju

E.4.

Ambitu tal-istudju

E.4.1.

L-unità funzjonali/iddikjarata u l-fluss ta’ referenza

E.4.2.

Limitu tas-sistema

E.4.3.

Kategoriji tal-impatt tal-Impronta Ambjentali

E.4.4.

Informazzjoni addizzjonali

E.4.5.

Suppożizzjonijiet u limitazzjonijiet

E.5.

Analiżi tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja

E.5.1.

Stadju tal-iskrinjar [jekk applikabbli]

E.5.2.

Għażliet tal-immudellar

E.5.3.

Trattament ta’ proċessi multifunzjonali

E.5.4.

Ġbir tad-data

E.5.5.

Rekwiżiti u klassifikazzjoni tal-kwalità tad-data

E.6.

Riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt [kunfidenzjali, jekk rilevanti]

E.6.1.

Riżultati tal-OEF

E.6.2.

Informazzjoni addizzjonali

E.7.

Interpretazzjoni tar-riżultati tal-OEF

E.8.

Dikjarazzjoni ta’ validazzjoni

Parti F

RATI TA’ TELF PRESTABBILITI GĦAL KULL TIP TA’ PRODOTT

A.1    Introduzzjoni

Abbażi ta’ analiżi mwettqa mill-JRC fl-2010 ( 186 ), il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-istandards eżistenti bbażati fuq iċ-ċiklu tal-ħajja ma jipprovdux speċifiċità suffiċjenti biex jiġi żgurat li jsiru l-istess suppożizzjonijiet, kejl u kalkoli biex tiġi appoġġata l-komparabbiltà tal-asserzjonijiet ambjentali fost l-organizzazzjonijiet fi ħdan l-istess settur. L-OEFSRs għandhom l-għan li jżidu r-riproduċibbiltà, ir-rilevanza, il-fokus, l-effiċjenza u l-konsistenza tal-istudji dwar l-OEF

OEFSR jenħtieġ li tiġi żviluppata u miktuba f’format li l-persuni b’għarfien tekniku (fl-LCA kif ukoll fir-rigward tal-kategorija tal-prodott ikkunsidrata) ikunu jistgħu jifhmu u jużaw biex iwettqu studju dwar l-OEF.

Kull OEFSR għandha timplimenta l-prinċipju tal-materjalità, li jfisser li studju dwar l-OEF għandu jiffoka fuq dawk l-aspetti u l-parametri li huma l-aktar rilevanti għall-prestazzjoni ambjentali ta’ prodott partikolari. B’dan il-mod jitnaqqsu l-ħin, l-isforz u l-kost tat-twettiq tal-analiżi.

Kull OEFSR għandha tispeċifika l-lista minima ta’ proċessi (proċessi obbligatorji) li dejjem għandhom jiġu mmudellati b’data speċifika għall-kumpanija. L-għan huwa li jiġi evitat li l-utenti tal-OEFSR ikunu jistgħu jwettqu studju dwar l-OEF u jikkomunikaw ir-riżultati tiegħu mingħajr ma jkollhom aċċess għad-data (primarja) rilevanti speċifika għall-kumpanija u billi jużaw biss data prestabbilita. L-OEFSR għandha tiddefinixxi din il-lista obbligatorja ta’ proċessi abbażi tar-rilevanza tagħhom u l-possibbiltà li jkun hemm aċċess għal data speċifika għall-kumpanija.

Id-definizzjonijiet ipprovduti fl-Anness III huma applikabbli wkoll għal dan l-Anness.

A.1.1.    Relazzjoni bejn l-OEFSRs u l-PEFCRs

Tipikament, l-OEFSRs għandhom it-tendenza li jkunu aktar wiesgħa fl-ambitu tagħhom mill-PEFCRs (eż. ir-relazzjoni bejn is-settur tal-bejgħ bl-imnut u prodott tal-ikel speċifiku wieħed). Barra minn hekk, l-OEFSRs qed jikkunsidraw xi aspetti li normalment ma jaqgħux fil-limiti ta’ studju dwar il-PEF konformi ma’ PEFCR (eż. l-impatti relatati mas-servizzi tal-kumpaniji, bħall-kummerċjalizzazzjoni).

Fl-istess ħin, jeħtieġ li tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-għażliet metodoloġiċi li jsiru f’OEFSRs u PEFCRs korrelatati. Fit-teorija, is-somma tal-PEFs tal-prodotti pprovduti minn organizzazzjoni tul ċertu intervall ta’ rapportar (eż. sena) jenħtieġ li tkun qrib l-OEF tagħha għall-istess intervall ta’ rapportar.

L-iżvilupp ta’ OEFSR għandu jqis il-PEFCRs eżistenti: f’każ li jkun hemm PEFCR eżistenti li tkopri prodott, materjal jew komponent li jappartjeni għall-Portafoll tal-Prodotti (PP), għandhom jintużaw ir-regoli u s-suppożizzjonijiet kollha użati fil-PEFCR, inkluż is-sett tad-data relatat konformi mal-EF, għall-immudellar ta’ dak l-element fil-PP. L-eċċezzjonijiet għal din ir-regola għandhom jiġu maqbula mal-KE.

A.1.2.    Kif għandha tiġi ġestita l-modularità

F’każ li l-PP ikun fih prodotti intermedji, il-PEFCR tista’ ssir “modulu” li għandu jintuża meta jiġu żviluppati OEFSRs li fil-PP tagħhom jinkludu prodotti aktar ’l isfel fil-katina tal-provvista. Dan huwa applikabbli bl-istess mod jekk il-prodott intermedju jista’ jintuża fi ktajjen tal-provvista differenti (eż. folji tal-metall). L-iżvilupp ta’ “moduli” jippermetti livell ogħla ta’ konsistenza fost ktajjen tal-provvista differenti li jkunu qed jużaw l-istess moduli bħala parti mil-LCA tagħhom.

Il-possibbiltà li jinbnew tali moduli jenħtieġ li dejjem tiġi kkunsidrata wkoll għall-prodotti finali, li jappartjenu għall-PP, speċjalment għal dawk il-prodotti li jikkondividu parti mill-katina tal-produzzjoni u mbagħad jiddifferenzjaw minħabba funzjonijiet differenti (eż. id-deterġenti).

Hemm xenarji differenti li jistgħu jirrikjedu approċċ modulari:

(a) 

Il-PP jinkludi prodott finali li fil-BoM tiegħu juża prodott intermedju li għalih diġà jkun hemm OEFSR eżistenti (eż. il-produzzjoni ta’ karozzi b’tapizzerija tal-ġilda) jew prodott finali li jsir parti miċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott ieħor (eż. deterġent użat għall-ħasil ta’ T-shirt);

(b) 

Il-PP jinkludi prodott finali li juża komponent jew prodott li diġà jintuża bħala komponent minn PEFCR/OEFSR oħra (eż. fittings li għandhom jintużaw f’sistemi tal-pajpijiet, fertilizzanti).

Għax-xenarju (a), l-OEFSR il-ġdida għandha tiddefinixxi kif għandha tiġi ġestita l-informazzjoni dwar il-prodott abbażi tar-rilevanza ambjentali tal-prodott u tad-DNM (ara t-Taqsima A4.4.4.4). Dan ifisser li jekk il-prodott ikun “l-aktar rilevanti” u jkun taħt il-kontroll tal-kumpanija, għandha tintalab data speċifika għall-kumpanija, skont ir-regoli tal-PEFCR li jkollha l-modulu fl-ambitu tagħha ( 187 ). Jekk ma jkunx taħt il-kontroll operazzjonali tal-kumpanija iżda fost il-proċessi “l-aktar rilevanti”, l-utent tal-OEFSR jista’ jagħżel jew li jipprovdi data speċifika għall-kumpanija, jew li juża s-sett tad-data sekondarju konformi mal-EF ( 188 ) ipprovdut mal-PEFCR li jkollha l-modulu fl-ambitu tagħha.

Fix-xenarju (b), is-Segretarjat Tekniku (ara r-rwol u s-sħubija fit-Taqsima A.2.2.) għandu jivvaluta l-fattibbiltà tal-implimentazzjoni tal-istess suppożizzjonijiet ta’ mmudellar u settijiet tad-data sekondarji elenkati fil-PEFCR/OEFSR eżistenti. Jekk ikun fattibbli, is-Segretarjat Tekniku għandu jimplimenta l-istess suppożizzjonijiet ta’ mmudellar u sett tad-data li għandhom jintużaw fl-OEFSR tiegħu stess. Jekk ma jkunx fattibbli, is-Segretarjat Tekniku għandu jaqbel dwar soluzzjoni mal-Kummissjoni.

A.2.    Il-proċess tal-iżvilupp u tar-reviżjoni ta’ OEFSR

Id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fil-leġiżlazzjoni futura tal-UE.

Din it-Taqsima tinkludi l-proċess għall-iżvilupp u r-reviżjoni ta’ OEFSR. Jistgħu jseħħu s-sitwazzjonijiet li ġejjin:

Żvilupp ta’ OEFSR ġdida;

(a) 

Reviżjoni sħiħa ta’ OEFSR eżistenti;

(b) 

Reviżjoni parzjali ta’ OEFSR eżistenti.

Għall-każijiet (a) u (b) għandha tiġi segwita l-proċedura deskritta f’din it-Taqsima (ara l-illustrazzjoni A-1).

Il-każ (c) huwa permess biss jekk il-mudell tal-Organizzazzjoni Rappreżentattiva (RO), (ara t-Taqsima A.2.3) jiġi aġġornat b’data jew b’settijiet tad-data kkoreġuti/ġodda u bil-korrezzjoni ta’ żbalji ovvji, u r-riżultati tal-RO jinbidlu b’ċertu massimu:

(i) 

ir-riżultati tal-LCIA jinbidlu <10 % għal kull kategorija tal-impatt (riżultati kkaratterizzati), u

(ii) 

ir-riżultati tal-LCIA jinbidlu <5 % tal-punteġġ globali uniku, u

(iii) 

il-lista tal-kategoriji tal-impatt, tal-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, tal-proċessi u tal-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti ma jinbidlux.

Jekk ir-riżultati tal-RO jinbidlu > 10 % għal mill-anqas kategorija waħda tal-impatt (riżultati kkaratterizzati) jew > 5 % tal-punteġġ globali uniku, il-każ (c) ma jkunx applikabbli u tkun meħtieġa reviżjoni sħiħa tal-OEFSR.

Fil-każ (c), is-Segretarjat Tekniku għandu jipprovdi OEFSR aġġornata għar-rieżami tal-bord u għandhom jiġu segwiti l-aħħar tliet passi tal-Illustrazzjoni A-1 (jiġifieri r-rieżami mill-bord, l-abbozz finali tal-OEFSR, l-approvazzjoni finali tal-OEFSR).

Illustrazzjoni J-1

– Fluss tal-proċessi biex tinħoloq/tiġi riveduta OEFSR. OEF-RO: Studju dwar l-OEF tal-organizzazzjoni rappreżentattiva.

image

A.2.1.    Min jista’ jiżviluppa OEFSR

Għandu jiġi stabbilit Segretarjat Tekniku biex jiżviluppa OEFSR. Is-Segretarjat Tekniku għandu jirrappreżenta mill-inqas 51 % tas-suq tal-konsum tal-UE (mibjugħ) f’termini ta’ fatturat ekonomiku. Is-Segretarjat Tekniku għandu jikseb din il-kopertura tas-suq direttament mill-kumpaniji li jipparteċipaw fih u/jew indirettament, permezz tal-kopertura tas-suq tal-UE tal-membri rrappreżentati minn assoċjazzjoni kummerċjali. Is-Segretarjat Tekniku għandu jissottometti rapport kunfidenzjali li jagħti prova tal-kopertura tas-suq lill-Kummissjoni meta jistabbilixxi s-Segretarjat Tekniku.

A.2.2.    Rwol tas-Segretarjat Tekniku

Is-Segretarjat Tekniku (TS) huwa responsabbli għall-attivitajiet li ġejjin:

(a) 

L-abbozzar tal-OEFSR f’konformità mar-regoli inklużi fl-Anness III u f’dan l-Anness;

(b) 

L-armonizzazzjoni mar-regoli settorjali eżistenti jew mal-PEFCRs;

(c) 

L-organizzazzjoni ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi dwar abbozzi ta’ verżjonijiet tad-dokumenti, analiżi tal-kummenti, u l-għoti ta’ feedback bil-miktub;

(d) 

Il-koordinazzjoni tal-istudji ta’ sostenn;

(e) 

Il-ġestjoni tal-pjattaforma pubblika online għall-OEFSR rispettiva. Din l-attività tinkludi kompiti bħall-abbozzar ta’ materjali ta’ spjegazzjoni disponibbli għall-pubbliku relatati mal-OEFSR, konsultazzjonijiet online dwar l-abbozzi u l-pubblikazzjoni ta’ feedback dwar il-kummenti tal-partijiet ikkonċernati;

(f) 

L-iżgurar tal-għażla u l-ħatra ta’ membri indipendenti kompetenti tal-bord ta’ rieżami tal-OEFSR.

A.2.3.    Definizzjoni tal-organizzazzjoni(jiet) rappreżentattiva(i)

Is-Segretarjat Tekniku għandu jiżviluppa “mudell” tal-organizzazzjoni rappreżentattiva (RO) preżenti fis-suq tal-UE u li tappartjeni għas-settur. L-RO għandha tirrifletti s-sitwazzjoni attwali, fil-mument tal-iżvilupp tal-OEFSR. Dan ifisser, pereżempju, li teknoloġiji futuri, xenarji futuri tat-trasport jew trattamenti futuri ta’ tmiem il-ħajja għandhom jiġu esklużi. Id-data użata għandha tirrifletti l-medji realistiċi tas-suq u tkun l-aktar reċenti (speċjalment għal prodotti teknoloġiċi li qed jiżviluppaw b’pass mgħaġġel). Għandhom jiġu evitati valuri jew stimi konservattivi.

L-RO tista’ tkun organizzazzjoni reali jew virtwali (mhux eżistenti). L-organizzazzjoni virtwali jenħtieġ li tiġi kkalkulata abbażi tal-karatteristiċi medji ponderati għall-bejgħ fis-suq Ewropew tat-teknoloġiji/proċessi ta’ produzzjoni/tipi ta’ organizzazzjoni eżistenti kollha koperti mis-settur jew mis-subsettur. Jistgħu jintużaw settijiet oħra ta’ ponderazzjoni, jekk dan ikun iġġustifikat.

Meta tkun qed tiġi identifikata l-RO, hemm ir-riskju li teknoloġiji differenti b’ishma mis-suq differenti ħafna jitħalltu u dawk b’sehem mis-suq relattivament żgħir jistgħu jiġu injorati. F’każijiet bħal dawn, is-Segretarjat Tekniku għandu jinkludi t-teknoloġiji/rotot ta’ produzzjoni/tipi ta’ organizzazzjoni neqsin (jekk ikunu fl-ambitu) fid-definizzjoni tal-RO jew jipprovdi ġustifikazzjoni bil-miktub jekk dan ma jkunx teknikament possibbli.

L-RO hija l-bażi għall-istudju dwar l-OEF tal-organizzazzjoni rappreżentattiva (OEF-RO). It-Taqsima A.3.1 tispjega għal meta għandha tiġi żviluppata RO għas-setturi u s-subsetturi.

Is-Segretarjat Tekniku għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-passi kollha meħuda biex jiġi definit il-“mudell” tal-RO u jirrapporta l-informazzjoni miġbura f’Anness għall-OEFSR. Is-Segretarjat Tekniku jieħu l-aktar miżuri xierqa biex jippreserva l-kunfidenzjalità tad-data, jekk applikabbli.

A.2.4.    L-ewwel studju dwar l-OEF tal-organizzazzjoni(jiet) rappreżentattiva(i)

L-ewwel studju dwar l-OEF għandu jitwettaq fuq kull organizzazzjoni rappreżentattiva (l-ewwel OEF-RO). L-ewwel OEF-RO għandu l-għan li:

1. 

Jidentifika l-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti;

2. 

Jidentifika l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi u l-flussi elementari l-aktar rilevanti;

3. 

Jidentifika l-ħtiġijiet tad-data, l-attivitajiet tal-ġbir tad-data u r-rekwiżiti tal-kwalità tad-data.

Is-Segretarjat Tekniku jwettaq l-ewwel OEF-RO fuq il-“mudell” tar-RO. In-nuqqas ta’ data disponibbli u l-ishma baxxi mis-suq ma għandhomx ikunu argument għall-esklużjonijiet ta’ teknoloġiji jew proċessi tal-produzzjoni.

Is-Segretarjat Tekniku għandu juża settijiet tad-data konformi mal-EF għall-OEF-RO, jekk ikunu disponibbli. Jekk ma jkunx jeżisti sett tad-data konformi mal-EF, il-proċedura li ġejja għandha tiġi segwita f’ordni ġerarkika:

1. 

Jekk ikun jista’ jinstab proxy konformi mal-EF, dan għandu jintuża;

2. 

Jekk ikun jista’ jinstab sett tad-data konformi mal-ILCD-EL bħala proxy: dan għandu jintuża iżda ma għandux jiġi inkluż fil-lista tas-settijiet tad-data prestabbiliti tal-ewwel abbozz tal-OEFSR. Il-proxy għandu jiġi elenkat fil-limitazzjonijiet tal-ewwel abbozz tal-OEFSR bit-test li ġej: “Dan is-sett tad-data jintuża bħala proxy matul l-ewwel OEF-RO biss. Madankollu, il-kumpanija li twettaq l-istudju ta’ sostenn biex tittestja l-ewwel abbozz tal-OEFSR għandha tapplika sett tad-data konformi mal-EF, jekk ikun disponibbli (skont ir-regoli stipulati fit-Taqsima A.4.4.2 dwar liema settijiet tad-data għandhom jintużaw). Jekk dan ma jkunx disponibbli, il-kumpanija għandha tuża l-istess proxy bħal dak użat għall-kalkolu tal-ewwel OEF-RO”

3. 

Jekk ma jkun jista’ jinstab l-ebda sett tad-data konformi mal-EF jew konformi mal-ILCD-EL, jista’ jintuża sett tad-data ieħor.

Fl-ewwel OEF-RO ma huwa permess l-ebda limitu ta’ proċessi, emissjonijiet fl-ambjent u riżorsi mill-ambjent. Għandhom jiġu koperti l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja u l-proċessi kollha (inklużi l-oġġetti kapitali). Madankollu, jistgħu jiġu esklużi attivitajiet bħall-ivvjaġġar tal-persunal, il-canteens fis-siti tal-produzzjoni, l-oġġetti tal-konsum li ma jkunux strettament relatati mal-proċessi tal-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, il-vjaġġi tan-negozju u l-attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp. Il-limiti jistgħu jiġu inklużi biss fl-OEFSR finali abbażi tar-regoli inklużi fl-Anness III u f’dan l-Anness.

Għandu jiġi pprovdut l-ewwel rapport dwar l-OEF-RO (skont il-mudell fil-parti E tal-Anness IV) u għandu jinkludi r-riżultati kkaratterizzati, normalizzati u ponderati.

L-ewwel OEF-RO u r-rapport tiegħu għandhom jiġu vverifikati mill-bord ta’ rieżami u għandu jiġi pprovdut rapport ta’ rieżami pubbliku bħala l-anness tiegħu.

A.2.5.    L-ewwel abbozz tal-OEFSR

Abbażi tar-riżultati tal-ewwel OEF-RO, is-Segretarjat Tekniku għandu jipproduċi l-ewwel abbozz tal-OEFSR, li jintuża biex jitwettqu l-istudji ta’ sostenn dwar l-OEFSR. Dan għandu jiġi abbozzat skont ir-rekwiżiti inklużi f’dan l-Anness u l-mudell ipprovdut fil-parti B ta’ dan l-Anness. Huwa għandu jinkludi r-rekwiżiti kollha meħtieġa għall-istudji ta’ sostenn, b’referenza partikolari għat-tabelli u l-proċeduri tal-ġbir tad-data speċifiċi għall-kumpanija.

A.2.6.    Studji ta’ sostenn

L-għan tal-istudji ta’ sostenn huwa li tiġi ttestjata l-implimentabbiltà tal-ewwel abbozz tal-OEFSR u, sa ċertu punt anqas, jiġu pprovduti indikazzjonijiet dwar l-adegwatezza tal-kategoriji tal-impatt, l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi u l-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti identifikati.

Għal kull RO għandhom jitwettqu mill-anqas tliet studji ta’ sostenn dwar l-OEF.

L-istudji ta’ sostenn għandhom ikunu f’konformità mar-rekwiżiti kollha inklużi fl-ewwel abbozz tal-OEFSR u l-verżjoni ta’ dan l-Anness li jirreferi għaliha. Għandhom jiġu segwiti r-regoli addizzjonali li ġejjin:

— 
Ma huwa permess l-ebda limitu;
— 
Kull studju għandu jimplimenta l-analiżi tal-hotspots deskritta fit-Taqsima 6.3 ta’ dan l-Anness u A.6.1 ta’ dan l-Anness. Kull studju għandu jitwettaq fuq organizzazzjoni reali kif preżenti attwalment fis-suq Ewropew;
— 
Biex tiġi analizzata aħjar l-applikabbiltà tal-ewwel abbozz tal-OEFSR, l-istudji għandhom jitwettqu fuq (i) organizzazzjonijiet ta’ daqsijiet differenti, inkluż mill-anqas SME waħda jekk ikunu preżenti fis-settur; (ii) organizzazzjonijiet kkaratterizzati minn proċessi/teknoloġiji ta’ produzzjoni differenti; u (iii) organizzazzjonijiet bil-proċessi tal-produzzjoni ewlenin (jiġifieri dawk li għalihom tinġabar data speċifika għall-kumpanija) li jinsabu f’pajjiżi differenti.

Kull studju ta’ sostenn għandu jitwettaq minn entità ( 189 ) li la tkun involuta fl-abbozzar tal-OEFSR u lanqas ma tkun parti mill-bord ta’ rieżami. Jistgħu jeżistu eċċezzjonijiet għal din ir-regola iżda dawn iridu jkunu bi qbil mal-Kummissjoni Ewropea. L-ebda sett tad-data aggregat konformi mal-EF ma għandu jkun disponibbli għall-Kummissjoni Ewropea

Rapport dwar l-OEF għandu jikkomplementa kull studju ta’ sostenn u jipprovdi sommarju rilevanti, komprensiv, konsistenti, akkurat u trasparenti tal-istudju. Il-mudell tar-rapport dwar l-OEF li għandu jintuża għall-mudell tal-istudji ta’ sostenn huwa disponibbli fil-parti E ta’ dan l-Anness. Il-mudell jinkludi l-informazzjoni minima li għandha tiġi rrapportata. L-istudji ta’ sostenn (u r-rapport dwar l-OEF relatat tagħhom) huma kunfidenzjali. Huma għandhom jiġu kondiviżi biss mal-Kummissjoni Ewropea jew mal-korp li jissorvelja l-iżvilupp tal-OEFSR, u mal-bord ta’ rieżami. Madankollu, il-kumpanija li twettaq l-istudju ta’ sostenn tista’ tiddeċiedi li tagħti aċċess lil partijiet ikkonċernati oħra.

A.2.7.    It-tieni studju dwar l-OEF tal-organizzazzjoni rappreżentattiva

It-twettiq tal-istudju dwar l-OEF tal-organizzazzjoni rappreżentattiva huwa proċess iterattiv. Abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz tal-ewwel konsultazzjoni u tal-istudji ta’ sostenn, is-Segretarjat Tekniku għandu jwettaq it-tieni OEF-RO. Dan it-tieni OEF-RO għandu jinkludi settijiet tad-data konformi mal-EF, data prestabbilita aġġornata dwar l-attivitajiet u s-suppożizzjonijiet kollha li jkunu fil-bażi tar-rekwiżiti fit-tieni abbozz tal-OEFSR. Abbażi tat-tieni OEF-RO, is-Segretarjat Tekniku għandu jabbozza t-tieni rapport dwar l-OEF-RO.

Is-Segretarjat Tekniku għandu juża settijiet tad-data konformi mal-EF jekk ikunu disponibbli bla ħlas. F’każ li ma jkunux disponibbli settijiet tad-data konformi mal-EF, għandhom jiġu segwiti r-regoli li ġejjin f’ordni ġerarkika:

— 
Proxy konformi mal-EF ikun disponibbli bla ħlas: dan għandu jiġi inkluż fil-lista ta’ proċessi prestabbiliti tal-OEFSR u għandu jiġi ddikjarat fit-Taqsima tal-limitazzjonijiet tat-tieni abbozz tal-OEFSR.
— 
Sett tad-data konformi mal-ILCD-EL bħala proxy ikun disponibbli bla ħlas: Massimu ta’ 10 % tal-punteġġ globali uniku jista’ jinkiseb minn settijiet tad-data konformi mal-ILCD-EL.
— 
Jekk l-ebda sett tad-data konformi mal-EF jew konformi mal-ILCD-EL ma jkun disponibbli bla ħlas: dan għandu jiġi eskluż mill-mudell. Dan għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar fit-tieni abbozz ta’ OEFSR bħala lakuna fid-data u għandu jiġi validat mill-verifikaturi tal-OEFSR.

It-tieni OEF-RO għandu jiddetermina r-rekwiżiti kollha tal-OEFSR finali li jinkludu, iżda li ma humiex limitati għal, il-lista finali tal-kategoriji tal-impatt, l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi, il-flussi elementari diretti, il-limiti l-aktar rilevanti, eċċ.

Għandu jiġi pprovdut it-tieni rapport dwar l-OEF-RO (skont il-mudell fil-parti E ta’ dan l-Anness) u għandu jinkludi r-riżultati kkaratterizzati, normalizzati u ponderati.

It-tieni OEF-RO u r-rapport tiegħu għandhom jiġu rieżaminati mill-bord ta’ rieżami u għandu jiġi pprovdut rapport ta’ rieżami pubbliku bħala l-anness tiegħu.

A.2.8    It-tieni abbozz tal-OEFSR

Is-Segretarjat Tekniku għandu jabbozza t-tieni abbozz tal-OEFSR b’kont meħud tar-riżultati tal-istudji ta’ sostenn u tat-tieni OEF-RO. Għandhom jimtlew it-Taqsimiet kollha fil-mudell tal-OEFSR (ara l-parti E ta’ dan l-anness).

L-OEFSR għandha tikkjarifika li l-lakuni kollha fid-data inklużi fl-OEFSR se jibqgħu lakuni fid-data għall-validità kollha tagħha. Għalhekk, il-lakuni fid-data huma indirettament parti mil-limitu tas-sistema tal-OEFSR biex ikun jista’ jsir tqabbil ġust fost l-organizzazzjonijiet (jekk applikabbli).

A.2.9.    Ir-rieżami tal-OEFSR

A.2.9.1.    Il-bord ta’ rieżami

It-TS għandu jistabbilixxi bord ta’ rieżami estern indipendenti ta’ partijiet terzi għar-rieżami tal-OEFSR.

Il-bord għandu jkun magħmul minn minimu ta’ tliet membri (president u żewġ membri). F’każ li OEFSR tinvolvi aktar minn ħames RO, il-bord ta’ rieżami jista’ titkabbar b’aktar membri u kopresidenti addizzjonali. Il-bord għandu jinkludi espert wieħed tal-EF/LCA (bi sfond dwar is-settur li jkun qed jiġi kkunsidrat u l-aspetti ambjentali relatati mas-settur), espert wieħed tal-industrija u, jekk ikun possibbli, rappreżentant wieħed mill-NGOs. Wieħed mill-membri għandu jintgħażel bħala l-rieżaminatur ewlieni.

L-rieżaminaturi għandhom ikunu indipendenti minn xulxin mill-perspettiva ta’ entità ġuridika. Il-bord ma għandux jinkludi rappreżentanti tal-membri ( 190 ) tat-TS jew ta’ entitajiet oħra involuti fil-ħidma tat-TS, jew impjegati tal-kumpaniji li jkunu qed imexxu l-istudji ta’ sostenn. L-eċċezzjonijiet għal din ir-regola għandhom jiġu diskussi u maqbula mal-Kummissjoni Ewropea.

Tim ta’ rieżami jista’ jinbidel matul l-iżvilupp ta’ OEFSR. Il-membri jistgħu jitilqu jew jingħaqdu bejn żewġ stadji ta’ rieżami. Madankollu, huwa d-dmir tar-rieżaminatur ewlieni li jiżgura li l-kriterji għall-bord ta’ rieżami jiġu ssodisfati f’kull stadju tal-proċess ta’ żvilupp tal-OEFSR; il-membri l-ġodda jiġu aġġornati mill-rieżaminatur ewlieni dwar l-istadji preċedenti u l-kwistjonijiet diskussi.

L-rieżaminatur ewlieni jista’ jinbidel sakemm wieħed mill-oħrajn jieħu r-rwol tiegħu u jiżgura l-kontinwità tax-xogħol. Il-proċess ta’ rieżami se jinkludi, eż. 1) l-ewwel OEF-RO + l-ewwel abbozz tal-OEFSR, 2) l-istudji ta’ sostenn + it-tieni OEF-RO +it-tieni abbozz tal-OEFSR, 3) l-abbozz finali tal-OEFSR 4) l-OEFSR finali. Il-kontinwità jenħtieġ li tiġi żgurata fl-istess stadju importanti. Ir-rekwiżit preċedenti jfisser li mill-anqas membru wieħed tat-tim ta’ rieżami għandu jibqa’ attiv fil-proġett. Jekk ir-rekwiżiti ma jiġux issodisfati, il-proċess ta’ rieżami għandu jibda mill-aħħar stadju li jkun issodisfa r-rekwiżiti.

Il-valutazzjoni tal-kompetenzi tal-bord ta’ rieżami hija bbażata fuq sistema ta’ punteġġ li tqis l-esperjenza, il-metodoloġija u l-prattika tal-EF/LCA, u l-għarfien tagħhom tat-teknoloġiji, il-proċessi jew attivitajiet oħra rilevanti inklużi fl-organizzazzjoni(jiet) fl-ambitu tal-OEFSR. It-Tabella 32 ta’ dan l-Anness tippreżenta s-sistema ta’ punteġġ għal kull suġġett rilevanti ta’ kompetenza u esperjenza.

Il-membri tal-bord ta’ rieżami għandhom jipprovdu awtodikjarazzjoni tal-kwalifiki tagħhom, fejn jiddikjaraw kemm kisbu punti għal kull kriterju u l-punti totali miksuba. Din l-awtodikjarazzjoni għandha tiġi inkluża fir-rapport ta’ rieżami dwar l-OEFSR.

Il-punteġġ minimu meħtieġ biex wieħed jikkwalifika bħala rieżaminatur huwa ta’ sitt punti, li jinkludu mill-anqas punt wieħed għal kull wieħed mit-tliet kriterji obbligatorji (jiġifieri l-prattika ta’ rieżami, il-metodoloġija u l-prattika tal-EF/LCA, u l-għarfien ta’ teknoloġiji jew attivitajiet oħra rilevanti għall-istudju dwar l-EF).

A.2.9.2    Proċedura ta’ rieżami

It-TS għandu jiftiehem dwar il-proċedura ta’ rieżami mal-bord ta’ rieżami meta jiffirma l-kuntratt ta’ rieżami. B’mod partikolari, it-TS għandu jiftiehem il-perjodu disponibbli għall-bord ta’ rieżami biex jipproduċi l-kummenti wara li kull dokumenti jiġi rilaxxat mit-TS u kif għandhom jiġu ġestiti l-kummenti li jaslu.

Il-bord ta’ rieżami se jkun responsabbli għar-rieżami indipendenti tad-dokumenti li ġejjin (ara l-Illustrazzjoni 1):

— 
Kwalunkwe abbozz ta’ verżjoni tal-OEFSR (l-ewwel, it-tieni u finali);
— 
L-ewwel u t-tieni OEF-RO, inklużi l-mudell tar-RO, id-data u r-rapporti dwar l-OEF-RO;
— 
L-istudji ta’ sostenn, inklużi l-mudell relatat tal-OEF, id-data u r-rapport dwar l-OEF;

Jekk it-tieni konsultazzjoni jew ir-rieżami tal-OEFSR jaffettwaw ir-riżultati tat-tieni OEF-RO, it-tieni OEF-RO għandu jiġi aġġornat u r-riżultati għandhom jiġu implimentati fl-abbozz finali tal-OEFSR. F’dan il-każ, l-abbozz finali tal-OEFSR u l-OEFSR finali għandhom jiġu rieżaminati mill-bord ta’ rieżami.

Il-bord għandu jibgħat ir-rieżami ta’ kull dokument lit-TS għall-analiżi u d-diskussjoni tagħhom. It-TS għandu jirrieżamina l-kummenti u l-proposti tal-bord, u għandu jiżviluppa tweġiba għal kull waħda.

Għad-dokumenti kollha, it-TS għandu jiġġenera tweġibiet bil-miktub permezz ta’ rapporti ta’ rieżami li jistgħu jinkludu:

— 
L-aċċettazzjoni tal-proposta: jinbidel id-dokument biex jirrifletti l-proposta,
— 
L-aċċettazzjoni tal-proposta: jinbidel id-dokument b’modifika għall-proposta oriġinali,
— 
Kummenti ta’ sostenn dwar ir-raġunijiet għaliex it-TS ma qabilx mal-proposta.
Ir-ritorn lill-bord ta’ rieżami b’aktar mistoqsijiet dwar il-kummenti/il-proposta.

Id-dokumenti li jeħtieġ li jgħaddu mill-proċedura ta’ rieżami huma ppreżentati fl-Illustrazzjoni A-2 b’salib.

Illustrazzjoni A-2:

Proċess tal-iżvilupp tal-OEFSR

image

A.2.9.2.1.    Rieżami tal-ewwel OEF-RO

L-ewwel OEF-RO u r-rapport dwar l-OEF-RO relatat tiegħu għandhom jiġu rieżaminati mill-bord ta’ rieżami, f’konformità mal-proċedura ta’ verifika kif ippreżentata fit-Taqsima 8.4 tal-Anness III. Madankollu, iż-żjarat fuq il-post ma japplikawx u jekk l-RO tkun organizzazzjoni virtwali, l-rieżaminaturi għandhom jiftiehmu mas-segretarjat tekniku dwar it-teknika/i biex jivvalidaw id-data dwar l-attivitajiet. Jekk l-OEFSR tiddefinixxi diversi RO, ir-rieżami għandu jivverifika li l-RO kollha ddefiniti fl-OEFSR ikunu inklużi fl-ambitu tal-istudji dwar l-OEF-RO differenti.

Minbarra l-linji gwida pprovduti fit-Taqsima 8.4, għandhom isiru l-passi ta’ rieżami li ġejjin:

1. 

Jiġi żgurat li l-istruzzjonijiet mogħtija fit-Taqsimiet A.2.4., A.3.2.7., A.4.2, A.4.3., A.4.4.3, A.6.1. u 4.4.9.4 ikunu segwiti;

2. 

Jiġi evalwat jekk il-metodi użati biex isiru l-istimi jkunux xierqa u applikati b’mod konsistenti;

3. 

Jiġu identifikati l-inċertezzi li jkunu akbar milli mistenni u jiġu valutati l-effetti tal-inċertezza identifikata fuq ir-riżultati finali tal-OEF;

4. 

Għall-prodotti intermedji fil-portafoll tal-prodotti, jiġi validat jekk (i) il-valur A tal-organizzazzjoni fl-ambitu jkunx stabbilit għal 1 għall-analiżi tal-hotspots u (ii) jekk dan ikunx dokumentat fl-OEFSR;

5. 

Jiġi vverifikat li l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra jkunu kkalkulati u rrapportati skont ir-regoli tat-Taqsima A.4.2.9.

6. 

F’każ li jintużaw settijiet tad-data mhux konformi mal-EF biex jiġi mmudellat l-ewwel OEF-RO, il-passi relatati mal-verifika tal-implimentazzjoni korretta fis-software jistgħu jinqabżu

A.2.9.2.2.    Rieżami tal-istudji ta’ sostenn

L-istudji ta’ sostenn u r-rapporti dwar l-OEF tagħhom għandhom jiġu rieżaminati mill-bord ta’ rieżami. Mill-anqas tliet studji ta’ sostenn għal kull RO għandhom jiġu rieżaminati mill-bord ta’ rieżami. Il-bord ta’ rieżami għandu jiżgura li kull studju ta’ sostenn jitwettaq minn kumpanija/konsulent li la jkun involut fl-abbozzar tal-OEFSR u lanqas ikun parti mill-bord ta’ rieżami.

Ir-rieżami tal-istudji ta’ sostenn huwa simili ħafna għall-verifika tal-istudji dwar l-OEF b’xi speċifiċitajiet, pereżempju ż-żjarat fuq il-post ma japplikawx. Minbarra l-linji gwida pprovduti fit-Taqsima 8.4 fl-Anness III, għandhom isiru l-passi ta’ rieżami li ġejjin:

1. 

l-istudju ta’ sostenn jitwettaq fuq portafoll ta’ prodotti reali kif mibjugħ attwalment fis-suq Ewropew;

2. 

l-abbozz tal-OEFSR ikun ġie applikat b’mod korrett;

3. 

l-istudju ta’ sostenn isegwi r-regoli deskritti fit-Taqsima A.2.6.;

4. 

jiġu segwiti l-istruzzjonijiet mogħtija fit-Taqsima A.4.2. u A.4.3.;

5. 

l-analiżi tal-hotspots deskritta fit-Taqsima A.6.1. tiġi applikata u rrapportata b’mod korrett;

6. 

Għall-prodotti intermedji fil-portafoll tal-prodotti, jiġi validat jekk il-valur A tal-portafoll tal-prodotti fl-ambitu jkunx stabbilit għal 1 għall-analiżi tal-hotspots.

A.2.9.2.3.    Rieżami tat-tieni studju dwar l-OEF-RO

It-tieni OEF-RO u r-rapport dwar l-OEF-RO relatat tiegħu għandhom jiġu rieżaminati mill-bord ta’ rieżami, f’konformità mal-proċedura ta’ verifika kif ippreżentata fit-Taqsima 8.4 tal-Anness III. Madankollu, iż-żjarat fuq il-post ma japplikawx.

Minbarra l-linji gwida pprovduti fit-Taqsima 8.4 tal-Anness III, għandhom isiru l-passi ta’ rieżami li ġejjin:

1. 

li jiġu indirizzati l-kummenti tar-rieżami dwar l-ewwel OEF-RO u l-istudji ta’ sostenn, għandhom jingħataw ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ implimentazzjoni;

2. 

li kwalunkwe sett tad-data ġdid, data prestabbilita aġġornata dwar l-attivitajiet u s-suppożizzjonijiet kollha li jkunu fil-bażi tar-rekwiżiti fit-tieni abbozz tal-OEFSR jiġu implimentati b’mod korrett;

3. 

li l-istruzzjonijiet mogħtija fit-Taqsimiet A.2.4., A.3.2.7., A.4.2, A.4.3., A.4.4.3, A.6.1. u 4.4.9.4 ikunu segwiti;

4. 

li jekk il-portafoll tal-prodotti jkun fih prodotti intermedji, jiġi validat jekk (i) il-valur A tal-organizzazzjoni fl-ambitu jkunx stabbilit għal 1 għall-analiżi tal-hotspots u (ii) jekk dan ikunx dokumentat fl-OEFSR;

5. 

li l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra jkunu kkalkulati u rrapportati skont ir-regoli tat-Taqsima A.4.2.9.

A.2.9.3.    Kriterji ta’ rieżami tad-dokument tal-OEFSR

L-rieżaminaturi għandhom jinvestigaw jekk l-OEFSR (i) tiġix żviluppata f’konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Anness III, u (ii) tappoġġax l-ħolqien ta’ profili tal-OEF kredibbli, rilevanti u konsistenti. Barra minn hekk, għandhom japplikaw ukoll il-kriterji ta’ rieżami li ġejjin:

— 
L-ambitu tal-OEFSR u l-organizzazzjoni rappreżentattiva jkunu definiti adegwatament;
— 
L-unità tar-rapportar, ir-regoli tal-allokazzjoni u tal-kalkolu jkunu adegwati għall-kategorija u s-subkategoriji tas-settur li jkunu qed jiġu kkunsidrati;
— 
Is-settijiet tad-data użati fl-OEF-RO u fl-istudji ta’ sostenn ikunu rilevanti, rappreżentattivi, affidabbli, u konformi mar-rekwiżiti tal-kwalità tad-data. Ir-regoli dwar liema settijiet tad-data għandhom jintużaw huma definiti fit-Taqsima A.2.4. għall-ewwel abbozz tal-OEFSR u fit-Taqsima A.4.4.2. għat-tieni abbozz u għall-OEFSR finali.
— 
Għal portafoll ta’ prodotti bi stadju taċ-ċiklu tal-ħajja b’distribuzzjoni mhux ugwali madwar l-UE u/jew il-manifattura barra mill-UE, is-settijiet tad-data prestabbiliti użati għal dak l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja mhux distribwit b’mod ugwali tal-RO għandhom jiġu vverifikati fuq ir-rappreżentattività ġeografika tagħhom;
— 
Il-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data tat-Taqsima A.4.4.4.4 tkun implimentata b’mod korrett;
— 
L-informazzjoni ambjentali addizzjonali magħżula tkun xierqa għall-portafoll tal-prodotti li jkun qed jiġi kkunsidrat;
— 
Il-klassijiet ta’ prestazzjoni fl-OEFSR finali (fejn inklużi) ikunu plawżibbli.
— 
Il-mudell tal-RO u l-parametru(i) referenzjarju(i) korrispondenti (jekk applikabbli) jirrappreżentaw b’mod korrett il-portafoll tal-prodotti;
— 
Is-settijiet tad-data li jirrappreżentaw l-RO mill-OEFSR finali, jiġu (i) ipprovduti f’forma diżaggregata u aggregata u (ii) konformi mal-EF skont ir-regoli fit-Taqsima A.2.10.3.;
— 
Il-mudell tal-RO (mill-OEFSR finali) fil-verżjoni excel korrispondenti tiegħu jkun konformi mar-regoli deskritti fit-Taqsima A.2.10.1.

A.2.9.4.    Rapport/dikjarazzjonijiet ta’ rieżami

Il-bord ta’ rieżami għandu jipproduċi:

Għal kull OEF-RO: Rapport ta’ rieżami pubbliku bħala Anness għar-rapport dwar l-OEF-RO . Ir-rapport ta’ rieżami pubbliku għandu jinkludi d-dikjarazzjoni ta’ rieżami pubblika, l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-proċess ta’ rieżami, il-kummenti mqajma mill-rieżaminaturi bit-tweġibiet ipprovduti mit-TS, u l-eżitu.
1. 

Għal kull rapport dwar studju ta’ sostenn, rapport dwar l-OEF-RO u OEFSR: Dikjarazzjoni ta’ validazzjoni pubblika. Id-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni għandha tkun konformi mar-regoli deskritti fit-Taqsima 8.5.2.

2. 

Għal minimu ta’ 3 (tliet) studji ta’ sostenn: Rapport ta’ rieżami kunfidenzjali. Dan ir-rapport ta’ rieżami għandu jiġi kondiviż mal-KE jew mal-korp li jissorvelja l-iżvilupp tal-OEFSR, u mal-bord ta’ rieżami. Il-kumpanija li twettaq l-istudju ta’ sostenn tista’ tiddeċiedi li tagħti aċċess lil partijiet ikkonċernati oħra.

3. 

Għall-OEFSR finali: Rapport ta’ rieżami pubbliku u kunfidenzjali.

— 
Ir-rapport ta’ rieżami pubbliku għandu jinkludi d-dikjarazzjoni ta’ rieżami pubblika (kif prevista fil-mudell tal-OEFSR), l-informazzjoni rilevanti kollha (mhux kunfidenzjali) dwar il-proċess ta’ rieżami, il-kummenti mqajma mill-rieżaminaturi bit-tweġibiet ipprovduti mit-TS, u l-eżitu.
— 
Ir-rapport ta’ rieżami kunfidenzjali għandu jinkludi l-kummenti kollha mqajma mill-rieżaminaturi matul l-iżvilupp tal-OEFSR u t-tweġibiet ipprovduti mit-TS. Għandha tiġi inkluża wkoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra dwar il-proċess ta’ rieżami u l-eżiti. Dan ir-rapport ta’ rieżami għandu jkun disponibbli għall-KE.

L-OEFSR finali għandha tinkludi l-annessi li ġejjin: (i) ir-rapport ta’ rieżami pubbliku tiegħu, (ii) ir-rapporti ta’ rieżami ta’ kull OEF-RO u (iii) id-dikjarazzjonijiet ta’ validazzjoni pubbliċi ta’ kull studju ta’ sostenn rieżaminat.

A.2.10.    Abbozz finali tal-OEFSR

Ladarba x-xogħol ta’ abbozzar jiġi ffinalizzat, is-Segretarjat Tekniku għandu jibgħat lill-Kummissjoni d-dokumenti li ġejjin:

1. 

l-abbozz finali tal-OEFSR (inklużi l-annessi kollha);

2. 

ir-rapport ta’ rieżami kunfidenzjali tal-OEFSR;

3. 

ir-rapport ta’ rieżami pubbliku tal-OEFSR;

4. 

it-tieni rapport dwar l-OEF-RO (inkluż ir-rapport ta’ rieżami pubbliku tiegħu);

5. 

id-dikjarazzjonijiet ta’ rieżami pubbliċi dwar l-istudji ta’ sostenn;

6. 

is-settijiet tad-data kollha konformi mal-EF u mal-ILCD-EL użati għall-immudellar (kemm aggregati kif ukoll diżaggregati fil-livell-1; ara d-dettalji fit-Taqsima A.2.10.2);

7. 

il-mudell(i) tal-RO f’format excel (ara d-dettalji fit-Taqsima A.2.10.1);

8. 

sett tad-data konformi mal-EF ta’ kull RO (aggregat u diżaggregat, ara d-dettalji fit-Taqsima A.2.10.3).

A.2.10.1.    Mudell(i) excel tal-organizzazzjoni(jiet) rappreżentattiva(i)

Il-“mudell” tal-RO għandu jkun disponibbli f’format ta’ MS Excel. F’każ li l-mudell tal-RO ikun mibni fuq diversi submudelli (eż. teknoloġiji differenti ħafna), għal kull wieħed minn dawn is-submudelli għandu jiġi pprovdut fajl excel separat flimkien ma’ dak tal-mudell ġenerali. Il-fajl excel għandu jinbena f’konformità mal-mudell ipprovdut fuq is-sit web tal-JRC ( 191 ).

A.2.10.2    Settijiet tad-data elenkati fl-OEFSR

Is-settijiet tad-data kollha konformi mal-EF u mal-ILCD-EF użati fl-OEFSR għandhom ikunu disponibbli fuq nodu tan-Network tad-Data dwar iċ-Ċiklu tal-ħajja ( 192 ), f’forma aggregata u diżaggregata (livell-1).

A.2.10.3.    Settijiet tad-data konformi mal-EF li jirrappreżentaw l-organizzazzjoni(jiet) rappreżentattiva(i)

Is-sett(ijiet) tad-data konformi mal-EF li jirrappreżentaw l-RO għandhom jiġu pprovduti f’forma aggregata u diżaggregata. Din tal-aħħar għandha tkun diżaggregata fil-livell koerenti mal-OEFSR rispettiva. Id-data tista’ tiġi aggregata biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali.

Il-lista tar-rekwiżiti tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati mis-sett tad-data biex ikun konformi mal-EF hija disponibbli minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml.

A.3.    Definizzjoni tal-ambitu tal-OEFSRs

A.3.1.    Settur u subsetturi

L-organizzazzjonijiet li jkollhom PPs simili jenħtieġ li jinġabru fl-istess OEFSR. L-ambitu tal-OEFSR għandu jintgħażel b’mod li jkun wiesa’ biżżejjed biex ikopri applikazzjonijiet u/jew teknoloġiji differenti. F’xi każijiet, biex jiġi ssodisfat dan ir-rekwiżit, settur jista’ jinqasam f’diversi subsetturi. Is-Segretarjat Tekniku għandu jiddeċiedi jekk is-subsetturi jkunux meħtieġa biex jinkiseb l-objettiv primarju tal-OEFSR u għalhekk biex jiġi evitat ir-riskju li r-riżultati tal-hotspots minn teknoloġiji differenti jitħalltu jew ir-riżultati ta’ dawk b’sehem żgħir mis-suq jiġu injorati91. Huwa importanti li wieħed ikun speċifiku kemm jista’ jkun meta jiġu definiti s-settur u s-subsetturi biex jiġu żgurati r-riproduċibbiltà u l-komparabbiltà (jekk applikabbli) tar-riżultati.

