02020R1783 — MT — 02.12.2020 — 000.002
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2020/1783 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (ĠU L 405 2.12.2020, p. 1) |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2020/1783 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Novembru 2020
dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda)
(riformulazzjoni)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika f’materji ċivili jew kummerċjali fejn il-qorti ta’ Stat Membru, f’konformità mal-liġi ta’ dak l-Istat Membru, titlob:
lill-qorti kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex tikkumpila xhieda; jew
il-kumpilazzjoni tax-xhieda direttament fi Stat Membru ieħor.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“qorti” tfisser qrati u awtoritajiet oħra fl-Istati Membri kif mgħarrfa lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 31(3), li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji, li jaġixxu skont delega ta’ setgħa minn awtorità ġudizzjarja jew li jaġixxu taħt il-kontroll ta’ awtorità ġudizzjarja, u li huma kompetenti taħt il-liġi nazzjonali biex jikkumpilaw xhieda għall-finijiet ta’ proċedimenti ġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali;
“sistema tal-IT deċentralizzata” tfisser netwerk ta’ sistemi nazzjonali tal-IT u punti ta’ aċċess interoperabbli li joperaw taħt ir-responsabbiltà u l-ġestjoni individwali ta’ kull Stat Membru, li jippermettu l-iskambju transfruntier sigur u affidabbli ta’ informazzjoni bejn is-sistemi tal-IT nazzjonali.
Artikolu 3
Trażmissjoni diretta bejn il-qrati
Artikolu 4
Korp ċentrali
Kull Stat Membru għandu jaħtar korp ċentrali responsabbli għal:
provvista ta’ tagħrif lill-qrati;
tfittxija ta’ soluzzjonijiet għal xi diffikultajiet li jistgħu jinħolqu rigward talba;
trażmissjoni, f’każijiet eċċezzjonali, ta’ talba lill-qorti kompetenti fuq talba ta’ qorti rikjedenti.
KAPITOLU II
TRAŻMISSJONI U EŻEKUZZJONI TA’ TALBIET
TAQSIMA 1
Trażmissjoni ta’ talbiet
Artikolu 5
Formola u kontenut tat-talba
It-talbiet għandhom isiru permezz tal-formola A jew, fejn xieraq, il-formola L fl-Anness I. Kull talba għandha tinkludi d-dettalji li ġejjin:
il-qorti rikjedenti u, fejn xieraq, il-qorti rikjesta;
l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet għall-proċedimenti u r-rappreżentanti tagħhom, jekk ikun hemm;
in-natura u s-suġġett tal-każ u dikjarazzjoni fil-qosor tal-fatti;
deskrizzjoni tal-kumpilazzjoni tax-xhieda rikjesta;
fejn it-talba hija għall-eżami ta’ persuna:
fejn it-talba hija għal xi forma ta’ kumpilazzjoni tax-xhieda apparti dik imsemmija fil-punt (e), id-dokumenti jew l-oġġetti oħra li għandhom jiġu spezzjonati;
fejn xieraq, kwalunkwe talba skont l-Artikolu 12(3) jew (4), jew l-Artikolu 13 jew 14 u kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ dawn.
Artikolu 6
Lingwa
It-talbiet u l-komunikazzjonijiet magħmula skont dan ir-Regolament għandhom jitfasslu fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru rikjest jew, jekk ikun hemm diversi lingwi uffiċjali f’dak l-Istat Membru, fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn il-kumpilazzjoni tax-xhieda mitluba għandha titwettaq, jew f’lingwa oħra li l-Istat Membru li jkun indika li ser jaċċetta.
Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni għajr tiegħu stess li fiha jistgħu jimtlew il-formoli stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 7
Trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra
Artikolu 8
Effetti legali ta’ dokumenti elettroniċi
Id-dokumenti li jiġu trażmessi permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata ma għandhomx jiġu miċħuda effett legali jew jitqiesu inammissibbli bħala prova fil-proċedimenti unikament minħabba li huma f’forma elettronika.
TAQSIMA 2
Riċevuta ta’ talbiet
Artikolu 9
Riċevuta ta’ talbiet
Artikolu 10
Talbiet mhux kompluti
Artikolu 11
Tlestija tat-talba
TAQSIMA 3
Kumpilazzjoni tax-xhieda mill-qorti rikjesta
Artikolu 12
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-eżekuzzjoni ta’ talba
Il-qorti rikjesta għandha tuża t-teknoloġija ta’ komunikazzjoni speċifikata skont l-ewwel subparagrafu għajr jekk tagħmel dan ikun inkompatibbli mal-liġi nazzjonali tagħha jew il-qorti rikjesta ma tistax tagħmel dan minħabba diffikultajiet prattiċi kbar.
Jekk il-qorti rikjesta ma tużax it-teknoloġija ta’ komunikazzjoni speċifika minħabba waħda minn dawk ir-raġunijiet, hija għandha tinforma lill-qorti rikjedenti permezz tal-formola H fl-Anness I.
Jekk it-teknoloġija ta’ komunikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu mhix disponibbli fil-qorti rikjedenti jew fil-qorti rikjesta, dawk il-qrati jistgħu jagħmlu t-teknoloġiji ta’ komunikazzjoni disponibbli permezz ta’ ftehim reċiproku.
