02020R1213 — MT — 13.11.2021 — 003.002

Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1213

tal-21 ta’ Awwissu 2020

dwar il-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li tneħħew mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019

(ĠU L 275 24.8.2020, p. 5)

Emendat bi:

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1362 tat-30 ta’ Settembru 2020

  L 317

5

1.10.2020

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/419 tad-9 ta’ Marzu 2021

  L 83

6

10.3.2021

►M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1936 tad-9 ta’ Novembru 2021

  L 396

27

10.11.2021

Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 410, 18.11.2021, p.  203 (2021/419)

▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1213

tal-21 ta’ Awwissu 2020

dwar il-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li tneħħew mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni minn pajjiżi terzi ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li tneħħew mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019.

Artikolu 2

Miżuri għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li joriġinaw minn pajjiżi terzi

Il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li joriġinaw mill-pajjiżi terzi ta’ oriġini rispettivi, kif elenkati fl-Anness, jistgħu jiġu introdotti fit-territorju tal-Unjoni biss jekk ikunu jikkonformaw mal-miżuri korrispondenti stabbiliti fih.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M2

ANNESS

Lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li joriġinaw minn pajjiżi terzi, u r-rekwiżiti korrispondenti għall-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 2

Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra

Kodiċi NM

Pajjiżi terzi tal-oriġini

Miżuri

Acer japonicum Thunberg, Acer palmatum Thunberg u Acer shirasawanum Koidzumi, bl-għeruq mikxufa, inattivi, ħielsa mill-weraq, imlaqqma jew imraħħma, pjanti li għandhom minn sena sa tliet snin għat-tħawwil

ex 0602 90 41 ex 0602 90 45 ex 0602 90 46 ex 0602 90 48 ex 0602 90 50

New Zealand

(a)  Dikjarazzjoni uffiċjali li:

(i)  il-pjanti huma ħielsa mill-Eotetranychus sexmaculatus;

(ii)  tul ħajjithom il-pjanti tkabbru dejjem f’post tal-produzzjoni li, flimkien mas-siti tal-produzzjoni li huma parti minnu, hu rreġistrat u ssorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż tal-oriġini;

(iii)  waqt spezzjonijiet uffiċjali li saru fi żminijiet xierqa sa mill-bidu taċ-ċiklu tal-produzzjoni tal-pjanti, is-sit tal-produzzjoni nstab li hu ħieles mill-Eotetranychus sexmaculatus; f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-Eotetranychus sexmaculatus fis-sit tal-produzzjoni, saru trattamenti xierqa biex ikun żgurat li l-pest ma jkunx preżenti; ġiet stabbilita żona ta’ 100 m madwar is-sit, li hija soġġetta għal stħarriġiet speċifiċi fi żminijiet xierqa biex jinstab il-pest Eotetranychus sexmaculatus u meta nstab il-pest fuq xi pjanti ospitanti, dawk il-pjanti nqalgħu u nqerdu minnufih;

(iv)  twaqqfet sistema biex tiżgura li, qabel ma jiddaħħlu fis-sit tal-produzzjoni, l-għodod u l-makkinarju jkunu tnaddfu għalkollox mill-ħamrija u minn biċċiet tal-pjanti u ġew diżinfettati biex jinħelsu mill-Eotetranychus sexmaculatus;

(v)  waqt il-qlugħ, il-pjanti tnaddfu, inżabru u saritilhom spezzjoni fitosanitarja uffiċjali li mill-anqas tkun tikkonsisti minn eżami viżiv dettaljat, b’mod partikolari taz-zkuk u tal-friegħi tal-pjanti biex jiġi kkonfermat li fuqhom m’hemmx Eotetranychus sexmaculatus;

