02021D0509 — MT — 05.11.2024 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (ĠU L 102 24.3.2021, p. 14) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 75 |
23 |
14.3.2023 |
||
|
L 135 |
120 |
23.5.2023 |
||
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1304 tas-26 ta’ Ġunju 2023 |
L 161 |
66 |
27.6.2023 |
|
|
L 890 |
1 |
19.3.2024 |
||
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/2846 tal-5 ta’ Novembru 2024 |
L 2846 |
1 |
6.11.2024 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/509
tat-22 ta’ Marzu 2021
li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528
TITOLU I
STABBILIMENT U STRUTTURA
KAPITOLU 1
Stabbiliment, kamp ta' applikazzjoni, definizzjonijiet u objettivi
Artikolu 1
Stabbiliment u kamp ta' applikazzjoni
Il-Faċilità għandha tintuża għall-finanzjament ta':
l-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni skont l-Artikolu 42(4) u 43(2) TUE li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża u li għalhekk, skont l-Artikolu 41(2) TUE, ma jistgħux jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni;
miżuri ta' assistenza li jikkonsistu f'azzjonijiet tal-Unjoni skont l-Artikolu 28 TUE fejn il-Kunsill jiddeċiedi b'unanimità, skont l-Artikolu 41(2) TUE, li n-nefqa operazzjonali li tirriżulta minnhom għandha titħallas mill-Istati Membri.
Miżuri ta' assistenza skont il-punt (b) huma:
azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali relatati ma' kwistjonijiet militari u ta' difiża;
appoġġ għall-aspetti militari ta' operazzjonijiet ta' appoġġ għall-paċi mmexxija minn organizzazzjoni reġjonali jew internazzjonali jew minn Stati terzi.
Artikolu 2
Artikolu 3
Kapaċità legali u eżenzjoni minn taxxi indiretti u dazji doganali
Artikolu 4
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:
"operazzjoni" tfisser operazzjoni jew missjoni tal-Unjoni stabbilita skont il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) f'konformità mal-Artikolu 42 TUE, li jkollha implikazzjonijiet militari jew ta' difiża, inkluż każijiet fejn l-implimentazzjoni ta' kompitu jiġi fdat lil grupp ta' Stati Membri f'konformità mal-Artikolu 44 TUE;
"kmandant tal-operazzjoni" tfisser il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE kif definit fil-Kunċett tal-Unjoni Ewropea għall-Kmand u l-Kontroll Militari, inkluż, fejn applikabbli, id-Direttur tal-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija;
"miżura ta' assistenza" tfisser azzjoni tal-Unjoni kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2); l-assistenza li tiġi pprovduta tista' tikkonsisti f'appoġġ finanzjarju, tekniku jew materjali; tali azzjoni tista' tieħu l-forma ta' miżura speċifika jew ta' programm ġenerali għal appoġġ b'fokus ġeografiku jew tematiku partikolari;
"Stati Membri kontributuri" tfisser l-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-finanzjament ta' operazzjoni jew miżura ta' assistenza li tkun ser tiġi ffinanzjata mill-Faċilità;
"attur responsabbli mill-implimentazzjoni" tfisser attur li huwa fdat bl-implimentazzjoni ta' miżura ta' assistenza jew partijiet minnha u li jikkonkludi kuntratt mal-Faċilità għal dak il-għan;
"benefiċjarju" tfisser Stat terz jew organizzazzjoni reġjonali jew internazzjonali li għaliha miżura ta' assistenza tipprovdi appoġġ;
“eżerċizzju” tfisser eżerċizzju militari tal-PSDK tal-Unjoni jew il-komponent militari ta’ eżerċizzju ċivili tal-PSDK, maqbul fil-Programm ta’ Eżerċizzji u Attivitajiet Relatati mal-Eżerċizzji tal-UE skont il-PESK u mwettqa f’konformità mal-Politika tal-Eżerċizzji tal-Unjoni Ewropea skont il-PESK.
Artikolu 5
Parteċipazzjoni fid-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament tal-operazzjonijiet u l-miżuri ta' assistenza u kontribuzzjoni għalihom
▼M2 —————
Artikolu 6
Inizjattivi għal operazzjonijiet u miżuri ta' assistenza ffinanzjati mill-Faċilità
Deċiżjonijiet li jistabbilixxu operazzjonijiet u miżuri ta' assistenza ffinanzjati mill-Faċilità għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta' proposti jew inizjattivi ppreżentati f'konformità mal-Artikoli 42(4) jew 30(1) TUE rispettivament.
Artikolu 7
Bażi ġuridika għall-finanzjament ta' operazzjonijiet u miżuri ta' assistenza tal-Unjoni mill-Faċilità
Artikolu 8
Konsistenza fl-azzjoni tal-Unjoni
Artikolu 9
Prijoritajiet strateġiċi u orjentazzjoni
KAPITOLU 2
Struttura organizzattiva tal-Faċilità
Artikolu 10
Korpi amministrattivi u persunal
Il-Faċilità għandha tiġi amministrata taħt l-awtorità u d-direzzjoni tal-Kumitat tal-Faċilità msemmi fl-Artikolu 11, minn:
amministratur għall-operazzjonijiet;
il-kmandant tal-operazzjoni ta' kull operazzjoni, fir-rigward tal-operazzjoni li tagħha jkollu l-kmand u ta' kwalunkwe miżura ta' assistenza jew parti minnha li l-operazzjoni tista' timplimenta kif previst fl-Artikolu 60;
amministratur għall-miżuri ta' assistenza; u
uffiċjal tal-kontabilità għall-operazzjonijiet u uffiċjal tal-kontabilità għall-miżuri ta' assistenza.
Artikolu 11
Il-Kumitat tal-Faċilità
Il-Kumitat, fuq proposta konġunta mill-amministraturi, għandu jadotta r-regoli li ġejjin għall-implimentazzjoni tan-nefqa ffinanzjata mill-Faċilità, li jissupplimentaw ir-regoli stabbiliti f'din id-Deċiżjoni:
ir-regoli ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet militari, li għandhom ikunu simili f'termini ta' flessibbiltà għar-regoli finanzjarji li jkunu applikaw għall-mekkaniżmu biex jamministra l-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża stabbiliti mid-Deċiżjoni (PESK)2015/528 ("il-mekkaniżmu Athena");
ir-regoli ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-miżuri ta' assistenza, li għandhom ikunu konsistenti mal-istess livell ta' ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni u jiggarantixxuh, bħal dawk stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ). Dawk ir-regoli għandhom jiġġustifikaw b'mod espliċitu l-każijiet fejn tkun meħtieġa diverġenza mir-regoli tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 sabiex jippermettu l-flessibbiltà mmirata, u għandhom jiżguraw li r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità skont il-punt (d) tal-Artikolu 13(4) ikunu konformi mal-istandards tal-kontabilità aċċettati internazzjonalment għas-settur pubbliku.
Il-Kumitat għandu jeżamina r-regoli ta' implimentazzjoni proposti msemmija fil-punti (a) u (b) f'kooperazzjoni mill-qrib mal-amministraturi, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġi żgurat li r-regoli ta' implimentazzjoni jkunu f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba u n-nondiskriminazzjoni u r-rispett għad-drittijiet fundamentali.
Meta l-Kumitat jiddiskuti l-finanzjament ta' operazzjoni jew miżura ta' assistenza:
il-Kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentant ta' kull Stat Membru kontribwenti;
rappreżentant ta' Stat Membru li ma jikkontribwixxix għall-operazzjoni jew għall-miżura ta' assistenza jista' jattendi l-proċedimenti tal-Kumitat relatati ma' tali operazzjoni jew miżura ta' assistenza, mingħajr ma jieħu sehem fil-votazzjonijiet tiegħu;
kull kmandant tal-operazzjoni jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jipparteċipa fil-proċedimenti tal-Kumitat għall-operazzjoni li jikkmanda u għall-miżura ta' assistenza jew kwalunkwe parti minnha li timplimenta l-operazzjoni, mingħajr sehem fil-votazzjonijiet tiegħu;
ir-rappreżentanti tal-Istati terzi kontribwenti u tal-kontributuri volontarji għandhom jiġu mistiedna biex jipparteċipaw fil-proċedimenti tal-Kumitat jekk id-diskussjoni tkun marbuta direttament mal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom, mingħajr ma jieħdu sehem fil-votazzjonijiet tiegħu jew ikunu preżenti għalihom;
ir-rappreżentanti ta' atturi rilevanti oħra, b'mod partikolari atturi responsabbli mill-implimentazzjoni, jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-proċedimenti tal-Kumitat dwar il-miżura ta' assistenza li huma jimplimentaw b'mod sħiħ jew parzjalment, mingħajr ma jieħdu sehem fil-votazzjonijiet tiegħu.