Artikolu 13
Kumpilazzjoni tax-xhieda bil-preżenza u l-parteċipazzjoni tal-partijiet
Artikolu 14
Kumpilazzjoni tax-xhieda bil-preżenza u l-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti tal-qorti rikjedenti
Artikolu 15
Miżuri koerċittivi
Fejn meħtieġ, meta teżegwixxi talba, il-qorti rikjesta għandha tapplika l-miżuri koerċittivi adatti fil-każijiet u sa fejn ikunu previsti fil-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjesta għall-eżekuzzjoni ta’ talba li ssir għall-istess fini mill-awtoritajiet nazzjonali jew minn waħda mill-partijiet ikkonċernati.
Artikolu 16
Ċaħda tal-eżekuzzjoni ta’ talbiet
Talba għall-eżami ta’ persuna ma għandhiex tiġi eżegwita fejn il-persuna kkonċernata tinvoka d-dritt li tirrifjuta li tagħti xhieda jew hija pprojbita milli tagħti xhieda,
skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjesta; jew
skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti, u tali dritt jew projbizzjoni jkunu ġew speċifikati fit-talba, jew, jekk neċessarju, ikunu ġew ikkonfermati mill-qorti rikjedenti, fuq talba tal-qorti rikjesta.
L-eżekuzzjoni ta’ talba tista’ tinċaħad biss għal raġunijiet oħra minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, fejn tapplika raġuni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
it-talba ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
l-eżekuzzjoni tat-talba ma taqax fil-funzjonijiet tal-ġudikatura skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjesta;
il-qorti rikjedenti ma tikkonformax mat-talba tal-qorti rikjesta li tikkompleta t-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda skont l-Artikolu 10 fi żmien 30 jum minn meta l-qorti rikjesta tkun talbet dan; jew
id-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem mitlub f’konformità mal-Artikolu 22(3) ma jsirx fi żmien 60 jum minn meta l-qorti rikjesta tkun talbet dan id-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem.
Artikolu 17
Notifika ta’ dewmien
Jekk il-qorti rikjesta mhijiex f’pożizzjoni li teżegwixxi t-talba fi żmien 90 jum minn meta tirċievi t-talba, hija għandha tinforma lill-qorti rikjedenti permezz tal-formola J fl-Anness I. Meta tagħmel dan, hija għandha tagħti r-raġunijiet għad-dewmien kif ukoll iż-żmien stmat li hija tipprevedi li teħtieġ biex teżegwixxi t-talba.
Artikolu 18
Proċedura wara l-eżekuzzjoni tat-talba
Il-qorti rikjesta għandha tibgħat lill-qorti rikjedenti d-dokumenti li jikkonfermaw l-eżekuzzjoni tat-talba, mingħajr dewmien u, fejn xieraq, għandha tirritorna d-dokumenti li tkun irċeviet mill-qorti rikjedenti. Dawk id-dokumenti għandhom ikunu akkumpanjati minn konferma ta’ eżekuzzjoni permezz tal-formola K fl-Anness I.
TAQSIMA 4
Kumpilazzjoni diretta tax-xhieda mill-qorti rikjedenti u kumpilazzjoni tax-xhieda minn aġenti diplomatiċi jew konsulari
Artikolu 19
Kumpilazzjoni diretta tax-xhieda mill-qorti rikjedenti
Fejn il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda timplika li persuna għandha tiġi eżaminata, l-qorti rikjedenti għandha tinforma lil dik il-persuna li l-kumpilazzjoni tax-xhieda għandha sseħħ fuq bażi volontarja.
Il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti jistgħu jassenjaw qorti tal-Istat Membru tagħhom biex tieħu sehem fil-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda sabiex jiġi żgurat li dan l-Artikolu jiġi applikat sewwa u li l-kondizzjonijiet li taħthom titwettaq il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda jiġi rrispettati.
Il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest jistgħu jiċħdu talba għall-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda biss jekk:
din ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
din ma jkunx fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa msemmija fl-Artikolu 5; jew
il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda mitluba tmur kontra l-prinċipji fundamentali tal-liġi fl-Istat Membru tagħha.
Artikolu 20
Kumpilazzjoni diretta tax-xhieda permezz ta’ vidjokonferenza jew ta’ teknoloġija ta’ komunikazzjoni mill-bogħod oħra
Fuq talba, il-qorti rikjedenti għandha tingħata assistenza biex issib interpretu, jekk ikun meħtieġ.
Artikolu 21
Kumpilazzjoni tax-xhieda minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu fil-liġi nazzjonali tagħhom li l-qrati tagħhom ikunu jistgħu jitolbu lill-aġenti diplomatiċi jew lill-uffiċjali konsulari tagħhom li jkunu jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor u fiż-żona fejn huma akkreditati biex jikkumpilaw xhieda fil-bini tal-missjoni diplomatika jew tal-konsulat, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, mingħajr il-ħtieġa għal talba minn qabel, billi jisimgħu, fuq bażi volontarja u mingħajr l-użu ta’ miżuri koerċittivi, lil ċittadini tal-Istat Membru li huma jirrappreżentaw fil-kuntest ta’ proċedimenti pendenti fil-qrati tal-Istat Membru li jirrappreżentaw. L-aġent diplomatiku jew l-uffiċjal konsulari rikjest għandu jeżegwixxi t-talba f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru tagħhom.
