02020R1998 — MT — 06.04.2024 — 014.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/1998

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

(ĠU L 410I 7.12.2020, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/371 tat-2 ta’ Marzu 2021

  L 71I

1

2.3.2021

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/478 tat-22 ta’ Marzu 2021

  L 99I

1

22.3.2021

►M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/2151 tas-6 ta’ Diċembru 2021

  L 436

1

7.12.2021

►M4

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/2195 tat-13 ta’ Diċembru 2021

  L 445I

10

13.12.2021

►M5

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/595 tal-11 ta’ April 2022

  L 114

60

12.4.2022

►M6

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2374 tal-5 ta’ Diċembru 2022

  L 314

81

6.12.2022

►M7

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/430 tal-25 ta’ Frar 2023

  L 59I

423

25.2.2023

►M8

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/500 tas-7 ta’ Marzu 2023

  L 69I

1

7.3.2023

►M9

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1098 tal-5 ta’ Ġunju 2023

  L 145

1

5.6.2023

►M10

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1495 tal-20 ta’ Lulju 2023

  L 183I

1

20.7.2023

►M11

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1499 tal-20 ta' Lulju 2023

  L 183I

30

20.7.2023

►M12

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1715 tat-8 ta’ Settembru 2023

  L 221I

1

8.9.2023

►M13

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/2722 tal-4 ta’ Diċembru 2023

  L 2722

1

5.12.2023

►M14

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/417 tad-29 ta’ Jannar 2024

  L 417

1

29.1.2024

►M15

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/952 tat-22 ta’ Marzu 2024

  L 952

1

22.3.2024

►M16

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2024/1034 tal-4 ta’ April 2024

  L 1034

1

5.4.2024

►M17

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILl (UE) 2024/1050 tal-4 ta’ April 2024

  L 1050

1

5.4.2024


Ikkoreġut bi:

 C1

Rettifika, ĠU L 035, 17.2.2022, p.  22 (2021/2151)




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/1998

tas-7 ta’ Diċembru 2020

dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem



Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“pretensjoni” tfisser kwalunkwe pretensjoni, kemm jekk iddikjarata bi proċedimenti legali kif ukoll jekk le, li ssir qabel jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, skont kuntratt jew tranżazzjoni, jew b’rabta magħhom, u b’mod partikolari:

(i) 

pretensjoni għall-adempiment ta’ kwalunkwe obbligu li jirriżulta taħt kuntratt jew tranżazzjoni, jew b’rabta magħhom;

(ii) 

pretensjoni għall-estensjoni jew pagament ta’ bond, garanzija finanzjarja jew indennizz ta’ kwalunkwe forma;

(iii) 

pretensjoni għall-kumpens fir-rigward ta’ kuntratt jew tranżazzjoni;

(iv) 

kontropretensjoni;

(v) 

pretensjoni għar-rikonoxximent jew għall-eżekuzzjoni, inkluż permezz tal-proċedura ta’ exequatur, ta’ sentenza, ta’ deċiżjoni arbitrali jew ta’ deċiżjoni ekwivalenti, irrispettivament minn fejn tkun saret jew ingħatat;

(b) 

“kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni ta’ kwalunkwe forma u irrispettivament minn xi tkun il-liġi applikabbli, kemm jekk tikkonsisti f’kuntratt wieħed jew aktar kif ukoll jekk tikkonsisti f’obbligi simili magħmula bejn l-istess partijiet jew partijiet differenti; għal dak l-iskop, “kuntratt” tinkludi bond, garanzija jew indennità, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennità finanzjarja, u kreditu, kemm jekk legalment indipendenti kif ukoll jekk le, kif ukoll kull dispożizzjoni relatata li ssir taħt it-tranżazzjoni jew b’konnessjoni magħha;

(c) 

“awtoritajiet kompetenti” tirreferi għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness II;

(d) 

“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta’ kull tip, kemm jekk tanġibbli kif ukoll jekk intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;

(e) 

“iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta’ riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta’ fondi, oġġetti jew servizzi b’kull mod, inklużi, iżda mhux limitat għal, il-bejgħ, il-kiri jew l-ipotekar tagħhom;

(f) 

“iffriżar ta’ fondi” tfisser il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe ċaqliq, trasferiment, alterazzjoni, użu, aċċess, jew trattar ta’ fondi bi kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe bidla fil-volum, fl-ammont, fil-post, fis-sjieda, fil-pussess, fil-karattru, fid-destinazzjoni tagħhom jew fi bdil ieħor li jippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż ġestjoni ta’ portafolli;

(g) 

“fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta’ kull tip, inklużi, iżda mhux limitati għal:

(i) 

flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, money orders u strumenti oħra ta’ pagament;

(ii) 

depożiti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, djun u obbligi ta’ dejn;

(iii) 

titoli u strumenti ta’ dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi stokks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti ta’ derivattivi;

(iv) 

imgħax, dividendi jew introjtu ieħor minn assi jew il-valur provenjenti jew iġġenerat minnhom;

(v) 

kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, garanziji ta’ adempiment jew impenji finanzjarji oħrajn;

(vi) 

ittri ta’ kreditu, poloz tat-tagħbija, poloz ta’ bejgħ;

(vii) 

dokumenti li jagħtu prova ta’ xi interess f’fondi jew f’riżorsi finanzjarji;

(h) 

“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-TUE, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.

Artikolu 2

1.  

Dan ir-Regolament japplika għal::

(a) 

ġenoċidju;

(b) 

delitti kontra l-umanità;

(c) 

ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem li ġejjin:

(i) 

tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra,

(ii) 

skjavitù,

(iii) 

eżekuzzjonijiet extralegali, arbitrarji u sommarji u qtil,

(iv) 

għajbien sfurzat ta’ persuni,

(v) 

arresti jew detenzjonijiet arbitrarji;

(d) 

ksur jew abbuż ieħor tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż iżda mhux limitat għal dawn li ġejjin, sa fejn dawk il-ksur jew l-abbuż ikunu mifruxa, sistematiċi jew inkella jkunu ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-TUE:

(i) 

traffikar tal-bnedmin, kif ukoll l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem minn faċilitaturi ta’ dħul klandestin ta’ migranti kif imsemmi f’dan l-Artikolu,

(ii) 

vjolenza sesswali u sessista,

(iii) 

ksur jew abbużi tal-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni paċifika,

(iv) 

ksur jew abbużi tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni,

(v) 

ksur jew abbużi tal-libertà ta’ reliġjon jew ta’ twemmin,

2.  

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, għandhom jiġu kkunsidrati d-dritt internazzjonali konswetudinarju u strumenti ġeneralment aċċettati tad-dritt internazzjonali, bħal:

(a) 

il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;

(b) 

il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali;

(c) 

il-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig għad-Delitt ta’ Ġenoċidju;

(d) 

il-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattatment jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra;

(e) 

il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni Razzjali;

(f) 

il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa;

(g) 

il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal;

(h) 

il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha minn Għajbien Sfurzat;

(i) 

il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà;

(j) 

il-Protokoll għall-Prevenzjoni, it-Trażżin u l-Ikkastigar tat-Traffikar tal-Persuni, speċjalment tan-Nisa u t-Tfal, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali;

(k) 

l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;

(l) 

il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali;

3.  

Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi jistgħu jinkludu:

(a) 

atturi statali;

(b) 

atturi oħra li jeżerċitaw kontroll jew awtorità effettiva fuq territorju;

(c) 

atturi oħra mhux Statali, soġġetti għall-Artikolu 1(4) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999.

Artikolu 3

1.  
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma l-proprjetà, jew fil-pussess jew taħt il-kontroll ta’ kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I għandhom jiġu ffriżati.
2.  
L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I, jew għall-benefiċċju tagħhom.
3.  

L-Anness I għandu jinkludi, kif identifikat mill-Kunsill skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999:

(a) 

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi, li huma responsabbli għall-atti mniżżlin fl-Artikolu 2(1);

(b) 

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi, li jipprovdu appoġġ finanzjarju, tekniku jew materjali għall-atti mniżżlin fl-Artikolu 2(1) jew li huma involuti f’dawk l-atti, inkluż bl-ippjanar, id-direzzjoni, l-ordni, l-assistenza, it-tħejjija, l-iffaċilitar, jew l-inkoraġġiment ta’ tali atti;

(c) 

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi entitajiet, li huma assoċjati mal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi koperti mill-punti (a) u (b);

Artikolu 4

1.  

B’deroga mill-Artikolu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, b’dawk il-kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:

(a) 

meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I, u tal-membri dipendenti tal-familji ta’ dawn il-persuni fiżiċi, inklużi ħlasijiet għall-ikel, għall-kera jew għall-ipotekar, għall-mediċini u għat-trattament mediku, għat-taxxi, għall-primjums tal-assigurazzjoni, u għall-ispejjeż tas-servizzi pubbliċi;

(b) 

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;

(c) 

maħsuba esklużivament għall-pagament ta’ tariffi jew imposti ta’ servizzi ta’ kustodja jew ġestjoni normali ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

(d) 

neċessarji għal spejjeż straordinarji, sakemm l-awtorità kompetenti rilevanti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, għall-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; jew

(e) 

se jitħallsu f’kont, jew jinħarġu minn kont, ta’ missjoni diplomatika jew konsulari, jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, sa fejn tali pagamenti jkunu maħsubin biex jintużaw għal finijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari, jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.

2.  
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 1 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.

Artikolu 5

▼M16

-1.  

L-Artikolu 3(1) u (2) ma għandux japplika għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem, fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

(a) 

in-Nazzjonijiet Uniti (NU), inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b) 

organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c) 

organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-NU u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d) 

organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-NU, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati tan-NU, appelli oħra tan-NU jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji;

(e) 

organizzazzjonijiet u aġenziji li lilhom l-Unjoni tkun tat iċ-Ċertifikat ta’ Sħubija Umanitarja jew li jkunu ċċertifikati jew rikonoxxuti minn Stat Membru f’konformità ma’ proċeduri nazzjonali;

(f) 

l-aġenziji speċjalizzati tal-Istati Membri; jew

(g) 

impjegati, benefiċjarji, sussidjarji, jew sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (f) waqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet.

-1a.  
L-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu -1 ta’ ma għandhiex tapplika għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi identifikati b’asterisk fl-Anness I.

▼M16

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu -1, u b’deroga mill-Artikolu 3(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, skont il-kundizzjonijiet li jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jkun meħtieġ biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jsostnu il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem.

▼M16

1a.  
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva, talba għall-informazzjoni jew notifika għal iktar żmien mill-awtorità kompetenti rilevanti fi żmien 5 ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ talba għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat.

▼M16

2.  
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni li tingħata skont dan l-Artikolu fi żmien erba’ ġimgħat minn tali awtorizzazzjoni.

▼B

Artikolu 6

1.  

B’deroga mill-Artikolu 3(1), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma s-suġġett ta’ deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmi fl-Artikolu 3 ġie elenkat fl-Anness I, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;

(b) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu se jintużaw esklużivament biex jiġu sodisfatti pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f’tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta’ persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

(c) 

id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; u

(d) 

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.

2.  
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 1 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.

Artikolu 7

1.  

B’deroga mill-Artikolu 3(1) u dment li pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I ikun dovut skont kuntratt jew ftehim konkluż, jew obbligu li rriżulta, għall-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernati, qabel id-data li fiha tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp iddaħħlu fl-Anness I, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, skont dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu adatti, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:

(a) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi se jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; u

(b) 

il-pagament ma jiksirx l-Artikolu 3(2).

2.  
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 1 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.

Artikolu 8

1.  
L-Artikolu 3(2) ma għandux iwaqqaf l-ikkreditar ta’ kontijiet iffriżati minn istituzzjonijiet finanzjarji jew ta’ kreditu li jirċievu fondi ttrasferiti minn partijiet terzi fil-kont ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati, dejjem jekk kull żieda f’dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu għandha tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti bi kwalunkwe tranżazzjoni ta’ dan it-tip, mingħajr dewmien.
2.  

L-Artikolu 3(2) ma għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:

(a) 

imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;

(b) 

pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fl-Artikolu 3 jkunu ġew inklużi fl-Anness I; jew

(c) 

pagamenti dovuti skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali mogħtija fi Stat Membru jew eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat,

dment li kwalunkwe tali imgħax, dħul u pagament ieħor jibqa’ soġġett għall-miżuri previsti fl-Artikolu 3(1).

Artikolu 9

1.  

Bla preġudizzju għar-regoli applikabbli li jikkonċernaw ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:

(a) 

ifornu minnufih kull informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħall-informazzjoni fuq kontijiet u l-ammonti ffriżati skont l-Artikolu 3(1) lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u jittrażmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istat Membru lill-Kummissjoni; u

(b) 

jikkooperaw mal-awtorità kompetenti f’kull verifika tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a).

2.  
Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni tirċievi direttament għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.
3.  
Kwalunkwe informazzjoni pprovduta jew riċevuta f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun ingħatat jew ġiet riċevuta.

Artikolu 10

Il-parteċipazzjoni b’mod konxju u bi ħsieb, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 hija pprojbita.

Artikolu 11

1.  
L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li tingħata disponibbiltà għal fondi jew riżorsi ekonomiċi, imwettqa bona fide fuq il-bażi li tali azzjoni tkun konformi ma’ dan ir-Regolament, ma għandhom joħolqu ebda tip ta’ responsabbiltà fir-rigward tal-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jkunu qed jimplimentawhom, jew ta’ diretturi jew impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b’riżultat ta’ negliġenza.
2.  
L-azzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma għandhom joħolqu ebda tip ta’ responsabbiltà fuqhom jekk ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 12

1.  

Ma għandha tiġi sodisfatta ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ xi kuntratt jew tranżazzjoni li l-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont din id-Deċiżjoni, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b’mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta’ bond jew ta’ garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta’ kull forma, jekk din il-pretensjoni ssir minn:

(a) 

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ddeżinjati, elenkati fl-Anness;

(b) 

kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxi permezz ta’ jew f’isem waħda mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi msemmija fil-punt (a).

2.  
Fi kwalunkwe proċediment għall-eżekuzzjoni ta’ pretensjoni, l-oneru tal-prova li l-issodisfar tal-pretensjoni mhuwiex ipprojbit mill-paragrafu 1 għandu jkun fuq il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qed jitolbu l-eżekuzzjoni ta’ dik il-pretensjoni.
3.  
Dan l-Artikolu huwa bla preġudizzju għad-dritt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, tal-entitajiet u tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tan-nonadempiment ta’ obbligi kuntrattwali f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 13

1.  

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u jikkondividu kull informazzjoni relevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom marbuta ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari informazzjoni dwar:

(a) 

il-fondi ffriżati skont l-Artikolu 3 u l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 4, 5, 6 u 7;

(b) 

problemi ta’ ksur u eżekuzzjoni u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

2.  
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra għad-dispożizzjoni tagħhom li tista’ taffettwa l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 14

1.  
Meta l-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 3, għandu jemenda l-Anness I kif xieraq.
2.  
Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, inkluż ir-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernat, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, li jipprovdi lil tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp b’opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.
3.  
Fejn jitressqu osservazzjonijiet, jew tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernati skont il-każ.
4.  
Il-lista fl-Anness I għandha tiġi rieżaminata f’intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar.
5.  
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi tat-tagħrif mogħti mill-Istati Membri.

Artikolu 15

1.  
L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, tal-entitajiet jew tal-korpi kkonċernati.
2.  
L-Anness I għandu jinkludi, meta tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista’ tinkludi: l-ismijiet u l-psewdonimi; id-data u l-post tat-twelid; in-nazzjonalità; in-numri tal-passaport u tal-karti ta’ identità; il-ġeneru; l-indirizz, jekk magħruf; u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-persuni ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi, tali informazzjoni tista’ tinkludi: l-ismijiet; il-post u d-data tar-reġistrazzjoni; in-numru tar-reġistrazzjoni; u l-post tan-negozju.

Artikolu 16

1.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha li jkunu meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2.  
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dawn ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.

Artikolu 17

1.  

Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) għandhom jipproċessaw id-data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. Dawn il-kompiti jinkludu:

(a) 

fir-rigward tal-Kunsill, it-tħejjija u l-emendar tal-Anness I;

(b) 

fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, it-tħejjija ta’ emendi għall-Anness I;

(c) 

fir-rigward tal-Kummissjoni:

(i) 

l-inklużjoni tal-kontenut tal-Anness I fil-lista kkonsolidata, elettronika, tal-persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni u fil-mappa interattiva dwar is-sanzjonijiet, li jkunu t-tnejn disponibbli għall-pubbliku;

(ii) 

l-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar l-impatt tal-miżuri ta’ dan ir-Regolament, bħall-valur tal-fondi ffriżati u informazzjoni dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti.

2.  
Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw, fejn applikabbli, data rilevanti relatata ma’ reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi elenkati, ma’ kundanni kriminali ta’ tali persuni jew ma’ miżuri ta’ sigurtà li jikkonċernaw lit-tali persuni, biss sa fejn tali pproċessar ikun meħtieġ għat-tħejjija tal-Anness I.
3.  
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kunsill, is-servizz tal-Kummissjoni elenkat fl-Anness II għal dan ir-regolament u r-Rappreżentant Għoli huma maħtura bħala “kontrolluri” skont it-tifsira tal-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1725, sabiex ikun żgurat li l-persuni fiżiċi kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 18

1.  
L-Istati Membri għandhom jinnominaw lill-awtoritajiet kompetenti msemmija f’dan ir-Regolament u jidentifikawhom fis-siti web elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fl-indirizzi tas-siti web tagħhom elenkati fl-Anness II.
2.  
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti, mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha b’kull emenda sussegwenti.
3.  
Jekk dan ir-Regolament jistipula rekwiżit li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata, infurmata, jew li b’xi mod ieħor issir komunikazzjoni magħha, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li jridu jintużaw għal tali komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.

Artikolu 19

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a) 

fit-territorju tal-Unjoni, inkluż fl-ispazju tal-ajru tagħha;

(b) 

abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew bastiment fil-ġuriżdizzjoni ta’ xi Stat Membru;

(c) 

għal kwalunkwe persuna fiżika fit-territorju jew barra mit-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadina ta’ Stat Membru;

(d) 

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp, fit-territorju jew barra mit-territorju tal-Unjoni, li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru;

(e) 

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kull kummerċ imwettaq, kollu kemm hu jew parti minnu, fl-Unjoni.

Artikolu 20

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 3

A. 

Persuni fiżiċi



▼M17

▼M1

 

►M2  Ismijiet (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin) ◄

►M2  Ismijiet ◄

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

▼M6

1.

Alexander (Alexandr) Petrovich KALASHNIKOV ►M17   (*1)  ◄

Aлександр Петрович КАЛАШНИКОВ (ortografija Russa)

Kariga/i: Eks Direttur tas-Servizz Penitenzjarju Federali Russu (FSIN)

Data tat-twelid: 27.1.1964

Post tat-twelid: Tatarsk, Reġjun/Oblast ta' Novosibirsk, SFSR Russa (issa l-Federazzjoni Russa)

Alexander Kalashnikov kien id-direttur tas-Servizz Penitenzjarju Federali Russu (FSIN) mit-8 ta' Ottubru 2019 sal-25 ta' Novembru 2021. F'dik il-pożizzjoni, huwa ssorvelja l-attivitajiet kollha tal-FSIN. Fil-kapaċità tiegħu bħala direttur tal-FSIN, huwa kien responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti u detenzjonijiet arbitrarji.

2.3.2021

 

 

 

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Fil-każ ta' Alexei Navalny, waqt li s-Sur Navalny kien qed jirkupra fil-Ġermanja (Settembru 2020-Jannar 2021) wara li kien ġie avvelenat b'aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok, fit-28 ta' Diċembru 2020, l-FSIN ordna li b'mod immedjat jippreżenta ruħu quddiem uffiċjal tal-probation jew, jekk jonqos milli jagħmel dan, jiffaċċja sentenza ta' ħabs talli jkun kiser il-kondizzjonijiet ta' sentenza sospiża fuq kundanna għal frodi. Dik il-kundanna għal frodi nstabet li kienet arbitrarja u inġusta mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-2018. Fis-17 ta' Jannar 2021, fuq ordnijiet ta' Alexander Kalashnikov, uffiċjali tal-FSIN arrestaw lil Alexei Navalny mal-wasla tiegħu fl-ajruport ta' Moska.

 

 

 

 

 

L-arrest ta' Alexei Navalny huwa bbażat fuq deċiżjoni tal-qorti tal-belt ta' Khimki, li min-naħa tagħha nħarġet fuq talba tal-FSIN. Lejn l-aħħar ta' Dicembru 2020, l-FSIN kien diġà talab li qorti tissostitwixxi s-sentenza sospiża ta' Alexei Navalny b'sentenza ta' ħabs. Fis-17 ta' Frar 2021, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ordnat lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa jirrilaxxa lil Alexei Navalny.

 

▼M13

2.

Alexander (Alexandr) Ivanovich BASTRYKIN ►M17   (*1)  ◄

Алексaндр Ивaнович БАСТРЫКИН

Kariga/i: President tal-Kumitat Investigattiv tal-Federazzjoni Russa

Data tat-twelid: 27.8.1953

Post tat-twelid: Pskov, Russian SFSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Alexander Bastrykin ilu jservi bħala president tal-Kumitat Investigattiv tal-Federazzjoni Russa (il-“Kumitat”) minn Jannar 2011 (u bħala aġent president minn Ottubru sa Diċembru 2010). F’dik il-pożizzjoni, huwa jissorvelja l-attivitajiet kollha tal-Kumitat. Uffiċjalment, il-Kumitat huwa ppresedut mill-President Russu. Fil-kapaċità tiegħu, Alexander Bastrykin, bħala president tal-Kumitat, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti u detenzjonijiet arbitrarji.

Alexander Bastrykin huwa responsabbli għall-kampanji mifruxa u sistematiċi ta’ repressjoni tal-Kumitat kontra l-oppożizzjoni Russa li jimmiraw u jinvestigaw il-membri tagħha. Fid-29 ta’ Diċembru 2020, il-Kumitat nieda investigazzjoni dwar il-mexxej tal-oppożizzjoni Alexei Navalny, fejn ġie akkużat bi frodi fuq skala kbira. Alexei Navalny u oħrajn ippubblikaw artikli dwar is-sjieda ta’ Alexander Bastrykin tad-ditta tal-proprjetà immobbli Ċeka LAW Bohemia fis-snin 2000.

Fl-2022, il-Kumitat Investigattiv, li Alexander Bastrykin għadu jippresiedi, akkuża lil 92 suldat Ukren b’delitti kontra l-umanità matul il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

2.3.2021

▼M1

3.

Igor Viktorovich KRASNOV ►M17   (*1)  ◄

Игорь Викторович КРАСНОВ

Pożizzjoni(jiet): Prosekutur Ġenerali tal-Federazzjoni Russa

Data tat-twelid: 24.12.1975

Post tat-twelid: Arkhangelsk, SFSR Russa (issa l-Federazzjoni Russa)

Ċittadinanza: Russa

Sess: raġel

Igor Krasnov ilu Prosekutur Ġenerali tal-Federazzjoni Russa mit-22 ta' Jannar 2020 u qabel kien il-Viċi President tal-Kumitat Investigattiv tal-Federazzjoni Russa. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Prosekutur Ġenerali, huwa jissorvelja l-Uffiċċji tal-Prosekutur fil-Federazzjoni Russa, l-Uffiċċji tal-Prosekutur Speċjali u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Militari. Fil-kapaċità tiegħu bħala Prosekutur Ġenerali, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-detenzjonijiet arbitrarji ta’ nies li pprotestaw f’dimostrazzjonijiet, u għar-repressjoni mifruxa u sistematika tad-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni u tad-dritt għal-libertà ta' opinjoni u espressjoni.