Artikolu 12
Amministraturi
Kull amministratur:
għandu jfassal u jippreżenta lill-Kumitat it-titoli tal-abbozzi tal-baġit annwali u tal-baġits emendatorji li huwa responsabbli għalihom. It-taqsima "nefqa" għal operazzjoni u għal kwalunkwe miżura ta' assistenza jew parti minnha li l-operazzjoni jista' jkun timplimenta fl-abbozzi tal-baġits annwali u emendatorji għandha titfassal fuq il-bażi ta' proposta mill-kmandant tal-operazzjoni kkonċernat;
għandu jimplimenta u jirrapporta dwar il-baġits annwali u l-baġits emendatorji rispettivi li huwa responsabbli minnhom wara li jiġu adottati mill-Kumitat;
għandu jkun l-uffiċjal awtorizzanti rispettiv għad-dħul u n-nefqa tal-Faċilità, ħlief għan-nefqa mġarrba matul il-fażi attiva tal-operazzjonijiet. L-amministratur jista' jiddelega s-setgħat ta' uffiċjal awtorizzanti kif meħtieġ;
fir-rigward tad-dħul, għandu jimplimenta l-arranġamenti finanzjarji magħmula ma' partijiet terzi fir-rigward tal-finanzjament ta' operazzjonijiet u miżuri ta' assistenza rispettivament.
Artikolu 13
Uffiċjali tal-kontabilità
Kull uffiċjal tal-kontabilità, għall-kwistjonijiet li jappartjenu għar-responsabbiltajiet tiegħu, għandu:
jimplimenta l-pagamenti b'mod xieraq, jiġbor id-dħul u jirkupra l-ammonti stabbiliti bħala riċevibbli;
iħejji l-kontijiet annwali u jippreżentahom lill-Kumitat għall-approvazzjoni;
iżomm il-kontijiet;
jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri tal-kontabilità u t-tabella tal-kontijiet;
jistabbilixxi, jivvalida u jissorvelja s-sistemi ta' kontabilità għad-dħul u, fejn xieraq, jivvalida u jissorvelja s-sistemi stipulati mill-uffiċjal awtorizzanti rispettiv biex jipprovdi jew jiġġustifika informazzjoni dwar il-kontabilità, jiċċekkja l-informazzjoni miksuba u jitlob miżuri korrettivi meta dan jitqies neċessarju;
iżomm id-dokumenti ta' prova;
ikun responsabbli għall-amministrazzjoni tat-teżorerija.
Artikolu 14
Dispożizzjonijiet ġenerali li japplikaw għall-amministraturi, għall-uffiċjali tal-kontabilità u għall-persunal
Artikolu 15
Kmandanti tal-Operazzjonijiet
Għall-operazzjoni li tagħha jkollu l-kmand u għal kwalunkwe miżura ta' assistenza jew parti minnha li l-operazzjoni jista' jkun timplimenta, kull kmandant tal-operazzjoni:
għandu jibgħat lill-amministratur għall-operazzjonijiet il-proposti tiegħu għat-taqsima "nefqa" tal-abbozzi ta' baġits;
bħala uffiċjal awtorizzanti:
għandu jimplimenta l-approprjazzjonijiet relatati mal-ispejjeż komuni, in-nefqa għall-ispejjeż imħallsa min-nazzjon kif imsemmi fl-Artikolu 48, u l-approprjazzjonijiet relatati mal-miżuri ta' assistenza jew partijiet minnhom li l-operazzjoni jista' jkun timplimenta; għandu jeżerċita l-awtorità tiegħu fuq kwalunkwe persuna li tkun qed tipparteċipa fl-implimentazzjoni ta' dawk l-approprjazzjonijiet, inkluż il-prefinanzjament; jista' jagħti kuntratti u jidħol f'kuntratti f'isem il-Faċilità; u għandu jiftaħ kontijiet bankarji għall-operazzjoni li tagħha jkollu l-kmand, inkluż għal miżuri ta' assistenza jew partijiet minnhom li l-operazzjoni jista' jkun timplimenta;
għandu jimplimenta l-approprjazzjonijiet relatati man-nefqa għall-operazzjoni li tagħha jkollu l-kmand iffinanzjata minn kontribuzzjonijiet volontarji; għandu jeżerċita l-awtorità tiegħu fuq kwalunkwe persuna li tkun qed tipparteċipa fl-implimentazzjoni ta' dawk l-approprjazzjonijiet, abbażi tad-dispożizzjonijiet rilevanti fil-ftehim amministrattiv ad hoc mal-kontributur; jista' jagħti u jidħol f'kuntratti f'isem il-kontributur; u għandu jiftaħ kont bankarju għal kull kontribuzzjoni.
Artikolu 16
Responsabbiltà
TITOLU II
BAĠIT
KAPITOLU 3
Prinċipji u struttura, baġits emendatorji, trasferimenti u riporti ta' approprjazzjonijiet
Artikolu 17
Prinċipji baġitarji
Artikolu 18
Baġit annwali
L-abbozz ta' baġit għandu jinkludi:
l-approprjazzjonijiet meqjusa meħtieġa biex ikopru:
parti ġenerali biex tkopri n-nefqa ta' appoġġ u dik preparatorja fuq l-operazzjonijiet, kif imsemmi fl-Annessi II u III, li ma tkunx marbuta ma' operazzjoni speċifika;
parti ġenerali biex tkopri n-nefqa ta' appoġġ u dik preparatorja fuq il-miżuri ta' assistenza, kif imsemmi fl-Annessi II u III, li ma tkunx marbuta ma' miżura ta' assistenza speċifika;
previżjoni tad-dħul meħtieġ biex ikopri n-nefqa.
Id-dħul, sottodiviż skont it-titolu, għandu jkun magħmul minn:
kontribuzzjonijiet pagabbli mill-Istati Membri kontribwenti u, fejn xieraq, minn Stati terzi kontribwenti;
dħul mixxellanju, li jinkludi:
Artikolu 19
Baġits emendatorji
L-amministratur għall-operazzjonijiet jew l-amministratur għall-miżuri ta' assistenza għandu jipproponi baġit emendatorju lill-Kumitat fil-każijiet li ġejjin:
tiġi deċiża operazzjoni jew miżura ta' assistenza ġdida mill-Kunsill u għaldaqstant ikollu jinħoloq titolu ġdid għaliha fil-baġit;
l-eżitu tal-baġit għal sena finanzjarja li għaliha l-kontijiet ikunu ġew approvati f'konformità mal-Artikolu 43(6) jeħtieġ li jiddaħħal fil-baġit tas-sena finanzjarja li jmiss;
minħabba ċirkostanzi inevitabbli, eċċezzjonali jew imprevisti, l-approprjazzjonijiet imdaħħla fit-titoli għall-operazzjonijiet jew fit-titoli għall-miżuri ta' assistenza ma jikkorrispondux għall-ħtiġijiet tal-operazzjoni jew miżura ta' assistenza korrispondenti.
Artikolu 20
Trasferimenti ta' approprjazzjonijiet
Artikolu 21
Riportar ta' approprjazzjonijiet
Madankollu, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiġu riportati permezz ta' deċiżjoni tal-amministratur responsabbli fil-każijiet li ġejjin:
approprjazzjonijiet ta' pagament, fejn ikunu meħtieġa biex ikopru impenji eżistenti;
approprjazzjonijiet ta' impenn f'titoli għal miżuri ta' assistenza li għalihom il-biċċa l-kbira tal-istadji preparatorji tal-proċedura ta' impenn, li jiġu speċifikati fir-regoli għall-implimentazzjoni skont l-Artikolu 11(6), ikunu tlestew sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel. Tali approprjazzjonijiet jistgħu mbagħad jiġu impenjati sal-31 ta' Marzu;
approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament li huma meħtieġa meta tkun ġiet adottata deċiżjoni tal-Kunsill għal miżura ta' assistenza ġdida fl-aħħar kwart tas-sena finanzjarja preċedenti.
Kull amministratur għandu jinforma lill-Kumitat bid-deċiżjonijiet ta' riportar tiegħu sal-1 ta' Marzu ta’ kull sena.
Artikolu 22
Impenji maqsuma
L-impenji baġitarji li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin fi ħlasijiet parzjali annwali.
Artikolu 23
Rkupru ta' fondi
Kwalunkwe rkupru għandu jiġi inkluż bħala dħul fl-istess titolu minn fejn ikun ġie ġġenerat. Fejn dak it-titolu ma jibqax jeżisti, l-irkupru għandu jiġi inkluż fil-parti ġenerali li għaliha l-amministratur rispettiv ikun responsabbli.
Artikolu 24
Implimentazzjoni antiċipata
Ladarba l-baġit annwali jkun ġie adottat, jistgħu jintużaw approprjazzjonijiet biex ikopru impenji u pagamenti sa fejn ikun meħtieġ operazzjonalment permezz ta' implimentazzjoni antiċipata.
KAPITOLU 4
Kontribuzzjonijiet
Artikolu 25
Previżjoni bikrija
L-amministraturi għandhom jippreżentaw sat-30 ta' Ġunju tas-sena n:
previżjoni għat-tieni sejħa għall-kontribuzzjonijiet għas-sena n;
previżjoni għal-limitu massimu għall-pagamenti għas-sena n + 1 biex jittieħed kont tal-operazzjonijiet futuri jew dawk li jespandu u miżuri ta' assistenza mhux koperti mill-abbozz ta' baġit;
stima indikattiva għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għas-sena n + 1, n + 2, n + 3 u n + 4 skont il-ħtiġijiet stmati;
previżjoni jew l-ammont tal-ewwel sejħa għall-kontribuzzjonijiet għas-sena n +1.