L-OEFSR għandha tkun strutturata b’Taqsima li tinkludi r-regoli “orizzontali” li huma komuni għall-organizzazzjonijiet kollha fl-ambitu tal-OEFSR, u mbagħad subtaqsima għal kull subsettur li tinkludi r-regoli “vertikali” speċifiċi applikabbli biss għal dak is-subsettur (l-Illustrazzjoni A-2).

Bħala prinċipju ġenerali, ir-regoli orizzontali jipprevalu fuq dawk vertikali; madankollu, jistgħu jiġu permessi derogi speċifiċi minn dan il-prinċipju jekk ikunu ġġustifikati b’mod xieraq. Din l-istruttura se tagħmilha aktar faċli biex jitwessa’ l-ambitu ta’ OEFSR eżistenti billi jiżdiedu aktar subsetturi.

Kull subsettur għandu jiġi deskritt b’mod ċar fid-definizzjoni tal-ambitu tal-OEFSR, kull subsettur għandu jkollu l-RO proprja tiegħu flimkien mal-għażla tagħha ta’ proċessi, stadji taċ-ċiklu tal-ħajja, u kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti

Illustrazzjoni K-2

– Eżempju ta’ struttura tal-OEFSR b’regoli orizzontali speċifiċi għas-settur, diversi subsetturi u regoli vertikali speċifiċi għas-subsetturi.

image

It-tqabbil għandu jkun permess jekk ikun hemm settur wieħed fl-OEFSR jew fis-subsetturi. Is-Segretarjat Tekniku għandu jispeċifika taħt liema kundizzjonijiet l-OEFSR tippermetti tqabbil tal-organizzazzjonijiet li jappartjenu għall-istess settur u/jew subsettur. Is-Segretarjat Tekniku għandu jispeċifika jekk ikunx permess tqabbil trasversali ta’ organizzazzjonijiet li jappartjenu għal żewġ subsetturi differenti jew aktar.

Tabella GG-1

Sommarju tar-rekwiżiti għall-OEFSRs li jkopru settur wieħed u għall-OEFSRs li jkopru s-subsettur.

Settur uniku fl-OEFSR

Settur u subsettur fl-OEFSR

Fi ħdan il-kategorija

Fi ħdan is-subkategorija

Definizzjoni ta’ RO

Għandu

Jista’

Għandu

Għoti ta’ regoli fl-OEFSR biex ikunu jistgħu jsiru paraguni u dikjarazzjonijiet komparattivi fost l-organizzazzjonijiet

Għandu

Jista’

Is-Segretarjat Tekniku jiddeċiedi jekk u f’liema każijiet huwa permess tqabbil fost organizzazzjonijiet f’subsetturi differenti.

Għandu

Ir-rekwiżiti kollha fl-Anness IV japplikaw għas-setturi u s-subsetturi (jekk applikabbli).

A.3.2.    Ambitu tal-OEFSR

It-Taqsima tal-ambitu tal-OEFSR għandu jkun fiha deskrizzjoni tal-Portafoll tal-Prodotti u tipprovdi l-kodiċijiet NACE applikabbli għas-settur fl-ambitu. L-OEFSR għandha tispeċifika l-proċessi li għandhom jiġu inklużi fil-limiti organizzazzjonali (attivitajiet diretti). Hija għandha tispeċifika wkoll il-limitu tal-OEF, inkluża l-ispeċifikazzjoni tal-istadji tal-katina tal-provvista li għandhom jiġu inklużi u l-attivitajiet indiretti kollha (upstream u downstream), u tagħti ġustifikazzjoni jekk l-attivitajiet (indiretti) downstream ikunu esklużi (eż. l-istadju tal-użu ta’ prodotti intermedji jew prodotti b’destin indeterminabbli inklużi fil-portafoll tal-prodotti).

L-OEFSR għandha tiddefinixxi l-perjodu ta’ żmien li għandu jiġi kkunsidrat għall-valutazzjoni

It-Taqsima tal-ambitu tal-OEFSR għandu jkun fiha, bħala minimu, l-informazzjoni li ġejja:

1. 

Deskrizzjoni ġenerali tal-ambitu tal-OEFSR:

a. 

Deskrizzjoni tal-kategorija ta’ prodott;

b. 

Lista u deskrizzjoni tas-subkategoriji inklużi fl-OEFSR (jekk ikun hemm);

c. 

Deskrizzjoni tal-prodott(i) u l-prestazzjoni teknika;

2. 

Il-kodiċijiet NACE;

3. 

Deskrizzjoni tal-Organizzazzjoni(jiet) Rappreżentattiva(i) u kif ġiet derivata;

4. 

L-unità tar-rapportar u d-definizzjoni tal-portafoll tal-prodotti;

5. 

Deskrizzjoni u dijagramma tal-limiti tas-sistema, inklużi l-limiti organizzazzjonali u tal-OEF;

6. 

Lista tal-kategoriji tal-impatt tal-EF;

7. 

Informazzjoni ambjentali addizzjonali u informazzjoni teknika addizzjonali;

8. 

Il-limitazzjonijiet.

A.3.2.1.    Deskrizzjoni ġenerali tal-ambitu tal-OEFSR

Id-definizzjoni tal-ambitu tal-OEFSR għandha tinkludi deskrizzjoni ġenerali tal-kategorija ta’ prodotti, inkluża l-granularità tal-ambitu, is-subkategoriji tal-prodotti inklużi (jekk ikun hemm), deskrizzjoni tal-prodotti/servizzi li jappartjenu għall-PP u l-prestazzjoni teknika tagħhom. Jekk jiġu esklużi prodotti mill-PP, din l-ommissjoni għandha tiġi ġġustifikata (eż. dawn ma jappartjenux għall-PP tipiku ta’ organizzazzjoni fis-settur.)

A.3.2.2.    Użu tal-kodiċijiet NACE

Il-kodiċijiet NACE applikabbli għas-settur fl-ambitu għandhom jiġu elenkati fl-OEFSR.

A.3.2.3.    Definizzjoni tal-organizzazzjoni(jiet) rappreżentattiva(i) (RO)

L-OEFSR għandha tinkludi fl-ambitu deskrizzjoni qasira tal-RO.

Is-Segretarjat Tekniku għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-passi kollha meħuda biex jiġi definit il-“mudell” tal-RO u jirrapporta l-informazzjoni miġbura f’Anness għall-OEFSR. Jekk xi biċċa informazzjoni kunfidenzjali tiġi inkluża fl-Anness, din jenħtieġ li tkun disponibbli biss għar-rieżami (mill-KE, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew l-rieżaminaturi).

A.3.2.4.    Unità tar-rapportar (RU)

It-Taqsima tal-RU ta’ OEFSR għandha tirrikjedi li tiġi definita l-organizzazzjoni billi jiġu speċifikati i) l-isem tal-organizzazzjoni, ii) it-tip ta’ oġġetti/servizzi li l-organizzazzjoni tipproduċi, iii) il-postijiet tal-operat (eż. l-ibliet tal-pajjiżi).

Barra minn hekk, l-OEFSR għandha tipprovdi deskrizzjoni tal-portafoll tal-prodotti skont l-erba’ aspetti pprovduti fit-Tabella A-2 u l-intervall tar-rapportar (għandha tingħata ġustifikazzjoni jekk l-intervall tar-rapportar ivarja minn sena). L-OEFSR għandha tirrikjedi li l-utent tal-OEFSR jiddefinixxi l-PP proprju tiegħu, inklużi s-sena ta’ referenza u l-intervall tar-rapportar.

Jekk ikunu jeżistu standards applikabbli, dawn għandhom jintużaw u jissemmew fl-OEFSR.

L-OEFSR għandha tispjega u tiddokumenta kwalunkwe esklużjoni ta’ prodotti/servizzi mill-PP.

Tabella HH-2

Erba’ aspetti tal-portafoll tal-prodotti

Elementi tal-RU

Prodotti mhux tal-ikel

1.  Il-funzjoni(jiet)/is-servizz(i) pprovduti: “xiex”

Speċifika għall-OEFSR

2.  Il-firxa tal-funzjoni jew tas-servizz: “kemm”

Speċifika għall-OEFSR

3.  Il-livell mistenni ta’ kwalità: “kemm huwa tajjeb”

Speċifiku għall-OEFSR, fejn possibbli.

4.  Id-durata/ħajja tal-prodott: “għal kemm żmien”

Għandha tiġi kkwantifikata jekk ikunu jeżistu jew ikunu jistgħu jiġu żviluppati standards tekniċi jew proċeduri maqbula fil-livell settorjali.

F’każ li jkunu meħtieġa parametri tal-kalkolu relatati mal-informazzjoni obbligatorja speċifika għall-kumpanija, l-OEFSR għandha tipprovdi eżempju tal-kalkolu.

A.3.2.5.    Limitu tas-sistema

L-OEFSR għandha tidentifika u tipprovdi deskrizzjoni qasira tal-proċessi u tal-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja li huma inklużi fis-settur/subsettur.

L-OEFSR għandha tidentifika l-proċessi li għandhom jiġu esklużi abbażi tar-regola ta’ limitu (ara t-Taqsima A.4.3.3.), jew tispeċifika li ma huwa applikabbli l-ebda limitu.

L-OEFSR għandha tipprovdi dijagramma tas-sistema li tindika l-proċessi li għalihom tkun meħtieġa data obbligatorja speċifika għall-kumpanija u l-proċessi esklużi mil-limitu tas-sistema.

L-OEFSR għandha tidentifika fid-dijagramma tas-sistema l-limiti organizzazzjonali u l-limiti tal-OEF.

A.3.2.6.    Lista tal-kategoriji tal-impatt tal-EF

L-OEFSR għandha telenka s-16-il kategorija tal-impatt tal-EF li għandhom jintużaw biex jiġi kkalkulat il-profil tal-OEF, kif elenkat fit-Tabella 2 tal-Anness III. Mis-16-il kategorija tal-impatt, l-OEFSR għandha telenka dawk li huma l-aktar rilevanti għas-settur jew għas-subsettur(i) fl-ambitu (ara t-Taqsima A.6.1.1 ta’ dan l-Anness).

L-OEFSR għandha tispeċifika jekk l-utent tal-OEFSR għandux jikkalkula u jirrapporta separatament is-subindikaturi għat-tibdil fil-klima (ara t-Taqsima A.4.2.9).

L-OEFSR għandha tispeċifika l-verżjoni tal-pakkett ta’ referenza tal-EF li għandu jintuża ( 193 ).

A.3.2.7.    Informazzjoni addizzjonali

A.3.2.7.1.    Informazzjoni ambjentali addizzjonali

L-OEFSR għandha tispeċifika liema informazzjoni ambjentali addizzjonali għandha tiġi rrapportata, u jekk din tkunx informazzjoni ambjentali addizzjonali obbligatorja jew rakkomandata. L-użu ta’ rekwiżiti li jinkludu l-verb “jenħtieġ li” jenħtieġ li jiġi evitat. Informazzjoni ambjentali addizzjonali tista’ tiġi inkluża biss jekk l-OEFSR tispeċifika l-metodu li għandu jintuża għall-kalkolu tagħha.

Bijodiversità

Meta tiġi żviluppata OEFSR, il-bijodiversità għandha tiġi indirizzata taħt informazzjoni ambjentali addizzjonali permezz tal-proċedura ta’ hawn taħt:

(a) 

Meta jwettaq l-ewwel u t-tieni studju dwar l-OEF-RO, is-Segretarjat Tekniku għandu jagħmel valutazzjoni dwar ir-rilevanza tal-bijodiversità għas-settur/ subsettur(i) fl-ambitu tal-OEFSR. Din il-valutazzjoni tista’ tkun ibbażata fuq ġudizzju espert, tkun ibbażata fuq l-LCA, jew tiġi derivata permezz ta’ mezzi oħra diġà stabbiliti fi ħdan is-settur. Il-valutazzjoni għandha tiġi spjegata b’mod ċar f’Taqsima ddedikata tal-ewwel u t-tieni rapport dwar l-OEF-RO.

(b) 

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-OEFSR għandha tispjega b’mod ċar jekk il-bijodiversità titqiesx rilevanti jew le. Jekk is-Segretarjat Tekniku jiddetermina li jkun hemm impatti sinifikanti fuq il-bijodiversità, f’dak il-każ huwa għandu jiddeskrivi kif l-utent tal-OEFSR għandu jivvaluta u jirrapporta l-impatti fuq il-bijodiversità, bħala informazzjoni ambjentali addizzjonali.

Filwaqt li s-Segretarjat Tekniku jista’ jiddetermina kif il-bijodiversità għandha tiġi valutata u rrappurtata fl-OEFSR (jekk tkun rilevanti), huma disponibbli s-suġġerimenti li ġejjin:

1. 

Li l-impatt (evitat) fuq il-bijodiversità jiġi espress bħala l-perċentwal ta’ materjal li jiġi minn ekosistemi li jkunu ġew ġestiti biex jinżammu jew jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-bijodiversità. Dan imbagħad għandu jintwera permezz ta’ monitoraġġ u rappurtar regolari tal-livelli, iż-żidiet jew it-telf tal-bijodiversità (eż. telf ta’ anqas minn 15 % tar-rikkezza tal-ispeċijiet minħabba disturb, iżda s-Segretarjat Tekniku jista’ jistabbilixxi l-livell proprju tiegħu dment li dan ikun iġġustifikat sewwa). Il-valutazzjoni jenħtieġ li tirreferi għal materjali li jispiċċaw fil-prodotti finali u għal materjali li jkunu ntużaw matul il-proċess tal-produzzjoni. Pereżempju, il-faħam li jintuża fil-proċess tal-produzzjoni tal-azzar, jew is-sojja li tintuża għall-għalf tal-baqar li jipproduċu l-ħalib, eċċ.

2. 

Barra minn hekk, biex jiġi rrappurtat il-perċentwal ta’ tali materjali li għalihom ma tkun tista’ tinstab l-ebda informazzjoni dwar il-katina tal-kustodja jew it-traċċabbiltà.

3. 

Biex tintuża sistema ta’ ċertifikazzjoni bħala proxy. Is-Segretarjat Tekniku għandu jiddetermina liema skemi ta’ ċertifikazzjoni jipprovdu biżżejjed evidenza biex tiġi żgurata ż-żamma tal-bijodiversità u jiddeskrivi l-kriterji użati ( 194 ).

A.3.2.7.2.    Informazzjoni teknika addizzjonali

L-OEFSR għandha telenka l-informazzjoni teknika addizzjonali li għandha/jenħtieġ li/tista’ tiġi rrapportata.

Jekk il-prodotti li jappartjenu għall-PP fl-ambitu jkunu prodott intermedju, l-OEFSR għandha titlob l-informazzjoni teknika addizzjonali li ġejja:

1. 

Il-kontenut ta’ karbonju bijoġeniku fil-grada tal-fabbrika (kontenut fiżiku) għandu jiġi rrappurtat fl-istudju dwar l-OEF. Jekk ikun derivat minn foresta indiġena, l-OEFSR għandha tirrikjedi li l-emissjonijiet tal-karbonju korrispondenti għandhom jiġu mmudellati bil-fluss elementari “(tibdil fl-użu tal-art)”;

2. 

Għandu jiġi rrapportat il-kontenut riċiklat (R1);

3. 

Ir-riżultati b’valuri A speċifiċi għall-applikazzjoni tal-formula tal-impronta ċirkolari, jekk rilevanti.

A.3.2.8.    Suppożizzjonijiet u limitazzjonijiet

L-OEFSR għandha tinkludi l-lista tal-limitazzjonijiet li studju dwar l-OEF ikun soġġett għalihom, anke jekk jitwettaq f’konformità mal-OEFSR.

Is-Segretarjat Tekniku għandu jispeċifika f’liema kundizzjonijiet l-OEFSR tippermetti t-tqabbil tal-organizzazzjonijiet li jappartjenu għall-istess settur u/jew subsettur (eż. permezz tan-normalizzazzjoni tal-profil tal-OEF mal-fatturat annwali tal-organizzazzjoni).

L-OEFSR għandha telenka s-settijiet tad-data konformi mal-ILCD-EL użati fl-immudellar tal-organizzazzjoni(jiet) rappreżentattiva(i) u l-lakuni fid-data.

A.4.    Inventarju taċ-Ċiklu tal-ħajja

A.4.1.    Attivitajiet diretti u indiretti u stadji taċ-ċiklu tal-ħajja

L-OEFSR għandha tidentifika l-proċessi mistennija li jappartjenu għal attivitajiet diretti u dawk mistennija li jappartjenu għal attivitajiet indiretti.

Jekk il-PP jinkludi prinċipalment prodotti, l-OEFSR għandha telenka l-proċessi kollha għal kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja. Dan il-pass huwa fakultattiv jekk il-PP jinkludi prinċipalment servizzi, f’dan il-każ huwa f’idejn is-Segretarjat Tekniku li jevalwa l-applikabbiltà tal-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja għas-settur fl-ambitu (ara t-Taqsima 4.2 tal-Anness III, li tiddeskrivi l-applikabbiltà tal-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja għall-istudji dwar l-OEF).

L-istadji prestabbiliti taċ-ċiklu tal-ħajja huma elenkati fit-Taqsima 4.2 tal-Anness III u spjegati aktar fit-Taqsimiet 4.2.1-4.2.5 tal-Anness III.

Għal kull proċess, l-OEFSR għandha tinkludi s-settijiet tad-data sekondarji prestabbiliti li għandu japplika l-utent tal-OEFSR, sakemm il-proċess ma jkunx kopert minn data obbligatorja speċifika għall-kumpanija.

A.4.2.    Rekwiżiti tal-immudellar

A.4.2.1.    Produzzjoni agrikola

Għall-attivitajiet agrikoli, il-linji gwida għall-immudellar tat-Taqsima 4.4.1 tal-Anness III għandhom jiġu segwiti għall-RO u għandhom jiġu inklużi fl-OEFSRs. Kwalunkwe eċċezzjoni għandha tiġi maqbula mal-Kummissjoni qabel ma tiġi implimentata.

A.4.2.1.1.    Fertilizzanti

Għall-fertilizzanti bbażati fuq in-nitroġenu, jenħtieġ li jintużaw il-fatturi tal-emissjonijiet tal-Grad 1 tat-tabella 2-4 tal-IPCC (2006), kif ippreżentati fit-Tabella 3 tal-Anness III.

Il-mudell tan-nitroġenu fl-għelieqi ppreżentat fit-Tabella 3 tal-Anness III għandu xi limitazzjonijiet u jenħtieġ li jittejjeb fil-futur. Għalhekk, l-OEFSRs li għandhom l-immudellar agrikolu fl-ambitu għandhom jittestjaw (bħala minimu) l-approċċ alternattiv li ġej fi ħdan l-OEF-RO.

Il-bilanċ ta’ N jiġi kkalkolat bl-użu tal-parametri fit-Tabella II-3 fi u l-formula ta’ hawn taħt. -emissjoni totali ta’ NO3-N fl-ilma titqies bħala varjabbli u l-inventarju totali tagħha għandu jiġi kkalkulat bħala:

“Emissjoni totali ta’ NO3-N fl-ilma” = “telf bażi ta’ NO3-” + “emissjonijiet addizzjonali ta’ NO3-N fl-ilma”, ma’
“Emissjonijiet addizzjonali ta’ NO3-N fl-ilma” = “Input ta’ N bil-fertilizzanti kollha” + “iffissar ta’ N2 skont l-għalla” – “Assorbiment tal-N bil-ħsad” – “Emissjonijiet ta’ NH3 fl-arja” – “emissjonijiet ta’ N2O fl-arja” – “emissjonijiet ta’ N2 fl-arja” -“telf bażi ta’ NO3-”.

Jekk, f’ċerti skemi ta’ input baxx, il-valur għall-“emissjonijiet addizzjonali ta’ NO3-N fl-ilma” ikun negattiv, il-valur għandu jiġi stabbilit għal “0”. Barra minn hekk, f’każijiet bħal dawn, il-valur assolut tal-“emissjonijiet addizzjonali ta’ NO3-N fl-ilma” ikkalkolati għandu jiddaħħal fl-inventarju bħala input addizzjonali ta’ fertilizzant N fis-sistema, bl-użu tal-istess kombinazzjoni ta’ fertilizzanti N kif użati għall-għalla analizzata. Dan iservi biex jiġu evitati skemi ta’ tnaqqis tal-fertilità billi jinqabad it-tnaqqis tal-N mill-għalla analizzata li jkun preżunt li jwassal għall-ħtieġa ta’ fertilizzant addizzjonali aktar tard biex jinżamm l-istess livell ta’ fertilità tal-ħamrija.

Tabella II-3

Approċċ alternattiv għall-immudellar tan-nitroġenu

Emissjoni

Kompartiment

Valur li għandu jiġi applikat

NO3- telf bażi (fertilizzant sintetiku u demel)

L-ilma

kg NO3-= kg N*FracLEACH = 1*0,1*(62/14) = 0,44 kg NO3-/ kg N applikat

N2O (fertilizzant sintetiku u demel; diretta u indiretta)

L-arja

0,022 kg N2O/ kg fertilizzant N applikat

NH3 - Urea (fertilizzant sintetiku)

L-arja

kg NH3= kg N * FracGASF= 1*0,15* (17/14)= 0,18 kg NH3/ kg fertilizzant N applikat

NH3 - Nitrat tal-ammonju (fertilizzant sintetiku)

L-arja

kg NH3= kg N * FracGASF= 1*0,1* (17/14)= 0,12 kg NH3/ kg fertilizzant N applikat

NH3 - oħrajn (fertilizzant sintetiku)

L-arja

kg NH3= kg N * FracGASF= 1*0,02* (17/14)= 0,024 kg NH3/ kg fertilizzant N applikat

NH3 (demel)

L-arja

kg NH3= kg N*FracGASF= 1*0,2* (17/14)= 0,24 kg NH3/ kg demel N applikat

N2- iffissar skont l-għalla

Għall-għelejjel b’iffissar simbjotiku ta’ N2-: l-ammont iffissat huwa preżunt li huwa identiku għall-kontenut ta’ N fl-għalla maħsuda

N2

L-arja

0,09 kg N2 / kg N applikat

Is-Segretarjat Tekniku jista’ jiddeċiedi li jinkludi l-approċċ ta’ hawn fuq għall-immudellar ibbażat fuq l-N fl-OEFSR tiegħu, minflok dak ipprovdut fl-Anness III. Iż-żewġ approċċi għandhom jiġu ttestjati fl-istudji ta’ sostenn, u abbażi tal-evidenza miġbura, is-Segretarjat Tekniku huwa liberu li jiddeċiedi liema wieħed mit-tnejn japplika. Dan għandu jiġi vvalidat mill-bord ta’ rieżami tal-OEFSR.

Bħala t-tieni alternattiva, jekk tkun disponibbli data aħjar, jista’ jintuża mudell aktar komprensiv tan-nitroġenu fl-għelieqi fl-OEFSR, bil-kundizzjoni li (i) dan ikopri mill-anqas l-emissjonijiet mitluba fit-Tabella 3 tal-Anness III, (ii) N għandu jkun ibbilanċjat fl-inputs u fl-outputs u (iii) dan għandu jiġi deskritt b’mod trasparenti.

A.4.2.2.    Użu tal-elettriku

Għandhom jiġu applikati r-rekwiżiti fit-Taqsima 4.4.2 tal-Anness III, sakemm l-OEFSR ma tkoprix l-elettriku bħala prodott ewlieni (eż. sistemi fotovoltajċi).

A.4.2.2.1.    Immudellar tal-elettriku għall-organizzazzjonijiet rappreżentattivi

Meta jiġu mmudellati l-RO, it-taħlita tal-elettriku li ġejja għandha tintuża f’ordni ġerarkika:

(i) 

Għandha tintuża informazzjoni speċifika għas-settur dwar l-użu tal-elettriku ekoloġiku jekk:

(a) 

tkun disponibbli, u

(b) 

jiġi ssodisfat is-sett ta’ kriterji minimi biex jiġi żgurat li l-istrumenti kuntrattwali jkunu affidabbli. Dan jista’ jiġi kkombinat mal-elettriku li jifdal li għandu jiġi mmudellat bit-taħlita residwa tal-grilja.

(ii) 

F’każ li ma tkun disponibbli l-ebda informazzjoni speċifika għas-settur, għandha tintuża t-taħlita tal-grilja tal-konsum.

F’każ li l-RO tkun tinsab f’postijiet differenti u/jew il-prodotti fil-PP jinbiegħu f’pajjiżi differenti, it-taħlita tal-elettriku għandha tirrifletti l-proporzjonijiet tal-produzzjoni jew il-proporzjonijiet tal-bejgħ bejn il-pajjiżi/ir-reġjuni tal-UE. Biex jiġi ddeterminat il-proporzjon, għandha tintuża unità fiżika (eż. l-għadd ta’ biċċiet jew kg ta’ prodott). Meta ma tkunx disponibbli tali data, għandha tintuża t-taħlita medja tal-UE (UE+EFTA), jew taħlita rappreżentattiva għar-reġjun.

A.4.2.3.    Trasport u loġistika

L-OEFSR għandha tipprovdi xenarji prestabbiliti tat-trasport li għandhom jintużaw, f’każ li din id-data ma tkunx elenkata bħala informazzjoni obbligatorja speċifika għall-kumpanija (ara t-Taqsima A.4.4.1) u ma tkunx disponibbli informazzjoni speċifika għall-katina tal-provvista. Ix-xenarji prestabbiliti tat-trasport għandhom jirriflettu t-trasport medju Ewropew, inklużi l-għażliet differenti kollha tat-trasport fil-kategorija attwali ta’ prodotti (eż. inkluża l-konsenja fid-dar, jekk applikabbli).

F’każ li ma tkun disponibbli l-ebda data speċifika għall-OEFSR ( 195 ), għandhom jintużaw ix-xenarji u l-valuri prestabbiliti deskritti fit-Taqsima 4.4.3 tal-Anness III. Is-sostituzzjoni tal-valuri prestabbiliti pprovduti fit-Taqsima 4.4.3 b’valuri speċifiċi għall-OEFSR għandha tissemma b’mod ċar u tiġi ġġustifikata fl-OEFSR.

Il-klijent (finali u intermedju) tal-prodotti li jappartjenu għall-PP għandu jiġi definit fl-OEFSR ( 196 ). Il-klijent finali jista’ jkun konsumatur (jiġifieri kwalunkwe persuna fiżika li tkun qed taġixxi għal skopijiet li jkunu barra mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha) jew kumpanija li tuża l-prodott għall-użu finali, bħal ristoranti, pitturi professjonali, jew sit tal-kostruzzjoni. Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, ir-rivendituri u l-importaturi huma klijenti intermedji u mhux klijenti finali.

A.4.2.3.1.    Allokazzjoni tal-impatti mit-trasport – trasport bit-trakkijiet

L-OEFSR għandha tispeċifika l-proporzjon ta’ utilizzazzjoni li għandu jintuża għal kull trasport bit-trakkijiet immudellat, u għandha tindika b’mod ċar jekk il-proporzjon ta’ utilizzazzjoni jinkludix vjaġġi ta’ ritorn vojta.

— 
Jekk it-tagħbija tkun limitata għall-massa: għandu jintuża proporzjon ta’ utilizzazzjoni prestabbilit ta’ 64 % ( 197 ). Dan il-proporzjon ta’ utilizzazzjoni jinkludi l-vjaġġi ta’ ritorn vojta. Għalhekk, il-vjaġġi ta’ ritorn vojta ma għandhomx jiġu mmudellati separatament. L-OEFSR għandha telenka s-sett tad-data tat-trakkijiet li għandu jintuża, flimkien mal-fattur ta’ utilizzazzjoni li għandu jintuża (64 %). L-OEFSR għandha tindika b’mod ċar li l-utent għandu jivverifika u jadatta l-proporzjon ta’ utilizzazzjoni għall-valur prestabbilit ipprovdut fl-OEFSR.
— 
Jekk it-tagħbija tkun limitata għall-volum u jintuża l-volum sħiħ: l-OEFSR għandha tindika l-proporzjon ta’ utilizzazzjoni speċifiku għall-kumpanija kkalkolat bħala l-kg ta’ tagħbija reali/kg ta’ tagħbija utli tas-sett tad-data u tindika kif għandhom jiġu mmudellati l-vjaġġi ta’ ritorn vojta.
— 
Jekk it-tagħbija tkun delikata (eż. fjuri): huwa probabbli li ma jkunx jista’ jintuża l-volum sħiħ tat-trakk. L-OEFSR għandha tevalwa l-aktar proporzjon ta’ utilizzazzjoni xieraq li għandu jiġi applikat.
— 
It-trasport bl-ingrossa (eż. it-trasport taż-żrar mill-fossa tal-estrazzjoni għall-impjant tal-konkrit) għandu jiġi mmudellat bi proporzjon ta’ utilizzazzjoni prestabbilit ta’ 50 % (100 % mgħobbi ’l barra u 0 % mgħobbi ’l ġewwa).
— 
Il-prodotti u l-imballaġġ li jistgħu jerġgħu jintużaw għandhom jiġu mmudellati bi proporzjonijiet ta’ utilizzazzjoni speċifiċi għall-OEFSR. Il-valur prestabbilit ta’ 64 % (inkluż il-vjaġġ ta’ ritorn vojt) ma jistax jintuża minħabba li t-trasport ta’ ritorn huwa mmudellat separatament għall-prodotti li jistgħu jerġgħu jintużaw.

A.4.2.3.2.    Allokazzjoni tal-impatti mit-trasport – trasport tal-konsumatur

L-OEFSR għandha tippreskrivi l-valur ta’ allokazzjoni prestabbilit li għandu jintuża għat-trasport tal-konsumatur, jekk applikabbli.

A.4.2.3.3.    Xenarji prestabbiliti – mill-fornitur għall-fabbrika

L-OEFSR għandha tispeċifika d-distanzi prestabbiliti tat-trasport, il-modi tat-trasport (sett tad-data speċifiku) u l-fatturi tat-tagħbija tat-trakkijiet li għandhom jintużaw għat-trasport tal-prodotti mill-fornitur għall-fabbrika. Jekk ma tkun disponibbli l-ebda data speċifika għall-OEFSR, f’dak il-każ id-data prestabbilita pprovduta fit-Taqsima 4.4.3.4 tal-Anness III għandha tiġi preskritta fl-OEFSR.

A.4.2.3.4.    Xenarji prestabbiliti – mill-fabbrika għall-klijent finali

It-trasport mill-fabbrika għall-klijent finali (inkluż it-trasport tal-konsumatur) għandu jiġi deskritt fl-istadju tad-distribuzzjoni tal-OEFSR. Dan jgħin biex isir tqabbil ġust bejn il-prodotti kkonsenjati permezz ta’ ħwienet tradizzjonali kif ukoll dawk ikkonsenjati fid-dar.

F’każ li ma jkun disponibbli l-ebda xenarju tat-trasport speċifiku għall-OEFSR, ix-xenarju prestabbilit deskritt fit-Taqsima 4.4.3.5 tal-Anness III għandu jintuża bħala bażi, flimkien ma’ għadd ta’ valuri speċifiċi għall-OEFSR:

1. 

Il-proporzjon bejn il-prodotti mibjugħa permezz tal-bejgħ bl-imnut, iċ-ċentru ta’ distribuzzjoni (DC) u direttament lill-klijent finali;

2. 

Għall-fabbrika sal-klijent finali: Il-proporzjon bejn il-ktajjen tal-provvista lokali, intrakontinentali u internazzjonali;

3. 

Għall-fabbrika sal-bejgħ bl-imnut: id-distribuzzjoni bejn il-ktajjen tal-provvista intrakontinentali u internazzjonali.

Għall-prodotti li jistgħu jerġgħu jintużaw, it-trasport ta’ ritorn mill-bejgħ bl-imnut/DC għall-fabbrika għandu jiġi mmudellat flimkien mat-trasport meħtieġ biex wieħed imur għall-bejgħ bl-imnut/DC. Għandhom jintużaw l-istess distanzi tat-trasport mill-fabbrika tal-prodott għall-klijent finali (ara t-Taqsima 4.4.3.5 tal-Anness I), madankollu l-proporzjon ta’ utilizzazzjoni tat-trakkijiet tista’ tkun limitata għall-volum skont it-tip ta’ prodott. L-OEFSR għandha tindika l-proporzjon ta’ utilizzazzjoni li għandu jintuża għat-trasport ta’ ritorn.

A.4.2.4.    Oġġetti kapitali – infrastruttura u tagħmir

Matul l-eżekuzzjoni tal-istudji dwar l-OEF-RO, il-proċessi kollha għandhom jiġu inklużi fl-immudellar mingħajr ma jiġi applikat l-ebda limitu, is-suppożizzjonijiet tal-immudellar u s-settijiet tad-data sekondarji użati għandhom jiġu ddokumentati b’mod ċar.

L-OEFSR għandha tidentifika jekk, abbażi tar-riżultati tal-istudju dwar l-OEF-RO, l-oġġetti kapitali jkunux soġġetti għal limitu jew le. Jekk l-oġġetti kapitali jiġu inklużi fl-OEFSR, għandhom jiġu pprovduti regoli ċari għall-kalkolu tagħhom.

A.4.2.5.    Proċedura tal-kampjunar

F’xi każijiet, tkun meħtieġa proċedura ta’ kampjunar mill-utent ta’ OEFSR biex il-ġbir tad-data jiġi limitat biss għal kampjun rappreżentattiv ta’ impjanti/azjendi agrikoli, eċċ. Eżempji ta’ każijiet fejn tista’ tkun meħtieġa l-proċedura ta’ kampjunar huma f’każ li jkunu involuti diversi siti ta’ produzzjoni fil-produzzjoni tal-istess Unità taż-Żamma tal-Istokk (SKU); eż. f’każ li l-istess materja prima/materjal ta’ input ikun ġej minn diversi siti jew f’każ li l-istess proċess jiġi esternalizzat lil aktar minn sottokuntrattur/fornitur wieħed.

Għall-OEFSRs għandu jintuża kampjun stratifikat, jiġifieri wieħed li jiżgura li s-sottopopolazzjonijiet (strata) ta’ popolazzjoni partikolari jkunu kollha rappreżentati b’mod adegwat fil-kampjun kollu ta’ studju ta’ riċerka. B’dan it-tip ta’ kampjunar, huwa garantit li fil-kampjun finali jiġu inklużi suġġetti minn kull sottopopolazzjoni, filwaqt li l-kampjunar aleatorju sempliċi ma jiżgurax li s-sottopopolazzjonijiet ikunu rappreżentati b’mod ugwali jew proporzjonali fil-kampjun.

Is-Segretarjat Tekniku għandu jiddeċiedi jekk il-kampjunar ikunx permess jew le fl-OEFSR tiegħu. Is-Segretarjat Tekniku jista’ jipprojbixxi b’mod espliċitu l-użu ta’ proċeduri ta’ kampjunar fl-OEFSR. F’dan il-każ, il-kampjunar ma jkunx permess fl-istudji dwar l-OEF u l-utent tal-OEFSR għandu jiġbor id-data mill-impjanti jew mill-azjendi agrikoli kollha. Jekk is-Segretarjat Tekniku jippermetti l-kampjunar, l-OEFSR għandu jkun fiha s-sentenza li ġejja: “F’każ li jkun meħtieġ kampjunar, dan għandu jitwettaq kif speċifikat f’din l-OEFSR. Madankollu, il-kampjunar ma huwiex obbligatorju u kwalunkwe utent ta’ din l-OEFSR jista’ jiddeċiedi li jiġbor id-data mill-impjanti jew mill-azjendi agrikoli kollha, mingħajr ma jwettaq l-ebda kampjunar.”

F’każ li l-OEFSR tippermetti l-użu tal-kampjunar, l-OEFSR għandha tiddefinixxi r-rekwiżiti għar-rappurtar mill-utent tal-OEFSR. Il-popolazzjoni u l-kampjun magħżul użati għall-istudju dwar l-OEF għandhom jiġu deskritti b’mod ċar fir-rapport dwar l-OEF (eż. il-% tal-produzzjoni totali jew il-% tal-għadd ta’ siti, skont ir-rekwiżiti ddikjarati fl-OEFSR).

A.4.2.5.1.    Kif għandhom jiġu definiti sottopopolazzjonijiet omoġenji (stratifikazzjoni)

Il-metodu tal-OEF jirrikjedi li jiġu kkunsidrati aspetti fl-identifikazzjoni tas-sottopopolazzjonijiet (ara t-Taqsima 4.4.6.1 tal-Anness I):

1. 

Id-distribuzzjoni ġeografika tas-siti;

2. 

It-teknoloġiji/ il-prattiki tal-biedja involuti;

3. 

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-kumpaniji/tas-siti kkunsidrati.

L-OEFSR tista’ telenka aspetti addizzjonali li għandhom jitqiesu f’kategorija speċifika ta’ prodotti.

F’każ li jiġu kkunsidrati aspetti addizzjonali, l-għadd ta’ sottopopolazzjonijiet jiġi kkalkulat bl-użu tal-formula (ekwazzjoni 1) ipprovduta fit-Taqsima 4.4.6.1 tal-Anness III u l-multiplikazzjoni tar-riżultat bl-għadd ta’ klassijiet identifikati għal kull aspett addizzjonali (eż. dawk is-siti li għandhom fis-seħħ sistema ta’ ġestjoni jew rappurtar ambjentali).

A.4.2.5.2.    Kif għandu jiġi definit id-daqs tas-sottokampjun fil-livell tas-sottopopolazzjoni

L-OEFSR għandha tispeċifika l-approċċ magħżul fost it-tnejn disponibbli fit-Taqsima 4.4.6.2 tal-Anness III. L-istess approċċ għandu jintuża għas-sottopopolazzjonijiet kollha magħżula.

F’każ li jintgħażel l-ewwel approċċ, l-OEFSR għandha tistabbilixxi l-unità tal-kejl għall-produzzjoni (eż. t, m3, m2 jew il-valur f’EUR). L-OEFSR għandha tidentifika l-perċentwal tal-produzzjoni li għandu jiġi kopert minn kull sottopopolazzjoni, li ma għandux ikun anqas minn 50 %, espress fl-unità rilevanti. Dan il-perċentwal jiddetermina d-daqs tal-kampjun fi ħdan is-sottopopolazzjoni.

A.4.2.6.    Stadju tal-użu

A.4.2.6.1.    Approċċ ibbażat fuq il-funzjoni ewlenija jew approċċ delta

L-OEFSR għandha tiddeskrivi liema approċċ għandu jiġi applikat (l-approċċ ibbażat fuq il-funzjoni ewlenija jew l-approċċ delta, it-Taqsima 4.4.7.1 tal-Anness III).

F’każ li jintuża l-approċċ delta, l-OEFSR għandha tispeċifika konsum ta’ referenza li għandu jiġi definit għal kull prodott assoċjat (eż. ta’ enerġija u materjali). Il-konsum ta’ referenza jirreferi għall-konsum minimu li huwa essenzjali biex tiġi pprovduta l-funzjoni. Il-konsum ’il fuq minn din ir-referenza (id-delta) imbagħad jiġi allokat lill-prodott. Biex tiġi definita s-sitwazzjoni ta’ referenza, għandhom jiġu kkunsidrati dawn li ġejjin, jekk ikunu disponibbli:

1. 

Ir-regolamenti applikabbli għall-kategorija tal-prodott;

2. 

L-istandards jew l-istandards armonizzati;

3. 

Ir-rakkomandazzjonijiet mill-manifatturi jew mill-organizzazzjonijiet tal-manifatturi;

4. 

L-użu ta’ ftehimiet stabbiliti b’kunsens fi gruppi ta’ ħidma speċifiċi għas-settur.

A.4.2.6.2.    Immudellar tal-istadju tal-użu

Għall-proċessi kollha li jappartjenu għall-istadju tal-użu (kemm dawk l-aktar rilevanti kif ukoll l-oħrajn):

1. 

L-OEFSR għandha tindika liema proċessi tal-istadju tal-użu huma dipendenti mill-prodott u indipendenti mill-prodott (kif deskritt fl-Anness III, it-Taqsima 4.4.7). Fil-każ ta’ portafolji kbar ta’ prodotti, din l-informazzjoni tista’ tingħata bħala Anness għall-OEFSR

2. 

L-OEFSR għandha tidentifika għal liema proċessi għandha tiġi pprovduta d-data prestabbilita billi jiġu segwiti l-linji gwida għall-immudellar fit-Tabella JJ-4. F’każ li l-immudellar ikun fakultattiv, is-Segretarjat Tekniku għandu jiddeċiedi jekk dan jiġix inkluż fil-limitu tas-sistema tal-mudell tal-kalkolu tal-OEFSR.

3. 

Għal kull proċess li għandu jiġi mmudellat, is-Segretarjat Tekniku għandu jiddeċiedi u jiddeskrivi fl-OEFSR jekk għandux jiġi applikat l-approċċ ibbażat fuq il-funzjoni ewlenija jew l-approċċ delta:

4. 

Approċċ ibbażat fuq il-funzjoni ewlenija: Is-settijiet tad-data prestabbiliti ppreżentati fl-OEFSR għandhom jirriflettu kemm jista’ jkun ir-realtà tas-sitwazzjonijiet tas-suq.

5. 

Approċċ delta: l-OEFSR għandha tipprovdi l-konsum ta’ referenza li għandu jintuża.

6. 

L-OEFSR għandha ssegwi l-linji gwida dwar l-immudellar u r-rapportar fit-Tabella JJ-4. Din it-tabella għandha timtela mis-Segretarjat Tekniku u tiġi inkluża fl-ewwel u fit-tieni rapport dwar l-OEF-RO.

Tabella JJ-4

Linji gwida tal-OEFSR għall-istadju tal-użu

Il-proċess speċifiku tal-istadju tal-użu huwa:

Azzjonijiet li għandhom jittieħdu mit-TS

Dipendenti mill-prodott?

L-aktar rilevanti?

Linji gwida għall-immudellar

Fejn għandhom jiġu rrapportati

Iva

Iva

Għandhom jiġu inklużi fil-limitu tas-sistema tal-OEFSR. Tiġi pprovduta data prestabbilita

Obbligatorji: Rapport dwar l-OEF,

Le

Fakultattiv: Jistgħu jiġu inklużi fil-limitu tas-sistema tal-OEFSR meta l-inċertezza tkun tista’ tiġi kkwantifikata (tiġi pprovduta data prestabbilita)

Fakultattiv: Rapport dwar l-OEF,

Le

Iva/Le

Esklużi mil-limitu tas-sistema tal-OEFSR

Fakultattiv: informazzjoni kwalitattiva

Il-Parti D tal-Anness IV tipprovdi data prestabbilita li għandha tintuża mis-Segretarjat Tekniku biex jiġu mmudellati l-attivitajiet tal-istadju tal-użu li jistgħu jkunu trasversali għal diversi gruppi ta’ prodotti. Din għandha tintuża biex jimtlew il-lakuni fid-data u biex tiġi żgurata l-konsistenza fost l-OEFSRs. Tista’ tintuża data aħjar iżda din għandha tiġi ġġustifikata fl-OEFSR.

Eżempju: għaġin

Dan huwa eżempju simplifikat dwar kif tista’ tiġi mmudellata u rrapportata l-impronta ambjentali tal-istadju tal-użu għall-prodott “1 kg ta’ għaġin niexef” (adattat mill-OEFSR finali għall-għaġin niexef ( 198 )).

It-Tabella LL-6 tippreżenta l-proċessi użati għall-immudellar tal-istadju tal-użu ta’ 1kg ta’ għaġin niexef (il-ħin tat-togħlija skont l-istruzzjonijiet, pereżempju 10 minuti; l-ammont ta’ ilma, skont l-istruzzjonijiet, pereżempju 10 litri). Fost l-erba’ proċessi, l-użu tal-elettriku u tas-sħana huma dawk l-aktar rilevanti. F’dan l-eżempju, l-erba’ proċessi kollha huma dipendenti fuq il-prodott. L-ammont ta’ użu tal-ilma u l-ħin tat-tisjir huwa ġeneralment indikat fuq l-imballaġġ. Il-manifattur jista’ jibdel ir-riċetta sabiex iżid jew inaqqas il-ħin tat-tisjir, u għalhekk l-użu tal-enerġija. Fi ħdan l-OEFSR, hija pprovduta data prestabbilita dwar l-erba’ proċessi, kif indikat fit-Tabella LL-6 (għandhom jintużaw id-data dwar l-attivitajiet + is-sett tad-data tal-LCI). Skont il-linji gwida dwar ir-rapportar, l-EF tat-total tal-erba’ proċessi kollha jiġi rrapportat bħala informazzjoni separata.

Tabella KK-5

Eżempju tad-data dwar l-attivitajiet u s-settijiet tad-data sekondarji użati

Materjali/fjuwils

Valur

Unità

Ilma tal-vit; taħlita teknoloġika; għand l-utent; għal kull kg ta’ ilma

10

kg

Taħlita tal-elettriku, AC, taħlita tal-konsum, għand il-konsumatur, <1kV

0,5

kWh

Enerġija termali, minn sistemi ta’ tisħin resid. mill-NG, taħlita tal-konsum, għand il-konsumatur, temperatura ta’ 55C

2,3

kWh

Skart għat-trattament

Valur

Unità

Trattament tal-ilma mormi, ilma mormi domestiku skont id-Direttiva 91/271/KEE dwar it-trattament tal-ilma mormi urban

10

kg

Tabella LL-6

Proċessi tal-istadju tal-użu tal-għaġin niexef (adattat mill-PEFCR finali għall-għaġin niexef). Il-proċessi l-aktar rilevanti huma indikati fil-kaxxa l-ħadra

Il-proċess tal-istadju tal-użu huwa …?

Proċessi tal-għaġin

Azzjonijiet meħuda mis-Segretarjat Tekniku:

(ii)  Dipendenti mill-prodott?

(iii)  L-aktar rilevanti?

Immudellar

Rapportar

Iva

Iva

Elettriku u Sħana

Immudellati bħala approċċ ibbażat fuq il-funzjoni ewlenija.

Ipprovduta data prestabbilita (użu totali tal-enerġija).

Fir-rapport dwar l-OEF, irrapportati separatament

Le

Ilma tal-vit

Ilma mormi

Immudellati bħala approċċ ibbażat fuq il-funzjoni ewlenija.

Ipprovduta data prestabbilita (użu totali tal-ilma).

Fir-rapport dwar l-OEF, irrapportati separatament

Le

Iva/Le

Esklużi mill-kalkolu tal-EF (kategoriji tal-impatt)

Fakultattiv: informazzjoni kwalitattiva

A.4.2.7.    Immudellar ta’ tmiem il-ħajja

L-OEFSR għandha tippreskrivi l-użu tal-formula tas-CFF u tipprovdi valuri prestabbiliti għall-parametri kollha li għandhom jintużaw (ara wkoll it-Taqsima 4.4.8 tal-Anness III).

A.4.2.7.1.    Il-fattur A

Il-valuri A li għandhom jintużaw għandhom jiġu elenkati b’mod ċar fl-OEFSR, b’referenza għall-Parti C tal-Anness IV. Meta tiġi żviluppata OEFSR, għandha tiġi applikata l-proċedura li ġejja biex jintgħażel il-valur ta’ A li għandu jiġi inkluż fl-OEFSR:

1. 

Fil-Parti C tal-Anness IV jiġi ċċekkjat jekk ikunx disponibbli valur A speċifiku għall-applikazzjoni li jkun adattat għall-OEFSR,

2. 

Jekk ma jkunx disponibbli valur A speċifiku għall-applikazzjoni, għandu jintuża l-valur A speċifiku għall-materjal fil-Parti C tal-Anness IV,

3. 

Jekk ma jkunx disponibbli valur A speċifiku għall-materjal, il-valur A għandu jiġi stabbilit għal 0,5.

A.4.2.7.2.    Il-fattur B

Il-valur B għandu dejjem ikun ugwali għal 0 bħala valur prestabbilit sakemm ma jkunx disponibbli valur xieraq ieħor fil-parti C tal-Anness IV. Il-valur B li għandu jintuża għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar fl-OEFSR.