Qabel il-protesti tat-23 ta' Jannar 2021, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali wissa li l-parteċipanti kienu ser jitqiesu responsabbli. Barra minn hekk, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali talab li s-Servizz Federali għas-Superviżjoni fl-Isfera tal-Komunikazzjonijiet, it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Massa (Roskomnadzor) jirrestrinġi l-aċċess għas-siti web u l-kontijiet tan-network soċjali tal-oppożizzjoni li kien fihom informazzjoni dwar l-avvenimenti ppjanati tas-sostenituri ta' Alexei Navalny. Fid-29 ta' Jannar 2021, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali għal darb'oħra talab li r-Roskomnadzor jirrestrinġi l-aċċess għas-siti web u l-kontijiet tan-network soċjali tal-oppożizzjoni, din id-darba qabel il-protesti favur Navalny fit-30 u l-31 ta' Jannar 2021. Intbagħtu twissijiet lill-kumpanniji tal-internet (Facebook, TikTok, Twitter, Google, Mail.ru Group). L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali ħabbar ukoll li dawk li kienu ser jieħdu sehem fid-dimostrazzjonijiet kienu ser jiffaċċjaw prosekuzzjoni.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali appoġġa t-talba tas-Servizz Penitenzjarju Federali Russu (FSIN) sabiex is-sentenza sospiża imposta fuq Alexei Navalny f’każ allegat ta’ frodi tiġi konvertita sentenza ta’ ħabs. Minkejja li l-kundanna tiegħu f’dak il-każ instabet arbitrarja u inġusta mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-2018, Alexei Navalny ġie arrestat mal-wasla tiegħu fl-ajruport ta’ Moska fis-17 ta’ Jannar 2021.

it-2 ta’ Marzu 2021

▼M3

4.

Viktor Vasilievich (Vasilyevich) ZOLOTOV ►M17   (*1)  ◄

Виктор Васильевич ЗОЛОТОВ

Pożizzjoni(jiet): Direttur tas-Servizz Federali tat-Truppi tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia)

Data tat-twelid: 27.1.1954

Post tat-twelid: Sasovo, ir-Repubblika Soċjalista Federattiva Sovjetika Russa (issa l-Federazzjoni Russa)

Nazzjonalità: Russa

Ġeneru: raġel

Viktor Zolotov ilu Direttur tas-Servizz Federali tat-Truppi tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia) mill-5 ta’ April 2016 u għalhekk huwa Kap Kmandant tat-Truppi tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa, kif ukoll Kmandant tal-OMON – Unita Mobbli bi Skop Speċjali integrata fir-Rosgvardia. F’dik il-pożizzjoni, huwa jissorvelja l-attivitajiet kollha tat-truppi tar-Rosgvardia u tal-OMON. Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur tar-Rosgvardia, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti u detenzjonijiet arbitrarji u r-repressjoni mifruxa u sistematika tad-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika u ta’ assoċjazzjoni, b’mod partikolari bit-trażżin vjolenti ta’ protesti u dimostrazzjonijiet.

2.3.2021

 

 

 

 

Ir-Rosgvardia ntużat biex trażżan il-protesti favur Navalny tat-23 ta’ Jannar u tal-21 ta’ April 2021, u ġie rrappurtat li bosta uffiċjali tal-OMON u tal-Gwardja Nazzjonali użaw brutalità u vjolenza kontra d-dimostranti. Għexieren ta’ ġurnalisti spiċċaw fil-mira ta’ aggressjoni mill-forzi tas-sigurtà, inkluż il-korrispondent ta’ Meduza, Kristina Safronova, li sfat aggredita minn uffiċjal tal-OMON, u l-ġurnalista ta’ Novaya Gazeta Yelizaveta Kirpanova, li laqqtet daqqa ta’ lembuba fuq rasha, li darbitha. Matul il-protesti tat-23 ta’ Jannar 2021, il-forzi tas-sigurtà arbitrarjament iddetenew aktar minn 300 minorenni.

 

5.

ZHU Hailun

朱海仑 (ortografija Ċiniża)

Pożizzjoni(jiet): Membru tat-13-il Kungress Nazzjonali tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (leġiżlatura mill-2018 sal-2023) li jirrappreżenta lir-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX); Membru tal-Kumitat Superviżorju u tal-Affarijiet Ġudizzjarji tal-Kungress Nazzjonali tal-Poplu (mid-19 ta’ Marzu 2018)

Eks Segretarju tal-Kumitat tal-Affarijiet Politiċi u Legali tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX) u eks Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-RAUX (mill-2016 sal-2019). Eks Viċi Kap tal-Kumitat Permanenti tat-13-il Kungress tal-Poplu tar-RAUX, korp leġiżlattiv reġjonali (mill-2019 sal-5 ta’ Frar 2021 iżda baqa’ attiv sa tal-inqas Marzu 2021). Membru tat-13-il Kungress Nazzjonali tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (leġiżlatura mill-2018 sal-2023) li jirrappreżenta lir-RAUX. Membru tal-Kumitat Superviżorju u tal-Affarijiet Ġudizzjarji tal-Kungress Nazzjonali tal-Poplu mid-19 ta’ Marzu 2018.

22.3.2021

 

 

 

Data tat-twelid: Jannar 1958

Post tat-twelid: Lianshui, Jiangsu (iċ-Ċina)

Nazzjonalità: Ċiniża

Ġeneru: raġel

Bħala Segretarju tal-Kumitat tal-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX (mill-2016 sal-2019), Zhu Hailun kien responabbli għaż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fir-RAUX. Bħala tali, kellu kariga politika importanti inkarigat biex isegwi u jimplimenta programm fuq skala kbira ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni mmirat lejn persuni Ujgur u nies minn minoranzi etniċi oħrajn. Zhu Hailun ġie deskritt bħala l-“arkitett” ta’ dan il-programm. Huwa għalhekk responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji fuq skala kbira mwettqa fuq l-Ujgur u nies minn minoranzi etniċi oħrajn.

Bħala Viċi Kap tal-Kumitat Permanenti tat-13-il Kungress tal-Poplu tar-RAUX (mill-2019 sal-5 ta’ Frar 2021), Zhu Hailun kompla jeżerċita influwenza deċiżiva fir-RAUX fejn għadu għaddej il-programm ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirat lejn l-Ujgur u nies minn minoranzi etniċi oħrajn.

 

▼M13

6.

WANG Junzheng

王君正

(ortografija Ċiniża)

Kariga/i: Membru tal-20 Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista Ċiniż (CCP) (Diċembru 2022-Diċembru 2026); Deputat tal-14-il Kungress Nazzjonali tal-Poplu (NPC, Frar 2023 - Frar 2027); Segretarju tal-Partit Komunista Ċiniż (CCP) fir-Reġjun Awtonomu tat-Tibet (TAR); Eks Segretarju tal-Partit tal-Korp ta’ Produzzjoni u Kostruzzjoni ta’ Xinjiang (KPKX), u Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang fiċ-Ċina; Kummissarju politiku tal-XPCC u CEO taċ-China Xinjian Group

Data tat-twelid: Mejju 1963

Post tat-twelid: Linyi, Shandong (China)

Nazzjonalità: Ċiniża

Sess: raġel

Segretarju tal-Partit Komunista Ċiniż (CCP) fir-Reġjun Awtonomu tat-Tibet (TAR) sa minn Ottubru 2021. Membru tal-20 Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista Ċiniż (CCP) (Diċembru 2022-Diċembru 2026). Deputat tal-14-il Kungress Nazzjonali tal-Poplu (NPC, Frar 2023 - Frar 2027).

Eks Segretarju tal-Partit tal-Korp ta’ Produzzjoni u Kostruzzjoni ta’ Xinjiang (KPKX) u Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX) fiċ-Ċina minn April 2020 sa Ottubru 2021, kif ukoll Kummissarju politiku tal-KPKX minn Mejju 2020 sa Ottubru 2021. Eks Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX, minn Frar 2019 sa Settembru 2020. Wang Junzheng okkupa wkoll karigi għolja oħra fil-KPKX.

L-XPCC huwa organizzazzjoni ekonomika u paramilitari tal-istat fl-XUAR, li teżerċita awtorità amministrattiva u tikkontrolla l-attivitajiet ekonomiċi f’Xinjiang.

Bħala Segretarju tal-Partit u Kummissarju Politiku tal-KPKX, Wang Junzheng kien involut fis-sorveljanza tal-politiki kollha implimentati mill-KPKX. F’dik il-kariga, huwa kien responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti fuq skala kbira li laqat lill-Ujguri u lil popli minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà ta’ reliġjon jew ta’ twemmin tagħhom, fost l-oħrajn, b’rabta mal-implimentazzjoni mill-KPKX ta’ programm ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirat lejn l-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn.

Hu kien responsabbli wkoll mill-użu sistematiku mill-KPKX tal-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn bħala forza tax-xogħol furzat, b’mod partikolari fl-għelieqi tal-qoton.

Bħala Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-RAUX, Wang Junzheng kien involut fis-sorveljanza tal-politiki tas-sigurtà kollha implimentati f’Xinjiang, inkluż il-programm imsemmi qabel immirat lejn l-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn. Bħala Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX minn Frar 2019 sa Settembru 2020, Wang Junzheng kien responabbli miż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fir-RAUX. Bħala tali, kellu kariga politika importanti inkarigat biex jissorvelja u jimplimenta l-programm imsemmi qabel.

22.3.2021

7.

WANG Mingshan

王明山 (ortografija Ċiniża)

Kariga/i: Deputat tal-14-il Kungress Nazzjonali tal-Poplu (NPC, Frar 2023 - Frar 2027); Membru tal-Kumitat Permanenti tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX); Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX

Data tat-twelid: Jannar 1964

Post tat-twelid: Wuwei, Gansu (China)

Nazzjonalità: Ċiniża

Sess: raġel

Membru tal-Kumitat Permanenti tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX) u Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX sa minn Settembru 2020. Deputat tal-14-il Kungress Nazzjonali tal-Poplu (NPC, Frar 2023 - Frar 2027).

Eks Direttur u Viċi Segretarju tal-Partit tal-Bureau tas-Sigurtà Pubblika ta’ Xinjiang (BSPX) bejn l-2017 u Jannar 2021.

Bħala Segretarju tal-Kumitat tal-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX sa minn Settembru 2020, Wang Mingshan hu responabbli miż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fir-RAUX. Bħala tali, għandu kariga politika importanti inkarigat biex isegwi programm fuq skala kbira ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni mmirat lejn persuni Ujgur u nies minn minoranzi etniċi oħrajn.

Bħala eks Direttur u Viċi Segretarju tal-Partit tal-BSPX (mill-2017 sa Jannar 2021), hu kellu kariga ewlenija fl-apparat tas-sigurtà ta’ Xinjiang u kien responsabbli direttament mill-implimentazzjoni tal-programm imsemmi qabel. B’mod partikolari, il-BSPX uża l-“Pjattaforma Integrata ta’ Operazzjonijiet Konġunti” (PIOK), programm ta’ big data wżat biex isegwi miljuni ta’ Ujgur fir-reġjun ta’ Xinjiang u jindika lil dawk meqjusa bħala “theddida potenzjali” biex jintbagħtu f’kampijiet ta’ detenzjoni.

Fil-kariga attwali tiegħu u minħabba l-funzjonijiet li kellu qabel, Wang Mingshan hu responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti fuq skala kbira mwettqa fuq l-Ujgur u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà tar-reliġjoni jew tat-twemmin tagħhom.

22.3.2021

▼M2

8.

CHEN Mingguo

陈明国

(Ortografija Ċiniża)

Kariga/i: Direttur tal-Bureau tas-Sigurtà Pubblika ta’ Xinjiang (BSPX) u Viċi President tal-Gvern tal-Poplu tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX)

Data tat-twelid: Ottubru 1966

Post tat-twelid: Yilong, Sichuan (iċ-Ċina)

Nazzjonalità: Ċiniża

Ġeneru: raġel

Direttur tal-Bureau tas-Sigurtà Pubblika ta’ Xinjiang (BSPX) sa minn Jannar 2021 u Viċi President tal-Gvern tal-Poplu tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX).

22.3.2021

 

 

 

 

Bħala Direttur tal-BSPX, Chen Mingguo għandu kariga ewlenija fl-apparat tas-sigurtà ta’ Xinjiang u hu involut direttament fl-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirat lejn persuni Ujgur u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn. B’mod partikolari, il-BSPX uża l-“Pjattaforma Integrata ta’ Operazzjonijiet Konġunti” (PIOK), programm ta’ big data wżat biex isegwi miljuni ta’ Ujgur fir-reġjun ta’ Xinjiang u jimmarka lil dawk meqjusa bħala “theddida potenzjali” biex jintbagħtu f’kampijiet ta’ detenzjoni. Chen Mingguo hu għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti mwettqa fuq l-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà ta’ reliġjoni jew ta’ twemmin tagħhom.

 

▼M6

9.

JONG Kyong-thaek (magħruf ukoll bħala CHO'NG Kyo'ng-t'aek)

정경택 (ortografija Koreana)

Kariga/i: Direttur tal-Bureau tal-Politika Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean; Eks Ministru għas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK)

Data tat-twelid: bejn l-1.1.1961 u l-31.12.1963

Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK)

Sess: raġel

Jong Kyong-thaek huwa d-Direttur tal-Bureau tal-Politika Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean. Hu kien il-Ministru għas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) mill-2017 sal-2021. Il-Ministeru għas-Sigurtà tal-Istat tar-RDPK hu wieħed mill-istituzzjonijiet ewlenin responsabbli mill-implimentazzjoni tal-politiki repressivi tas-sigurtà tar-RDPK, b'enfasi fuq l-identifikazzjoni u t-trażżin ta' dissens politiku, l-influss ta' informazzjoni “sovversiva” minn barra, u kull imġiba oħra meqjusa bħala theddida politika serja għas-sistema politika u t-tmexxija tagħha.

22.3.2021

 

 

 

 

Bħala Eks Kap tal-Ministeru għas-Sigurtà tal-Istat, Jong Kyong-thaek huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK, b'mod partikolari tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, arbitrarji u sommarji u qtil, għajbien sfurzat ta' persuni, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, kif ukoll xogħol furzat mifrux u vjolenza sesswali kontra n-nisa.

 

▼M13

10.

RI Yong Gil

(magħruf ukoll bħala RI Yong Gi, RI Yo’ng-kil, YI Yo’ng-kil)

리영길

(ortografija Koreana)

Kariga/i: Kap tal-Istat Maġġur tal-Armata tal-Poplu Korean (KPA)

Grad: Viċi Marixall

Data tat-twelid: 1955

Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK)

Sess: raġel

Ri Yong Gil huwa l-Kap tal-Istat Maġġur tal-Armata tal-Poplu Korean (KPA). Kien il-Ministru għad-Difiża Nazzjonali tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) minn Ġunju jew Lulju 2021 sa Diċembru 2022. Kien Ministru għas-Sigurtà Soċjali minn Jannar 2021 sa Ġunju jew Lulju 2021. Kien ukoll Kap tal-Istat Maġġur tal-KPA bejn l-2018 u Jannar 2021. Ġie promoss għal Viċi Marixxall tal-KPA fl-14 ta’ April 2022.

Bħala Kap tal-Istat Maġġur tal-KPA u eks Ministru għad-Difiża Nazzjonali, Ri Yong Gil huwa responsabbli għall-ksur serju u mifrux tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-KPA, inkluż minn membri tal-Kmand tas-Sigurtà Militari u unitajiet oħra tal-KPA.

Il-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali tar-RDPK (li qabel kien magħruf bħala l-Ministeru għas-Sigurtà tal-Poplu jew il-Ministeru għas-Sigurtà Pubblika) u l-Kmand tas-Sigurtà Militari huma istituzzjonijiet responsabbli milli jimplimentaw il-politiki ta’ sigurtà repressivi tar-RDPK, fosthom l-interrogazzjoni u l-ikkastigar ta’ nies li jaħarbu mir-RDPK “illegalment”. B’mod partikolari, il-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali hu responsabbli milli jmexxi kampijiet tal-ħabs u ċentri ta’ xogħol ta’ detenzjoni fuq perjodu qasir ta’ żmien permezz tal-Uffiċċju Korrettiv tiegħu, fejn il-priġunieri/detenuti jitħallew bil-ġuħ apposta u huma soġġetti għal trattament inuman u degradanti ieħor.

Bħala eks Kap tal-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali, Ri Yong Gil huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK, b’mod partikolari tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, arbitrarji u sommarji u qtil, għajbien sfurzat ta’ persuni, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, kif ukoll xogħol furzat mifrux u vjolenza sesswali kontra n-nisa.

22.3.2021

▼M3 —————

▼M6

12.

Abderrahim AL-KANI (magħruf ukoll bħala Abdul-Rahim AL-KANI, Abd-al-Rahim AL-KANI, Abdel Rahim KHALIFA Abdel Rahim AL-SHAQAQI)

عبد الرحيم الكاني (ortografija bl-Għarbi)

Kariga/i: membru tal-Milizzja Kaniyat

Data tat-twelid: 7.9.1997

Nazzjonalità: Libjana

Numru tal-passaport: PH3854LY

Numru tal-karta tal-identità: 119970331820

Sess: raġel

Abderrahim Al-Kani huwa membru ewlieni tal-Milizzja Kaniyat u ħu l-Kap tal-Milizzja Kaniyat, Mohammed Khalifa Al-Khani (miet f'Lulju 2021). Il-Milizzja Kaniyat eżerċitat il-kontroll fuq il-belt Libjana ta' Tarhuna bejn l-2015 u Ġunju 2020.

Abderrahim Al-Kani huwa inkarigat mis-sigurtà interna għall-Milizzja Kaniyat. F'dik il-kapaċità, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja, b'mod partikolari qtil ekstraġudizzjarju u għajbien sfurzat ta' persuni bejn l-2015 u Ġunju 2020 f'Tarhuna.

22.3.2021

 

 

 

 

Abderrahim Al-Kani u l-Milizzja Kaniyat ħarbu minn Tarhuna fil-bidu ta' Ġunju 2020 lejn il-Lvant tal-Libja. Minn dakinhar, diversi oqbra tal-massa attribwiti lill-Milizzja Kaniyat ġew skoperti f'Tarhuna.

 

▼M3

13.

Aiub Vakhaevich KATAEV (magħruf ukoll bħala Ayubkhan Vakhaevich KATAEV) ►M17   (*1)  ◄

Аюб Вахаевич КАТАЕВ (magħruf ukoll bħala Аюбхан Вахаевич КАТАЕВ) (ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Eks Kap tad-Dipartiment tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Federazzjoni Russa fil-belt ta’ Argun fir-Repubblika Ċeċena

Data tat-twelid: 1.12.1980 jew 1.12.1984

Nazzjonalità: Russa

Ġeneru: raġel

Kap tad-Dipartiment tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Federazzjoni Russa fil-belt ta’ Argun fir-Repubblika Ċeċena sal-2018.

Fil-kapaċità tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Federazzjoni Russa f’Argun, Aiub Kataev kien jissorvelja l-attivitajiet tas-sigurtà tal-istat u tal-aġenziji tal-pulizija lokali. F’din il-kariga, huwa kien jissorvelja personalment persekuzzjonijiet mifruxa u sistematiċi fiċ-Ċeċenja, li bdew fl-2017. Ir-repressjonijiet huma diretti kontra persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI), dawk li hu preżunt li jappartjenu għal gruppi LGBTI, u individwi oħra ssuspettati li huma avversarji tal-Kap tar-Repubblika Ċeċena Ramzan Kadyrov. Aiub Kataev u forzi li kienu taħt il-kmand tiegħu huma responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b’mod partikolari tortura u trattament u pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, kif ukoll arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u eżekuzzjonijiet arbitrarji jew ekstraġudizzjarji u qtil.

Skont diversi xiehda, Aiub Kataev issorvelja personalment u ħa sehem fit-tortura ta’ detenuti.

22.3.2021

14.

Abuzaid (Abuzayed) Dzhandarovich VISMURADOV ►M17   (*1)  ◄

Абузайд Джандарович ВИСМУРАДОВ (ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Eks Kmandant tat-Tim “Terek” tal-Unità Speċjali ta’ Rispons Rapidu (SOBR), Viċi Prim Ministru tar-Repubblika Ċeċena, gwardja personali mhux uffiċjali tal-Kap tar-Repubblika Ċeċena Ramzan Kadyrov

Data tat-twelid: 24.12.1975

Eks Kmandant tat-Tim “Terek” tal-Unità Speċjali ta’ Rispons Rapidu (SOBR). Mit-23 ta’ Marzu 2020, Viċi Prim Ministru tar-Repubblika Ċeċena. Gwardja personali tal-Kap tar-Repubblika Ċeċena Ramzan Kadyrov.

Abuzaid Vismuradov kien il-Kmandant tal-istakkament “Terek” tas-SOBR minn Marzu 2012 sa Marzu 2020. F’din il-kariga, huwa kien jissorvelja personalment persekuzzjonijiet mifruxa u sistematiċi fiċ-Ċeċenja, li bdew fl-2017. Ir-repressjonijiet huma diretti kontra persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI), dawk li hu preżunt li jappartjenu għal gruppi LGBTI jew individwi oħra ssuspettati li huma avversarji tal-Kap tar-Repubblika Ċeċena Ramzan Kadyrov.

22.3.2021

 

 

 

Post tat-twelid: Akhmat-Yurt/Khosi-Yurt, eks Repubblika Soċjalista Sovjetika Awtonoma Ċeċena-Ingush (ASSR), issa Repubblika Ċeċena (Federazzjoni Russa)

Nazzjonalità: Russa

Ġeneru: raġel

Abuzaid Vismuradov u l-unità “Terek” li kienet taħt il-kmand tiegħu huma responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b’mod partikolari tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, kif ukoll arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u qtil ekstraġudizzjarju u arbitrarju u eżekuzzjonijiet.

Skont diversi xiehda, Abuzaid Vismuradov issorvelja personalment u ħa sehem fit-tortura ta’ detenuti. Huwa kollaboratur mill-qrib ta’ Ramzan Kadyrov, il-Kap tar-Repubblika Ċeċena, li ilu jmexxi kampanja ta’ repressjonijiet kontra l-avversarji politiċi tiegħu għal bosta snin.

 

▼M2

15.

Gabriel Moses LOKUJO

-

Kariga/i: Maġġur Ġeneral tal-Forzi għad-Difiża tal-Poplu tas-Sudan t’Isfel (SSPDF)

Nazzjonalità: Sud Sudaniża

Ġeneru: raġel

Maġġur Ġeneral tal-Forzi għad-Difiża tal-Poplu tas-Sudan t’Isfel (SSPDF).

Gabriel Moses Lokujo huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan t’Isfel, b’mod partikolari eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji u qtil.

F’Mejju 2020, tliet uffiċjali tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan fl-Oppożizzjoni (SPLA-IO) inħatfu u inqatlu fuq l-ordnijiet tal-Maġġur Ġeneral Lokujo.