L-amministraturi għandhom jippreżentaw lill-Kumitat, sat-30 ta' Settembru tas-sena n:
previżjoni tal-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għat-titoli kollha tal-abbozz ta' baġit;
previżjoni għall-ammont tal-ewwel sejħa għall-kontribuzzjonijiet għas-sena n + 1;
previżjoni indikattiva riveduta bbażata fuq l-aħjar informazzjoni disponibbli għall-ammonti annwali ta' kontribuzzjonijiet għas-snin n + 2, n + 3 u n + 4.
Artikolu 26
Determinazzjoni ta' kontribuzzjonijiet
Artikolu 27
Kontribuzzjonijiet li jirriżultaw minn astensjoni
Artikolu 28
Finanzjament bikri
Għall-fini tal-finanzjament bikri tad-depożiti minimi, l-Istati Membri għandhom jew:
iħallsu kontribuzzjonijiet lill-Faċilità minn qabel; jew
meta l-Kunsill jiddeċiedi li jniedi operazzjoni ta’ rispons rapidu li huma jikkontribwixxu għaliha, japprova miżura urġenti, jew meta l-Kumitat jawtorizza l-użu tagħha għal miżuri ta’ assistenza individwali skont il-paragrafu 1, u jkun meħtieġ li wieħed jirrikorri għad-depożitu minimu, iħallsu il-kontribuzzjonijiet tagħhom fi żmien għaxart ijiem wara li tintbagħat is-sejħa fil-livell tal-ammont ta’ referenza tal-operazzjoni ta’ rispons rapidu jew tal-ispiża awtorizzata tal-miżura urġenti jew tal-miżura ta’ assistenza urġenti, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor.
Artikolu 29
Ġbir ta' kontribuzzjonijiet
Is-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom jintbagħtu meta:
baġit għal sena finanzjarja jiġi adottat mill-Kumitat. L-ewwel sejħa għal kontribuzzjonijiet għandha tkopri l-ħtiġijiet ta' pagamenti għall-ewwel tmien xhur. It-tieni sejħa għal kontribuzzjonijiet għandha tkopri l-bilanċ li jifdal ta' kontribuzzjonijiet, b'kont meħud tal-bilanċ tas-sena preċedenti meta l-Kumitat ikun iddeċieda li jdaħħal tali bilanċ fil-baġit attwali;
baġit emendatorju jiġi adottat kif previst fl-Artikolu 19 u s-sejħiet ippjanati għal kontribuzzjonijiet għas-sena mhux ser jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' pagament fiż-żmien dovut;
il-kontribuzzjonijiet għad-depożiti minimi u r-rikostituzzjoni tagħhom huma meħtieġa kif previst fl-Artikolu 28(3) u fil-paragrafi 9 u 10 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 30
Ġestjoni mill-Faċilità tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji volontarji
Artikolu 31
Imgħax fuq ħlas tardiv
KAPITOLU 5
Implimentazzjoni
Artikolu 32
Prinċipji
L-uffiċjali awtorizzanti għandhom ikunu responsabbli li jimplimentaw id-dħul u n-nefqa tal-Faċilità skont il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba u li jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-legalità u r-regolarità.
Għall-implimentazzjoni tan-nefqa, l-uffiċjali awtorizzanti għandhom:
jieħdu impenji baġitarji u impenji legali, inkluż billi jiffirmaw kuntratti f'isem il-Faċilità;
jivvalidaw in-nefqa u jawtorizzaw il-pagamenti; u
jieħdu l-passi preliminarji għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet.
Uffiċjal awtorizzanti jista' jiddelega d-dmirijiet tiegħu b'deċiżjoni li tiddetermina:
il-membri tal-persunal fuq livell xieraq għal tali delegazzjoni;
il-limitu tas-setgħat mogħtija; u
l-ambitu li fih id-delegati jissottodelegaw is-setgħat tagħhom.
Artikolu 33
Metodi ta' implimentazzjoni
Miżura ta' assistenza tista' tiġi implimentata permezz ta' ġestjoni diretta jew indiretta. Meta miżura ta' assistenza tiġi implimentata permezz ta' ġestjoni indiretta, l-atturi ta' implimentazzjoni jistgħu jiġu nnominati mill-Kunsill minn waħda mill-kategoriji li ġejjin:
il-ministeri jew id-dipartimenti tal-Gvern tal-Istati Membri, jew il-korpi u l-aġenziji tal-liġi pubblika l-oħra tagħhom, jew korpi rregolati mil-liġi privata b'missjoni ta' servizz pubbliku sa fejn dawn tal-aħħar jingħataw garanziji finanzjarji adegwati;
organizzazzjoni internazzjonali, organizzazzjoni reġjonali, jew il-korpi u l-aġenziji tagħhom;
Stat terz jew il-korpi u l-aġenziji tal-liġi pubblika tiegħu, dment li tali Stat terz ma jmurx kontra l-interessi tas-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri u li jirrispetta l-liġi internazzjoni u, fejn rilevanti, il-prinċipju ta' relazzjonijiet tajbin ta' viċinat mal-Istati Membri;
l-aġenziji u l-entitajiet tal-Unjoni li għandhom personalità ġuridika.
Artikolu 34
Kontijiet bankarji
Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għandhom jitħallsu f'kontijiet bankarji apposta. Dawk il-kontribuzzjonijiet għandhom jintużaw biex isiru:
l-avvanzi meħtieġa lill-kmandanti tal-operazzjoni għall-implimentazzjoni tan-nefqa relatata mal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet u mal-ispiża tal-miżuri ta' assistenza jew kwalunkwe parti minnhom li huma implimentati minn operazzjonijiet; u
il-pagamenti meħtieġa lill-atturi inkarigati mill-implimentazzjoni u lill-fornituri meħtieġa għall-miżuri ta' assistenza.
Artikolu 35
Akkwisti
Artikolu 36
Għotjiet
Artikolu 37
Arranġamenti amministrattivi biex jiffaċilitaw l-akkwist futur jew l-appoġġ reċiproku
L-arranġamenti amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:
soġġetti għal konsultazzjoni minn qabel tal-Kumitat jekk jiġu konklużi ma' Stati Membri, istituzzjonijiet tal-Unjoni, jew korpi jew aġenziji ta' Stat Membru jew tal-Unjoni; jew
ippreżentati lill-Kumitat għal approvazzjoni minn qabel jekk jiġu konklużi ma' Stati terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali jew organizzazzjonijiet reġjonali.
KAPITOLU 6
Rapporti finanzjarji, kontijiet u awditu
Artikolu 38
Rapporti finanzjarji regolari lill-Kumitat
Kull tliet xhur, kull amministratur, bl-appoġġ tal-uffiċjal tal-kontabilità responsabbli u l-kmandanti tal-operazzjonijiet, għandu jippreżenta lill-Kumitat rapport dwar l-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu sa mill-bidu tas-sena finanzjarja, rapport tal-fluss tal-flus u rapport dwar id-depożitu minimu korrispondenti.
Artikolu 39
Kontijiet
Artikolu 40
Regoli ġenerali applikabbli għall-kontrolli
Artikolu 41
Awditjar intern tal-Faċilità
Artikolu 42
Awditjar estern tal-Faċilità
Matul il-mandat tagħhom, il-membri tal-Kulleġġ tal-Awdituri u l-assistenti tagħhom:
la għandhom jitolbu u lanqas jirċievu struzzjonijiet ħlief mill-Kumitat; fil-limiti tal-mandat tal-awditjar tiegħu, il-Kulleġġ tal-Awdituri u l-membri tiegħu għandhom ikunu kompletament indipendenti u responsabbli huma biss għat-tmexxija tal-awditu estern tagħhom;
għandhom jirrapportaw dwar il-kompitu tagħhom lill-Kumitat biss.
Artikolu 43
Preżentazzjoni tal-kontijiet annwali u l-eżitu tal-baġit
TITOLU III
REGOLI SPEĊIFIĊI APPLIKABBLI GĦAL OPERAZZJONIJIET
KAPITOLU 7
Spejjeż Komuni U Spejjeż Imġarrba Min-Nazzjon
Artikolu 44
Definizzjoni ta' spejjeż komuni u perijodi ta' eliġibbiltà
Matul il-fażi attiva ta' operazzjoni, li tibda tiddekorri mid-data li fiha jinħatar il-kmandant tal-operazzjoni sal-jum li fih il-kwartieri ġenerali tal-operazzjoni twaqqaf l-attività tagħha, il-Faċilità għandha ġġarrab bħala spejjeż komuni:
l-ispejjeż komuni elenkati fil-Parti A tal-Anness IV;
l-ispejjeż komuni elenkati fil-Parti B tal-Anness IV, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk;
l-ispejjeż komuni elenkati fil-Parti C tal-Anness IV, meta l-kmandant tal-operazzjoni jitlob li jsir dan u jekk il-Kumitat japprovah.