A.4.2.7.3.    Il-proporzjonijiet tal-kwalità: Qsin/Qp u Qsout/Qp

Il-proporzjonijiet tal-kwalità għandhom jiġu ddeterminati fil-punt ta’ sostituzzjoni u għal kull applikazzjoni jew materjal. Il-proporzjonijiet tal-kwalità huma speċifiċi għall-OEFSR. Għall-imballaġġ, kull OEFSR jenħtieġ li tuża l-valuri prestabbiliti pprovduti fil-Parti C tal-Anness IV. Is-Segretarjat Tekniku jista’ jiddeċiedi li jibdel il-valuri prestabbiliti fl-OEFSR għal oħrajn speċifiċi għall-prodott jew għas-settur. F’dan il-każ, il-ġustifikazzjoni għall-bidla għandha tiġi inkluża fl-OEFSR.

Il-proporzjonijiet kollha tal-kwalità li għandhom jintużaw għandhom jiġu ddikjarati b’mod ċar fl-OEFSR. B’mod alternattiv, għandha tiġi pprovduta gwida ċara mill-OEFSR dwar kif għandhom jiġu ddeterminati l-proporzjonijiet tal-kwalità li għandhom jintużaw.

Il-kwantifikazzjoni tal-proporzjonijiet tal-kwalità għandha tkun ibbażata fuq:

— 
Aspetti ekonomiċi: jiġifieri l-proporzjon tal-prezz tal-materjali sekondarji meta mqabbel mal-materjali primarji fil-punt ta’ sostituzzjoni. F’każ li l-prezz tal-materjali sekondarji jkun ogħla minn dak tal-materjali primarji, il-proporzjonijiet tal-kwalità għandhom ikunu ugwali għal 1.
— 
Jekk l-aspetti ekonomiċi jkunu anqas rilevanti mill-aspetti fiżiċi, jistgħu jintużaw dawn tal-aħħar.

A.4.2.7.4.    Kontenut riċiklat (R1)

L-OEFSR għandha tipprovdi l-lista ta’ valuri R1 prestabbiliti, li għandhom jintużaw mill-utent tal-OEFSR f’każ li ma jkun disponibbli l-ebda valur speċifiku għall-kumpanija. Għal dan, is-Segretarjat Tekniku għandu jagħżel il-valuri R1 xierqa speċifiċi għall-applikazzjoni li huma disponibbli fil-Parti C tal-Anness IV. F’każ li ma jkun disponibbli l-ebda valur speċifiku għall-applikazzjoni, R1 għandu jiġi stabbilit bħala 0. Il-valuri speċifiċi għall-materjal ibbażati fuq l-istatistika tas-suq tal-provvista ma għandhomx jintużaw bħala proxy. Għandhom jiġu pprovduti r-reġjuni ġeografiċi kollha possibbli. Il-valuri R1 applikati għandhom ikunu soġġetti għar-rieżami tal-OEFSR (jekk applikabbli) jew għall-verifika tal-istudju dwar l-OEF (jekk applikabbli).

Jistgħu jiġu żviluppati valuri R1 ġodda mis-Segretarjat Tekniku (abbażi ta’ statistika ġdida) u jiġu pprovduti lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni fil-Parti C tal-Anness IV. Il-valuri R1 proposti ġodda għandhom jiġu pprovduti flimkien ma’ rapport li jindika s-sorsi u l-kalkoli, u jiġu rieżaminati minn parti terza indipendenti esterna. Il-Kummissjoni se tieħu d-deċiżjoni jekk il-valuri l-ġodda jkunux aċċettabbli u jistgħu jiġu implimentati f’verżjoni aġġornata tal-Parti C tal-Anness IV. Ladarba l-valuri R1 il-ġodda jiġu integrati fil-Parti C tal-Anness IV, dawn jistgħu jintużaw minn kwalunkwe OEFSR. L-għażla għal “valuri R1 prestabbiliti” jew “valuri R1 speċifiċi għall-kumpanija ” għandha tkun ibbażata fuq ir-regoli tad-DNM (ara t-Tabella A-7).

Dan ifisser li għandhom jintużaw valuri speċifiċi għall-kumpanija meta:

(a) 

il-proċess jiġi identifikat fl-OEFSR bħala l-aktar rilevanti u jitmexxa mill-kumpanija li tuża l-OEFSR, jew il-kumpanija ma tkunx qed tmexxi l-proċess iżda jkollha aċċess għal informazzjoni speċifika għall-kumpanija,

jew

(b) 

il-proċess ikun elenkat mill-OEFSR bħala data obbligatorja speċifika għall-kumpanija.

F’każijiet oħra, għandhom jintużaw “valuri R1 sekondarji prestabbiliti”, pereżempju meta R1 ikun fis-sitwazzjoni 2, l-għażla 2 tad-DNM. F’dan il-każ, id-data speċifika għall-kumpanija ma tkunx obbligatorja u l-kumpanija għandha tuża l-valuri R1 sekondarji prestabbiliti pprovduti fl-OEFSR.

Tabella A-7

Rekwiżiti rigward il-valuri R1 fir-rigward tad-DNM

Il-proċess l-aktar rilevanti

Proċess ieħor

Sitwazzjoni 1: proċess immexxi mill-organizzazzjoni fl-ambitu tal-istudju dwar l-OEF

Għażla 1

Valur R1 speċifiku għall-katina tal-provvista

Għażla 2

Valur R1 prestabbilit (speċifiku għall-applikazzjoni)

Sitwazzjoni 2: proċess mhux immexxi mill-organizzazzjoni fl-ambitu tal-istudju dwar l-OEF, iżda b’aċċess għal informazzjoni speċifika (għall-kumpanija)

Għażla 1

Valur R1 speċifiku għall-katina tal-provvista

Għażla 2

Valur R1 prestabbilit (speċifiku għall-applikazzjoni) jew speċifiku għall-katina tal-provvista

Għażla 3

Valur R1 prestabbilit (speċifiku għall-applikazzjoni) jew speċifiku għall-katina tal-provvista

Sitwazzjoni 3: proċess mhux immexxi mill-organizzazzjoni fl-ambitu tal-istudju dwar l-OEF, iżda mingħajr aċċess għal informazzjoni speċifika (għall-kumpanija)

Għażla 1

Valur R1 prestabbilit (speċifiku għall-applikazzjoni)

Għażla 2

Valur R1 prestabbilit (speċifiku għall-applikazzjoni)

A.4.2.7.5.    Linji gwida dwar kif għandu jiġi ttrattat ir-ruttam qabel il-konsum

Fil-metodu tal-OEF huma deskritti żewġ għażliet (it-Taqsima 4.4.8.8 tal-Anness III): l-OEFSR għandha tispeċifika liema għażla għandha tintuża fl-immudellar tar-ruttam qabel il-konsum.

A.4.2.7.6.    Rata tal-output tar-riċiklaġġ (R2)

L-OEFSR għandha tipprovdi l-lista ta’ valuri R2 prestabbiliti li għandhom jintużaw mill-utent tal-OEFSR f’każ li ma jkun disponibbli l-ebda valur speċifiku għall-kumpanija. Għal dan, is-Segretarjat Tekniku għandu jagħżel il-valuri R2 xierqa speċifiċi għall-applikazzjoni li huma disponibbli fil-Parti C tal-Anness IV. F’każ li ma jkun disponibbli l-ebda valur speċifiku għall-applikazzjoni fil-Parti C tal-Anness IV, l-OEFSR għandha tagħżel il-valuri R2 tal-materjal (eż. il-medja tal-materjali) li għandhom jintużaw b’mod prestabbilit. F’każ li ma jkun hemm l-ebda valur R2 disponibbli, R2 għandu jiġi ssettjat għal 0. Għandhom jiġu pprovduti r-reġjuni ġeografiċi kollha possibbli.

Jistgħu jiġu żviluppati valuri R2 ġodda mis-Segretarjat Tekniku (abbażi ta’ statistika ġdida) u jiġu pprovduti lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni fil-Parti C tal-Anness IV. Il-valuri R2 proposti ġodda għandhom jiġu pprovduti flimkien ma’ rapport ta’ studju li jindika s-sorsi u l-kalkoli, u jiġu rieżaminati minn parti terza indipendenti esterna. Il-Kummissjoni se tiddeċiedi jekk il-valuri l-ġodda jkunux aċċettabbli u jistgħux jiġu implimentati f’verżjoni aġġornata tal-Parti C tal-Anness IV. Ladarba l-valuri R2 il-ġodda jiġu integrati fil-parti C tal-Anness IV, dawn jistgħu jintużaw minn kwalunkwe OEFSR. Biex jintgħażel il-valur R2 it-tajjeb, għandha tiġi segwita l-proċedura li ġejja mill-utent tal-OEFSR u tiġi deskritta fl-OEFSR:

Għandhom jintużaw valuri speċifiċi għall-kumpanija jekk ikunu disponibbli.

1. 

Jekk ma jkun disponibbli l-ebda valur speċifiku għall-kumpanija u l-kriterji għall-evalwazzjoni tar-riċiklabbiltà jiġu ssodisfati (ara t-Taqsima 4.4.8.9 tal-Anness I), għandhom jintużaw valuri R2 speċifiċi għall-applikazzjoni kif elenkati fl-OEFSR,

a. 

Jekk ma jkunx disponibbli valur R2 għal pajjiż speċifiku, f’dak il-każ għandha tintuża l-medja Ewropea.

b. 

Jekk ma jkunx disponibbli valur R2 għal applikazzjoni speċifika, għandhom jintużaw il-valuri R2 tal-materjal (eż. il-medja tal-materjal).

c. 

F’każ li ma jkun hemm l-ebda valur R2 disponibbli, R2 għandu jkun 0 jew tista’ tiġi ġġenerata statistika ġdida biex jiġi assenjat valur R2 fis-sitwazzjoni speċifika.

2. 

Il-valuri R2 applikati għandhom ikunu soġġetti għall-verifika tal-istudju dwar l-OEF.

A.4.2.7.7.    Il-valur R3

L-OEFSR għandha tipprovdi l-lista ta’ valuri R3 prestabbiliti, li għandhom jintużaw mill-utent tal-OEFSR f’każ li ma jkun disponibbli l-ebda valur speċifiku għall-kumpanija. Għal dan, is-Segretarjat Tekniku għandu jagħżel il-valuri R3 xierqa li huma disponibbli fil-parti C tal-Anness IV. F’każ li ma jkun disponibbli l-ebda valur fil-parti C tal-Anness IV jew fil-każ li tali valuri jkunu skaduti b’oħrajn aktar riċenti mill-istess sors ta’ data ( 199 ), is-Segretarjat Tekniku għandu jipprovdi l-valuri żviluppati proprji jew jipprovdi gwida għall-utent tal-OEFSR dwar kif għandhom jinkisbu l-valuri meħtieġa. Il-valuri R3 applikati għandhom ikunu soġġetti għar-rieżami tal-OEFSR (jekk applikabbli) jew għall-verifika tal-istudju dwar l-OEF (jekk applikabbli).

Jistgħu jiġu żviluppati valuri R3 ġodda mis-Segretarjat Tekniku (abbażi ta’ statistika ġdida) u jiġu pprovduti lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni fil-parti C tal-Anness IV. Il-valuri R3 proposti ġodda għandhom jiġu pprovduti flimkien ma’ rapport ta’ studju li jindika s-sorsi u l-kalkoli, u rieżaminat minn parti terza indipendenti esterna. Il-Kummissjoni se tieħu d-deċiżjoni jekk il-valuri l-ġodda jkunux aċċettabbli u jistgħux jiġu implimentati f’verżjoni aġġornata tal-Parti C tal-Anness IV. Ladarba l-valuri R3 il-ġodda jiġu integrati fil-Parti C tal-Anness IV, dawn jistgħu jintużaw minn kwalunkwe OEFSR.

L-għażla għal “valuri R3 prestabbiliti” jew “valuri R3 speċifiċi għall-kumpanija” għandha tkun ibbażata fuq il-loġika tad-DNM. Dan ifisser li għandhom jintużaw valuri speċifiċi għall-katina tal-provvista meta:

1. 

il-proċess jiġi identifikat fl-OEFSR bħala l-aktar rilevanti u jitmexxa mill-kumpanija li tuża l-OEFSR, jew il-kumpanija ma tkunx qed tmexxi l-proċess iżda jkollha aċċess għal informazzjoni speċifika għall-kumpanija,

jew

2. 

il-proċess ikun elenkat mill-OEFSR bħala data obbligatorja speċifika għall-kumpanija.

Fil-każijiet l-oħra kollha, għandhom jintużaw “valuri R3 sekondarji prestabbiliti”, pereżempju meta R3 ikun fis-sitwazzjoni 2, l-għażla 2 tad-DNM. F’dan il-każ, id-data speċifika għall-kumpanija ma tkunx obbligatorja u l-kumpanija għandha tuża l-valuri R3 sekondarji prestabbiliti pprovduti fl-OEFSR.

A.4.2.7.7.    Eriċiklat u EriċiklaġġEoL

L-OEFSR għandha telenka s-settijiet tad-data prestabbiliti li l-utent tal-OEFSR għandu japplika biex jimmudella Eriċ u EriċEoL.

A.4.2.7.8.    L-E*v

L-OEFSR għandha telenka s-settijiet tad-data prestabbiliti li l-utent tal-OEFSR għandu japplika biex jimmudella E*v.

A.4.2.7.9.    Kif għandha tiġi applikata l-formula meta l-portafoll tal-prodotti jinkludi prodotti intermedji

F’dan il-każ, il-parametri relatati ma’ tmiem il-ħajja tal-prodott speċifiku fil-PP (jiġifieri r-riċiklabbiltà fi tmiem il-ħajja, l-irkupru tal-enerġija u r-rimi) ma għandhomx jitqiesu, sakemm l-OEFSR ma tkunx teħtieġ li tiġi kkalkulata informazzjoni addizzjonali għall-istadju tal-EoL.

Jekk il-formula tiġi applikata fi studji dwar l-OEF għal prodotti intermedji (studji “mill-benniena sal-grada”), l-OEFSR għandha tippreskrivi:

1. 

L-użu tas-CFF;

2. 

Għall-esklużjoni tal-EoL billi l-parametri R2, R3, u Ed jiġu ssettjati għal 0 għall-prodotti inklużi fil-PP;

3. 

Uża A=1 għall-prodotti intermedji fil-PP.

Meta tkun qed tiġi żviluppata l-OEFSR, il-valur A tal-prodott fil-PP għandu jiġi stabbilit għal 1 għall-analiżi tal-hotspots fl-istudju dwar l-OEF-RO biex l-analiżi tkun tista’ tiffoka fuq is-sistema reali. Dan għandu jiġi dokumentat fl-OEFSR.

A.4.2.8.    Ħajja estiża tal-prodott

Fis-sitwazzjoni 1 deskritta fit-Taqsima 4.4.9 tal-Anness III, l-OEFSR għandha tiddeskrivi kif l-użu mill-ġdid jew ir-rinnovazzjoni huma inklużi fil-kalkoli tal-fluss ta’ referenza u l-mudell taċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ, b’kont meħud li “għal kemm żmien” tal-valuri prestabbiliti tal-PP għal ħajja estiża għandu jiġi pprovdut fl-OEFSR jew għandu jiġi elenkat bħala informazzjoni obbligatorja speċifika għall-kumpanija.

A.4.2.8.1.    Kif għandha tiġi applikata r-“rata ta’ użu mill-ġdid” (sitwazzjoni 1)

Fil-punt 2) tat-Taqsima 4.4.9.2 tal-Anness III, l-OEFSR għandha tispeċifika aktar u tipprovdi distanzi tat-trasport f’direzzjoni waħda.

A.4.2.8.2.    Rati medji ta’ użu mill-ġdid għal aggregazzjonijiet tal-kumpanija

Ir-rati medji ta’ użu mill-ġdid disponibbli fit-Taqsima 4.4.9.4 tal-Anness III għandhom jintużaw fl-istudji dwar l-OEF-RO, sakemm ma tkunx disponibbli data ta’ kwalità aħjar.

Jekk is-Segretarjat Tekniku jiddeċiedi li juża valuri oħra fl-istudju tiegħu dwar l-OEF-RO, huwa għandu jipprovdi ġustifikazzjoni u jipprovdi s-sors tad-data. F’każ li tip speċifiku ta’ imballaġġ ma jkunx preżenti fil-lista ta’ hawn fuq, għandha tintuża data speċifika għas-settur. Il-valuri l-ġodda għandhom ikunu soġġetti għar-rieżami tal-OEFSR.

L-OEFSR għandha tippreskrivi l-użu ta’ rati obbligatorji ta’ użu mill-ġdid speċifiċi għall-kumpanija għall-aggregazzjonijiet tal-imballaġġ li jkunu proprjetà tal-kumpanija.

A.4.2.8.3.    Rati medji ta’ użu mill-ġdid għal aggregazzjonijiet operati minn partijiet terzi

Ir-rati medji ta’ użu mill-ġdid disponibbli fit-Taqsima 4.4.9.5 tal-Anness III għandhom jintużaw minn dawk l-OEFSRs li jkollhom aggregazzjonijiet ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża operati minn partijiet terzi fl-ambitu tagħhom, sakemm ma tkunx disponibbli data ta’ kwalità aħjar.

Jekk is-Segretarjat Tekniku jiddeċiedi li juża valuri oħra fl-OEFSR finali tiegħu, huwa għandu jiġġustifika b’mod ċar għaliex u jipprovdi s-sors tad-data. F’każ li tip speċifiku ta’ imballaġġ ma jkunx preżenti fil-lista tat-Taqsima 4.4.9.5 tal-Anness I, għandha tinġabar data speċifika għas-settur u tiġi inkluża fl-OEFSR. Il-valuri l-ġodda għandhom ikunu soġġetti għar-rieżami tal-OEFSR.

A.4.2.9.    Emissjonijiet u assorbimenti ta’ gassijiet serra

Biex jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-iżvilupp tal-OEFSR, l-istudju dwar l-OEF-RO għandu dejjem jikkalkula t-tliet subkategoriji tat-tibdil fil-klima separatament. Jekk it-tibdil fil-klima jiġi identifikat bħala kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti, l-OEFSR għandha (i) titlob li t-tibdil fil-klima totali jiġi rrapportat bħala s-somma tat-tliet subkategoriji, u (ii) titlob ir-rapportar tas-subkategoriji “tibdil fil-klima -fossili”, “tibdil fil-klima – bijoġeniku” u “tibdil fil-klima - użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art”, separatament jekk l-istudju dwar l-OEF-RO juri kontribut ta’ aktar minn 5 % ( 200 ) kull waħda għall-punteġġ totali.

A.4.2.9.1.    Subkategorija 2: Tibdil fil-klima – bijoġeniku

L-OEFSR għandha tispeċifika jekk għandux jintuża approċċ ta’ mmudellar simplifikat meta jiġu mmudellati l-emissjonijiet ewlenin.

Fil-każ li jintgħażel approċċ ta’ mmudellar simplifikat, l-OEFSR għandha tinkludi t-test li ġej: “L-emissjoni “metan (bijoġeniku)” biss hija mmudellata, filwaqt li ma huma inklużi l-ebda emissjonijiet u assorbimenti bijoġeniċi oħra mill-atmosfera. Meta l-emissjonijiet tal-metan jistgħu jkunu kemm fossili jew bijoġeniċi, ir-rilaxx tal-metan bijoġeniku għandu jiġi mmudellat l-ewwel u mbagħad il-metan fossili li jifdal.”

Fil-każ li ma jintgħażilx approċċ ta’ mmudellar simplifikat, l-OEFSR għandha tinkludi t-test li ġej: “L-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha tal-karbonju bijoġeniku għandhom jiġu mmudellati separatament. Madankollu, għandu jiġi nnotat li l-fatturi ta’ karatterizzazzjoni korrispondenti għall-assorbimenti u l-emissjonijiet tas-CO2 bijoġeniku fi ħdan il-metodu ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-EF huma stabbiliti għal żero”.

A.4.2.9.2.    Subkategorija 3: Tibdil fil-klima – użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art (LULUC)

Is-Segretarjat Tekniku jista’ jiddeċiedi li jinkludi l-ħżin tal-karbonju fil-ħamrija fl-OEFSR bħala informazzjoni ambjentali addizzjonali. F’każ ta’ inklużjoni, l-OEFSR għandha tispeċifika kif dan għandu jiġi mmudellat u kkalkulat, u liema prova għandha tiġi pprovduta. Jekk il-leġiżlazzjoni tipprovdi rekwiżiti speċifiċi ta’ mmudellar għas-settur, dan għandu jiġi mmudellat skont din il-leġiżlazzjoni.

A.4.2.10.    Imballaġġ

Is-settijiet tad-data medji Ewropej dwar l-imballaġġ għandhom jintużaw f’każ li l-OEFSR ma titlobx l-użu ta’ data speċifika għall-kumpanija, ma tkun disponibbli l-ebda informazzjoni speċifika għall-fornitur jew l-imballaġġ ma jkunx rilevanti. Għalkemm is-settijiet tad-data sekondarji prestabbiliti għandhom jiġu elenkati fl-OEFSR, għal xi imballaġġ b’diversi materjali, l-OEFSR għandha tipprovdi informazzjoni addizzjonali biex l-utent ikun jista’ jwettaq immudellar korrett. Dan huwa pereżempju l-każ għall-kartun tax-xorb u l-imballaġġ tal-borża fil-kaxxa:

— 
Il-kartun tax-xorb huwa magħmul minn granulati tal-LDPE u kartun għall-imballaġġ tal-likwidi, b’fojl tal-aluminju jew mingħajru. L-ammont ta’ granulati tal-LDPE, kartun u fojl (imsejħa wkoll il-lista tal-materjal tal-kartun tax-xorb) jiddependi mill-applikazzjoni tal-kartuna tax-xorb u għandu jiġi definit fl-OEFSR jekk applikabbli (eż. kartun tal-inbid, kartun tal-ħalib). Il-kartun tax-xorb għandu jiġi mmudellat billi l-ammonti preskritti ta’ settijiet tad-data materjali tal-OEFSR jiġu kkombinati mas-sett tad-data tal-konverżjoni tal-kartun tax-xorb.
— 
Il-borża fil-kaxxa hija magħmula minn kartun ikkorrugat u film tal-imballaġġ. Jekk applikabbli, l-OEFSR jenħtieġ li tiddefinixxi l-ammont ta’ kartun ikkorrugat, kif ukoll l-ammont u t-tip ta’ film tal-imballaġġ. Jekk dan ma jkunx preskritt mill-OEFSR, l-utent tal-OEFSR għandu juża s-sett tad-data prestabbilit għall-borża fil-kaxxa.

A.4.3.    Trattament ta’ proċessi multifunzjonali

Is-sistemi li jinvolvu l-multifunzjonalità tal-proċessi għandhom jiġu mmudellati f’konformità mal-ġerarkija tad-deċiżjonijiet ipprovduta fit-Taqsima 4.5 tal-Anness I.

L-OEFSR għandha tispeċifika wkoll is-soluzzjonijiet ta’ multifunzjonalità fil-limitu definit tas-sistema u, fejn ikun xieraq, għall-istadji upstream u downstream. Jekk applikabbli, l-OEFSR għandha tipprovdi wkoll fatturi speċifiċi li għandhom jintużaw fil-każ ta’ soluzzjonijiet ta’ allokazzjoni. Dawn is-soluzzjonijiet kollha ta’ multifunzjonalità speċifikati fl-OEFSR għandhom jiġu ġġustifikati b’mod ċar b’referenza għall-ġerarkija tas-soluzzjonijiet ta’ multifunzjonalità tal-OEF:

(a) 

Fejn tiġi applikata s-suddiviżjoni, l-OEFSR għandha tispeċifika liema proċessi għandhom jiġu suddiviżi u l-prinċipji li tali suddiviżjoni jenħtieġ li tħares.

(b) 

Fejn tiġi applikata l-allokazzjoni skont ir-relazzjoni fiżika, l-OEFSR għandha tispeċifika r-relazzjonijiet fiżiċi sottostanti rilevanti li għandhom jiġu kkunsidrati u telenka l-valuri ta’ allokazzjoni speċifiċi li għandhom jiġu stabbiliti għall-istudji kollha li jużaw l-OEFSR.

(c) 

Fejn tiġi applikata l-allokazzjoni b’xi relazzjoni oħra, l-OEFSR għandha tispeċifika din ir-relazzjoni u telenka l-valuri ta’ allokazzjoni speċifiċi li għandhom jiġu stabbiliti għall-istudji kollha li jużaw l-OEFSR.

A.4.3.1.    Trobbija tal-annimali

A.4.3.1.1.    Allokazzjoni fi ħdan il-modulu tal-farm

Il-valuri prestabbiliti għal kull tip ta’ annimal għandhom jiġu pprovduti fl-OEFSR u jintużaw mill-istudji dwar l-OEF. Jenħtieġ li jintużaw il-valuri prestabbiliti disponibbli fit-Taqsimiet 4.5.1.2-4.5.1.4 tal-Anness III, sakemm ma tkunx disponibbli data aktar speċifika għas-settur.

A.4.3.1.2.    Allokazzjoni fil-biċċerija

Il-valuri prestabbiliti għall-prezzijiet u l-frazzjonijiet tal-massa huma pprovduti fl-Anness III għall-bhejjem tal-ifrat, il-ħnieżer u r-ruminanti żgħar (nagħaġ, mogħoż) u dawn il-valuri prestabbiliti għandhom jiġu inklużi fl-OEFSRs rilevanti u jintużaw mill-istudji dwar l-OEF, l-istudji ta’ sostenn dwar l-OEF u l-istudji dwar l-OEF-RO. Ma huwa permess l-ebda bdil tal-fatturi ta’ allokazzjoni fl-istudji dwar l-OEF.

A.4.3.1.3.    Allokazzjoni fil-biċċerija għall-bhejjem tal-ifrat

Jekk ikunu mixtieqa fatturi ta’ allokazzjoni biex jiġi suddiviż l-impatt tal-karkassa fost il-qatgħat differenti, dawn għandhom jiġu definiti fl-OEFSR rilevanti.

A.4.4.    Rekwiżiti tal-ġbir tad-data u rekwiżiti tal-kwalità

Il-prinċipju tal-materjalità

Waħda mill-karatteristiċi ewlenin tal-metodu tal-OEF hija l-approċċ tal-“materjalità”, jiġifieri li wieħed jiffoka fejn verament huwa importanti. Fil-kuntest tal-OEF, l-approċċ tal-materjalità huwa żviluppat madwar żewġ oqsma ewlenin:

Kategoriji tal-impatt, stadji taċ-ċiklu tal-ħajja, proċessi u flussi elementari diretti: l-OEFSR għandha tidentifika dawk l-aktar rilevanti. Dawn huma l-kontributi ambjentali li fuqhom jenħtieġ li jiffukaw il-kumpaniji, il-partijiet ikkonċernati, il-konsumaturi u dawk li jfasslu l-politika (ara t-Taqsima 7.3 tal-Anness III);

Rekwiżiti tad-data: billi l-proċessi l-aktar rilevanti huma dawk li jmexxu l-profil ambjentali ta’ organizzazzjoni, dawn għandhom jiġu valutati billi tintuża data ta’ kwalità ogħla meta mqabbla mal-proċessi anqas rilevanti, indipendentement minn fejn iseħħu dawn il-proċessi fil-limiti tal-OEF.

Ladarba jiġu żviluppati l-mudell(i) għall-organizzazzjoni(jiet) rappreżentattiva(i), is-Segretarjat Tekniku għandu jindirizza ż-żewġ mistoqsijiet li ġejjin bl-istudji dwar l-OEF-RO:

1. 

Liema huma l-proċessi li għalihom l-informazzjoni speċifika għall-kumpanija hija obbligatorja?

2. 

Liema huma l-proċessi li qed imexxu l-profil ambjentali tal-organizzazzjoni (il-proċessi l-aktar rilevanti)?

A.4.4.1.    Lista ta’ data obbligatorja speċifika għall-kumpanija

Il-lista ta’ data obbligatorja speċifika għall-kumpanija tirreferi għad-data dwar l-attivitajiet, il-flussi elementari diretti u l-proċessi (tal-unità) li għalihom għandha tinġabar data speċifika għall-kumpanija. Din il-lista tiddefinixxi r-rekwiżiti minimi tad-data li għandhom jiġu ssodisfati mill-utenti tal-OEFSR. L-għan huwa li jiġi evitat li utent mingħajr aċċess għad-data rilevanti speċifika għall-kumpanija jkun jista’ jwettaq studju dwar l-OEF u jikkomunika r-riżultati tiegħu billi japplika biss data u settijiet tad-data prestabbiliti. L-OEFSR għandha tiddefinixxi l-lista ta’ data obbligatorja speċifika għall-kumpanija

Għall-għażla tad-data obbligatorja speċifika għall-kumpanija, is-Segretarjat Tekniku għandu jikkunsidra r-rilevanza tagħha fil-profil tal-EF, il-livell ta’ sforz meħtieġ biex tinġabar din id-data (speċjalment għall-SMEs) u l-kwantità globali ta’ data/ħin meħtieġ biex tinġabar id-data obbligatorja kollha speċifika għall-kumpanija u r-rekwiżiti legali eżistenti definiti fid-dritt tal-UE dwar il-kejl ta’ ċerti emissjonijiet. Pereżempju, f’każ li jkunu jeżistu regoli speċifiċi ta’ monitoraġġ tal-EU ETS għas-settur li għalih jappartjeni l-prodott fl-ambitu tal-OEFSR, l-OEFSR jenħtieġ li tirreferi għar-rekwiżiti ta’ kwantifikazzjoni tal-EU ETS kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/2066 għall-proċessi u l-gassijiet serra koperti fih. Fil-każ tal-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju (CC), jipprevalu r-rekwiżiti tal-Anness III.

Din id-deċiżjoni għandha, b’mod partikolari, żewġ konsegwenzi: (i) il-kumpaniji jistgħu jwettqu studju dwar l-OEF billi jfittxu biss din id-data u jużaw data prestabbilita għal kull ħaġa barra minn din il-lista, filwaqt li (ii) il-kumpaniji li ma jkollhomx data speċifika għall-kumpanija għal kwalunkwe data elenkata ma jistgħux jikkalkulaw profil tal-OEF konformi mal-OEFSR għal organizzazzjoni dwar is-settur ikkonċernat.

Għal kull proċess li għalih tkun obbligatorja data speċifika għall-kumpanija, l-OEFSR għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

1. 

il-lista tad-data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija li għandha tiġi ddikjarata mill-utent tal-OEFSR flimkien mas-settijiet tad-data sekondarji prestabbiliti li għandhom jintużaw. Il-lista tad-data dwar l-attivitajiet għandha tkun speċifika kemm jista’ jkun f’termini ta’ unitajiet tal-kejl u kwalunkwe karatteristika oħra li tista’ tgħin lill-utent fl-implimentazzjoni tal-OEFSR;

2. 

il-lista tal-flussi elementari diretti (jiġifieri ewlenin) li għandhom jitkejlu mill-utent tal-OEFSR. Din hija l-lista tal-emissjonijiet diretti u tar-riżorsi l-aktar rilevanti. Għal kull emissjoni u riżorsa, l-OEFSR għandha tispeċifika l-frekwenza tal-kejl, il-metodi tal-kejl u kwalunkwe informazzjoni teknika oħra meħtieġa biex jiġi żgurat li l-profili tal-OEF ikunu komparabbli. Innota li l-flussi elementari diretti elenkati għandhom jiġu allinjati man-nomenklatura użata mill-aktar verżjoni reċenti tal-pakkett ta’ referenza tal-EF ( 201 ) .

Meta jitqies li d-data għal dawn il-proċessi għandha tkun speċifika għall-kumpanija, il-punteġġ ta’ P ma jistax ikun ogħla minn 3, il-punteġġ għal TiR, TeR, u GeR ma jistax ikun ogħla minn 2, u l-punteġġ tad-DQR għandu jkun 1,5 jew anqas (≤1,5). Biex tiġi valutata d-DQR, għandhom jiġu segwiti r-rekwiżiti tat-Tabella 23 tal-Anness III. Is-settijiet tad-data żviluppati għandhom ikunu konformi mal-EF.

Għall-proċessi magħżula biex jiġu mmudellati b’mod obbligatorju b’data speċifika għall-kumpanija, l-OEFSR għandha ssegwi r-rekwiżiti stabbiliti f’din it-Taqsima. Għall-proċessi l-oħra kollha, l-utent tal-OEFSR għandu japplika l-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data kif spjegat fit-Taqsima 4.4.4.4 ta’ dan l-Anness.

A.4.4.2.    Settijiet tad-data li għandhom jintużaw

Fl-iżvilupp tal-OEFCR finali, għandhom jintużaw settijiet tad-data konformi mal-EF ( 202 ). F’każ li ma jkunux disponibbli settijiet tad-data konformi mal-EF, għandhom jiġu segwiti r-regoli li ġejjin f’ordni ġerarkika:

1. 

Proxy konformi mal-EF ikun disponibbli bla ħlas: dan għandu jiġi inkluż fil-lista ta’ proċessi prestabbiliti tal-OEFSR u għandu jiġi ddikjarat fit-Taqsima tal-limitazzjonijiet tal-OEFSR.

2. 

Sett tad-data konformi mal-ILCD-EL bħala proxy ikun disponibbli bla ħlas: Massimu ta’ 10 % tal-punteġġ globali uniku jista’ jinkiseb minn settijiet tad-data konformi mal-ILCD-EL.

3. 

Jekk l-ebda sett tad-data konformi mal-EF jew konformi mal-ILCD-EL ma jkun disponibbli bla ħlas: dan għandu jiġi eskluż mill-mudell. Dan għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar fl-OEFSR bħala lakuna fid-data u għandu jiġi validat mill-rieżaminaturi tal-OEFSR.

Għall-utent tal-OEFSR, għandhom jintużaw is-settijiet tad-data sekondarji elenkati fl-OEFSR. Kull meta sett tad-data meħtieġ biex jiġi kkalkulat il-profil tal-OEF ma jkunx fost dawk elenkati, ir-regoli li ġejjin għandhom jiġu segwiti f’ordni ġerarkika:

1. 

Jintuża sett tad-data konformi mal-EF disponibbli fuq wieħed min-nodi tan-Network tad-Data dwar iċ-Ċiklu tal-ħajja ( 203 ) ;

2. 

Jintuża sett tad-data konformi mal-EF disponibbli f’sors liberu jew kummerċjali;

3. 

Jintuża sett tad-data ieħor konformi mal-EF meqjus bħala proxy tajjeb. F’dan il-każ, din l-informazzjoni għandha tiġi inkluża fit-Taqsima “limitazzjonijiet” tal-Anness I.

4. 

Jintuża sett tad-data konformi mal-ILCD-EL bħala proxy. F’każijiet bħal dawn, dawn is-settijiet tad-data għandhom jiġu inklużi fit-Taqsima “limitazzjonijiet” tal-Anness I. Dan sa kontribut massimu ta’ 10 % tal-punteġġ globali uniku tal-prodott fl-ambitu.

5. 

Jekk ma jkun disponibbli l-ebda sett tad-data konformi mal-EF jew konformi mal-ILCD-EL: dan għandu jiġi eskluż mill-istudju dwar l-OEF. Dan għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar fir-rapport dwar l-OEF bħala lakuna fid-data u għandu jiġi validat mill-istudju dwar l-OEF u mill-verifikaturi tar-rapport dwar l-OEF.

Kull meta jintuża sett tad-data konformi mal-EF jew mal-ILCD-EL, in-nomenklatura tal-flussi elementari għandha tiġi allinjata mal-pakkett ta’ referenza tal-EF użat fil-bqija tal-mudell ( 204 ) .

A.4.4.3.    Limitu

Għandu jiġi evitat kwalunkwe limitu fl-ewwel studju dwar l-OEF-RO u fl-istudji ta’ sostenn.

Abbażi tar-riżultati tal-ewwel studju dwar l-OEF-RO u jekk ikun ikkonfermat mir-riżultati tal-istudji ta’ sostenn, it-tieni studju dwar l-OEF-RO u l-OEFSR jistgħu jeskludu proċessi mil-limiti tas-sistema tal-RO billi japplikaw ir-regola li ġejja:

(a) 

F’każ li jiġu esklużi proċessi mill-mudell, dan għandu jsir abbażi ta’ limitu ta’ 3 % meta jitqies l-impatt ambjentali tagħhom għall-kategoriji kollha tal-impatt, flimkien mal-limitu diġà inkluż fis-settijiet tad-data tal-isfond. Din ir-regola hija valida kemm għall-prodotti intermedji kif ukoll għall-prodotti finali. Il-proċessi li b’kollox (b’mod kumulattiv) jammontaw għal anqas minn 3 % tal-impatt ambjentali għal kull kategorija tal-impatt jistgħu jiġu esklużi mill-RO. F’każ li s-Segretarjat Tekniku jiddeċiedi li japplika r-regola ta’ limitu, it-tieni OEF-RO għandu jeskludi l-proċessi u l-OEFSR għandha telenka l-proċessi li għandhom jiġu esklużi abbażi tal-limitu.

(b) 

F’każ li l-proċessi identifikati għall-qtugħ mill-ewwel studju dwar l-OEF-RO ma jiġux ikkonfermati mill-istudji ta’ sostenn, id-deċiżjoni dwar l-esklużjoni jew l-inklużjoni tagħhom għandha titħalla f’idejn il-bord ta’ rieżami u tiġi rrapportata b’mod espliċitu fir-rapport ta’ rieżami li għandu jiġi anness mal-OEFSR.

L-OEFSR għandha telenka l-proċessi li għandhom jiġu esklużi mill-immudellar abbażi tar-regola ta’ limitu u tindika li ma huwa permess l-ebda limitu addizzjonali mill-utent tal-OEFSR. F’każ li s-Segretarjat Tekniku jiddeċiedi li ma jkun permess l-ebda limitu, dan ir-rekwiżit għandu jissemma b’mod espliċitu fl-OEFSR.

A.4.4.4.    Rekwiżiti tal-kwalità tad-data

A.4.4.4.1.    Il-formula tad-DQR

L-OEFSR għandha tipprovdi tabelli bil-kriterji li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni semikwantitattiva ta’ kull kriterju tal-kwalità tad-data. L-OEFSR tista’ tispeċifika rekwiżiti aktar stretti jew addizzjonali dwar il-kwalità tad-data jekk ikun xieraq għas-settur inkwistjoni.

A.4.4.4.2.    Id-DQR tas-settijiet tad-data speċifiċi għall-kumpanija

Meta jinħoloq sett tad-data speċifiku għall-kumpanija, il-kwalità tad-data ta’ i) id-data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija u ii) il-flussi elementari diretti speċifiċi għall-kumpanija (jiġifieri d-data dwar l-emissjonijiet) għandhom jiġu vvalutati separatament mill-utent tal-OEFSR. Sabiex tkun tista’ ssir l-evalwazzjoni tad-DQR tas-settijiet tad-data b’data speċifika għall-kumpanija, l-OEFSR għandha tinkludi mill-anqas tabella waħda dwar kif għandu jiġi valutat il-valur tal-kriterji tad-DQR għal dawn il-proċessi. It-tabella/i li għandhom jiġu inklużi fl-OEFSR għandhom ikunu bbażati fuq it-Tabella 23 tal-Anness III: il-kriterji tas-snin ta’ referenza biss (TiR-EF, TiR-AD) jistgħu jiġu adattati mis-Segretarjat Tekniku.

Id-DQR tas-sottoproċessi marbuta mad-data dwar l-attivitajiet (ara l-Illustrazzjoni 9 tal-Anness I) tiġi evalwata permezz tar-rekwiżiti pprovduti fid-DNM (it-Taqsima 4.4.4.4 ta’ dan l-Anness).

Id-DQR tas-sett tad-data żviluppat ġdid għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

1. 

Jintgħażlu d-data dwar l-attivitajiet u l-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti: id-data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti hija dik marbuta mas-sottoproċessi (jiġifieri settijiet tad-data sekondarji) li jammontaw għal mill-anqas 80 % tal-impatt ambjentali totali tas-sett tad-data speċifiku għall-kumpanija, fejn jiġu elenkati minn dak li jikkontribwixxi l-aktar għal dak li jikkontribwixxi l-anqas. Il-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti huma definiti bħala dawk il-flussi elementari diretti li jikkontribwixxu b’mod kumulattiv b’mill-anqas 80 % għall-impatt totali tal-flussi elementari diretti.

2. 

Jiġu kkalkulati l-kriterji TeR, TiR, GeR u P tad-DQR għal kull data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti u kull fluss elementari dirett l-aktar rilevanti. Il-valuri ta’ kull kriterju għandhom jiġu assenjati abbażi tat-tabella dwar kif għandu jiġi valutat il-valur tal-kriterji tad-DQR ipprovduti fl-OEFSR.

a. 

Kull fluss elementari dirett l-aktar rilevanti jikkonsisti fl-ammont u fl-isem tal-fluss elementari (eż. 40 g diossidu tal-karbonju). Għal kull fluss elementari l-aktar rilevanti, l-utent tal-OEFSR għandu jevalwa l-4 kriterji tad-DQR bl-isem TeR-EF, TiR-EF, GeR-EF, OEF. Eżempji ta’ elementi li għandhom jiġu evalwati jinkludu t-twaqqit tal-fluss imkejjel, it-teknoloġija li għaliha tkejjel il-fluss u f’liema żona ġeografika sar il-kejl.

b. 

Għal kull data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti, għandhom jiġu evalwati l-4 kriterji tad-DQR (imsejħa TeR-AD,TiR-AD, PAD, GeR-AD) mill-utent tal-OEFSR.

c. 

Meta jitqies li d-data għall-proċessi obbligatorji għandha tkun speċifika għall-kumpanija, il-punteġġ ta’ P ma jistax ikun ogħla minn 3 filwaqt li l-punteġġ għal TiR, TeR, u GeR ma jistax ikun ogħla minn 2 (Il-punteġġ tad-DQR għandu jkun ≤1,5).

3. 

Jiġi kkalkulat il-kontribut ambjentali ta’ kull data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti (billi tintrabat mas-sottoproċess xieraq) u kull fluss elementari dirett l-iktar rilevanti għas-somma totali tal-impatt ambjentali tad-data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti kollha u l-flussi elementari diretti kollha, f’% (ponderati, bl-użu tal-kategoriji kollha tal-impatt tal-EF). Pereżempju, is-sett tad-data żviluppat ġdid għandu biss żewġ data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti, li b’kollox jikkontribwixxu għal 80 % tal-impatt ambjentali totali tas-sett tad-data:

a. 

Id-data dwar l-attivitajiet 1 iġġorr 30 % tal-impatt ambjentali totali tas-sett tad-data. Il-kontribut ta’ dan il-proċess għat-total ta’ 80 % huwa ta’ 37,5 % (dan tal-aħħar huwa l-ponderazzjoni li għandha tintuża).

b. 

Id-data dwar l-attivitajiet 2 iġġorr 50 % tal-impatt ambjentali totali tas-sett tad-data. Il-kontribut ta’ dan il-proċess għat-total ta’ 80 % huwa ta’ 62,5 % (dan tal-aħħar huwa l-ponderazzjoni li għandha tintuża).

4. 

Jiġu kkalkulati l-kriterji TeR, TiR, GeR u P tas-sett tad-data żviluppat ġdid bħala l-medja ponderata ta’ kull kriterju tad-data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti u l-flussi elementari diretti. Il-ponderazzjoni hija l-kontribut relattiv (f’%) ta’ kull data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti u fluss elementari dirett ikkalkolati fil-pass (3).

5. 

L-utent tal-OEFSR għandu jikkalkula d-DQR totali tas-sett tad-data żviluppat ġdid billi juża l-Ekwazzjoni 20 tal-Anness I, fejn image huma l-medji ponderati kkalkulati kif speċifikat fil-punt (4).

A.4.4.4.3.    Id-DQR tas-settijiet tad-data sekondarji użati fi studju dwar l-OEF

Sabiex l-utent ikun jista’ jivvaluta l-kriterji TeR, TiR u GeR tad-DQR speċifiċi għall-kuntest tal-proċessi l-aktar rilevanti, l-OEFSR għandha tinkludi mill-anqas tabella waħda dwar kif għandhom jiġu valutati l-kriterji. Il-valutazzjoni tal-kriterji TeR, TiR u GeR għandha tkun ibbażata fuq it-Tabella 24 tal-Anness I. Is-Segretarjat Tekniku jista’ jadatta biss is-snin ta’ referenza għall-kriterju TiR. Mhuwiex permess li jiġi modifikat it-test għall-kriterji l-oħra.

A.4.4.4.4.    Il-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data

Il-proċessi kollha meħtieġa għall-immudellar tal-prodott u li ma humiex fil-lista ta’ data obbligatorja speċifika għall-kumpanija għandhom jiġu evalwati bl-użu tal-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data (ara t-Tabella MM-8).

Regoli li għandhom jiġu segwiti meta tiġi żviluppata OEFSR

L-OEFSR għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja għall-proċessi kollha li ma humiex fil-lista ta’ data obbligatorja speċifika għall-kumpanija:

(1) 

tiġi pprovduta l-lista tas-settijiet tad-data sekondarji prestabbiliti li għandhom jintużaw fl-ambitu tal-OEFSR (l-isem tas-sett tad-data, flimkien mal-UUID tal-verżjoni aggregata ( 205 ), l-indirizz web tan-nodu, u l-istokkijiet tad-data). Għal kull sett tad-data, għandha tkun disponibbli l-forma aggregata u diżaggregata (livell-1);

(2) 

jiġu rrapportati l-valuri prestabbiliti tad-DQR (għal kull kriterju) kif ipprovduti fil-metadata tagħhom, għas-settijiet tad-data prestabbiliti kollha tal-EF elenkati;

(3) 

jiġu indikati l-proċessi l-aktar rilevanti;

(4) 

jiġu pprovduti tabella tad-DQR waħda jew aktar għall-proċessi l-aktar rilevanti;

(5) 

jiġu indikati l-proċessi li mistennija jkunu fis-sitwazzjoni 1;

(6) 

għal dawk il-proċessi mistennija li jkunu fis-sitwazzjoni 1, jiġu elenkati b’mod espliċitu d-data dwar l-attivitajiet u l-flussi elementari diretti (ir-riżorsi u l-emissjonijiet) li għandhom jitkejlu mill-utent tal-OEFSR bħala minimu ( 206 ). Din il-lista għandha tkun speċifika kemm jista’ jkun f’termini tal-unità tal-kejl, kif titkejjel jew tiġi kkalkulata l-medja tad-data, u kwalunkwe karatteristika oħra li tista’ tgħin lill-utent fl-implimentazzjoni tal-OEFSR.

Regoli għall-utent tal-OEFSR

L-utent tal-OEFSR għandu japplika d-DNM biex jevalwa liema data tkun meħtieġa. Din għandha tintuża fl-immudellar tal-istudju tiegħu dwar l-OEF, skont il-livell ta’ influwenza li l-utent (kumpanija) ikollu fuq il-proċess speċifiku. It-tliet każijiet li ġejjin jinsabu fid-DNM:

(1) 

Sitwazzjoni 1: il-proċess jitmexxa mill-organizzazzjoni fl-ambitu tal-istudju dwar l-OEF;

(2) 

Sitwazzjoni 2: il-proċess ma jitmexxiex mill-organizzazzjoni fl-ambitu tal-istudju dwar l-OEF iżda l-kumpanija jkollha aċċess għal informazzjoni speċifika għall-kumpanija;

(3) 

Sitwazzjoni 3: il-proċess ma jitmexxiex mill-organizzazzjoni fl-ambitu tal-istudju dwar l-OEF u din il-kumpanija ma jkollhiex aċċess għal informazzjoni speċifika għall-kumpanija.

L-utent tal-OEFSR għandu:

(1) 

jiddetermina l-livell ta’ influwenza (is-Sitwazzjoni 1, 2 jew 3 deskritta hawn taħt) li l-kumpanija jkollha fuq kull proċess fil-katina tal-provvista tagħha. Din id-deċiżjoni tiddetermina liema mill-għażliet fit-Tabella MM-8 tkun pertinenti għal kull proċess;

(2) 

isegwi r-regoli tat-Tabella MM-8 għall-proċessi l-aktar rilevanti u għall-proċessi l-oħra. Il-valur tad-DQR imsemmi fil-parentesi huwa l-valur massimu permess tad-DQR.