TAQSIMA 5
Spejjeż
Artikolu 22
Spejjeż
B’deroga mill-paragrafu 1, il-qorti rikjesta tista’ teħtieġ ir-rimborż tat-taxxi jew l-ispejjeż. Jekk il-qorti rikjesta titlob dan, il-qorti rikjedenti għandha tiżgura li s-segwenti jiġu rimborżati mingħajr dewmien:
L-obbligu tal-partijiet li jħallsu tali tariffi jew spejjeż għandu jiġi rregolat mil-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti.
Id-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem għandu jsir mill-partijiet jekk dan ikun previst bil-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 23
Manwal u emendar tal-Anness I
Artikolu 24
Eżerċizzju ta’ delega
Artikolu 25
Adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu s-sistema tal-IT deċentralizzata, li jistabbilixxu s-segwenti:
l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi l-metodi ta’ komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi għall-finijiet tas-sistema tal-IT deċentralizzata;
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-protokolli ta’ komunikazzjoni;
l-objettivi fir-rigward tas-sigurtà tal-informazzjoni u l-miżuri tekniċi rilevanti li jiżguraw l-istandards minimi tas-sigurtà tal-informazzjoni għall-ipproċessar u l-komunikazzjoni ta’ informazzjoni fi ħdan is-sistema tal-IT deċentralizzata;
l-objettivi fir-rigward tad-disponibbiltà minima u r-rekwiżiti tekniċi relatati possibbli għas-servizzi pprovduti mis-sistema tal-IT deċentralizzata;
l-istabbiliment ta’ kumitat ta’ tmexxija li fih rappreżentanti tal-Istati Membri biex jiġu żgurati t-tħaddim u l-manutenzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 26
Proċedura ta’ kumitat
Artikolu 27
Software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza
Artikolu 28
Spejjeż tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Artikolu 29
Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn Stati Membri
L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:
kopja ta’ kwalunkwe ftehim jew arranġament imsemmi fil-paragrafu 2 konkluż bejn l-Istati Membri, kif ukoll abbozzi ta’ kwalunkwe tali ftehim jew arranġament li għandhom il-ħsieb li jadottaw; u
kull denunzja ta’ dawk il-ftehimiet jew arranġamenti jew emendi għalihom.
Artikolu 30
Protezzjoni tal-informazzjoni trażmessa
walunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fil-livell tal-Unjoni għandu jsir f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Id-data personali li ma tkunx rilevanti għat-trattament ta’ każ speċifiku għandha titħassar minnufih.
Artikolu 31
Komunikazzjoni
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni dan li ġej:
il-lista mfassla skont l-Artikolu 3(2) li tindika t-territorju u, fejn applikabbli, il-ġurisdizzjoni speċjali tal-qrati;
l-ismijiet u l-indirizzi tal-korpi ċentrali u l-awtoritajiet kompetenti maħturin skont l-Artikolu 4(3), filwaqt li jindikaw il-ġurisdizzjoni territorjali tagħhom;
il-mezzi tekniċi għall-irċevuta ta’ talbiet li jkunu disponibbli għall-qrati fil-lista mfassla skont l-Artikolu 3(2);
il-lingwi aċċettati għat-talbiet, kif imsemmi fl-Artikolu 6.
Artikolu 32
Monitoraġġ
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, id-data li ġejja li hija meħtieġa għall-finijiet ta’ monitoraġġ, fejn din tkun disponibbli:
l-għadd ta’ talbiet għall-kumpilazzjoni tax-xhieda trażmessi f’konformità mal-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 19(1) rispettivament;
l-għadd ta’ talbiet għall-kumpilazzjoni tax-xhieda eżegwiti f’konformità mal-Artikolu 12 u l-Artikolu 19(8) rispettivament;
l-għadd ta’ każijiet li fihom it-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda tkun ġiet trażmessa b’mezzi oħra u mhux bis-sistema tal-IT deċentralizzata f’konformità mal-Artikolu 7(4).
Artikolu 33
Evalwazzjoni
Artikolu 34
Tħassir
Artikolu 35
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha skont it-Trattati.
ANNESS I
FORMOLA A
TALBA GĦALL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA
(Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) ( 1 ))
1. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:
2. Qorti rikjedenti:
Isem:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel.
Fax ( 2 ):
Posta elettronika:
3. Qorti rikjesta:
Isem:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel.
Fax (2) :
Posta elettronika:
4. Fil-każ imressaq mir-rikorrent/mill-petizzjonant(i) ( 3 )
Isem:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel. (2) :
Fax (2) :
Posta elettronika (2) :
5. Rappreżentanti tar-rikorrent/tal-petizzjonant
Isem:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel.
Fax (2) :
Posta elettronika:
6. Kontra l-konvenut/l-intimat(i) ( 4 )
Isem:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel. (2) :
Fax (2) :
Posta elettronika (2) :
7. Rappreżentanti tal-konvenut/tal-intimat
Isem:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel.