Artikolu 45
Eżerċizzji
Għan-nefqa li ġejja, l-ispejjeż komuni tal-eżerċizzji msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikopru:
xogħlijiet żgħar u temporanji għall-iskjerament/infrastruttura temporanja: nefqa assolutament meħtieġa għall-kwartieri ġenerali temporanji u l-forzi li jipparteċipaw fl-eżerċizzju biex jintlaħaq l-objettiv tiegħu, jekk approvati mill-Kumitat;
il-fażi tal-ippjanar u tat-tħejjija tal-eżerċizzji, inkluż it-taħriġ essenzjali meħtieġ għall-eżerċizzju, b’mod partikolari t-taħriġ għall-operaturi tal-Pakketti Skjerabbli tal-UE u għall-esperti finanzjarji maħtura biex jipparteċipaw fl-eżerċizzju;
it-trasport għall-iskjerament u l-iskjerament mill-ġdid lejn u mill-post tal-operazzjonijiet għall-EU RDC (inkluż il-Gruppi Tattiċi tal-UE, il-faċilitaturi strateġiċi u l-moduli), skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness IV, il-Parti A, il-paragrafu 3 relatati mal-operazzjonijiet tal-EU RDC sa ammont f’konformità mal-aktar għażla kosteffettiva, skont id-deċiżjoni tal-Kumitat. Id-deċiżjoni mill-Kumitat għandha tittieħed b’kont meħud tad-diskussjoni ta’ orjentazzjoni strateġika applikabbli fil-KPS, li tiffoka fuq aspetti operattivi u finanzjarji, u fil-ħin biex tiġi kkunsidrata kif xieraq fil-proċess ta’ ġenerazzjoni tal-forzi tal-eżerċizzju.
Artikolu 46
Ammont ta' referenza għal operazzjoni
Kwalunkwe deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi jew testendi operazzjoni għandu jkun fiha ammont ta' referenza għall-ispejjeż komuni ta' dik l-operazzjoni. L-amministratur għall-operazzjonijiet għandu jevalwa, bl-appoġġ b'mod partikolari tal-Istat Maġġur tal-UE u, jekk ikun fil-kariga, tal-kmandant tal-operazzjoni, l-ammont meqjus meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż komuni tal-operazzjoni għall-perijodu ppjanat. L-amministratur għall-operazzjonijiet għandu jibgħat l-ammont propost lill-Presidenza tal-Kunsill għal eżami mill-korp preparatorju tal-Kunsill responsabbli għall-eżami tal-abbozz ta' deċiżjoni. Il-membri tal-Kumitat għandhom jiġu mistiedna għad-diskussjonijiet ta' dan il-korp fir-rigward tal-ammont ta' referenza.
Artikolu 47
Rimborż ta' prefinanzjament
Artikolu 48
Ġestjoni mill-Faċilità ta' nefqa mhux inkluża fl-ispejjeż komuni (spejjeż imġarrba min-nazzjon)
Artikolu 49
Ġestjoni mill-Faċilità tal-prefinanzjament u tan-nefqa mhux inklużi fl-ispejjeż komuni biex jiffaċilitaw l-iskjerament inizjali tal-forzi għal operazzjoni
Artikolu 50
Spejjeż komuni mġarrba fit-tħejjija għal operazzjonijiet, jew b'segwitu għalihom, jew li mhumiex marbutin direttament ma' operazzjoni speċifika
L-amministratur għall-operazzjonijiet għandu jaqdi d-dmirijiet ta' uffiċjal awtorizzanti għan-nefqa li tkopri l-ispejjeż komuni magħmula fil-fażi ta' tħejjija u wara tmiem il-fażi attiva tal-operazzjonijiet, kif ukoll spejjeż komuni li ma jistgħux ikunu marbutin direttament ma' operazzjoni speċifika.
Artikolu 51
Spejjeż komuni matul il-fażi attiva ta' operazzjoni
KAPITOLU 8
Ġestjoni ta' fondi u assi
Artikolu 52
Destinazzjoni finali tat-tagħmir u l-infrastruttura ffinanzjati b'mod komuni
Id-destinazzjoni finali tat-tagħmir u l-infrastruttura ffinanzjati b'mod komuni għandha tiġi approvata mill-Kumitat, b'kont meħud tal-ħtiġijiet operazzjonali u l-kriterji finanzjarji. Id-destinazzjoni finali tista' tkun kif ġej:
l-infrastruttura tista' tinbiegħ jew tiġi ttrasferita permezz tal-Faċilità lill-pajjiż ospitanti, lil Stat Membru jew lil parti terza;
it-tagħmir jista' jinbiegħ permezz tal-Faċilità lil Stat Membru, lill-pajjiż ospitanti jew lil parti terza, jew jinħażen u jinżamm mill-Faċilità, minn Stat Membru jew minn parti terza, għal użu f'operazzjoni sussegwenti.
Artikolu 53
Firma konġunta tal-pagamenti
Kwalunkwe pagament mill-fondi amministrati mill-Faċilità għall-operazzjonijiet, jew għall-miżuri ta' assistenza jew kwalunkwe parti minnhom li jkunu implimentati minn operazzjonijiet, għandu jeħtieġ il-firma konġunta ta' uffiċjal awtorizzanti u tal-uffiċjal tal-kontabilità għall-operazzjonijiet jew ta' uffiċjal tal-kontabilità f'operazzjoni.
Artikolu 54
Kontabilità
Artikolu 55
Awditjar
Kull kmandant tal-operazzjoni għandu jagħti lill-amministratur għall-operazzjonijiet u lill-awdituri li jaġixxu għall-Faċilità aċċess sħiħ għall-operazzjoni li huwa jikkmanda, inkluż bini, informazzjoni u data.
TITOLU IV
REGOLI SPEĊIFIĊI APPLIKABBLI GĦALL-MIŻURI TA' ASSISTENZA
KAPITOLU 9
Objettivi, prinċipji u proċeduri għall-adozzjoni ta' miżuri ta' assistenza
Artikolu 56
Objettivi u prinċipji
L-objettivi ewlenin tal-miżuri ta' assistenza għandhom ikunu:
li jsaħħu l-kapaċitajiet relatati ma' kwistjonijiet militari u ta' difiża u r-reżiljenza ta' Stati terzi u ta' organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali;
li jikkontribwixxu b'mod rapidu u effettiv għar-rispons militari ta' Stati terzi u ta' organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali f'sitwazzjoni ta' kriżi;
li jikkontribwixxu b'mod effettiv u effiċjenti għall-prevenzjoni ta' konflitti, l-istabbilizzazzjoni u l-konsolidazzjoni tal-paċi, inkluż fil-kuntest ta' operazzjonijiet b'kompiti ta' taħriġ, konsulenza u mentoraġġ fis-settur tas-sigurtà, kif ukoll f'sitwazzjonijiet oħra ta' qabel konflitt jew ta' wara konflitt;
li jappoġġaw il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża bejn l-Unjoni u Stat terz jew organizzazzjoni reġjonali jew internazzjonali.
Il-miżuri ta' assistenza għandhom ikunu mirfuda mill-prinċipji li ġejjin:
iridu jkunu konsistenti mal-politiki u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni li għandha l-għan li tibni l-paċi, tipprevjeni l-konflitti u ssaħħaħ is-sigurtà internazzjonali;
iridu jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni u mal-politiki u l-istrateġiji tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Qafas Strateġiku għall-UE biex tiġi appoġġata r-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà u l-Approċċ Integrat għal konflitti u kriżijiet esterni, l-Approċċ Strateġiku tal-UE għan-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà kif ukoll mar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti;
iridu jirrispettaw l-obbligi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha skont il-liġi internazzjonali, b'mod partikolari l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali;
ma għandhomx jippreġudikaw il-karattru speċifiku tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża ta' Stat Membru u ma għandhomx imorru kontra l-interessi ta' sigurtà u ta' difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.
Artikolu 57
Fażi ta' tħejjija
Artikolu 58
Miżuri urġenti
Artikolu 59
Miżuri ta' assistenza
Artikolu 60
Implimentazzjoni ta' miżura ta' assistenza permezz ta' operazzjoni
Artikolu 61
Kuntratti ma' atturi responsabbli mill-implimentazzjoni
Artikolu 62
Arranġamenti ma' benefiċjarji
L-arranġamenti magħmula f'konformità mal-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet, f'konformità mat-termini tal-miżura ta' assistenza jew ta' kwalunkwe deċiżjoni rilevanti mill-Kunsill jew mill-Kumitat, inkluż dwar salvagwardji, biex jiżguraw:
użu xieraq u effiċjenti tal-assi għall-għanijiet li għalihom ikunu ġew ipprovduti;
konservazzjoni adegwata tal-assi biex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jintużaw u biex tiġi żgurata d-disponibbiltà operazzjonali tagħhom tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-assi;
li l-assi mhux ser jintilfu, jew jiġu ttrasferiti mingħajr il-kunsens tal-Kumitat lil persuni jew entitajiet oħra għajr dawk identifikati fl-arranġamenti, fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom jew mal-iskadenza jew it-terminazzjoni tal-miżura ta' assistenza;
konformità ma' kwalunkwe rekwiżit ieħor stabbilit mill-Kunsill.