(3) 

Jikkalkula jew jevalwa mill-ġdid il-valuri tad-DQR (għal kull kriterju + it-total) għas-settijiet tad-data kollha użati għall-proċessi l-aktar rilevanti u għal dawk il-ġodda li jinħolqu. Għall-“proċessi l-oħra” kollha li jifdal, għandhom jintużaw il-valuri tad-DQR ipprovduti fl-OEFSR.

(4) 

Jekk proċess wieħed jew aktar ma jkunux inklużi fil-lista ta’ proċessi prestabbiliti fl-OEFSR, l-utent għandu jidentifika sett tad-data xieraq skont ir-rekwiżiti pprovduti fit-Taqsima A.4.4.2 ta’ dan l-Anness.

Tabella MM-8

Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data (DNM) – Rekwiżiti għall-utent tal-OEFSR. L-għażliet indikati għal kull sitwazzjoni ma humiex elenkati f’ordni ġerarkika. Ara t-Tabella A-7 biex tiddetermina l-valur R1 li għandu jintuża.

Il-proċess l-aktar rilevanti

Proċess ieħor

Sitwazzjoni 1: proċess immexxi mill-organizzazzjoni fl-ambitu tal-istudju dwar l-OEF

Għażla 1

Tiġi pprovduta data speċifika għall-kumpanija (kif mitlub fl-OEFSR) u jinħoloq sett tad-data speċifiku għall-kumpanija, f’forma aggregata (DQR≤1,5) (1)

Jiġu kkalkulati l-valuri tad-DQR (għal kull kriterju + it-total)

Għażla 2

Jintuża sett tad-data sekondarju prestabbilit fl-OEFSR, f’forma aggregata (DQR≤3,0)

Jintużaw il-valuri prestabbiliti tad-DQR

Sitwazzjoni 2: proċess mhux immexxi mill-organizzazzjoni fl-ambitu tal-istudju dwar l-OEF iżda b’aċċess għal informazzjoni speċifika għall-kumpanija

Għażla 1

Tiġi pprovduta data speċifika għall-kumpanija (kif mitlub fl-OEFSR) u jinħoloq sett tad-data speċifiku għall-kumpanija, f’forma aggregata (DQR≤1,5).

Jiġu kkalkulati l-valuri tad-DQR (għal kull kriterju + it-total)

Għażla 2

Tintuża data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija għat-trasport (distanza), u s-sottoproċessi użati għat-taħlita tal-elettriku u għat-trasport jiġu sostitwiti b’settijiet tad-data konformi mal-EF speċifiċi għall-katina tal-provvista (DQR≤3,0).

Jiġu evalwati mill-ġdid il-kriterji tad-DQR fil-kuntest speċifiku għall-prodott

Għażla 3

Tintuża data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija għat-trasport (distanza), u s-sottoproċessi użati għat-taħlita tal-elettriku u għat-trasport jiġu sostitwiti b’settijiet tad-data konformi mal-EF speċifiċi għall-katina tal-provvista (DQR≤4,0).

Jintużaw il-valuri prestabbiliti tad-DQR.

Sitwazzjoni 3: proċess mhux immexxi mill-organizzazzjoni fl-ambitu tal-istudju dwar l-OEF u mingħajr aċċess għal informazzjoni speċifika għall-kumpanija

Għażla 1

Jintuża sett tad-data sekondarju prestabbilit f’forma aggregata (DQR≤3,0)

Jiġu evalwati mill-ġdid il-kriterji tad-DQR fil-kuntest speċifiku għall-prodott

Għażla 2

Jintuża sett tad-data sekondarju prestabbilit f’forma aggregata (DQR≤4,0)

Jintużaw il-valuri prestabbiliti tad-DQR

(1)   

Is-settijiet tad-data speċifiċi għall-kumpanija għandhom ikunu disponibbli għall-Kummissjoni.

Innota li għal kwalunkwe sett tad-data sekondarju konformi mal-EF, jista’ jintuża sett tad-data konformi mal-ILCD-EL. Dan sa kontribut massimu ta’ 10 % tal-punteġġ globali uniku tal-prodott fl-ambitu (ara t-Taqsima 4.6.3 tal-Anness III). Għal dawn is-settijiet tad-data, id-DQR ma għandhiex tiġi kkalkolata mill-ġdid.”

A.4.4.4.5.    Sitwazzjoni 1 tad-DNM

Għal kull proċess fis-sitwazzjoni 1, hemm żewġ għażliet possibbli:

— 
Il-proċess ikun fil-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti kif speċifikat fl-OEFSR jew ma jkunx fil-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti, iżda l-kumpanija xorta waħda tkun trid tipprovdi data speċifika għall-kumpanija (l-għażla 1);
— 
Il-proċess ma jkunx fil-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti u l-kumpanija tippreferi tuża sett tad-data sekondarju (l-għażla 2).

Sitwazzjoni 1/ Għażla 1

Għall-proċessi kollha mmexxija mill-kumpanija u fejn il-kumpanija li tuża l-OEFSR tuża data speċifika għall-kumpanija, id-DQR tas-sett tad-data żviluppat ġdid għandha tiġi evalwata kif deskritt fit-Taqsima A.4.4.4.2 filwaqt li jintużaw it-tabelli tad-DQR speċifiċi għall-OEFSR.

Sitwazzjoni 1/ Għażla 2

Għall-proċessi mhux l-aktar rilevanti biss, jekk l-utent jiddeċiedi li jimmudella l-proċess mingħajr ma jiġbor data speċifika għall-kumpanija, f’dak il-każ l-utent għandu japplika s-sett tad-data sekondarju elenkat fl-OEFSR flimkien mal-valuri prestabbiliti tad-DQR tiegħu elenkati fl-OEFSR.

Jekk is-sett tad-data prestabbilit li għandu jintuża għall-proċess ma jkunx elenkat fl-OEFSR, l-utent tal-OEFSR għandu jieħu l-valuri tad-DQR mill-metadata tad-sett tad-data oriġinali.

A.4.4.4.6.    Sitwazzjoni 2 tad-DNM

Jekk proċess ikun fis-sitwazzjoni 2 (jiġifieri l-utent tal-OEFSR ma jkunx qed imexxi l-proċess iżda jkollu aċċess għal data speċifika għall-kumpanija), hemm tliet għażliet possibbli:

— 
L-utent tal-OEFSR ikollu aċċess għal informazzjoni estensiva speċifika għall-fornitur u jrid joħloq sett tad-data ġdid konformi mal-EF (l-Għażla 1);
— 
L-utent tal-OEFSR ikollu xi informazzjoni speċifika għall-fornitur u jrid jagħmel xi bidliet minimi (l-Għażla 2);
— 
Il-proċess ma jkunx fil-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti, il-kumpanija xorta trid tagħmel xi bidliet minimi (l-Għażla 3).

Sitwazzjoni 2/ Għażla 1

Għall-proċessi kollha mhux immexxija mill-kumpanija u fejn l-utent tal-OEFSR japplika data speċifika għall-kumpanija. Id-DQR tas-sett tad-data żviluppat ġdid għandu jiġi evalwat kif deskritt fit-Taqsima 4.6.5.2 tal-Anness III filwaqt li jintużaw it-tabelli tad-DQR speċifiċi għall-OEFSR.

Sitwazzjoni 2/ Għażla 2

L-utent tal-OEFSR japplika data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija għat-trasport u jissostitwixxi s-sottoproċessi użati għat-taħlita tal-elettriku u t-trasport b’settijiet tad-data konformi mal-EF speċifiċi għall-katina tal-provvista billi jibda mis-sett tad-data sekondarju prestabbilit ipprovdut fl-OEFSR.

Jekk jogħġbok innota li l-OEFSR telenka l-ismijiet kollha tas-settijiet tad-data flimkien mal-UUID tas-sett tad-data aggregat tagħhom. Għal din is-sitwazzjoni, hija meħtieġa l-verżjoni diżaggregata tas-sett tad-data.

Għall-proċessi l-aktar rilevanti, l-utent tal-OEFSR għandu jagħmel id-DQR speċifika għall-kuntest billi jevalwa mill-ġdid it-TeR u t-TiR bl-użu tat-tabella/i pprovduti fl-OEFSR (adattati mit-Tabella 24 tal-Anness I). Il-kriterji GeR għandhom jitnaqqsu bi 30 % ( 207 ) u l-kriterji P għandhom iżommu l-valur oriġinali.

Sitwazzjoni 2/ Għażla 3

L-utent tal-OEFSR japplika data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija għat-trasport u jissostitwixxi s-sottoproċessi użati għat-taħlita tal-elettriku u t-trasport b’settijiet tad-data konformi mal-EF speċifiċi għall-katina tal-provvista billi jibda mis-sett tad-data sekondarju prestabbilit ipprovdut fl-OEFSR.

Jekk jogħġbok innota li l-OEFSR telenka l-ismijiet kollha tas-settijiet tad-data flimkien mal-UUID tas-sett tad-data aggregat tagħhom. Għal din is-sitwazzjoni, hija meħtieġa l-verżjoni diżaggregata tas-sett tad-data.

F’dan il-każ, l-utent tal-OEFSR għandu japplika l-valuri prestabbiliti tad-DQR. Jekk is-sett tad-data prestabbilit li għandu jintuża għall-proċess ma jkunx elenkat fl-OEFSR, l-utent tal-OEFSR għandu jieħu l-valuri tad-DQR mis-sett tad-data oriġinali.

A.4.4.4.7.    Sitwazzjoni 3 tad-DNM

Jekk proċess ikun fis-sitwazzjoni 3 (jiġifieri l-kumpanija li tuża l-OEFSR ma tkunx qed tmexxi l-proċess u din il-kumpanija ma jkollhiex aċċess għal data speċifika għall-kumpanija), hemm żewġ għażliet possibbli:

— 
Ikun fil-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti (is-sitwazzjoni 3, l-għażla 1);
— 
Ma jkunx fil-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti (is-sitwazzjoni 3, l-għażla 2).

Sitwazzjoni 3/ Għażla 1

F’dan il-każ, l-utent tal-OEFSR għandu jagħmel id-DQR speċifika għall-kuntest billi jevalwa mill-ġdid it-TeR, it-TiR u l-GeR bl-użu tat-tabella/i pprovduti fl-OEFSR (adattati mit-Tabella 24 tal-Anness I). Il-kriterju P għandu jżomm il-valur oriġinali.

Sitwazzjoni 3/ Għażla 2

L-utent tal-OEFSR għandu japplika s-sett tad-data sekondarju korrispondenti elenkat fl-OEFSR flimkien mal-valuri tad-DQR tiegħu. Jekk is-sett tad-data prestabbilit li għandu jintuża għall-proċess ma jkunx elenkat fl-OEFSR, l-utent tal-OEFSR għandu jieħu l-valuri tad-DQR mis-sett tad-data oriġinali.

A.4.4.4.8.    DQR ta’ studju dwar l-OEF

L-OEFSR għandha tirrikjedi l-konsenja ta’ sett tad-data konformi mal-EF tal-prodott fl-ambitu (jiġifieri, l-istudju dwar l-OEF). Id-DQR ta’ dan is-sett tad-data għandha tiġi kkalkolata u r-rapport dwar l-OEF għandu jirrapportaha. Biex tiġi kkalkolata d-DQR tal-istudju dwar l-OEF, l-OEFSR għandha tispeċifika li l-utent tal-OEFSR għandu jsegwi r-regoli tal-kalkolu tad-DQR tat-Taqsima 4.6.5.8 tal-Anness III.

A.5.    Riżultati tal-OEF

L-OEFSR għandha tirrikjedi li l-utent tal-OEFSR jikkalkula r-riżultati tal-istudju dwar l-OEF bħala riżultati i) karatterizzati, ii) normalizzati u iii) ponderati għal kull kategorija tal-impatt tal-EF u iv) bħala punteġġ globali uniku bbażat fuq il-fatturi ta’ ponderazzjoni pprovduti fit-Taqsima 5.2.2 tal-Anness III

A.6.    Interpretazzjoni tar-riżultati tal-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet

A.6.1.    Identifikazzjoni tal-hotspots

L-identifikazzjoni tal-kategoriji tal-impatt, l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi u l-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti għandha tkun ibbażata fuq l-ewwel u t-tieni studju dwar l-OEF-RO. It-tieni studju dwar l-OEF-RO jiddetermina l-identifikazzjoni li se tkun meħtieġa fl-OEFSR. L-identifikazzjoni tal-proċessi u l-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti għandha rwol ewlieni fil-proċess biex jiġu identifikati r-rekwiżiti relatati mad-data (ara t-Taqsimiet preċedenti dwar ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-data għal aktar informazzjoni).

A.6.1.1.    Proċedura biex jiġu identifikati l-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti

L-identifikazzjoni tal-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti għandha ssegwi r-rekwiżiti fit-Taqsima 6.3.1 tal-Anness III. L-OEFSR tista’ żżid aktar kategoriji tal-impatt mal-lista ta’ dawk l-aktar rilevanti iżda ma għandha titħassar l-ebda waħda.

A.6.1.2.    Proċedura biex jiġu identifikati l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti

L-identifikazzjoni tal-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti għandha ssegwi r-rekwiżiti fit-Taqsima 6.3.2 tal-Anness III. Is-Segretarjat Tekniku jista’ jiddeċiedi li jaqsam jew iżid stadji addizzjonali taċ-ċiklu tal-ħajja jekk ikun hemm raġunijiet tajbin għal dan. Dan għandu jiġi ġġustifikat fl-OEFSR. Eż., l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja “Akkwist u pproċessar minn qabel tal-materja prima” jista’ jinqasam f’“Akkwist tal-materja prima”, “ipproċessar minn qabel”, u “trasport mill-fornitur tal-materja prima”. It-TS għandu jevalwa jekk dan il-pass ikunx applikabbli għall-OEFSR meta l-PP ikopri prinċipalment servizzi

A.6.1.3.    Proċedura biex jiġu identifikati l-proċessi l-aktar rilevanti

L-identifikazzjoni tal-proċessi l-aktar rilevanti għandha ssegwi r-rekwiżiti fit-Taqsima 6.3.3 tal-Anness III. L-OEFSR tista’ żżid aktar proċessi mal-lista ta’ dawk l-aktar rilevanti iżda ma għandu jitħassar l-ebda wieħed.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, is-settijiet tad-data aggregati vertikalment jistgħu jiġu identifikati bħala li jirrappreżentaw il-proċessi rilevanti. F’każijiet bħal dawn, jista’ ma jkunx ovvju liema proċess ikun responsabbli biex jikkontribwixxi għal kategorija tal-impatt. Is-Segretarjat Tekniku jista’ jiddeċiedi jekk ifittixx aktar data diżaggregata jew li jittratta s-sett tad-data aggregat bħala proċess għall-finijiet tal-identifikazzjoni tar-rilevanza.

A.6.1.4.    Proċedura biex jiġu identifikati l-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti

L-identifikazzjoni tal-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti għandha ssegwi r-rekwiżiti fit-Taqsima 6.3.4 tal-Anness III. Is-Segretarjat Tekniku jista’ jżid aktar flussi elementari mal-lista ta’ dawk l-aktar rilevanti iżda ma għandu jitħassar l-ebda wieħed. Għal kull proċess l-aktar rilevanti, l-identifikazzjoni tal-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti hija importanti biex jiġi definit liema emissjonijiet diretti jew użu tar-riżorsi jenħtieġ li jintalbu bħala data speċifika għall-kumpanija (jiġifieri l-flussi elementari ewlenin fil-proċessi elenkati fl-OEFSR bħala data obbligatorja speċifika għall-kumpanija).

A.7.    Rapporti dwar l-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet

Ir-rekwiżiti ġenerali rigward ir-rapporti dwar l-OEF huma disponibbli fl-Anness III (it-Taqsima 8). Kwalunkwe studju dwar l-OEF (inklużi l-istudji dwar l-OEF-RO u l-istudji ta’ sostenn) għandu jinkludi rapport dwar l-OEF. Rapport dwar l-OEF jipprovdi rendikont rilevanti, komprensiv, konsistenti, akkurat u trasparenti tal-istudju u tal-impatti ambjentali kkalkulati assoċjati mal-organizzazzjoni.

Mudell tar-rapport dwar l-OEF huwa disponibbli fil-parti E ta’ dan l-anness. Il-mudell jinkludi l-informazzjoni dettaljata li għandha tiġi pprovduta f’rapport dwar l-OEF. Is-Segretarjat Tekniku jista’ jiddeċiedi li jitlob li tingħata aktar informazzjoni fir-rapport dwar l-OEF, flimkien ma’ dawk elenkati fil-parti E ta’ dan l-Anness.

A.8.    Verifika u validazzjoni tal-istudji, ir-rapporti u l-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-OEF

A.8.1.    Definizzjoni tal-ambitu tal-verifika

Il-verifika tal-istudju dwar l-OEF għandha tiżgura li l-istudju dwar l-OEF jitwettaq f’konformità mal-OEFSR li jirreferi għaliha.

A.8.2.    Verifikatur(i)

Għandha tiġi garantita l-indipendenza tal-verifikaturi (jiġifieri huma għandhom jissodisfaw l-intenzjonijiet fir-rekwiżiti tal-EN ISO/IEC 17020:2012 fir-rigward ta’ verifikatur ta’ parti terza, ma għandux ikollhom kunflitti ta’ interess dwar il-prodotti kkonċernati u ma jistgħux jinkludu membri tas-Segretarjat Tekniku jew tal-konsulenti involuti fil-parti preċedenti tal-ħidma - studji dwar l-OEF-RO, studji ta’ sostenn, rieżami tal-OEFSR, eċċ.).

A.8.3.    Rekwiżiti ta’ verifika/validazzjoni: rekwiżiti għall-verifika/validazzjoni meta tkun disponibbli OEFSR

Il-verifikatur għandu jivverifika li r-rapport dwar l-OEF, il-komunikazzjoni dwar l-OEF (jekk ikun hemm) u l-istudju dwar l-OEF ikunu konformi mad-dokumenti li ġejjin:

(a) 

l-aktar verżjoni reċenti tal-OEFSR applikabbli għall-prodott speċifiku fl-ambitu;

(b) 

il-konformità mal-Anness III

Il-verifika u l-validazzjoni tal-istudju dwar l-OEF għandhom jitwettqu skont ir-rekwiżiti minimi elenkati fit-Taqsima 8.4.1 tal-Anness III u t-Taqsima A.2.3 ta’ dan l-anness u r-rekwiżiti addizzjonali speċifiċi għall-OEFSR speċifikati mis-Segretarjat Tekniku u dokumentati fit-Taqsima “Verifika” tal-OEFSR.

A.8.3.1    Rekwiżiti minimi għall-verifika u l-validazzjoni tal-istudju dwar l-OEF

Minbarra r-rekwiżiti speċifikati fil-metodu tal-OEF, għall-proċessi kollha użati fl-istudju dwar l-OEF li għandhom jiġu vvalidati, il-verifikatur għandu jivverifika jekk id-DQR tissodisfax id-DQR minima kif speċifikat fl-OEFSR.

L-OEFSR tista’ tispeċifika rekwiżiti addizzjonali għall-validazzjoni li għandhom jiżdiedu mar-rekwiżiti minimi ddikjarati f’dan id-dokument. Il-verifikatur għandu jivverifika li r-rekwiżiti minimi u addizzjonali kollha jiġu ssodisfati matul il-proċess ta’ verifika.

A.8.3.2.    Tekniki ta’ verifika u ta’ validazzjoni

Minbarra r-rekwiżiti speċifikati fil-metodu tal-OEF, il-verifikatur għandu jivverifika jekk il-proċeduri ta’ kampjunar applikati jkunux f’konformità mal-proċedura ta’ kampjunar definita fl-OEFSR. Id-data rrapportata għandha tiġi vverifikata mad-dokumentazzjoni tas-sors sabiex tiġi vverifikata l-konsistenza tagħha.

A.8.3.3.    Kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni

Minbarra r-rekwiżiti speċifikati fil-metodu tal-OEF (it-Taqsima 8.5.2 tal-Anness III), għandu jiġi inkluż l-element li ġej fid-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni: in-nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess tal-verifikatur(i) fir-rigward tal-prodotti kkonċernati u kwalunkwe involviment f’ħidma preċedenti (żvilupp ta’ OEFSR, studji dwar l-OEF-RO, studji ta’ sostenn, sħubija fis-Segretarjat Tekniku u xogħol ta’ konsulenza mwettaq għall-utent tal-OEFSR matul l-aħħar tliet snin).

PARTI B:

MUDELL TAL-OEFSR

Nota: it-test inkluż fil-korsiv f’kull Taqsima ma għandux jiġi mmodifikat meta tiġi abbozzata l-OEFSR, ħlief għar-referenzi għat-tabelli, l-illustrazzjonijiet u l-ekwazzjonijiet. Ir-referenzi għandhom jiġu riveduti u llinkjati b’mod korrett. Jista’ jiżdied aktar test jekk ikun rilevanti.

F’każ ta’ rekwiżiti kunfliġġenti bejn dawk f’dan l-Anness u l-Anness I, jipprevalu dawn tal-aħħar

It-test inkluż fi [] huma struzzjonijiet għall-iżviluppaturi tal-OEFSR.

L-ordni tat-Taqsimiet u t-titoli tagħhom ma għandhomx jiġu mmodifikati.

[L-ewwel paġna għandha tinkludi mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:

— 
Il-kategorija tal-prodott li għaliha l-OEFSR tkun valida
— 
In-numru tal-verżjoni
— 
Id-data tal-pubblikazzjoni
— 
Il-validità taż-żmien]

Werrej

Akronimi

[Elenka f’din it-Taqsima l-akronimi kollha użati fl-OEFSR. Dawk li diġà huma inklużi fl-Anness III jew fil-parti A tal-Anness IV għandhom jiġu kkupjati fil-forma oriġinali tagħhom. L-akronimi għandhom jiġu pprovduti f’ordni alfabetiku.]

Definizzjonijiet

[Elenka f’din it-Taqsima d-definizzjonijiet kollha li huma rilevanti għall-OEFSR. Dawk li diġà huma inklużi fl-Anness III jew fil-parti A tal-Anness IV għandhom jiġu kkupjati fil-forma oriġinali tagħhom. Id-definizzjonijiet għandhom jiġu pprovduti f’ordni alfabetiku.]

B.1.    Introduzzjoni

Il-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet (OEF) jipprovdi regoli tekniċi dettaljati u komprensivi dwar kif għandhom jitwettqu studji dwar l-OEF li jkunu aktar riproduċibbli, konsistenti, robusti, verifikabbli u komparabbli. Ir-riżultati tal-istudji dwar l-OEF huma l-bażi għall-għoti ta’ informazzjoni dwar l-EF u jistgħu jintużaw f’għadd divers ta’ oqsma potenzjali ta’ applikazzjonijiet, inklużi l-ġestjoni interna u l-parteċipazzjoni fi programmi volontarji jew obbligatorji.

Għar-rekwiżiti kollha mhux speċifikati f’din l-OEFSR, l-utent tal-OEFSR għandu jirreferi għad-dokumenti li din l-OEFSR hija konformi magħhom (ara t-Taqsima B.7).

Il-konformità ma’ din l-OEFSR hija fakultattiva għall-applikazzjonijiet interni tal-OEF, filwaqt li hija obbligatorja kull meta r-riżultati ta’ studju dwar l-OEF jew kwalunkwe kontenut tiegħu jkunu maħsuba li jiġu kkomunikati.

Terminoloġija: għandu, jenħtieġ li u jista’

Din l-OEFSR tuża terminoloġija preċiża biex tindika r-rekwiżiti, ir-rakkomandazzjonijiet u l-għażliet li jistgħu jintgħażlu meta jitwettaq studju dwar l-OEF.

It-terminu “għandu” jintuża biex jindika x’inhu meħtieġ sabiex studju dwar l-OEF ikun konformi ma’ din l-OEFSR.

It-terminu “jenħtieġ li” jintuża biex jindika rakkomandazzjoni pjuttost milli rekwiżit. Kwalunkwe devjazzjoni minn rekwiżit li jinkludi l-verb “jenħtieġ li” trid tiġi ġġustifikata meta jiġi żviluppat l-istudju dwar l-OEF u ssir trasparenti.

It-terminu “jista’” jintuża biex jindika għażla li hija permissibbli. Kull meta jkunu disponibbli għażliet, l-istudju dwar l-OEF għandu jinkludi argumentazzjoni adegwata biex tiġi ġġustifikata l-għażla magħżula.

B.2.    Informazzjoni ġenerali dwar l-OEFSR

B.2.1.    Segretarjat Tekniku

[Għandha tiġi pprovduta l-lista tal-organizzazzjonijiet fis-Segretarjat Tekniku fiż-żmien tal-approvazzjoni tal-OEFSR finali. Għal kull waħda, għandu jiġi rrapportat it-tip ta’ organizzazzjoni (industrija, akkademja, NGO, konsulent, eċċ.), kif ukoll id-data tal-bidu tal-parteċipazzjoni. Is-Segretarjat Tekniku jista’ jiddeċiedi li jinkludi wkoll l-ismijiet tal-membri tal-persuni involuti għal kull organizzazzjoni]

L-isem tal-organizzazzjoni

It-tip ta’ organizzazzjoni

L-isem tal-membri (mhux obbligatorju)

B.2.2.    Konsultazzjonijiet u partijiet ikkonċernati

[Għal kull konsultazzjoni pubblika, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni li ġejja:

— 
Id-data tal-ftuħ u tal-għeluq tal-konsultazzjoni pubblika
— 
L-għadd ta’ kummenti riċevuti
— 
L-ismijiet tal-organizzazzjonijiet li pprovdew kummenti
— 
Link għall-pjattaforma online]

B.2.3.    Il-bord ta’ rieżami u r-rekwiżiti ta’ rieżami tal-OEFSR

[Din it-Taqsima għandha tinkludi l-ismijiet u l-affiljazzjonijiet tal-membri tal-bord ta’ rieżami. Għandu jiġi identifikat il-membru li jkun qed jippresiedi l-bord ta’ rieżami.]

L-isem tal-membru

Affiljazzjoni

Rwol

L-rieżaminaturi jkunu vverifikaw li r-rekwiżiti li ġejjin huma ssodisfati:

— 
L-OEFSR tkun ġiet żviluppata f’konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Anness III u fl-Anness IV;
— 
L-OEFSR tappoġġa l-ħolqien ta’ profili tal-OEF kredibbli, rilevanti u konsistenti;
— 
L-ambitu tal-OEFSR u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi jkunu definiti adegwatament;
— 
L-Unità tar-rapportar, ir-regoli tal-allokazzjoni u tal-kalkolu jkunu adegwati għas-settur li jkun qed jiġi kkunsidrat;
— 
Is-settijiet tad-data użati fl-OEF-RO u fl-istudji ta’ sostenn ikunu rilevanti, rappreżentattivi, affidabbli, u konformi mar-rekwiżiti tal-kwalità tad-data;
— 
L-informazzjoni ambjentali u teknika addizzjonali magħżula tkun xierqa għall-kategorija ta’ prodotti li tkun qed tiġi kkunsidrata u l-għażla ssir f’konformità mar-rekwiżiti ddikjarati fl-Anness III,
— 
Il-mudell tal-RO jirrappreżenta b’mod korrett il-kategorija jew is-subkategorija ta’ prodotti;
— 
Il-mudell tal-RO, diżaggregat f’konformità mal-OEFSR u aggregat fil-format tal-ILCD, ikun konformi mal-EF skont ir-regoli disponibbli minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml;
— 
Il-mudell tal-RO fil-verżjoni excel korrispondenti tiegħu jkun konformi mar-regoli deskritti fit-Taqsima A.2.3 tal-Anness IV;
— 
Il-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data tkun implimentata b’mod korrett;

[Is-Segretarjat Tekniku jista’ jżid kriterji ta’ rieżami addizzjonali kif xieraq]

Ir-rapporti ta’ rieżami pubbliċi huma pprovduti fl-Anness 3 ta’ din l-OEFSR.

[Il-bord ta’ rieżami għandu jipproduċi: i) rapport ta’ rieżami pubbliku għal kull OEF-RO, ii) rapport ta’ rieżami pubbliku għall-OEFSR finali].

B.2.4.    Dikjarazzjoni ta’ rieżami

Din l-OEFSR ġiet żviluppata f’konformità mal-Metodu tal-OEF adottat mill-Kummissjoni fi [indika d-data tal-approvazzjoni tal-aħħar verżjoni disponibbli].

L-organizzazzjoni(jiet) rappreżentattiva(i) jiddeskrivu b’mod korrett l-organizzazzjoni(jiet) medja/medji attivi fl-Ewropa għas-settur/ subsettur(i) fl-ambitu ta’ din l-OEFSR.

L-istudji dwar l-OEF imwettqa f’konformità ma’ din l-OEFSR iwasslu b’mod raġonevoli għal riżultati riproduċibbli u l-informazzjoni inkluża fihom tista’ tintuża biex isiru tqabbil u dikjarazzjonijiet komparattivi fil-kundizzjonijiet preskritti (ara t-Taqsima dwar il-limitazzjonijiet).

[Id-dikjarazzjoni ta’ rieżami għandha timtela mill-rieżaminatur.]

B.2.5.    Validità ġeografika

Din l-OEFSR hija valida għall-prodotti fl-ambitu li jinbiegħu jew jiġu kkunsmati fl-Unjoni Ewropea + l-EFTA.

Kull studju dwar l-OEF għandu jidentifika l-validità ġeografika tiegħu billi jelenka l-pajjiżi kollha fejn iseħħu l-attivitajiet tal-organizzazzjoni, flimkien mas-sehem mis-suq relattiv.

B.2.6.    Lingwa

L-OEFSR hija miktuba bl-Ingliż. L-oriġinal bl-Ingliż jissostitwixxi l-verżjonijiet tradotti f’każ ta’ kunflitti.

B.2.7.    Konformità ma’ dokumenti oħra

Din l-OEFSR tħejjiet f’konformità mad-dokumenti li ġejjin (f’ordni prevalenti):

Il-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet (OEF)

….

[L-OEFSR għandha telenka dokumenti addizzjonali, jekk ikun hemm, li l-OEFSR tkun konformi magħhom.]

B.3.    Ambitu tal-OEFSR

[Din it-Taqsima għandha i) tinkludi deskrizzjoni tal-ambitu tal-OEFSR, ii) telenka u tiddeskrivi s-subkategoriji inklużi fl-OEFSR (jekk ikun hemm), tiddeskrivi l-portafoll tal-prodotti fl-ambitu u l-prestazzjoni teknika]

B.3.1.    Is-settur

[L-OEFSR għandha tinkludi definizzjoni tas-settur.]

Il-kodiċijiet NACE għas-setturi inklużi f’din l-OEFSR huma:

[Abbażi tas-settur, ipprovdi l-klassifikazzjoni statistika korrispondenti tal-attivitajiet ekonomiċi fil-komunità Ewropea, NACE. Identifika s-subkategoriji li ma jkunux koperti min-NACE, jekk ikun hemm.]

B.3.2.    Organizzazzjoni(jiet) rappreżentattiva(i)

[L-OEFSR għandha tinkludi deskrizzjoni tal-organizzazzjoni(jiet) rappreżentattiva(i) u kif ġew derivati. F’Anness tal-OEFSR, is-Segretarjat Tekniku għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-passi kollha meħuda biex jiġi definit il-“mudell” tal-RO u jirrapporta l-informazzjoni miġbura].

L-istudju dwar l-OEF tal-organizzazzjoni(jiet) rappreżentattiva(i) (OEF-RO) huwa disponibbli fuq talba lill-koordinatur tat-TS li għandu r-responsabbiltà li jqassmu b’dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà adegwata dwar il-limitazzjonijiet tiegħu.

B.3.3.    Unità tar-rapportar u fluss ta’ referenza

L-Unità tar-rapportar (RU) hija

[għandha timtela]. It-Tabella B. 1 tiddefinixxi l-aspetti ewlenin użati għad-definizzjoni tal-RU.

Tabella B. 1.

Aspetti ewlenin tal-portafoll tal-prodotti

Xiex?

[għandha timtela. Innota li f’każ li l-OEFSR tuża t-terminu “partijiet li ma jittiklux” għandha tiġi pprovduta definizzjoni mit-TS]

Kemm?

[għandha timtela]

Kemm huwa tajjeb?

[għandha timtela]

Għal kemm żmien?

[għandha timtela]

Sena ta’ referenza

[għandha timtela]

Intervall tar-rapportar

[għandha timtela]

[L-OEFSR għandha tispeċifika l-portafoll tal-prodotti (PP) u kif dan jiġi definit, b’mod partikolari fir-rigward ta’ “kemm huwa tajjeb” u “għal kemm żmien”. Dan għandu jiġi ddefinit l-intervall tar-rapportar. Jekk dan ikun differenti minn sena (1), is-segretarjat tekniku għandu jiġġustifika l-intervall magħżul. F’każ li jkunu meħtieġa parametri tal-kalkolu, l-OEFSR għandha tipprovdi valuri prestabbiliti jew għandha titlob dawn il-parametri fil-lista ta’ informazzjoni obbligatorja speċifika għall-kumpanija. Għandu jiġi pprovdut eżempju ta’ kalkolu].

B.3.4.    Limitu tas-sistema

[Din it-Taqsima għandha tinkludi dijagramma tas-sistema li tindika b’mod ċar il-proċessi u l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja li huma inklużi fil-kategorija/subkategorija ta’ prodotti. Għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċessi u tal-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja. Id-dijagramma għandha tinkludi indikazzjoni tal-proċessi li għalihom tkun meħtieġa data speċifika għall-kumpanija u tal-proċessi esklużi mil-limitu tas-sistema.

Id-dijagramma tas-sistema għandha tindika b’mod ċar il-limitu organizzazzjonali u l-limitu tal-OEF. Għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-proċessi inklużi fil-limitu organizzazzjonali u fil-limitu OEF.]

L-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja u l-proċessi li ġejjin għandhom jiġu inklużi fil-limitu tas-sistema:

Tabella B. 2.

Stadji taċ-ċiklu tal-ħajja

Stadju taċ-ċiklu tal-ħajja

Deskrizzjoni qasira tal-proċessi inklużi

Skont din l-OEFSR, il-proċessi li ġejjin jistgħu jiġu esklużi abbażi tar-regola ta’ limitu: [inkludi l-lista ta’ proċessi li għandhom jiġu esklużi abbażi tar-regola ta’ limitu]. Ma huwa permess l-ebda limitu addizzjonali. JEW Skont din l-OEFSR, ma japplika l-ebda limitu.

Kull studju dwar l-OEF li jsir f’konformità ma’ din l-OEFSR għandu jipprovdi dijagramma li tindika l-attivitajiet li jaqgħu fis-sitwazzjoni 1, 2 jew 3 tal-matriċi tal-ħtiġijiet tad-data. Kull studju dwar l-OEF għandu jiddeskrivi l-attivitajiet li jseħħu fil-limitu organizzazzjonali u fil-limitu tal-OEF.

B.3.5.    Lista tal-kategoriji tal-impatt tal-EF

Kull studju dwar l-OEF imwettaq f’konformità ma’ din l-OEFSR għandu jikkalkula l-profil tal-OEF, inklużi l-kategoriji kollha tal-impatt tal-EF elenkati fit-Tabella ta’ hawn taħt. [Is-Segretarjat Tekniku għandu jindika fit-tabella jekk is-subkategoriji għat-tibdil fil-klima għandhomx jiġu kkalkolati separatament. F’każ li ma tiġix irrapportata subkategorija waħda jew iż-żewġ subkategoriji, is-Segretarjat Tekniku għandu jinkludi nota f’qiegħ il-paġna li tispjega r-raġunijiet, eż.: “Is-subindikaturi “Tibdil fil-klima – bijoġeniku” u “Tibdil fil-klima - użu tal-art u trasformazzjoni tal-art” ma għandhomx jiġu rrapportati separatament minħabba li l-kontribut tagħhom għall-impatt totali fuq it-tibdil fil-klima, abbażi tal-punteġġ totali, huwa anqas minn 5 % kull wieħed.”]

Tabella B. 3.

Lista tal-kategoriji tal-impatt li għandhom jintużaw biex jiġi kkalkolat il-profil tal-OEF

Kategorija tal-Impatt tal-EF

Indikatur tal-kategorija tal-Impatt

Unità

Mudell ta’ karatterizzazzjoni

Robustezza

Tibdil fil-klima, total (1)

Potenzjal ta’ tisħin globali (GWP100)

kg CO2 eq

Mudell ta’ Bern - Potenzjal ta’ Tisħin Globali (GWP) fuq perjodu ta’ żmien ta’ 100 sena (ibbażat fuq l-IPCC 2013)

I

Tnaqqis tal-ożonu

Potenzjal li Jnaqqas l-Ożonu (ODP)

kg CFC-11 eq

Il-mudell tal-EDIP ibbażat fuq l-ODPs tal-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (WMO) fuq perjodu ta’ żmien infinit (WMO 2014 + integrazzjonijiet)

I

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem, effetti ta’ kanċer

Unità Tossika Komparattiva għall-bnedmin (CTUh)

CTUh

ibbażat fuq il-mudell USEtox2.1 (Fantke et al. 2017), adattat bħal f’Saouter et al., 2018

III

Tossiċità fir-rigward tal-bniedem, effetti mhux ta’ kanċer

Unità Tossika Komparattiva għall-bnedmin (CTUh)

CTUh

ibbażat fuq il-mudell USEtox2.1 (Fantke et al. 2017), adattat bħal f’Saouter et al., 2018

III

Materja partikolata

Impatt fuq is-saħħa tal-bniedem

inċidenza ta’ mard

Mudell tal-PM (Fantke et al., 2016 fil-UNEP 2016)

I

Radjazzjoni jonizzanti, saħħa tal-bniedem

Effiċjenza tal-esponiment tal-bniedem relattiva għal U235

kBq U235 eq

Mudell tal-effett fuq is-saħħa tal-bniedem kif żviluppat minn Dreicer et al. 1995 (Frischknecht et al, 2000)

II

Formazzjoni fotokimika tal-ożonu, saħħa tal-bniedem

Żieda fil-konċentrazzjoni tal-ożonu troposferiku

kg NMVOC eq

Il-mudell LOTOS-EUROS (Van Zelm et al, 2008) kif applikat f’ReCiPe 2008

II

Aċidifikazzjoni

Skorriment Akkumulat (AE)

mol H+ eq

Skorriment Akkumulat (Seppälä et al. 2006, Posch et al, 2008)

II

Ewtrofikazzjoni, terrestri

Skorriment Akkumulat (AE)

mol N eq

Skorriment Akkumulat (Seppälä et al. 2006, Posch et al, 2008)

II

Ewtrofikazzjoni, ilma ħelu

Frazzjoni ta’ nutrijenti li jilħqu l-kompartiment finali tal-ilma ħelu (P)

kg P eq

Il-mudell EUTREND (Struijs et al, 2009) kif applikat f’ReCiPe

II

Ewtrofikazzjoni, baħar

Frazzjoni ta’ nutrijenti li jilħqu l-kompartiment finali tal-baħar (N)

kg N eq

Il-mudell EUTREND (Struijs et al, 2009) kif applikat f’ReCiPe

II

Ekotossiċità, ilma ħelu

Unità Tossika Komparattiva għall-ekosistemi (CTUe)

CTUe

ibbażat fuq il-mudell USEtox2.1 (Fantke et al. 2017), adattat bħal f’Saouter et al., 2018

III

Użu tal-art (2)

Indiċi tal-kwalità tal-ħamrija (3)

Mingħajr dimensjonijiet (pt)

Indiċi tal-kwalità tal-ħamrija bbażat fuq il-mudell LANCA (De Laurentiis et al. 2019) u fuq il-verżjoni 2.5 tal-LANCA CF (Horn u Maier, 2018)

III

Użu tal-ilma

Potenzjal ta’ privazzjoni tal-utent (konsum tal-ilma pponderat għall-privazzjoni)

m3 ekwivalenti ta’ ilma mċaħħad

Il-mudell ta’ Available WAter REmaining (AWARE) (Boulay et al., 2018; UNEP 2016)

III

Użu tar-riżorsi (4) , minerali u metalli

Tnaqqis tar-riżorsi abijotiċi (riżervi finali tal-ADP)

kg Sb eq

van Oers et al., 2002 bħal fil-metodu tas-CML 2002, v.4.8

III

Użu tar-riżorsi, fossili

Tnaqqis tar-riżorsi abijotiċi – fjuwils fossili (ADP-fossili) (5)

MJ

van Oers et al., 2002 bħal fil-metodu tas-CML 2002, v.4.8

III

(1)   

L-indikatur “Tibdil fil-Klima, total” huwa magħmul minn tliet subindikaturi: Tibdil fil-Klima, fossili; Tibdil fil-Klima, bijoġeniku; Tibdil fil-Klima, użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art. Is-subindikaturi huma deskritti aktar fit-Taqsima 4.4.10. Is-subkategoriji “Tibdil fil-klima – fossili”, “Tibdil fil-klima – bijoġeniku” u “Tibdil fil-klima - użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art”, għandhom jiġu rrappurtati separatament jekk juru kontribut ta’ aktar minn 5 % kull wieħed għall-punteġġ totali tat-tibdil fil-klima;

(2)   

Jirreferi għall-okkupazzjoni u t-trasformazzjoni

(3)   

Dan l-indiċi huwa r-riżultat tal-aggregazzjoni, imwettqa mill-JRC, ta’ 4 indikaturi (produzzjoni bijotika, reżistenza għall-erożjoni, filtrazzjoni mekkanika u riforniment tal-ilma ta’ taħt l-art) ipprovduti mill-mudell LANCA għall-valutazzjoni tal-impatti minħabba l-użu tal-art, kif irrappurtat f’De Laurentiis et al, 2019.

(4)   

Ir-riżultati ta’ din il-kategorija tal-impatt għandhom jiġu interpretati b’kawtela, minħabba li r-riżultati tal-ADP wara n-normalizzazzjoni jistgħu jiġu sopravalutati. Il-Kummissjoni Ewropea għandha l-ħsieb li tiżviluppa metodu ġdid li jimxi mill-mudell tat-tnaqqis għall-mudell tad-dissipazzjoni biex jiġi kkwantifikat aħjar il-potenzjal għall-konservazzjoni tar-riżorsi

Il-lista sħiħa tal-fatturi ta’ normalizzazzjoni u tal-fatturi ta’ ponderazzjoni hija disponibbli fl-Anness 1 - Lista tal-fatturi ta’ normalizzazzjoni u tal-fatturi ta’ ponderazzjoni tal-EF.

Il-lista sħiħa tal-fatturi ta’ karatterizzazzjoni hija disponibbli f’din il-link http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml. [Is-Segretarjat Tekniku għandu jispeċifika l-pakkett ta’ referenza tal-EF li għandu jintuża.]

B.3.6.    Informazzjoni teknika addizzjonali

[Is-Segretarjat Tekniku għandu jelenka l-informazzjoni teknika addizzjonali li għandha tiġi rrapportata]:

B.3.7.    Informazzjoni ambjentali addizzjonali

[Speċifika liema informazzjoni ambjentali addizzjonali għandha/jenħtieġ li tiġi rrapportata (ipprovdi l-unitajiet). Evita, jekk ikun possibbli, l-użu ta’ jenħtieġ li. Agħmel referenza għall-metodi kollha użati għar-rappurtar ta’ informazzjoni addizzjonali.]

[Jekk jogħġbok agħżel id-dikjarazzjoni korretta]

Il-bijodiversità hija meqjusa bħala rilevanti għal din l-OEFSR.

JEW

Il-bijodiversità ma hijiex meqjusa bħala rilevanti għal din l-OEFSR.

[Jekk il-bijodiversità tkun rilevanti, l-OEFSR għandha tiddeskrivi kif l-impatti fuq il-bijodiversità għandhom jiġu vvalutati mill-utent tal-OEFSR.]

B.3.8.    Limitazzjonijiet

[Din it-Taqsima għandha tinkludi l-lista ta’ limitazzjonijiet li studju dwar l-OEF se jkollu, anke jekk jitwettaq f’konformità ma’ din l-OEFSR.]

B.3.8.1.    Tqabbil u dikjarazzjonijiet komparattivi

[Din it-Taqsima għandha tinkludi l-kundizzjonijiet li fihom jista’ jsir tqabbil jew dikjarazzjoni komparattiva.]

B.3.8.2.    Lakuni fid-data u proxies

[Din it-Taqsima għandha tinkludi:

1. 

Il-lista ta’ lakuni fid-data dwar id-data speċifika għall-kumpanija li għandha tinġabar li l-aktar ta’ spiss jiltaqgħu magħhom il-kumpaniji fis-setturi speċifiċi u kif dawn il-lakuni fid-data jistgħu jiġu solvuti fil-kuntest tal-istudju dwar l-OEF;

2. 

Il-lista ta’ proċessi esklużi mill-OEFSR minħabba settijiet tad-data nieqsa li ma għandhomx jimtlew mill-utent tal-OEFSR;

3. 

Il-lista ta’ proċessi li għalihom l-utent tal-OEFSR għandu japplika settijiet tad-data konformi mal-ILCD-EL.

Is-Segretarjat Tekniku jista’ jiddeċiedi li fil-fajl excel tal-LCI (ara t-Taqsima B.5 ta’ dan l-Anness) jindika għal liema proċessi ma jkun hemm disponibbli l-ebda sett tad-data u għalhekk jitqiesu bħala lakuni fid-data u li għalihom għandhom jintużaw proxies tal-proċessi.]

B.4.    Kategoriji tal-impatt, stadji taċ-ċiklu tal-ħajja, proċessi u flussi elementari l-aktar rilevanti

B.4.1.    Kategoriji tal-impatt tal-EF l-aktar rilevanti

[F’każ li l-OEFSR ma jkollha l-ebda subkategorija] Il-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti għall-kategorija ta’ prodotti fl-ambitu ta’ din l-OEFSR huma dawn li ġejjin:

[elenka l-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti għal kull settur].

[F’każ li l-OEFSR ikollha subkategoriji] Il-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti għas-subkategorija [isem] fl-ambitu ta’ din l-OEFSR huma dawn li ġejjin:

[elenka l-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti għal kull subsettur].

B.4.2.    Stadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti

[F’każ li l-OEFSR ma jkollha l-ebda subkategorija] L-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti għall-kategorija ta’ prodotti fl-ambitu ta’ din l-OEFSR huma dawn li ġejjin:

[elenka l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti għal kull settur]

[F’każ li l-OEFSR ikollha subkategoriji] L-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti għas-subkategorija [isem] fl-ambitu ta’ din l-OEFSR huma dawn li ġejjin:

[elenka l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti għal kull subsettur]

B.4.3.    Proċessi l-aktar rilevanti

Il-proċessi l-aktar rilevanti għas-settur fl-ambitu ta’ din l-OEFSR huma dawn li ġejjin [din it-tabella għandha timtela abbażi tar-riżultati finali tal-istudji dwar l-OEF tal-organizzazzjoni(jiet) rappreżentattiva(i). Ipprovdi tabella waħda għal kull subsettur, jekk ikun xieraq.]

Tabella B. 4.

Lista tal-proċessi l-aktar rilevanti

Kategorija tal-impatt

Proċessi

Kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti 1

Proċess A (mill-istadju X taċ-ċiklu tal-ħajja)

Proċess B (mill-istadju Y taċ-ċiklu tal-ħajja)

Kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti 2

Proċess A (mill-istadju X taċ-ċiklu tal-ħajja)

Proċess B (mill-istadju X taċ-ċiklu tal-ħajja)

Kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti n

Proċess A (mill-istadju X taċ-ċiklu tal-ħajja)

Proċess B (mill-istadju X taċ-ċiklu tal-ħajja)

B.4.4.    Flussi elementari diretti l-aktar rilevanti

Il-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti għas-settur fl-ambitu ta’ din l-OEFSR huma dawn li ġejjin [il-lista għandha tiġi pprovduta abbażi tar-riżultati finali tal-istudji dwar l-OEF tal-organizzazzjoni(jiet) rappreżentattiva(i). Ipprovdi lista waħda għal kull subsettur, jekk ikun xieraq.]

B.5.    INVENTARJU TAĊ-ĊIKLU TAL-ĦAJJA

Is-settijiet tad-data kollha li jinħolqu ġodda għandhom ikunu konformi mal-EF jew mal-ILCD-EL (ara r-regoli fit-Taqsima B 5.5).