Fax (2) :
Posta elettronika:
8. Preżenza u parteċipazzjoni tal-partijiet
Il-partijiet u, jekk ikollhom, ir-rappreżentanti tagħhom, li ser ikunu preżenti waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda:□
Hija mitluba l-parteċipazzjoni tal-partijiet u jekk ikollhom, tar-rappreżentanti tagħhom:□
Jekk xi parti jew ir-rappreżentant tagħha ser ikunu preżenti waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda, għandha tiġi organizzata l-interpretazzjoni għal-lingwa li ġejja:□BG,□ES,□CS,□DE,□ET,□EL,□EN,□FR,□GA,□HR,□IT,□LV,□LT,□HU,□MT,□NL,□PL,□PT,□RO,□SK,□SL,□FI,□SV, oħra:
9. Preżenza u parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-qorti rikjedenti:□
Ir-rappreżentanti ser ikunu preżenti waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda:□
Hija mitluba l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti: ( 5 )□
Isem:
Titlu:
Funzjoni:
Kompitu:
Jekk xi rappreżentant tal-qorti rikjedenti ser ikun preżenti waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda, għandha tiġi organizzata l-interpretazzjoni għal-lingwa li ġejja:□BG,□ES,□CS,□DE,□ET,□EL,□EN,□FR,□GA,□HR,□IT,□LV,□LT,□HU,□MT,□NL,□PL,□PT,□RO,□SK,□SL,□FI,□SV, oħra:
10. In-natura u s-suġġett tal-każ u dikjarazzjoni fil-qosor tal-fatti (f’anness, skont il-każ):
11. Kumpilazzjoni tax-xhieda li għandha ssir
Deskrizzjoni tal-kumpilazzjoni tax-xhieda li għandha titwettaq (f’anness, skont il-każ):
Eżami tax-xhieda:□
Isem u kunjom:
Data tat-twelid, jekk disponibbli:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel. (2) :
Fax (2) :
Posta elettronika (2) :
Mistoqsijiet li għandhom isiru lix-xhud jew dikjarazzjoni tal-fatti li ser jiġu eżaminati dwarhom (f’anness, skont il-każ):
Dritt għar-rifjut tal-għoti ta’ xhieda skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti (f’anness, skont il-każ): iva□le□
Jekk jogħġbok eżamina x-xhud
taħt ġurament:□
b’dikjarazzjoni:□
Kwalunkwe informazzjoni oħra li l-qorti rikjedenti tqis meħtieġa (f’anness, skont il-każ):
Kumpilazzjoni oħra ta’ xhieda
id-dokumenti li għandhom jiġu spezzjonati u deskrizzjoni tal-kumpilazzjoni tax-xhieda mitluba (f’anness, skont il-każ):
l-oġġetti li għandhom jiġu spezzjonati u deskrizzjoni tal-kumpilazzjoni tax-xhieda mitluba (f’anness, skont il-każ)
12. Jekk jogħġbok eżegwixxi t-talba
f’konformità ma’ proċedura speċjali (Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) 2020/1783) prevista mil-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti deskritta fl-anness□
u/jew bl-użu ta’ teknoloġija ta’ komunikazzjoni (Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) 2020/1783) stabbilita fil-formola N□
l-informazzjoni li ġejja hija meħtieġa għall-eżekuzzjoni tat-talba:
13. Raġunijiet għan-nuqqas ta’ trażmissjoni permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata (Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2020/1783) ( 6 )
It-trażmissjoni elettronika ma kinitx possibbli minħabba:
disturb fis-sistema tal-IT
in-natura tax-xhieda
ċirkostanzi eċċezzjonali
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA B
KONFERMA TAR-RIĊEVUTA TA’ TALBA GĦALL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA
(Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) ( 7 ))
1. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:
2. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta:
3. Isem il-qorti rikjedenti:
4. Qorti rikjesta
Isem:
Indirizz:
Tel.
Fax ( 8 ):
Posta elettronika:
5. It-talba waslet fi ... (id-data tar-riċevuta) mill-qorti indikata fil-punt 4.
6. It-talba ma tistax tiġi ttrattata għax:
Il-lingwa użata għall-mili tal-formola mhix aċċettata (Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/1783):□
Jekk jogħġbok uża waħda minn dawn il-lingwi li ġejjin:
Id-dokument ma jistax jinqara:□
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku
FORMOLA C
NOTIFIKA TAT-TRAŻMISSJONI TA’ TALBA GĦALL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA
(Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) ( 9 ))
1. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:
2. Isem il-qorti rikjedenti:
3. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta:
4. It-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti indikata fil-punt 3 tat-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda u ntbagħtet lil
Isem il-qorti kompetenti:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel.