Artikolu 63
Rappurtar u segwitu
Ir-Rappreżentant Għoli għandu jipprovdi lill-KPS rapport dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' assistenza darbtejn fis-sena jew meta l-KPS jitlob dan. Tali rapporti għandhom ikopru l-aspetti politiċi, operazzjonali u finanzjarji tal-miżura ta' assistenza. Dawn għandhom jinkludu evalwazzjoni tal-impatt tagħha u l-ġestjoni u l-użu tal-assi, kif ukoll aġġornamenti dwar l-analiżi tas-sensittività tal-konflitt u tal-kuntest u l-valutazzjoni tar-riskju u tal-impatt.
Artikolu 64
Sospensjoni u terminazzjoni ta' miżuri ta' assistenza
Kull deċiżjoni tal-Kunsill għal miżura ta' assistenza għandha tinkludi d-dispożizzjonijiet li ġejjin dwar is-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-miżura, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-awtoritajiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw is-sospensjoni tal-liċenzji tal-esportazzjoni fejn tali liċenzja tkun meħtieġa:
il-KPS jista' jiddeċiedi li jissospendi kompletament jew parzjalment l-implimentazzjoni ta' miżura ta' assistenza fuq talba ta' Stat Membru jew tar-Rappreżentant Għoli fil-każijiet li ġejjin:
jekk il-benefiċjarju jkun qed jikser l-obbligi tiegħu skont il-liġi internazzjonali, b'mod partikolari d-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali, jew jekk ma jissodisfax l-impenji meħuda skont l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 62;
jekk il-kuntratt ma' attur responsabbli mill-implimentazzjoni jkun ġie sospiż jew mitmum wara ksur tal-obbligi tiegħu skont il-kuntratt;
jekk is-sitwazzjoni fil-pajjiż jew fiż-żona ta' tħassib ma tibqax tippermetti li l-miżura tiġi implimentata filwaqt li jiġu żgurati garanziji suffiċjenti;
jekk l-insegwiment tal-miżura ma jibqax jaqdi l-objettivi tiegħu jew ma jibqax fl-interess tal-Unjoni;
f'każijiet urġenti u eċċezzjonali r-Rappreżentant Għoli jista' b'mod proviżorju jissospendi kompletament jew parzjalment l-implimentazzjoni ta' miżura ta' assistenza sakemm tittieħed deċiżjoni mill-KPS.
Artikolu 65
Sospensjoni u terminazzjoni ta' kuntratti ma' atturi responsabbli mill-implimentazzjoni
L-amministratur jista' jissospendi jew itemm kuntratt konkluż f'konformità mal-Artikolu 61, jekk l-attur responsabbli mill-implimentazzjoni jkun qed jikser l-obbligi kuntrattwali tiegħu. L-amministratur għandu jinforma lill-Kumitat minnufih wara s-sospensjoni ta' kuntratt. L-amministratur għandu jinforma lill-Kumitat fi żmien opportun qabel ma jtemm kuntratt. Sakemm issir it-terminazzjoni, kwalunkwe membru tal-Kumitat jista' jitlob aktar informazzjoni u diskussjoni fil-Kumitat dwar l-implikazzjonijiet possibbli tat-terminazzjoni għall-miżura ta' assistenza kkonċernata.
KAPITOLU 10
Kontrolli fuq in-nefqa u l-assi ffinanzjati mill-Faċilità u fdati lill-atturi responsabbli mill-implimentazzjoni
Artikolu 66
Valutazzjoni tal-kapaċità tal-atturi responsabbli mill-implimentazzjoni li jimplimentaw in-nefqa ffinanzjata mill-Faċilità
L-amministratur ma għandux iwettaq valutazzjoni tal-ministeri jew id-dipartimenti tal-Gvern tal-Istati Membri fejn dawn ikunu maħtura bħala atturi responsabbli mill-implimentazzjoni. L-amministratur jista' jiddeċiedi li ma jwettaqx valutazzjoni ta':
aġenziji u korpi tal-Unjoni;
korpi regolati bil-liġi pubblika u aġenziji oħra tal-Istati Membri;
Stati terzi jew il-korpi regolati bil-liġi pubblika u l-aġenziji li jkunu nnominaw.
Artikolu 67
Dispożizzjonijiet standard f'kuntratti ma' atturi responsabbli mill-implimentazzjoni
Barra minn hekk, il-kuntratti konklużi mal-atturi responsabbli mill-implimentazzjoni għandhom jinkludu b'mod partikolari dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li:
l-assi ffinanzjati b'fondi pprovduti mill-Faċilità, jekk ikun hemm, jiġu akkwistati skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku, jew b'regoli meqjusa ekwivalenti għal dawk adottati mill-Kumitat skont l-Artikolu 11(6) għall-akkwist dirett mill-Faċilità;
tintuża sistema ta' kontabilità li tipprovdi informazzjoni preċiża, sħiħa u affidabbli li tingħata fiż-żmien dovut;
sistema ta' kontroll interna effettiva u effiċjenti, kif ukoll politiki u miżuri, imsejsa fuq l-aħjar prattiki internazzjonali, tippermetti b'mod partikolari li tiġi żgurata l-legalità u r-regolarità tan-nefqa ffinanzjata mill-Faċilità u li jiġu evitati, identifikati u kkoreġuti l-irregolaritajiet, il-korruzzjoni u l-frodi;
jitwettqu awditi esterni indipendenti, f'konformità ma' standards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment minn servizz tal-awditjar funzjonalment indipendenti mill-entità jew mill-persuni li jkunu qed jimplimentaw il-miżura ta' assistenza, fuq il-legalità u r-regolarità tan-nefqa ffinanzjata mill-Faċilità;
il-Faċilità għandha tingħata rapporti finanzjarji regolari dwar kif jiġu implimentati l-miżuri ta' assistenza, u għandha tiġi nnotifikata mingħajr dewmien b'każijiet ta' frodi u irregolaritajiet identifikati li jikkonċernaw il-Faċilità u bil-miżuri preventivi jew korrettivi li jkunu ttieħdu, inkluż l-irkupru jew ir-restituzzjoni ta' ammonti li jkunu tħallsu b'mod żbaljat;
kwalunkwe ammont imħallas b'mod żbaljat jiġi rkuprat mill-Faċilità;
il-Faċilità għandha tingħata fiż-żmien dovut il-kontijiet tan-nefqa ffinanzjata mill-Faċilità waqt il-perijodu ta' referenza rilevanti, b'dikjarazzjoni dwar il-ġestjoni li tgħid li, fil-fehma ta' dawk inkarigati mill-ġestjoni tal-fondi, l-informazzjoni sħiħa u preċiża tkun ġiet ippreżentata kif xieraq, in-nefqa tkun intużat għall-iskop maħsub għaliha u s-sistemi ta' kontroll fis-seħħ ikunu jagħtu l-garanziji meħtieġa f'dak ir-rigward, u b'opinjoni ta' korp tal-awditjar indipendenti, imfassla skont l-istandards tal-awditjar aċċettati fuq livell internazzjonali;
il-Faċilità, l-awdituri li hija tinnomina u l-Kulleġġ tal-Awdituri jingħataw id-dritt u l-assistenza kollha meħtieġa mill-attur responsabbli mill-implimentazzjoni biex iwettqu l-verifiki meħtieġa fuq il-post u biex jaċċessaw mingħajr dewmien u mingħajr avviż minn qabel id-dokumenti u d-data marbuta man-nefqa ffinanzjata mill-Faċilità, u l-postijiet fejn ikunu miżmuma dawk id-dokumenti u d-data;
kwalunkwe arranġament, kondizzjoni, limitazzjoni jew dispożizzjoni ta' mitigazzjoni fid-deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-miżura ta' assistenza, jew f'konformità magħha, jiġi rrispettat;
l-attur responsabbli mill-implimentazzjoni għandu r-responsabbiltà fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kuntratt;
l-obbligi tal-Faċilità skont il-kuntratt jiġu sospiżi jekk il-miżura ta' assistenza tiġi sospiża f'konformità mal-Artikolu 64(1), u lib dawk l-obbligi jiġu tterminati jekk il-miżura ta' assistenza tintemm mill-Kunsill.
Artikolu 68
Dispożizzjonijiet addizzjonali f'kuntratti ma' atturi responsabbli mill-implimentazzjoni dwar il-ġestjoni tal-assi ffinanzjati mill-Faċilità u dwar is-sottokuntrattar
Meta attur responsabbli mill-implimentazzjoni jkun fdat b'assi bħal infrastruttura, tagħmir jew provvisti ffinanzjati mill-Faċilità, jew inkarigat bl-akkwist tagħhom, il-kuntratti li għandhom jiġu konklużi mal-amministratur f'isem il-Faċilità f'konformità mal-Artikoli 61 u 68 għandhom jiddefinixxu l-kondizzjonijiet biex jiżguraw li tali assi huma ġestiti:
bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi tal-miżura ta' assistenza b'mod effiċjenti u fil-ħin;
f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fil-miżura ta' assistenza inkluż kwalunkwe restrizzjoni jew limitazzjoni fuq l-użu, il-bejgħ jew it-trasferiment tagħhom u kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta' mitigazzjoni;
fir-rigward tal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 56(1), (2) u (3) u f'konformità mal-Artikolu 59.