22.3.2021

 

 

 

 

F’Settembru 2020, il-Maġġur Ġeneral Lokujo abbanduna lill-SPLA-IO u ngħaqad mal-SSPDF u huwa responsabbli għall-konfrontazzjonijiet sussegwenti ġewwa u madwar iċ-Ċentru tat-Taħriġ ta’ Moroto fl-Equatoria Ċentrali tan-Nofsinhar. Bħala konsegwenza, diversi mwiet u korrimenti ġew irrapportati miż-żewġ naħat matul l-aħħar trimestru tal-2020, u ġew spustati wkoll persuni ċivili, speċjalment fiż-żona Kajo-Keji tal-Istat tal-Equatoria Ċentrali. Il-forzi tal-Maġġur Ġeneral Lokujo baqgħu fiż-żona fejn ġew irrapportati diversi konfrontazzjonijiet oħra u s-sikurezza u s-sigurtà tal-komunitajiet ċivili għadhom f’periklu.

 

▼M6

16.

Dimitriy (Dimitry, Dmitri, Dmitry) Valerievich UTKIN ►M17   (*1)  ◄

Дмитрий Валерьевич Уткин

(Ortografija Russa)

Kariga/i: Fundatur u kmandant tal-Grupp Wagner

Grad: Logutenent Kurunell (riżerva)

Sinjal tas-sejħa: Vagner, Wagner, The Nineth

ID tal-Grupp Wagner: M-0209

Data tat-twelid: 1.6.1970 jew 11.6.1970

Post tat-twelid: Asbest, Sverdlovsk Oblast, SFSR Russa (issa l-Federazzjoni Russa)

Nazzjonalità: Russa

Indirizz: Pskov, Russian Federation

Sess: raġel

Dimitriy Utkin, eks uffiċjal tal-intelligence militari Russa (GRU), huwa l-fundatur tal-Grupp Wagner u huwa responsabbli għall-koordinazzjoni u l-ippjanar tal-operazzjonijiet għall-iskjerament tal-merċenarji tal-Grupp Wagner f'diversi pajjiżi.

Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fi ħdan il-Grupp Wagner, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-grupp, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji.

Dan jinkludi t-tortura sal-mewt ta' diżertur Sirjan minn erba' membri tal-Grupp Wagner f'Ġunju 2017 fil-provinċja ta' Homs, is-Sirja. Skont eks membru tal-Grupp Wagner, Dimitriy Utkin personalment ordna t-tortura sal-mewt tad-diżertur kif ukoll l-iffilmjar tal-att.

13.12.2021

▼M4

17.

Stanislav Evgenievitch DYCHKO ►M17   (*1)  ◄

Станислав Евгеньевич Дl-mudell чко

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Merċenarju tal-Grupp Wagner

Data tat-twelid: 1990

Nazzjonalità: Russa

Ġeneru: raġel

Stanislav Dychko, eks-impjegat tal-pulizija ta’ Stavropol, huwa merċenarju tal-Grupp Wagner.

Flimkien ma’ tlett merċenarji oħra tal-Grupp Wagner, huwa ħa sehem fit-tortura sal-mewt ta’ diżertur Sirjan f’Ġunju 2017 fil-provinċja ta’ Homs, is-Sirja.

Għalhekk huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja.

13.12.2021

▼M13

18.

Valery (Valeriy) Nikolaevich ZAKHAROV ►M17   (*1)  ◄

Валерий Николаевич Захаров

(ortografija Russa)

Kariga/i: Konsulent tas-sigurtà għall-President tas-Central African Republic (CAR)

ID tal-Wagner Group: M-5658

Data tat-twelid: 12.1.1970

Post tat-twelid: Leningrad, Russian SFSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Valery Zakharov, eks membru tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa (FSB), huwa l-eks konsulent tas-sigurtà tal-President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA). Huwa figura ewlenija fl-istruttura ta’ kmand tal-Wagner Group u għandu rabtiet mill-qrib mal-awtoritajiet Russi.

Minħabba l-pożizzjoni influwenti li kellu fir-RĊA u r-rwol ewlieni tiegħu fil-Wagner Group, Valery Zakharov huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RĊA, inkluż eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji.

Dan jinkludi l-qtil ta’ tliet ġurnalisti Russi fl-2018, li s-sigurtà tagħhom kienet ir-responsabbiltà ta’ Valery Zakharov.

13.12.2021

19.

Maxim SHUGALEY

magħruf ukoll bħala

Maksim SHUGALEI ►M17   (*1)  ◄

Максим ШУГАЛЕЙ (ortografija Russa)

Kariga/i: President tal-Foundation for the Defence of National Values (FDNV)

Data tat-twelid: 24.2.1966

Post tat-twelid: Leningrad, l-eks USSR (issa St Petersburg, Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-Passaport jew tal-Karta tal-Identità:

710508436 (passaport Russu)

Maxim Shugaley huwa l-kap tal-Fondazzjoni għad-Difiża tal-Valuri Nazzjonali (FDNV), entità assoċjata mal-Wagner Group. L-FDNV topera bħala l-fergħa tar-relazzjonijiet pubbliċi ta’ Wagner Group u r-rwol ta’ Maxim Shugaley fl-FDNV jinvolvi t-tmexxija ta’ propaganda favur Wagner Group u kampanji ta’ diżinformazzjoni, inkluż biex tissaħħaħ ir-reputazzjoni tal-Wagner Group u jiġi appoġġat l-iskjerament tiegħu, kif ukoll jinterferixxi bil-moħbi f’isem il-Wagner Group fid-diversi pajjiżi li huwa attiv fihom.

Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż il-Libja, il-Mali u r-Repubblika Ċentru-Afrikana.

Maxim Shugaley huwa assoċjat mal-Wagner Group u huwa responsabbli għall-appoġġ u l-inkoraġġiment tal-atti tal-Wagner Group permezz ta’ propaganda favur Wagner Group u diżinformazzjoni.

25.2.2023

▼M7

20.

Aleksandr Grigorievitch MALOLETKO ►M17   (*1)  ◄

Александр Григорьевич МАЛОЛЕТКО

(Ortografija Russa)

 

Aleksandr Grigorievitch Maloletko huwa kollaboratur mill-qrib ta’ Yevgeny Prigozhin. L-azzjoni tiegħu bħala “difensur tal-patrija” u bħala l-Kap tal-“Veteran’s Interests Defenders League” ġie mfaħħar pubblikament minn Yevgeny Prigozhin. Huwa kien qed jaħdem bħala istruttur għall-Wagner Group fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA). Huwa assoċjat mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, f’diversi pajjiżi, inkluż ir-RCA u huwa responsabbli talli jappoġġja l-atti tal-Wagner Group.

25.2.2023

▼M13

21.

Konstantin Alexandrovich PIKALOV ►M17   (*1)  ◄

Константин Александрович

(ortografija Russa)

Kariga/i: Wieħed mill-Kmandanti ta’ PMC Wagner Group fl-Afrika

Data tat-twelid: 23.7.1968

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Konstantin Pikalov, bl-isem kodiċi “Mazaï” (Mazay), huwa wieħed mill-mexxejja tal-Wagner Group u huwa responsabbli għall-attivitajiet operazzjonali tal-Wagner Group fl-Afrika, b’mod partikolari fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA). Huwa akkużat li kien l-istigatur tal-qtil ta’ tliet ġurnalisti Russi f’Lulju 2018. Minn April 2023, huwa wkoll il-kap ta’ grupp paramilitari ġdid (Convoy) maħluq f’Novembru 2022 biex jieħu azzjoni fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż ir-RĊA.

Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu fi ħdan il-Wagner Group, Konstantin Pikalov huwa responsabbli għall-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RĊA.

25.2.2023

▼M7

22.

Dimitri SYTII

magħruf ukoll bħala

Dimitri SYTYI ►M17   (*1)  ◄

Дмитрий СЫТИЙ

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Direttur tar-Russian house of Bangui

Data tat-twelid: 23.3.1989

Post tat-twelid: Minsk (Belarus)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Indirizz: NA-SYTAIA/A1-TANKISTAZ KHRUSTITSKOGO 62 APT25/ZP-198217/CI St Petersburg, Russian Federation

Dimitri Sytii għandu rwol ewlieni fil-Wagner Group fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA), b’rabtiet mill-qrib ma’ Yevgeny Prigozhin. Huwa inkarigat mit-tmexxija tal-politika ta’ influwenza tal-Wagner Group fir-RCA. Huwa l-kap tal-fergħa lokali tar-Russian House, il-fergħa kulturali tar-Russian foreign ministry.

Il-Wagner Group, huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż ir-RCA,.

Minħabba l-pożizzjoni influwenti tiegħu fir-RCA u r-rwol ta’ tmexxija tiegħu fil-Wagner Group, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RCA.

25.2.2023

23.

Mikhail Sergeyevich POTEPKIN ►M17   (*1)  ◄

Михаил Сергеевич ПОТЕПКИН

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Direttur Meroe Gold

Data tat-twelid: 19.9.1981 jew 29.9.1981

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-passaport: 651697952 (passaport Russu)

Indirizz: Sudan

Kumpaniji assoċjati:

Megaline; Concord; IT-Debugger

Mikhail Potepkin huwa direttur ta’ Meroe Gold, entità ta’ kopertura għall-operazzjonijiet tal-Wagner Group fis-Sudan, kif ukoll huwa involut f’M-Invest, il-kumpanija omm ta’ Meroe. Huwa għandu rwol prinċipali fi ħdan il-Wagner Group fis-Sudan, b’rabtiet mill-qrib għal Yevgeny Prigozhin. Billi kien affiljat mal-militar Sudaniż, il-Wagner Group żgura l-isfruttament u l-esportazzjoni tad-deheb Sudaniż lejn ir-Russja. Potepkin huwa assoċjat mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż fis-Sudan. Permezz tal-attivitajiet tiegħu, huwa jipprovdi wkoll appoġġ għal tali abbużi li jitwettqu fis-Sudan.

25.2.2023

▼M13

24.

Alexander Alexandrovich IVANOV

magħruf ukoll bħala: Aleksandr Alexandrovich IVANOV; Alexandre Alexandrovich IVANOV ►M17   (*1)  ◄

Александр Александрович ИВАНОВ

(ortografija Russa)

Kariga/i: Rappreżentant tal-ħarrieġa tal-Wagner Group fis-Central Afridan Republic

Data tat-twelid: 14.6.1960

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Indirizz: Bangui, Central African Republic

Alexander Ivanov huwa l-kelliem għall-Wagner Group fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA). Huwa wkoll il-kap tal-“Officers Union for International Security” Russa, imsejħa ukoll Officers Community for International Security (COSI), kumpanija ta’ faċċata tal-Wagner li tibgħat ħarrieġa militari Russi fir-RĊA. Dawk il-ħarrieġa huma merċenarji tal-Wagner Group.

Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi inkluż ir-RĊA.

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala rappreżentant uffiċjali tal-ħarrieġa militari Russi, Alexander Ivanov huwa involut fl-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RĊA.

25.2.2023

▼M7

25.

Vitalii Viktorovitch PERFILEV ►M17   (*1)  ◄

Виталий Викторович ПЕРФИЛЬЕВ

(Ortografija Russa)

Data tat-twelid: 11.9.1983

Post tat-twelid: Novossibirsk USSR (issa r-Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Indirizz: Bangui (Repubblika Ċentru-Afrikana)

Sess: raġel

Numru tal-passaport: Nru 75 2987491

Data tal-konsenja: 30.3.2016

Data ta’ skadenza: 30.3.2026

Perfilev huwa l-konsulent tas-sigurtà għall-President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA). Huwa figura ewlenija fi ħdan il-Wagner Group fir-RCA.

Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż ir-RCA,.

Minħabba l-pożizzjoni influwenti tiegħu fir-RCA u r-rwol ta’ tmexxija tiegħu fil-Wagner Group, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RCA.

25.2.2023

26.

Andrei Sergeevich MANDEL ►M17   (*1)  ◄

Андрей Сергеевич МАНДЕЛЬ

(Ortografija Russa)

Data tat-twelid: 2.3.1990

Post tat-twelid: Germany

Sess: raġel

Numru tal-passaport: 753615660

Andrei Mandel huwa l-Kap ta’ M-Invest, entità ta’ kopertura għall-operazzjonijiet tal-Wagner Group fis-Sudan, kif ukoll huwa involut fis-sussidjarja tagħha Meroe Gold. Huwa għandu rwol prinċipali fi ħdan il-Wagner Group fis-Sudan, b’rabtiet mill-qrib ma’ Yevgeny Prigozhin. Billi kien affiljat mill-qrib mal-militar Sudaniż, il-Wagner Group żgura l-isfruttament u l-esportazzjoni tad-deheb Sudaniż lejn ir-Russja. Mandel huwa assoċjat ma’ Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż fis-Sudan. Permezz tal-attivitajiet tiegħu, huwa jipprovdi appoġġ ukoll għal tali abbużi mwettqa fis-Sudan.

25.2.2023

▼M8

27.

Neda Mohammad NADEEM

نداء محمد ندیم

(Ortografija Pashto)

Pożizzjoni(jiet): Aġent Ministru tat-Taliban għall-Edukazzjoni Għolja

Nazzjonalità: Afgana

Ġeneru: raġel

Neda Mohammed Nadeem ilu l-aġent Ministru tat-Taliban għall-Edukazzjoni Għolja mit-22 ta’ Ottubru 2022.

Minn meta ħa l-kariga tiegħu, it-Taliban ippubblikaw digrieti li jipprojbixxu lin-nisa mill-edukazzjoni għolja fil-pajjiż kollu. Dawn id-digrieti jċaħħdu lin-nisa mid-dritt tagħhom għall-edukazzjoni kif ukoll mill-aċċess ugwali tagħhom għall-edukazzjoni, li tikser il-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa.

Fil-kapaċità tiegħu bħala aġent Ministru tat-Taliban għall-Edukazzjoni Għolja, Neda Mohammed Nadeem huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan, b’mod partikolari għall-ksur mifrux tad-dritt tan-nisa għall-edukazzjoni u d-dritt għal trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-edukazzjoni.

7.3.2023

28.

Sheikh Muhammad Khalid HANAFI

شیخ محمد خالد

(Ortografija Pashto)

Pożizzjoni(jiet): Aġent Ministru tat-Taliban għall-propagazzjoni tal-virtù u l-prevenzjoni tal-vizzji

Data tat-twelid: qrib l-1970

Post tat-twelid: Kolam Shaheed village, Doabi district, Nurestan province, Afghanistan

Nazzjonalità: Afgana

Ġeneru: raġel

Sheikh Muhammad Khalid Hanafi huwa l-aġent Ministru tat-Taliban għall-propagazzjoni tal-virtù u l-prevenzjoni tal-vizzji, li jissostitwixxi l-Ministru għall-affarijiet tan-nisa.

Minn meta ħa l-kariga tiegħu, it-Taliban ippubblikaw digrieti li jirrestrinġu l-libertà u d-dinjità tan-nisa u l-bniet fil-pajjiż kollu, irażżnu l-libertà tal-kelma u tal-espressjoni tagħhom, u imponew pieni ħorox u vjolenza fuq dawk li ma jirrispettawx l-ordnijiet tat-Taliban.

B’mod partikolari, matul iż-żmien tiegħu fil-kariga, ġew ippubblikati digrieti dwar il-ħiġab kif ukoll skedi ta’ żmien segregati skont il-ġeneru għall-użu ta’ spazji pubbliċi.

Fil-kapaċità tiegħu bħala aġent Ministru tat-Taliban għall-propagazzjoni tal-virtù u l-prevenzjoni tal-vizzji, Sheikh Muhammad Khalid Hanafi huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan, b’mod partikolari għall-ksur mifrux tad-drittijiet tan-nisa, bħal-libertà tal-espressjoni tagħhom, kif ukoll id-dritt għal trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa.

7.3.2023

29.

Alexander Georgievich FEDORINOV ►M17   (*1)  ◄

Александр Георгиевич ФЕДОРИНОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): uffiċjal kmandant ta’ Moscow Police Station

Grad: Logutenent Kurunell

Nazzjonalità: Russa

Ġeneru: raġel

Il-Logutenent Kurunell Alexander Georgievich Fedorinov huwa uffiċjal kmandant ta’ Moscow Police Station.

Fil-kapaċità tiegħu bħala aġent kap tal-għassa tal-pulizija f’Marzu 2022, huwa awtorizza l-arrest u d-detenzjoni arbitrarji, kif ukoll it-tortura sussegwenti, ta’ dimostranti nisa kontra l-gwerra.

Għaldaqstant, Alexander Georgievich Fedorinov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b’mod partikolari għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji kif ukoll vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika.

7.3.2023

30.

Ivan RYABOV ►M17   (*1)  ◄

Иван РЯБОВ

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): uffiċjal tal-pulizija f’Moscow Police Station

Nazzjonalità: Russa

Ġeneru: raġel

Ivan Ryabov huwa uffiċjal tal-pulizija f’Moscow Police Station.

Fuq l-ordnijiet tal-Logutenent Kurunell Alexander Georgievich Fedorinov, huwa żamm u ttortura b’mod arbitrarju dimostranti nisa kontra l-gwerra f’Marzu 2022. Il-vittmi jirrappurtaw li sawwathom, fgahom b’basktijiet tal-plastik u abbużahom fiżikament u verbalment għal sitt sigħat.

Għaldaqstant, Ivan Ryabov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b’mod partikolari għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji.

7.3.2023

31.

Nikolay Anatolevich KUZNETSOV

magħruf ukoll bħala Nikolaj Anatolevich Kuznetsov, Nikolaj Kuznetsov, Nikolay Kuznetsov ►M17   (*1)  ◄

Николай Анатольевич Кузнецов

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Membru tal-forzi armati tal-Federazzjoni Russa, kmandant tal-unità tal-forzi speċjali tad-diviżjoni ta’ Dzerzhinsky ta’ Rosgvardia (Federal Service of National Guard Troops of the Russian Federation)

Grad: Maġġur Ġeneral

Data tat-twelid: 13.4.1978

Nazzjonalità: Russa

Ġeneru: raġel

Numru tal-identità tat-taxxa: 645407737871

Il-Ġeneral Maġġur Nikolay Anatolevich Kuznetsov huwa membru tal-forzi armati tal-Federazzjoni Russa u kmandant tal-unità tal-forzi speċjali tad-diviżjoni ta’ Dzerzhinsky ta’ Rosgvardia (Federal Service of National Guard Troops of the Russian Federation).

L-unità ta’ Kuznetsov kienet parti mill-invażjoni illegali tal-Ukrajna mir-Russja u membri tal-unità tiegħu pparteċipaw b’mod sistematiku f’atti ta’ vjolenza sesswali u stupru fl-Ukrajna f’Marzu/April 2022.

L-iskala u s-severità tal-atti ta’ vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru li qed iseħħu f’żoni tal-Ukrajna okkupati mir-Russja jindikaw “ippjanar fuq livell aktar sistematiku” u l-kmandanti Russi konxji tal-vjolenza sesswali mill-persunal militari fl-Ukrajna u, f’xi każijiet “inkoraġġew jew saħansitra ordnaw din il-vjolenza”.

Fil-kapaċità tiegħu bħala kmandant tal-unità, Kuznetsov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna, inkluż vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika.

7.3.2023

32.

Ramil Rakhmatulovich IBATULLIN ►M17   (*1)  ◄

Рамиль Рахматуллович Ибатуллин

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Membru tal-forzi armati tal-Federazzjoni Russa, eks kmandant tan-90th guards tank division

Grad: Kurunell

Data tat-twelid: 22.10.1976

Nazzjonalità: Russa

Ġeneru: raġel

Numru tal-identità tat-taxxa: 631409144707

Numru tal-persunal tal-forzi armati Russi: U-927425

Il-Kurunell Ramil Rakhmatulovich Ibatullin serva fit-truppi ta’ okkupazzjoni Russi fir-reġjun ta’ Donbas (2014-2017) u ħa sehem fl-invażjoni illegali tal-Ukrajna mir-Russja bħala kmandant tan-90th guards tank division.

F’Marzu 2022, id-diviżjoni taħt il-kmand tiegħu ħadet sehem fl-offensiva kontra Chernihiv u Kiev. Matul l-offensiva, il-membri tad-diviżjoni tiegħu wettqu atti ta’ vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru kontra l-popolazzjoni ċivili Ukrena.

Wara li dawn il-fatti saru pubbliċi, il-Ministeru Russu għad-Difiża ippromwova lil Ibatullin fil-grad ta’ kurunell.

L-awtoritajiet Ukreni akkużaw lil diversi membri tatan-90th guards tank division b’allegazzjonijiet ta’ vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, inkluż l-istupru ta’ mara tqila qrib Kiev, il-qtil ta’ persuna ċivili wara li stupraw ripetutament lil martu fil-preżenza ta’ tifel żgħir, kif ukoll il-parteċipazzjoni ta’ membri ta’ din id-diviżjoni fi stupri minn diversi persuni fuq l-istess vittma.

L-iskala u s-severità tal-atti ta’ vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru li qed iseħħu f’żoni tal-Ukrajna okkupati mir-Russja jindikaw “ippjanar fuq livell aktar sistematiku” u l-kmandanti Russi konxji tal-vjolenza sesswali mill-persunal militari fl-Ukrajna u, f’xi każijiet, li “inkoraġġew jew saħansitra ordnaw din il-vjolenza”.

Għaldaqstant, Ibatullin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna, inkluż għal vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika.

7.3.2023

33.

Gatluak Nyang HOTH

 

Pożizzjoni(jiet): Kummissjarju tal-kontea għall-kontea ta’ Mayiandit

Nazzjonalità: Sud Sudaniż

Ġeneru: raġel

Gatluak Nyang Hoth ilu l-kummissarju tal-kontea għall-kontea ta’ Mayiandit (Unity State, is-Sudan t’Isfel) minn Frar 2021.

F’din il-pożizzjoni, huwa kkmanda milizzji allinjati mal-gvern biex iwettqu attakki fin-Nofsinhar ta’ Unity State, bejn Frar u Mejju 2022. Matul dan il-perjodu, it-truppi taħt il-kmand tiegħu għamlu użu mifrux u sistematiku tal-vjolenza sesswali bħala tattika tal-gwerra u strumentalizzawha bħala premju u intitolament għall-irġiel li jipparteċipaw fil-kunflitt.

Fil-kapaċità tiegħu bħala kummissarju tal-kontea, Hoth huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan t’Isfel, inkluż għal vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika u mifruxa.

7.3.2023

34.

Gordon Koang BIEL

Magħruf ukoll bħala Gordon Koang Char BIEL, Koang Biel CHAR, Koang NYALUALGO

 

Pożizzjoni(jiet): Kummissarju tal-kontea għall-kontea ta’ Koch

Post tat-twelid: is-Sudan t’Isfel

Nazzjonalità: Sud Sudaniż

Ġeneru: raġel

Gordon Koang Biel ilu l-kummissarju tal-kontea għall-kontea ta’ Koch (Unity State, is-Sudan t’Isfel) minn Frar 2021.

F’din il-pożizzjoni, huwa kkmanda milizzji allinjati mal-gvern biex iwettqu attakki fin-Nofsinhar ta’ Unity State, bejn Frar u Mejju 2022. Matul dan il-perjodu, it-truppi taħt il-kmand tiegħu għamlu użu mifrux u sistematiku tal-vjolenza sesswali bħala tattika tal-gwerra u strumentalizzawha bħala premju u intitolament għall-irġiel li jipparteċipaw fil-kunflitt.

Fil-kapaċità tiegħu bħala kummissarju tal-kontea, Biel huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan t’Isfel, inkluż għal vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika u mifruxa.