Fax ( 10 ):
Posta elettronika:
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA D
TALBA GĦAL INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI GĦALL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA
(Artikolu 10 tar- Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) ( 11 ))
1. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta:
2. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:
3. Isem il-qorti rikjesta:
4. Isem il-qorti rikjedenti:
5. It-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ma tistax tiġi eżegwita mingħajr l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:
6. It-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ma tistax tiġi eżegwita qabel ma jsir depożitu jew ħlas bil-quddiem f’konformità mal-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) 2020/1783 Id-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem għandu jsir bil-mod li ġej:
Isem sid il-kont:
Isem il-bank/BIC jew kodiċi bankarju rilevanti ieħor:
Numru tal-kont/IBAN:
Data sa meta l-ħlas kien dovut:
Ammont tad-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem mitlub:
Munita:
□Euro (EUR) |
□Lev Bulgaru (BGN) |
□Kuna Kroata (HRK) |
□Koruna Ċeka (CZK) |
□Forint Ungeriż (HUF) |
□Zloty Pollakka (PLN) |
□Lira sterlina (GBP) |
□Leu Rumen ((RON) |
□Krona Żvediża (SEK) |
□Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika (kodiċi ISO)):
Numru ta’ referenza tal-ħlas/deskrizzjoni/messaġġ lir-riċevitur:
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA E
KONFERMA TAR-RIĊEVUTA TA’ DEPOŻITU JEW ĦLAS BIL-QUDDIEM
(Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) ( 12 ))
1. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:
2. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta:
3. Isem il-qorti rikjedenti:
4. Isem il-qorti rikjesta:
5. Id-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem waslu fi … (id-data tar-riċevuta) mill-qorti indikata fil-punt 4.
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA F ( 13 )
TALBA GĦAL INFORMAZZJONI DWAR DEWMIEN
(Artikolu 12(1) u Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili (kumpilazzjoni tax-xhieda) ( 14 ))
IT-TALBA LI ĠEJJA GĦALL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA NTBAGĦTET IŻDA MHI DISPONIBBLI L-EBDA INFORMAZZJONI DWAR L-EŻITU TAL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA
1. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:
2. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta/korp ċentrali/awtorità kompetenti (jekk disponibbli):
3. Isem il-qorti rikjedenti:
4. Isem il-qorti rikjesta/korp ċentrali/awtorità kompetenti:
5. It-talba oriġinali għall-kumpilazzjoni tax-xhieda (formola A) jew it-talba oriġinali għall-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda (formola L) hija mehmuża.□
Informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-qorti rikjedenti:
talba mibgħuta□
data………………………
konferma tar-riċevuta□
data………………………
notifika ta’ dewmien□
data………………………
waslet informazzjoni oħra□
……………………………………
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA G ( 15 )
TWEĠIBA GĦAL TALBA GĦAL INFORMAZZJONI DWAR DEWMIEN
(Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) ( 16 ))
1. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:
2. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta/korp ċentrali/awtorità kompetenti (jekk disponibbli):
3. Isem il-qorti rikjedenti:
4. Isem il-qorti rikjesta/korp ċentrali/awtorità kompetenti:
5. ID-DEWMIEN KIEN DOVUT GĦAL:
It-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ma waslitx□
L-indirizz attwali tal-persuna li għandha tiġi eżaminata għadu qed jiġi ddeterminat□
Iċ-ċitazzjoni għadha qed tiġi nnotifikata lill-persuna li għandha tiġi eżaminata□
Il-persuna ma dehritx għas-smigħ minkejja li ġiet innotifikata biċ-ċitazzjoni□
Intbagħtet tweġiba għat-talba fi ... (data). Tweġiba mehmuża□
Il-ħlas ta’ depożitu jew ħlas bil-quddiem mitlub fi … (data) għadu ma sarx□
Oħrajn:….□
6. Huwa stmat li t-talba ser tiġi eżegwita sa ... (indika data prevista).
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA H
NOTIFIKA DWAR IT-TALBA GĦAL PROĊEDURI SPEĊJALI U/JEW GĦALL-UŻU TA’ TEKNOLOĠIJI TA’ KOMUNIKAZZJONI
(Artikolu 12(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) ( 17 ))
1. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:
2. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta:
3. Isem il-qorti rikjedenti:
4. Isem il-qorti rikjesta:
5. It-talba għall-eżekuzzjoni tat-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda skont il-proċedura speċjali indikata fil-punt 12.1. tat-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda (formola A) ma setatx tiġi ssodisfata għax:
il-proċedura rikjesta hija inkompatibbli mal-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjesta:□
it-twettiq tal-proċedura rikjesta mhux possibbli minħabba diffikultajiet prattiċi kbar:□
6. It-talba għall-eżekuzzjoni tat-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda permezz tal-użu ta’ teknoloġija ta’ komunikazzjoni mill-bogħod indikati fil-punt 12.2. tat-talba (formola A) għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ma setgħatx tiġi ssodisfata għax:
L-użu tat-teknoloġija ta’ komunikazzjoni huwa inkompatibbli mal-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjesta□
L-użu tat-teknoloġija ta’ komunikazzjoni mhux possibbli minħabba diffikultajiet prattiċi kbar□
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA I
IN-NOTIFIKA TAD-DATA, IL-ĦIN, IL-POST TAL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA U L-KONDIZZJONIJIET GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI
(Artikoli 13(4) u 14(5) tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) ( 18 ))
1. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:
2. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta:
3. Qorti rikjedenti
Isem:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel.