Il-kuntratti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu b'mod partikolari dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-assi:
jitwasslu b'mod effettiv għand il-benefiċjarju skont il-miżura ta' assistenza;
jinżammu f'kull ħin taħt il-kontroll tal-attur responsabbli mill-implimentazzjoni sakemm jiġu kkonsenjati lill-benefiċjarju.
Il-kuntratti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li l-atturi responsabbli mill-implimentazzjoni għandhom:
jipprovdu lill-Faċilità rapporti regolari dwar l-implimentazzjoni tal-miżura ta' assistenza fdata lilhom, inkluż, fejn xieraq, inventarji tal-assi ffinanzjati mill-Faċilità u informazzjoni dwar il-fornituri u s-sottokuntratturi;
jagħtu lill-Faċilità jew lill-persuni li tagħżel id-dritt u l-assistenza kollha meħtieġa biex iwettqu l-kontrolli meħtieġa fuq il-post.
TITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
KAPITOLU 11
Dispożizzjonijiet Mixxellanji
Artikolu 69
Regoli tas-sikurezza għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata
Ir-regoli fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE ( 6 ) jew kwalunkwe Deċiżjoni oħra tal-Kunsill li tista' tissostitwiha għandhom japplikaw fir-rigward ta' informazzjoni klassifikata marbuta mal-Faċilità.
Artikolu 70
Protezzjoni ta' data personali
Il-Faċilità għandha tipproteġi lill-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom f'konformità mal-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(4) ta' dak ir-Regolament. Għal dan il-għan, il-Kumitat Speċjali għandu jadotta r-regoli ta' implimentazzjoni meħtieġa fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli.
Artikolu 71
Aċċess pubbliku għad-dokumenti
Il-Kumitat, fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli, għandu jadotta regoli kif meħtieġ dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-Faċilità, konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ).
Artikolu 72
Komunikazzjoni, informazzjoni u viżibbiltà
Artikolu 73
Miżuri tranżizzjonali
L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-Eżerċizzju Militari tal-UE ta’ Maniġġar ta’ Kriżijiet 2023 (MILEX 23) għandu jkun ta’ EUR 5 000 000 . Minbarra l-ispejjeż komuni eliġibbli għall-eżerċizzji skont l-Artikolu 45, l-ispejjeż inkrementali li ġejjin imġarrba għall-għoti ta’ appoġġ lill-kwartieri ġenerali u l-forzi li jipparteċipaw fl-eżerċizzju għandhom eċċezzjonalment ikunu eliġibbli għal dak l-eżerċizzju:
it-trasport, kif indikat fl-Anness IV għall-Grupp Tattiku tal-UE, inkluż għall-faċilitaturi strateġiċi tiegħu, u fil-post tal-operazzjonijiet simulat, kwartieri temporanji u akkomodazzjoni temporanja.
xogħlijiet għall-iskjerament/infrastruttura temporanja: nefqa assolutament meħtieġa għall-kwartieri ġenerali u l-forzi li jipparteċipaw fl-eżerċizzju biex jintlaħaq l-objettiv tiegħu.
marki tal-identifikazzjoni: marki speċifiċi ta’ identifikazzjoni, karti tal-identità tal-“Unjoni Ewropea”, badges, midalji, bnadar bil-kuluri tal-Unjoni jew marki ta’ identifikazzjoni oħrajn tal-Forza jew tal-kwartieri ġenerali (eskluż ħwejjeġ, kpiepel jew uniformijiet).
spejjeż operazzjonali: spejjeż inkrementali għal servizzi assolutament meħtieġa għall-appoġġ dirett għall-iskjerament f’punti ta’ dħul bl-ajru u/jew marittimi u żoni loġistiċi u ta’ assemblea.
Il-Kumitat għandu jiddeċiedi dwar l-użu tal-ammont iddedikat skont l-Artikolu 2(3) mhux aktar tard minn xahar wara t-18 ta’ Marzu 2024.
Eċċezzjonalment, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(3), f’każijiet fejn Stat Membru jkun astjena f’vot u għamel dikjarazzjoni formali f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(1) TUE fir-rigward ta’ miżura ta’ assistenza li għandha tiġi ffinanzjata mill-ammont iddedikat, dak l-Istat Membru ma għandux jikkontribwixxi għall-ispejjeż ta’ dik il-miżura ta’ assistenza. F’dak il-każ, dak l-Istat Membru għandu jagħmel kontribuzzjoni addizzjonali għal miżuri oħra ta’ assistenza. Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikoli 26(7) u 27 għal tali kontribuzzjonijiet, referenza f’dawk l-Artikoli għall-Artikolu 5(3) għandha tinftiehem bħala referenza għal dan il-paragrafu.
KAPITOLU 12
Tħassir, reviżjoni u dħul fis-seħħ
Artikolu 74
Tħassir tal-mekkaniżmu Athena
Madankollu, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandhom ikomplu japplikaw għall-implimentazzjoni tan-nefqa għall-operazzjonijiet impenjati sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni u għall-kontabilità u l-inventarju, l-awditjar u l-preżentazzjoni tal-kontijiet relatati, u r-responsabbiltà, sakemm tkun ingħatat il-kwittanza lill-amministratur tal-mekkaniżmu ta' Athena u lill-kmandanti tal-operazzjonijiet għal tali nefqa.
Artikolu 75
Rieżami
Artikolu 76
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
ANNESS I
LIMITI MASSIMI FINANZJARJI ANNWALI
L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati fil-limiti tal-ammonti li ġejjin, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17(3) u (3a) u soġġett għall-Artikolu 73(2) u (10):
|
|
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
|
Prezzijiet attwali |
399 |
591 |
980 |
2 785 |
4 047 |
4 092 |
4 146 |
ANNESS II
SPEJJEŻ MIXXELLANJI IMĠARRBA MILL-FAĊILITÀ
(kemm jekk marbuta direttament ma' operazzjoni jew miżura ta' assistenza jew le)
Sa fejn ikun possibbli, l-approprjazzjonijiet relatati mal-ispejjeż li ġejjin jenħtieġ li jiddaħħlu fit-titoli fil-baġit għall-miżura ta' operazzjoni jew assistenza li għaliha huma l-aktar relatati:
nefqa tal-missjonijiet mġarrba mill-kmandant tal-operazzjoni, attur responsabbli mill-implimentazzjoni jew kwalunkwe attur rilevanti ieħor, kif ukoll mill-persunal tagħhom sabiex jattendu l-Kumitat għal diskussjonijiet relatati ma' operazzjoni jew miżura ta' assistenza jew fuq talba tal-Kumitat;
l-indennizzi għal danni u spejjeż li jirriżultaw minn pretensjonijiet u rikorsi legali li jkollhom jitħallsu permezz tal-Faċilità;
spejjeż ġejjin minn kwalunkwe deċiżjoni biex jinħażen materjal li jkun akkwistat b'mod komuni għal operazzjoni jew miżura ta' assistenza;
spejjeż bankarji;
spejjeż relatati mal-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-sistemi tal-IT għall-kontabbiltà u l-ġestjoni tal-assi tal-Faċilità;
spejjeż relatati mal-arranġamenti amministrattivi f'konformità mal-Artikolu 37;
Nefqa għal persunal kuntrattwali li jaħdem għall-Faċilità u appoġġ amministrattiv fil-kwartieri ġenerali u d-delegazzjonijiet;
il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;
spejjeż tal-awditjar;
f'każijiet eċċezzjonali, komunikazzjoni, informazzjoni u viżibilità.
ANNESS III
SPEJJEŻ IMĠARRBA MILL-FAĊILITÀ MARBUTIN MAL-FAŻI TA' TĦEJJIJA TA' OPERAZZJONI JEW MIŻURA TA' ASSISTENZA
L-ispejjeż inkrimentali meħtieġa għal missjonijiet esploratorji u għal tħejjijiet (b'mod partikolari missjonijiet ta' tiftix tal-fatti u rikonjizzjoni) li jsiru minn persunal militari u ċivili bil-ħsieb ta' operazzjoni speċifika tal-Unjoni: trasport; akkomodazzjoni; użu ta' mezzi ta' komunikazzjoni operazzjonali; u reklutaġġ ta' persunal ċivili lokali għat-twettiq tal-missjoni, bħal interpreti u xufiera.
Servizzi mediċi: l-ispiża marbuta ma' evakwazzjonijiet mediċi ta' emerġenza (Medevac) ta' persuni li jkunu qed jieħdu sehem f'missjonijiet esploratorji u preparazzjonijiet minn persunal militari u ċivili bil-ħsieb ta' operazzjoni speċifika tal-Unjoni, meta ma jkunx jista' jiġi pprovdut trattament mediku fuq il-post tal-operazzjonijiet.
L-ispejjeż inkrimentali meħtieġa għall-miżuri ta' tħejjija, awtorizzati mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 57, għal miżura ta' assistenza.
ANNESS IV
PARTI A
SPEJJEŻ KOMUNI RELATTIVI GĦALL-FAŻI ATTIVA TA' OPERAZZJONIJIET TAL-UNJONI, DEJJEM IMĠARRBA MILL-FAĊILITÀ
1. Spejjeż inkrimentali għall-kwartieri ġenerali (stazzjonabbli jew fissi) għal operazzjonijiet immexxija mill-Unjoni
1.1. Definizzjoni tal-kwartieri ġenerali li l-ispejjeż inkrimentali tagħhom huma ffinanzjati b'mod komuni:
Kwartieri Ġenerali (HQ): il- kwartieri ġenerali l-elementi ta' kmand u ta' appoġġ approvati fil-pjan operazzjonali (OPLAN).