[L-OEFSR għandha tindika jekk ikunx permess kampjunar. Jekk is-Segretarjat Tekniku jippermetti l-kampjunar, l-OEFSR għandha tiddeskrivi l-proċedura ta’ kampjunar kif deskritta fil-metodu tal-OEF u jkun fiha s-sentenza li ġejja:] “F’każ li jkun meħtieġ kampjunar, dan għandu jitwettaq kif speċifikat f’din l-OEFSR. Madankollu, il-kampjunar ma huwiex obbligatorju u kwalunkwe utent ta’ din l-OEFSR jista’ jiddeċiedi li jiġbor id-data mill-impjanti jew mill-azjendi agrikoli kollha, mingħajr ma jwettaq l-ebda kampjunar.

B.5.1.    Lista ta’ data obbligatorja speċifika għall-kumpanija

[Is-Segretarjat Tekniku hawnhekk għandu jelenka l-proċessi li għandhom jiġu mmudellati b’data obbligatorja speċifika għall-kumpanija (jiġifieri d-data dwar l-attivitajiet u l-flussi elementari diretti). Innota li l-flussi elementari diretti elenkati għandhom jiġu allinjati man-nomenklatura użata mill-aktar verżjoni reċenti tal-pakkett ta’ referenza tal-EF ( 208 ) .

Proċess a

[Agħti deskrizzjoni qasira tal-proċess A. Elenka d-data kollha dwar l-attivitajiet u l-flussi elementari diretti li għandhom jinġabru u s-settijiet tad-data prestabbiliti tas-sottoproċessi marbuta mad-data dwar l-attivitajiet fi ħdan il-proċess “A”. Uża t-tabella ta’ hawn taħt biex tintroduċi minimu ta’ eżempju wieħed fl-OEFSR. F’każ li ma jiġux introdotti l-proċessi kollha hawnhekk, il-lista sħiħa tal-proċessi kollha għandha tiġi inkluża f’fajl excel.]

Tabella B. 5.

Rekwiżiti tal-ġbir tad-data għall-proċess obbligatorju A

Rekwiżiti għall-finijiet tal-ġbir tad-data

Rekwiżiti għall-finijiet tal-immudellar

Kummenti

Data dwar l-attivitajiet li għandha tinġabar

Rekwiżiti speċifiċi (eż. il-frekwenza, l-istandard tal-kejl, eċċ.)

Unità tal-kejl

Sett tad-data prestabbilit li għandu jintuża

Sors tas-sett tad-data (jiġifieri nodu)

UUID

TiR

TeR

GeR

P

DQR

Inputs:

[Eż.: użu annwali tal-elettriku]

[Eż.: medja ta’ 3 snin]

[Eż. kWh/sena]

[Eż.: Taħlita tal-grilja tal-elettriku 1kV-60kV/EU28+3]

[Link għan-nodu xieraq tan-Network tad-Data dwar iċ-Ċiklu tal-ħajja.

L-“istokk tad-data” għandu jiġi speċifikat ukoll]

[Eż.: 0af0a6a8-aebc-4eeb-99f8-5ccf2304b99d]

[Eż. 1,6]

Outputs:

[Elenka l-emissjonijiet u r-riżorsi kollha li għandhom jiġu mmudellati b’informazzjoni speċifika għall-kumpanija (il-flussi elementari ewlenin l-aktar rilevanti) fi ħdan il-proċess “A”.]

Tabella B. 6.

Rekwiżiti tal-ġbir tal-flussi elementari diretti għall-proċess obbligatorju A

Emissjonijiet/riżorsi

Fluss elementari

UUID

Frekwenza tal-kejl

Metodu ta’ kejl prestabbilit (1)

Kummenti

(1)   

123 Sakemm ma jkunux previsti metodi speċifiċi ta’ kejl f’leġiżlazzjoni speċifika għall-pajjiż.

Ara l-fajl excel imsemmi “[Isem tal-OEFSR_numru tal-verżjoni] - Inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja” għal-lista tad-data kollha speċifika għall-kumpanija li għandha tinġabar.

B.5.2.    Lista ta’ proċessi mistennija li jitmexxew mill-kumpanija

[Il-proċessi elenkati f’din it-Taqsima għandhom ikunu addizzjonali għal dawk elenkati bħala data obbligatorja speċifika għall-kumpanija. Ma hija permessa l-ebda ripetizzjoni ta’ proċessi jew ta’ data. F’każ li ma jkunx hemm proċessi oħra mistennija li jitmexxew mill-kumpanija, jekk jogħġbok iddikjara “Ma hemm l-ebda proċess ieħor mistenni li jitmexxa mill-kumpanija minbarra dawk elenkati bħala data obbligatorja speċifika għall-kumpanija.”]

Il-proċessi li ġejjin huma mistennija li jitmexxew mill-utent tal-OEFSR:

Proċess X
Proċess Y

Proċess X:

[Ipprovdi deskrizzjoni qasira tal-proċess “x”. Elenka d-data dwar l-attivitajiet u l-flussi elementari diretti li għandhom jinġabru bħala minimu, u s-settijiet tad-data tas-sottoproċessi marbuta mad-data dwar l-attivitajiet fi ħdan il-proċess “x”. Indika l-unità tal-kejl, kif għandu jsir il-kejl u kwalunkwe karatteristika oħra li tista’ tgħin lill-utent. Innota li l-flussi elementari diretti elenkati għandhom jiġu allinjati man-nomenklatura użata mill-aktar verżjoni reċenti tal-pakkett ta’ referenza tal-EF ( 209 ) . Uża t-tabella ta’ hawn taħt biex tintroduċi minimu ta’ eżempju wieħed fl-OEFSR. F’każ li ma jiġux introdotti l-proċessi kollha hawnhekk, il-lista sħiħa tal-proċessi kollha għandha tiġi inkluża f’fajl excel.]

Tabella B. 7.

Rekwiżiti tal-ġbir tad-data għall-proċess X

Rekwiżiti għall-finijiet tal-ġbir tad-data

Rekwiżiti għall-finijiet tal-immudellar

Kummenti

Data dwar l-attivitajiet li għandha tinġabar

Rekwiżiti speċifiċi (eż. il-frekwenza, l-istandard tal-kejl, eċċ.)

Unità tal-kejl

Sett tad-data prestabbilit li għandu jintuża

Sors tas-sett tad-data (jiġifieri n-nodu u l-istokk tad-data)

UUID

TiR

TeR

GeR

P

DQR

Inputs:

[Eż.: użu annwali tal-elettriku]

[Eż.: medja ta’ 3 snin]

[Eż. kWh/sena]

[Eż.: Taħlita tal-grilja tal-elettriku 1kV-60kV/EU28+3]

[Link għan-nodu xieraq tan-Network tad-Data dwar iċ-Ċiklu tal-ħajja.

L-“istokk tad-data” għandu jiġi speċifikat ukoll]

[Eż.: 0af0a6a8-aebc-4eeb-99f8-5ccf2304b99d]

[Eż. 1,6]

Rekwiżiti għall-finijiet tal-ġbir tad-data

Rekwiżiti għall-finijiet tal-immudellar

Kummenti

Outputs:

Tabella B. 8.

Rekwiżiti tal-ġbir tal-flussi elementari diretti għall-proċess X

Emissjonijiet/riżorsi

Fluss elementari

UUID

Frekwenza tal-kejl

Metodu ta’ kejl prestabbilit (1)

Kummenti

(1)   

Sakemm ma jkunux previsti metodi speċifiċi ta’ kejl f’leġiżlazzjoni speċifika għall-pajjiż

Ara l-fajl excel imsemmi “[Isem tal-OEFSR_numru tal-verżjoni] - Inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja” għal-lista tal-proċessi kollha mistennija li jkunu fis-sitwazzjoni 1.

B.5.3.    Rekwiżiti tal-kwalità tad-data

Għandha tiġi kkalkulata u rrapportata l-kwalità tad-data ta’ kull sett tad-data u tal-istudju totali dwar l-OEF. Il-kalkolu tad-DQR għandu jkun ibbażat fuq il-formula li ġejja b’erba’ kriterji:

image

fejn TeR hija r-rappreżentattività teknoloġika, GeR hija r-rappreżentattività ġeografika, TiR hija r-rappreżentattività marbuta mal-ħin, u P hija l-preċiżjoni. Ir-rappreżentattività (teknoloġika, ġeografika u marbuta mal-ħin) tikkaratterizza sa liema grad il-proċessi u l-prodotti magħżula jkunu qed juru s-sistema analizzata, filwaqt li l-preċiżjoni tindika l-mod kif tinkiseb id-data u l-livell relatat ta’ inċertezza.

It-Taqsimiet li jmiss jipprovdu tabelli bil-kriterji li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni semikwantitattiva ta’ kull kriterju.

[L-OEFSR tista’ tispeċifika rekwiżiti tal-kwalità tad-data aktar stretti u tispeċifika kriterji addizzjonali għall-valutazzjoni tal-kwalità tad-data. L-OEFSR għandha tirrapporta l-formuli li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tad-DQR ta’ i) id-data speċifika għall-kumpanija (l-ekwazzjoni 20 tal-Anness III), ii) is-settijiet tad-data sekondarji (l-ekwazzjoni 19 tal-Anness III), iii) l-istudju dwar l-OEF (l-ekwazzjoni 20 tal-Anness III).]

B.5.3.1.    Settijiet tad-data speċifiċi għall-kumpanija

Id-DQR għandha tiġi kkalkolata fid-diżaggregazzjoni tal-livell-1, qabel ma ssir kwalunkwe aggregazzjoni ta’ sottoproċessi jew ta’ flussi elementari. Id-DQR tas-settijiet tad-data speċifiċi għall-kumpanija għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

1) 

Jintgħażlu d-data dwar l-attivitajiet u l-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti: id-data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti hija dik marbuta mas-sottoproċessi (jiġifieri settijiet tad-data sekondarji) li jammontaw għal mill-anqas 80 % tal-impatt ambjentali totali tas-sett tad-data speċifiku għall-kumpanija, fejn jiġu elenkati minn dak li jikkontribwixxi l-aktar għal dak li jikkontribwixxi l-anqas. Il-flussi elementari diretti l-aktar rilevanti huma definiti bħala dawk il-flussi elementari diretti li jikkontribwixxu b’mod kumulattiv b’mill-anqas 80 % għall-impatt totali tal-flussi elementari diretti.

2) 

Jiġu kkalkulati l-kriterji TeR, TiR, GeR u P tad-DQR għal kull data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti u kull fluss elementari dirett l-aktar rilevanti. Il-valuri ta’ kull kriterju għandhom jiġu assenjati abbażi tat-Tabella B.9.

a. 

Kull fluss elementari dirett l-aktar rilevanti jikkonsisti fl-ammont u fl-isem tal-fluss elementari (eż. 40 g diossidu tal-karbonju). Għal kull fluss elementari l-aktar rilevanti, l-utent tal-OEFSR għandu jevalwa l-4 kriterji tad-DQR bl-isem TeR-EF, TiR-EF, GeR-EF, PEF. Pereżempju, l-utent tal-OEFSR għandu jevalwa t-twaqqit tal-fluss imkejjel, għal liema teknoloġija tkejjel il-fluss u f’liema żona ġeografika.

b. 

Għal kull data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti, għandhom jiġu evalwati l-4 kriterji tad-DQR (imsejħa TeR-AD TiR-AD, GeR-AD, PAD ) mill-utent tal-OEFSR.

c. 

Meta jitqies li d-data għall-proċessi obbligatorji għandha tkun speċifika għall-kumpanija, il-punteġġ ta’ P ma jistax ikun ogħla minn 3, filwaqt li l-punteġġ għal TiR, TeR, u GeR ma jistax ikun ogħla minn 2 (Il-punteġġ tad-DQR għandu jkun ≤1,5).

3) 

Jiġi kkalkulat il-kontribut ambjentali ta’ kull data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti (billi tintrabat mas-sottoproċess xieraq) u fluss elementari dirett għas-somma totali tal-impatt ambjentali tad-data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti kollha u l-flussi elementari diretti kollha, f’% (ponderati, bl-użu tal-kategoriji kollha tal-impatt tal-EF). Pereżempju, is-sett tad-data żviluppat ġdid għandu biss żewġ data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti, li b’kollox jikkontribwixxu għal 80 % tal-impatt ambjentali totali tas-sett tad-data:

a. 

Id-data dwar l-attivitajiet 1 iġġorr 30 % tal-impatt ambjentali totali tas-sett tad-data. Il-kontribut ta’ dan il-proċess għat-total ta’ 80 % huwa ta’ 37,5 % (dan tal-aħħar huwa l-ponderazzjoni li għandha tintuża).

b. 

Id-data dwar l-attivitajiet 2 iġġorr 50 % tal-impatt ambjentali totali tas-sett tad-data. Il-kontribut ta’ dan il-proċess għat-total ta’ 80 % huwa ta’ 62,5 % (dan tal-aħħar huwa l-ponderazzjoni li għandha tintuża).

4) 

Jiġu kkalkulati l-kriterji TeR, TiR, GeR u P tas-sett tad-data żviluppat ġdid bħala l-medja ponderata ta’ kull kriterju tad-data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti u l-flussi elementari diretti. Il-ponderazzjoni hija l-kontribut relattiv (f’%) ta’ kull data dwar l-attivitajiet l-aktar rilevanti u fluss elementari dirett ikkalkolati fil-pass 3.

5) 

L-utent tal-OEFSR għandu jikkalkula d-DQR totali tas-sett tad-data żviluppat ġdid billi juża l-Ekwazzjoni B.2, fejn image huma l-medji ponderati kkalkulati kif speċifikat fil-punt (4).

image

Tabella B. 9.

Kif għandu jiġi vvalutat il-valur tal-kriterji tad-DQR għas-settijiet tad-data b’informazzjoni speċifika għall-kumpanija

[Innota li s-snin ta’ referenza għall-kriterju TiR jistgħu jiġu adattati mit-TS; tista’ tiġi inkluża aktar minn tabella waħda fl-OEFSR].

Klassifikazzjoni

PEF u PAD

TiR-EF u TiR-AD

TeR-EF u TeR-AD

GeR-EF u GeR-AD

1

Imkejla/ikkalkolati u vverifikati esternament

Id-data tirreferi għall-aħħar perjodu ta’ amministrazzjoni annwali fir-rigward tad-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF.

Il-flussi elementari u d-data dwar l-attivitajiet juru b’mod espliċitu t-teknoloġija tas-sett tad-data żviluppat ġdid

Id-data dwar l-attivitajiet u l-flussi elementari jirriflettu l-ġeografija eżatta fejn iseħħ il-proċess immudellat fis-sett tad-data maħluq ġdid.

2

Imkejla/ikkalkolati u verifikati internament, il-plawżibbiltà verifikata mill-rieżaminatur

Id-data tirreferi għal massimu ta’ 2 perjodi annwali ta’ amministrazzjoni fir-rigward tad-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF

Il-flussi elementari u d-data dwar l-attivitajiet huma proxy tat-teknoloġija tas-sett tad-data żviluppat ġdid

Id-data dwar l-attivitajiet u l-flussi elementari jirriflettu parzjalment il-ġeografija fejn iseħħ il-proċess immudellat fis-sett tad-data maħluq ġdid

3

Imkejla/ikkalkolati/ letteratura u l-plawżibbiltà mhux verifikata mill-rieżaminatur JEW Stima kwalifikata bbażata fuq kalkoli il-plawżibbiltà verifikata mill-rieżaminatur

Id-data tirreferi għal massimu ta’ tliet perjodi annwali ta’ amministrazzjoni fir-rigward tad-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

4-5

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

PEF : Preċiżjoni għall-flussi elementari; PAD : Preċiżjoni għad-data dwar l-attivitajiet; TiR-EF : Rappreżentattività marbuta mal-Ħin għall-flussi elementari; TiR-AD : Rappreżentattività marbuta mal-ħin għad-data dwar l-attivitajiet; TeR-EF: Rappreżentattività teknoloġika għall-flussi elementari; TeR-AD : Rappreżentattività teknoloġika għad-data dwar l-attivitajiet; GeR-EF : Rappreżentattività ġeografika għall-flussi elementari; GeR-AD : Rappreżentattività ġeografika għad-data dwar l-attivitajiet.

B.5.4.    Matriċi tal-ħtiġijiet tad-data (DNM)

Il-proċessi kollha meħtieġa biex jiġi mmudellat il-prodott u barra mil-lista ta’ data obbligatorja speċifika għall-kumpanija (elenkata fit-Taqsima B.5.1) għandhom jiġu evalwati bl-użu tal-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data (ara t-Tabella B.10). L-utent tal-OEFSR għandu japplika d-DNM biex jevalwa liema data tkun meħtieġa u għandha tintuża fl-immudellar tal-OEF tiegħu, skont il-livell ta’ influwenza li l-utent tal-OEFSR (il-kumpanija) ikollu fuq il-proċess speċifiku. It-tliet każijiet li ġejjin jinsabu fid-DNM u huma spjegati hawn taħt:

1. 

Sitwazzjoni 1: il-proċess jitmexxa mill-kumpanija li tapplika l-OEFSR;

2. 

Sitwazzjoni 2: il-proċess ma jitmexxiex mill-kumpanija li tapplika l-OEFSR iżda l-kumpanija jkollha aċċess għal informazzjoni speċifika (għall-kumpanija);

3. 

Sitwazzjoni 3: il-proċess ma jitmexxiex mill-kumpanija li tapplika l-OEFSR u din il-kumpanija ma jkollhiex aċċess għal informazzjoni speċifika (għall-kumpanija).

Tabella B. 10.

Matriċi tal-ħtiġijiet tad-data (2) (DNM) *Għandhom jintużaw settijiet tad-data diżaggregati.

Il-proċess l-aktar rilevanti

Proċess ieħor

Sitwazzjoni 1: proċess immexxi mill-organizzazzjoni fl-ambitu tal-istudju dwar l-OEF

Għażla 1

Tiġi pprovduta data speċifika għall-kumpanija (kif mitlub fl-OEFSR) u jinħoloq sett tad-data speċifiku għall-kumpanija, f’forma aggregata (DQR≤1,5) (1)

Jiġu kkalkulati l-valuri tad-DQR (għal kull kriterju + it-total)

Għażla 2

Jintuża sett tad-data sekondarju prestabbilit fl-OEFSR, f’forma aggregata (DQR≤3,0)

Jintużaw il-valuri prestabbiliti tad-DQR

Sitwazzjoni 2: proċess mhux immexxi mill-organizzazzjoni fl-ambitu tal-istudju dwar l-OEF iżda b’aċċess għal informazzjoni speċifika għall-kumpanija

Għażla 1

Tiġi pprovduta data speċifika għall-kumpanija (kif mitlub fl-OEFSR) u jinħoloq sett tad-data speċifiku għall-kumpanija, f’forma aggregata (DQR≤1,5).

Jiġu kkalkulati l-valuri tad-DQR (għal kull kriterju + it-total)

Għażla 2

Tintuża data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija għat-trasport (distanza), u s-sottoproċessi użati għat-taħlita tal-elettriku u għat-trasport jiġu sostitwiti b’settijiet tad-data konformi mal-EF speċifiċi għall-katina tal-provvista (DQR≤3,0)*

Jiġu evalwati mill-ġdid il-kriterji tad-DQR fil-kuntest speċifiku għall-prodott

Għażla 3

Tintuża data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija għat-trasport (distanza), u s-sottoproċessi użati għat-taħlita tal-elettriku u għat-trasport jiġu sostitwiti b’settijiet tad-data konformi mal-EF speċifiċi għall-katina tal-provvista (DQR≤4,0)*

Jintużaw il-valuri prestabbiliti tad-DQR.

Sitwazzjoni 3: proċess mhux immexxi mill-organizzazzjoni fl-ambitu tal-istudju dwar l-OEF u mingħajr aċċess għal informazzjoni speċifika għall-kumpanija

Għażla 1

Jintuża sett tad-data sekondarju prestabbilit f’forma aggregata (DQR≤3,0)

Jiġu evalwati mill-ġdid il-kriterji tad-DQR fil-kuntest speċifiku għall-prodott

Għażla 2

Jintuża sett tad-data sekondarju prestabbilit f’forma aggregata (DQR≤4,0)

Jintużaw il-valuri prestabbiliti tad-DQR

(1)   

Is-settijiet tad-data speċifiċi għall-kumpanija għandhom ikunu disponibbli għall-Kummissjoni.

(2)   

L-għażliet deskritti fid-DNM ma humiex elenkati f’ordni ta’ preferenza.

B.5.4.1.    Proċessi fis-sitwazzjoni 1

Għal kull proċess fis-sitwazzjoni 1, hemm żewġ għażliet possibbli:

1. 

Il-proċess ikun fil-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti kif speċifikat fl-OEFSR jew ma jkunx fil-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti, iżda l-kumpanija xorta waħda tkun trid tipprovdi data speċifika għall-kumpanija (l-għażla 1);

2. 

Il-proċess ma jkunx fil-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti u l-kumpanija tippreferi tuża sett tad-data sekondarju (l-għażla 2).

Sitwazzjoni 1/Għażla 1

Għall-proċessi kollha mmexxija mill-kumpanija u fejn l-utent tal-OEFSR japplika data speċifika għall-kumpanija. Id-DQR tas-sett tad-data żviluppat ġdid għandha tiġi evalwata kif deskritt fit-Taqsima B.5.3.1.

Sitwazzjoni 1/Għażla 2

Għall-proċessi mhux l-aktar rilevanti biss, jekk l-utent tal-OEFSR jiddeċiedi li jimmudella l-proċess mingħajr ma jiġbor data speċifika għall-kumpanija, f’dak il-każ l-utent għandu juża s-sett tad-data sekondarju elenkat fl-OEFSR flimkien mal-valuri prestabbiliti tad-DQR tiegħu elenkati hawnhekk.

Jekk is-sett tad-data prestabbilit li għandu jintuża għall-proċess ma jkunx elenkat fl-OEFSR, l-utent tal-OEFSR għandu jieħu l-valuri tad-DQR mill-metadata tad-sett tad-data oriġinali.

B.5.4.2.    Proċessi fis-sitwazzjoni 2

Meta proċess ma jitmexxiex mill-utent tal-OEFSR, iżda jkun hemm aċċess għal data speċifika għall-kumpanija, f’dak il-każ hemm tliet għażliet possibbli:

1. 

L-utent tal-OEFSR ikollu aċċess għal informazzjoni estensiva speċifika għall-fornitur u jrid joħloq sett tad-data ġdid konformi mal-EF (l-Għażla 1);

2. 

Il-kumpanija jkollha xi informazzjoni speċifika għall-fornitur u trid tagħmel xi bidliet minimi (l-Għażla 2);

3. 

Il-proċess ma jkunx fil-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti u l-kumpanija tkun trid tagħmel xi bidliet minimi (l-Għażla 3).

Sitwazzjoni 2/Għażla 1

Għall-proċessi kollha li ma jkunux immexxija mill-kumpanija u fejn l-utent tal-OEFSR japplika data speċifika għall-kumpanija, id-DQR tas-sett tad-data żviluppat ġdid għandha tiġi evalwata kif deskritt fit-Taqsima B.5.3.1

Sitwazzjoni 2/Għażla 2

L-utent tal-OEFSR għandu juża data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija għat-trasport u għandu jissostitwixxi s-sottoproċessi użati għat-taħlita tal-elettriku u t-trasport b’settijiet tad-data konformi mal-OEF speċifiċi għall-katina tal-provvista, billi jibda mis-sett tad-data sekondarju prestabbilit ipprovdut fl-OEFSR.

Jekk jogħġbok innota li l-OEFSR telenka l-ismijiet kollha tas-settijiet tad-data flimkien mal-UUID tas-sett tad-data aggregat tagħhom. Għal din is-sitwazzjoni, hija meħtieġa l-verżjoni diżaggregata tas-sett tad-data.

L-utent tal-OEFSR għandu jagħmel id-DQR speċifika għall-kuntest billi jevalwa mill-ġdid it-TeR u t-TiR billi juża t-tabella(i) B.11. Il-kriterji GeR għandhom jitnaqqsu bi 30 % ( 210 ) u l-kriterji P għandhom iżommu l-valur oriġinali.

Sitwazzjoni 2/Għażla 3

L-utent tal-OEFSR għandu japplika data dwar l-attivitajiet speċifika għall-kumpanija għat-trasport u għandu jissostitwixxi s-sottoproċessi użati għat-taħlita tal-elettriku u t-trasport b’settijiet tad-data konformi mal-EF speċifiċi għall-katina tal-provvista, billi jibda mis-sett tad-data sekondarju prestabbilit ipprovdut fl-OEFSR.

Jekk jogħġbok innota li l-OEFSR telenka l-ismijiet kollha tas-settijiet tad-data flimkien mal-UUID tas-sett tad-data aggregat tagħhom. Għal din is-sitwazzjoni, hija meħtieġa l-verżjoni diżaggregata tas-sett tad-data.

F’dan il-każ, l-utent tal-OEFSR għandu juża l-valuri prestabbiliti tad-DQR. Jekk is-sett tad-data prestabbilit li għandu jintuża għall-proċess ma jkunx elenkat fl-OEFSR, l-utent tal-OEFSR għandu jieħu l-valuri tad-DQR mis-sett tad-data oriġinali.

Tabella B. 11.

Kif għandu jiġi valutat il-valur tal-kriterji tad-DQR meta jintużaw settijiet tad-data sekondarji.

[Tista’ tiġi inkluża aktar minn tabella waħda fl-OEFSR u tiddaħħal fit-Taqsima dwar l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja]

TiR

TeR

GeR

1

Id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF isseħħ fil-validità taż-żmien tas-sett tad-data

It-teknoloġija użata fl-istudju dwar l-EF hija eżattament l-istess bħal dik fl-ambitu tas-sett tad-data

Il-proċess immudellat fl-istudju dwar l-EF iseħħ fil-pajjiż li għalih is-sett tad-data jkun validu

2

Id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF isseħħ mhux aktar tard minn 2 snin wara l-validità taż-żmien tas-sett tad-data

It-teknoloġiji użati fl-istudju dwar l-EF ikunu inklużi fit-taħlita tat-teknoloġiji fl-ambitu tas-sett tad-data

Il-proċess immudellat fl-istudju dwar l-EF iseħħ fir-reġjun ġeografiku (eż. l-Ewropa) li għalih is-sett tad-data jkun validu

3

Id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF isseħħ mhux aktar tard minn 4 snin wara l-validità taż-żmien tas-sett tad-data

It-teknoloġiji użati fl-istudju dwar l-EF ikunu inklużi biss parzjalment fl-ambitu tas-sett tad-data

Il-proċess immudellat fl-istudju dwar l-EF iseħħ f’wieħed mir-reġjuni ġeografiċi li għalihom is-sett tad-data jkun validu

4

Id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF isseħħ mhux aktar tard minn 6 snin wara l-validità taż-żmien tas-sett tad-data

It-teknoloġiji użati fl-istudju dwar l-EF ikunu simili għal dawk inklużi fl-ambitu tas-sett tad-data

Il-proċess immudellat fl-istudju dwar l-EF iseħħ f’pajjiż li ma jkunx inkluż fir-reġjun(i) ġeografiku/ġeografiċi li għalihom is-sett tad-data jkun validu, iżda jkun stmat li hemm similaritajiet suffiċjenti abbażi ta’ ġudizzju espert.

5

Id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-EF isseħħ aktar tard minn 6 snin wara l-validità taż-żmien tas-sett tad-data

It-teknoloġiji użati fl-istudju dwar l-EF ikunu differenti minn dawk inklużi fl-ambitu tas-sett tad-data

Il-proċess immudellat fl-istudju dwar l-EF iseħħ f’pajjiż differenti minn dak li għalih is-sett tad-data jkun validu

B.5.4.3.    Proċessi fis-sitwazzjoni 3

Jekk proċess ma jitmexxiex mill-kumpanija li tuża l-OEFSR u l-kumpanija ma jkollhiex aċċess għal data speċifika għall-kumpanija, hemm żewġ għażliet possibbli:

(a) 

Ikun fil-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti (is-sitwazzjoni 3, l-għażla 1);

(b) 

Ma jkunx fil-lista tal-proċessi l-aktar rilevanti (is-sitwazzjoni 3, l-għażla 2).

Sitwazzjoni 3/Għażla 1

F’dan il-każ, l-utent tal-OEFSR għandu jagħmel il-valuri tad-DQR tas-sett tad-data użat speċifiċi għall-kuntest billi jevalwa mill-ġdid it-TeR, it-TiR u l-GeR, billi juża t-tabella(i) pprovduta(i). Il-kriterju P għandu jżomm il-valur oriġinali.

Sitwazzjoni 3/Għażla 2

Għall-proċessi mhux l-aktar rilevanti, l-utent tal-OEFSR għandu japplika s-sett tad-data sekondarju korrispondenti elenkat fl-OEFSR flimkien mal-valuri tad-DQR tiegħu.

Jekk is-sett tad-data prestabbilit li għandu jintuża għall-proċess ma jkunx elenkat fl-OEFSR, l-utent tal-OEFSR għandu jieħu l-valuri tad-DQR mis-sett tad-data oriġinali.

B.5.5.    Settijiet tad-data li għandhom jintużaw

Din l-OEFSR telenka s-settijiet tad-data sekondarji li għandhom jiġu applikati mill-utent tal-OEFSR. Kull meta sett tad-data meħtieġ biex jiġi kkalkulat il-profil tal-OEF ma jkunx fost dawk elenkati f’din l-OEFSR, l-utent għandu jagħżel bejn l-għażliet li ġejjin (f’ordni ġerarkika):

1. 

Jintuża sett tad-data konformi mal-EF disponibbli fuq wieħed min-nodi tan-Network tad-Data dwar iċ-Ċiklu tal-ħajja ( 211 );

2. 

Jintuża sett tad-data konformi mal-EF disponibbli f’sors liberu jew kummerċjali

3. 

Jintuża sett tad-data ieħor konformi mal-EF meqjus bħala proxy tajjeb. F’każ bħal dan, din l-informazzjoni għandha tiġi inkluża fit-Taqsima “limitazzjonijiet” tar-rapport dwar l-OEF

4. 

Jintuża sett tad-data konformi mal-ILCD-EL bħala proxy. Dawn is-settijiet tad-data għandhom jiġu inklużi fit-Taqsima “limitazzjonijiet” tar-rapport dwar l-OEF. Massimu ta’ 10 % tal-punteġġ globali uniku jista’ jinkiseb minn settijiet tad-data konformi mal-ILCD-EL. In-nomenklatura tal-flussi elementari tas-sett tad-data għandha tiġi allinjata mal-pakkett ta’ referenza tal-EF użat fil-bqija tal-mudell ( 212 ) .

5. 

Jekk ma jkun disponibbli l-ebda sett tad-data konformi mal-EF jew konformi mal-ILCD-EL, huwa għandu jiġi eskluż mill-istudju dwar l-OEF. Dan għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar fir-rapport dwar l-OEF bħala lakuna fid-data u għandu jiġi validat mill-istudju dwar l-OEF u mill-verifikaturi tar-rapport dwar l-OEF.

B.5.6.    Kif għandha tiġi kkalkolata d-DQR medja tal-istudju

Biex tiġi kkalkolata d-DQR medja tal-istudju dwar l-OEF, l-utent tal-OEFSR għandu jikkalkula separatament it-TeR, TiR, GeR u P għall-istudju dwar l-OEF bħala l-medja ponderata tal-proċessi l-aktar rilevanti kollha, abbażi tal-kontribut ambjentali relattiv tagħhom għall-punteġġ globali uniku totali. Għandhom jintużaw ir-regoli tal-kalkolu spjegati fit-Taqsima 4.6.5.8 tal-Anness III.

B.5.7.    Regoli tal-allokazzjoni

[L-OEFSR għandha tiddefinixxi liema regoli tal-allokazzjoni għandhom jiġu applikati mill-utent tal-OEFSR u kif għandhom isiru l-immudellar/il-kalkoli. F’każ li tintuża l-allokazzjoni ekonomika, il-metodu ta’ kalkolu dwar kif għandhom jiġu derivati l-fatturi ta’ allokazzjoni għandu jiġi stabbilit u preskritt fl-OEFSR. Għandu jintuża l-mudell li ġej:]

Tabella B. 12.

Regoli tal-allokazzjoni

Proċess

Regola tal-allokazzjoni

Struzzjonijiet għall-immudellar

Fattur ta’ allokazzjoni

[Eżempju: Proċess A]

[Eżempju: Allokazzjoni fiżika]

[Eżempju: Għandha tintuża l-massa tal-outputs differenti.]

[Eżempju: 0,2]

B.5.8.    Immudellar tal-elettriku

It-taħlita tal-elettriku li ġejja għandha tintuża f’ordni ġerarkika:

(a) 

Il-prodott tal-elettriku speċifiku għall-fornitur għandu jintuża jekk, għal pajjiż, ikun hemm fis-seħħ sistema ta’ traċċar ta’ 100 %, jew jekk:

(i) 

tkun disponibbli, u

(ii) 

is-sett ta’ kriterji minimi biex jiġi żgurat li l-istrumenti kuntrattwali jkunu affidabbli jiġi ssodisfat.

(b) 

It-taħlita totali tal-elettriku speċifika għall-fornitur għandha tintuża jekk:

(i) 

tkun disponibbli, u

(ii) 

is-sett ta’ kriterji minimi biex jiġi żgurat li l-istrumenti kuntrattwali jkunu affidabbli jiġi ssodisfat.

(c) 

Għandha tintuża t-“taħlita residwa tal-grilja speċifika għall-pajjiż, it-taħlita tal-konsum”. Speċifika għall-pajjiż tfisser il-pajjiż li fih iseħħu l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja jew l-attività. Dan jista’ jkun pajjiż tal-UE jew pajjiż mhux tal-UE. It-taħlita residwa tal-grilja tipprevjeni l-għadd doppju bl-użu ta’ taħlitiet tal-elettriku speċifiċi għall-fornitur f’(a) u (b).

(d) 

Bħala l-aħħar għażla, għandha tintuża t-taħlita medja residwa tal-grilja tal-UE, it-taħlita tal-konsum (UE+EFTA), jew it-taħlita residwa tal-grilja rappreżentattiva tar-reġjun, it-taħlita tal-konsum.

Nota:   għall-istadju tal-użu, għandha tintuża t-taħlita tal-grilja tal-konsum.

L-integrità ambjentali tal-użu ta’ taħlita tal-elettriku speċifika għall-fornitur tiddependi fuq l-iżgurar li l-istrumenti kuntrattwali (għat-traċċar) iwasslu b’mod affidabbli u uniku asserzjonijiet lill-konsumaturi. Mingħajr dan, l-OEF ma għandhiex l-akkuratezza u l-konsistenza meħtieġa biex tixpruna d-deċiżjonijiet ta’ akkwist ta’ prodotti/elettriku korporattiv u asserzjonijiet akkurat tal-konsumatur (ix-xerrej tal-elettriku). Għalhekk, ġie identifikat sett ta’ kriterji minimi relatati mal-integrità tal-istrumenti kuntrattwali bħala fornituri affidabbli ta’ informazzjoni dwar l-impronta ambjentali. Dawn jirrappreżentaw il-karatteristiċi minimi meħtieġa biex tintuża taħlita speċifika għall-fornitur fi ħdan l-istudji dwar l-OEF.

Sett ta’ kriterji minimi biex jiġu żgurati l-istrumenti kuntrattwali mill-fornituri

Prodott/taħlita tal-elettriku speċifiċi għall-fornitur jistgħu jintużaw biss jekk l-utent tal-metodu tal-OEF jiżgura li l-istrument kuntrattwali jissodisfa l-kriterji speċifikati hawn taħt. Jekk l-istrumenti kuntrattwali ma jissodisfawx il-kriterji, f’dak il-każ fl-immudellar għandha tintuża t-taħlita tal-konsum residwu tal-elettriku speċifika għall-pajjiż.

Il-lista ta’ kriterji ta’ hawn taħt hija bbażata fuq il-kriterji tal-Gwida għall-Kamp ta’ Applikazzjoni 2 tal-Protokoll dwar il-gassijiet serra ( 213 )–. Strument kuntrattwali użat għall-immudellar tal-elettriku għandu:

Kriterju 1 – Iwassal l-attributi
1. 

Iwassal it-taħlita tat-tip ta’ enerġija assoċjata mal-unità tal-elettriku prodott.

2. 

It-taħlita tat-tip ta’ enerġija għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-elettriku kkonsenjat, billi jiġu inkorporati ċ-ċertifikati miksuba u rtirati (miksuba jew akkwistati jew irtirati) f’isem il-klijenti tagħha. L-elettriku minn faċilitajiet li għalihom l-attributi jkunu nbiegħu (permezz ta’ kuntratti jew ċertifikati) għandu jiġi kkaratterizzat bħala li għandu l-attributi ambjentali tat-taħlita ta’ konsum residwu tal-pajjiż fejn tinsab il-faċilità.

Kriterju 2 – Ikun asserzjoni unika
1. 

Ikunu l-uniku strument li jġorr l-asserzjoni ta’ attribut ambjentali assoċjata ma’ dik il-kwantità ta’ elettriku ġġenerat.

2. 

Jiġu ttraċċati u mifdija, irtirati, jew ikkanċellati minn jew f’isem il-kumpanija (eż. permezz ta’ awditjar tal-kuntratti, ċertifikazzjoni ta’ partijiet terzi, jew jistgħu jiġu ttrattati awtomatikament permezz ta’ reġistri, sistemi jew mekkaniżmi oħra ta’ divulgazzjoni).

Kriterju 3 – Ikun qrib kemm jista’ jkun tal-perjodu li għalih jiġi applikat l-istrument kuntrattwali

[Is-Segretarjat Tekniku jista’ jipprovdi aktar informazzjoni skont il-metodu tal-OEF]

Immudellar tat-“taħlita residwa tal-grilja speċifika għall-pajjiż, it-taħlita tal-konsum”:

Is-settijiet tad-data għat-taħlita residwa tal-grilja, it-taħlita tal-konsum, għal kull tip ta’ enerġija, għal kull pajjiż u għal kull vultaġġ huma disponibbli mill-fornituri tad-data.

Jekk ma jkun disponibbli l-ebda sett tad-data xieraq, jenħtieġ li jintuża l-approċċ li ġej:

Tiġi ddeterminata t-taħlita tal-konsum tal-pajjiż (eż. X % tal-MWh prodotti b’enerġija idroelettrika, Y % tal-MWh prodotti b’impjant tal-enerġija li jaħdem bil-faħam) u jiġu kkombinati mas-settijiet tad-data tal-LCI għal kull tip ta’ enerġija u pajjiż/reġjun (eż. sett tad-data tal-LCI għall-produzzjoni ta’ 1MWh ta’ enerġija idroelettrika fl-Iżvizzera):

1. 

Id-data dwar l-attivitajiet relatata mat-taħlita tal-konsum ta’ pajjiż mhux tal-UE għal kull tip ta’ enerġija dettaljata għandha tiġi ddeterminata abbażi ta’:

2. 

It-taħlita tal-produzzjoni domestika għal kull teknoloġija ta’ produzzjoni;

3. 

Il-kwantità tal-importazzjoni u minn liema pajjiżi ġirien;

4. 

It-telf mit-trażmissjoni;

5. 

It-telf mid-distribuzzjoni;

6. 

It-tip ta’ provvista tal-fjuwil (is-sehem tar-riżorsi użati, skont l-importazzjoni u/jew il-provvista domestika).

Din id-data tista’ tinstab fil-pubblikazzjonijiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE (www.iea.org).

1. 

Is-settijiet tad-data tal-LCI disponibbli għal kull teknoloġija tal-fjuwil. Is-settijiet tad-data tal-LCI disponibbli huma ġeneralment speċifiċi għal pajjiż jew għal reġjun f’termini ta’:

2. 

il-provvista tal-fjuwil (is-sehem tar-riżorsi użati, skont l-importazzjoni u/jew il-provvista domestika);

3. 

il-proprjetajiet tat-trasportaturi tal-enerġija (eż. il-kontenut tal-elementi u tal-enerġija);

4. 

l-istandards teknoloġiċi tal-impjanti tal-enerġija fir-rigward tal-effiċjenza, it-teknoloġija tal-kombustjoni, id-desulfurizzazzjoni tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija, it-tneħħija tal-NOx u t-tneħħija tat-trab.

Regoli tal-allokazzjoni:

[L-OEFSR għandha tiddefinixxi liema relazzjoni fiżika għandha tintuża mill-istudji dwar l-OEF: (i) biex il-konsum tal-elettriku jiġi suddiviż fost diversi prodotti għall-istess proċess (eż. il-massa, l-għadd ta’ biċċiet, il-volum…) u (ii) biex jiġu riflessi l-proporzjonijiet tal-produzzjoni/il-proporzjonijiet tal-bejgħ bejn pajjiżi/reġjuni tal-UE meta prodott jiġi mmanifatturat f’postijiet differenti jew jinbiegħ f’pajjiżi differenti. Meta ma tkunx disponibbli tali data, għandha tintuża t-taħlita medja tal-UE (UE+EFTA), jew taħlita rappreżentattiva għar-reġjun. Għandu jintuża l-mudell li ġej:]

Tabella B. 13.

Regoli tal-allokazzjoni għall-elettriku

Proċess

Relazzjoni fiżika

Struzzjonijiet għall-immudellar

Proċess A

Massa

Proċess B

N ta’ biċċiet

Jekk l-elettriku kkunsmat ikun ġej minn aktar minn taħlita waħda tal-elettriku, kull sors tat-taħlita għandu jintuża f’termini tal-proporzjon tiegħu fil-kWh totali kkunsmati. Pereżempju, jekk frazzjoni ta’ dan it-total ta’ kWh ikkunsmati tiġi minn fornitur speċifiku, għandha tintuża taħlita tal-elettriku speċifika għall-fornitur għal din il-parti. Ara hawn taħt għall-użu tal-elettriku fuq il-post.

Tip speċifiku ta’ elettriku jista’ jiġi allokat għal prodott speċifiku wieħed fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

Jekk il-produzzjoni (u l-konsum tal-elettriku relatat) ta’ prodott iseħħu f’sit separat (binja), jista’ jintuża t-tip ta’ enerġija li jkun fiżikament relatat ma’ dan is-sit separat.

(b) 

Jekk il-produzzjoni (u l-konsum tal-elettriku relatat) ta’ prodott iseħħu fi spazju kondiviż b’metraġġ tal-enerġija jew rekords tax-xiri jew kontijiet tal-elettriku speċifiċi, tista’ tintuża l-informazzjoni speċifika għall-prodott (kejl, rekord, kont).

(c) 

Jekk il-prodotti kollha mmanifatturati fl-impjant speċifiku jiġu fornuti bi studju dwar l-OEF disponibbli għall-pubbliku, il-kumpanija li tkun tixtieq tagħmel l-asserzjoni għandha tagħmel l-istudji kollha dwar l-OEF disponibbli. Ir-regola tal-allokazzjoni applikata għandha tiġi deskritta fl-istudju dwar l-OEF, tiġi applikata b’mod konsistenti fl-istudji kollha dwar l-OEF marbuta mas-sit u tiġi vverifikata. Eżempju huwa l-allokazzjoni ta’ 100 % ta’ taħlita tal-elettriku aktar ekoloġika għal prodott speċifiku.

Ġenerazzjoni tal-elettriku fuq il-post:

Jekk il-produzzjoni tal-elettriku fuq il-post tkun daqs il-konsum proprju tas-sit, japplikaw żewġ sitwazzjonijiet:

1. 

Ma jkun inbiegħ l-ebda strument kuntrattwali lil parti terza: għandha tiġi mmudellata t-taħlita tal-elettriku proprja (flimkien mas-settijiet tad-data tal-LCI).

2. 

Ikunu nbiegħu strumenti kuntrattwali lil parti terza: għandha tintuża t-“taħlita residwa tal-grilja speċifika għall-pajjiż, it-taħlita tal-konsum” (flimkien mas-settijiet tad-data tal-LCI).

Jekk jiġi prodott elettriku li jaqbeż l-ammont ikkunsmat fuq il-post fil-limitu definit tas-sistema u jinbiegħ lil, pereżempju, il-grilja tal-elettriku, din is-sistema tista’ titqies bħala sitwazzjoni multifunzjonali. Is-sistema se tipprovdi żewġ funzjonijiet (eż. prodott + elettriku) u għandhom jiġu segwiti r-regoli li ġejjin:

1. 

Jekk ikun possibbli, għandha tiġi applikata s-suddiviżjoni. Is-suddiviżjoni tapplika kemm għall-produzzjonijiet separati tal-elettriku kif ukoll għal produzzjoni komuni tal-elettriku fejn tista’ talloka, abbażi tal-ammonti tal-elettriku, l-emissjonijiet upstream u diretti għall-konsum proprju tiegħek kif ukoll għas-sehem li tbigħ mill-kumpanija tiegħek (eż. jekk kumpanija jkollha mitħna tar-riħ fuq is-sit tal-produzzjoni tagħha u tesporta 30 % tal-elettriku prodott, l-emissjonijiet relatati ma’ 70 % tal-elettriku prodott jenħtieġ li jitqiesu fl-istudju dwar l-OEF).

2. 

Jekk ma jkunx possibbli, għandha tintuża sostituzzjoni diretta. It-taħlita tal-elettriku residwa għall-konsum speċifika għall-pajjiż għandha tintuża bħala sostituzzjoni ( 214 ).

Is-suddiviżjoni titqies bħala mhux possibbli meta l-impatti upstream jew l-emissjonijiet diretti jkunu relatati mill-qrib mal-prodott innifsu.

B.5.9.    Immudellar tat-tibdil fil-klima

Il-kategorija tal-impatt “tibdil fil-klima” għandha tiġi mmudellata billi jiġu kkunsidrati tliet subkategoriji:

1. 

Tibdil fil-klima – fossili: Din is-subkategorija tinkludi l-emissjonijiet mill-pit u mill-kalċinazzjoni/karbonizzazzjoni tal-ġebla tal-ġir. Għandhom jintużaw il-flussi tal-emissjonijiet li jispiċċaw b’“(fossili)“ (eż. “diossidu tal-karbonju (fossili)” u “metan (fossili)”), jekk ikunu disponibbli.

2. 

Tibdil fil-klima – bijoġeniku: Din is-subkategorija tkopri l-emissjonijiet tal-karbonju fl-arja (CO2, CO u CH4) li joriġinaw mill-ossidazzjoni u/jew mit-tnaqqis tal-bijomassa permezz tat-trasformazzjoni jew id-degradazzjoni tagħha (eż. kombustjoni, diġestjoni, kompostjar, rimi f’landfills) u l-assorbiment tas-CO2 mill-atmosfera permezz tal-fotosinteżi matul it-tkabbir tal-bijomassa – jiġifieri li jikkorrispondi għall-kontenut ta’ karbonju tal-prodotti, tal-bijofjuwils jew tar-residwi tal-pjanti fuq l-art bħall-weraq u l-injam mejjet. L-iskambji tal-karbonju minn foresti indiġeni ( 215 )għandhom jiġu mmudellati taħt is-subkategorija 3 (inkl. l-emissjonijiet konnessi fil-ħamrija, il-prodotti derivati, ir-residwi). Għandhom jintużaw il-flussi tal-emissjonijiet li jispiċċaw b’“(bijoġeniku)”.

[Agħżel id-dikjarazzjoni t-tajba]

Għandu jintuża approċċ ta’ mmudellar simplifikat meta jiġu mmudellati l-emissjonijiet ewlenin.

[JEW]

Ma għandux jintuża approċċ ta’ mmudellar simplifikat meta jiġu mmudellati l-emissjonijiet ewlenin.

[Jekk jintuża approċċ ta’ mmudellar simplifikat, fit-test jiġi inkluż: “L-emissjoni “metan (bijoġeniku)” biss hija mmudellata, filwaqt li ma huma inklużi l-ebda emissjonijiet u assorbimenti bijoġeniċi oħra mill-atmosfera. Jekk l-emissjonijiet tal-metan jistgħu jkunu kemm fossili jew bijoġeniċi, ir-rilaxx tal-metan bijoġeniku għandu jiġi mmudellat l-ewwel u mbagħad il-metan fossili li jifdal.”]