(vi)  eżatt qabel l-esportazzjoni, il-konsenji tal-pjanti saritilhom spezzjoni uffiċjali, b’mod partikolari taz-zkuk u tal-friegħi tal-pjanti, għall-preżenza tal-Eotetranychus sexmaculatus, u d-daqs tal-kampjun spezzjonat kien biżżejjed biex jippermetti s-sejbien ta’ mill-inqas 1 % ta’ infestazzjoni mill-pest b’livell ta’ affidabbiltà ta’ 99 %;

(b)  taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”, iċ-ċertifikati fitosanitarji għal dawk il-pjanti jinkludu:

(i)  id-dikjarazzjoni li ġejja: “Il-konsenja tikkonforma mar- ►M3  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213 ◄ ”;

(ii)  l-ispeċifikazzjoni tas-siti tal-produzzjoni rreġistrati.

Acer japonicum Thunberg, Acer palmatum Thunberg u Acer shirasawanum Koidzumi, bl-għeruq mikxufa, inattivi, ħielsa mill-weraq, imlaqqma jew imraħħma, pjanti li għandhom minn sena sa tliet snin għat-tħawwil

ex 0602 90 41 ex 0602 90 45 ex 0602 90 46 ex 0602 90 48 ex 0602 90 50

New Zealand

(a)  Dikjarazzjoni uffiċjali li:

(i)  il-pjanti huma ħielsa mill-Oemona hirta u mill-Platypus apicalis;

(ii)  tul ħajjithom, il-pjanti tkabbru dejjem f’post tal-produzzjoni li, flimkien mas-siti tal-produzzjoni li huma parti minnu, hu rreġistrat u ssorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż tal-oriġini;

(iii)  waqt spezzjonijiet uffiċjali li saru fi żminijiet xierqa sa mill-bidu taċ-ċiklu tal-produzzjoni tal-pjanti, is-sit tal-produzzjoni nstab li hu ħieles mill-Oemona hirta u mill-Platypus apicalis; f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-Oemona hirta jew tal-Platypus apicalis fis-sit tal-produzzjoni, saru trattamenti xierqa biex ikun żgurat li l-pesti ma jkunux preżenti;

(iv)  waqt il-qlugħ, il-pjanti tnaddfu u saritilhom spezzjoni uffiċjali biex jiġi kkonfermat li fuqhom m’hemmx Oemona hirta u Platypus apicalis;

(v)  eżatt qabel l-esportazzjoni, il-konsenji tal-pjanti saritilhom spezzjoni uffiċjali għall-preżenza tal-Oemona hirta u tal-Platypus apicalis, u d-daqs tal-kampjun spezzjonat kien biżżejjed biex jippermetti s-sejbien ta’ mill-inqas 1 % ta’ infestazzjoni mill-pest b’livell ta’ affidabbiltà ta’ 99 %;

(b)  taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”, iċ-ċertifikati fitosanitarji għal dawk il-pjanti jinkludu:

(i)  id-dikjarazzjoni li ġejja: “Il-konsenja tikkonforma mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal- ►M3  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213 ◄ ”;

(ii)  l-ispeċifikazzjoni tas-siti tal-produzzjoni rreġistrati.

Albizia julibrissin Durazzini, bl-għeruq mikxufa, inattivi, pjanti mlaqqma għat-tħawwil b’dijametru massimu ta’ 2,5 cm

ex 0602 90 41 ex 0602 90 45 ex 0602 90 46 ex 0602 90 48

Iżrael

(a)  Dikjarazzjoni uffiċjali li:

(i)  il-pjanti huma ħielsa mill-Euwallacea fornicatus sensu lato u mill-Fusarium euwallaceae;

(ii)  tul ħajjithom, il-pjanti tkabbru dejjem f’post tal-produzzjoni li hu rreġistrat u ssorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż tal-oriġini. Dik ir-reġistrazzjoni tinkludi s-siti tal-produzzjoni rispettivi fil-post tal-produzzjoni;