7.3.2023

▼M13

35.

Toe UI

magħruf ukoll bħala: Toe YI

 

Kariga/i: Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni

Grad: Maġġur Ġeneral

Nazzjonalità: Myanmar/Burma

Sess: raġel

Il-Maġġur Ġeneral Toe Ui nħatar Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni fit-3 ta’ Frar 2023. Huwa l-eks viċi kmandant tal-Office of the Chief of Military Security Affairs (OCMSA). L-OCMSA huwa responsabbli għall-ġestjoni taċ-ċentri ta’ detenzjoni u interrogazzjoni fil-Myanmar/Burma u huwa wkoll inkarigat bil-ġbir ta’ intelligence.

Il-persunal tal-OCMSA taħt l-awtorità ta’ Ui juża nudità sfurzata, stupru, xokkijiet elettriċi, ħruq ta’ ġenitali u vjolenza eċċessiva matul id-detenzjoni arbitrarja u l-interrogazzjoni ta’ rġiel, nisa u membri tal-komunità LGBTIQ.

Fil-kapaċità tiegħu bħala viċi kmandant tal-OCMSA, il-Maġġur Ġeneral Toe Ui huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma, inkluż detenzjonijiet arbitrarji u tortura, kif ukoll għal vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika u mifruxa.

7.3.2023

▼M9

36.

Oleg Mikhailovich SVIRIDENKO ►M17   (*1)  ◄

Олег Михайлович СВИРИДЕНКО

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Viċi Ministru għall-Ġustizzja tar-Russian Federation

Data tat-twelid: 29.7.1962

Post tat-twelid: Potapovka, Buda-Koshelyovsky district, Gomel region, Belarus

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-Kontribwent Individwali: 772704610955

Bħala Viċi Ministru għall-Ġustizzja tal-Federazzjoni Russa, Oleg Sviridenko jissorvelja direttament id-Dipartiment tal-Leġiżlazzjoni u l-Infurzar tal-Liġi fis-Sfera ta’ Organizzazzjonijiet Mhux Kummerċjali kif ukoll id-Dipartiment tal-Protezzjoni tal-Interess Nazzjonali mill-Influwenza Esterna, li huma responsabbli għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar l-“aġenti barranin”, inkluż l-awtorità li jiddeċiedu dwar deżinjazzjonijiet fil-“Lista ta’ Aġenti Barranin”.

Il-leġiżlazzjoni dwar l-“aġenti barranin” kienet fil-qalba ta’ mewġa ta’ liġijiet repressivi li jrażżnu s-soċjetà ċivili indipendenti, il-media kif ukoll individwi dissidenti, filwaqt li jiksru l-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni tagħhom. Bħala konsegwenza, mijiet ta’ NGOs u individwi, ħafna personalitajiet prominenti tas-soċjetà ċivili Russa u l-avversarji politiċi tal-Kremlin, inkluż Vladimir Kara-Murza, ġew inklużi fil-Lista ta’ Aġenti Barranin li jaqgħu direttament taħt ir-responsabbiltà ta’ Sviridenko fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja tal-Federazzjoni Russa.

Għalhekk, Sviridenko huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

5.6.2023

37.

Andrei Andreevich ZADACHIN ►M17   (*1)  ◄

Андрей Андреевич ЗАДАЧИН

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Investigatur tal-Major Investigative Unit at the Investigative Committee of the Russian Federation; Maġġur

Data tat-twelid: 22.8.1990

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-Kontribwent Individwali: 771577190559

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Investigatur tal-Unità Investigattiva Ewlenija fil-Kumitat Investigattiv (Major Investigative Unit at the Investigative Committee) tal-Federazzjoni Russa, Zadachin ħareġ akkuża kriminali politikament motivata kontra Vladimir Kara-Murza. Zadachin talab ukoll lill-qorti biex Kara-Murza jiġi detenut u pprovda xhieda li ssostni dan fil-qorti.

Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz bdew kontrih fl-2022 wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex irażżnu l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern billi esprimew oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom.

Għaldaqstant, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

5.6.2023

38.

Danila Yurievich MIKHEEV ►M17   (*1)  ◄

Данила Юрьевич МИХЕЕВ

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Direttur ta’ organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ “Independent expert”

Data tat-twelid: 1.3.1999

Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-Kontribwent Individwali: 771577190559

Mikheev iservi bħala “xhud espert” għall-gvern Russu f’kawżi tal-qorti politikament motivati. Huwa aġixxa bħala espert fil-proċedimenti tal-qorti politikament motivati kontra Vladimir Kara-Murza.

Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz bdew kontrih fl-2022 wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex irażżnu l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern billi esprimew oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom.

Għaldaqstant, permezz tal-attivitajiet tiegħu, huwa responsabbli li appoġġa ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

5.6.2023

39.

Denis Vladimirovich KOLESNIKOV ►M17   (*1)  ◄

Денис Владимирович

КОЛЕСНИКОВ

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Kap tal-Investigative Department at the Investigative Committee of the Russian Federation. Grad ta’ Logutenent Ġeneral.

Data tat-twelid: 29.6.1976

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment Investigattiv fil-Kumitat Investigattiv (Investigative Department at the Investigative Committee) tal-Federazzjoni Russa, Kolesnikov awtorizza l-ħruġ ta’ akkuża kriminali politikament motivata kontra Vladimir Kara-Murza.

Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz bdew kontrih fl-2022 wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex irażżnu l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern billi esprimew oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom.

Għaldaqstant, fil-pożizzjoni tiegħu huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

5.6.2023

40.

Diana Igorevna MISHCHENKO

(Kunjom ta’ xebba: GARIPOVA) ►M17   (*1)  ◄

Диана Игоревнa МИЩЕНКО

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Khamovniki District Court of Moscow

Data tat-twelid: 12.5.1977

Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Ġeneru: Mara

Fil-pożizzjoni tagħha bħala Mħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Khamovniki (Khamovniki District Court) ta’ Moska, Mishchenko hija involuta fil-kawża tal-qorti politikament motivata kontra Vladimir Kara-Murza. Hija tat sentenza biex tapprova l-arrest amministrattiv ta’ Kara-Murza għal 15-il jum.

Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz bdew kontrih fl-2022 wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex irażżnu l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern billi esprimew oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom.

Għaldaqstant, hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

5.6.2023

41.

Elena Anatolievna LENSKAYA ►M17   (*1)  ◄

Елена Анатольевна ЛЕНСКАЯ

(Ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Basmaniy District Court of Moscow

Data tat-twelid: 22.1.1979

Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Ġeneru: Mara

Numru tal-Kontribwent Individwali: 770905658030

Fil-pożizzjoni tagħha bħala Mħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Basmaniy (Basmaniy District Court) ta’ Moska, Lenskaya hija involuta fil-kawża tal-qorti politikament motivata kontra Vladimir Kara-Murza. Hija ħarġet id-deċiżjoni biex tapprova l-arrest ta’ Kara-Murza għal xahrejn.

Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz bdew kontrih fl-2022 wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex irażżnu l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern billi esprimew oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom.

Għaldaqstant, hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

5.6.2023

42.

Ilya Pavlovich KOZLOV ►M17   (*1)  ◄

Илья Павлович КОЗЛОВ

(Ortografija Russa)

Funzjoni: Imħallef tal-Moscow City Court

Data tat-twelid: 17.10.1973

Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Mħallef tal-Qorti tal-Belt (City Court) ta’ Moska, Kozlov huwa involut fil-kawża tal-qorti politikament motivata kontra Vladimir Kara-Murza. Huwa ċaħad it-talba għall-appell ta’ Kara-Murza dwar l-arrest amministrattiv tiegħu.

Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz bdew kontrih fl-2022 wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex irażżnu l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern billi esprimew oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom.

Għaldaqstant, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

5.6.2023

43.

Sergei Gennadievich PODOPRIGOROV ►M17   (*1)  ◄

Сергей Геннадьевич ПОДОПРИГОРОВ

(Ortografija Russa)

Funzjoni: Imħallef tal-Moscow City Court

Data tat-twelid: 8.1.1974

Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Indirizz

Shmitovskiy Proyezd, 16c2, Moscow, Russia, 123100. Apartment 52.

(Шмитовский пр-д, 16с2, Москва, Россия, 123100. Квартира 52)

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Mħallef tal-Qorti tal-Belt (City Court) ta’ Moska, Podoprigorov huwa involut fil-kawża tal-qorti politikament motivata kontra Vladimir Kara-Murza. Huwa ppresieda l-kulleġġ tal-Imħallfin fil-Qorti tal-Belt ta’ Moska li fis-17 ta’ April 2023 ikkundanna lill-attivist tal-oppożizzjoni Kara-Murza għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja.

Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz bdew kontrih fl-2022 wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex irażżnu l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern billi esprimew oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom.

Qabel, Podoprigorov, bħala Mħallef fil-qorti distrettwali ta’ Tverskoi ta’ Moska, għamel żewġ deċiżjonijiet fir-rigward ta’ Sergei Magnitsky, li kixef il-korruzzjoni u l-imġiba ħażina minn uffiċjali tal-gvern Russu, u aktar tard ġie ppersegwitat u miet f’ħabs Russu.

Għaldaqstant, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

5.6.2023

44.

Dmitriy Viktorovich KOMNOV ►M17   (*1)  ◄

Дмитрий Викторович КОМНОВ

(Ortografija Russa)

Funzjoni: Logutenent Kurunell, Kap taċ-ċentru ta’ arrest preventiv ta’ Moska - SIZO-5 “Vodnik”.

Data tat-twelid: 17.5.1977

Post tat-twelid: Kashira Region, Moscow, Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Komnov huwa uffiċjal għoli tas-sistema penitenzjarja Russa. Huwa l-Kap taċ-ċentru ta’ arrest preventiv ta’ Moska SIZO-5 “Vodnik,” fejn qed jinżamm Vladimir Kara-Murza.

Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz bdew kontrih fl-2022 wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex irażżnu l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern billi esprimew oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom.

Il-kundizzjoni tas-saħħa ta’ Kara-Murza ddeterjorat b’mod konsiderevoli minn meta bdiet id-detenzjoni tiegħu f’April 2022. Komnov huwa responsabbli għat-trattament degradanti ta’ Kara-Murza peress li ntbagħat f’ċellola ta’ kastig minkejja disturb serju fin-nervituri kkawżat minn żewġ avvelenamenti preċedenti.

It-trattament ħażin ta’ Kara-Murza fiċ-ċentru ta’ arrest preventiv ġestit minn Komnov jikkonferma x-xejra ta’ prattika stabbilita ta’ trattament inuman ta’ avversarji tar-reġim detenuti. Huwa kien il-gwardja taċ-ċentru ta’ arrest preventiv “Butyrka” fi żmien meta l-kundizzjonijiet intollerabbli wasslu għall-mewt tal-attivist kontra l-korruzzjoni Sergei Magnitsky.

Għalhekk, Komnov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż trattament degradanti u ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

5.6.2023

▼M10

45.

Oleg Anatolyevich BARANOV ►M17   (*1)  ◄

Олег Анатольевич БАРАНОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska; Logutenent Ġenerali tal-Pulizija

Data tat-twelid: 16.3.1969

Post tat-twelid: Potsdam, Germany

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Entitajiet assoċjati:

Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska

Center for Combating Extremism (Ċentru għall-Ġlieda kontra l-Estremiżmu);

Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska;

NTechLab;

Tevian

Oleg Baranov huwa l-Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska. F'dan ir-rwol, huwa jissorvelja l-forzi tal-pulizija, l-investigaturi kriminali, il-faċilitajiet ta' detenzjoni, iċ-Ċentru għall-Ġlieda kontra l-Estremiżmu u unitajiet oħra tal-infurzar tal-liġi f'Moska.

Id-Direttorat Ewlieni għall-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska taħt il-kmand tiegħu wettaq monitoraġġ u detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u f'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Fittex u żamm detenuti lil dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevitaw il-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għal dawn il-finijiet, uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni.

Għalhekk, Oleg Baranov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni.

20.7.2023

46.

Eduard Anatolyevich LYSENKO ►M17   (*1)  ◄

Эдуард Анатольевич ЛЫСЕНКО

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Ministru tal-Gvern ta' Moska; Kap tad-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska

Data tat-twelid: 22.1.1975

Post tat-twelid: Yaroslavl, Russian SFSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Ġeneru: raġel

Individwi assoċjati:

Natalia Sergunina

Entitajiet assoċjati:

Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska;

Id-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska

Eduard Lysenko huwa Ministru fil-Gvern ta' Moska u l-Kap tad-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska.

Id-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska jiżviluppa u juża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska. Jibgħat data mis-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ lill-unitajiet tal-infurzar tal-liġi tad-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska.

Id-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni, partikolarment għall-monitoraġġ u d-detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u f'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Is-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ intużat ukoll mid-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska biex isib u jżomm detenuti lil dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevitaw il-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għaldaqstant, Eduard Lysenko huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni.

20.7.2023

47.

Natalia Alekseevna SERGUNINA ►M17   (*1)  ◄

Наталья Алексеевна СЕРГУНИНА

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Viċi Sindku fil-Gvern ta' Moska; Kap tal-Apparat tas-Sindku u l-Gvern ta' Moska

Data tat-twelid: 22.8.1978

Post tat-twelid: Moscow, Russian SFSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Indirizz: (Uffiċċju) Voznesensky pereulok, 22, 125009 Moscow, Russian Federation

Individwi assoċjati:

Eduard Lysenko

Entitajiet assoċjati:

Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska;

Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska;

Informazzjoni oħra ta' identifikazzjoni: Tel.: +74956298447 (uffiċċju)

Natalia Sergunina hija Viċi Sindku ta' Moska. Id-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska, li jaqa' fil-kompetenza tagħha, jiżviluppa u juża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska. Jibgħat data mis-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ lill-unitajiet tal-infurzar tal-liġi tad-Direttorat Ewlieni għall-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska.

Id-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni, partikolarment għall-monitoraġġ u d-detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u f'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Is-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ intużat ukoll mid-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska biex isib u jżomm detenuti lil dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevadu l-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għaldaqstant, Natalia Sergunina hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni.

20.7.2023

48.

Dmitry Yurievich NOZHKIN ►M17   (*1)  ◄

Дмитрий Юрьевич НОЖКИН

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Kap tal-ħabs IK-6 fir-reġjun ta' Vladimir

Data tat-twelid: 3.7.1981

Indirizz: Suzdalskay St., 2, 118, Vladimir, Vladimir region, Russia, 600009

Numru tal-Kontribwent Individwali: 583520944622

Dmitry Nozhkin huwa l-kap tal-kolonja penali IK-6 f'Melekhovo, Reġjun ta' Vladimir, fejn il-mexxej Russu tal-oppożizzjoni politika Alexei Navalny ilu jinżamm minn meta ngħata s-sentenza tiegħu f'Marzu 2022.

Navalny ġie soġġett għal diversi ċikli ta' reklużjoni f'ċella ta' kastig għal aktar minn 100 jum minn Awwissu 2022, li kkontribwew biex saħħtu marret drastikament għall-agħar. Il-metodi użati mit-tmexxija tal-kolonja (fost oħrajn bl-użu ta' dwal LED ultra qawwijin) jikkostitwixxu pieni krudili, inumani u degradanti fil-kolonja penali IK-6, li għalihom Dmitry Nozhkin għandu responsabbiltà immedjata bħala kap tal-faċilità.

Għaldaqstant, Dmitry Nozhkin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni.

20.7.2023

49.

Yuri Alexandrovich FOMIN ►M17   (*1)  ◄

Юрий Александрович

ФОМИН

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-ħabs IK-6 fir-reġjun ta' Vladimir

Data tat-twelid: 28.08.1986

Indirizz: Komsomolskaya St., 95/2, 13, Kovrov, Vladimir region, Russia, 601914

Yuri Fomin huwa viċi kap tal-kolonja penali IK-6 f'Melekhovo, Reġjun ta' Vladimir, fejn il-mexxej Russu tal-oppożizzjoni politika Alexei Navalny ilu jinżamm minn meta ngħata s-sentenza tiegħu f'Marzu 2022.

Navalny ġie soġġett għal diversi ċikli ta' reklużjoni f'ċella ta' kastig għal aktar minn 100 jum minn Awwissu 2022, li kkontribwew biex saħħtu marret drastikament għall-agħar. Il-metodi użati mit-tmexxija tal-kolonja (fost oħrajn bl-użu ta' dwal LED ultra qawwijin) jikkostitwixxu pieni krudili, inumani u degradanti fil-kolonja penali IK-6, li għalihom Yuri Fomin għandu responsabbiltà immedjata bħala viċi kap tal-faċilità.

Għaldaqstant, Yuri Fomin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni.

20.7.2023

50.

Danila Andreevich SINYUKHIN ►M17   (*1)  ◄

Данила Андреевич СИНЮХИН

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-ħabs IK-6 fir-reġjun ta' Vladimir

Data tat-twelid: 8.8.1990

Indirizz: Narodnaya St., 8, 91, Vladimir, Vladimir region, Russia, 600026

Danila Sinyukhin huwa viċi kap tal-kolonja penali IK-6 f'Melekhovo, Reġjun ta' Vladimir, fejn il-mexxej Russu tal-oppożizzjoni politika Alexei Navalny ilu jinżamm minn meta ngħata s-sentenza tiegħu f'Marzu 2022.

Navalny ġie soġġett għal diversi ċikli ta' reklużjoni f'ċella ta' kastig għal aktar minn 100 jum minn Awwissu 2022, li kkontribwew biex saħħtu marret drastikament għall-agħar. Il-metodi użati mit-tmexxija tal-kolonja (fost oħrajn bl-użu ta' dwal LED ultra qawwijin) jikkostitwixxu pieni krudili, inumani u degradanti fil-kolonja penali IK-6, li għalihom Danila Sinyukhin għandu responsabbiltà immedjata bħala viċi kap tal-faċilità.

Għaldaqstant, Danila Sinyukhin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni.

20.7.2023

51.

Anatoly Alekseevich GORSHKOV ►M17   (*1)  ◄

Анатолий Алексеевич ГОРШКОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-ħabs IK-6 fir-reġjun ta' Vladimir

Data tat-twelid: 6.5.1984

Indirizz: Sergey Lazo St., 4/1, 75, Kovrov, Vladimir region, Russia, 601911

Anatoly Gorshkov huwa viċi kap tal-kolonja penali IK-6 f'Melekhovo, Reġjun ta' Vladimir, fejn il-mexxej Russu tal-oppożizzjoni politika Alexei Navalny ilu jinżamm minn meta ngħata s-sentenza tiegħu f'Marzu 2022.

Navalny ġie soġġett għal diversi ċikli ta' reklużjoni f'ċella ta' kastig għal aktar minn 100 jum minn Awwissu 2022, li kkontribwew biex saħħtu marret drastikament għall-agħar. Il-metodi użati mit-tmexxija tal-kolonja (fost oħrajn bl-użu ta' dwal LED ultra qawwijin) jikkostitwixxu pieni krudili, inumani u degradanti fil-kolonja penali IK-6, li għalihom Anatoly Gorshkov għandu responsabbiltà immedjata bħala viċi kap tal-faċilità.

Għaldaqstant, Anatoly Gorshkov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni.

20.7.2023

52.

Dmitry Ivanovich MAKORIN ►M17   (*1)  ◄

Дмитрий Иванович

МАКОРИН

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-ħabs IK-6 fir-reġjun ta' Vladimir

Data tat-twelid: 23.6.1984

Indirizz: Dachny proezd, 3, apt. 3, Melehovo, Vladimir region, Russia

Dmitry Makorin huwa viċi kap tal-kolonja penali IK-6 f'Melekhovo, Reġjun ta' Vladimir, fejn il-mexxej Russu tal-oppożizzjoni politika Alexei Navalny ilu jinżamm minn meta ngħata s-sentenza tiegħu f'Marzu 2022.

Navalny ġie soġġett għal diversi ċikli ta' reklużjoni f'ċella ta' kastig għal aktar minn 100 jum minn Awwissu 2022, li kkontribwew biex saħħtu marret drastikament għall-agħar. Il-metodi użati mit-tmexxija tal-kolonja (fost oħrajn bl-użu ta' dwal LED ultra qawwijin).

Għaldaqstant, Dmitry Makorin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni.

20.7.2023

53.

Mikhail Alekseevich NEIMOVICH ►M17   (*1)  ◄

Михаил Алексеевич НEИМОВИЧ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Logutenent fil-ħabs IK-6 fir-reġjun ta' Vladimir

Data tat-twelid: 25.11.1997

Indirizz: Muromskaya St., 9, 22, Kovrov, Vladimir region, Russia, 601909

Mikhail Neimovich huwa logutenent tas-Servizz Penitenzjarju Federali fil-kolonja penali IK-6 f'Melekhovo, Reġjun ta' Vladimir, fejn il-mexxej Russu tal-oppożizzjoni politika Alexei Navalny ilu jinżamm minn meta ngħata s-sentenza tiegħu f'Marzu 2022.

Navalny ġie soġġett għal diversi ċikli ta' reklużjoni f'ċella ta' kastig għal aktar minn 100 jum minn Awwissu 2022, li kkontribwew biex saħħtu marret drastikament għall-agħar. Il-metodi użati mit-tmexxija tal-kolonja (fost oħrajn bl-użu ta' dwal LED ultra qawwijin) jikkostitwixxu pieni krudili, inumani u degradanti fil-kolonja penali IK-6, li għalihom Mikhail Neimovich għandu responsabbiltà immedjata.

Għaldaqstant, Mikhail Neimovich huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni.

20.7.2023

54.

Alexey Ivanovich GIRICHEV ►M17   (*1)  ◄

Алексей Иванович ГИРИЧЕВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): (Eks) Kap Reġjonali tal-FSIN fir-reġjun ta' Vladimir (Servizz Penitenzjarju Federali) sa Marzu 2023;

viċi kap attwali tal-FSIN

Data tat-twelid: 3.8.1975

Post tat-twelid: Kalach, Kalacheyevsky District, Voronezh Oblast, Russian SFSR (issa Russian Federation)

Indirizz: (preċedentement) Zoe Kosmodemyanskaya St., 5 Corps 1, 95, Kovrov, Vladimir Region, Russia, 601911

Numru tal-Kontribwent Individwali: 382101379684

Aleksey Girichev huwa l-viċi Kap tas-Servizz Penitenzjarju Federali Russu (FSIN), li ilu jżomm lill-mexxej Russu tal-oppożizzjoni politika Alexei Navalny priġunier sa minn meta ngħata s-sentenza tiegħu f'Marzu 2022.

Navalny ġie soġġett għal diversi ċikli ta' reklużjoni f'ċella ta' kastig għal aktar minn 100 jum minn Awwissu 2022, li kkontribwew biex saħħtu marret drastikament għall-agħar. Il-metodi użati mit-tmexxija tal-kolonja (fost oħrajn bl-użu ta' dwal LED ultra qawwijin) jikkostitwixxu pieni krudili, inumani u degradanti fil-kolonja penali IK-6, li għalihom Alexsey Girichev għandu responsabbiltà diretta bħala viċi kap tal-FSIN.

Għaldaqstant, Alexsey Girichev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b'mod partikolari għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji.

20.7.2023

55.