[Jekk ma jintuża l-ebda mmudellar simplifikat, jiġi inkluż it-test: “L-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha tal-karbonju bijoġeniku għandhom jiġu mmudellati separatament.”]

[Għall-prodotti intermedji biss:]

Il-kontenut tal-karbonju bijoġeniku fil-grada tal-fabbrika (kontenut fiżiku u kontenut allokat) għandu jiġi rrapportat bħala “informazzjoni teknika addizzjonali”.

3. 

Tibdil fil-Klima – użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art: Din is-subkategorija tqis l-assorbimenti u l-emissjonijiet tal-karbonju (CO2, CO u CH4) li joriġinaw minn bidliet fil-ħażna ta’ karbonju kkawżati mit-tibdil fl-użu tal-art u mill-użu tal-art. Din is-subkategorija tinkludi skambji tal-karbonju bijoġeniku mid-deforestazzjoni, mill-kostruzzjoni tat-toroq jew minn attivitajiet oħra tal-ħamrija (inklużi l-emissjonijiet tal-karbonju fil-ħamrija). Għall-foresti indiġeni, l-emissjonijiet relatati kollha tas-CO2 huma inklużi u mmudellati taħt din is-subkategorija (inklużi l-emissjonijiet konnessi fil-ħamrija, il-prodotti derivati mill-foresti indiġeni ( 216 )u r-residwi), filwaqt li l-assorbiment tas-CO2 tagħhom huwa eskluż. Għandhom jintużaw il-flussi tal-emissjonijiet li jispiċċaw b’“(tibdil fl-użu tal-art)”.

Għat-tibdil fl-użu tal-art, l-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha tal-karbonju għandhom jiġu mmudellati skont il-linji gwida dwar l-immudellar tal-PAS 2050:2011 (BSI 2011) u d-dokument supplimentari PAS2050-1:2012 (BSI 2012) għall-prodotti ortikulturali. PAS 2050:2011 (BSI 2011): “Jistgħu jirriżultaw emissjonijiet kbar ta’ gassijiet serra bħala konsegwenza tat-tibdil fl-użu tal-art. Normalment ma jseħħux assorbimenti bħala riżultat dirett tat-tibdil fl-użu tal-art (u mhux bħala riżultat ta’ prattiki ta’ ġestjoni fit-tul), għalkemm huwa rikonoxxut li dan jista’ jseħħ f’ċirkostanzi speċifiċi. Eżempji ta’ tibdil dirett fl-użu tal-art huma l-konverżjoni ta’ art użata għat-tkabbir tal-għelejjel għall-użu industrijali jew il-konverżjoni minn art forestali għal art tal-għelejjel. Għandhom jiġu inklużi l-forom kollha ta’ tibdil fl-użu tal-art li jirriżultaw f’emissjonijiet jew f’assorbimenti. It-tibdil indirett fl-użu tal-art jirreferi għal tali konverżjonijiet tal-użu tal-art bħala konsegwenza ta’ bidliet fl-użu tal-art xi mkien ieħor. Filwaqt li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jirriżultaw ukoll minn tibdil indirett fl-użu tal-art, il-metodi u r-rekwiżiti tad-data għall-kalkolu ta’ dawn l-emissjonijiet ma humiex żviluppati b’mod sħiħ. Għalhekk, il-valutazzjoni tal-emissjonijiet li jirriżultaw mit-tibdil indirett fl-użu tal-art ma hijiex inkluża.

L-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mit-tibdil dirett fl-użu tal-art għandhom jiġu valutati għal kwalunkwe input għaċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott li joriġina minn dik l-art u għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. L-emissjonijiet li jirriżultaw mill-prodott għandhom jiġu vvalutati abbażi tal-valuri prestabbiliti tat-tibdil fl-użu tal-art ipprovduti fl-Anness C tal-PAS 2050:2011, sakemm ma tkunx disponibbli data aħjar. Għall-pajjiżi u t-tibdil fl-użu tal-art mhux inklużi f’dan l-anness, l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-prodott għandhom jiġu vvalutati bl-użu tal-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra inklużi li jseħħu b’riżultat tat-tibdil dirett fl-użu tal-art f’konformità mat-Taqsimiet rilevanti tal-IPCC (2006). Il-valutazzjoni tal-impatt tat-tibdil fl-użu tal-art għandha tinkludi t-tibdil dirett kollu fl-użu tal-art li jseħħ mhux aktar minn 20 sena, jew perjodu ta’ ħsad wieħed, qabel ma ssir il-valutazzjoni (skont liema jkun l-itwal). L-emissjonijiet u l-assorbimenti totali ta’ gassijiet serra li jirriżultaw mit-tibdil dirett fl-użu tal-art matul il-perjodu għandhom jiġu inklużi fil-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-prodotti li jirriżultaw minn din l-art abbażi ta’ allokazzjoni ugwali għal kull sena tal-perjodu ( 217 ).

1. 

Fejn ikun jista’ jintwera li t-tibdil fl-użu tal-art ikun seħħ aktar minn 20 sena qabel ma titwettaq il-valutazzjoni, ma jenħtieġ li tiġi inkluża l-ebda emissjoni mit-tibdil fl-użu tal-art fil-valutazzjoni.

2. 

Fejn iż-żmien tat-tibdil fl-użu tal-art ma jkunx jista’ jintwera li jkun aktar minn 20 sena, jew perjodu wieħed ta’ ħsad, qabel ma ssir il-valutazzjoni (skont liema jkun l-itwal), għandu jiġi preżunt li t-tibdil fl-użu tal-art ikun seħħ fl-1 ta’ Jannar jew ta’:

1. 

l-aktar sena bikrija li fiha jkun jista’ jintwera li kien seħħ it-tibdil fl-użu tal-art; jew

2. 

fl-1 ta’ Jannar tas-sena li fiha tkun qed titwettaq il-valutazzjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra.

Il-ġerarkija li ġejja għandha tapplika meta jiġu ddeterminati l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mit-tibdil fl-użu tal-art li jseħħ mhux aktar minn 20 sena jew perjodu wieħed ta’ ħsad, qabel ma titwettaq il-valutazzjoni (skont liema jkun l-itwal):

1. 

meta l-pajjiż tal-produzzjoni jkun magħruf u l-użu preċedenti tal-art ikun magħruf, l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mit-tibdil fl-użu tal-art għandhom ikunu dawk li jirriżultaw mit-tibdil fl-użu tal-art mill-użu preċedenti tal-art għall-użu attwali tal-art f’dak il-pajjiż (jistgħu jinstabu linji gwida addizzjonali dwar il-kalkoli fil-PAS 2050-1:2012);

2. 

meta l-pajjiż tal-produzzjoni jkun magħruf, iżda l-użu preċedenti tal-art ma jkunx magħruf, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw mit-tibdil fl-użu tal-art għandhom ikunu l-istima tal-emissjonijiet medji mit-tibdil fl-użu tal-art għal dik l-għalla f’dak il-pajjiż (jistgħu jinstabu linji gwida addizzjonali dwar il-kalkoli fil-PAS 2050-1:2012);

3. 

meta la l-pajjiż tal-produzzjoni u lanqas l-użu preċedenti tal-art ma jkunu magħrufa, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw mit-tibdil fl-użu tal-art għandhom ikunu l-medja ponderata tal-emissjonijiet medji mit-tibdil fl-użu tal-art ta’ dik il-komodità fil-pajjiżi fejn titkabbar.

L-għarfien dwar l-użu preċedenti tal-art jista’ jintwera bl-użu ta’ għadd ta’ sorsi ta’ informazzjoni, bħall-immaġni bis-satellita u d-data minn stħarriġ dwar l-art. Meta ma jkunx hemm rekords disponibbli, jista’ jintuża l-għarfien lokali dwar l-użu preċedenti tal-art. Il-pajjiżi li fihom titkabbar għalla jistgħu jiġu ddeterminati mill-istatistika tal-importazzjoni, u jista’ jiġi applikat limitu ta’ mhux anqas minn 90 % tal-piż tal-importazzjonijiet. Għandhom jiġu rrapportati s-sorsi tad-data, il-post u ż-żmien tat-tibdil fl-użu art assoċjat mal-inputs għall-prodotti.” [tmiem tal-kwotazzjoni mill-PAS 2050:2011]

[Agħżel id-dikjarazzjoni t-tajba]

Il-ħżin tal-karbonju fil-ħamrija għandu jiġi mmudellat, ikkalkulat u rrapportat bħala informazzjoni ambjentali addizzjonali.

[JEW]

Il-ħżin tal-karbonju fil-ħamrija ma għandux jiġi mmudellat, ikkalkulat u rrapportat bħala informazzjoni ambjentali addizzjonali.

[Jekk dan għandu jiġi mmudellat, l-OEFSR għandha tispeċifika liema prova jeħtieġ li tiġi pprovduta u tinkludi r-regoli tal-immudellar.]

Għandha tiġi rrapportata s-somma tat-tliet subkategoriji.

[Jekk it-tibdil fil-klima jintgħażel bħala kategorija tal-impatt rilevanti, l-OEFSR għandha (i) dejjem titlob li t-tibdil fil-klima totali jiġi rrapportat bħala s-somma tat-tliet subindikaturi, u (ii) għas-subindikaturi “Tibdil fil-klima – fossili”, “Tibdil fil-klima – bijoġeniku” u “Tibdil fil-klima - użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art”, titlob rapportar separat għal dawk li jikkontribwixxu aktar minn 5 % kull wieħed għall-punteġġ totali.]

[Agħżel id-dikjarazzjoni t-tajba]

Is-subkategorija “Tibdil fil-klima-bijoġeniku” għandha tiġi rrapportata separatament.

[JEW]

Is-subkategorija “Tibdil fil-klima-bijoġeniku” ma għandhiex tiġi rrapportata separatament.

Is-subkategorija “Tibdil fil-klima-użu tal-art u trasformazzjoni tal-art” għandha tiġi rrapportata separatament.

[JEW]

Is-subkategorija “Tibdil fil-klima-użu tal-art u trasformazzjoni tal-art” ma għandhiex tiġi rrapportata separatament.

B.5.10.    Immudellar ta’ tmiem il-ħajja u tal-kontenut riċiklat

Tmiem il-ħajja tal-prodotti użati matul il-manifattura, id-distribuzzjoni, il-bejgħ bl-imnut, l-istadju tal-użu jew wara l-użu għandu jiġi inkluż fl-immudellar ġenerali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-organizzazzjoni. B’mod ġenerali, dan jenħtieġ li jiġi mmudellat u rrapportat fl-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja fejn iseħħ l-iskart. Din it-Taqsima tipprovdi regoli dwar kif għandu jiġi mmudellat tmiem il-ħajja tal-prodotti kif ukoll il-kontenut riċiklat.

Il-formula tal-impronta ċirkolari (CFF) tintuża biex jiġi mmudellat tmiem il-ħajja tal-prodotti kif ukoll il-kontenut riċiklat u hija kombinazzjoni ta’ “materjal + enerġija + rimi”, jiġifieri:

image

Bil-parametri li ġejjin

A

:

il-fattur ta’ allokazzjoni tal-piżijiet u l-krediti bejn il-fornitur u l-utent tal-materjali riċiklati.

B

:

il-fattur ta’ allokazzjoni tal-proċessi ta’ rkupru tal-enerġija. Dan japplika kemm għall-piżijiet kif ukoll għall-krediti. Dan għandu jiġi ssettjat għal żero għall-istudji kollha dwar l-OEF.

Qsin

:

il-kwalità tal-materjal sekondarju li jidħol, jiġifieri l-kwalità tal-materjal riċiklat fil-punt tas-sostituzzjoni.

Qsout

:

il-kwalità tal-materjal sekondarju li joħroġ, jiġifieri l-kwalità tal-materjal riċiklabbli fil-punt tas-sostituzzjoni.

Qp

:

il-kwalità tal-materjal primarju, jiġifieri l-kwalità tal-materjal verġni.

R1

:

dan huwa l-proporzjon ta’ materjal fl-input għall-produzzjoni li jkun ġie riċiklat minn sistema preċedenti.

R2

:

dan huwa l-proporzjon tal-materjal fil-prodott li se jiġi riċiklat (jew użat mill-ġdid) f’sistema sussegwenti. R2 għalhekk għandu jqis l-ineffiċjenzi fil-proċessi tal-ġbir u tar-riċiklaġġ (jew tal-użu mill-ġdid). R2 għandu jitkejjel fl-output tal-impjant tar-riċiklaġġ.

R3

:

dan huwa l-proporzjon tal-materjal fil-prodott li jintuża għall-irkupru tal-enerġija fl-EoL.

Eriċiklat (Eriċ)

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mill-proċess ta’ riċiklaġġ tal-materjal riċiklat (użat mill-ġdid), inkluż il-proċess tal-ġbir, tas-separazzjoni u tat-trasport.

EriċiklaġġEoL (EriċEoL)

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mill-proċess ta’ riċiklaġġ fl-EoL, inklużi il-proċessi tal-ġbir, tas-separazzjoni u tat-trasport.

Ev

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mill-akkwist u l-ipproċessar minn qabel ta’ materjal verġni.

E*v

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mill-akkwist u l-ipproċessar minn qabel ta’ materjal verġni preżunt li jiġi sostitwit b’materjali riċiklabbli.

EER

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mill-proċess ta’ rkupru tal-enerġija (eż. inċinerazzjoni bl-irkupru tal-enerġija, landfill bl-irkupru tal-enerġija, eċċ.).

ESE,sħana u ESE,elett

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li kienu jirriżultaw mis-sors speċifiku tal-enerġija ssostitwit, mis-sħana u mill-elettriku rispettivament.

ED

:

l-emissjonijiet speċifiċi u r-riżorsi kkunsmati (għal kull unità funzjonali) li jirriżultaw mir-rimi ta’ materjal ta’ skart fl-EoL tal-prodott analizzat, mingħajr l-irkupru tal-enerġija.

XER,sħana u XER,elett

:

l-effiċjenza tal-proċess ta’ rkupru tal-enerġija kemm għas-sħana kif ukoll għall-elettriku.

LHV

:

valur aktar baxx ta’ tisħin tal-materjal fil-prodott li jintuża għall-irkupru tal-enerġija.

[Fit-Taqsimiet rispettivi, il-parametri li ġejjin għandhom jiġu pprovduti fl-OEFSR:

1. 

Il-valuri A kollha li għandhom jintużaw għandhom jiġu elenkati fl-OEFSR, flimkien ma’ referenza għall-metodu tal-OEF u l-parti C tal-Anness IV. F’każ li ma jkunux jistgħu jiġu determinati valuri A speċifiċi mill-OEFSR, l-OEFSR għandha tippreskrivi l-proċedura li ġejja għall-utenti tagħha:

a. 

Fil-Parti C tal-Anness IV jiġi ċċekkjat jekk ikunx disponibbli valur A speċifiku għall-applikazzjoni li jkun adattat għall-OEFSR,

b. 

Jekk ma jkunx disponibbli valur A speċifiku għall-applikazzjoni, għandu jintuża l-valur A speċifiku għall-materjal fil-Parti C tal-Anness IV,

c. 

Jekk ma jkunx disponibbli valur A speċifiku għall-materjal, il-valur A għandu jiġi stabbilit għal 0,5.

2. 

Għandhom jintużaw il-proporzjonijiet kollha tal-kwalità (Qsin, Qsout/Qp).

3. 

Il-valuri R1 prestabbiliti għas-settijiet tad-data prestabbiliti kollha dwar il-materjali (f’każ li ma jkun hemm disponibbli l-ebda valur speċifiku għall-kumpanija), flimkien ma’ referenza għall-metodu tal-OEF u l-parti C tal-Anness IV. Dawn għandhom jiġu stabbiliti għal 0 % meta ma tkun disponibbli l-ebda data speċifika għall-applikazzjoni.

4. 

Il-valuri R2 prestabbiliti li għandhom jintużaw f’każ li ma jkun disponibbli l-ebda valur speċifiku għall-kumpanija, flimkien ma’ referenza għall-metodu tal-OEF u l-parti C tal-Anness IV.

5. 

Għandhom jintużaw is-settijiet tad-data kollha għal Eriċ, EriċEoL, Ev, E*v, EER, ESE,sħana u ESE,elett, ED]

[Il-valuri prestabbiliti għall-parametri kollha għandhom jiġu elenkati f’tabella fit-Taqsima tal-istadju xieraq taċ-ċiklu tal-ħajja. Barra minn hekk, l-OEFSR għandha tiddeskrivi b’mod ċar għal kull parametru jekk ikunu jistgħu jintużaw biss valuri prestabbiliti jew anke data speċifika għall-kumpanija, skont il-ħarsa ġenerali fit-Taqsima A.4.2.7. tal-Anness IV]

Immudellar tal-kontenut riċiklat (jekk applikabbli)

[Jekk ikun applikabbli, għandu jiġi inkluż it-test li ġej:]

Il-parti li ġejja tal-formula tal-impronta ċirkolari tintuża biex jiġi mmudellat il-kontenut riċiklat:

image

Il-valuri R1 applikati għandhom ikunu speċifiċi għall-katina tal-provvista jew prestabbiliti kif ipprovduti fit-tabella ta’ hawn fuq [it-TS għandu jipprovdi tabella], fir-rigward tad-DNM. Valuri speċifiċi għall-materjal ibbażati fuq l-istatistika tas-suq tal-provvista ma humiex aċċettati bħala proxy u għalhekk ma għandhomx jintużaw. Il-valuri R1 applikati għandhom ikunu soġġetti għall-verifika tal-istudju dwar l-OEF.

Meta jintużaw valuri R1 speċifiċi għall-katina tal-provvista għajr 0, hija meħtieġa t-traċċabbiltà tul il-katina kollha tal-provvista. Il-linji gwida li ġejjin għandhom jiġu segwiti meta jintużaw valuri R1 speċifiċi għall-katina tal-provvista:

1. 

L-informazzjoni tal-fornitur (pereżempju permezz tad-dikjarazzjoni tal-konformità jew in-nota tal-konsenja) għandha tinżamm matul l-istadji kollha tal-produzzjoni u tal-konsenja fil-konvertitur;

2. 

Ladarba l-materjal jiġi kkonsenjat lill-konvertitur għall-produzzjoni tal-prodotti finali, il-konvertitur għandu jittratta l-informazzjoni permezz tal-proċeduri amministrattivi regolari tiegħu;

3. 

Il-konvertitur għall-produzzjoni tal-prodotti finali li jiddikjaraw kontenut riċiklat għandu juri permezz tas-sistema ta’ ġestjoni tiegħu l-[%] ta’ materjal ta’ input riċiklat fil-prodott(i) finali rispettiv(i).

4. 

Din id-dimostrazzjoni tal-aħħar għandha tiġi ttrasferita fuq talba lill-utent tal-prodott finali. F’każ li jiġi kkalkulat u rrapportat profil tal-OEF, dan għandu jiġi ddikjarat bħala informazzjoni teknika addizzjonali tal-profil tal-OEF.

5. 

Jistgħu jiġu applikati sistemi ta’ traċċabbiltà li jkunu proprjetà tal-kumpanija sakemm dawn ikopru l-linji gwida ġenerali deskritti hawn fuq.

[Jistgħu jiġu applikati sistemi tal-industrija sakemm dawn ikopru l-linji gwida ġenerali deskritti hawn fuq. F’dak il-każ, it-test ta’ hawn fuq jista’ jiġi sostitwit b’dawk ir-regoli speċifiċi għall-industrija. Jekk le, huma għandhom jiġu ssupplimentati bil-linji gwida ġenerali ta’ hawn fuq.]

[Għall-prodotti intermedji biss:]

Il-profil tal-OEF għandu jiġi kkalkulat u rrapportat bl-użu ta’ A ugwali għal 1 għall-prodott fl-ambitu.

Taħt informazzjoni teknika addizzjonali, għandhom jiġi rrapportati r-riżultati għal applikazzjonijiet/materjali differenti bil-valuri A li ġejjin:

Applikazzjoni/materjal

Valur A li għandu jintuża

B.6.    Stadji taċ-ċiklu tal-ħajja

B.6.1.    Akkwist u pproċessar minn qabel tal-materja prima

[L-OEFSR għandha telenka r-rekwiżiti u s-suppożizzjonijiet tekniċi kollha li għandhom jiġu applikati mill-utent tal-OEFSR. Barra minn hekk, hija għandha telenka l-proċessi kollha li jseħħu f’dan l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja (skont il-mudell tal-RO), skont it-tabella pprovduta hawn taħt (it-trasport f’tabella separata). It-tabella tista’ tiġi adattata mit-TS kif ikun xieraq (eż. billi jiġu inklużi parametri rilevanti tal-formula tal-impronta ċirkolari).]

Tabella B. 14.

Akkwist u pproċessar minn qabel tal-materja prima (l-ittri kapitali jindikaw dawk il-proċessi li huma mistennija li jitmexxew mill-kumpanija)

Isem il-proċess*

Unità tal-kejl (output)

Prestabbilit

UUID

DQR prestabbilita

Proċess l-aktar rilevanti [Iva/Le]

R1

Ammont għal kull FU

Sett tad-data

Sors tas-sett tad-data

(Nodu u stokk tad-data)

P

TiR

GeR

TeR

[Jekk jogħġbok ikteb b’ITTRI KAPITALI l-isem ta’ dawk il-proċessi li huma mistennija li jitmexxew mill-kumpanija]

L-utent tal-OEFSR għandu jirrapporta l-valuri tad-DQR (għal kull kriterju + total) għas-settijiet tad-data kollha użati.

[L-imballaġġ għandu jiġi mmudellat bħala parti mill-istadju tal-akkwist tal-materja prima taċ-ċiklu tal-ħajja.]

[L-OEFSRs li jinkludu l-użu ta’ kartun tax-xorb jew ta’ imballaġġ b’borża fil-kaxxa għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-ammonti ta’ materjali ta’ input (imsejħa wkoll il-lista tal-materjali) u jiddikjaraw li l-imballaġġ għandu jiġi mmudellat billi l-ammonti preskritti tas-settijiet tad-data tal-materjal jiġu kkombinati mas-sett tad-data preskritt tal-konverżjoni.]

[L-OEFSRs li jinkludu imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża minn aggregazzjonijiet operati minn partijiet terzi għandhom jipprovdu rati ta’ użu mill-ġdid prestabbiliti. L-OEFSRs b’aggregazzjonijiet tal-imballaġġ proprjetà tal-kumpanija għandhom jispeċifikaw li r-rata ta’ użu mill-ġdid għandha tiġi kkalkolata bl-użu ta’ data speċifika għall-katina tal-provvista biss. Iż-żewġ approċċi differenti ta’ mmudellar kif ippreżentati fl-Anness III għandhom jintużaw u jiġu kkupjati fl-OEFSR. L-OEFSR għandha tinkludi dan li ġej: “Il-konsum tal-materja prima tal-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża għandu jiġi kkalkolat billi l-piż reali tal-imballaġġ jiġi diviż bir-rata ta’ użu mill-ġdid.”]

[Għall-ingredjenti differenti ttrasportati mill-fornitur għall-fabbrika, l-utent tal-OEFSR jeħtieġ data dwar (i) il-mezz tat-trasport, (ii) id-distanza għal kull mezz tat-trasport, (iii) il-proporzjonijiet ta’ utilizzazzjoni għat-trasport bit-trakkijiet u (iv) l-immudellar tar-ritorn vojt għat-trasport bit-trakkijiet. L-OEFSR għandha tipprovdi data prestabbilita għal din id-data jew titlob din id-data fil-lista ta’ informazzjoni obbligatorja speċifika għall-kumpanija. Għandhom jiġu applikati l-valuri prestabbiliti pprovduti fl-Anness III sakemm ma tkunx disponibbli data speċifika għall-OEFSR.]

Tabella B. 15.

Trasport (l-ittri kapitali jindikaw dawk il-proċessi li huma mistennija li jitmexxew mill-kumpanija)

Isem il-proċess (*1)

Unità tal-kejl (output)

Prestabbilit (għal kull FU)

Sett tad-data prestabbilit

Sors tas-sett tad-data

UUID

DQR prestabbilita

L-aktar rilevanti [Iva/Le]

Distanza

Proporzjon ta’ utilizzazzjoni (*1)

Ritorn vojt

P

TiR

GeR

TeR

(*1)   

L-utent tal-OEFSR għandu dejjem jivverifika l-proporzjon ta’ utilizzazzjoni applikat fis-sett tad-data prestabbilit u jadattah kif meħtieġ.

[Jekk jogħġbok ikteb b’ITTRI KAPITALI l-isem tal-proċessi li huma mistennija li jitmexxew mill-kumpanija.]

[L-OEFSRs li jinkludu imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża għandhom jinkludu dan li ġej: “Ir-rata ta’ użu mill-ġdid taffettwa l-kwantità ta’ trasport li tkun meħtieġa għal kull FU. L-impatt tat-trasport għandu jiġi kkalkulat billi l-impatt tal-vjaġġ f’direzzjoni waħda jiġi diviż bl-għadd ta’ drabi li dan l-imballaġġ jerġa’ jintuża.”]

B.6.2.    Immudellar agrikolu [għandu jiġi inkluż biss jekk applikabbli]

[F’każ li l-produzzjoni agrikola tkun parti mill-ambitu tal-OEFSR, għandu jiġi inkluż it-test li ġej. It-taqsimiet li ma humiex rilevanti jistgħu jitneħħew.]

Trattament ta’ proċessi multifunzjonali: Għandhom jiġu segwiti r-regoli deskritti fil-linji gwida LEAP: “Il-prestazzjoni ambjentali tal-ktajjen tal-provvista tal-għalf għall-annimali (il-paġni 36-43), FAO 2015, disponibbli minn http://www.fao.org/partnerships/leap/publications/en/”.

Użu ta’ data speċifika għat-tip ta’ għelejjel u speċifika għall-pajjiż, ir-reġjun jew il-klima għar-rendiment, għall-użu tal-ilma u tal-art, għat-tibdil fl-użu tal-art, għall-ammont ta’ fertilizzant (artifiċjali u organiku) (ammont N, P) u għall-ammont ta’ pestiċidi (għal kull ingredjent attiv), għal kull ettaru fis-sena, jekk tkun disponibbli.

Id-data dwar il-kultivazzjoni għandha tinġabar fuq perjodu ta’ żmien suffiċjenti biex tipprovdi valutazzjoni medja tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja assoċjat mal-inputs u l-outputs tal-kultivazzjoni li se tikkumpensa għall-fluttwazzjonijiet minħabba d-differenzi staġunali:

1. 

Għall-għelejjel annwali, għandu jintuża perjodu ta’ valutazzjoni ta’ mill-anqas tliet snin (biex jiġu llivellati d-differenzi fir-rendimenti tal-għelejjel relatati mal-fluttwazzjonijiet fil-kundizzjonijiet tat-tkabbir matul is-snin bħall-klima, il-pesti u l-mard, eċċ.). Meta ma tkunx disponibbli data li tkopri perjodu ta’ tliet snin, jiġifieri minħabba l-bidu ta’ sistema ġdida ta’ produzzjoni (eż. serra ġdida, art li tkun għadha kif ġiet ikklerjata, bidla għal għalla oħra), il-valutazzjoni tista’ titwettaq fuq perjodu iqsar, iżda ma għandhiex tkun anqas minn sena. L-għelejjel/il-pjanti mkabbra fis-serer għandhom jitqiesu bħala għelejjel/pjanti annwali, sakemm iċ-ċiklu tal-kultivazzjoni ma jkunx konsiderevolment anqas minn sena u għalla oħra tiġi kkultivata b’mod konsekuttiv f’dik is-sena. It-tadam, il-bżar u għelejjel oħra li jiġu kkultivati u jinħasdu fuq perjodu itwal matul is-sena, huma kkunsidrati bħala għelejjel annwali.

2. 

Għall-pjanti perenni (inklużi l-pjanti sħaħ u l-porzjonijiet li jittieklu tal-pjanti perenni), għandha tiġi preżunta sitwazzjoni ta’ stat kostanti (jiġifieri fejn l-istadji kollha tal-iżvilupp ikunu rappreżentati b’mod proporzjonali fil-perjodu ta’ żmien studjat) u għandu jintuża perjodu ta’ tliet snin biex jiġu stmati l-inputs u l-outputs ( 218 ).

3. 

Meta l-istadji differenti fiċ-ċiklu tal-kultivazzjoni jkunu magħrufa li huma sproporzjonati, għandha ssir korrezzjoni billi jiġu aġġustati ż-żoni tal-għelejjel allokati għal stadji differenti ta’ żvilupp, fi proporzjon maż-żoni tal-għelejjel mistennija fi stat kostanti teoretiku. L-applikazzjoni ta’ tali korrezzjoni għandha tiġi ġġustifikata u rreġistrata. L-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja tal-pjanti u l-għelejjel perenni ma għandux jitwettaq qabel ma s-sistema tal-produzzjoni fil-fatt tagħti output.

4. 

Għall-għelejjel li jitkabbru u jinħasdu f’anqas minn sena (eż. ħass prodott f’xahrejn sa erba’ xhur), għandha tinġabar data fir-rigward tal-perjodu ta’ żmien speċifiku għall-produzzjoni ta’ għalla waħda, minn tal-anqas tliet ċikli konsekuttivi reċenti. Il-kalkolu tal-medja fuq tliet snin jista’ jsir l-aħjar billi l-ewwel tinġabar data annwali u jiġi kkalkolat l-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja għal kull sena u mbagħad tiġi ddeterminata l-medja ta’ tliet snin.

L-emissjonijiet tal-pestiċidi għandhom jiġu mmudellati bħala ingredjenti attivi speċifiċi. Bħala approċċ prestabbilit, il-pestiċidi applikati għall-għelieqi għandhom jiġu mmudellati bħala 90 % emessi fil-kompartiment tal-ħamrija agrikola, 9 % emessi fl-arja u 1 % emessi fl-ilma.

L-emissjonijiet tal-fertilizzanti (u tad-demel) għandhom jiġu differenzjati għal kull tip ta’ fertilizzant u jkopru bħala minimu:

1. 

NH3, fl-arja (mill-applikazzjoni ta’ fertilizzant N)

2. 

N2O, fl-arja (diretti u indiretti) (mill-applikazzjoni ta’ fertilizzant N)

3. 

CO2, fl-arja (mill-applikazzjoni ta’ ġir, urea u komposti tal-urea)

4. 

NO3, fl-ilma mhux speċifikat (lissija mill-applikazzjoni ta’ fertilizzant N)

5. 

PO4, fl-ilma mhux speċifikat jew fl-ilma ħelu (lissija u skol ta’ fosfat solubbli mill-applikazzjoni ta’ fertilizzant P)

6. 

P, fl-ilma mhux speċifikat jew fl-ilma ħelu (partiċelli tal-ħamrija li fihom il-fosfru, mill-applikazzjoni ta’ fertilizzant P).

L-LCI għall-emissjonijiet ta’ P jenħtieġ li jiġi mmudellat bħala l-ammont ta’ P li jiġi emess fl-ilma wara l-iskol u għandu jintuża l-kompartiment tal-emissjonijiet “ilma”. Meta dan l-ammont ma jkunx disponibbli, l-LCI jista’ jiġi mmudellat bħala l-ammont ta’ P applikat fuq l-għalqa agrikola (permezz ta’ demel jew fertilizzanti) u għandu jintuża l-kompartiment tal-emissjonijiet “ħamrija”. F’dan il-każ, l-iskol mill-ħamrija għall-ilma huwa parti mill-metodu tal-valutazzjoni tal-impatt.

L-LCI għall-emissjonijiet N għandu jiġi mmudellat bħala l-ammont ta’ emissjonijiet wara li jħalli l-għalqa (ħamrija) u jispiċċa fil-kompartimenti differenti tal-arja u tal-ilma għal kull ammont ta’ fertilizzanti applikati. L-emissjonijiet ta’ N fil-ħamrija ma għandhomx jiġu mmudellati. L-emissjonijiet tan-nitroġenu għandhom jiġu kkalkulati mill-applikazzjonijiet tan-nitroġenu tal-bidwi fuq l-għalqa u billi jiġu esklużi s-sorsi esterni (eż. id-depożizzjoni tax-xita).

[Għall-fertilizzanti bbażati fuq in-nitroġenu, l-OEFSR għandha tiddeskrivi l-mudell tal-LCI li għandu jintuża. Jenħtieġ li jintużaw il-fatturi ta’ emissjoni tal-Grad 1 tal-IPCC (2006). Jista’ jintuża mudell aktar komprensiv tan-nitroġenu fl-għelieqi mill-OEFSR bil-kundizzjoni li (i) dan ikopri mill-anqas l-emissjonijiet mitluba hawn fuq, (ii) N ikun ibbilanċjat fl-inputs u fl-outputs u (iii) jiġi deskritt b’mod trasparenti.]

Tabella B. 16.

Parametri li għandhom jintużaw meta tiġi mmudellata l-emissjoni tan-nitroġenu fil-ħamrija

Emissjoni

Kompartiment

Valur li għandu jiġi applikat

N2O (fertilizzant sintetiku u demel; diretta u indiretta)

L-arja

0,022 kg N2O/ kg fertilizzant N applikat

NH3 (fertilizzant sintetiku)

L-arja

kg NH3= kg N * FracGASF= 1*0,1* (17/14)= 0,12 kg NH3/ kg fertilizzant N applikat

NH3 (demel)

L-arja

kg NH3= kg N*FracGASF= 1*0,2* (17/14)= 0,24 kg NH3/ kg demel N applikat

NO3- (fertilizzant sintetiku u demel)

L-ilma

kg NO3-= kg N*FracLEACH = 1*0,3*(62/14) = 1,33 kg NO3-/ kg N applikat

Fertilizzanti bbażati fuq il-P

L-ilma

0,05 kg P/ kg P applikat

FracGASF: frazzjoni ta’ fertilizzant sintetiku N applikat għall-ħamrija li tivvolatizza bħala NH3 u NOx. FracLEACH: frazzjoni ta’ fertilizzant sintetiku u demel mitluf minħabba lissija u skol bħala NO3-.

L-emissjonijiet ta’ metalli tqal mill-inputs tal-għelieqi għandhom jiġu mmudellati bħala emissjoni għall-ħamrija u/jew lissija jew erożjoni għall-ilma. L-inventarju għall-ilma għandu jispeċifika l-istat ta’ ossidazzjoni tal-metall (eż., Cr+3, Cr+6). Billi l-għelejjel jassimilaw parti mill-emissjonijiet tal-metalli tqal matul il-kultivazzjoni tagħhom, hija meħtieġa kjarifika dwar kif għandhom jiġu mmudellati l-għelejjel li jaġixxu bħala bir. Għandu jintuża l-approċċ ta’ mmudellar li ġej:

[It-TS għandu jagħżel wieħed miż-żewġ approċċi ta’ mmudellar li għandhom jintużaw]

1. 

Id-destin finali tal-flussi elementari tal-metalli tqal ma jitqiesx aktar fil-limitu tas-sistema: l-inventarju ma jqisx l-emissjonijiet finali tal-metalli tqal u għalhekk ma għandux iqis l-assorbiment tal-metalli tqal mill-għalla. Pereżempju, il-metalli tqal fl-għelejjel agrikoli kkultivati għall-konsum mill-bniedem jispiċċaw fil-pjanta. Fil-kuntest tal-EF, il-konsum mill-bniedem ma jiġix immudellat, id-destin finali ma jiġix immudellat aktar u l-pjanta taġixxi bħala bir tal-metalli tqal. Għalhekk, l-assorbiment tal-metalli tqal mill-għalla ma għandux jiġi mmudellat.

2. 

Id-destin finali (kompartiment tal-emissjonijiet) tal-flussi elementari tal-metalli tqal jitqies fil-limitu tas-sistema: l-inventarju jqis l-emissjonijiet finali (rilaxx) tal-metalli tqal fl-ambjent u għalhekk għandu jqis ukoll l-assorbiment tal-metalli tqal mill-għalla. Pereżempju, il-metalli tqal fl-għelejjel agrikoli kkultivati għall-għalf se jispiċċaw prinċipalment fid-diġestjoni tal-annimali u jintużaw bħala demel lura fl-għelieqi fejn il-metalli jiġu rilaxxati fl-ambjent u l-impatti tagħhom jinqabdu mill-metodi ta’ valutazzjoni tal-impatt. Għalhekk, l-inventarju tal-istadju agrikolu għandu jqis l-assorbiment tal-metalli tqal mill-għalla. Ammont limitat jispiċċa fl-annimal, li jista’ jiġi injorat għas-simplifikazzjoni.

L-emissjonijiet tal-metan mill-kultivazzjoni tar-ross għandhom jiġu inklużi abbażi tar-regoli tal-kalkolu tal-IPCC (2006).

Il-ħamrija tal-pit imnixxfa għandha tinkludi l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju abbażi ta’ mudell li jorbot il-livelli tad-drenaġġ mal-ossidazzjoni annwali tal-karbonju.

Għandhom jiġu inklużi l-attivitajiet li ġejjin [It-TS għandu jagħżel x’għandu jiġi inkluż]:

1. 

L-input ta’ materjal taż-żerriegħa (kg/ettaru)

2. 

L-input ta’ pit fil-ħamrija (kg/ettaru + proporzjon C/N)

3. 

L-input ta’ ġir (kg CaCO3/ettaru, tip)

4. 

L-użu tal-magni (sigħat, tip) (għandu jiġi inkluż jekk ikun hemm livell għoli ta’ mekkanizzazzjoni)

5. 

L-input N mir-residwi tal-għelejjel li jibqgħu fl-għelieqi jew li jinħarqu (kg ta’ residwu + kontenut ta’ N/ettaru)

6. 

Ir-rendiment tal-għelejjel (kg/ettaru)

7. 

It-tnixxif u l-ħżin tal-prodotti

8. 

L-operazzjonijiet fl-għelieqi permezz ta’ …[għandha timtela]

B.6.3.    Manifattura

[L-OEFSR għandha telenka r-rekwiżiti u s-suppożizzjonijiet tekniċi kollha li għandhom jiġu applikati mill-utent tal-OEFSR. Barra minn hekk, hija għandha telenka l-proċessi kollha li jseħħu f’dan l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja, skont it-tabella pprovduta hawn taħt. It-tabella tista’ tiġi adattata mit-TS kif ikun xieraq (eż. billi jiġu inklużi parametri rilevanti tal-formula tal-impronta ċirkolari).]

Tabella B. 17.

Manifattura (l-ittri kapitali jindikaw dawk il-proċessi li huma mistennija li jitmexxew mill-kumpanija)

L-isem tal-proċess

Unità tal-kejl (output)

Ammont prestabbilit għal kull FU

Sett tad-data prestabbilit li għandu jintuża

Sors tas-sett tad-data

(Nodu u stokk tad-data)

UUID

DQR prestabbilita

Proċess l-aktar rilevanti [Iva/Le]

P

TiR

GeR

TeR

[Jekk jogħġbok ikteb b’ITTRI KAPITALI l-isem ta’ dawk il-proċessi li huma mistennija li jitmexxew mill-kumpanija]

L-utent tal-OEFSR għandu jirrapporta l-valuri tad-DQR (għal kull kriterju + total) għas-settijiet tad-data kollha użati.

[L-OEFSRs li jinkludu imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża għandhom iqisu l-enerġija u r-riżorsi addizzjonali użati għat-tindif, għat-tiswija jew għall-mili mill-ġdid.]

L-iskart tal-prodotti użati matul il-manifattura għandu jiġi inkluż fl-immudellar. [Għandhom jiġu deskritti r-rati ta’ telf prestabbiliti għal kull tip ta’ prodott u kif dawn għandhom jiġu inklużi fil-fluss ta’ referenza.]

B.6.4.    Stadju tad-distribuzzjoni [għandu jiġi inkluż jekk applikabbli]

It-trasport mill-fabbrika għall-klijent finali (inkluż it-trasport tal-konsumatur) għandu jiġi mmudellat f’dan l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja. Il-klijent finali huwa definit bħala … [għandha timtela].

F’każ li tkun disponibbli informazzjoni speċifika għall-katina tal-provvista għal parametru tat-trasport wieħed jew diversi, din tista’ tiġi applikata skont il-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data.

[It-TS għandu jipprovdi xenarju prestabbilit tat-trasport fl-OEFSR. F’każ li ma jkun disponibbli l-ebda xenarju prestabbilit tat-trasport speċifiku għall-OEFSR, ix-xenarju tat-trasport ipprovdut fil-metodu tal-OEF għandu jintuża bħala bażi flimkien ma’ (i) għadd ta’ proporzjonijiet speċifiċi għall-OEFSR, (ii) proporzjonijiet ta’ utilizzazzjoni speċifiċi għall-OEFSR għat-trasport bit-trakkijiet, u (iii) fattur ta’ allokazzjoni speċifiku għall-OEFSR għat-trasport tal-konsumatur. Għall-prodotti li jistgħu jerġgħu jintużaw, it-trasport ta’ ritorn mill-bejgħ bl-imnut/DC għall-fabbrika għandu jiżdied fix-xenarju tat-trasport. Għall-prodotti mkessħa jew iffriżati, il-proċessi prestabbiliti tat-trasport bit-trakkijiet/bil-vannijiet jenħtieġ li jinbidlu. L-OEFSR għandha telenka l-proċessi kollha li jseħħu f’xenarju (skont il-mudell tal-RO) bl-użu tat-tabella ta’ hawn taħt. It-tabella tista’ tiġi adattata mit-TS kif ikun xieraq]

Tabella B. 18.

Distribuzzjoni (l-ittri kapitali jindikaw dawk il-proċessi li huma mistennija li jitmexxew mill-kumpanija)

Isem il-proċess*

Unità tal-kejl (output)

Prestabbilit (għal kull FU)

Sett tad-data prestabbilit

Sors tas-sett tad-data

UUID

DQR prestabbilita

L-aktar rilevanti [Iva/Le]

Distanza

Proporzjon ta’ utilizzazzjoni

Ritorn vojt

P

TiR

GeR

TeR

[Jekk jogħġbok ikteb b’ITTRI KAPITALI l-isem ta’ dawk il-proċessi li huma mistennija li jitmexxew mill-kumpanija.]

L-utent tal-OEFSR għandu jirrapporta l-valuri tad-DQR (għal kull kriterju + total) għas-settijiet tad-data kollha użati.

L-iskart tal-prodotti matul id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut għandu jiġi inkluż fl-immudellar. [Għandhom jiġu deskritti r-rati ta’ telf prestabbiliti għal kull tip ta’ prodott u kif dawn għandhom jiġu inklużi fil-fluss ta’ referenza. L-OEFSR għandha ssegwi l-parti F ta’ dan l-Anness f’każ li ma tkun disponibbli l-ebda informazzjoni speċifika għall-OEFSR.]

B.6.5.    Stadju tal-użu [għandu jiġi inkluż jekk applikabbli]

[L-OEFSR għandha tipprovdi deskrizzjoni ċara tal-istadju tal-użu u telenka l-proċessi kollha li jseħħu fih (skont il-mudell tal-RO) skont it-tabella pprovduta hawn taħt. It-tabella tista’ tiġi adattata mit-TS kif ikun xieraq.]

Tabella B. 19.

Stadju tal-użu (l-ittri kapitali jindikaw dawk il-proċessi li huma mistennija li jitmexxew mill-kumpanija)

L-isem tal-proċess*

Unità tal-kejl (output)

Ammont prestabbilit għal kull FU

Sett tad-data prestabbilit li għandu jintuża

Sors tas-sett tad-data

UUID

DQR prestabbilita

Proċess l-aktar rilevanti [Iva/Le]

P

TiR

TeR

GeR

[Jekk jogħġbok ikteb b’ITTRI KAPITALI l-isem ta’ dawk il-proċessi li huma mistennija li jitmexxew mill-kumpanija.]

L-utent tal-OEFSR għandu jirrapporta l-valuri tad-DQR (għal kull kriterju + total) għas-settijiet tad-data kollha użati.

[F’din it-Taqsima, l-OEFSR għandha telenka wkoll ir-rekwiżiti u s-suppożizzjonijiet tekniċi kollha li għandu japplika l-utent tal-OEFSR. L-OEFSR għandha tiddikjara jekk jintużax approċċ delta għal ċerti proċessi. F’każ li jintuża l-approċċ delta, l-OEFSR għandha tiddikjara l-konsum minimu (referenza) li għandu jintuża meta jiġi kkalkolat il-konsum addizzjonali allokat għall-prodott.]

Għall-istadju tal-użu, għandha tintuża t-taħlita tal-grilja tal-konsum. It-taħlita tal-elettriku għandha tirrifletti l-proporzjonijiet tal-bejgħ bejn il-pajjiżi/ir-reġjuni tal-UE. Biex jiġi ddeterminat il-proporzjon, għandha tintuża unità fiżika (eż. l-għadd ta’ biċċiet jew kg ta’ prodott [li għandha tingħażel mit-TS]). Meta ma tkunx disponibbli tali data, għandha tintuża t-taħlita medja tal-konsum tal-UE (UE+EFTA), jew taħlita tal-konsum rappreżentattiva għar-reġjun.

L-iskart tal-prodotti matul l-istadju tal-użu għandu jiġi inkluż fl-immudellar. [Għandhom jiġu deskritti r-rati ta’ telf prestabbiliti għal kull tip ta’ prodott u kif dawn għandhom jiġu inklużi fil-fluss ta’ referenza. L-OEFSR għandha ssegwi l-parti E ta’ dan l-Anness f’każ li ma tkun disponibbli l-ebda informazzjoni speċifika għall-OEFSR.]

B.6.6.    Tmiem il-ħajja [għandu jiġi inkluż jekk applikabbli]

L-istadju ta’ tmiem il-ħajja jibda meta l-prodott fl-ambitu u l-imballaġġ tiegħu jintremew mill-utent u jintemm meta l-prodott jiġi rritornat għan-natura bħala prodott ta’ skart jew jidħol fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott ieħor (jiġifieri bħala input riċiklat). B’mod ġenerali, dan jinkludi l-iskart tal-prodott fl-ambitu, bħall-iskart tal-ikel, u l-imballaġġ primarju.

Skart ieħor (differenti mill-prodott fl-ambitu) iġġenerat matul l-istadju tal-manifattura, tad-distribuzzjoni, tal-bejgħ bl-imnut, tal-użu jew wara l-użu għandu jiġi inkluż fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott u mmudellat fl-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja fejn iseħħ.

[L-OEFSR għandha telenka r-rekwiżiti u s-suppożizzjonijiet tekniċi kollha li għandu japplika l-utent tal-OEFSR. Barra minn hekk, hija għandha telenka l-proċessi kollha li jseħħu f’dan l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja (skont il-mudell tal-RO) skont it-tabella pprovduta hawn taħt. It-tabella tista’ tiġi adattata mit-TS kif ikun xieraq (eż. billi jiġu inklużi parametri rilevanti tal-formula tal-impronta ċirkolari). Jekk jogħġbok innota li t-trasport mill-post tal-ġbir sat-trattament tal-EoL jista’ jiġi inkluż fis-settijiet tad-data dwar il-landfills, l-inċinerazzjoni u r-riċiklaġġ: it-TS għandu jivverifika jekk dan ikunx inkluż fis-settijiet tad-data prestabbiliti pprovduti. Madankollu, jista’ jkun hemm xi każijiet, fejn tkun meħtieġa data prestabbilita addizzjonali dwar it-trasport u għalhekk għandha tiġi inkluża hawnhekk. Il-metodu tal-OEF jipprovdi valuri prestabbiliti li għandhom jintużaw f’każ li ma tkun disponibbli l-ebda data aħjar.]

Tabella B. 20.

Tmiem il-ħajja (l-ittri kapitali jindikaw dawk il-proċessi li huma mistennija li jitmexxew mill-kumpanija)

L-isem tal-proċess*

Unità tal-kejl (output)

Ammont prestabbilit għal kull FU

Sett tad-data prestabbilit li għandu jintuża

Sors tas-sett tad-data

UUID

DQR prestabbilita

Proċess l-aktar rilevanti [Iva/Le]

P

TiR

TeR

GeR

[Jekk jogħġbok ikteb b’ITTRI KAPITALI l-isem ta’ dawk il-proċessi li huma mistennija li jitmexxew mill-kumpanija.]

L-utent tal-OEFSR għandu jirrapporta l-valuri tad-DQR (għal kull kriterju + total) għas-settijiet tad-data kollha użati.