Fax ( 19 ):
Posta elettronika:
4. Qorti rikjesta
Isem:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel.
Fax (19) :
Posta elettronika:
5. Id-data u l-ħin tal-kumpilazzjoni tax-xhieda:
6. Il-post tal-kumpilazzjoni tax-xhieda, jekk differenti minn dak imsemmi fil-punt 4:
7. Fejn ikun il-każ, il-kondizzjonijiet li taħthom il-partijiet u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentanti tagħhom jistgħu jipparteċipaw:
8. Fejn ikun il-każ, il-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jipparteċipaw ir-rappreżentanti tal-qorti rikjedenti:
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA J
NOTIFIKA TA’ DEWMIEN
(Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) ( 20 ))
1. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:
2. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta:
3. Isem il-qorti rikjedenti:
4. Isem il-qorti rikjesta:
5. It-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ma tistax tiġi eżegwita fi żmien 90 jum minn meta waslet minħabba r-raġunijiet li ġejjin:
L-indirizz attwali tal-persuna li għandha tiġi eżaminata għadu qed jiġi ddeterminat□
Iċ-ċitazzjoni għadha qed tiġi nnotifikata lill-persuna li għandha tiġi eżaminata□
Il-persuna ma dehritx għas-smigħ minkejja li ġiet innotifikata biċ-ċitazzjoni□
Intbagħtet tweġiba għat-talba fi ... (data). Tweġiba mehmuża□
Il-ħlas ta’ depożitu jew ħlas bil-quddiem mitlub fi ... (data) għadu ma sarx□
Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika): …□
6. Huwa stmat li t-talba ser tiġi eżegwita sa ... (indika data prevista).
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA K
INFORMAZZJONI DWAR L-EŻEKUZZJONI TAT-TALBA GĦALL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA
(Artikoli 16 u 18 tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) ( 21 ))
1. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:
2. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta:
3. Isem il-qorti rikjedenti:
4. Isem il-qorti rikjesta:
5. It-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ġiet eżegwita□
Id-dokumenti li jikkonfermaw l-eżekuzzjoni tat-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda huma mehmuża:
6. L-eżekuzzjoni tat-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda inċaħdet minħabba li:
Il-persuna li għandha tiġi eżaminata invokat id-dritt li tirrifjuta li tixhed jew talbet li tiġi pprojbita milli tixhed:□
skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjesta:□
skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti:□
It-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar -Regolament (UE) 2020/1783□
Skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjesta, l-eżekuzzjoni tat-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ma taqax taħt il-funzjonijiet tal-ġudikatura□
Il-qorti rikjedenti ma rrispettatx it-talba għal informazzjoni addizzjonali mill-qorti rikjesta bid-data … (data tat-talba għal informazzjoni addizzjonali)□
Id-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem mitlub f’konformità mal-Artikolu 22 (3) tar-Regolament (UE) 2020/1783 ma sarx.□
7. Raġunijiet oħra għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni:
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA L
TALBA GĦALL-KUMPILAZZJONI DIRETTA TAX-XHIEDA
(Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (għall-kumpilazzjoni tax-xhieda) ( 22 ))
1. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:
2. Numru ta’ referenza tal-korp ċentrali/l-awtorità kompetenti ( 23 ):
3. Qorti rikjedenti:
Isem:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel.
Fax (23) :
Posta elettronika:
4. Korp ċentrali/awtorità kompetenti tal-Istat rikjest
Isem:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel.
Fax (23) :
Posta elettronika:
5. Fil-każ imressaq mir-rikorrent/mill-petizzjonant(i) ( 24 )
Isem:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel. (23) :
Fax (23) :
Posta elettronika (23) :
6. Rappreżentanti tar-rikorrent/tal-petizzjonant
Isem:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel.
Fax (23) :
Posta elettronika:
7. Kontra l-konvenut/l-intimat(i) ( 25 )
Isem:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel. (23) :
Fax (23) :
Posta elettronika (23) :
8. Rappreżentanti tal-konvenut/tal-intimat
Isem:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel.
Fax (23) :
Posta elettronika:
9. Il-provi ser jinġabru permezz ta’:
Isem:
Titlu:
Funzjoni:
Kompitu:
10. In-natura u s-suġġett tal-każ u dikjarazzjoni fil-qosor tal-fatti (f’anness, skont il-każ):
11. Kumpilazzjoni tax-xhieda li għandha ssir
Deskrizzjoni tal-kumpilazzjoni tax-xhieda (f’anness, skont il-każ):
Eżami tax-xhieda
Ismijiet u kunjom:
Data tat-twelid, jekk disponibbli:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel. (23) :
Fax (23) :
Posta elettronika (23) :
Mistoqsijiet li għandhom isiru lix-xhud jew dikjarazzjoni tal-fatti li ser jiġu eżaminati dwarhom (f’anness, skont il-każ):
Dritt għar-rifjut tal-għoti ta’ xhieda taħt il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti (f’anness, skont il-każ): iva□le□
Kumpilazzjoni oħra ta’ xhieda (f’anness, skont il-każ):
12. Il-qorti rikjedenti titlob li l-kumpilazzjoni tax-xhieda ssir direttament bl-użu tat-teknoloġija ta’ komunikazzjoni stabbilita fil-formola N□
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA M
INFORMAZZJONI MILL-KORP ĊENTRALI/AWTORITÀ KOMPETENTI DWAR KUMPILAZZJONI DIRETTA TAX-XHIEDA
(Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (għall-kumpilazzjoni tax-xhieda) ( 26 ))
1. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti:
2. Numru ta’ referenza tal-korp ċentrali/awtorità kompetenti:
3. Isem il-qorti rikjedenti:
4. Korp ċentrali/awtorità kompetenti
Isem:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel.