Arkady Alexandrovich GOSTEV ►M17   (*1)  ◄

Аркадий Александрович

ГОСТЕВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Direttur tal-FSIN (eks Viċi Ministru għall-Intern, sal-2021)

Data tat-twelid: 11.2.1961

Post tat-twelid: Shatsky District, Ryazan Region, Russian SFSR (issa Russian Federation)

Indirizz: lobachevskogo, 92-12, Moscow, 117453

Numru tal-Passaport: 620120675

Arkady Gostev huwa d-Direttur tas-Servizz Penitenzjarju Federali Russu (FSIN), li ilu jżomm lill-mexxej Russu tal-oppożizzjoni politika Alexei Navalny priġunier sa minn meta ngħata s-sentenza tiegħu f'Marzu 2022.

Navalny ġie soġġett għal diversi ċikli ta' reklużjoni f'ċella ta' kastig għal aktar minn 100 jum minn Awwissu 2022, li kkontribwixxa biex saħħtu marret drastikament għall-agħar. Il-metodi użati mit-tmexxija tal-kolonja (fost oħrajn bl-użu ta' dwal LED ultra qawwijin) jikkostitwixxu pieni krudili, inumani u degradanti fil-kolonja penali IK-6, li għalihom Arkady Gostev għandu responsabbiltà diretta bħala l-viċi kap tal-FSIN.

Għaldaqstant, Arkady Gostev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b’mod partikolari għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji.

20.7.2023

56.

Alexander Alexandrovitch

SAMOFAL ►M17   (*1)  ◄

Александр Александрович

САМОФАЛ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Aġent tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa

Data tat-twelid: 23.8.1981

Post tat-twelid: Moscow, Russian SFSR (issa Russian Federation)

Indirizz: (preċedentement) Military Unit 2568, FSB Border Service Academy, Golitsyno, Russian Federation

Alexander Samofal huwa uffiċjal tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa (FSB). F’dik il-kapaċità, huwa kien personalment involut f’operazzjoni tal-FSB biex jiġi assassinat Wladimir Kara-Murza, figura ewlenija tal-oppożizzjoni Russa, bl-użu ta’ newrotossina. L-avvelenament kważi fatali għamel ħsara serja lis-saħħa ta’ Kara-Murza, u ħalla impatt negattiv fuq il-kundizzjoni fiżika fit-tul tiegħu.

Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Fl-2022 infetħu proċedimenti tal-qorti motivati politikament kontrih imsejsa fuq allegazzjonijiet foloz wara li akkuża lill-Kremlin bit-twettiq ta' delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u wara li kkundanna l-aggressjoni Russa pubblikament. F'April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f'ħabs/kamp tax-xogħol b'sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta' proċess farsa fir-Russja biex ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Għaldaqstant, Alexander Samofal huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

20.7.2023

▼M11

57.

Habibullah AGHA

magħruf ukoll bħala.

Mawlawi, Maulvi, Hadith, Sheikh

حبیب الله اغا

(Ortografija Pashto)

Pożizzjoni(jiet): Aġent Ministru tat-Taliban għall-Edukazzjoni

Data tat-twelid: 1954 jew 1955

Post tat-twelid: Vach Bakhto, Shah Wali Kot, Kandahar province, Afghanistan

Nazzjonalità: Afgana

Sess: raġel

Habibullah Agha nħatar bħala aġent Ministru tat-Taliban għall-Edukazzjoni f'Settembru 2022. F'din il-kapaċità, Habibullah Agha implimenta l-politika tat-Taliban li tiċħad l-aċċess tal-bniet għall-edukazzjoni sekondarja billi estenda l-projbizzjoni fuq l-istudenti nisa milli jipparteċipaw fl-edukazzjoni sekondarja lil hinn mis-sitt sena.

Barra minn hekk, Habibullah Agha aggrava personalment il-politiki eżistenti li jiddiskriminaw kontra l-ġeneru tat-Taliban billi ordna l-għeluq ta' ċentri tal-edukazzjoni privati u mmexxija minn NGOs li qabel kienu jservu bħala post ta' edukazzjoni għall-bniet. Għalhekk, huwa jerfa' r-responsabbiltà personali għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan, b'mod partikolari l-impożizzjoni ta' repressjoni sistematika abbażi tal-ġeneru fis-settur tal-edukazzjoni. Huwa personalment responsabbli għall-ksur kontinwu tad-dritt fundamentali tal-bniet Afgani għall-edukazzjoni sekondarja u d-dritt għat-trattament ugwali bejn is-subien u l-bniet fil-qasam tal-edukazzjoni sekondarja, b'hekk ikompli jeskludi l-bniet mis-soċjetà.

Fil-kapaċità tiegħu bħala aġent Ministru tat-Taliban għall-Edukazzjoni, huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan, b'mod partikolari għall-ksur tad-dritt tal-bniet u tan-nisa għall-edukazzjoni u d-dritt għal trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa.

20.7.2023

58.

Abdul Hakim HAQQANI

magħruf ukoll bħala

Mawlawi Sheikh Abdul Hakim Haqqani Ishaqzai;

“Shaikhul Hadis” Maulvi Abdul Hakim “Haqqani”

شیخ الحدیث مولوي عبدالحکیم حقاني

لقضات شیخ عبدالحکیم حقاني

(Ortografija Pashto)

Pożizzjoni(jiet): Aġent Prim Imħallef tat-Taliban tal-Qorti Suprema tal-Afganistan

Qazi al-Quzzat (Imħallef Suprem)

Data tat-twelid: 1967

Post tat-twelid: Panjwayi, Kandahar province, Afghanistan

Nazzjonalità: Afgana

Sess: raġel

Abdul Hakim Haqqani huwa l-aġent Prim Imħallef attwali tat-Taliban tal-Qorti Suprema tal-Afganistan, maħtur mit-tmexxija Talibana fl-2021. F'din il-kapaċità, huwa uża b'mod effettiv is-sistema legali biex jimplimenta r-repressjoni abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa billi eskluda l-imħallfin nisa mis-sistema tal-qrati Afgana u rrestrinġa sistematikament l-aċċess tan-nisa għall-ġustizzja, bi ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa.

Lil hinn mir-rwol tiegħu bħala aġent Prim Imħallef tat-Taliban, Abdul Hakim Haqqani Ishaqzaih għandu l-funzjoni ta' mexxej ideoloġiku fit-Taliban. Permezz tal-aċċess personali tiegħu għall-mexxej tat-Taliban Haibatullah Akhundzada, huwa eżerċita influwenza politika sabiex isawwar l-ideoloġija tat-Taliban fir-rigward tar-repressjoni tal-ġeneru, b'mod partikolari billi ta gwida għall-esklużjoni sistematika tan-nisa u tal-bniet mill-ħajja pubblika fl-Afganistan.

Fil-kapaċità tiegħu bħala Aġent Prim Imħallef tat-Taliban tal-Qorti Suprema tal-Afganistan, huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan, b'mod partikolari għall-ksur tad-dritt tan-nisa għal aċċess għall-ġustizja u għad-dritt għal trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa.

20.7.2023

59.

Abdul-Hakim SHAREI

magħruf ukoll bħala

Sharae; Sharie; Shara'i

عبدالحکیم شریری

(Ortografija Pashto)

Pożizzjoni(jiet): Aġent Ministru tat-Taliban għall-Ġustizzja

Titlu: Shaikh-al-Hadith Mawlawi

Data tat-twelid: 1961

Post tat-twelid: Ayub-Khil, Khost province, Afghanistan

Nazzjonalità: Afgana

Sess: raġel

Wara l-ħtif tal-poter mit-Talibani fl-Afganistan, Abdul-Hakim Sharei, fil-kapaċità tiegħu bħala aġent Ministru tat-Taliban għall-Ġustizzja, beda sforz konċertat biex idawwar is-sistema ġudizzjarja nazzjonali kontra n-nisa Afgani. Huwa effettivament ostakola l-għoti ta' liċenzji lil avukati nisa u l-kapaċità tan-nisa li jirċievu rappreżentanza legali, u neħħa lin-nisa minn pożizzjonijiet fis-sistema ġudizzjarja. L-istruzzjoni tiegħu biex jeżamina mill-ġdid il-qafas legali kollu tal-Afganistan waqqfet ukoll l-applikazzjoni tal-Liġi dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa.

Dawn il-politiki jikkostitwixxu sforz konċertat biex tintuża ċ-ċaħda tal-ġustizzja bħala għodda effettiva għat-trawwim ta' sistema ta' repressjoni abbażi tal-ġeneru billi n-nisa u l-bniet jiġu esposti għal stat ta' nuqqas ta' liġi u impunità, li għaliha Abdul-Hakim Sharei huwa responsabbli direttament u personalment.

Fil-kapaċità tiegħu bħala aġent Ministru tat-Taliban għall-Ġustizzja, huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan, b'mod partikolari għall-ksur tad-dritt tan-nisa għal aċċess għall-ġustizzja u d-dritt għal trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa.

20.7.2023

60.

James Mark NANDO

 

Pożizzjoni(jiet): Maġġur Ġeneral, Forzi tad-Difiża tal-Poplu tas-Sudan t'Isfel (SSPDF)

Post tat-twelid: Ezo, Ezo County, Western Equatoria, Sudan t’Isfel

Indirizz: Juba, South Sudan

Nazzjonalità: Sud Sudaniż

Sess: raġel

James Nando huwa uffiċjal anzjan fil-Forzi tad-Difiża tal-Poplu tas-Sudan t’Isfel (SSPDF), li għandu l-grad ta' Maġġur Ġeneral. Huwa jikkmanda l-forzi fl-istat tal-Ekwatorji tal-Punent tas-Sudan t'Isfel li wettqu attakki mifruxa kontra l-popolazzjoni ċivili. Il-forzi tiegħu użaw b'mod sistematiku l-vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru bħala mezz biex il-popolazzjoni tiġi terrorizzata.

Fil-kapaċità tiegħu bħala Maġġur Ġeneral, huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan t'Isfel, li jinkludu l-vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru.

20.7.2023

61.

Mahamat SALLEH Adoum Kette

magħruf ukoll bħala

Mahamet Salleh

 

Pożizzjoni(jiet): Ġeneral, tal-Front Popolari għat-Twelid mill-Ġdid tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (FPRC)

Nazzjonalità: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Post tat-twelid: Haute-Kotto Prefecture, Central African Republic

Sess: raġel

Fil-kapaċità tiegħu bħala figura ewlenija fil-Front Popolari għat-Twelid mill-Ġdid tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (FPRC), Mahamat Salleh ikkmanda forzi fir-Repubblika Ċentru-Afrikana li wettqu attakki mifruxa kontra l-popolazzjoni ċivili. Għal snin, Salleh, u l-forzi taħt il-kmand tiegħu ripetutament wettqu delitti relatati ma' vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru fuq skala massiva bħala mezz biex il-popolazzjoni ċivili tiġi terrorizzata.

Fil-kapaċità tiegħu bħala Ġeneral fil-FPRC, huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, li jinkludu l-vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru.

20.7.2023

62.

Igor Leonidovich KOLEDA ►M17   (*1)  ◄

Iгор Леонiдович КОЛЕДА

(Ortografija Ukrena)

Игорь Леонидович

КОЛЕДА

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Kmandant tat-30 Motorized Rifle Brigade.

Grad: Kurunell

Data tat-twelid: 11.12.1973

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' identifikazzjoni tal-forzi armati: 540530367155

Igor Leonidovich Koleda huwa l-kmandant fit-30 Motorized Rifle Brigade tal-Forzi Armati Russi u għandu l-grad ta' Kurunell. Il-brigata taħt il-kmand tiegħu ħadet sehem fl-invażjoni illegali tal-Ukrajna mir-Russja fil-bidu tal-2022.

Fil-bidu tal-2022, Membri tat-30 Motorized Rifle Brigade wettqu atti ta' vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru kontra l-popolazzjoni ċivili Ukrena inkluż kontra mill-inqas minorenni wieħed. L-awtoritajiet Ukreni identifikaw membru wieħed tat-30 Motorized Rifle Brigade bħala suspettat ta' vjolenza sesswali kontra n-nisa.

L-iskala u s-severità tal-atti ta' vjolenza sesswali li qed iseħħu f'żoni tal-Ukrajna okkupati mir-Russja jissuġġerixxu li twettaq ippjanar sistematiku u li l-kmandanti Russi huma konxji mill-vjolenza sesswali mill-persunal militari fl-Ukrajna u f'xi każijiet jinkoraġġixxu jew saħansitra jordnaw din il-vjolenza.

Fil-kapaċità tiegħu bħala l-kmandant tat-30 Motorized Rifle Brigade, Igor Koleda huwa għalhekk responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna, inkluż il-vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru.

20.7.2023

▼M12

63.

Elena Victorovna PODOLNAYA ►M17   (*1)  ◄

Елена Викторовна ПОДОЛЬНАЯ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Prosekutur Russu; Viċi Prosekutur fis-“Simferopol District Court in the Republic of Crimea”

Data tat-twelid: 5.9.1978

Sess: mara

Numru tal-karta tal-identità tat-taxxa: 261803847664

Elena Podolnaya hija l-Viċi Prosekutur fil-“Qorti Distrettwali ta’ Simferopol fir-Repubblika tal-Krimea” stabbilita mill-forza okkupanti tar-Russja fil-Krimea annessa illegalment. F’dik il-pożizzjoni, Elena Podolnaya ħadet sehem fil-proċedimenti tal-qorti politikament motivati kontra Vladyslav Yesypenko, ġurnalist, u għalih ipproponiet sentenza ta’ 11-il sena ħabs. Vladyslav Yesypenko ġie kkundannat għal 6 snin ħabs.

Il-proċedimenti tal-qorti kontra Vladyslav Yesypenko kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew bħala proċess eżemplari fir-Russja biex l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa ma’ kullimkien f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u gravi d-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà tagħhom tal-opinjoni u tal-espressjoni.

Għalhekk, hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa u fit-territorji okkupati minnha, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni.

8.9.2023

64.

Denis Vladimirovich KOROVIN ►M17   (*1)  ◄

Денис Владимирович КОРОВИН

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Uffiċjal tal-Federal Security Service of the Russian Federation (FSB)

Sess: raġel

Denis Korovin huwa uffiċjal tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa (FSB). Fil-pożizzjoni tiegħu, huwa ħa sehem fit-tortura ta’ Vladyslav Yesypenko, ġurnalist, li ġie kkundannat għal 6 snin ħabs.

Il-proċedimenti tal-qorti kontra Vladyslav Yesypenko kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew bħala proċess eżemplari fir-Russja biex l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa ma’ kullimkien f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u gravi d-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà tagħhom tal-opinjoni u tal-espressjoni.

Għalhekk, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa u fit-territorji okkupati minnha, inkluż tortura, trattament inuman u degradanti u ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni.

8.9.2023

65.

Dliaver Memetovich BERBEROV ►M17   (*1)  ◄

Длявер Меметович БЕРБЕРОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef fis-“Simferopol District Court of the Republic of Crimea”

Data tat-twelid: 17.8.1978

Post tat-twelid: Uzbekistan

Sess: raġel

Dliaver Berberov huwa mħallef fil-“Qorti Distrettwali ta’ Simferopol fir-Repubblika tal-Krimea” stabbilita mill-forza okkupanti tar-Russja fil-Krimea annessa illegalment. F’dik il-pożizzjoni, ħa sehem fil-proċedimenti tal-qorti politikament motivati kontra Vladyslav Yesypenko, ġurnalist.

Fis-16 ta’ Frar 2021, Dliaver Berberov ħabbar il-verdett tal-każ ta’ Vladyslav Yesypenko u kkundannah għal 6 snin ħabs.

8.9.2023

 

 

 

Indirizz: 6 Turkenicha St., Simferopol, Crimea, Ukraine

АР Крим, г. Симферополь, ул. Туркенича 6

Kodiċi DRFO: 2871801456

Il-proċedimenti tal-qorti kontra Vladyslav Yesypenko kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew bħala proċess eżemplari fir-Russja biex l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa ma’ kullimkien f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u gravi d-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà tagħhom tal-opinjoni u tal-espressjoni.

Għalhekk, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa u fit-territorji okkupati minnha, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni.

 

66.

Vitaliy Olegovich VLASOV ►M17   (*1)  ◄

Виталий Олегович ВЛАСОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Investigatur fil-Federal Security Service of the Russian Federation (FSB)

Data tat-twelid: 7.5.1986

Post tat-twelid: Shimanovsk/Amur Oblast/Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Vitaliy Vlasov huwa investigatur fis-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa (FSB). F’dik il-pożizzjoni, huwa mexxa l-investigazzjonijiet fil-każijiet tal-ġurnalist Vladyslav Yesypenko, ta’ membri tal-komunità tat-Tatari tal-Krimea fil-Krimea, inkluż Nariman Dzhelyalov, kif ukoll ta’ membri tax-Xhieda ta’ Jehovah, inkluż Aleksandr Dubovenko u Aleksandr Litvinyuk.

F’dak il-kuntest, Vlasov kien involut fil-kampanji ta’ persekuzzjoni sistematika kontra l-komunità tat-Tatari tal-Krimea u membri tax-Xhieda ta’ Jehovah minħabba t-twemmin reliġjuż tagħhom.

Għalhekk, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa u fit-territorji okkupati minnha, inkluż tortura, trattament inuman u degradanti, arrest u detenzjoni arbitrarji u ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni.

8.9.2023

67.

Viktor Viktorovich KRAPKO ►M17   (*1)  ◄

Виктор Викторович КРАПКО

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef tas-“Supreme Court of the Republic of Crimea”; Eks Imħallef fil-Kiev District Court of Simferopol

Data tat-twelid: 22.1.1989

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Viktor Krapko huwa mħallef fil-“Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Krimea” stabbilita mill-forza okkupanti tar-Russja fil-Krimea annessa illegalment. F’dik il-pożizzjoni, ħa sehem fil-proċedimenti tal-qorti politikament motivati kontra Vladyslav Yesypenko, ġurnalist, u Nariman Dzhelyalov, Tatar tal-Krimea.

Krapko huwa responsabbli wkoll għall-awtorizzazzjoni ta’ tfittxijiet fid-djar ta’ membri tax-Xhieda ta’ Jehovah fl-2021 fil-Krimea okkupata mir-Russja.

Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa ma’ kullimkien f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u gravi d-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà tagħhom tal-opinjoni u tal-espressjoni.

F’dak il-kuntest, Krapko kien involut fil-kampanji ta’ persekuzzjoni sistematika kontra l-komunità tat-Tatari tal-Krimea u membri tax-Xhieda ta’ Jehovah minħabba t-twemmin reliġjuż tagħhom.

Għalhekk, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa u fit-territorji okkupati minnha, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni.

8.9.2023

68.

Anastasia Ivanovna SUPRYAGA ►M17   (*1)  ◄

Анастасия Ивановна СУПРЯГА

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Prosekutur fil-“Prosecutor’s Office of Crimea”

Data tat-twelid: 15.3.1983

Post tat-twelid: Vinohradove, Saksky district, Autonomous Republic of Crimea, Ukraine

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Anastasia Supryaga hija prosekutur tal-“Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Krimea” stabbilita mill-forza okkupanti tar-Russja fil-Krimea annessa illegalment. F’dik il-pożizzjoni, ħadet sehem fil-proċedimenti tal-qorti politikament motivati u l-prosekuzzjoni ta’ Akhtem Chiygoz, Viċi President tal-Mejlis tal-poplu Tatar tal-Krimea u ta’ membri tal-komunità tat-Tatari tal-Krimea, inkluż Nariman Dzhelyalov.

F’dak il-kuntest, Supryaga kienet involuta fil-kampanji ta’ persekuzzjoni sistematika kontra l-komunità tat-Tatari tal-Krimea u membri tax-Xhieda ta’ Jehovah tal-Krimea minħabba t-twemmin reliġjuż tagħhom.

Għalhekk, hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa u fit-territorji okkupati minnha, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji.

8.9.2023

▼M14

69.

Ekaterina Mikhailovna MIZULINA ►M17   (*1)  ◄

Екатерина Михайловна МИЗУЛИНА

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): President tal-Lega għal Internet Sikur; Membru tal-Kamra Ċivika tal-Federazzjoni Russa

Data tat-twelid: 1.9.1984

Post tat-twelid: Yaroslavl, Russian SFSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Individwi assoċjati: Elena Borisovna Mizulina; Konstantin Valerevich Malofeev

Ekaterina Mizulina hija personaġġ pubbliku Russu u l-President tal-Lega għal Internet Sikur. F’din il-pożizzjoni, hija qed tinforza prattiki ta’ ċensura kontra ħallieqa tal-kontenut u artisti fuq l-Internet favur il-gvern Russu u l-politiki tiegħu.

Bħala l-President tal-Lega għal Internet Sikur, Ekaterina Mizulina qed tagħti bidu għal ilmenti uffiċjali lill-aġenziji Russi tal-infurzar tal-liġi kontra ħallieqa tal-kontenut fuq l-Internet, jiġifieri bloggers, kif ukoll mużiċisti, ċelebritajiet u influwenzaturi. B’riżultat ta’ dan, Ekaterina Mizulina qed iġġiegħel lill-ħallieqa tal-kontenut u lill-artisti Russi fuq l-Internet jew iħassru kontenut kontra l-gvern jew joħolqu kontenut favur il-gvern Russu u l-politiki tiegħu.

Għalhekk, Ekaterina Mizulina hija responsabbli għal abbużi serji u sistematiċi tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, li huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

29.1.2024

70.

Valentina Evgenievna LEVASHOVA

magħrufa ukoll bħala

Valentina Evgen’yevna LEVASHOVA ►M17   (*1)  ◄

Валентина Евгеньевна ЛЕВАШОВА

magħrufa ukoll bħala

Валентина Євгенiївна ЛЄВАШОВА

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Mħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Basmaniy (Basmaniy District Court) ta’ Moska

Data tat-twelid: 14.10.1978

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Indirizz: Preobrazhenskiy Val St., 24 building 1, Flat 69, Moscow, Russia, 107061

Valentina Evgenievna Levashova hija mħallef fil-Qorti Distrettwali ta’ Basmanniy (Basmaniy District Court) ta’ Moska.

F’din il-kapaċità hija involuta fi ksur serju u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-mexxejja tal-oppożizzjoni Russa.

Hija rappreżentanta tal-ġudikatura li ħadet deċiżjonijiet preġudikati f’każijiet b’motivazzjoni politika kontra persuni li opponew l-invażjoni militari tal-Ukrajna, jew deċiżjonijiet li ġġustifikaw azzjonijiet militari u azzjonijiet oħra tal-Federazzjoni Russa fit-territorju tal-Ukrajna, inkluż fil-kawża kontra Vladimir Kara-Murza.

Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Fl-2022 inbdew proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz kontrih wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa.

F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol b’sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa ma’ kullimkien f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom.

Għaldaqstant, hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji.

29.1.2024

71.

Oleg Viktorovich ALYPOV ►M17   (*1)  ◄

Олег Викторович АЛЫПОВ

Олег Вiкторович АЛИПОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Prosekutur Interdistrettwali ta’ Golovinsky ta’ Moska

Data tat-twelid: 7.3.1981

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Oleg Viktorovich Alypov huwa l-Prosekutur Interdistrettwali ta’ Golovinsky ta’ Moska.

Fil-kapaċità tiegħu bħala Prosekutur, huwa involut fil-ksur serju u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-mexxejja tal-oppożizzjoni Russa, inkluż fil-kawża kontra Vladimir Kara-Murza.

Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Fl-2022 inbdew proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz kontrih wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa.

F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol b’sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa ma’ kullimkien f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom.

Għaldaqstant, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji.