Kwartieri Ġenerali Operattivi (OHQ): il-kwartieri ġenerali statiċi, barra miż-żona, tal-kmandant tal-operazzjoni, li jkunu responsabbli għall-bini, it-tnedija, l-appoġġ u l-irkupru ta' forza tal-Unjoni.
Id-definizzjoni tal-ispejjeż komuni applikabbli għal OHQ għal operazzjoni għandha tkun applikabbli wkoll għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, is-SEAE inkluż il-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija, u l-Faċilità sakemm dawn jaġixxu direttament għal dik l-operazzjoni.
Kwartieri Ġenerali tal-Forza (FHQ): il-kwartieri ġenerali ta' forza tal-Unjoni skjerati fiż-żona tal-operazzjonijiet ta' operazzjoni militari eżekuttiva.
Kwartieri Ġenerali tal-Forza tal-Missjoni (MFHQ): il-kwartieri ġenerali ta' forza tal-Unjoni skjerati fiż-żona tal-operazzjonijiet ta' missjoni militari mhux eżekuttiva.
Kwartieri Ġenerali tal-Kmand tal-Komponenti (CCHQ): il-kwartieri ġenerali tal-kmand tal-komponenti tal-Unjoni skjerati għall-operazzjoni (jiġifieri l-kmandanti tal-ajru, tal-art, marittimi u oħrajn tal-forzi speċjali li jista' jitqies li jkun meħtieġ li jiġu nominati skont in-natura tal-operazzjoni).
1.2. Definizzjoni tal-ispejjeż inkrimentali ffinanzjati b'mod komuni:
Spejjeż tat-trasport: trasport lejn u mill-post tal-operazzjonijiet għall-istazzjonament, is-sostenn u l-irkupru ta' FHQs, MFHQs u CCHQs.
Vjaġġar u akkomodazzjoni: l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni magħmula mill-OHQ għal vjaġġi uffiċjali meħtieġa għal operazzjoni; l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni magħmula minn persunal minn HQs stazzjonati li jagħmlu vjaġġi uffiċjali lejn Brussell u/jew għal laqgħat marbutin ma' operazzjoni.
Trasport/ivvjaġġar (eskluż spejjeż "per diem") ta' HQs fil-post tal-operazzjonijiet: nefqa marbuta mat-trasport bil-vetturi u vjaġġi oħrajn b'mezzi oħrajn u spejjeż marbutin mal-ġarr ta' merkanzija, inkluż il-vjaġġi minn rinforzi u viżitaturi nazzjonali; spejjeż inkrimentali ta' karburant lil hinn mill-ispiża għal operazzjonijiet normali; kiri ta' vetturi addizzjonali; spejjeż tal-assigurazzjoni ta' partijiet terzi imposti minn xi pajjiżi fuq organizzazzjonijiet internazzjonali li jmexxu operazzjonijiet fit-territorju tagħhom.
Amministrazzjoni: tagħmir supplementari għall-uffiċċji u għall-akkomodazzjoni, servizzi u utilitajiet kuntrattwali, spejjeż għall-manutenzjoni tal-binjiet tal-HQs.
Persunal ċivili li jiġi rreklutat speċifikament fl-HQs eliġibbli għar-rekwiżiti tal-operazzjoni: persunal ċivili li jaħdem fl-Unjoni, persunal internazzjonali u lokali rreklutat fil-post tal-operazzjoni meħtieġ għat-twettiq tal-operazzjoni lil hinn mir-rekwiżiti operattivi normali (inkluż kwalunkwe ħlas għall-kumpens tas-sahra).
Komunikazzjonijiet bejn l-HQs eliġibbli u bejn l-HQs eliġibbli u l-forzi direttament subordinati: nefqa kapitali għax-xiri u l-użu ta' tagħmir tal-IT u ta' komunikazzjoni supplimentari u l-ispejjeż għal servizzi mogħtija (kera u manutenzjoni ta' modems, linji tat-telefon, satphones, cryptofaxes, linji siguri, fornituri tal-internet, linji għat-trażmissjoni ta' data, networks ta' żona lokali).
Kwartieri u alloġġi/infrastruttura: nefqa għall-akkwist, il-kiri jew r-rinnovazzjoni ta' faċilitajiet tal-HQ meħtieġa fil-post tal-operazzjoni (kiri ta' binjiet, xelters, tined), jekk meħtieġ.
Informazzjoni għall-pubbliku: spejjeż relatati ma' kampanji ta' informazzjoni u ta' għoti ta' informazzjoni lill-mezzi tax-xandir fil-livell ta' HQ, f'konformità mal-istrateġija tal-informazzjoni żviluppata mill-HQ.
Rappreżentanza u ospitalità: spejjeż ta' rappreżentanza; spejjeż fil-livell tal-HQ meħtieġa għat-tmexxija ta' operazzjoni.
2. Spejjeż inkrimentali mġarrba talli ngħata appoġġ lill-forza kollha kemm hi
L-ispejjeż definiti hawn taħt huma dawk li jsiru bħala konsegwenza tal-iskjerament tal-forza fil-lokalità tagħha:
Xogħlijiet għall-iskjerament/infrastruttura: nefqa assolutament meħtieġa sabiex il-forza inġenerali twettaq il-missjoni tagħha (ajruporti, linji tal-ferrovija, portijiet, toroq loġistiċi ewlenin, inkluż punti tal-iżbark u żoni ta' assemblea avvanzati li jintużaw b'mod konġunt; analiżi tal-ilma, ippumpjar, trattament, distribuzzjoni u rimi tal-ilma, forniment tal-elettriku u l-ilma, xogħlijiet tal-art u protezzjoni statika tal-forza, faċilitajiet tal-ħżin (b'mod partikolari ta' karburant u munizzjon), żoni loġistiċi u ta' assemblea; appoġġ tekniku għall-infrastruttura ffinanzjata b'mod konġunt).
Marki tal-identifikazzjoni: marki speċifiċi ta' identifikazzjoni, karti tal-identità tal-"Unjoni Ewropea", badges, midalji, bnadar bil-kuluri tal-Unjoni jew marki ta' identifikazzjoni oħrajn tal-Forza jew tal-HQ (eskluż ħwejjeġ, kpiepel jew uniformijiet).
Servizzi u faċilitajiet mediċi: evakwazzjonijiet mediċi ta’ emerġenza (Medevac) u b’rispons għall-pandemiji. Servizzi u faċilitajiet tar-Rwol 2 u 3 fil-livell tal-elementi operazzjonali fil-post tal-operazzjoni, bħal ajruporti u portijiet ta’ żbark approvati fl-OPLAN. Servizzi u faċilitajiet tar-Rwol 1 għal missjonijiet militari mhux eżekuttivi.
Kisba ta' informazzjoni: Immaġnijiet bis-satellita għall-intelligence approvati fl-OPLAN, jekk ma jkunux jistgħu jiġu ffinanzjati mill-fondi disponibbli fil-baġit taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN).
Servizzi ta’ protezzjoni tal-forza u ta’ sigurtà essenzjali: l-akkomodazzjoni tat-timijiet tal-protezzjoni tal-forza magħmula disponibbli għal missjonijiet militari mhux eżekuttivi.
3. Spejjeż inkrimentali speċifiċi għall-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu tal-UE, inkluż il-Grupp Tattiku tal-UE, il-faċilitaturi strateġiċi u l-moduli
L-ispejjeż definiti hawn taħt huma dawk imġarrba b’mod addizzjonali b’konsegwenza tal-iskjerament u l-iskjerament mill-ġdid tal-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu tal-UE lejn u mill-post tal-operazzjonijiet:
L-ispejjeż tat-trasport tal-iskjerament: spejjeż inkrimentali tat-trasport għall-iskjerament fi żmien qasir bl-art, bil-baħar u bl-ajru ta’ Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu tal-UE lejn iż-żona tal-operazzjonijiet konġunti f’konformità mal-Qafas tal-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu tal-UE inklużi fil-Kunċett ta’ Reazzjoni Militari Rapida tal-UE u abbażi tal-Att tal-Kumitat Speċjali tad-29 ta’ Mejju 2012 u r-Rati Fissi ta’ Rimborż applikabbli għall-iskjerament tal-Gruppi Tattiċi tal-UE (dokument 11806/12, kif approvat mill-Kunsill fl-4 ta’ Ottubru 2012), li għandhom ikunu applikabbli wkoll għall-faċilitaturi strateġiċi u l-moduli skjerati. L-ispejjeż bl-art u bil-baħar għall-iskjerament ta’ Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu tal-UE għandhom jikkwalifikaw bħala spejjeż komuni unikament fejn din tkun l-aktar għażla kosteffettiva u bil-kundizzjoni li jkun possibbli li jintlaħqu l-iskedi ta’ żmien meħtieġa tal-iskjerament għall-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu tal-UE.