(iii)  il-pjanti jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

1.  il-pjanti għandhom dijametru iżgħar minn 2 cm fil-bażi taz-zokk

jew

2.  għal mill-anqas sitt xhur qabel l-esportazzjoni, il-pjanti tkabbru f’sit bi protezzjoni fiżika sħiħa kontra l-introduzzjoni tal-Euwallacea fornicatus sensu lato u sarulu spezzjonijiet uffiċjali fi żminijiet xierqa u nstab ħieles mill-pest, u dan hu kkonfermat mill-inqas b’nases li jiġu kkontrollati mill-inqas kull erba’ ġimgħat, inkluż minnufih qabel il-ġarr,

jew

3.  il-pjanti tkabbru f’sit tal-produzzjoni li sa mill-bidu tal-aħħar ċiklu sħiħ tal-veġetazzjoni, waqt spezzjonijiet uffiċjali li saru mill-inqas kull erba’ ġimgħat, instab ħieles mill-Euwallacea fornicatus sensu lato u mill-Fusarium euwallaceae, u dan jiġi kkonfermat mill-inqas bin-nases għall-Euwallacea fornicatus sensu lato; f’każ ta’ suspett tal-preżenza ta’ xi wieħed miż-żewġ pesti fis-sit tal-produzzjoni, saru trattamenti xierqa kontra l-pesti biex ikun żgurat li l-pesti ma jkunux preżenti; tiġi stabbilita żona ta’ 1 km madwar is-sit, li tkun monitorjata fi żminijiet xierqa għall-Euwallacea fornicatus sensu lato u għall-Fusarium euwallaceae, u meta xi wieħed miż-żewġ pesti jinstab fuq xi pjanti ospitanti, dawk il-pjanti jenħtieġ jitneħħew minnufih u jinqerdu;

(iv)  eżatt qabel l-esportazzjoni, il-konsenji tal-pjanti b’dijametru ta’ 2 cm jew iżjed fil-bażi taz-zokk, saritilhom spezzjoni uffiċjali, b’mod partikolari taz-zkuk u tal-friegħi tal-pjanti, għall-preżenza tal-pest, inkluż b’kampjunar distruttiv. Id-daqs tal-kampjun spezzjonat għandu jkun biżżejjed biex jippermetti s-sejbien ta’ mill-inqas 1 % ta’ infestazzjoni mill-pest b’livell ta’ affidabbiltà ta’ 99 %;

(b)  taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”, iċ-ċertifikati fitosanitarji għal dawk il-pjanti jinkludu:

(i)  id-dikjarazzjoni li ġejja: “Il-konsenja tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213”;

(ii)  l-ispeċifikazzjoni ta’:

— liema rekwiżit tal-punt (a)(iii) f’din l-entrata ġie ssodisfat, u

— is-sit(i) tal-produzzjoni rreġistrat(i).

(i)  il-pjanti huma ħielsa mill-Aonidiella orientalis;

(ii)  tul ħajjithom, il-pjanti tkabbru dejjem f’post tal-produzzjoni li hu rreġistrat u ssorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż tal-oriġini. Dik ir-reġistrazzjoni tinkludi s-siti tal-produzzjoni rispettivi fil-post tal-produzzjoni. Dak il-post tal-produzzjoni jissodisfa wkoll wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

1.  għal mill-anqas sitt xhur qabel l-esportazzjoni, il-pjanti tkabbru f’sit bi protezzjoni fiżika sħiħa kontra l-introduzzjoni tal-Aonidiella orientalis u sarulu spezzjonijiet uffiċjali kull tliet ġimgħat u nstab ħieles mill-pest, inkluż minnufih qabel il-ġarr,

jew

2.  waqt spezzjonijiet uffiċjali li saru kull tliet ġimgħat sa mill-bidu tal-aħħar ċiklu sħiħ tal-vetegazzjoni, is-sit tal-produzzjoni nstab li hu ħieles mill-Aonidiella orientalis; f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-pest fis-sit tal-produzzjoni, saru trattamenti xierqa kontra l-pest biex ikun żgurat li l-pest ma jkunx preżenti; tiġi stabbilita żona ta’ 100 m madwar is-sit, li tkun monitorjata fi żminijiet xierqa għall-Aonidiella orientalis, u meta l-pest jinstab fuq xi pjanti, dawk il-pjanti jenħtieġ jitneħħew minnufih u jinqerdu;

(iii)  eżatt qabel l-esportazzjoni, il-konsenji tal-pjanti saritilhom spezzjoni uffiċjali, b’mod partikolari taz-zkuk u tal-friegħi tal-pjanti, għall-preżenza tal-Aonidiella orientalis. Id-daqs tal-kampjun spezzjonat għandu jkun biżżejjed biex jippermetti s-sejbien ta’ mill-inqas 1 % ta’ infestazzjoni mill-pest b’livell ta’ affidabbiltà ta’ 99 %;

(b)  taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”, iċ-ċertifikati fitosanitarji għal dawk il-pjanti jinkludu:

(i)  id-dikjarazzjoni li ġejja: “Il-konsenja tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213”;

(ii)  l-ispeċifikazzjoni ta’:

— liema rekwiżit tal-punt (a)(ii) f’din l-entrata ġie ssodisfat, u

— is-sit(i) tal-produzzjoni rreġistrat(i).

▼M3

Il-pjanti għat-tħawwil ta’ sena, bl-għeruq mikxufin, inattivi, mingħajr weraq, b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 2 cm, u ta’ biċċiet bl-għeruq ta’ sena mingħajr weraq ta’ pjanti għat-tħawwil b’materjal għat-tkabbir u b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 1 cm tal-Ficus carica L.

ex 0602 20 20

ex 0602 20 80

ex 0602 90 45

ex 0602 90 46

ex 0602 90 48

ex 0602 90 50

ex 0602 90 70

Iżrael

(a)  Dikjarazzjoni uffiċjali li:

(i)  l-pjanti huma ħielsa mill-Aonidiella orientalis, il-Colletotrichum siamense, l-Euwallacea fornicatus sensu lato, l-Hypothenemus leprieuri, l-Icerya aegyptiaca, in-Neocosmospora euwallaceae, in-Neoscytalidium dimidiatum, in-Nipaecoccus viridis, l-Oligonychus mangiferus, il-Phenacoccus solenopsis, il-Plicosepalus acaciae, ir-Retithrips syriacus, ir-Russellaspis pustulans, is-Scirtothrips dorsalis u s-Spodoptera frugiperda;

(ii)  tul ħajjithom, il-pjanti tkabbru dejjem f’post tal-produzzjoni li, flimkien mas-siti tal-produzzjoni li huma parti minnu, hu rreġistrat u ssorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż tal-oriġini;

(iii)  il-pjanti tkabbru matul ħajjithom kollha f’sit bi protezzjoni fiżika kontra l-introduzzjoni tal-Aonidiella orientalis, l-Icerya aegyptiaca, in-Nipaecoccus viridis, l-Oligonychus mangiferus, il-Phenacoccus solenopsis, ir-Retithrips syriacus u r-Russellaspis pustulans, li ġie suġġett għal spezzjonijiet uffiċjali kull 45 jum u li nstab ħieles mill-pesti elenkati fil-punt (i); f’każ ta’ suspett tal-preżenza ta’ kwalunkwe pest elenkat fil-punt (i) fis-sit tal-produzzjoni, ikunu saru trattamenti xierqa biex jiġi żgurat li l-pesti ma jkunux preżenti; u

(iv)  immedjatament qabel l-esportazzjoni, il-konsenji tal-pjanti kienu soġġetti għal spezzjoni uffiċjali għall-preżenza tal-Aonidiella orientalis, l-Icerya aegyptiaca, in-Nipaecoccus viridis, l-Oligonychus mangiferus, il-Phenacoccus solenopsis, il-Plicosepalus acaciae, ir-Retithrips syriacus u r-Russellaspis pustulans, b’tali daqs tal-kampjun li jkun jippermetti s-sejbien ta’ mill-inqas livell ta’ infestazzjoni ta’ 1 % b’livell ta’ kunfidenza ta’ 99 %, u spezzjoni uffiċjali għall-preżenza tal-Colletotrichum siamense u tan-Neoscytalidium dimidiatum inkluż kampjunar u ttestjar aleatorju tal-pjanti;

(b)  taħt l-intestatura Dikjarazzjoni Addizzjonali, iċ-ċertifikati fitosanitarji għal dawk il-pjanti għandhom jinkludu:

(i)  id-dikjarazzjoni li ġejja: “Il-konsenja tikkonforma mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213”;

(ii)  l-ispeċifikazzjoni tas-sit(i) tal-produzzjoni rreġistrat(i).”;

▼M2

►C1  il-biċċiet mingħajr għeruq ta’ pjanti għat-tħawwil ◄ tal-Jasminum polyanthum Franchet

ex 0602 10 90

Iżrael

(a)  Dikjarazzjoni uffiċjali li:

(i)  il-pjanti huma ħielsa mis-Scirtothrips dorsalis, mill-Aonidiella orientalis, mill-Milviscutulus mangiferae, mill-Paracoccus marginatus, mill-Pulvinaria psidii u mill-Colletotrichum siamense;

(ii)  tul ħajjithom, il-pjanti tkabbru dejjem f’post tal-produzzjoni li, flimkien mas-siti tal-produzzjoni li huma parti minnu, hu rreġistrat u ssorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż tal-oriġini;

(iii)  il-pjanti jkunu tkabbru f’sit bi protezzjoni fiżika kontra l-introduzzjoni tas-Scirtothrips dorsalis, tal-Aonidiella orientalis, tal-Milviscutulus mangiferae, tal-Paracoccus marginatus, u tal-Pulvinaria psidii;

(iv)  is-sit tal-produzzjoni sarulu spezzjonijiet uffiċjali għall-preżenza tas-Scirtothrips dorsalis, tal-Aonidiella orientalis, tal-Milviscutulus mangiferae, tal-Paracoccus marginatus, tal-Pulvinaria psidii u tal-Colletotrichum siamense kull tliet ġimgħat u nstab ħieles minn dawk il-pesti;

(v)  eżatt qabel l-esportazzjoni, il-konsenji tal-pjanti saritilhom spezzjoni uffiċjali għall-preżenza tas-Scirtothrips dorsalis, tal-Aonidiella orientalis, tal-Milviscutulus mangiferae, tal-Paracoccus marginatus u tal-Pulvinaria psidii, u d-daqs tal-kampjun spezzjonat kien biżżejjed biex jippermetti s-sejbien ta’ mill-inqas 1 % ta’ infestazzjoni mill-pest b’livell ta’ affidabbiltà ta’ 99 %; u saritilhom spezzjoni uffiċjali wkoll għall-preżenza tal-Colletotrichum siamense, inkluż bi ttestjar tal-pjanti sintomatiċi;

(b)  taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”, iċ-ċertifikati fitosanitarji għal dawk il-pjanti jinkludu:

(i)  id-dikjarazzjoni li ġejja: “Il-konsenja tikkonforma mar- ►M3  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213 ◄ ”; u

(ii)  l-ispeċifikazzjoni tas-siti tal-produzzjoni rreġistrati.

▼M3

Pjanti għat-tħawwil mlaqqma, bl-għeruq, bil-weraq, b’materjal għat-tkabbir u b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 1 cm tal-Persea americana Mill.

ex 0602 90 41

ex 0602 90 45

ex 0602 90 48

ex 0602 90 50

Iżrael

(a)  Dikjarazzjoni uffiċjali li:

(i)  il-pjanti huma ħielsa mill-Aonidiella orientalis, l-Aulacaspis tubercularis, l-Avocado sunblotch viroid, il-Bemisia tabaci, il-Colletotrichum aenigma, il-Colletotrichum alienum, il-Colletotrichum fructicola, il-Colletotrichum perseae, il-Colletotrichum siamense, il-Colletotrichum theobromicola, l-Euwallacea fornicatus sensu lato, l-Icerya aegyptiaca, il-Lasiodiplodia pseudotheobromae, il-Maconellicoccus hirsutus, il-Milviscutulus mangiferae, in-Neocosmospora euwallaceae, in-Neoscytalidium dimidiatum, in-Nipaecoccus viridis, l-Oligonychus perseae, il-Paracoccus marginatus, il-Penthimiola bella, il-Pseudococcus cryptus, il-Pulvinaria psidii, ir-Retithrips syriacus, is-Scirtothrips dorsalis u t-Tetraleurodes perseae;

(ii)  tul ħajjithom, il-pjanti tkabbru dejjem f’post tal-produzzjoni li, flimkien mas-siti tal-produzzjoni li huma parti minnu, hu rreġistrat u ssorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż tal-oriġini;

(iii)  il-pjanti tkabbru matul ħajjithom kollha f’sit bi protezzjoni fiżika kontra l-introduzzjoni tal-Aonidiella orientalis, l-Aulacaspis tubercularis, l-Icerya aegyptiaca, il- Maconellicoccus hirsutus, il-Milviscutulus mangiferae, in-Nipaecoccus viridis, l-Oligonychus perseae, il-Paracoccus marginatus, il-Penthimiola bella, il-Pseudococcus cryptus, il-Pulvinaria psidii, ir-Retithrips syriacus u t-Tetraleurodes perseae, li ġie suġġett għal spezzjonijiet uffiċjali kull 45 jum u li nstab ħieles mill-pesti elenkati fil-punt (i); f’każ ta’ suspett tal-preżenza ta’ kwalunkwe pest elenkat fil-punt (i) fis-sit tal-produzzjoni, ikunu saru trattamenti xierqa biex jiġi żgurat li l-pest ma jkunx preżenti; u

(iv)  immedjatament qabel l-esportazzjoni, il-konsenji tal-pjanti ġew soġġetti għal spezzjoni uffiċjali għall-preżenza tal-Aonidiella orientalis, l-Aulacaspis tubercularis, l-Icerya aegyptiaca, il-Maconellicoccus hirsutus, il-Milviscutulus mangiferae, in-Nipaecoccus viridis, l-Oligonychus perseae, il-Paracoccus marginatus, il-Penthimiola bella, il-Pseudococcus cryptus, il-Pulvinaria psidii, ir-Retithrips syriacus u t-Tetraleurodes perseae, b’tali daqs tal-kampjun li jippermetti s-sejbien ta’ mill-inqas livell ta’ infestazzjoni ta’ 1 % b’livell ta’ kunfidenza ta’ 99 % u għal spezzjoni uffiċjali għall-preżenza tal-Avocado sunblotch viroid, il-Colletotrichum aenigma, il-Colletotrichum alienum, il-Colletotrichum fructicola, il-Colletotrichum perseae, il-Colletotrichum siamense, il-Colletotrichum theobromicola, il-Lasiodiplodia pseudotheobromae, in-Neoscytalidium dimidiatum inkluż il-kampjunar u l-ittestjar aleatorju tal-pjanti;

(b)  taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”, iċ-ċertifikati fitosanitarji għal dawk il-pjanti għandhom jinkludu:

(i)  id-dikjarazzjoni li ġejja: “Il-konsenja tikkonforma mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213”;

(ii)  l-ispeċifikazzjoni tas-sit(i) tal-produzzjoni rreġistrat(i).

Persea americana Mill., biċċiet mingħajr għeruq ta’ pjanti għat-tħawwil b’dijametru massimu ta’ 2 cm

ex 0602 10 90

Iżrael

(a)  Dikjarazzjoni uffiċjali li:

(i)  l-pjanti huma ħielsa mill-Aonidiella orientalis, l-Aulacaspis tubercularis, l-Avocado sunblotch viroid, il-Colletotrichum aenigma, il-Colletotrichum alienum, il-Colletotrichum fructicola, l-Colletotrichum perseae, il-Colletotrichum siamense, il-Colletotrichum theobromicola, l-Euwallacea fornicatus sensu lato, l-Icerya aegyptiaca, il-Lasiodiplodia pseudotheobromae, il-Maconellicoccus hirsutus, l-Milviscutulus mangiferae, in-Neocosmospora euwallaceae, in-Neoscytalidium dimidiatum, in-Nipaecoccus viridis, l-Oligonychus perseae, il-Paracoccus marginatus, il-Pseudococcus cryptus, il-Pulvinaria psidii, ir-Retithrips syriacus u s-Scirtothrips dorsalis;

(ii)  tul ħajjithom, il-pjanti tkabbru dejjem f’post tal-produzzjoni li, flimkien mas-siti tal-produzzjoni li huma parti minnu, hu rreġistrat u ssorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż tal-oriġini;

(iii)  il-pjanti tkabbru matul ħajjithom kollha f’sit bi protezzjoni fiżika kontra l-introduzzjoni tal-Aonidiella orientalis, l-Aulacaspis tubercularis, l-Icerya aegyptiaca, il- Maconellicoccus hirsutus, il-Milviscutulus mangiferae, in-Nipaecoccus viridis, l-Oligonychus perseae, il-Paracoccus marginatus, il-Penthimiola bella, il-Paracoccus marginatus, il-Pseudococcus cryptus, il-Pulvinaria psidii u r-Retithrips syriacus, li ġie suġġett għal spezzjonijiet uffiċjali kull 45 jum u li nstab ħieles mill-pesti elenkati fil-punt (i); f’każ ta’ suspett tal-preżenza ta’ kwalunkwe pest elenkat fil-punt (i) fis-sit tal-produzzjoni, ikunu saru trattamenti xierqa biex jiġi żgurat li l-pesti ma jkunux preżenti; u

(iv)  immedjatament qabel l-esportazzjoni, il-konsenji tal-pjanti ġew soġġetti għal spezzjoni uffiċjali għall-preżenza tal-Aonidiella orientalis, l-Aulacaspis tubercularis, l-Icerya aegyptiaca, il-Maconellicoccus hirsutus, il-Milviscutulus mangiferae, in-Nipaecoccus viridis, l-Oligonychus perseae, il-Paracoccus marginatus, il-Pseudococcus cryptus, il-Pulvinaria psidii u r-Retithrips syriacus, b’tali daqs tal-kampjun li jippermetti s-sejbien ta’ mill-inqas livell ta’ infestazzjoni ta’ 1 % b’livell ta’ kunfidenza ta’ 99 % u għal spezzjoni uffiċjali għall-preżenza tal-Avocado sunblotch viroid, il-Colletotrichum aenigma, il-Colletotrichum alienum, il-Colletotrichum fructicola, il-Colletotrichum perseae, il-Colletotrichum siamense, il-Colletotrichum theobromicola, il-Lasiodiplodia pseudotheobromae, in-Neoscytalidium dimidiatum, inkluż il-kampjunar u l-ittestjar aleatorju tal-pjanti;

(b)  taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”, iċ-ċertifikati fitosanitarji għal dawk il-pjanti għandhom jinkludu:

(i)  id-dikjarazzjoni li ġejja: “Il-konsenja tikkonforma mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213”;

(ii)  l-ispeċifikazzjoni tas-sit(i) tal-produzzjoni rreġistrat(i).”.

▼M2

Robinia pseudoacacia, bl-għeruq mikxufa, inattivi, pjanti mlaqqma għat-tħawwil b’dijametru massimu ta’ 2,5 cm