29.1.2024

72.

Ludmila Mikhailovna SMOLKINA ►M17   (*1)  ◄

Людмила Михайловна СМОЛКИНA

Людмила Михайлiвна СМОЛКIНА

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef, Qorti tal-Belt ta’ Moska

Data tat-twelid: 6.8.1961

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Indirizz: 45 Angarskaya St., building 1, 51, Moscow, Russia, 125412

Ludmila Mikhailovna Smolkina hija Mħallef fil-Qorti tal-Belt ta’ Moska.

F’din il-kapaċità, hija involuta fil-ksur serju u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-mexxejja tal-oppożizzjoni Russa, inkluż fil-kawża kontra Vladimir Kara-Murza.

L-awtoritajiet Russi użaw akkużi kriminali biex jarrestaw, iħarrku u jikkundannaw difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti u avversarji politiċi li esprimew il-kritika tagħhom għall-invażjoni tal-Ukrajna.

Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Fl-2022 inbdew proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz kontrih wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa.

F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol b’sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa ma’ kullimkien f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom.

Għaldaqstant, hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji.

29.1.2024

▼M15

73.

Yuri KONOVEEV ►M17   (*1)  ◄

Юрий КОНОВЕЕВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Kap tat-taqsima distakkata SUS “PKT” fl-IK-3 penal colony

Data tat-twelid: 7.5.1987

Post tat-twelid: Rivne, eks USSR (illum Ukraine)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Yuri Konoveev huwa l-kap tat-taqsima distakkata SUS u taċ-ċelli ta’ kastig tat-tip PKT (magħruf ukoll bħala l-kap tad-dipartiment tax-xogħol edukattiv) fl-IK-3 penal colony fejn ilu jaħdem mill-inqas mill-2019. Alexei Navalny tqiegħed taħt l-awtorità tiegħu mill-25 ta’ Diċembru 2023 sal-mewt tiegħu fis-16 ta’ Frar 2024.

F’dik il-pożizzjoni, Konoveev issorvelja s-swali responsabbli għat-trattament ħażin ta’ Alexei Navalny u interaġixxa direttament miegħu mill-inqas darba fix-xahar. Minħabba r-responsabbiltà tiegħu għaċ-ċelel ta’ kastig, huwa żgura li reġim ta’ iżolament fiżiku massimu ġie impost fuq Navalny. Fir-rwol superviżorju tiegħu ta’ edukazzjoni (mill-ġdid) tad-detenuti, huwa kien responsabbli għall-appoġġ ta’ sistema mibnija fuq it-tkissir tar-rieda tad-detenuti, u b’hekk ħoloq sentiment ta’ nuqqas ta’ tama assoluta u kundizzjonijiet tal-għajxien inumani. Xhieda xehdu li kien seħħ ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tax-xogħol edukattiv tad-detenuti u li t-tortura kienet preskritta direttament fid-dokumenti operazzjonali tad-dipartimenti. Yuri Konoveev kien responsabbli wkoll għat-testijiet investigattivi u għall-btieħi għall-eżerċizzju fejn Alexei Navalny allegatament ħassu ma jiflaħx. L-IK-3 penal colony hija magħrufa li teżerċita pressjoni fiżika u psikoloġika, iżolament sħiħ, tortura u vjolenza fuq il-priġunieri.

Għaldaqstant, Konoveev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra u l-ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

74.

Alexei Vassilyevich LISYUK

magħruf ukoll bħala

Alexei Vassilyevich LYSYUK ►M17   (*1)  ◄

Алексей Васильевич ЛИСЮК

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Tabib tal-iġjene ġenerali; Kap tal-unità medika fl-IK-3 penal colony

Data tat-twelid: 1984

Post tat-twelid: Ussuriysk, former USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Alexei Lisyuk huwa tabib ġenerali tal-iġjene u ilu l-kap tal-unità medika tal-IK-3 penal colony minn tal-inqas minn Awwissu 2023.

F’dik il-pożizzjoni, Lisyuk kien responsabbli għas-saħħa ta’ Alexei Navalny mill-25 ta’ Diċembru 2023 sal-mewt tiegħu fis-16 ta’ Frar 2024. Lisyuk ittraskura l-kundizzjonijiet ħżiena tad-detenzjoni u tas-saħħa ta’ Navalny, naqas milli jiżgura li l-unità tiegħu kellha kapaċitajiet adegwati ta’ risuxxitazzjoni u naqas milli jordna t-trasport tiegħu lejn l-eqreb sptar fil-ħin wara li ntilef minn sensih fis-16 ta’ Frar 2024.

L-IK-3 penal colony hija magħrufa għall-eżerċizzju ta’ pressjoni fiżika u psikoloġika, iżolament sħiħ, tortura u vjolenza fuq il-priġunieri kif ukoll għall-kwalità ħażina tas-servizzi mediċi

Għaldaqstant, Lisyuk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

22.3.2024

75.

Wadim Konstantinowitsch KALININ ►M17   (*1)  ◄

Вадим Kонстантинович КАЛИНИН

Pożizzjoni(jiet): Kap tal-IK-3 penal colony

Data tat-twelid: 7.3.1973

Post tat-twelid: Russia

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Wadim Konstantinowitsch Kalinin huwa l-Kap tal-IK-3 penal colony.

Fil-linja ta’ kmand tal-IK-3 penal colony, u billi huwa uffiċjalment parti mill-persunal għoli ta’ kmand tar-Russian Federal Penitentiary Service (FSIN) u jassumi rwol maniġerjali, huwa inkarigat direttament b’deċiżjonijiet eżekuttivi u għalhekk responsabbli għall-kundizzjonijiet ġenerali ta’ priġunerija fl-IK-3 penal colony. L-IK-3 penal colony, komunement magħrufa bħala l-“Polar Wolf”, kienet il-post fejn il-politiku tal-oppożizzjoni detenut Alexei Navalny miet taħt ċirkostanzi mhux magħrufa. Il-kundizzjonijiet tal-priġunerija tiegħu fl-IK-3 penal colony inkludew il-vjolenza fiżika bħat-tortura u n-nuqqas ta’ provvista ta’ misħun u ħwejjeġ xierqa fix-xitwa, assistenza medika u ikel u ilma.

Għaldaqstant, Wadim Konstantinowitsch Kalinin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

76.

Sergey Nikolaevich KORZHOV ►M17   (*1)  ◄

Сергей Николаевич КОРЖОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-IK-3 penal colony

Post tat-twelid: Russia

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Sergey Nikolaevich Korzhov huwa viċi kap tal-IK-3 penal colony.

Fil-linja ta’ kmand tal-IK-3 penal colony, u billi huwa uffiċjalment parti mill-persunal għoli ta’ kmand tar-Russian Federal Penitentiary Service (FSIN) u jassumi rwol maniġerjali, huwa inkarigat direttament b’deċiżjonijiet eżekuttivi u għalhekk responsabbli għall-kundizzjonijiet ġenerali ta’ priġunerija fl-IK-3 penal colony. L-IK-3 penal colony, komunement magħrufa bħala l-“Polar Wolf”, kienet il-post fejn il-politiku tal-oppożizzjoni detenut Alexei Navalny miet taħt ċirkostanzi mhux magħrufa. Il-kundizzjonijiet tal-priġunerija fl-IK-3 penal colony inkludew il-vjolenza fiżika bħat-tortura u n-nuqqas ta’ provvista ta’ misħun u ħwejjeġ xierqa fix-xitwa, assistenza medika u ikel u ilma.

Għaldaqstant, Sergey Nikolaevich Korzhov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jsistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

77.

Vasily Alexandrovich VYDRIN ►M17   (*1)  ◄

Василий Александрович ВЫДРИН

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-IK-3 penal colony

Post tat-twelid: Russia

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Vasily Alexandrovich Vydrin huwa viċi kap tal-IK-3 penal colony.

Fil-linja ta’ kmand tal-IK-3 penal colony, u billi huwa uffiċjalment parti mill-persunal għoli ta’ kmand tar-Russian Federal Penitentiary Service (FSIN) u jassumi rwol maniġerjali, huwa inkarigat direttament b’deċiżjonijiet eżekuttivi u għalhekk responsabbli għall-kundizzjonijiet ġenerali ta’ priġunerija fl-IK-3 penal colony. L-IK-3 penal colony, komunement magħrufa bħala l-“Polar Wolf”, kienet il-post fejn il-politiku tal-oppożizzjoni detenut Alexei Navalny miet taħt ċirkostanzi mhux magħrufa. Il-kundizzjonijiet tal-priġunerija fl-IK-3 penal colony jinkludu l-vjolenza fiżika bħat-tortura u n-nuqqas ta’ provvista ta’ misħun u ħwejjeġ xierqa fix-xitwa, assistenza medika u ikel u ilma.

Għaldaqstant, Vasily Alexandrovich Vydrin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

78.

Vladimir Ivanovich PILIPCHIK ►M17   (*1)  ◄

Владимир Иванович ПИЛИПЧИК

Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-IK-3 penal colony

Post tat-twelid: Russia

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Vladimir Ivanovich Pilipchik huwa viċi kap tal-IK-3 penal colony.

Fil-linja ta’ kmand tal-IK-3 penal colony, u billi huwa uffiċjalment parti mill-persunal għoli ta’ kmand tar-Russian Federal Penitentiary Service (FSIN) u jassumi rwol maniġerjali, huwa inkarigat direttament b’deċiżjonijiet eżekuttivi u għalhekk responsabbli għall-kundizzjonijiet ġenerali ta’ priġunerija fl-IK-3 penal colony. L-IK-3 penal colony, komunement magħrufa bħala l-“Polar Wolf”, kienet il-post fejn il-politiku tal-oppożizzjoni detenut Alexei Navalny miet taħt ċirkostanzi mhux magħrufa. Il-kundizzjonijiet tal-priġunerija fl-IK-3 penal colony inkludew il-vjolenza fiżika bħat-tortura u n-nuqqas ta’ provvista ta’ misħun u ħwejjeġ xierqa fix-xitwa, assistenza medika u ikel u ilma.

Għaldaqstant, Vladimir Ivanovich Pilipichik huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

79.

Alexander Vladimirovich GOLYAKOV ►M17   (*1)  ◄

Александр Владимирович ГОЛЯКОВ

Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-IK-3 penal colony

Post tat-twelid: Russia

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Alexander Vladimirovich Golyakov huwa viċi kap tal-IK-3 penal colony.

Fil-linja ta’ kmand tal-IK-3 penal colony, u billi huwa uffiċjalment parti mill-persunal għoli ta’ kmand tar-Russian Federal Penitentiary Service (FSIN) u jassumi rwol maniġerjali, huwa inkarigat direttament b’deċiżjonijiet eżekuttivi u għalhekk responsabbli għall-kundizzjonijiet ġenerali ta’ priġunerija fl-IK-3 penal colony. L-IK-3 penal colony, komunement magħrufa bħala l-“Polar Wolf”, kienet il-post fejn il-politiku tal-oppożizzjoni detenut Alexei Navalny miet taħt ċirkostanzi mhux magħrufa. Il-kundizzjonijiet tal-priġunerija fl-IK-3 penal colony inkludew il-vjolenza fiżika bħat-tortura u n-nuqqas ta’ provvista ta’ misħun u ħwejjeġ xierqa fix-xitwa, assistenza medika u ikel u ilma.

Għaldaqstant, Alexander Vladimirovich Golyakov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

80.

Alexander Valerievich OBRAZTSOV ►M17   (*1)  ◄

Александр Валерьевич ОБРАЗЦОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-IK-3 penal colony

Post tat-twelid: Russia

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Alexander Valerievich Obraztsov huwa viċi kap tal-IK-3 penal colony.

F’dik il-pożizzjoni, huwa direttament responsabbli għall-kundizzjonijiet ta’ priġunerija fl-IK-3 penal colony. L-IK-3 penal colony, komunement magħrufa bħala l-rPolar Wolf’, kienet il-post fejn il-politiku tal-oppożizzjoni detenut Alexei Navalny miet taħt ċirkostanzi mhux magħrufa. Il-kundizzjonijiet tal-priġunerija fl-IK-3 penal colony inkludew il-vjolenza fiżika bħat-tortura u n-nuqqas ta’ provvista ta’ misħun u ħwejjeġ xierqa fix-xitwa, assistenza medika u ikel u ilma.

Għaldaqstant, Alexander Valerievich Obraztsov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

81.

Igor Borisovich RAKITIN ►M17   (*1)  ◄

Игорь Борисович РАКИТИН

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Direttur tal-Federal Penitentiary Service Directorate for the Yamal-Nenets Autonomous Region

Data tat-twelid: 5.10.1973

Post tat-twelid: Tyumen Oblast, former USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-identità tat-taxxa: 100602094834

Igor Borisovich Rakitin ilu d-direttur tad-Direttorat tal-Federal Penitentiary Service Directorate for the Yamal-Nenets Autonomous Region of the Russian Federation mit-28 ta’ Lulju 2020.

Taħt il-kmand tiegħu, ġiet stabbilita prassi mifruxa u sistematika ta’ tortura f’kolonji penitenzjarji fil-Yamal-Nenets Autonomous Region. Taħt il-kmand tiegħu, seħħew prattiki ta’ tortura f’kolonji penali IK-3 “Polar Wolf” u IK-8 “Polar Bear”. Dik il-prassi tinkludi ċ-ċaħda tal-kura medika, swat, perjodi estensivi ta’ reklużjoni, privazzjoni tal-ikel u injezzjoni ta’ sustanzi mhux magħrufa.

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Direttur tal-Federal Penitentiary Service Directorate for the Yamal-Nenets Autonomous Region, Igor Borisovich Rakitin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani u degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni

22.3.2024

82.

Valeriy Gennadyevich BOYARINEV ►M17   (*1)  ◄

Валерий Геннадьевич БОЯРИНЕВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): L-ewwel viċi direttur tal-Federal Penitentiary Service of the Russian Federation

Grad: Maġġur Ġeneral

Nazzjonalità: Russa

Data tat-twelid: 2.9.1970

Post tat-twelid: Berezovskiy, Krasnoyarskiy Kray, former USSR (illum Russian Federation)

Sess: raġel

Numru tal-identità tat-taxxa: 190113308460

Valeriy Gennadyevich Boyarinev ilu l-ewwel viċi direttur tal-Federal Penitentiary Service of the Russian Federation mill-4 ta’ Lulju 2022. Huwa nħatar b’digriet tal-President tal-Federazzjoni Russa.

Taħt il-kmand tiegħu, ġiet stabbilita prassi ta’ tortura mifruxa u sistematika fil-kolonji penitenzjarji Russi, inkluż il-kolonja tal-ħabs fejn Alexei Navalny kien detenut. Dik il-prassi tinkludi ċ-ċaħda tal-kura medika, swat, perjodi estensivi ta’ reklużjoni, privazzjoni tal-ikel u injezzjoni ta’ sustanzi mhux magħrufa.

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Direttur, Valeriy Gennadyevich Boyarinev personalment ta l-ordnijiet biex jiġi limitat l-ammont ta’ ikel Navalny tħalla jixtri waqt li nżamm fl-IK-6 penal colony f’Vladimirskaya Oblast.

Tlett ijiem wara l-mewt ta’ Navalny f’kolonja penitenzjarja taħt is-superviżjoni tiegħu, Boyarinev ġie promoss għal Maġġur Ġeneral ta’ notifika permezz ta’ digriet presidenzjali.

Għaldaqstant, Valeriy Gennadyevich Boyarinev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

83.

Dmitriy Andreevich ARTYUKHOV ►M17   (*1)  ◄

Дмитрий Андреевич АРТЮХОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Gvernatur tal-Yamal-Nenets Autonomous Region

Nazzjonalità: Russa

Data tat-twelid: 17.2.1988

Post tat-twelid: Tyumen Oblast, former USSR (illum Russian Federation)

Sess: raġel

Numru tal-identità tat-taxxa: 720414941639

Dmitriy Andreevich Artyukhov ilu l-Gvernatur tal-Yamal-Nenets Autonomous Region tal-Federazzjoni Russa mid-29 ta’ Mejju 2018.

Taħt il-gvern tiegħu, ġiet dokumentata xejra mifruxa u sistematika ta’ tortura fil-kolonji penitenzjarji, inkluż il-kolonja fejn Alexei Navalny kien detenut, fir-reġjun kollu. Din ix-xejra tinkludi ċ-ċaħda tal-kura medika, swat, perjodi estensivi ta’ reklużjoni f’ċella, privazzjoni tal-ikel u injezzjoni b’sustanzi mhux magħrufa.

Il-laqgħat bejn Dmitriy Andreevich Artyukhov u l-kap tas-sistema penali juru għarfien u approvazzjoni ta’ dawk il-prattiki mill-gvern reġjonali u juru l-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-gvern reġjonali u s-servizz penitenzjarju.

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Gvernatur tal-Yamal-Nenets Autonomous Region, Dmitriy Andreevich Artyukhov appoġġa u kien involut fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

84.

Kirill Sergeevich NIKIFOROV ►M17   (*1)  ◄

Кирилл Сергеевич НИКИФОРОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Kovrov City Court

Data tat-twelid: 14.3.1992

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Kirill Sergeevich Nikiforov huwa mħallef tal-Kovrov City Court, li ċaħdet il-kawża tal-mexxej tal-oppożizzjoni Alexei Navalny kontra IK-6 biex jappella kontra t-trasferiment tiegħu lejn ċella ta’ kastig għal 12-il jum. Waqt il-priġunerija tiegħu f’IK-6, l-uffiċjali regolarment qiegħdu lil Alexei Navalny f’ċella ta’ kastig għal allegat ksur minuri. Konsegwentement, huwa qatta’ xhur f’iżolament li wassal għal deterjorament sinifikattiv ta’ saħħtu.

Għaldaqstant, fil-pożizzjoni tiegħu ta’ mħallef fil-Kovrov City Court huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż detenzjonijiet arbitrarji kif ukoll tortura u trattament jew pieni krudili, inuman u degradanti oħra, kif ukoll il-ksur tal-libertà ta’ opinjoni jew espressjoni, li hija ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni stipulati fl-Artikolu 21 TUE.

22.3.2024

85.

Andrey Aleksandrovich SUVOROV ►M17   (*1)  ◄

Андрей Александрович СУВОРОВ

Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Moscow City Court

Data tat-twelid: 2.3.1980

Post tat-twelid: Russia

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Andrey Aleksandrovich Suvorov huwa mħallef fil-Moscow City Court, li kkundannat lil Alexei Navalny għal 19-il sena f’kolonja b’reġim speċjali taħt kundizzjonijiet inumani fl-2023, li wasslu għal deterjorament gravi ta’ saħħet Navalny.

Għaldaqstant, fil-pożizzjoni tiegħu ta’ mħallef fil-Moscow City Court huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż detenzjonijiet arbitrarji kif ukoll tortura u trattament jew pieni krudili, inuman u degradanti oħra, kif ukoll il-ksur tal-libertà ta’ opinjoni jew espressjoni, li hija ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni stipulati fl-Artikolu 21 TUE.

22.3.2024

86.

Aleksandr Aleksandrovich MUKHANOV ►M17   (*1)  ◄

Александр Александрович МУХАНОВ

Pożizzjoni(jiet): Direttur tal-IK-2

Data tat-twelid: 7.12.1984

Post tat-twelid: Russia

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Aleksandr Aleksandrovich Mukhanov huwa d-Direttur tal-kolonja korrettiva Nru 2 (IK-2), fejn Alexei Navalny kien detenut minn Marzu 2021 sa Ġunju 2022.

IK-2 huwa magħruf għal kundizzjonijiet ħżiena ta’ detenzjoni. Navalny, li ġie avvelenat reċentement, ġie rrifjutat l-aċċess għal tobba ċivili f’din il-kolonja, minkejja t-theddida għal saħħtu.

F’dik il-pożizzjoni, Aleksandr Aleksandrovich Mukhanov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, partikularment it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, kif ukoll il-ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

87.

Roman Alexandrovitch VIDYUKOV ►M17   (*1)  ◄

Роман Александрович ВИДЮКОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Investigatur fis-State Investigative Committee of the Russian Federation

Data tat-twelid: 30.7.1980

Post tat-twelid: Russia

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Roman Alexandrovitch Vidyukov huwa investigatur fis-State Investigative Committee of the Russian Federation.

Huwa mexxa l-investigazzjoni f’waħda mill-kawżi li fihom Alexei Navalny kien involut u kkundannat għal disa’ snin ħabs fl-2022. Kien ukoll membru tal-iskwadra ta’ investigazzjoni preliminari għall-kawża ta’ “ħasil tal-flus” kontra l-fondazzjoni ta’ Navalny kontra l-korruzzjoni. Huwa mexxa wkoll l-investigazzjoni kontra Lilia Chanysheva, eks Kap tal-kwartieri ġenerali ta’ Navalny f’Ufa, ikkundannata għall-“ħolqien ta” komunità estremista’. Lilia Chanysheva ġiet ikkundannata għal seba’ snin u nofs ħabs fl-2023.

Matul dawk il-kawżi tal-qorti, Roman Alexandrovitch Vidyukov allegatament hedded xhud, sabiex iġiegħlu jixhed b’tali mod li jaġevola l-investigazzjoni matul il-kawża ta’ frodi ta’ Navalny.

Għaldaqstant huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur tal-libertà ta’ opinjoni u espressjoni li huwa ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni stipulati fl-Artikolu 21 TUE.

22.3.2024

88.

Evgenia Sergeevna NIKOLAEVA ►M17   (*1)  ◄

Евгения Сергеевна НИКОЛАЕВА

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Basmanny District Court f’Moscow

Data tat-twelid: 9.7.1981

Post tat-twelid: Russia

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Evgenia Sergeevna Nikolaeva ilha mħallef tal-Basmanny District Court f’Moska mill-2016.

Hija ħarġet għadd ta’ sentenzi kontra avversarji politiċi (inkluż Alexei Navalny, Ilia Yashin u Vladimir Kara-Murza), u b’hekk ikkontribwiet għar-repressjoni politika fir-Russja. F’Ottubru 2023, bagħtet lill-avukati ta’ Navalny, Alexey Liptser u Igor Sergunin, għal arrest preventiv għal xahrejn. Qabel dan, kienet ripetutament għamlet il-ħajja diffiċli għall-priġunieri politiċi, inkluż billi estendiet it-termini ta’ detenzjoni fiċ-ċentru ta’ arrest preventiv għall-eks kap tal-kwartieri ġenerali ta’ Navalny f’Ufa, Lilia Chanysheva. Hija rrifjutat ukoll li tindirizza l-ilmenti dwar in-nuqqas ta’ azzjoni tal-Investigative Committee of the Russian Federation dwar l-allegazzjoni tal-avvelenament ta’ Navalny.

Fil-pożizzjoni tagħha, hija għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur tal-libertà ta’ opinjoni u espressjoni li huwa ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni stipulati fl-Artikolu 21 TUE.

22.3.2024

89.

Natalia Nikolaevna DUDAR ►M17   (*1)  ◄

Наталия Николаевна ДУДАРЬ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Basmanny District Court f’Moscow

Data tat-twelid: 13.6.1974

Post tat-twelid: Russia

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Natalia Nikolaevna Dudar hija mħallef fil-Basmanny District Court f’Moska.