Spejjeż għall-operat: l-ispejjeż inkrimentali għal servizzi assolutament meħtieġa għall-appoġġ dirett għall-iskjerament ta’ Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu tal-UE fil-punti ta’ dħul bl-ajru u/jew marittimi u ż-żoni loġistiċi u ta’ assemblea, b’mod partikolari iżda mhux limitat għall-ħażna sikura ta’ tagħmir u materjal, servizzi u faċilitajiet ta’ Rwol 1, akkomodazzjoni għall-irqad, faċilitajiet sanitarji (ħasil, doċċi, latrini), faċilitajiet għall-ikel, rimi ta’ skart, appoġġ ta’ inġinerija ġenerali.
Pakkett għall-iskjerament fil-pront: spejjeż inkrimentali għall-provvista ta’ ikel, ilma u karburant għal massimu ta’ 10 ijiem għall-iskjerament tal-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu tal-UE kollha kemm hi, kif approvat fl-OPLAN.
Spejjeż ta’ trasport għal skjerament mill-ġdid: spejjeż inkrimentali għat-trasport tal-persunal fil-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu tal-UE, mill-post tal-operazzjonijiet bl-art, bil-baħar jew bl-ajru għal skjerament mill-ġdid. L-għażla tat-trasport l-aktar kosteffettiva biss ser tiġi kkunsidrata bħala spejjeż komuni.
4. Spejjeż inkrimentali mġarrba mir-rikors tal-Unjoni għall-assi u l-kapaċitajiet komuni tan-NATO magħmula disponibbli għal operazzjoni mmexxija mill-Unjoni
L-ispiża għall-Unjoni tal-applikazzjoni għal waħda mill-operazzjonijiet militari tagħha tal-arranġamenti bejn l-Unjoni u n-NATO marbutin mar-rilaxx, il-monitoraġġ u r-ritorn jew is-sejħa lura tal-assi u l-kapaċitajiet komuni tan-NATO magħmula disponibbli għal operazzjoni mmexxija mill-Unjoni. Rimborżi min-NATO lill-Unjoni.
5. L-ispejjeż inkrimentali mġarrba mill-Unjoni għal oġġetti, servizzi jew xogħlijiet inklużi fil-lista ta' spejjeż komuni u magħmula disponibbli f'operazzjoni mmexxija mill-Unjoni minn Stat Membru, minn istituzzjoni tal-Unjoni, minn Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali skont arranġament imsemmi fl-Artikolu 37. Rimborżi minn Stat, istituzzjoni tal-Unjoni jew organizzazzjoni internazzjonali bbażati fuq tali arranġament.
PARTI B
SPEJJEŻ KOMUNI RELATATI MAL-FAŻI ATTIVA TA' OPERAZZJONI SPEĊIFIKA, SOSTNUTI MILL-FAĊILITÀ JEKK IL-KUNSILL JIDDEĊIEDI DAN
Spejjeż ta' trasport: trasport lejn u mill-post tal-operazzjonijiet sabiex jiġu skjerati, appoġġati u rkuprati l-forzi meħtieġa għall-operazzjoni.
Kwartieri ġenerali multinazzjonali tat-task forces: il-kwartieri ġenerali tat-task forces multinazzjonali tal-Unjoni skjerati fiż-żona tal-operazzjoni.
PARTI C
SPEJJEŻ KOMUNI MĠARRBA MILL-FAĊILITÀ JEKK MITLUB MILL-KMANDANT TAL-OPERAZZJONI U APPROVAT MILL-KUMITAT
Kwartieri, akkomodazzjoni/infrastruttura u spazju għall-uffiċċji: nefqa għall-akkwist, il-kiri jew ir-rinnovazzjoni ta’ bini fil-post tal-operazzjoni (binjiet, shelters, tined), kif meħtieġ għall-forzi skjerati għall-operazzjoni.
Tagħmir addizzjonali essenzjali: il-kiri jew ix-xiri matul l-operazzjoni ta' tagħmir speċifiku mhux previst li jkun essenzjali għat-twettiq tal-operazzjoni, safejn it-tagħmir mixtri ma jkunx ripatrijat fi tmiem il-missjoni.
Servizzi u faċilitajiet mediċi: Servizzi u faċilitajiet tar-Rwol 2 fil-post tal-operazzjonijiet, li mhumiex dawk imsemmija fil-Parti A.
Ksib ta' informazzjoni: ksib ta' informazzjoni (immaġni bis-satellita; intelligence, rikonjizzjoni u sorveljanza (ISR) fil-post tal-operazzjoni, inkluż sorveljanza tal-ajru u l-art (AGSR); u intelligence umana).
Kapaċitajiet kritiċi oħrajn fil-post tal-operazzjoni: tneħħija ta' mini jekk meħtieġ għall-operazzjoni; protezzjoni kimika, bijoloġika, radjoloġika u nukleari (CBRN); ħżin u qerda ta' armi u munizzjon miġbura fiż-żona ta' operazzjoni.
Spejjeż ta’ trasport għal skjerament mill-ġdid: spejjeż inkrimentali tat-trasport tat-tagħmir tal-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu tal-UE, inkluż il-Grupp Tattiku tal-UE, il-faċilitaturi strateġiċi u l-moduli, mill-post tal-operazzjonijiet bl-art, bil-baħar jew bl-ajru għal skjerament mill-ġdid. L-għażla tat-trasport l-aktar kosteffettiva biss ser tiġi kkunsidrata bħala spejjeż komuni.
Spejjeż għall-operat ta' skjerament ta' operazzjoni eżekuttiva fil-post tal-operazzjonijiet: spejjeż inkrimentali għal servizzi assolutament meħtieġa għall-appoġġ dirett għall-iskjerament inizjali tal-forzi kollha matul l-istazzjonament temporanju tagħhom fil-punti ta' dħul bl-ajru u/jew marittimi u ż-żoni loġistiċi u ta' assemblea lejn id-destinazzjoni aħħarija tagħhom (ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/marittimu, l-immaniġġar tal-merkanzija u l-passiġġieri, is-servizzi tad-dwana u ta' tranżitu, servizzi ta' sigurtà u sikurezza, fosthom il-protezzjoni tal-forzi, il-ħżin sikur ta' tagħmir u materjal, servizzi u faċilitajiet ta' Rwol 1, akkomodazzjoni għall-irqad, faċilitajiet sanitarji (ħasil, doċċi, latrini), faċilitajiet għall-ikel, rimi tal-iskart, appoġġ ta' inġinerija ġenerali).
Pakkett għall-iskjerament fil-pront ta' operazzjoni eżekuttiva: spejjeż inkrimentali għall-provvista ta' ikel, ilma u karburant għall-iskjerament inizjali tal-forzi kollha sa massimu ta' 10 ijiem, kif approvat fl-OPLAN.
Tagħmir addizzjonali essenzjali, b’mod partikolari relatat mas-sigurtà (bħal xatbiet, torrijiet tal-għassa, triq ta’ aċċess, reċinti), u r-rinnovazzjoni bażika ta’ faċilitajiet ta’ taħriġ fil-post tal-operazzjonijiet, meħtieġa għall-forzi skjerati għal missjonijiet militari mhux eżekuttivi.
It-trasport fil-post tal-operazzjonijiet għall-forzi skjerati għal missjonijiet militari mhux eżekuttivi, inkluż għat-timijiet tal-protezzjoni tal-forzi.
ANNESS V
SPEJJEŻ KOMUNI RELATTIVI GĦAT-TERMINAZZJONI TA' OPERAZZJONI MĠARRBA MILL-FAĊILITÀ
Spejjeż mġarrba sabiex tinstab id-destinazzjoni aħħarija għat-tagħmir u l-infrastruttura ffinanzjati b'mod komuni għall-operazzjoni.
Spejjeż inkrimentali għat-tħejjija tal-kontijiet għall-operazzjoni. L-ispejjeż komuni eliġibbli għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-Anness IV, b'kont meħud tal-fatt li l-persunal li jkun meħtieġ għat-tħejjija tal-kontijiet jappartjeni għall-HQ għal dik l-operazzjoni, anke wara li din tal-aħħar tkun temmet l-attivitajiet tagħha.
( 1 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).
( 2 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
( 3 ) ĠU L 56, 4.3.1968, p, 1.
( 4 ) Il-Ftehim bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea dwar l-istatus tal-persunal militari u ċivili ssekondat lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tal-kwartieri ġenerali u l-forzi li jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tat-tħejjija u l-eżekuzzjoni tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 17(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, inklużi l-eżerċizzji, u tal-persunal militari u ċivili tal-Istati Membri li qegħdin għad-dispożizzjoni tal-Unjoni Ewropea biex taġixxi f'dan il-kuntest (UE SOFA) (ĠU C 321, 31.12.2003 p. 6)
( 5 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105).
( 6 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).
( 7 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
( 8 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 rigward l-aċċss pubbliku għd-dokument tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
( 9 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/322 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 58, 3.3.2015, p. 1).
( 10 ) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1422 tal-5 ta’ Ottubru 2020 dwar l-allokazzjoni ta’ fondi diżimpenjati minn proġetti taħt l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-fini tar-riforniment tal-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika (ĠU L 329, 9.10.2020, p. 4).