Tmiem il-ħajja għandu jiġi mmudellat bl-użu tal-formula tal-impronta ċirkolari u r-regoli pprovduti fit-Taqsima “Immudellar ta’ tmiem il-ħajja” ta’ din l-OEFSR u fil-metodu tal-OEF, flimkien mal-parametri prestabbiliti elenkati fit-tabella [Numru tat-tabella].

Qabel ma jagħżel il-valur R2 xieraq, l-utent tal-OEFSR għandu jwettaq evalwazzjoni għar-riċiklabbiltà tal-materjal. L-istudju dwar l-OEF għandu jinkludi dikjarazzjoni dwar ir-riċiklabbiltà tal-materjali/prodotti. Id-dikjarazzjoni dwar ir-riċiklabbiltà għandha tiġi pprovduta flimkien ma’ evalwazzjoni għar-riċiklabbiltà li tinkludi evidenza għat-tliet kriterji li ġejjin (kif deskritt fl-EN ISO 14021:2016, it-Taqsima 7.7.4 “Metodoloġija tal-evalwazzjoni”):

1. 

Is-sistemi tal-ġbir, tas-separazzjoni u tal-konsenja għat-trasferiment tal-materjali mis-sors għall-faċilità ta’ riċiklaġġ huma disponibbli b’mod konvenjenti għal proporzjon raġonevoli tax-xerrejja, tax-xerrejja potenzjali u tal-utenti tal-prodott;

2. 

Il-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ huma disponibbli biex jakkomodaw il-materjali miġbura;

3. 

Hemm evidenza disponibbli li l-prodott li għalih tkun qed tiġi ddikjarata r-riċiklabbiltà jkun qed jinġabar u jiġi riċiklat.

Il-punti 1 u 3 jistgħu jiġu ppruvati permezz ta’ statistika dwar ir-riċiklaġġ (speċifika għall-pajjiż) derivata minn assoċjazzjonijiet tal-industrija jew korpi nazzjonali. Tista’ tiġi pprovduta approssimizzazzjoni għall-evidenza fil-punt 3 billi jiġi applikat, pereżempju, id-disinn għall-evalwazzjoni tar-riċiklabbiltà deskritt fl-EN 13430 Riċiklaġġ tal-materjal (l-Annessi A u B) jew linji gwida oħra dwar ir-riċiklabbiltà speċifiċi għas-settur jekk ikunu disponibbli ( 219 ).

Wara l-evalwazzjoni għar-riċiklabbiltà, għandhom jintużaw il-valuri R2 xierqa (speċifiċi għall-katina tal-provvista jew prestabbiliti). Jekk kriterju wieħed ma jiġix issodisfat jew il-linji gwida dwar ir-riċiklabbiltà speċifiċi għas-settur jindikaw riċiklabbiltà limitata, għandu jiġi applikat valur R2 ta’ 0 %.

Għandhom jintużaw valuri R2 speċifiċi għall-kumpanija (imkejla fl-output tal-impjant tar-riċiklaġġ), jekk ikunu disponibbli. Jekk ma jkun disponibbli l-ebda valur speċifiku għall-kumpanija u l-kriterji għall-evalwazzjoni tar-riċiklabbiltà jiġu ssodisfati (ara hawn taħt), għandhom jintużaw valuri R2 speċifiċi għall-applikazzjoni kif elenkat fit-tabella ta’ hawn taħt.

1. 

Jekk ma jkunx disponibbli valur R2 għal pajjiż speċifiku, għandha tintuża l-medja Ewropea.

2. 

Jekk ma jkunx disponibbli valur R2 għal applikazzjoni speċifika, għandhom jintużaw il-valuri R2 tal-materjal (eż. il-medja tal-materjali).

3. 

F’każ li ma jkun hemm l-ebda valur R2 disponibbli, R2 għandu jiġi stabbilit għal 0 jew tista’ tiġi ġġenerata statistika ġdida biex jiġi assenjat valur R2 fis-sitwazzjoni speċifika.

Il-valuri R2 applikati għandhom ikunu soġġetti għall-verifika tal-istudju dwar l-OEF.

[L-OEFSR għandha telenka f’tabella l-parametri kollha li għandhom jintużaw mill-utent biex jimplimenta s-CFF, filwaqt li tiddistingwi bejn dawk li għandhom valur fiss (li għandu jiġi pprovdut fl-istess Tabella; mill-metodu tal-OEF jew speċifiku għall-OEFSR) u dawk li huma speċifiċi għall-istudju dwar l-OEF (eż. R2, eċċ.). Barra minn hekk, l-OEFSR għandha tinkludi regoli addizzjonali tal-immudellar derivati mill-metodu tal-OEF, jekk applikabbli. F’din it-tabella, il-valur B għandu jkun ugwali għal 0 bħala valur prestabbilit]

[L-OEFSRs li jinkludu imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża għandhom jinkludu dan li ġej: “Ir-rata ta’ użu mill-ġdid tiddetermina l-kwantità ta’ materjal tal-imballaġġ (għal kull prodott mibjugħ) li għandu jiġi ttrattat fi tmiem il-ħajja. L-ammont ta’ imballaġġ ittrattat fi tmiem il-ħajja għandu jiġi kkalkulat billi l-piż reali tal-imballaġġ jiġi diviż bl-għadd ta’ drabi li dan l-imballaġġ ikun reġa’ ntuża.”]

B.7.    Riżultati tal-OEF – Il-profil tal-OEF

L-utent tal-OEFSR għandu jikkalkula l-profil tal-OEF tal-prodott tiegħu f’konformità mar-rekwiżiti kollha inklużi f’din l-OEFSR. L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fir-rapport dwar l-OEF:

1. 

l-inventarju sħiħ taċ-ċiklu tal-ħajja;

2. 

ir-riżultati kkaratterizzati f’valuri assoluti, għall-kategoriji kollha tal-impatt (bħala tabella);

3. 

ir-riżultati normalizzati f’valuri assoluti, għall-kategoriji kollha tal-impatt (bħala tabella);

4. 

ir-riżultat ponderat f’valuri assoluti, għall-kategoriji kollha tal-impatt (bħala tabella);

5. 

il-punteġġ globali uniku aggregat f’valuri assoluti.

Flimkien mar-rapport dwar l-OEF, l-utent tal-OEFSR għandu jiżviluppa sett tad-data aggregat konformi mal-EF tal-prodott tiegħu fl-ambitu. Dan is-sett tad-data għandu jkun disponibbli għall- Kummissjoni Ewropea u jista’ jiġi ppubblikat. Il-verżjoni diżaggregata tista’ tibqa’ kunfidenzjali.

B.8.    VERIFIKA

Il-verifika ta’ studju/ rapport dwar l-OEF imwettaq f’konformità ma’ din l-OEFSR għandha ssir skont ir-rekwiżiti ġenerali kollha inklużi fit-Taqsima 9 tal-Anness III, inkluża l-parti A ta’ dan l-Anness u r-rekwiżiti elenkati hawn taħt.

Il-verifikatur(i) għandhom jivverifikaw li l-istudju dwar l-OEF jitwettaq f’konformità ma’ din l-OEFSR.

F’każ li l-politiki li jimplimentaw il-metodu tal-OEF jiddefinixxu rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tal-verifika u l-validazzjoni tal-istudji, ir-rapporti u l-mezzi ta’ komunikazzjoni dwar l-OEF, għandhom jipprevalu r-rekwiżiti fl-imsemmija politiki.

Il-verifikatur għandu jivvalida l-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-informazzjoni kwantitattiva użata fil-kalkolu tal-istudju. Billi dan jista’ jkun intensiv ħafna fir-riżorsi, għandhom jiġu segwiti r-rekwiżiti li ġejjin:

1. 

il-verifikatur għandu jivverifika jekk tkunx intużat il-verżjoni korretta tal-metodi kollha ta’ valutazzjoni tal-impatt. Għal kull waħda mill-kategoriji tal-impatt (ICs) tal-EF l-aktar rilevanti, għandhom jiġu vverifikati mill-inqas 50 % tal-fatturi ta’ karatterizzazzjoni, filwaqt li għandhom jiġu vverifikati l-fatturi kollha ta’ normalizzazzjoni u ta’ ponderazzjoni tal-ICs kollha. B’mod partikolari, il-verifikatur għandu jivverifika li l-fatturi ta’ karatterizzazzjoni jikkorrispondu ma’ dawk inklużi fil-metodu ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-EF li l-istudju jiddikjara l-konformità magħhom ( 220 ). Dan jista’ jsir ukoll indirettament, pereżempju:

2. 

Is-settijiet tad-data konformi mal-EF jiġu esportati mis-software tal-LCA użat biex isir l-istudju dwar l-OEF u jiġu eżegwiti f’Look@LCI ( 221 ) biex jinkisbu r-riżultati tal-LCIA. Jekk ir-riżultati ta’ Look@LCI ikunu fi ħdan devjazzjoni ta’ 1 % mir-riżultati fis-software tal-LCA, il-verifikatur jista’ jassumi li l-implimentazzjoni tal-fatturi ta’ karatterizzazzjoni fis-software użat biex isir l-istudju dwar l-OEF kienet korretta.

3. 

Ir-riżultati tal-LCIA tal-proċessi l-aktar rilevanti kkalkulati bis-software użat biex isir l-istudju dwar l-OEF jitqabblu ma’ dawk disponibbli fil-metadata tas-sett tad-data oriġinali. Jekk ir-riżultati mqabbla jkunu fi ħdan devjazzjoni ta’ 1 %, il-verifikatur jista’ jassumi li l-implimentazzjoni tal-fatturi ta’ karatterizzazzjoni fis-software użat biex isir l-istudju dwar l-OEF kienet korretta.

4. 

il-limitu applikat (jekk ikun hemm) jissodisfa r-rekwiżiti fit-Taqsima 4.6.4 tal-Anness III.

5. 

is-settijiet tad-data kollha użati għandhom jiġu verifikati skont ir-rekwiżiti tad-data (it-Taqsimiet 4.6.3 u 4.6.5. tal-Anness III).

6. 

Għal mill-anqas 80 % (fl-għadd) tal-proċessi l-aktar rilevanti (kif definiti fit-Taqsima 6.3.3 tal-Anness III), il-verifikatur għandu jivvalida d-data dwar l-attivitajiet relatata kollha u s-settijiet tad-data użati biex jiġu mmudellati dawn il-proċessi. Jekk ikun rilevanti, il-parametri tas-CFF u s-settijiet tad-data użati għall-immudellar tagħhom għandhom jiġu vvalidati wkoll bl-istess mod. Il-verifikatur għandu jivverifika li l-proċessi l-aktar rilevanti jkunu identifikati kif speċifikat fit-Taqsima 6.3.3 tal-Anness III;

7. 

Għal mill-anqas 30 % (fl-għadd) tal-proċessi l-oħra kollha (li jikkorrispondu għal 20 % tal-proċessi kif definiti fit-Taqsima 6.3.3 tal-Anness III), il-verifikatur għandu jivvalida d-data dwar l-attivitajiet relatata kollha u s-settijiet tad-data użati biex jiġu mmudellati dawn il-proċessi. Jekk ikun rilevanti, il-parametri tas-CFF u s-settijiet tad-data użati għall-immudellar tagħhom għandhom jiġu validati wkoll bl-istess mod;

8. 

Il-verifikatur għandu jivverifika li s-settijiet tad-data jiġu implimentati b’mod korrett fis-software (jiġifieri r-riżultati tal-LCIA tas-sett tad-data fis-software jkunu fi ħdan devjazzjoni ta’ 1 % minn dawk fil-metadata). Għandhom jiġu vverifikati mill-anqas 50 % (fl-għadd) tas-settijiet tad-data użati biex jiġu mmudellati l-proċessi l-aktar rilevanti u 10 % ta’ dawk użati għall-immudellar ta’ proċessi oħra.

B’mod partikolari, il-verifikatur għandu jivverifika jekk id-DQR tal-proċess tissodisfax id-DQR minima kif speċifikat fid-DNM għall-proċessi magħżula.

Dawn il-kontrolli tad-data għandhom jinkludu, iżda jenħtieġ li ma jkunux limitati għal, id-data dwar l-attivitajiet użata, l-għażla tas-sottoproċessi sekondarji, l-għażla tal-flussi elementari diretti u l-parametri tas-CFF. Pereżempju, jekk ikun hemm 5 proċessi u kull wieħed minnhom jinkludi 5 data dwar l-attivitajiet, 5 settijiet tad-data sekondarji u 10 parametri tas-CFF, f’dak il-każ il-verifikatur irid jivverifika mill-anqas 4 minn 5 proċessi (70 %) u, għal kull proċess, huwa għandu jivverifika mill-anqas 4 data dwar l-attivitajiet (70 % tal-ammont totali tad-data dwar l-attivitajiet), 4 settijiet tad-data sekondarji (70 % tal-ammont totali ta’ settijiet tad-data sekondarji), u 7 parametri tas-CFF (70 % tal-ammont totali tal-parametri tas-CFF), jiġifieri s-70 % ta’ kull data li tista’ tkun soġġetta għal verifika.

Il-verifika tar-rapport dwar l-OEF għandha titwettaq billi tiġi vverifikata b’mod aleatorju biżżejjed informazzjoni biex jiġi pprovdut aċċertament raġonevoli li r-rapport dwar l-OEF jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha elenkati fit-Taqsima 8 tal-Anness III, inkluża l-parti A ta’ dan l-Anness.

[L-OEFSR tista’ tispeċifika rekwiżiti addizzjonali għall-verifika li jenħtieġ li jiżdiedu mar-rekwiżiti minimi ddikjarati f’dan id-dokument].

Referenzi

[Elenka r-referenzi użati fl-OEFSR.]

Annessi
ANNESS B1 – Lista ta’ fatturi ta’ normalizzazzjoni u ta’ ponderazzjoni tal-EF
Il-fatturi ta’ normalizzazzjoni globali huma applikati fi ħdan l-EF. Il-fatturi ta’ normalizzazzjoni bħala l-impatt globali għal kull persuna jintużaw fil-kalkoli tal-EF.
[It-TS għandu jipprovdi l-lista ta’ fatturi ta’ normalizzazzjoni u ta’ ponderazzjoni li għandu japplika l-utent tal-OEFSR. Il-fatturi ta’ normalizzazzjoni u ta’ ponderazzjoni huma disponibbli minn: http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml ( 222 )]
ANNESS B2 – Mudell ta’ studju dwar l-OEF
[L-OEFSR għandha tipprovdi bħala anness lista ta’ kontroll li telenka l-elementi kollha li għandhom jiġu inklużi fl-istudji dwar l-OEF, billi tuża l-mudell ta’ studju dwar l-OEF disponibbli bħala l-parti E ta’ dan l-Anness ta’ dan id-dokument. L-elementi diġà inklużi huma obbligatorji għal kull OEFSR. Barra minn hekk, kull segretarjat tekniku jista’ jiddeċiedi li jżid punti addizzjonali mal-mudell.]
ANNESS B3 – Rapporti ta’ rieżami tal-OEFSR u tal-OEF-RO
[Daħħal hawnhekk ir-rapporti kritiċi tal-bord ta’ rieżami tal-OEFSR u tal-OEF-RO, inklużi s-sejbiet kollha tal-proċess ta’ rieżami u l-azzjonijiet meħuda mis-segretarjat tekniku biex iwieġeb għall-kummenti tar-rieżaminaturi.]
ANNESS B4 – Annessi oħra
[It-TS jista’ jiddeċiedi li jżid Annessi oħra li jkunu kkunsidrati bħala importanti. Bħal, eżempju dwar l-applikazzjoni tal-kalkoli tad-DNM jew tad-DQR, u spjegazzjonijiet dwar id-deċiżjonijiet li jittieħdu matul l-iżvilupp tal-OEFSR.].

PARTI C

LISTA TA’ PARAMETRI PRESTABBILITI TAS-CFF

Il-Parti C tal-Anness IV hija disponibbli minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml.

Il-lista ta’ valuri fil-parti C tal-Anness IV tiġi rieżaminata u aġġornata perjodikament mill-Kummissjoni Ewropea; l-utenti tal-metodu tal-OEF huma mistiedna jivverifikaw u jużaw l-aktar valuri aġġornati pprovduti fl-Anness.

PARTI D

DATA PRESTABBILITA GĦALL-IMMUDELLAR TAL-ISTADJU TAL-UŻU

It-tabelli li ġejjin għandhom jintużaw fl-istudji dwar l-OEF u meta jiġu żviluppati l-OEFSRs sakemm ma tkunx disponibbli data aħjar. Id-data pprovduta hija bbażata fuq suppożizzjonijiet, ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor.

Prodott

Suppożizzjonijiet tal-istadju tal-użu għal kull kategorija ta’ prodott

Laħam, ħut, bajd

Ħżin imkessaħ. Tisjir: 10 minuti f’taġen tal-qali (75 % fuq il-gass u 25 % elettriku), 5 grammi żejt tal-ġirasol (inkluż iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu) għal kull kg ta’ prodott. Ħasil tat-taġen tal-qali.

Ħalib

Ħżin imkessaħ, jinxtorob kiesaħ f’tazza ta’ 200 ml (jiġifieri 5 tazzi għal kull L ħalib), inkluż iċ-ċiklu tal-ħajja tal-ħġieġ u l-ħasil tal-platti.

Għaġin

Għal kull kg ta’ għaġin imsajjar fil-borma b’10 kg ilma, 10 min jagħli (75 % fuq il-gass u 25 % elettriku). Fażi tat-togħlija: 0,18 kWh għal kull kg ta’ ilma, Fażi tat-tisjir: 0,05 kWh għal kull minuta ta’ tisjir.

Ikliet iffriżati

Ħżin iffriżat. Imsajjar fil-forn għal 15-il minuta f’temperatura ta’ 200°C (inkluża frazzjoni ta’ forn, frazzjoni ta’ folja tal-ħami). Tlaħliħ tal-folja tal-ħami: 5 L ilma.

Kafè mixwi u mitħun

7 g kafè mixwi u mitħun għal kull kikkra

Preparazzjoni tal-kafè bil-filtru f’magna tal-kafè bil-filtru: produzzjoni u tmiem il-ħajja tal-magna (1,2 kg, 4 380 użu, b’2 kikkri/użu), filtru tal-karta (2 g/użu), konsum tal-elettriku (33 Wh/kikkra) u konsum tal-ilma (120 ml/kikkra).

Tlaħliħ/ħasil tal-magna: 1 L ilma kiesaħ għal kull użu, 2 L ilma sħun għal kull 7 użi, ħasil tad-decanter (kull 7 użi)

Produzzjoni u tmiem il-ħajja u ħasil tal-kikkra (mug)

Sors: ibbażat fuq il-PEFCR għall-Kafè (abbozz mill-1 ta’ Frar, 2015 (1))

Birra

Tkessiħ, tinxtorob f’tazza ta’ 33 cl (jiġifieri 3 tazzi għal kull L ta’ birra), produzzjoni, tmiem il-ħajja u ħasil tat-tazza. Ara wkoll il-PEFCR tal-birra (2).

Ilma bbottiljat

Ħżin imkessaħ. Durata tal-ħżin: jum wieħed. 2,7 tazzi għal kull L ta’ ilma li jinxtorob, produzzjoni, tmiem il-ħajja u ħasil ta’ tazza ta’ 260 gramma.

Ikel għall-annimali domestiċi

Produzzjoni, tmiem il-ħajja u ħasil tad-dixx tal-ikel għall-annimali domestiċi

Goldfish

Elettriku u użu tal-ilma u trattament għall-akkwarju (43 kWh u 468 L fis-sena). Produzzjoni tal-għalf għall-goldfish (1 g/jum, jekk wieħed jassumi 50 % ikel tal-ħut, 50 % ikel tal-fażola tas-sojja). It-tul tal-ħajja tal-goldfish huwa preżunt li huwa ta’ 7,5 snin.

T-shirt

Magna tal-ħasil, użu ta’ tumble dryer u mogħdija. 52 ħasla f’temperatura ta’ 41 grad, 5,2 tnixxif bit-tumble dryer (10 %) u 30 darba mogħdija għal kull T-shirt.

Magna tal-ħasil: 70 kg, 50 % azzar, 35 % plastik, 5 % ħġieġ, 5 % aluminju, 4 % ram, 1 % elettronika, 1 560 ċiklu (=tagħbijiet) tul il-ħajja tagħha. 179 kWh u 8 700 L ilma għal 220 ċiklu b’tagħbija ta’ 8 kg (ibbażat fuq http://www.bosch-home.com/ch/fr/produits/laver-et-s%C3%A9cher/lave-linge/WAQ28320FF.html?source=browse) li jiġi 0,81 kWh u 39,5 L/ċiklu, kif ukoll 70 ml ta’ deterġent/ċiklu tal-ħasil tal-ħwejjeġ.

Tumble dryer: 56 kg, huma preżunti l-istess sehem ta’ kompożizzjoni u tul ta’ ħajja bħall-magna tal-ħasil. 2,07 kWh/ċiklu għal tagħbija ta’ 8 kg ħwejjeġ.

Żebgħa

Produzzjoni tal-pinzell taż-żebgħa, sandpaper, ... (ara l-PEFCR taż-żebgħa dekorattiva (3) ).

Telefon ċellulari

2 kWh/sena għaċ-ċarġ, tul tal-ħajja ta’ sentejn.

Deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ

Użu ta’ magna tal-ħasil (ara d-data tat-T-shirt għall-mudell tal-magna tal-ħasil). 70 ml deterġent tal-ħasil tal-ħwejjeġ preżunt għal kull ċiklu, jiġifieri, 14-il ċiklu għal kull kg ta’ deterġent.

Żejt tal-karozzi

Telf ta’ 10 % waqt l-użu vvalutat bħala emissjonijiet ta’ idrokarburi fl-ilma.

(1)   

https://webgate.ec.europa.eu/fpfis/wikis/display/EUENVFP/OEFSR+Pilot%3A+Coffee hija meħtieġa r-reġistrazzjoni tal-ECAS għall-aċċess tas-sit web

(2)   

http://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/pdf/Beer%20OEFSR%20June%202018%20final.pdf

(3)   

http://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/documents/PEFFCR_decorative_paints.pdf

Suppożizzjonijiet prestabbiliti għall-ħżin (dejjem ibbażati fuq suppożizzjonijiet, ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor).

Prodott

Suppożizzjonijiet komuni għal diversi kategoriji ta’ prodotti

Ħżin ambjentali (fid-dar)

Il-ħżin ambjentali fid-dar jitqies, għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, bħala li ma għandu l-ebda impatt.

Ħżin imkessaħ (fi friġġ, id-dar)

Ħin tal-ħżin: jiddependi mill-prodott. B’mod prestabbilit, 7 ijiem ħżin fil-friġġ (ANIA u ADEME 2012 (1) ).

Volum tal-ħżin: preżunt li huwa 3x il-volum reali tal-prodott

Konsum tal-enerġija: 0,0037 kWh/L (jiġifieri, “il-volum tal-ħżin”) - jum (ANIA u ADEME 2012).

Produzzjoni u tmiem il-ħajja tal-friġġ ikkunsidrati (jekk wieħed jassumi ħajja ta’ 15-il sena).

Ħżin imkessaħ (fil-pub/ristorant)

Il-friġġ fil-pub hija preżunta li tikkonsma 1 400 kWh/sena (espert tat-tkessiħ ekoloġiku tal-Heineken, 2015). 100 % ta’ dan il-konsum tal-enerġija huwa preżunt li huwa għat-tkessiħ tal-birra. It-throughput tal-friġġ huwa preżunt li huwa 40hl/sena. Dan ifisser 0,035 kWh/ l għat-tkessiħ fil-pubs / supermarkets għall-ħin kollu tal-ħżin.

Produzzjoni u tmiem il-ħajja tal-friġġ ikkunsidrati (jekk wieħed jassumi ħajja ta’ 15-il sena).

Ħżin iffriżat (fi friża, id-dar)

Ħin tal-ħżin: 30 jum fil-friża (ibbażat fuq ANIA u ADEME 2012).

Volum tal-ħżin: preżunt li huwa 2x il-volum reali tal-prodott.

Konsum tal-enerġija: 0,0049 kWh/L (jiġifieri, “il-volum tal-ħżin”) - jum (ANIA u ADEME 2012).

Produzzjoni u tmiem il-ħajja tal-friża kkunsidrati (jekk wieħed jassumi ħajja ta’ 15-il sena): preżunti simili għall-friġġ.

Tisjir (id-dar)

Tisjir: Użu ta’ 1 kWh/siegħa (derivat mill-konsum għall-forn tal-induzzjoni (0,588 kWh/siegħa), għall-forn taċ-ċeramika (0,999 kWh/siegħa) u għall-forn tal-elettriku (1,161 kWh/siegħa) kollha minn (ANIA u ADEME 2012).

Ħami fil-forn: elettriku kkunsidrat: 1,23 kWh/h (ANIA u ADEME 2012).

Ħasil tal-platti (id-dar)

Użu tal-magna tal-ħasil tal-platti: 15 L ilma, 10 g sapun u 1,2 kWh għal kull ċiklu ta’ ħasil (Kaenzig u Jolliet 2006).

Produzzjoni u tmiem il-ħajja tal-magna tal-ħasil tal-platti kkunsidrati (jekk wieħed jassumi 1 500 ċiklu għal kull ħajja).

Meta l-ħasil tal-platti jsir bl-idejn, wieħed jassumi ekwivalenti ta’ 0,5 L ta’ ilma u 1 g ta’ sapun għall-valur ’il fuq minn 2,5 % (bi skalar f’termini ta’ użu tal-ilma u ta’ sapun, bl-użu tal-% ta’ hawn fuq). L-ilma huwa preżunt li jissaħħan bil-gass naturali, meta jitqies delta T ta’ 40 °C u effiċjenza tal-enerġija mit-tisħin tal-gass naturali għas-sħana tal-ilma ta’ 1/1,25 (jiġifieri li biex jissaħħan 0,5 L ta’ ilma wieħed jeħtieġ li juża 1,25 * 0,5 * 4 186 * 40 = 0,1 MJ ta’ “Sħana, gass naturali, fil-bojler”).

(1)   

ANIA u ADEME. (2012). Projet de référentiel transversal d’évaluation de l’impact environnemental des produits alimentaires (prinċipalment l-annexe 4) (« GT1 »), 23/04/12.

PARTI E

MUDELL TAR-RAPPORT DWAR L-OEF

Din il-parti tal-Anness tippreżenta l-mudell tar-rapport dwar l-OEF li għandu jiġi applikat għat-tipi kollha ta’ studji dwar l-OEF (eż. inklużi l-OEF-RO jew l-istudji ta’ sostenn tal-OEFSRs). Il-mudell jippreżenta l-istruttura obbligatorja tar-rapport li għandha tiġi segwita u l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata bħala lista mhux eżawrjenti. L-elementi kollha li jeħtieġ li jiġu rrapportati bil-metodu tal-OEF għandhom jiġu inklużi, anki jekk ma jissemmewx b’mod espliċitu f’dan il-mudell.

L-impronta ambjentali tal-organizzazzjonijiet

Rapport

[Daħħal l-isem tal-organizzazzjoni hawnhekk]

Werrej

Akronimi

[Elenka f’din it-Taqsima l-akronimi kollha użati fl-istudju dwar l-OEF. Dawk li diġà huma inklużi fl-aħħar verżjoni tal-metodu tal-OEF għandhom jiġu kkupjati fil-forma oriġinali tagħhom. L-akronimi għandhom jiġu pprovduti f’ordni alfabetiku.]

Definizzjonijiet

[Elenka f’din it-Taqsima d-definizzjonijiet kollha li huma rilevanti għall-istudju dwar l-OEF. Dawk li diġà huma inklużi fl-aħħar verżjoni tal-metodu tal-OEF għandhom jiġu kkupjati fil-forma oriġinali tagħhom. Id-definizzjonijiet għandhom jiġu pprovduti f’ordni alfabetiku.]

E.1    Sommarju

[Is-sommarju għandu jinkludi bħala minimu l-elementi li ġejjin:

1. 

L-għan u l-ambitu tal-istudju, inklużi l-limitazzjonijiet u s-suppożizzjonijiet rilevanti;

2. 

Deskrizzjoni qasira tal-limitu tas-sistema;

3. 

Dikjarazzjonijiet rilevanti dwar il-kwalità tad-data,

4. 

Ir-riżultati ewlenin tal-LCIA: dawn għandhom jiġu ppreżentati billi jintwerew ir-riżultati tal-kategoriji kollha tal-impatt tal-EF (ikkaratterizzati, normalizzati, ponderati);

5. 

Deskrizzjoni ta’ dak li nkiseb mill-istudju, kwalunkwe rakkomandazzjoni magħmula u l-konklużjonijiet misluta;

Sa fejn ikun possibbli, is-sommarju jenħtieġ li jinkiteb maħsub għal udjenza mhux teknika u jenħtieġ li ma jkunx itwal minn 3-4 paġni.]

E.2.    Ġenerali

[L-informazzjoni ta’ hawn taħt idealment jenħtieġ li titqiegħed fuq il-paġna ta’ quddiem tal-istudju:

1. 

L-isem tal-organizzazzjoni

2. 

Il-portafoll tal-prodotti,

3. 

Il-kodiċijiet NACE,

4. 

Il-preżentazzjoni tal-kumpanija (isem, post ġeografiku),

5. 

Id-data tal-pubblikazzjoni tal-istudju dwar l-OEF (id-data għandha tinkiteb f’format estiż, pereżempju l-25 ta’ Ġunju 2015, biex tiġi evitata l-konfużjoni fuq il-format tad-data),

6. 

Il-validità ġeografika tal-istudju dwar l-OEF (il-pajjiżi fejn il-portafoll tal-prodotti jiġi prodott/ikkunsmat/mibjugħ),

7. 

Il-konformità mal-metodu tal-OEF,

8. 

Il-konformità ma’ dokumenti oħra, minbarra l-metodu tal-OEF,

9. 

L-isem u l-affiljazzjoni tal-verifikatur(i)]

E.3.    Għan tal-istudju

[L-elementi obbligatorji tar-rappurtar jinkludu, bħala minimu:

1. 

L-applikazzjoni(jiet) maħsuba;

2. 

Il-limitazzjonijiet metodoloġiċi;

3. 

Ir-raġunijiet għat-twettiq tal-istudju;

4. 

L-udjenza fil-mira;

5. 

Il-kummissjonant tal-istudju;

6. 

L-identifikazzjoni tal-verifikatur]

E.4.    Ambitu tal-istudju

[L-ambitu tal-istudju għandu jidentifika s-sistema analizzata fid-dettall u jindirizza l-approċċ ġenerali użat biex jiġu stabbiliti: i) L-unità tar-rapportar u l-portafoll tal-prodotti, ii) il-limitu tas-sistema (inkluża l-identifikazzjoni tal-limitu organizzazzjonali u tal-OEF), iii) il-lista tal-kategoriji tal-impatt tal-EF, iv) informazzjoni addizzjonali (ambjentali u teknika) iv) is-suppożizzjonijiet u l-limitazzjonijiet.]

E.4.1.    L-unità funzjonali/iddikjarata u l-fluss ta’ referenza

[Ipprovdi l-Unità tar-rapportar, li tiddefinixxi l-organizzazzjoni u l-portafoll tal-prodotti (PP):

Definizzjoni tal-organizzazzjoni:

L-isem tal-organizzazzjoni
It-tipi ta’ oġġetti/servizzi li tipproduċi l-organizzazzjoni (jiġifieri s-settur);
Il-postijiet tal-operat (eż. il-pajjiżi, l-ibliet)

Definizzjoni tal-portafoll tal-prodotti:

L-oġġett(i)/servizz(i) provdut(i): “xiex”;
Il-firxa tal-oġġett jew tas-servizz: “kemm”;
Il-livell mistenni ta’ kwalità: “kemm hija tajba”;
Id-durata/il-ħajja tal-oġġett(i)/servizz(i)t: “għalkemm żmien”;

Is-sena ta’ referenza;

L-intervall tar-rapportar.]

E.4.2.    Limitu tas-sistema

[Din it-Taqsima għandha tinkludi bħala minimu:

1. 

L-identifikazzjoni u d-deskrizzjoni ta’ i) il-limitu organizzazzjonali u ii) il-limitu tal-OEF;

2. 

Lista tal-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja attribwibbli (jekk applikabbli) li huma parti mil-limitu tas-sistema. F’każ li l-isem tal-istadji prestabbiliti taċ-ċiklu tal-ħajja jkun inbidel, l-utent għandu jispeċifika għal liema stadju prestabbilit taċ-ċiklu tal-ħajja jikkorrispondi. Jiġi dokumentat u ġġustifikat jekk l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja ġewx maqsuma u/jew żdidux oħrajn ġodda.

3. 

Il-proċessi ewlenin koperti, jekk applikabbli, b’referenza għal kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja (id-dettalji jinsabu fit-Taqsima A.5 tal-LCI). Il-prodotti mhux inklużi fil-PP u l-flussi tal-iskart ta’ mill-anqas is-sistema ewlenija għandhom jiġu identifikati b’mod ċar. .

4. 

Ir-raġuni għal kwalunkwe esklużjoni u s-sinifikat potenzjali tagħha.

5. 

Dijagramma tal-limiti tas-sistema bil-proċessi li huma inklużi u dawk esklużi, tissottolinja dawk l-attivitajiet li jaqgħu rispettivament taħt is-sitwazzjoni 1, 2, u 3 tal-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data, u tissottolinja fejn tintuża data speċifika għall-kumpanija.]

E.4.3.    Kategoriji tal-impatt tal-Impronta Ambjentali

[Ipprovdi tabella bil-lista tal-kategoriji tal-impatt tal-EF, l-unitajiet, u l-pakkett ta’ referenza tal-EF użati (ara http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml għal aktar dettalji).

Għat-tibdil fil-klima, speċifika jekk ir-riżultati tat-tliet subindikaturi humiex irrappurtati separatament fit-Taqsima tar-riżultati.]

E.4.4.    Informazzjoni addizzjonali

[Iddeskrivi kwalunkwe informazzjoni ambjentali addizzjonali u informazzjoni teknika addizzjonali inkluża fl-istudju dwar l-OEF. Ipprovdi r-referenzi u r-regoli eżatti tal-kalkoli adottati.

Spjega jekk il-bijodiversità hijiex rilevanti/ma hijiex rilevanti għall-prodott fl-ambitu.

E.4.5.    Suppożizzjonijiet u limitazzjonijiet

[Iddeskrivi l-limitazzjonijiet u s-suppożizzjonijiet kollha. Ipprovdi lista ta’ lakuni fid-data, jekk ikun hemm, u l-mod li bih imtlew dawn il-lakuni. Ipprovdi lista tas-settijiet tad-data proxy użati.]

E.5.    Analiżi tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja

[Din it-Taqsima għandha tiddeskrivi l-kompilazzjoni tal-LCI u tinkludi:

1. 

L-istadju tal-iskrinjar, jekk jitwettaq,

2. 

Lista u deskrizzjoni tal-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja (jekk applikabbli),

3. 

Deskrizzjoni tal-għażliet tal-immudellar,

4. 

Deskrizzjoni tal-approċċi ta’ allokazzjoni applikati,

5. 

Deskrizzjoni u dokumentazzjoni tad-data użata u tas-sorsi,

6. 

Rekwiżiti u klassifikazzjoni tal-kwalità tad-data]

E.5.1.    Stadju tal-iskrinjar [jekk applikabbli]

[Ipprovdi deskrizzjoni tal-istadju tal-iskrinjar, inkluża informazzjoni rilevanti dwar il-ġbir tad-data, id-data użata (eż. lista ta’ settijiet tad-data sekondarji, data dwar l-attivitajiet, flussi elementari diretti), il-limitu, u r-riżultati tal-fażi tal-valutazzjoni tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja.

Iddokumenta s-sejbiet ewlenin u kwalunkwe rfinar tas-settings inizjali tal-ambitu (jekk ikun hemm).]

E.5.2.    Għażliet tal-immudellar

[Iddeskrivi l-għażliet kollha tal-immudellar għall-aspetti applikabbli elenkati hawn taħt (jistgħu jiżdiedu aktar, fejn ikun rilevanti):

1. 

Il-produzzjoni agrikola (l-istudji dwar l-OEF li għandhom l-immudellar agrikolu fl-ambitu tagħhom u li ttestjaw l-approċċ alternattiv deskritt fit-Taqsima 4.4.1.5 u fit-Tabella 4 tal-Anness III, għandhom jirrapportaw ir-riżultati f’Anness tar-rapport dwar l-OEF);

2. 

It-trasport u l-loġistika: id-data kollha użata għandha tiġi pprovduta fir-rapport (eż. id-distanza tat-trasport, it-tagħbija utli, ir-rata ta’ użu mill-ġdid għall-imballaġġ, eċċ.). Jekk ma ntużawx xenarji prestabbiliti fl-immudellar, ipprovdi dokumentazzjoni tad-data speċifika kollha użata;

3. 

L-oġġetti kapitali: jekk jiġu inklużi oġġetti kapitali, ir-rapport dwar l-OEF għandu jinkludi spjegazzjoni ċara u estensiva, li tirrapporta s-suppożizzjonijiet kollha li jkunu saru;

4. 

Il-ħżin u bejgħ bl-imnut;

5. 

L-istadju tal-użu: Il-proċessi dipendenti mill-prodott għandhom jiġu inklużi fil-limitu tas-sistema tal-istudju dwar l-OEF. Il-proċessi indipendenti mill-prodott għandhom jiġu esklużi mil-limitu tas-sistema u tista’ tiġi pprovduta informazzjoni kwalitattiva, ara t-Taqsima 4.4.7 tal-Anness III. Iddeskrivi l-approċċ meħud biex jiġi mmudellat l-istadju tal-użu (approċċ ibbażat fuq il-funzjoni ewlenija jew approċċ delta);

6. 

L-immudellar ta’ tmiem il-ħajja, inklużi l-valuri tal-parametri tal-formula tal-impronta ċirkolari (A, B, R1, R2, Qs/Qp, R3, LHV, XER,sħana, XER,elett), il-lista tal-proċessi u tas-settijiet tad-data użati (Ev, Eriċ, EriċEoL, E*v, Ed, EEr, ESE,sħana, ESE,elett) b’referenza għall-parti C tal-Anness IV;

7. 

Il-ħajja estiża tal-prodott;

8. 

L-użu tal-elettriku;

9. 

Il-proċedura ta’ kampjunar (irrapporta jekk ġietx applikata proċedura ta’ kampjunar u indika l-approċċ meħud);

10. 

L-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra (irrapporta jekk ma ntużax approċċ simplifikat biex jiġu mmudellati l-flussi ta’ karbonju bijoġeniku);

11. 

Il-kumpens (jekk irrapportat bħala informazzjoni ambjentali addizzjonali).]

E.5.3.    Trattament ta’ proċessi multifunzjonali

[Iddeskrivi r-regoli tal-allokazzjoni użati fl-istudju dwar l-OEF u kif saru l-immudellar/il-kalkoli. Ipprovdi l-lista tal-fatturi kollha ta’ allokazzjoni użati għal kull proċess u l-lista dettaljata tal-proċessi u s-settijiet tad-data użati, f’każ li tiġi applikata s-sostituzzjoni.]

E.5.4.    Ġbir tad-data

[Din it-Taqsima għandha tinkludi bħala minimu:

1. 

Deskrizzjoni u dokumentazzjoni tad-data kollha speċifika għall-kumpanija miġbura:

— 
lista tal-proċessi koperti minn data speċifika għall-kumpanija li tindika għal liema stadju taċ-ċiklu tal-ħajja jappartjenu (jekk ikunu applikabbli l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja);
— 
lista tal-użu tar-riżorsi u tal-emissjonijiet (jiġifieri l-flussi elementari diretti);
— 
lista tad-data dwar l-attivitajiet użata;
— 
link għal lista dettaljata tal-komponenti/materjali/ingredjenti, inklużi l-ismijiet, l-unitajiet u l-kwantitajiet tas-sustanzi, inkluża informazzjoni dwar il-gradi/il-puritajiet u karatterizzazzjoni oħra teknikament u/jew ambjentalment rilevanti tagħhom;
— 
il-proċeduri ta’ ġbir tad-data/stima/kalkolu speċifiċi għall-kumpanija;
2. 

Lista tas-settijiet tad-data sekondarji kollha użati (isem tal-proċess, UUID, sors tas-sett tad-data (nodu fuq in-Network tad-Data dwar iċ-Ċiklu tal-ħajja, stokk tad-data) u l-konformità mal-pakkett ta’ referenza tal-EF);

3. 

Il-parametri tal-immudellar;

4. 

Il-limitu applikat, jekk ikun hemm;

5. 

Is-sorsi tal-letteratura ppubblikata;

6. 

Il-validazzjoni tad-data, inkluża d-dokumentazzjoni;

7. 

Jekk tkun twettqet analiżi tas-sensittività, din għandha tiġi rrapportata.]

E.5.5.    Rekwiżiti u klassifikazzjoni tal-kwalità tad-data

[Ipprovdi tabella li telenka l-proċessi kollha u s-sitwazzjoni tagħhom skont il-Matriċi tal-Ħtiġijiet tad-Data (DNM).

Ipprovdi d-DQR tal-istudju dwar l-OEF.]

E.6.    Riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt [kunfidenzjali, jekk rilevanti]

E.6.1.    Riżultati tal-OEF

[Din it-Taqsima għandha tinkludi bħala minimu:

1. 

Ir-riżultati kkaratterizzati tal-kategoriji tal-impatt kollha tal-EF għandhom jiġu kkalkolati u rrapportati bħala valuri assoluti fir-rapport dwar l-OEF. Is-subkategoriji “tibdil fil-klima – fossili”, “tibdil fil-klima – bijoġeniku” u “tibdil fil-klima - użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art”, għandhom jiġu rrappurtati separatament jekk juru kontribut ta’ aktar minn 5 % kull wieħed għall-punteġġ totali tat-tibdil fil-klima);

2. 

Ir-riżultati normalizzati u ponderati bħala valuri assoluti;

3. 

Ir-riżultati ponderati bħala punteġġ uniku;]

E.6.2.    Informazzjoni addizzjonali

[Din it-Taqsima għandha tinkludi:

1. 

Ir-riżultati tal-informazzjoni ambjentali addizzjonali;

2. 

Ir-riżultati tal-informazzjoni teknika addizzjonali.]

E.7.    Interpretazzjoni tar-riżultati tal-OEF

[Din it-Taqsima għandha tinkludi bħala minimu:

1. 

Valutazzjoni tar-robustezza tal-istudju dwar l-OEF;

2. 

Lista tal-kategoriji tal-impatt, l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja, il-proċessi u l-flussi elementari l-aktar rilevanti (ara t-tabelli ta’ hawn taħt);

3. 

Il-limitazzjonijiet u r-relazzjoni tar-riżultati tal-EF meta mqabbla mal-għan u l-ambitu definiti tal-istudju dwar l-OEF,

4. 

Il-konklużjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, il-limitazzjonijiet u l-potenzjal ta’ titjib)].

Partita

F’liema livell jeħtieġ li tiġi identifikata r-rilevanza?

Limitu

Kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti

Punteġġ globali uniku

Il-kategoriji tal-impatt li flimkien jikkontribwixxu mill-anqas 80 % tal-punteġġ globali uniku

Stadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti

Għal kull kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti

L-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja li flimkien jikkontribwixxu aktar minn 80 % għal dik il-kategorija tal-impatt.

Jekk l-istadju tal-użu jammonta għal aktar minn 50 % tal-impatt totali ta’ kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti, il-proċedura għandha terġa’ ssir bl-esklużjoni tal-istadju tal-użu

Proċessi l-aktar rilevanti

Għal kull kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti

Il-proċessi kollha li flimkien jikkontribwixxu (tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu) aktar minn 80 % għal dik il-kategorija tal-impatt, meta jitqiesu l-valuri assoluti.

Flussi elementari l-aktar rilevanti

Għal kull proċess l-aktar rilevanti meta jitqiesu l-kategoriji tal-impatt l-aktar rilevanti

Il-flussi elementari kollha li flimkien jikkontribwixxu għal mill-anqas 80 % tal-impatt totali ta’ kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti għal kull proċess l-aktar rilevanti.

Jekk tkun disponibbli data diżaggregata: għal kull proċess l-aktar rilevanti, il-flussi elementari diretti kollha li flimkien jikkontribwixxu mill-inqas 80 % għal dik il-kategorija tal-impatt (ikkawżati mill-flussi elementari diretti biss)

Eżempju:

Kategorija tal-impatt l-aktar rilevanti

[%]

Stadji taċ-ċiklu tal-ħajja l-aktar rilevanti

[%]

Proċessi l-aktar rilevanti

[%]

Flussi elementari l-aktar rilevanti

[%]

IC 1

Tmiem il-ħajja

Proċess 1

fluss elementari 1

fluss elementari 2

Proċess 2

fluss elementari 2

Akkwist u pproċessar minn qabel tal-materja prima

Proċess 4

fluss elementari 1

IC 2

Manifattura

Proċess 1

fluss elementari 2

fluss elementari 3

IC 3

Manifattura

Proċess 1

fluss elementari 2

fluss elementari 3

E.8.    Dikjarazzjoni ta’ validazzjoni

[Id-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni hija obbligatorja u dejjem għandha tiġi pprovduta bħala anness pubbliku tar-rapport pubbliku dwar l-OEF.

L-elementi u l-aspetti li ġejjin għandhom jiġu inklużi fid-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni, bħala minimu:

1. 

it-titolu tal-istudju dwar l-OEF li jkun qed jiġi verifikat/validat, flimkien mal-verżjoni eżatta tar-rapport li għalih tappartjeni d-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni;

2. 

il-kummissjonant tal-istudju dwar l-OEF;

3. 

l-utent tal-metodu tal-OEF;

4. 

il-verifikatur(i) jew, fil-każ ta’ tim ta’ verifika, il-membri tat-tim bl-identifikazzjoni tal-verifikatur ewlieni;

5. 

in-nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess tal-verifikatur(i) fir-rigward tal-prodotti kkonċernati u kwalunkwe involviment f’ħidma preċedenti (fejn ikun rilevanti, l-iżvilupp ta’ OEFSR, sħubija fis-Segretarjat Tekniku, xogħol ta’ konsulenza mwettaq għall-utent tal-metodu tal-OEF jew tal-OEFSR matul l-aħħar tliet snin);

6. 

deskrizzjoni tal-objettiv tal-verifika/validazzjoni;

7. 

dikjarazzjoni tar-riżultat tal-verifika/validazzjoni;

8. 

kwalunkwe limitazzjoni tar-riżultati tal-verifika/validazzjoni;

9. 

id-data li fiha tkun inħarġet id-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni;

10. 

il-firma mill-verifikatur(i).]

ANNESS I tad-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni

[L-Anness iservi biex jiġu dokumentati elementi ta’ sostenn għar-rapport prinċipali li huma ta’ natura aktar teknika. Dan jista’ jinkludi:

1. 

Referenzi bibljografiċi;

2. 

Analiżi dettaljata tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja (fakultattiva jekk titqies sensittiva u tiġi kkomunikata separatament fl-anness kunfidenzjali, ara hawn taħt)

3. 

Valutazzjoni dettaljata tal-kwalità tad-data: Ipprovdi i) il-Klassifikazzjoni tal-Kwalità tad-Data għal kull proċess f’konformità mal-metodu tal-OEF u ii) il-Klassifikazzjoni tal-Kwalità tad-Data għas-settijiet tad-data konformi mal-EF maħluqa ġodda. F’każ li l-informazzjoni tkun kunfidenzjali, din għandha tiġi inkluża fl-Anness II.]

ANNESS II tad-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni – RAPPORT KUNFIDENZJALI

[L-anness Kunfidenzjali huwa Taqsima fakultattiva li għandu jkun fiha dik id-data (inkluża d-data mhux ipproċessata) u l-informazzjoni kollha li tkun kunfidenzjali jew proprjetarja u li ma tistax issir disponibbli esternament.]

ANNESS III tad-dikjarazzjoni ta’ validazzjoni – SETT TAD-DATA KONFORMI MAL-EF

[Is-sett tad-data aggregat konformi mal-EF tal-prodott fl-ambitu għandu jkun disponibbli għall-Kummissjoni Ewropea.]