Fil-pożizzjoni tagħha, ħarġet għadd ta’ sentenzi kontra dimostranti paċifiċi u avversarji politiċi, inkluż impjegati tal-Anti-Corruption Foundation (FBK) ta’ Alexey Navalny, Ilia Yashin u Vladimir Kara-Murza. Hija ħarġet ordnijiet għat-tiftix fuq l-impjegati tal-FBK u l-interċettazzjoni telefonika tal-apparati tagħhom. Estendiet l-arrest fiċ-ċentru ta’ arrest preventiv ta’ Lilia Chanysheva, eks Kap tal-kwartieri ġenerali ta’ Navalny f’Ufa, li ġiet akkużata li ħolqot komunità estremista.

Natalia Nikolaevna Duda hija għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b’mod partikolari arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur tal-libertà ta’ opinjoni u espressjoni li huwa ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni stipulati fl-Artikolu 21 TUE.

22.3.2024

90.

Oleg Vladimirovich SEVOSTYANOV ►M17   (*1)  ◄

Олег Владимирович СЕВОСТЬЯНОВ

Pożizzjoni(jiet): Kap tad-Dipartiment tal-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Russja għall-Yamalo-Nenets Autonomous Okrug

Data tat-twelid: 16.10.1968

Post tat-twelid: Bratsk, Irkutsk region, former USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-identità tat-taxxa: 622701024605

Oleg Vladimirovich Sevostyanov huwa uffiċjal Russu ta’ livell għoli. Huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Russja għall-Yamalo-Nenets Autonomous Okrug.

F’dik il-pożizzjoni, huwa responsabbli għall-iżgurar tal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-bniedem u dawk ċivili fil-Yamalo-Nenets Autonomous Okrug. L-IK-3 penal colony, fejn miet il-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny u li hija magħrufa għall-eżerċizzju ta’ pressjoni fiżika u psikoloġika, iżolament sħiħ, tortura u vjolenza fuq il-priġunieri kif ukoll għall-kwalità ħażina tas-servizzi mediċi, tinsab fil-Yamalo-Nenets Autonomous Okrug.

Għaldaqstant, Oleg Vladimirovich Sevostyanov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

91.

Vsevolod Lvovich VUKOLOV ►M17   (*1)  ◄

Всеволод Львович ВУКОЛОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Viċi Ministru għall-Ġustizzja tar-Russian Federation

Data tat-twelid: 7.4.1969

Post tat-twelid: Moscow, former USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-identità tat-taxxa: 770405292394

Vsevolod Lvovich Vukolov huwa uffiċjal Russu ta’ livell għoli. Huwa il-Viċi Ministru għall-Ġustizzja tal-Federazzjoni Russa.

F’dik il-pożizzjoni, huwa responsabbli għas-superviżjoni tal-Federal Penitentiary Service u d-Department of State Policy in the Field of the Penitentiary System. Għaldaqstant, kien responsabbli għall-eżekuzzjoni ta’ sentenzi ta’ ħabs tal-politiku Russu tal-oppożizzjoni Alexei Navalny, u s-sikurezza u l-benesseri tiegħu fil-ħabsijiet Russi. Peress li ssorvelja l-priġunerija ta’ Alexei Navalny, fl-aħħar mill-aħħar huwa responsabbli għall-mewt ta’ Alexei Navalny fl-IK-3 penal colony.

Għaldaqstant, Vsevolod Lvovich Vukolov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

92.

Viktor Evdokimovich GAVRILOV ►M17   (*1)  ◄

Виктор Евдокимович ГАВРИЛОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Kap tad-Dipartiment tat-Trasport tal-Federal Security Service of the Russian Federation (FSB) Economic Security Service

Data tat-twelid:1961

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Individwi assoċjati: Aleksandr Vasilievich Bortnikov

Viktor Evdokimovich Gavrilov huwa l-Kap tat-Transport Department of the FSB Economic Security Service.

F’dik il-pożizzjoni, kien responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ diversi aġenziji governattivi wara l-wasla tal-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny f’Moska wara l-kura tiegħu għall-avvelenament bin-Novichok fl-2021. L-azzjonijiet tiegħu ffaċilitaw u ppermettew l-arrest u l-priġunerija ta’ Alexei Navalny.

Għaldaqstant, Viktor Evdokimovich Gavrilov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

93.

Ilya Nikolayevich KRUGLYSHEV ►M17   (*1)  ◄

Илья Николаевич КРУГЛЫШЕВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Kunsillier Legali Anzjan tal-Legal Service of the Organisational and Analytical Department of the Vladimir Region Federal Penitentiary Service

Grad: Kaptan

Data tat-twelid:23.2.1986

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Ilya Nikolayevich Kruglyshev huwa uffiċjal Russu ta’ livell għoli. Huwa l-Kunsillier Legali Prinċipali tal-Legal Service of the Organisational and Analytical Department of the Vladimir Region Federal Penitentiary Service u rrappreżenta l-IK-6 penal colony f’kawżi tal-qorti mressqa minn Alexei Navalny kontra l-IK-6 penal colony.

F’dik il-pożizzjoni, kien involut direttament fil-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ta’ tortura għal Alexei Navalny fl-IK-6 penal colony Nru 6 f’Melekhovo, Vladimir region. Huwa lanqas ma kkunsidra l-ilmenti rigward il-kundizzjonijiet tal-iskontar ta’ sentenza mressqa minn Alexei Navalny (inkluż l-ilmenti dwar in-nuqqas ta’ opportunitajiet li jinxtraw porzjonijiet addizzjonali ta’ ikel).

Għaldaqstant, Ilya Nikolayevich Kruglyshev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

94.

Dmitry Evgenievich SAMOILOV ►M17   (*1)  ◄

Дмитрий Евгеньевич САМОЙЛОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Kovrov City Court

Data tat-twelid: 6.4.1970

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Dmitry Evgenievich Samoilov huwa mħallef Russu li jaħdem fil-Kovrov City Court.

F’dik il-pożizzjoni, ripetutament irrifjuta li jindirizza l-pretensjonijiet tal-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny kontra l- IK-6 kolonja korrettiva, li kellhom l-għan li jirrestawraw u jipproteġu d-drittijiet tiegħu miksura mit-tmexxija tal-IK-6. Il-pretensjonijiet ta’ Navalny kienu jikkonċernaw l-aċċess għall-għajnuna medika, l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt li jikkuntattja lill-familja tiegħu

Għaldaqstant, Dmitry Evgenievich Samoilov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

95.

Ilnar Irfanovich BASYROV ►M17   (*1)  ◄

Ильнар Ирфанович БАСЫРОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): imħallef tal-Moscow City Court

Data tat-twelid: 8.6.1981

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Entitajiet assoċjati: Il-Moscow City Court

Ilnar Irfanovich Basyrov ilu jaħdem bħala mħallef fil-Moscow City Court mit-28 ta’ Mejju 2014. Huwa nħatar b’digriet presidenzjali.

F’dik il-pożizzjoni, kien involut direttament fil-proċess tal-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny. Fi proċess politikament motivat huwa ppronunzja lil Alexei Navalny ħati, u poġġieh f’kolonja penali ta’ sigurtà għolja sabiex Navalny ma jkunx jista’ jinvolvi ruħu f’attività politika.

Għaldaqstant, Ilnar Irfanovich Basyrov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

96.

Sergey Anatolevich MOROZ ►M17   (*1)  ◄

Сергей Анатольевич МОРОЗ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Kap tal-Federal Penitentiary Service of the Russian Federation for Moscow

Data tat-twelid: 15.9. 1968

Post tat-twelid: Berdyansk, Zaporozhye, Ukrainian SSR (issa Ukrajna)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Sergey Anatolevich Moroz huwa uffiċjal Russu, il-Kap tal-Federal Penitentiary Service f’Moska.

F’dik il-pożizzjoni, poġġa l-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny fuq il-lista federali ta’ persuni mfittxija. Moroz huwa akkużat li eżerċita umiljazzjoni estrema u vjolenza fuq id-detenuti mal-wasla tagħhom f’detenzjoni.

Għaldaqstant, Sergey Anatolevich Moroz huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

97.

Elena Evgenievna MOROZOVA ►M17   (*1)  ◄

Елена Евгеньевна МОРОЗОВА

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Khimki City Court

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Elena Evgenievna Morozova hija mħallef Russa li taħdem fil-Khimki City Court.

Fil-pożizzjoni tagħha, iddeċidiet li tqiegħed f’kustodja lill-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny għal 30 jum, wara li wasal f’Moska wara l-kura tiegħu għall-avvelenament bin-Novichok. Il-proċess li hija ppresediet kiser l-istandards ta’ proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ rieżami tal-kontenut tal-att ta’ akkuża u tad-dokumenti tal-proċess, l-opportunità ta’ konsultazzjoni ma’ avukat, u l-aċċess pubbliku għall-proċess.

Għaldaqstant, Elena Evgenievna Morozova hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

98.

Musa Abdurakhmanovich MUSAEV ►M17   (*1)  ◄

Муса Абдурахманович МУСАЕВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef fil-Moscow Regional Court

Data tat-twelid: 14.10.1951

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Musa Abdurakhmanovich Musaev huwa mħallef Russu li jaħdem fil-Moscow Regional Court.

F’dik il-pożizzjoni, beda proċedimenti legali rigward l-arrest tal-mexxej tal-oppożizzjoni Russu Alexei Navalny mar-ritorn tiegħu mill-Ġermanja, fejn kien qed jirċievi kura għall-avvelenament bin-Novichok. Huwa kkonferma d-deċiżjoni li Navalny jiġi arrestat għal 30 jum, u rrifjuta l-appell tiegħu. Id-deċiżjoni ttieħdet matul seduta qasira li damet ħames minuti biss.

Għaldaqstant, Musa Abdurakhmanovich Musaev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

99.

Mikhail Yurievich PTITSYN ►M17   (*1)  ◄

Михаил Юрьевич ПТИЦЫН

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): President tal-Moscow City Court

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Mikhail Yurievich Ptitsyn huwa President tal-Moscow City Court.

F’dik il-pożizzjoni, ikkunsidra b’mod pożittiv il-proposta tar-Russian Federal Penitentiary Service li s-sentenza ta’ probation tal-mexxej tal-oppożizzjoni Alexei Navalny tiġi sostitwita b’sentenza sħiħa. Konsegwentement, Navalny ġie mċaħħad mill-possibbiltà li jaġixxi fil-ħajja pubblika fir-Russja billi ntbagħat il-ħabs f’kolonja penali.

Għaldaqstant, Mikhail Yurievich Ptitsyn huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

100.

Sergey Alekseevich RYABTSEV ►M17   (*1)  ◄

Сергей Алексеевич РЯБЦЕВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Lefortovo District Court of Moscow

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Sergey Alekseevich Ryabtsev huwa mħallef Russu li jaħdem fil-Lefortovo District Court of Moscow.

F’dik il-pożizzjoni kien involut fis-sabotaġġ tal-investigazzjoni rigward l-avvelenament ta’ Alexei Navalny billi rrifjuta li jindirizza l-ilment dwar in-nuqqas ta’ azzjoni tal-Investigative Directorate of the Federal Security Service of the Russian Federation (FSB). Barra minn hekk, huwa kontinwament jagħti sentenzi kontra l-libertà tal-espressjoni fir-Russja.

Għaldaqstant, Sergey Alekseevich Ryabtsev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

101.

Petr Pavlovich SERKOV ►M17   (*1)  ◄

Пётр Павлович СЕРКОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): L-Ewwel Viċi President tas-Supreme Court of the Russian Federation

Data tat-twelid: 7.6.1955

Post tat-twelid: Poldamasovo, Ulyanovsk region, former USSR (issa Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Petr Pavlovich Serkov huwa l-Ewwel Viċi President tas-Supreme Court of the Russian Federation.

F’dik il-pożizzjoni, ikkonferma l-verdett kontra l-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny fl-2018. Konsegwentement, Alexei Navalny instab ħati u ġie nkarċerat f’kolonja penali ta’ sigurtà għolja sabiex ma jkunx jista’ jinvolvi ruħu f’attività politika. It-tqegħid ta’ Alexei Navalny f’kolonja penali wassal għall-mewt tiegħu.

Għaldaqstant, Petr Pavlovich Serkov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

102.

Yuri Vasilievich SITNIKOV ►M17   (*1)  ◄

Юрий Васильевич СИТНИКОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Imħallef tas-Supreme Court of Russia (attwalment irtirat)

Data tat-twelid: 17.4.1961

Post tat-twelid: Krutogorye, Lipetsk region, former USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Yuri Vasilievich Sitnikov huwa eks Imħallef tas-Supreme Court of Russia, li serva bħala membru tal-Appellate Chamber of the Supreme Court of the Russian Federation.

F’dik il-pożizzjoni, eskluda lil Alexei Navalny milli joħroġ fl-elezzjoni presidenzjali fir-Russja fl-2018 fi proċess politikament motivat.

Għaldaqstant, Yuri Vasilievich Sitnikovis huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur sistematiku tad-dritt għall-għaqda paċifika u l-assoċjazzjoni, u l-libertà ta’ espressjoni u ta’ opinjoni.

22.3.2024

103.

Nikolay Viktorovich TIMOSHIN ►M17   (*1)  ◄

Николай Викторович ТИМОШИН

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Membru tal-Presidium of the Supreme Court of the Russian Federation

Data tat-twelid: 14.8.1959

Post tat-twelid: Zhidkoe village, Znamensky district, Oryol region, former USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Nikolay Viktorovich Timoshin huwa Membru tal-Presidium of the Supreme Court of the Russian Federation.

F’dik il-pożizzjoni, ikkonferma l-verdett kontra l-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny fl-2018. Konsegwentement, Alexei Navalny instab ħati u ġie nkarċerat f’kolonja penali ta’ sigurtà għolja sabiex ma jkunx jista’ jinvolvi ruħu f’attività politika.

Għaldaqstant, Nikolay Viktorovich Timoshin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

104.

Vladimir Yurievich ZAITSEV ►M17   (*1)  ◄

Владимир Юрьевич ЗАЙЦЕВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): President tal-Appellate Chamber of the Supreme Court of the Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Vladimir Yurievich Zaitsev huwa President tal-Appellate Chamber of the Supreme Court of the Russian Federation.

F’dik il-pożizzjoni, eskluda lil Alexei Navalny milli joħroġ fl-elezzjoni presidenzjali fir-Russja fl-2018 fi proċess politikament motivat.

Għaldaqstant, Vladimir Yurievich Zaitsev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur sistematiku tad-dritt għall-libertà ta’ għaqda paċifika u ta’ assoċjazzjoni, u l-libertà ta’ espressjoni u ta’ opinjoni.

22.3.2024

105.

Vladimir Sergeevich SHVEDOV ►M17   (*1)  ◄

Владимир Сергеевич ШВЕДОВ

(ortografija Russa)

Pożizzjoni(jiet): Kap tad-Department of State Policy in the Sphere of Execution of Criminal Sentences fil-Ministeru għall-Ġustizzja Russu

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Individwi assoċjati: Vsevolod Lvovich Vukolov

Entitajiet assoċjati: Ministeru għall-Ġustizzja Russu

Vladimir Sergeevich Shvedov huwa uffiċjal Russu ta’ livell għoli. Huwa il-Kap tad-Department of State Policy in the Sphere of Execution of Criminal Sentences fil-Ministeru għall-Ġustizzja Russu.

F’dik il-pożizzjoni, peress li jmexxi l-politika tal-istat fil-qasam tal-eżekuzzjoni ta’ sentenzi kriminali u jikkunsidra l-appelli taċ-ċittadini, huwa kien responsabbli għall-eżekuzzjoni ta’ sentenzi ta’ ħabs tal-politiku tal-oppożizzjoni Russu Alexei Navalny.

Għaldaqstant, Vladimir Sergeevich Shvedov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

(*1)   

L-Artikolu 5(-1) ma għandux japplika għall-entrati identifikati b’asterisk.

▼B

B. 

Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi



▼M17

▼M2

 

Isem (Trażlitterazzjonibl-alfabett Latin)

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

1.

Bureau tas-Sigurtà Pubblika tal-Korp ta’ Produzzjoni u Kostruzzjoni ta’ Xinjiang

新疆生产建设兵团公安局

(Ortografija Ċiniża)

Indirizz: 106 Guangming Road, Urumqi, Xinjiang Uyghur Autonomous Region (XUAR), China

Telefon: +86 991 598 8114

Il-Bureau tas-Sigurtà Pubblika tal-Korp ta’ Produzzjoni u Kostruzzjoni ta’ Xinjiang (XPCC) huwa inkarigat bl-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-XPCC relatati ma’ kwistjonijiet tas-sigurtà, inkluż il-ġestjoni ta’ ċentri ta’ detenzjoni. L-XPCC huwa organizzazzjoni ekonomika u paramilitari tal-istat fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang, li teżerċita awtorità amministrattiva u tikkontrolla l-attivitajiet ekonomiċi f’Xinjiang.

22.3.2021

 

 

 

 

Bħala l-organizzazzjoni inkarigata mill-politiki tas-sigurtà fl-XPCC, il-Bureau tas-Sigurtà Pubblika tal-XPCC huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti fuq skala kbira kkawżati fuq l-Ujgur u popli minn minoranzi etniċi Musulmani oħra, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà ta’ reliġjon jew ta’ twemmin tagħhom, b’rabta ma’, fost l-oħrajn, l-implimentazzjoni min-naħa tal-XPCC ta’ sorveljanza, detenzjoni u programmi ta’ indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirati lejn minoranzi etniċi Musulmani.

Bħala parti mill-programm imsemmi hawn fuq, l-XPCC juża’ lill-Ujguri u lil popli minn minoranzi etniċi Musulmani oħra bħala forza tax-xogħol furzata, b’mod partikolari fl-għelieqi tal-qoton. Bħala l-organizzazzjoni inkarigata minn politiki tas-sigurtà fl-XPCC, il-Bureau tas-Sigurtà Pubblika tal-XPCC huwa responsabbli għall-użu sistematiku ta’ xogħol furzat.

 

2.

Uffiċċju Ċentrali tal-Prosekutur Pubbliku (magħruf ukoll bħala Uffiċċju tal-Prosekutur tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK))

조선민주주의인민공화국 중앙검찰소(Ortografija Koreana)

 

L-Uffiċċju Ċentrali tal-Prosekutur Pubbliku huwa istituzzjoni, li tissorvelja l-proċedimenti kriminali kollha fir- Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK), inkluż l-investigazzjoni, l-interrogazzjoni, iż-żamma taħt arrest u l-proċess kriminali.

22.3.2021

 

 

 

 

L-Uffiċċju Ċentrali tal-Prosekutur Pubbliku jintuża għall-prosekuzzjoni u l-ikkastigar ta’ persuni għal għemil ħażin politiku fi proċessi kriminali fundamentalment inġusti. Huwa jerfa’ wkoll ir-responsabbiltà istituzzjonali għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem f’ħabsijiet komuni u f’ċentri ta’ detenzjoni tal-interrogazzjoni billi jonqos milli jinforza d-drittijiet ta’ detenuti qabel il-proċess u priġunieri kkundannati. F’kooperazzjoni mill-qrib mal-Ministeri għas-Sigurtà tal-Istat u għas-Sigurtà Soċjali, huwa jerfa’ r-responsabbiltà u jipprovdi leġittimità għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-amministrazzjoni tas-sigurtà tar-RDPK, b’mod partikolari tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji u qtil, għajbien sfurzat ta’ persuni, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji.

 

▼M6

3.

Kaniyat Militia (magħrufa wkoll bħala 7th Brigade, Tarhuna 7th Brigade, Tarhuna Brigade) (magħrufa wkoll bħala 9th brigade, Al-Kani Militia, Al-Kaniyat, Kani Brigade, Kaniat, Kaniyat, Kanyat)

مليشيا كانيات (Ortografija Għarbija)

 

Il-Milizzja Kaniyat hija milizzja armata Libjana, li eżerċitat il-kontroll fil-belt Libjana ta' Tarhuna bejn l-2015 u Ġunju tal-2020. Oqbra tal-massa attribwiti lill-Milizzja Kaniyat ġew skoperti f'Tarhuna minn Ġunju 2020, wara li l-milizzja ħarbet lejn il-Lvant tal-Libja. Il-Milizzja Kaniyat hija responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari qtil ekstraġudizzjarju u l-għajbien sfurzat ta' persuni.

22.3.2021

▼M2

4.

Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali (magħruf ukoll bħala Aġenzija tas-Sigurtà Nazzjonali) tal-Gvern tal-Eritrea

-

Immexxi mill-Maġġur Ġeneral Abraha Kassa

L-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali (magħruf ukoll bħala Aġenzija tas-Sigurtà Nazzjonali) tal-Gvern tal-Eritrea huwa mmexxi mill-Maġġur Ġeneral Abraha Kassa u huwa taħt is-superviżjoni tal-Uffiċċju tal-President. L-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali huwa organizzat f’sitt uffiċċji, b’kull wieħed minnhom maqsum fi tliet taqsimiet responsabbli mill-intelligence, l-arresti u l-interrogazzjonijiet, rispettivament. L-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eritrea, b’mod partikolari arresti arbitrarji, qtil ekstraġudizzjarju, għajbien sfurzat ta’ persuni u tortura mwettaq mill-aġenti tiegħu.’

22.3.2021.

▼M6

5.

Grupp Wagner (magħruf ukoll bħala Grupp Vagner, PMC Wagner, Liga, League) ►M17   (*1)  ◄

Група Вагнера (Ortografija Russa)

 

Il-Grupp Wagner huwa entità militari privata mhux inkorporata bbażata fir-Russja, li ġiet stabbilita fl-2014 bħala organizzazzjoni suċċessur tal-Korp Slavoniku. Huwa mmexxi minn Dimitriy Utkin u ffinanzjat minn Yevgeny Prigozhin. Permezz tal-istabbiliment ta' entitajiet lokali, u bl-appoġġ tal-gvernijiet lokali, il-Grupp Wagner jiffinanzja u jwettaq l-operazzjonijiet tiegħu.

Il-Grupp Wagner huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna, is-Sirja, il-Libja, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA), is-Sudan, il-Mali u l-Mozambique, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji.

13.12.2021

▼M7

6.

Lobaye Invest SARLU ►M17   (*1)  ◄

 

Post ta’ reġistrazzjoni: Bangui (Repubblika Ċentru-Afrikana)

Data tar-reġistrazzjoni: 24.10.2017

Numru tar-reġistrazzjoni: M 354838 D 0001 (numru “NIF”, numru ta’ identifikazzjoni tat-Taxxa)

Post prinċipali tan-negozju: Repubblika Ċentru-Afrikana

Informazzjoni oħra: Fergħa ta’ M-Finans

Lobaye Invest SARLU hija kumpanija privata reġistrata fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA), sussidjarja tal-kumpanija Russa M-Finans, ikkontrollata minn Yevgeny Prigozhin. Hija mmexxija minn Dimitri Sytii, li jokkupa kariga eżekuttiva għolja ma’ Wagner Group u minn Yevgeny Khodotov, li huwa assoċjat ma’ Yevgeny Prigozhin. Lobaye Invest topera minjieri tad-deheb u tad-djamanti fir-RCA. Hija ġiet assoċjata mal-operazzjonijiet tal-Wagner Group fir-RCA. Hija tiffinanzja wkoll diversi mezzi tal-media, bħall-istazzjon tar-radju Lengo Songo, stazzjon tar-radju tal-Afrika Ċentrali li jagħmel kampanji ta’ diżinformazzjoni u jippromwovi l-preżenza tal-Wagner Group fir-RCA.

Lobaye Invest hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż fir-RCA. Permezz tal-attivitajiet tagħha, Lobaye Invest tipprovdi wkoll appoġġ għal tali abbużi mwettqa fir-RCA.