Fax ( 27 ):
Posta elettronika:
5. Informazzjoni mill-korp ċentrali/awtorità kompetenti
Il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda f’konformità mat-talba hija aċċettata:□
Il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda f’konformità mat-talba hija aċċettata skont il-kondizzjonijiet li ġejjin (f’anness, skont il-każ):
Il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda f’konformità mat-talba hija miċħuda minħabba r-raġunijiet li ġejjin:
it-talba ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1783:□
it-talba ma fihiex l-informazzjoni kollha meħtieġa skontl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2020/1783:□
il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda mitluba tmur kontra l-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-Istat Membru tal-korp ċentrali/l-awtorità kompetenti:□
6. Il-qorti li ġejja ġiet assenjata biex tipprovdi assistenza prattika fil-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda:
Isem:
Indirizz:
Triq u numru/kaxxa postali:
Post u kodiċi postali:
Pajjiż:
Tel.
Fax (27) :
Posta elettronika:
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
FORMOLA N
INFORMAZZJONI DWAR IL-PRATTIKALITAJIET TEKNIĊI BIEX ISSIR VIDJOKONFERENZA JEW BIEX TINTUŻA TEKNOLOĠIJA OĦRA TA’ KOMUNIKAZZJONI MILL-BOGĦOD
(Artikoli 12(4) u 20 tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) ( 28 ))
1. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti ( 29 ):
2. Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta/korp ċentrali/awtorità kompetenti (29) :
3. Isem il-qorti rikjedenti (29) :
4. Isem il-qorti rikjesta/korp ċentrali/awtorità kompetenti (29) :
5. Data teknika tal-qorti rikjedenti:
ISDN (29) :
IP:
Tel. tal-awla (29) :
Informazzjoni oħra:
6. Forma preferuta ta’ konnessjoni (fil-każ ta’ aktar possibbiltajiet imniżżla fil-punt 5):
7. Data/i u ħin(ijiet) preferuti ta’ konnessjoni:
data:
ħin ( 30 ):
8. Data/i u ħin(ijiet) preferuti għall-ittestjar tal-konnessjoni:
data:
ħin (30) :
persuna ta’ kuntatt għall-ittestjar tal-konnessjoni jew għal assistenza teknika oħra:
lingwa għall-komunikazzjoni:□BG,□ES,□CS,□DE,□ET,□EL,□EN,□FR,□GA,□HR,□IT,□LV,□LT,□HU,□MT,□NL,□PL,□PT,□RO,□SK,□SL,□FI,□SV, □, oħra:
tel. f’każ ta’ diffikultajiet tekniċi waqt l-ittestjar tal-konnessjoni jew il-kumpilazzjoni tax-xhieda:
9. Informazzjoni dwar l-interpretazzjoni:
Hija mitluba assistenza biex jinstab interpretu:□
Il-lingwi rilevanti:□BG,□ES,□CS,□DE,□ET,□EL,□EN,□FR,□GA,□HR,□IT,□LV,□LT,□HU,□MT,□NL,□PL,□PT,□RO,□SK,□SL,□FI,□SV, oħra:
10. Informazzjoni dwar jekk hux ser issir reġistrazzjoni tal-kumpilazzjoni tax-xhieda ( 31 ):
iva□
le□
11. Oħra: ….
Magħmul fi:
Data:
Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku:
ANNESS II
REGOLAMENT IMĦASSAR B’LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI TIEGĦU
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1) |
|
Regolament (KE) Nru 1103/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-22 ta’ Ottubru 2008 li jadatta numru ta’ strumenti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju — It-Tielet Parti (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 80) |
L-emendi biss għall-Artikoli 19(2) u 20 tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001 |
ANNESS III
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(3) |
– |
– |
Artikolu 2 |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Artikolu 7(1) |
– |
Artikolu 7(2), (3) u (4) |
– |
Artikolu 8 |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 10(1) |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 10(2) |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 10(1) |
Artikolu 12(1) |
Artikolu 10(2) |
Artikolu 12(2) |
Artikolu 10(3) |
Artikolu 12(3) |
Artikolu 10(4) |
Artikolu 12(4) |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 13(1) |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 11(3) |
Artikolu 13(3) |
Artikolu 11(4) |
Artikolu 13(4) |
Artikolu 11(5) |
Artikolu 13(5) |
Artikolu 12(1) |
Artikolu 14(1) |
Artikolu 12(2) |
Artikolu 14(2) |
Artikolu 12(3) |
Artikolu 14(3) |
Artikolu 12(4) |
Artikolu 14(4) |
Artikolu 12(5) |
Artikolu 14(5) |
Artikolu 13 |
Artikolu 15 |
Artikolu 14(1) |
Artikolu 16(1) |
Artikolu 14(2) |
Artikolu 16(2) |
Artikolu 14(3) |
Artikolu 16(3) |
Artikolu 14(4) |
Artikolu 16(4) |
Artikolu 15 |
Artikolu 17 |
Artikolu 16 |
Artikolu 18 |
Artikolu 17(1) |
Artikolu 19(1) |
Artikolu 17(2) |
Artikolu 19(2) |
Artikolu 17(3) |
Artikolu 19(3) |
Artikolu 17(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 19(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 17(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 19(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 17(4), it-tielet subparagrafu |
– |
– |
Artikolu 19(5) |
– |
Artikolu 19(6) |
Artikolu 17(5) |
Artikolu 19(7) |
Artikolu 17(6) |
Artikolu 19(8) |
– |
Artikolu 20 |
– |
Artikolu 21 |
Artikolu 18 |
Artikolu 22 |
Artikolu 19(1) |
Artikolu 23(1) |
Artikolu 19(2) |
– |
– |
Artikolu 23(2) |
Artikolu 20 |
Artikolu 26 |
– |
Artikolu 24 |
– |
Artikolu 25 |
– |
Artikolu 27 |
– |
Artikolu 28 |
Artikolu 21(1) |
Artikolu 29(1) |
Artikolu 21(2) |
Artikolu 29(2) |
Artikolu 21(3)(a) |
– |
Artikolu 21(3)(b) |
Artikolu 29(3)(a) |
Artikolu 21(3)(c) |
Artikolu 29(3)(b) |
– |
Artikolu 30 |
Artikolu 22, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 31(1) |
Artikolu 22, it-tieni subparagrafu |
Artikolu 31(2) |
– |
Artikolu 31(3) |
– |
Artikolu 31(4) |
– |
Artikolu 32 |
Artikolu 23 |
Artikolu 33(1) |
– |
Artikolu 33(2) |
Artikolu 24 |
– |
– |
Artikolu 34 |
Artikolu 24(1) |
Artikolu 35(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 24(2) |
Artikolu 35(1), it-tieni subparagrafu |
– |
Artikolu 35(2) |
|
Artikolu 35(3) |
Anness |
Anness I |
– |
Anness II |
– |
Anness III |
( 1 ) ĠU 405, 2.12.2020, p. 1.
( 2 ) Dan il-punt mhux obbligatorju.
( 3 ) Fejn ikun hemm aktar minn rikorrent/petizzjonant wieħed, jekk jogħġbok agħti informazzjoni kif stabbilit fil-punti 4.1. sa 4.5.
( 4 ) Fejn ikun hemm aktar minn konvenut/intimat wieħed, jekk jogħġbok agħti informazzjoni kif stabbilit fil-punti 6.1. sa 6.5.
( 5 ) Fejn ikun hemm aktar minn rappreżentant wieħed, jekk jogħġbok agħti informazzjoni kif stabbilit fil-punt 9.2.
( 6 ) Dan il-punt japplika biss mid-data ta’ applikazzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata.
( 7 ) ĠU L 405, 2.12.2020, p. 1.
( 8 ) Dan il-punt mhux obbligatorju.
( 9 ) ĠU 405, 2.12.2020, p. 1.
( 10 ) Dan il-punt mhux obbligatorju.
( 11 ) ĠU 405, 2.12.2020, p. 1.
( 12 ) ĠU 405, 2.12.2020, p. 1.
( 13 ) L-użu ta’ din il-formola mhuwiex obbligatorju.
( 14 ) ĠU 405, 2.12.2020, p. 1
( 15 ) L-użu ta’ din il-formola mhuwiex obbligatorju.
( 16 ) ĠU 405, 2.12.2020, p. 1
( 17 ) ĠU 405, , 2.12.2020, p. 1
( 18 ) ĠU 405, 2.12.2020, p. 1
( 19 ) Dan il-punt mhux obbligatorju.
( 20 ) ĠU 405, 2.12.2020, p. 1
( 21 ) ĠU 405, 2.12.2020, p. 1
( 22 ) ĠU 405, 2.12.2020, p. 1
( 23 ) Dan il-punt mhux obbligatorju.
( 24 ) Fejn ikun hemm aktar minn rikorrent/petizzjonant wieħed, jekk jogħġbok agħti informazzjoni kif stabbilit fil-punti 5.1. sa 5.5.
( 25 ) Dan il-punt mhux obbligator ju.Fejn ikun hemm aktar minn konvenut/intimat wieħed, jekk jogħġbok agħti informazzjoni kif stabbilit fil-punti 7.1. sa 7.5.
( 26 ) ĠU 405, 2.12.2020, p. 1
( 27 ) Dan il-punt mhux obbligatorju.
( 28 ) ĠU 405, 2.12.2020, p. 1
( 29 ) Dan il-punt mhux obbligatorju.
( 30 ) Ħin lokali tal-Istat Membru rikjest.
( 31 ) Pereżempju reġistrazzjoni jew traskrizzjoni online tal-kumpilazzjoni tax-xhieda.