PARTI F

RATI TA’ TELF PRESTABBILITI GĦAL KULL TIP TA’ PRODOTT

Rati ta’ telf prestabbiliti għal kull tip ta’ prodott matul id-distribuzzjoni u għand il-konsumatur (inkluż ir-ristorant, eċċ.) (suppożizzjonijiet jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor). Għall-finijiet ta’ simplifikazzjoni, il-valuri għar-ristorant huma kkunsidrati l-istess bħal dawk għall-konsumatur fid-dar.

Settur tal-kummerċ bl-imnut

Kategorija

Rata ta’ telf (inklużi prodotti miksura iżda mhux prodotti ritornati lill-manifattur) matul id-distribuzzjoni (valur konsolidat globali għat-trasport, il-ħżin u l-post tal-bejgħ bl-imnut)

Rata ta’ telf għand il-konsumatur (inkluż ir-ristorant, eċċ.)

Ikel

Frott u ħxejjex

10 % (FAO 2011)

19 % (FAO 2011)

Laħam u alternattivi għal-laħam

4 % (FAO 2011)

11 % (FAO 2011)

Prodotti tal-ħalib

0,5 % (FAO 2011)

7 % (FAO 2011)

Prodotti taċ-ċereali

2 % (FAO 2011)

25 % (FAO 2011)

Żjut u xaħmijiet

1 % (FAO 2011)

4 % (FAO 2011)

Ikliet ippreparati/ipproċessati (temperatura ambjentali)

10 %

10 %

Ikliet ippreparati/ipproċessati (imkessħa)

5 %

5 %

Ikliet ippreparati/ipproċessati (iffriżati)

0,6 % (data primarja bbażata fuq Picard – komunikazzjoni orali minn Arnaud Brulaire)

0,5 % (data primarja bbażata fuq Picard – komunikazzjoni orali minn Arnaud Brulaire)

Ħelu

5 %

2 %

Ikel ieħor

1 %

2 %

Xarbiet

Kafè u te

1 %

5 %

Xorb alkoħoliku

1 %

5 %

Xorb ieħor

1 %

5 %

Tabakk

0 %

0 %

Ikel għall-annimali domestiċi

5 %

5 %

Annimali ħajjin

0 %

0 %

Ħwejjeġ u tessuti

10 %

0 %

Xedd tas-saqajn u oġġetti tal-ġilda

0 %

0 %

Aċċessorji personali

Aċċessorji personali

0 %

0 %

Provvisti domestiċi u professjonali

Provvisti ta’ hardware għad-dar

1 %

0 %

Għamara, tagħmir u dekorazzjoni

0 %

0 %

Apparat elettriku tad-dar

1 %

0 %

Utensili tal-kċina

0 %

0 %

Tagħmir tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni

1 %

0 %

Makkinarju u provvisti għall-uffiċċju

1 %

0 %

Oġġetti kulturali u rikreattivi

Kotba, gazzetti u karta/provvisti tal-karta

1 %

0 %

Mużika u vidjows

1 %

0 %

Tagħmir u gadgets sportivi

0 %

0 %

Oġġetti kulturali u rikreattivi oħra

1 %

0 %

Kura tas-saħħa

5 %

5 %

Prodotti tat-tindif/iġjene, kożmetiċi u toiletries

5 %

5 %

Fjuwils, gassijiet, lubrikanti u żjut

1 %

0 %

Batteriji u enerġija

0 %

0 %

Pjanti u provvisti tal-ġnien

Fjuri, pjanti u żrieragħ

10 %

0 %

Provvisti oħra tal-ġnien

1 %

0 %

Oġġetti oħra

0 %

0 %

Stazzjon tal-fjuwil

Prodotti tal-istazzjon tal-fjuwil

1 %

0 %

Telf ta’ ikel fiċ-ċentru ta’ distribuzzjoni, matul it-trasport u fil-post tal-bejgħ bl-imnut, u fid-dar: preżunt li huwa 50 % mormi (jiġifieri, inċinerat u mormi f’landfills), 25 % magħmul kompost u 25 % metanizzat.

Telf tal-prodott (eskluż it-telf tal-ikel) u l-imballaġġ/imballaġġ mill-ġdid/ftuħ mill-imballaġġ fiċ-ċentru tad-distribuzzjoni, matul it-trasport u fil-post tal-bejgħ bl-imnut: preżunt li 100 % jiġi rriċiklat.

Skart ieħor iġġenerat fiċ-ċentru ta’ distribuzzjoni, matul it-trasport u għand il-bejjiegħ bl-imnut (ħlief it-telf tal-ikel u tal-prodott) bħall-imballaġġ mill-ġdid/ftuħ mill-imballaġġ huwa preżunt li jsegwi l-istess trattament tal-EoL bħal dak tal-iskart domestiku.

L-iskart tal-ikel likwidu (bħal pereżempju l-ħalib) għand il-konsumatur (inkluż ir-ristorant, eċċ.) huwa preżunt li jitferra’ fis-sink u għalhekk jiġi ttrattat fl-impjant tat-trattament tal-ilma mormi.

( 1 ) Ibbażat fuq id-definizzjoni tal-ambitu 3 tal-protokoll dwar il-gassijiet serra mill-Corporate Accounting and Reporting Standard (l-Istitut Dinji tar-Riżorsi, 2011).

( 2 ) https://eplca.jrc.ec.europa.eu/permalink/Guide_EF_DATA.pdf

( 3 ) https://ec.europa.eu/energy/intelligent/projects/en/projects/e-track-ii

( 4 ) Aktar dettalji jistgħu jinstabu fil-Gwida għas-settijiet tad-data konformi mal-EF fuq https://eplca.jrc.ec.europa.eu/permalink/Guide_EF_DATA.pdf.

( 5 ) Aktar dettalji jistgħu jinstabu fil-Gwida għas-settijiet tad-data konformi mal-EF fuq https://eplca.jrc.ec.europa.eu/permalink/Guide_EF_DATA.pdf.

( 6 ) Disponibbli online minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/?page_id=86

( 7 ) Global Footprint Network Standards Committee (2009) Ecological Footprint Standards 2009.

( 8 ) WRI/WBCSD 2011, Greenhouse Gas Protocol – Product Life Cycle Accounting and Reporting Standard.

( 9 ) Irtirati f’Mejju 2016.

( 10 ) ENVIFOOD Protocol, Environmental Assessment of Food and Drink Protocol, European Food Sustainable Consumption and Production Round Table (SCP RT), il-Grupp ta’ Ħidma 1, Brussell, il-Belġju

( 11 ) Il-Kummissjoni Ewropea - Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka - Istitut għall-Ambjent u s-Sostenibbiltà (2011b). Analysis of Existing Environmental Footprint methodologies for Products and Organisations: Recommendations, Rationale, and Alignment. EC – IES - JRC, Ispra, Novembru 2011.

( 12 ) It-terminu “kategorija tal-impatt tal-EF” se jintuża f’dan il-metodu kollu minflok it-terminu “kategorija tal-impatt” li jintuża fl-EN ISO 14044:2006.

( 13 ) It-terminu “kategorija tal-impatt tal-EF” jintuża fil-metodu kollu tal-PEF minflok it-terminu “kategorija tal-impatt” użat fl-EN ISO 14044:2006.

( 14 ) Il-pakkett ta’ referenza tal-EF jinkludi l-informazzjoni kollha biex titwettaq il-fażi tal-LCIA (fil-format tal-ILCD). Huwa jinkludi elementi ta’ referenza bħal flussi elementari, proprjetajiet tal-fluss, gruppi ta’ unitajiet, metodi ta’ valutazzjoni tal-impatt, eċċ. u huwa disponibbli minn https://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml

( 15 ) L-UCPD u l-gwida relatata hija disponibbli minn https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=LEGISSUM%3Al32011

( 16 ) ĠU L 39, 16.2.1993, p. 3–22

( 17 ) https://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml

( 18 ) http://eplca.jrc.ec.europa.eu/repository/EF

( 19 ) Environmental performance of animal feed supply chains (il-paġni 36-43), FAO 2016, disponibbli minn http://www.fao.org/partnerships/leap/publications/en/

( 20 ) Ara EN ISO 14067:2018

( 21 ) https://ghgprotocol.org/sites/default/files/standards/Scope%202%20Guidance_Final_Sept26.pdf

( 22 ) Għal xi pajjiżi, din l-għażla hija l-aħjar każ pjuttost milli l-agħar każ.

( 23 ) Ir-rata ta’ tagħbija hija l-proporzjon tat-tagħbija reali meta mqabbel mat-tagħbija sħiħa jew mal-kapaċità kollha (pereżempju l-massa jew il-volum) li vettura ġġorr f’kull vjaġġ.

( 24 ) L-Eurostat 2015 jindika li 21 % tal-km ta’ trasport bit-trakkijiet jinstaqu b’tagħbija vojta u 79 % jinstaqu mgħobbija (b’tagħbija mhux magħrufa). Fil-Ġermanja biss, it-tagħbija medja tat-trakkijiet hija ta’ 64 %.

( 25 ) Ikkalkulati bħala l-medja ponderata skont il-massa tal-kategoriji tal-oġġetti 06, 08 u 10 bl-użu tal-klassifikazzjoni tal-oġġetti Ramon għall-istatistika tat-trasport wara l-2007. Il-kategorija “prodotti minerali mhux metalliċi” hija eskluża billi dawn jistgħu jingħaddu darbtejn mal-ħġieġ.

( 26 ) Ikkalkulati bħala l-medja ponderata skont il-massa tal-oġġetti tal-kategoriji kollha.

( 27 ) https://www.searates.com/services/distances-time/ jew https://co2.myclimate.org/en/flight_calculators/new

( 28 ) L-OEFSR tas-settur tal-bejgħ bl-imnut (v 1.0) hija disponibbli minn http://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/pdf/OEFSR-Retail_15052018.pdf.

( 29 ) Ir-riċerkatur għandu kontroll fuq is-sottopopolazzjonijiet li jiġu inklużi fil-kampjun, filwaqt li kampjunar aleatorju sempliċi ma jiggarantix li s-sottopopolazzjonijiet (strati) ta’ popolazzjoni partikolari jkunu rappreżentati b’mod adegwat fil-kampjun finali. Madankollu, żvantaġġ ewlieni wieħed tal-kampjunar stratifikat huwa li jista’ jkun diffiċli li jiġu identifikati sottopopolazzjonijiet xierqa għal popolazzjoni.

( 30 ) Speċifikazzjonijiet għall-abbozzar u r-reviżjoni tar-regoli tal-kategorija tal-prodott (10.12.2014), ADEME.

( 31 ) Il-Kummissjoni Ewropea tirrieżamina u taġġorna perjodikament il-lista tal-valuri fil-Parti C tal-Anness II; l-utenti tal-metodu tal-PEF huma mistiedna jivverifikaw u jużaw l-aktar valuri aġġornati pprovduti f’http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml

( 32 ) Id-data statistika miġbura li tikkorrispondi għall-punt 8 fl-Illustrazzjoni 8 tista’ tintuża biex tiġi kkalkolata r-rata tal-output tar-riċiklaġġ. Il-punt 8 jikkorrispondi għall-miri ta’ riċiklaġġ ikkalkulati skont ir-regola ġenerali prevista fid-Direttiva (UE) 2018/851 tat-30 ta’ Mejju 2018. F’xi każijiet, taħt kundizzjonijiet stretti u b’deroga mir-regola ġenerali, id-data tista’ tkun disponibbli fil-punt 6 fil-Figura 8 u tista’ tintuża biex tiġi kkalkulata r-rata tal-output tar-riċiklaġġ.

( 33 ) Suppożizzjoni bbażata fuq is-sistema ta’ monopolju tal-Finlandja.http://ec.europa.eu/environment/waste/studies/packaging/finland.pdf

( 34 ) Approssimizzazzjoni teknika billi ma seta’ jinstab l-ebda sors ta’ data. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jiggarantixxu ħajja ta’ 10 snin. Ir-ritorn ta’ 3 darbiet fis-sena (bejn 2 sa 4) jittieħed bħala l-ewwel approssimazzjoni.

( 35 ) Jintuża n-numru anqas konservattiv.

( 36 ) Nofs il-palits tal-plastik jintuża bħala approssimizzazzjoni

( 37 ) Pereżempju: Nassumu li t-“Tibdil fil-klima – bijoġeniku” jikkontribwixxi b’7 % (bl-użu ta’ valuri assoluti) għall-impatt totali fuq it-tibdil fil-klima u t-“Tibdil fil-klima – użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art” jikkontribwixxi bi 3 % għall-impatt totali fuq it-tibdil fil-klima. F’dan il-każ, għandhom jiġu rrapportati l-impatt totali fuq it-tibdil fil-klima u t-“Tibdil fil-klima – bijoġeniku”.

( 38 ) Il-foresti indiġeni jirreferu għal foresti indiġeni jew antiki u mhux degradati. Definizzjoni adattata mit-Tabella 8 fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010)3751 dwar il-linji gwida għall-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju fl-art għall-għanijiet tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE. Fil-prinċipju, din id-definizzjoni teskludi l-foresti għal żmien qasir, il-foresti degradati, il-foresti ġestiti, u l-foresti b’rotazzjonijiet għal żmien qasir jew fit-tul.

( 39 ) Skont l-approċċ ta’ ossidazzjoni istantanja fl-IPCC 2013 (Taqsima 2).

( 40 ) F’każ ta’ varjabbiltà tal-produzzjoni matul is-snin, jenħtieġ li tiġi applikata allokazzjoni tal-massa.

( 41 ) Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar regoli tal-kontabilità dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija u dwar informazzjoni li tikkonċerna l-azzjonijiet relatati ma’ dawk l-attivitajiet, ĠU L 165/80.

( 42 ) Il-frażi “attribwibbli direttament” tirreferi għal proċess, attività jew impatt li jseħħ fil-limitu ddefinit tas-sistema.

( 43 ) Is-sostituzzjoni indiretta sseħħ meta prodott jiġi sostitwit iżda ma tkunx taf b’liema prodotti eżattament.

( 44 ) Thoma et al., 2013.

( 45 ) Jintużaw l-istess ismijiet kif użati fl-IPCC (2006)

( 46 ) Il-valur prestabbilit ta’ 24 MJ kg-1 oriġinarjament inkluż fid-dokument tal-IPPC ġie mmodifikat f’157 MJ kg-1 wara l-indikazzjoni tal-FAO - l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u d-domanda għall-enerġija fossili minn ktajjen tal-provvista ta’ ruminanti żgħar Linji gwida għall-valutazzjoni (2016).

( 47 ) Il-paġna 10.24 tal-IPCC (2006).

( 48 ) F’xi setturi din hija ekwivalenti għal-lista tal-komponenti.

( 49 ) ara https://eplca.jrc.ec.europa.eu/permalink/Guide_EF_DATA.pdf

( 50 ) F’każ li jintuża sett tad-data konformi mal-ILCD-EL, in-nomenklatura tal-flussi elementari għandha tiġi allinjata mal-pakkett ta’ referenza tal-EF użat mis-settijiet tad-data konformi mal-EF fil-bqija tal-mudell (disponibbli fil-paġna tal-iżviluppatur tal-EF fil-link li ġejja http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml.).

( 51 ) https://eplca.jrc.ec.europa.eu/permalink/Guide_EF_DATA.pdf

( 52 ) https://eplca.jrc.ec.europa.eu/permalink/Guide_EF_DATA.pdf

( 53 ) https://eplca.jrc.ec.europa.eu/permalink/Guide_EF_DATA.pdf

( 54 ) Il-valutazzjoni tal-impatt tal-EF mhix maħsuba biex tibdel metodi (regolatorji) oħrajn li għandhom għan u ambitu differenti bħalma huma l-valutazzjoni tar-riskju (ambjentali) ((E)RA), il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali (VIA) li tkun speċifika għal sit partikulari jew ir-regolamenti dwar is-saħħa u s-sikurezza fil-livell tal-prodott jew marbutin mas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol. B’mod partikolari, il-valutazzjoni tal-impatt tal-EF m’għandhiex l-għan li tbassar jekk, fi kwalunkwe post partikulari u fi kwalunkwe ħin partikulari, hux se jinqabżu l-limiti u hux se jseħħu impatti reali. B’kuntrast ma’ dan, hija tiddeskrivi l-pressjonijiet eżistenti fuq l-ambjent. B’hekk, il-valutazzjoni tal-impatt tal-EF tikkumplimenta għodod oħrajn stabbiliti sew u żżid il-perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja magħhom.

( 55 ) http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml

( 56 ) Disponibbli online minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml

( 57 ) Il-fatturi ta’ normalizzazzjoni tal-EF li għandhom jintużaw huma disponibbli minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml

( 58 ) Għal aktar informazzjoni dwar l-approċċi ta’ ponderazzjoni eżistenti fil-PEF, jekk jogħġbok irreferi għar-rapporti żviluppati mill-JRC disponibbli online minn http://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/documents/2018_JRC_Weighting_EF.pdf

( 59 ) http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml

( 60 ) Jekk jogħġbok innota li l-fatturi ta’ ponderazzjoni huma espressi f’% u għalhekk għandhom jiġu diviżi b’100 qabel ma jiġu applikati fil-kalkoli.

( 61 ) Żewġ proċessi jkunu identiċi meta jkollhom l-istess UUID.

( 62 ) Ara http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml) għal deskrizzjoni tas-settijiet tad-data diżaggregati tal-livell-1

( 63 ) Kif iddefinit hawnhekk, ir-rapport prinċipali huwa konformi, safejn huwa possibbli, mar-rekwiżiti mogħtija fl-istandard tal-EN ISO 14044:2006 dwar ir-rappurtar għal studji li ma jinkludux dikjarazzjonijiet komparattivi li għandhom jiġu żvelati lill-pubbliku.

( 64 ) L-iżbalji jkunu sinifikanti jekk ibiddlu r-riżultat finali b’aktar minn 5 % għal kwalunkwe waħda mill-kategoriji tal-impatt, jew il-kategoriji tal-impatt, l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja u l-proċessi l-aktar rilevanti identifikati.

( 65 ) Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”)

( 66 ) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52013DC0196

( 67 ) Disponibbli minn: http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developer.xhtml

( 68 ) https://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developer.xhtml

( 69 ) Jekk jogħġbok ibgħat is-settijiet tad-data tiegħek lil ENV-ENVIRONMENTAL-FOOTPRINT@ec.europa.eu

( 70 ) Iż-żewġ aspetti, il-validazzjoni u l-verifika, huma inklużi f’rapport wieħed.

( 71 ) Ir-Regolament Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE, ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73.

( 72 ) Analysis of Existing Environmental Footprint Methodologies for Products and Organisations: Recommendations, Rationale, and Alignment (2010), disponibbli minn: http://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/dev_methods.htm

( 73 ) Ir-Regoli tal-Kategorija tal-Prodotti (PCR) huma sett ta’ regoli, rekwiżiti u linji gwida speċifiċi għall-iżvilupp ta’ dikjarazzjonijiet ambjentali tat-tip III għal kategorija ta’ prodotti waħda jew aktar (EN ISO 14025:2010).

( 74 ) Aspett ambjentali huwa definit bħala element tal-attivitajiet jew tal-prodotti ta’ organizzazzjoni li jkollu jew li jista’ jkollu impatt fuq l-ambjent.

( 75 ) F’każ li l-PEFCR diġà eżistenti użata bħala modulu tiġi aġġornata matul il-validità tal-PEFCR li tiddependi fuqha, il-verżjoni l-antika tipprevali u tibqa’ valida għad-durata tal-validità tal-PEFCR żviluppata ġdida.

( 76 ) Dan huwa riżultat obbligatorju għal kwalunkwe prodott rappreżentattiv żviluppat f’PEFCR.

( 77 ) Jekk assoċjazzjoni tal-industrija tkun membru ta’ Segretarjat Tekniku, espert tal-industrija ta’ kumpanija waħda li tappartjeni għal dik l-assoċjazzjoni tal-industrija jista’ jkun fil-bord ta’ rieżami. Għall-kuntrarju, l-esperti mħallsa mill-assoċjazzjoni ma għandhomx ikunu membri tal-bord ta’ rieżami.

( 78 ) http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml

( 79 ) Is-settijiet tad-data kollha konformi mal-EF u mal-ILCD-EL użati għall-immudellar tal-RP għandhom ikunu disponibbli bl-istess termini u kundizzjonijiet kif previsti fil-gwida dwar id-data konformi mal-EF (disponibbli minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml ).

( 80 ) Dan biex jiġi żgurat li l-analiżi tal-hotspots tirrifletti t-teknoloġiji differenti kollha.

( 81 ) Parametru referenzjarju huwa applikabbli biss għall-prodotti finali (it-Taqsima A.5.1)

( 82 ) Disponibbli minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developer.xhtm

( 83 ) Ħarsa ġenerali utli lejn l-istandards tista’ tinstab f’http://www.standardsmap.org/

( 84 Data speċifika għall-kategorija ta’ prodotti, definita mit-TS u li tirrappreżenta l-medja Ewropea għall-prodotti fl-ambitu.

( 85 ) Definizzjoni ċara tal-klijent finali tiffaċilita interpretazzjoni korretta tal-PEFCR mill-prattikanti li ttejjeb il-komparabbiltà tar-riżultati.

( 86 ) L-Eurostat 2015 jindika li 21 % tal-km ta’ trasport bit-trakkijiet jinstaqu b’tagħbija vojta u 79 % jinstaqu mgħobbija (b’tagħbija mhux magħrufa). Fil-Ġermanja biss, it-tagħbija medja tat-trakkijiet hija ta’ 64 %.

( 87 ) Disponibbli minn http://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/PEFCR_OEFSR_en.htm

( 88 ) Pereżempju, il-Parti C tal-Anness II tirrapporta data mill-Eurostat tal-2013 iżda l-Eurostat ippubblika data aktar aġġornata f’sena aktar reċenti.

( 89 ) Pereżempju, jekk it-“Tibdil fil-klima - bijoġeniku” jikkontribwixxi b’7 % (bl-użu ta’ valuri assoluti) għall-impatt totali fuq it-tibdil fil-klima u t-“Tibdil fil-klima – użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art” jikkontribwixxi bi 3 % għall-impatt totali fuq it-tibdil fil-klima. F’dak il-każ, għandhom jiġu rrapportati l-impatt totali fuq it-tibdil fil-klima u t-“Tibdil fil-klima – bijoġeniku”. Is-Segretarjat Tekniku jista’ jiddeċiedi fejn u kif jirrapporta dan tal-aħħar (“Tibdil fil-klima – bijoġeniku”).

( 90 ) Disponibbli minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml

( 91 ) http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/contactListEF.xhtml

( 92 ) http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/

( 93 ) http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml

( 94 ) Kull sett tad-data konformi mal-EF offrut mill-Kummissjoni huwa disponibbli kemm f’forma aggregata kif ukoll f’forma diżaggregata (fil-livell-1).

( 95 ) Innota li l-flussi elementari diretti elenkati għandhom jiġu allinjati man-nomenklatura użata mill-aktar verżjoni riċenti tal-pakkett ta’ referenza tal-EF (disponibbli minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml).

( 96 ) Fis-sitwazzjoni 2, l-għażla 2, huwa propost li l-parametru GeR jitbaxxa bi 30 % sabiex jiġi inċentivat l-użu ta’ informazzjoni speċifika għall-kumpanija u jiġu ppremjati l-isforzi tal-kumpanija biex iżżid ir-rappreżentattività ġeografika ta’ sett tad-data sekondarju permezz tas-sostituzzjoni tat-taħlitiet tal-elettriku u tad-distanza u l-mezzi tat-trasport.

( 97 ) Il-fluss ta’ referenza huwa l-ammont ta’ prodott meħtieġ biex tiġi ssodisfata l-unità funzjonali ddefinita.

( 98 ) Disponibbli minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml

( 99 ) Disponibbli minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml

( 100 ) Fis-sitwazzjoni 2, l-għażla 2, huwa propost li l-parametru GeR jitbaxxa bi 30 % sabiex jiġi inċentivat l-użu ta’ informazzjoni speċifika għall-kumpanija u jiġu ppremjati l-isforzi tal-kumpanija biex iżżid ir-rappreżentattività ġeografika ta’ sett tad-data sekondarju permezz tas-sostituzzjoni tat-taħlitiet tal-elettriku u tad-distanza u l-mezzi tat-trasport.

( 101 ) http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/

( 102 ) http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml

( 103 L-Istitut Dinji tar-Riżorsi (WRI) u l-Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli WBCSD (2015): Il-Gwida għall-Ambitu 2 tal-Protokoll dwar il-gassijiet serra. Emenda għall-Protokoll dwar il-gassijiet serra. Standard Korporattiv

( 104 ) Għal xi pajjiżi, din l-għażla hija l-aħjar każ pjuttost milli l-agħar każ.

( 105 ) Il-foresti indiġeni – jirrappreżentaw foresti indiġeni jew fit-tul u mhux degradati. Definizzjoni adattata mit-Tabella 8 fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010)3751 dwar il-linji gwida għall-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju fl-art għall-għanijiet tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE.

( 106 ) Skont l-approċċ ta’ ossidazzjoni istantanja fl-IPCC 2013 (Taqsima 2).

( 107 ) F’każ ta’ varjabbiltà tal-produzzjoni matul is-snin, jenħtieġ li tiġi applikata allokazzjoni tal-massa.

( 108 ) Is-suppożizzjoni sottostanti fil-valutazzjoni tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja mill-benniena sal-grada tal-prodotti ortikulturali hija li l-inputs u l-outputs tal-kultivazzjoni jkunu fi “stat kostanti”, li jfisser li l-istadji kollha tal-iżvilupp tal-għelejjel perenni (bi kwantitajiet differenti ta’ inputs u outputs) għandhom ikunu rappreżentati b’mod proporzjonali fil-perjodu ta’ żmien tal-kultivazzjoni li jiġi studjat. Dan l-approċċ jagħti l-vantaġġ li l-inputs u l-outputs ta’ perjodu relattivament qasir jistgħu jintużaw għall-kalkolu tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja min-nieqa sal-grada mill-prodott tal-għelejjel perenni. L-istudju tal-istadji kollha tal-iżvilupp ta’ għalla perenni ortikulturali jista’ jkollu tul ta’ ħajja ta’ 30 sena u aktar (eż. fil-każ ta’ siġar tal-frott u tal-ġewż).

( 109 ) Eż. il-linji gwida tad-disinn tal-EPBP (http://www.epbp.org/design-methodlines), jew ir-Riċiklabbiltà sa mit-tfassil (http://www.recoup.org/)

( 110 ) Disponibbli minn: http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developer.xhtml

( 111 ) https://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developer.xhtml

( 112 ) Jekk jogħġbok innota li l-fatturi ta’ ponderazzjoni huma espressi f’% u għalhekk għandhom jiġu diviżi b’100 qabel ma jiġu applikati fil-kalkoli.

( 113 ) Ibbażat fuq id-definizzjoni tal-ambitu 3 tal-protokoll dwar il-gassijiet serra mill-Corporate Accounting and Reporting Standard (l-Istitut Dinji tar-Riżorsi, 2011).

( 114 ) https://eplca.jrc.ec.europa.eu/permalink/Guide_EF_DATA.pdf

( 115 ) https://ec.europa.eu/energy/intelligent/projects/en/projects/e-track-ii

( 116 ) Aktar dettalji jistgħu jinstabu fil-Gwida għas-settijiet tad-data konformi mal-EF fuq https://eplca.jrc.ec.europa.eu/permalink/Guide_EF_DATA.pdf.

( 117 ) Aktar dettalji jistgħu jinstabu fil-Gwida għas-settijiet tad-data konformi mal-EF fuq https://eplca.jrc.ec.europa.eu/permalink/Guide_EF_DATA.pdf.

( 118 ) Disponibbli online minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/?page_id=86

( 119 ) Global Footprint Network Standards Committee (2009) Ecological Footprint Standards 2009.

( 120 ) WRI/WBCSD 2011, Greenhouse Gas Protocol – Product Life-cycle Accounting and Reporting Standard.

( 121 ) Irtirati f’Mejju 2016.

( 122 ) ENVIFOOD Protocol, Environmental Assessment of Food and Drink Protocol, European Food Sustainable Consumption and Production Round Table (SCP RT), il-Grupp ta’ Ħidma 1, Brussell, il-Belġju

( 123 ) Il-Kummissjoni Ewropea - Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka - Istitut għall-Ambjent u s-Sostenibbiltà (2011b). Analysis of Existing Environmental Footprint methodologies for Products and Organisations: Recommendations, Rationale, and Alignment. EC – IES - JRC, Ispra, Novembru 2011.

( 124 ) It-terminu “kategorija tal-impatt tal-EF” se jintuża f’dan il-metodu kollu minflok it-terminu “kategorija tal-impatt” użat fl-EN ISO 14044:2006.

( 125 ) Valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja – il-kompilazzjoni u l-evalwazzjoni tal-inputs, tal-outputs u tal-impatti ambjentali potenzjali ta’ sistema ta’ prodotti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha (EN ISO 14040:2006)

( 126 ) Fl-istudji dwar l-OEF huwa possibbli wkoll raggruppament aktar wiesa’ ta’ prodotti (eż. żraben, ilbies ta’ barra, eċċ.), jekk dan ikun jaqbel mal-PP tal-organizzazzjoni.

( 127 ) It-terminu “kategorija tal-impatt tal-EF” jintuża fil-metodu kollu tal-OEF minflok it-terminu “kategorija tal-impatt” użat fl-EN ISO 14044:2006.

( 128 ) Il-pakkett ta’ referenza tal-EF jinkludi l-informazzjoni kollha biex titwettaq il-fażi tal-LCIA (fil-format tal-ILCD). Huwa jinkludi elementi ta’ referenza bħal flussi elementari, proprjetajiet tal-fluss, gruppi ta’ unitajiet, metodi ta’ valutazzjoni tal-impatt, eċċ. u huwa disponibbli minn

( 129 ) L-UCPD u l-gwida relatata hija disponibbli minn https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=LEGISSUM%3Al32011

( 130 ) ĠU L 39, 16.2.1993, p. 3–22

( 131 ) http://eplca.jrc.ec.europa.eu/repository/EF

( 132 ) Environmental performance of animal feeds supply chains (pages 36-43), FAO 2016, disponibbli minn http://www.fao.org/partnerships/leap/publications/en/

( 133 ) Ara EN ISO 14067:2018

( 134 ) https://ghgprotocol.org/sites/default/files/standards/Scope%202%20Guidance_Final_Sept26.pdf

( 135 ) Għal xi pajjiżi, din l-għażla hija l-aħjar każ pjuttost milli l-agħar każ.

( 136 ) Ir-rata ta’ tagħbija hija l-proporzjon tat-tagħbija reali meta mqabbel mat-tagħbija sħiħa jew mal-kapaċità kollha (pereżempju l-massa jew il-volum) li vettura ġġorr f’kull vjaġġ.

( 137 ) L-Eurostat 2015 jindika li 21 % tal-km ta’ trasport bit-trakkijiet jinstaqu b’tagħbija vojta u 79 % jinstaqu mgħobbija (b’tagħbija mhux magħrufa). Fil-Ġermanja biss, it-tagħbija medja tat-trakkijiet hija ta’ 64 %.

( 138 ) Ikkalkulati bħala l-medja ponderata skont il-massa tal-kategoriji tal-oġġetti 06, 08 u 10 bl-użu tal-klassifikazzjoni tal-oġġetti Ramon għall-istatistika tat-trasport wara l-2007. Il-kategorija “prodotti minerali mhux metalliċi” hija eskluża billi dawn jistgħu jingħaddu darbtejn mal-ħġieġ.

( 139 ) Ikkalkulati bħala l-medja ponderata skont il-massa tal-oġġetti tal-kategoriji kollha.

( 140 ) https://www.searates.com/services/distances-time/ or https://co2.myclimate.org/en/flight_calculators/new

( 141 ) L-OEFSR tas-settur tal-bejgħ bl-imnut (v 1.0) hija disponibbli minn http://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/pdf/OEFSR-Retail_15052018.pdf.

( 142 ) Ir-riċerkatur għandu kontroll fuq is-sottopopolazzjonijiet li jiġu inklużi fil-kampjun, filwaqt li kampjunar aleatorju sempliċi ma jiggarantix li s-sottopopolazzjonijiet (strati) ta’ popolazzjoni partikolari jkunu rappreżentati b’mod adegwat fil-kampjun finali. Madankollu, żvantaġġ ewlieni wieħed tal-kampjunar stratifikat huwa li jista’ jkun diffiċli li jiġu identifikati sottopopolazzjonijiet xierqa għal popolazzjoni.

( 143 ) Speċifikazzjonijiet għall-abbozzar u r-reviżjoni tar-regoli tal-kategorija tal-prodott (10.12.2014), ADEME.

( 144 ) Il-Kummissjoni Ewropea tirrieżamina u taġġorna perjodikament il-lista tal-valuri fil-Parti C tal-Anness IV; l-utenti tal-metodu tal-OEF huma mistiedna jivverifikaw u jużaw l-aktar valuri aġġornati pprovduti fis-sit http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml.s.

( 145 ) Il-Parti C tal-Anness IV hija disponibbli minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml

( 146 ) Id-data statistika miġbura li tikkorrispondi għall-punt 8 fl-Illustrazzjoni 8 tista’ tintuża biex tiġi kkalkolata r-rata tal-output tar-riċiklaġġ. Il-punt 8 jikkorrispondi għall-miri ta’ riċiklaġġ ikkalkulati skont ir-regola ġenerali prevista fid-Direttiva (UE) 2018/851 tat-30 ta’ Mejju 2018. F’xi każijiet, taħt kundizzjonijiet stretti u b’deroga mir-regola ġenerali, id-data tista’ tkun disponibbli fil-punt 6 fl-Illustrazzjoni 8 u tista’ tintuża biex tiġi kkalkulata r-rata tal-output tar-riċiklaġġ.

( 147 ) F’xi każijiet, jista’ jkun xieraq li dan jiġi inkluż fl-unità funzjonali u fil-fluss ta’ referenza tal-prodott.

( 148 ) Suppożizzjoni bbażata fuq is-sistema ta’ monopolju tal-Finlandja.http://ec.europa.eu/environment/waste/studies/packaging/finland.pdf

( 149 ) Approssimizzazzjoni teknika billi ma seta’ jinstab l-ebda sors ta’ data. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jiggarantixxu ħajja ta’ 10 snin. Ir-ritorn ta’ 3 darbiet fis-sena (bejn 2 sa 4) jittieħed bħala l-ewwel approssimizzazzjoni.

( 150 ) Jintuża n-numru anqas konservattiv.

( 151 ) Nofs il-palits tal-plastik jintuża bħala approssimizzazzjoni.

( 152 ) Pereżempju: Nassumu li t-“Tibdil fil-klima – bijoġeniku” jikkontribwixxi b’7 % (bl-użu ta’ valuri assoluti) għall-impatt totali fuq it-tibdil fil-klima u t-“Tibdil fil-klima – użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art” jikkontribwixxi bi 3 % għall-impatt totali fuq it-tibdil fil-klima. F’dan il-każ, għandhom jiġu rrapportati l-impatt totali fuq it-tibdil fil-klima u t-“Tibdil fil-klima – bijoġeniku”.

( 153 ) Il-foresti indiġeni jirreferu għal foresti indiġeni jew antiki u mhux degradati. Definizzjoni adattata mit-Tabella 8 fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010)3751 dwar il-linji gwida għall-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju fl-art għall-għanijiet tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE. Fil-prinċipju, din id-definizzjoni teskludi l-foresti għal żmien qasir, il-foresti degradati, il-foresti ġestiti, u l-foresti b’rotazzjonijiet għal żmien qasir jew fit-tul.

( 154 ) Skont l-approċċ ta’ ossidazzjoni istantanja fl-IPCC 2013 (Taqsima 2).

( 155 ) F’każ ta’ varjabbiltà tal-produzzjoni matul is-snin, jenħtieġ li tiġi applikata allokazzjoni tal-massa.

( 156 ) Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar regoli tal-kontabilità dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija u dwar informazzjoni li tikkonċerna l-azzjonijiet relatati ma’ dawk l-attivitajiet, ĠU L 165/80.

( 157 ) Il-frażi “attribwibbli direttament” tirreferi għal proċess, attività jew impatt li jseħħ fil-limitu ddefinit tas-sistema.

( 158 ) Is-sostituzzjoni indiretta sseħħ meta prodott jiġi sostitwit iżda ma tkunx taf b’liema prodotti eżattament.

( 159 ) Thoma et al., 2013

( 160 ) Jintużaw l-istess ismijiet kif użati fl-IPCC (2006).

( 161 ) Il-valur prestabbilit ta’ 24 MJ kg-1 oriġinarjament inkluż fid-dokument tal-IPPC ġie mmodifikat f’157 MJ kg-1 wara l-indikazzjoni tal-FAO - L-emissjonijiet tal-gassijiet serra u d-domanda għall-enerġija fossili minn ktajjen tal-provvista ta’ ruminanti żgħar Linji gwida għall-valutazzjoni (2016).

( 162 ) Il-paġna 10.24 tal-IPCC (2006).

( 163 ) ara https://eplca.jrc.ec.europa.eu/permalink/Guide_EF_DATA.pdf

( 164 ) F’każ li jintuża sett tad-data konformi mal-ILCD-EL, in-nomenklatura tal-flussi elementari għandha tiġi allinjata mal-pakkett ta’ referenza tal-EF użat mis-settijiet tad-data konformi mal-EF fil-bqija tal-mudell (disponibbli fil-paġna tal-iżviluppatur tal-EF fil-link li ġejja http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml.).

( 165 ) https://eplca.jrc.ec.europa.eu/permalink/Guide_EF_DATA.pdf

( 166 ) https://eplca.jrc.ec.europa.eu/permalink/Guide_EF_DATA.pdf

( 167 ) https://eplca.jrc.ec.europa.eu/permalink/Guide_EF_DATA.pdf

( 168 ) Il-valutazzjoni tal-impatt tal-EF mhix maħsuba biex tibdel metodi (regolatorji) oħrajn li għandhom għan u ambitu differenti bħalma huma l-valutazzjoni tar-riskju (ambjentali) ((E)RA), il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali (EIA) li tkun speċifika għal sit partikulari jew ir-regolamenti dwar is-saħħa u s-sikurezza fil-livell tal-prodott jew marbutin mas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol. B’mod partikolari, il-valutazzjoni tal-impatt tal-EF m’għandhiex l-għan li tbassar jekk, fi kwalunkwe post partikulari u fi kwalunkwe ħin partikulari, hux se jinqabżu l-limiti u hux se jseħħu impatti reali. Għall-kuntrarju, hija tiddeskrivi l-pressjonijiet eżistenti fuq l-ambjent. B’hekk, il-valutazzjoni tal-impatt tal-EF tikkumplimenta għodod oħrajn stabbiliti sew u żżid il-perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja magħhom

( 169 ) http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml

( 170 ) Disponibbli online minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml

( 171 ) Il-fatturi ta’ normalizzazzjoni tal-EF li għandhom jintużaw huma disponibbli minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml

( 172 ) Għal aktar informazzjoni dwar l-approċċi ta’ ponderazzjoni eżistenti fl-OEF, jekk jogħġbok irreferi għar-rapporti żviluppati mill-JRC disponibbli online minn http://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/documents/2018_JRC_Weighting_EF.pdf

( 173 ) http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml

( 174 ) Jekk jogħġbok innota li l-fatturi ta’ ponderazzjoni huma espressi f’% u għalhekk għandhom jiġu diviżi b’100 qabel ma jiġu applikati fil-kalkoli.

( 175 ) Żewġ proċessi jkunu identiċi meta jkollhom l-istess UUID.

( 176 ) Ara http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml) għal deskrizzjoni tas-settijiet tad-data diżaggregati tal-livell-1

( 177 ) Kif iddefinit hawnhekk, ir-rapport prinċipali huwa konformi, safejn huwa possibbli, mar-rekwiżiti mogħtija fl-istandard tal-EN ISO 14044:2006 dwar ir-rappurtar għal studji li ma jinkludux dikjarazzjonijiet komparattivi li għandhom jiġu żvelati lill-pubbliku.

( 178 ) L-iżbalji jkunu sinifikanti jekk ibiddlu r-riżultat finali b’aktar minn 5 % għal kwalunkwe waħda mill-kategoriji tal-impatt, jew il-kategoriji tal-impatt, l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja u l-proċessi l-aktar rilevanti identifikati.

( 179 ) Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”)

( 180 ) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52013DC0196

( 181 ) Disponibbli minn:

( 182 ) https://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developer.xhtml

( 183 ) Jekk jogħġbok ibgħat is-settijiet tad-data tiegħek lil ENV-ENVIRONMENTAL-FOOTPRINT@ec.europa.eu

( 184 ) Iż-żewġ aspetti, il-validazzjoni u l-verifika, huma inklużi f’rapport wieħed.

( 185 ) Ir-Regolament Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE, ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73.

( 186 ) Analysis of Existing Environmental Footprint Methodologies for Products and Organisations: Recommendations, Rationale, u Alignment (2010), disponibbli minn: http://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/dev_methods.htm

( 187 ) F’każ li l-OEFSR diġà eżistenti użata bħala modulu tiġi aġġornata matul il-validità tal-OEFSR li tiddependi fuqha, il-verżjoni l-antika tipprevali u tibqa’ valida għad-durata tal-validità tal-OEFSR żviluppata ġdida.

( 188 ) Dan huwa riżultat obbligatorju għal kwalunkwe organizzazzjoni rappreżentattiva żviluppata f’OEFSR.

( 189 ) Organizzazzjoni jew negozju li għandu l-eżistenza ġuridika u finanzjarja separata tiegħu stess

( 190 ) Jekk assoċjazzjoni tal-industrija tkun membru ta’ Segretarjat Tekniku, espert tal-industrija ta’ kumpanija waħda li tappartjeni għal dik l-assoċjazzjoni tal-industrija jista’ jkun fil-bord ta’ rieżami. Għall-kuntrarju, l-esperti mħallsa mill-assoċjazzjoni ma għandhomx ikunu membri tal-bord ta’ rieżami.

( 191 ) http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml

( 192 ) Is-settijiet tad-data kollha konformi mal-EF u mal-ILCD-EL użati għall-immudellar tal-OR għandhom ikunu disponibbli bl-istess termini u kundizzjonijiet kif previsti fil-gwida dwar id-data konformi mal-EF (disponibbli minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml ).

( 193 ) Disponibbli minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developer.xhtm

( 194 ) Ħarsa ġenerali utli lejn l-istandards tista’ tinstab f’http://www.standardsmap.org/

( 195 ) Data speċifika għall-kategorija ta’ prodotti, definita mit-TS u li tirrappreżenta l-medja Ewropea għall-prodotti fl-ambitu.

( 196 ) Definizzjoni ċara tal-klijent finali tiffaċilita interpretazzjoni korretta tal-OEFSR mill-prattikanti li ttejjeb il-komparabbiltà tar-riżultati.

( 197 ) L-Eurostat 2015 jindika li 21 % tal-km ta’ trasport bit-trakkijiet jinstaqu b’tagħbija vojta u 79 % jinstaqu mgħobbija (b’tagħbija mhux magħrufa). Fil-Ġermanja biss, it-tagħbija medja tat-trakkijiet hija ta’ 64 %.

( 198 ) Disponibbli minn http://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/OEFSR_OEFSR_en.htm

( 199 ) Pereżempju, il-Parti C tal-Anness IV tirrapporta data mill-Eurostat tal-2013 iżda l-Eurostat ippubblika data aktar aġġornata f’sena aktar reċenti.

( 200 ) Pereżempju, jekk it-“Tibdil fil-klima - bijoġeniku” jikkontribwixxi b’7 % (bl-użu ta’ valuri assoluti) għall-impatt totali fuq it-tibdil fil-klima u t-“Tibdil fil-klima – użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art” jikkontribwixxi bi 3 % għall-impatt totali fuq it-tibdil fil-klima. F’dak il-każ, għandhom jiġu rrapportati l-impatt totali fuq it-tibdil fil-klima u t-“Tibdil fil-klima – bijoġeniku”. Is-Segretarjat Tekniku jista’ jiddeċiedi fejn u kif jirrapporta dan tal-aħħar (“Tibdil fil-klima – bijoġeniku”).

( 201 ) Disponibbli minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml

( 202 ) http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/contactListEF.xhtml)

( 203 ) http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/

( 204 ) http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml

( 205 ) Kull sett tad-data konformi mal-EF offrut mill-Kummissjoni huwa disponibbli kemm f’forma aggregata kif ukoll f’forma diżaggregata (fil-livell-1).

( 206 ) Innota li l-flussi elementari diretti elenkati għandhom jiġu allinjati man-nomenklatura użata mill-aktar verżjoni riċenti tal-pakkett ta’ referenza tal-EF (disponibbli minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml).

( 207 ) Fis-sitwazzjoni 2, l-għażla 2, huwa propost li l-parametru GeR jitbaxxa bi 30 % sabiex jiġi inċentivat l-użu ta’ informazzjoni speċifika għall-kumpanija u jiġu ppremjati l-isforzi tal-kumpanija biex iżżid ir-rappreżentattività ġeografika ta’ sett tad-data sekondarju permezz tas-sostituzzjoni tat-taħlitiet tal-elettriku u tad-distanza u l-mezzi tat-trasport.

( 208 ) Disponibbli minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml

( 209 ) Disponibbli minn http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml

( 210 ) Fis-sitwazzjoni 2, l-għażla 2, huwa propost li l-parametru GeR jitbaxxa bi 30 % sabiex jiġi inċentivat l-użu ta’ informazzjoni speċifika għall-kumpanija u jiġu ppremjati l-isforzi tal-kumpanija biex iżżid ir-rappreżentattività ġeografika ta’ sett tad-data sekondarju permezz tas-sostituzzjoni tat-taħlitiet tal-elettriku u tad-distanza u l-mezzi tat-trasport.

( 211 ) http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/

( 212 ) http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developerEF.xhtml

( 213 ) L-Istitut Dinji tar-Riżorsi (WRI) u l-Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli WBCSD (2015): GHG Protocol Scope 2 Guidance. An amendment to the GHG Protocol. Standard Korporattiv

( 214 ) Għal xi pajjiżi, din l-għażla hija l-aħjar każ pjuttost milli l-agħar każ.

( 215 ) Il-foresti indiġeni – jirrappreżentaw foresti indiġeni jew fit-tul u mhux degradati. Definizzjoni adattata mit-Tabella 8 fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010)3751 dwar il-linji gwida għall-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju fl-art għall-għanijiet tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE.

( 216 ) Skont l-approċċ ta’ ossidazzjoni istantanja fl-IPCC 2013 (Taqsima 2).

( 217 ) F’każ ta’ varjabbiltà tal-produzzjoni matul is-snin, jenħtieġ li tiġi applikata allokazzjoni tal-massa.

( 218 ) Is-suppożizzjoni sottostanti fil-valutazzjoni tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja mill-benniena sal-grada tal-prodotti ortikulturali hija li l-inputs u l-outputs tal-kultivazzjoni jkunu fi “stat kostanti”, li jfisser li l-istadji kollha tal-iżvilupp tal-għelejjel perenni (bi kwantitajiet differenti ta’ inputs u outputs) għandhom ikunu rappreżentati b’mod proporzjonali fil-perjodu ta’ żmien tal-kultivazzjoni li jiġi studjat. Dan l-approċċ jagħti l-vantaġġ li l-inputs u l-outputs ta’ perjodu relattivament qasir jistgħu jintużaw għall-kalkolu tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja min-nieqa sal-grada mill-prodott tal-għelejjel perenni. L-istudju tal-istadji kollha tal-iżvilupp ta’ għalla perenni ortikulturali jista’ jkollu tul ta’ ħajja ta’ 30 sena u aktar (eż. fil-każ ta’ siġar tal-frott u tal-ġewż).

( 219 ) Eż. il-linji gwida tad-disinn tal-EPBP (http://www.epbp.org/design-methodlines), jew ir-Riċiklabbiltà sa mit-tfassil (http://www.recoup.org/)

( 220 ) Disponibbli minn: http://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developer.xhtml

( 221 ) https://eplca.jrc.ec.europa.eu/LCDN/developer.xhtml

( 222 ) Jekk jogħġbok innota li l-fatturi ta’ ponderazzjoni huma espressi f’% u għalhekk għandhom jiġu diviżi b’100 qabel ma jiġu applikati fil-kalkoli.