25.2.2023

7.

DIAMVILLE ►M17   (*1)  ◄

 

Data tar-reġistrazzjoni: 28.3.2019

Numru tar-reġistrazzjoni: CA/BG2019B519

Post prinċipali tan-negozju: Repubblika Ċentru-Afrikana

Informazzjoni oħra: individwi u entitajiet assoċjati: Yevgeny Prigozhin, Wagner Group, Dimitri Sytii, Valery Zakharov, Perfilev, Svetlana Troitskaya, Lobaye Invest

Diamville hija kumpanija faċċata użata mill-Wagner Group preżenti fir- Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA) għall-kummerċ illegali ta’ djamanti. Hija marbuta mill-qrib mal-atturi ewlenin kollha tal-Wagner Group fir-RCA, bħal Yevgeny Prigozhin, u Dimitri Sytii, Diamville hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż fir-RCA. Permezz tal-attivitajiet tagħha, hija tipprovdi appoġġ għal tali abbużi mwettqa fir-RCA.

25.2.2023

▼M13

8.

Foundation for the Defence of National Values (FDNV)

Fund for the Defence of National Values (FDNV)

Foundation/organization for the Protection of National Values (FPNV)/(FZNC)

Foundation for National Values Protection ►M17   (*1)  ◄

 

Post ta’ reġistrazzjoni: Moscow (64 Zemlyanoy Val str., building 2, office 201, Moscow, Russian Federation)

Sit web: https://en.fznc.ru/

Il-Foundation for the Defence of National Values (FDNV) hija assoċjata mal-Wagner Group. Il-FDNV topera bħala l-fergħa tar-relazzjonijiet pubbliċi tal-Wagner Group. Hija tmexxi l-propaganda favur Wagner Group u l-kampanji ta’ diżinformazzjoni, inkluż biex issaħħaħ ir-reputazzjoni tal-Wagner Group u tappoġġa l-iskjerament tiegħu, u tinvolvi ruħha f’interferenza moħbija f’isem il-Wagner Group fid-diversi pajjiżi li hija attiva fihom.

Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż il-Libja, il-Mali u r-Repubblika Ċentru-Afrikana.

L-FDNV hija assoċjata mal-Wagner Group u hija responsabbli għall-appoġġ u l-inkoraġġiment tal-atti tal-Wagner Group permezz ta’ propaganda favur il-Wagner Group, interferenza politika u diżinformazzjoni.

25.2.2023

▼M7

9.

Radio Centrafricaine Lengo Sengo ►M17   (*1)  ◄

 

Post ta’ reġistrazzjoni: Bangui, Repubblika Ċentru-Afrikana

Data tar-reġistrazzjoni: Novembru 2018

Post prinċipali tan-negozju: Galabadja

Bangui, Commune de Bangui

Galabadja, 8eme Arr.

[GPS]-> 4.4070, 18.5465

Radio Lengo Sengo huwa stazzjon tar-radju Ċentru-Afrikan involut f’operazzjonijiet ta’ influwenza online f’isem il-Wagner Group. L-għan aħħari tiegħu huwa li jimmanipula l-opinjoni pubblika. Il-kumpanija twettaq kampanji ta’ diżinformazzjoni u tippromwovi l-preżenza tal-Wagner Group fir- Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA). Radio Lengo Sengo huwa ffinanzjat minn Lobaye Invest, kumpanija privata marbuta ma’ Yevgeny Prigozhin u konnessa mal-Wagner Group li sservi bħala kopertura għall-attivitajiet tagħha fir-RCA.

Il-Wagner Group, huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż ir-RCA.

Radio Lengo Sengo huwa responsabbli għall-appoġġ u l-inkoraġġiment tal-atti tal-Wagner Group fir-RCA.

25.2.2023

▼M13

10.

Meroe Gold Co. Ltd.

magħrufa wkoll bħala: Meroe For Agricultural & Animal Production; Al-Solag; Al-Sarraj Mining Company Ltd; Al-Sawlaj Mining Company Ltd; Al-Solaj Mining Company) ►M17   (*1)  ◄

 

Post ta’ reġistrazzjoni: Al-jref Gharb Plot 134 Blok 1h, Khartoum, Sudan

Informazzjoni oħra: Qtugħ ta’ metall ieħor mhux ferruż mill-minjieri

Assoċjata ma’:

Al Sawlaj for Mining Ltd

الصولج

Aswar Multi Activities Co., Ltd

Il-Meroe Gold hija entità ta’ kopertura għall-operazzjonijiet tal-Wagner Group fis-Sudan u marbuta mill-qrib miegħu. Billi kien affiljat mal-militar Sudaniż, il-Wagner Group żgura l-isfruttament u l-esportazzjoni tad-deheb Sudaniż lejn ir-Russja.

Il-Meroe Gold hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż fis-Sudan. Permezz tal-attivitajiet tagħha, il-Meroe Gold tipprovdi wkoll appoġġ għal tali abbużi mwettqa fis-Sudan.

25.2.2023

▼M7

11.

M-Invest ►M17   (*1)  ◄

 

Post tar-reġistrazzjoni: d. 76 korp. 4 litera A ofis N620, prospekt Obukhovskoi Oborony St. Petersburg, Russian Federation

Numru tar-reġistrazzjoni: 1177847044066

Post prinċipali tan-negozju: Khartoum, Sudan

Informazzjoni oħra: Nru tal-Identità tat-Taxxa: 7811636632, numru tal-Gazzetta tal-Gvern: 06513574

M-Invest hija entità ta’ kopertura għall-operazzjonijiet tal-Wagner Group fis-Sudan. Hija marbuta mill-qrib ma’ Yevgeny Prigozhin. Billi kien affiljat mal-militar Sudaniż, il-Wagner Group żgura l-isfruttament u l-esportazzjoni tad-deheb Sudaniż lejn ir-Russja. M-Invest hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji f’diversi pajjiżi inkluż fis-Sudan. Permezz tal-attivitajiet tagħha, M-Invest tipprovdi wkoll appoġġ għal tali abbużi mwettqa fis-Sudan.

25.2.2023

12.

Sewa Security Services ►M17   (*1)  ◄

 

Post ta’ reġistrazzjoni: Bangui (Repubblika Ċentru-Afrikana)

Post prinċipali tan-negozju: Repubblika Ċentru-Afrikana

Informazzjoni oħra: sussidjarja ta’ Lobaye Invest

Sewa Security Services hija kumpanija privata bbażata fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA) li tipprovdi protezzjoni għall-uffiċjali għolja tal-gvern tar-RCA. Din isservi bħala kopertura għall-attivitajiet ta’ Wagner Group fir-RCA. Hija sussidjarja ta’ Lobaye Invest, immexxija minn Dimitri Sytii, li jokkupa kariga eżekuttiva għolja ma’ Wagner Group u minn Yevgeny Khodotov, li huwa assoċjat ma’ Yevgeny Prigozhin. SEWA Security kienet involuta flimkien mal-Wagner Group f’sensiela ta’ attakki vjolenti li seħħew fir-RCA mill-elezzjonijiet presidenzjali ta’ Diċembru 2020 ’l hawn. Sewa Security hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż fir-RCA. Permezz tal-attivitajiet tagħha, Sewa Security Services tipprovdi wkoll appoġġ għal tali abbużi mwettqa fir-RCA.

25.2.2023

▼M8

13.

Qarchak Prison

magħruf ukoll bħala Gharchak Prison, Zendân-e-Qarchak, Qarchak Women’s Prison, Shahr-e Rey Prison

زندان قرچک

(Ortografija Farsi)

Post tar-reġistrazzjoni: Varamin County, Tehran province, Iran

Data tar-reġistrazzjoni: 2010

Qarchak Prison huwa wieħed mill-faċilitajiet ta’ detenzjoni għan-nisa tar-reġim Iranjan fil-Kontea ta’ Varamin (il-provinċja ta’ Teheran).

Id-detenuti jinkludu priġunieri politiċi u parteċipanti fi protesti paċifiċi favur id-demokrazija kif ukoll nisa tqal u ommijiet bit-tfal. Il-kundizzjonijiet tal-għajxien f’Qarchak Prison huma deplorevoli u inumani.

Detenuti nisa f’Qarchak Prison huma soġġetti għal tortura, stupru u forom oħra ta’ vjolenza sesswali. Dawn jinżammu f’ċelel iffullati żżejjed, mingħajr aċċess għal ilma tax-xorb nadif, ikel u assistenza medika, li jammontaw għal trattament krudili, inuman jew degradanti. Il-priġunieri rilaxxati jirrappurtaw każijiet ta’ abbuż sesswali mill-gwardji tal-ħabs u l-persunal tas-sigurtà. Id-dimostranti nisa li jintbagħtu f’Qarchak Prison spiss ikunu mhedda bi stupru biex dawn jistqarru konfessjonijiet.

Għaldaqstant, Qarchak Prison huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, inkluż għal tortura u trattament krudili, inuman jew degradanti ieħor kif ukoll vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika.

7.3.2023

▼M13

14.

Syrian Republican Guard

 

Post ta’ reġistrazzjoni: Syria

Individwi assoċjati:

Brigadier Ġeneral Mohamed Qasem (viċi kmandant),

Ġeneral Malik Aliaa (kmandant suprem),

Mohammad Nayouf, Mohamed Kaddor (kmandanti),

President Bashar Al-Assad

Syrian Republican Guard hija entità responsabbli għas-sigurtà tal-uffiċjali u hija parti mill-forzi tas-sigurtà Sirjani.

Fit-tmexxija tagħha, il-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa hija mifruxa, b’mod partikolari matul il-kunflitt Sirjan li għaddej. Il-vittmi rrappurtaw stupri vjolenti u tortura wara arresti arbitrarji u matul detenzjoni arbitrarja.

Syrian Republican Guard hija parti minn approċċ sistematiku mir-reġim Sirjan biex juża l-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru biex irażżan u jintimida lill-poplu Sirjan, b’mod partikolari n-nisa u l-bniet.

Għaldaqstant, Syrian Republican Guard hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja, inkluż għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji kif ukoll vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru mifruxa.

7.3.2023

▼M8

15.

Office of the Chief of Military Security Affairs (OCMSA)

 

Post tar-reġistrazzjoni: Naypyitaw, Myanmar/Burma

L-Office of the Chief of Military Security Affairs (OCMSA) huwa responsabbli għall-ġestjoni taċ-ċentri ta’ detenzjoni u interrogazzjoni fil-Myanmar/Burma u inkarigat bil-ġbir ta’ intelligence.

Il-persunal tal-OCMSA juża nudità sfurzata, stupru, xokkijiet elettriċi, ħruq ta’ ġenitali u vjolenza eċċessiva matul id-detenzjoni arbitrarja u l-interrogazzjoni ta’ rġiel, nisa u membri tal-komunità LGBTIQ.

Għaldaqstant, l-OCMSA huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma, inkluż detenzjonijiet arbitrarji u tortura, kif ukoll għal vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika u mifruxa.

7.3.2023

▼M10

16.

Main Directorate of Internal Affairs of the City of Moscow (Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska) ►M17   (*1)  ◄

Главное Управление Внутренних дел по городу Москве

(ortografija Russa)

Indirizz: 127994, Moscow, 38 Petrovka St., Russia

Telefon: +8 (495) 694-92-29

Sit web: https://77.xn--b1aew.xn--p1ai/

Id-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska huwa magħmul minn forzi tal-pulizija, investigaturi kriminali, faċilitajiet ta' detenzjoni, iċ-Ċentru għall-Ġlieda kontra l-Estremiżmu u unitajiet oħrajn tal-infurzar tal-liġi f'Moska. Huwa mmexxi minn Oleg Baranov.

Wettaq monitoraġġ u detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u f'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Fittex u żamm detenuti lil dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevitaw il-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għal dawn il-finijiet, uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni.

Għaldaqstant, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni.

20.7.2023

17.

Department of Information Technologies of the City of Moscow (Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska) ►M17   (*1)  ◄

Департамент Информационных Технологий города Москвы

(ortografija Russa)

Indirizz: (Legali) Russia, 123100 Moscow, 1-Y Krasnogvardeyskiy Proyezd, 21, bld 1; (Attwali) Russia, 105064 Moscow Yakovoapostol'skiy Pereulok, 12с1

Telefon: +7 (495) 957-01-31

Fax: +7 (495) 957-75-42

Indirizz elettroniku: dit@mos.ru

Sit web: https://www.mos.ru/dit/

Id-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska jiżviluppa u juża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska. Jibgħat data mis-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ lill-unitajiet tal-infurzar tal-liġi tad-Direttorat Ewlieni għall-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska.

Id-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni. Wettaq monitoraġġ u detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u f'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Is-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ intużat ukoll mid-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska biex isib u jżomm detenuti lil dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevadu l-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għaldaqstant, id-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni.

20.7.2023

18.

Ntechlab ►M17   (*1)  ◄

Нтехлаб

(ortografija Russa)

Indirizz: 127055, Russia, Moscow, Novolesnaya St., 2, prem. 1/3 (BC “Brigantina Hall”)

Telefon: +7 (499) 110-22-54

Indirizz elettroniku: info@ntechlab.ru

Sit web: https://ntechlab.ru/

NtechLab hija kumpanija Russa tat-teknoloġija tar-rikonoxximent tal-wiċċ. Ikkooperat mad-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska għall-iżvilupp tas-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska. Id-data mis-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ tintbagħat lill-unitajiet tal-infurzar tal-liġi tad-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska.

Id-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni. Wettaq monitoraġġ u detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u f'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Is-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ intużat ukoll mid-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska biex isib u jżomm detenuti lil dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevadu l-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għaldaqstant, NtechLab hija responsabbli għall-għoti ta' appoġġ tekniku jew materjali għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni.

20.7.2023

19.

Tevian

magħrufa wkoll bħala Tekhnologii Videoanaliza LLC ►M17   (*1)  ◄

ООО Технологии видеоанализа

(ortografija Russa)

Indirizz: (legali) 119634 Moscow, Skulptora Mukhina St. 7, 1st floor, II, room 2B, Russia; (uffiċċju) 119048, Moscow, Efremova St., 10, building 2, Office 11, Russia

Telefon: +7 (917) 531-86-41

Sit web: https://tevian.ai

Indirizz elettroniku: info@tevian.ru;

support@tevian.ai

Tevian hija kumpanija tat-teknoloġija tar-rikonoxximent tal-wiċċ. Ikkooperat mad-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska għall-iżvilupp tas-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska. Id-data mis-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ tintbagħat lill-unitajiet tal-infurzar tal-liġi tad-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska.

Id-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni. Wettaq monitoraġġ u detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u f'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Is-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ intużat ukoll mid-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska biex isib u jżomm detenuti lil dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevadu l-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għaldaqstant, Tevian hija responsabbli għall-għoti ta' appoġġ tekniku jew materjali għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni.

20.7.2023

20.

JSC Elektronnaya Moskva ►M17   (*1)  ◄

AO “Электронная Москва”

(ortografija Russa)

Indirizz:

(Attwali) 105064, Moscow, Nizhny Susalny pereulok, building 5, building 19, floor a1, room X, room 1

(Legali) 105064, Moscow, Nizhny Susalny lane, 5, building 19, floor a1, room X, room 1

(Postali) 107078, Moscow, PO Box 185

Telefon: +7 (495) 988-2270

Indirizz elettroniku: e-moskva@e-moskva.ru

Sit web: https://www.e-moskva.ru/

Nru INN 7707314029

Elektronnaya Moskva hija kumpanija tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni stabbilita mill-Gvern ta' Moska. Hija organizzat sejħiet għall-offerti għall-provvista ta' software għar-rikonoxximent tal-wiċċ, li aktar tard intuża fl-implimentazzjoni tas-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska.

Is-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska ġiet żviluppata u użata mid-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska. Id-data mis-sistema intbagħtet lill-unitajiet tal-infurzar tal-liġi tad-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska.

Id-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni. Wettaq monitoraġġ u detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u f'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Is-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ intużat ukoll mid-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska biex isib u jżomm detenuti lil dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevadu l-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għaldaqstant, Elektronnaya Moskva hija responsabbli għall-għoti ta' appoġġ tekniku jew materjali għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni.

20.7.2023.

▼M14

21.

Lega għal Internet Sikur ►M17   (*1)  ◄

Лига безопасного интернета

(ortografija Russa)

Indirizz: Usovo, flat 100, Moscow Oblast, Russia, 143084

Telefown: +7 8 800 700-56-76

Email: info@ligainternet.ru

Sit web: https://ligainternet.ru

Individwi assoċjati: Ekaterina Mikhailovna Mizulina; Konstantin Valerevich Malofeev

Il-Lega għal Internet Sikur hija organizzazzjoni paragovernattiva Russa mwaqqfa b’mod konġunt mill-proprjetarju tal-istazzjon televiżiv Tsargrad Konstantin Malofeev, bl-appoġġ tal-gvern Russu.

Il-Lega għal Internet Sikur tippermetti lill-gvern Russu jsaħħaħ il-prattiki ta’ ċensura billi ssikket lill-ħallieqa tal-kontenut u lill-artisti fuq l-Internet, li jagħmlu l-kontenut li ma jkunx konsistenti mal-linja uffiċjali tal-gvern Russu.

Il-Lega għal Internet Sikur tagħmel ilmenti uffiċjali lill-aġenziji Russi tal-infurzar tal-liġi kontra ħallieqa tal-kontenut fuq l-Internet Russi, jiġifieri bloggers, kif ukoll mużiċisti, ċelebritajiet u influwenzaturi. Billi thedded bl-impożizzjoni ta’ miżuri punittivi jew ekonomiċi, il-Lega għal Internet Sikur qed tipprova ġġiegħel lill-ħallieqa tal-kontenut u lill-artisti Russi fuq l-Internet jew iħassru kontenut kontra l-gvern jew joħolqu kontenut favur il-gvern Russu u jfaħħru l-politiki tiegħu.

Għalhekk, il-Lega għal Internet Sikur hija responsabbli għal abbużi serji u sistematiċi tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, li huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

29.1.2024

▼M15

22.

IK-3 penal colony

magħrufa ukoll bħala

The Federal State Institution “Correctional Colony No. 3” (IK-3);

IK-3 men’s maximum security correctional colony;

Polar Wolf ►M17   (*1)  ◄

ФКУ ИК-3

magħruf ukoll bħala

Полярный волк

(ortografija Russa)

Indirizz: 629420, st. Gagarina, 1 A, Yamalo-Nenets Autonomous Okrug, Kharp village

Data tar-reġistrazzjoni: 1961

Post prinċipali tan-negozju: Yamalo-Nenets Autonomous Okrug, Russian Federation

Individwi assoċjati: Kap tal-IK-3 penal colony, il-Kurunell Vadim Konstantinovich KALININ

L-IK-3 hija kolonja penali fis-servizzi korrettivi Russi, li hija mmexxija minn Vadim Kalinin. Bħala parti mis-sistema penali Russa, hija taħt l-awtorità tal-Ministeru għall-Ġustizzja tal-Federazzjoni Russa.

L-IK-3 penal colony hija magħrufa għall-eżerċizzju ta’ pressjoni fiżika u psikoloġika, iżolament sħiħ, tortura u vjolenza fuq il-priġunieri kif ukoll għall-kwalità ħażina tas-servizzi mediċi. Alexei Navalny, li nżamm fl-IK-3 penal colony mill-25 ta’ Diċembru 2023 sal-mewt tiegħu fis-16 ta’ Frar 2024, sofra abbuż fl-IK-3 penal colony, inkluż b’reklużjoni f’ċella ta’ kastig u trattament krudili, inuman u degradanti, li wassal għad-deterjorament serju ta’ saħħtu u l-mewt eventwali tiegħu.

Għaldaqstant, l-IK-3 penal colony hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra u l-ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

23.

IK-6 penal colony

magħrufa ukoll bħala

Penal colony No. 6, Vladimir Oblast;

IK-6 Melekhovo;

Melekhovo correctional colony ►M17   (*1)  ◄

ИК-6 Мелехово

magħrufa ukoll bħala

ФКУ “ИК № 6 УФСИН по Владимирской области”

(ortografija Russa)

Indirizz: village of Melekhovo (Vladimir region), Kovrovsky district, at Pervomaiskaya str., 261-A.

Tip ta’ entità: Kolonja korrettiva tal-irġiel Russa

Post ta’ reġistrazzjoni: Russia

Data tar-reġistrazzjoni: 1959

IK-6 hija kolonja penali fis-servizzi korrettivi Russi, li hija mmexxija minn Dmitry Nozhkin. Bħala parti mis-sistema penali Russa, hija taħt l-awtorità tal-Ministeru għall-Ġustizzja tal-Federazzjoni Russa.

L-IK-6 penal colony hija magħrufa għall-eżerċizzju ta’ pressjoni fiżika u psikoloġika, iżolament sħiħ, tortura u vjolenza fuq il-priġunieri. Alexei Navalny, li nżamm fl-IK-6 kolonja korrettiva minn Ġunju 2022 sal-25 ta’ Diċembru 2023, sofra abbuż fl-IK-6 penal colony, inkluż b’reklużjoni f’ċella ta’ kastig u trattament krudili, inuman u degradanti, li wassal għad-deterjorament serju ta’ saħħtu.

Għaldaqstant, l-IK-6 penal colony hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra u l-ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni.

22.3.2024

(*1)   

L-Artikolu 5(-1) ma għandux japplika għall-entrati identifikati b’asterisk.

▼B




ANNESS II

Siti web b’informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni

▼M5

IL-BELĠJU

https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions

IL-BULGARIJA

https://www.mfa.bg/en/EU-sanctions

IĊ-ĊEKJA

www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

https://www.bmwi.de/Redaktion/DE/Artikel/Aussenwirtschaft/embargos-aussenwirtschaftsrecht.html

L-ESTONJA

https://vm.ee/et/rahvusvahelised-sanktsioonid

L-IRLANDA

https://www.dfa.ie/our-role-policies/ireland-in-the-eu/eu-restrictive-measures/

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

https://www.exteriores.gob.es/es/PoliticaExterior/Paginas/SancionesInternacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/

IL-KROAZJA

https://mvep.gov.hr/vanjska-politika/medjunarodne-mjere-ogranicavanja/22955

L-ITALJA

https://www.esteri.it/it/politica-estera-e-cooperazione-allo-sviluppo/politica_europea/misure_deroghe/

ĊIPRU

https://mfa.gov.cy/themes/

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/organisations-economiques-int/mesures-restrictives.html

L-UNGERIJA

https://kormany.hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/ensz-eu-szankcios-tajekoztato

MALTA

https://foreignandeu.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/SMB-Home.aspx

IN-NETHERLANDS

https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties

L-AWSTRIJA

https://www.bmeia.gv.at/themen/aussenpolitik/europa/eu-sanktionen-nationale-behoerden/

IL-POLONJA

https://www.gov.pl/web/dyplomacja/sankcje-miedzynarodowe

https://www.gov.pl/web/diplomacy/international-sanctions

IL-PORTUGALL

https://www.portaldiplomatico.mne.gov.pt/politica-externa/medidas-restritivas

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi

IS-SLOVAKKJA

https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

IL-FINLANDJA

https://um.fi/pakotteet

L-IŻVEZJA

https://www.regeringen.se/sanktioner

Indirizz għal notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (DĠ FISMA)

Rue de Spa 2

B-1049 Brussell, il-Belġju

Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu