02020R1158 — MT — 06.08.2020 — 000.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1158

tal-5 ta’ Awwissu 2020

dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ ikel u għalf li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-aċċident fl-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 257 6.8.2020, p. 1)


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 410, 18.11.2021, p.  200 (2020/1158)




▼B

REGOLAMENT TA’IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1158

tal-5 ta’ Awwissu 2020

dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ ikel u għalf li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-aċċident fl-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  
Dan ir-Regolament għandu japplika għal ikel, inkluż ikel ta’ importanza minuri, u għalf skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tar-Regolament (Euratom) 2016/52 li joriġinaw minn pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament (“il-prodotti”), jew jiġu kkunsinnati minn tali pajjiżi, li huma maħsuba għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni.
2.  

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-kategoriji ta’ kunsinni tal-prodotti li ġejjin, sakemm il-piż gross tagħhom ma jaqbiżx 10 kg ta’ prodott frisk jew 2 kg ta’ prodott niexef:

(a) 

kunsinni mibgħuta bħala kampjuni kummerċjali, kampjuni tal-laboratorju jew bħala oġġetti għall-wiri fil-wirjiet, li mhumiex maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq;

(b) 

kunsinni li jiffurmaw parti mill-bagalji personali tal-passiġġieri u huma maħsuba għall-konsum jew għall-użu personali;

(c) 

kunsinni mhux kummerċjali mibgħuta lil persuni fiżiċi li mhumiex maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq;

(d) 

kunsinni maħsuba għall-finijiet xjentifiċi.

F’każ ta’ dubju dwar l-użu maħsub tal-prodotti msemmija fil-punti (b) u (c), l-oneru tal-provi huwa tas-sid tal-bagalja personali u tar-riċevitur tal-kunsinna, rispettivament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“post ta’ kontroll fuq il-fruntiera” tfisser “post ta’ kontroll fuq il-fruntiera” kif definit fil-punt (38) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625;

(2) 

“kunsinna” tfisser “kunsinna” kif iddefinita fil-punt (37) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625.

Artikolu 3

Kundizzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni

1.  
Il-prodotti jistgħu jidħlu fl-Unjoni biss jekk jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.
2.  

Il-prodotti għandhom jikkonformaw mal-livelli massimi permessi akkumulati ta’ kontaminazzjoni radjuattiva fit-termini taċ-ċeżju-137, li ġejjin:

(a) 

370 Bq/kg għal ħalib u prodotti tal-ħalib u ikel għal trabi u tfal żgħar kif definit fl-Artikolu 2(2)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 609/2013;

(b) 

600 Bq/kg għall-prodotti l-oħrajn kollha ikkonċernati.

3.  
Kull kunsinna ta’ prodotti elenkati fl-Anness II, b’referenza għall-kodiċi relevanti min-Nomenklatura Magħquda, minn pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I, għandha tkun akkumpanjata b’ċertifikat uffiċjali msemmi fl-Artikolu 4. Kull kunsinna għandha tkun identifikata permezz ta’ kodiċi tal-identifikazzjoni li għandu jkun indikat fuq iċ-ċertifikat uffiċjali u fuq id-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (CHED), kif previst fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2017/625.

Artikolu 4

Ċertifikat uffiċjali

1.  
Iċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fl-Artikolu 3(3) għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ta’ oriġini jew tal-pajjiż terz fejn tiġi kkunsinnata l-kunsinna, jekk dak il-pajjiż ikun differenti mill-pajjiż ta’ oriġini, f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness III.
2.  

Iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

għandu jkollu l-kodiċi tal-identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 3(3) tal-kunsinna li jirreferi għaliha;

(b) 

għandu jinħareġ qabel ma l-kunsinna li huwa relatat magħha titlaq minn taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li jkun qed joħroġ iċ-ċertifikat;

(c) 

għandu jkun validu għal mhux aktar minn erba’ xhur mid-data tal-ħruġ, iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar minn sitt xhur mid-data tar-riżultati tal-analiżi tal-laboratorju msemmija fil-paragrafu 6.

3.  
Iċ-ċertifikat uffiċjali li ma jiġix sottomess fis-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni għall-Kontrolli Uffiċjali (IMSOC) mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li joħroġ iċ-ċertifikat, għandu jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti għall-mudelli ta’ ċertifikati uffiċjali mhux sottomessi fl-IMSOC stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/628.
4.  
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu ċertifikat uffiċjali ta’ sostituzzjoni biss f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/628.
5.  
Iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jimtela abbażi tal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV.
6.  
Iċ-ċertifikat uffiċjali għandu juri li l-prodotti jikkonformaw mal-livelli massimi permessi stabbiliti fl-Artikolu 3(2). Iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jkun akkumpanjat mir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u tal-analiżi mwettqa fuq dik il-kunsinna mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ta’ oriġini jew tal-pajjiż minn fejn tkun ikkunsinnata l-kunsinna, jekk dak il-pajjiż huwa differenti mill-pajjiż ta’ oriġini.

Artikolu 5

Kontrolli uffiċjali fid-dħul fl-Unjoni

1.  
Il-kunsinni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 3(3) għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali fid-dħul tagħhom fl-Unjoni permezz ta’ post ta’ kontroll fuq il-fruntiera u fil-punti ta’ kontroll.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera għandhom iwettqu kontrolli tal-identità u kontrolli fiżiċi fuq dawn il-kunsinni, inkluż analiżi tal-laboratorju dwar il-preżenza taċ-ċeżju-137, bi frekwenza ta’ 20 %.

Artikolu 6

Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

L-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu biss ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta’ kunsinni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 3(3), fuq preżentazzjoni ta’ CHED iffinalizzat b’mod xieraq kif previst fl-Artikolu 57(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625, li jikkonferma li l-kunsinna hija f’konformità mar-regoli applikabbli msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 7

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2030.

Valutazzjoni dettaljata fuq il-livell ta’ kontaminazzjoni fil-pajjiżi terzi msemmija fl-Anness I għandha ssir abbażi tar-riżultati tal-kontroll disponibbli u, jekk xieraq, abbażi tal-eżitu ta’ din il-valutazzjoni, il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I, il-prodotti elenkati fl-Anness II u l-miżuri msemmija fl-Artikolu 5(2), għandhom jiġu rieżaminati skont dan qabel dik id-data.

Artikolu 8

Tħassir

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1609/2000 u (KE) Nru 1635/2006 huma mħassra.

Artikolu 9

Dispożizzjoni tranżizzjonali

Għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2020, il-kunsinni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 3(3) akkumpanjati b’ċertifikati rilevanti maħruġa qabel l-1 ta’ Settembru 2020 f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1635/2006, għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Lista ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 1(1)

L-Albanija

Il-Belarussja

Il-Bożnija-Ħerzegovina

Il-Kosovo ( 1 )

Il-Maċedonja ta’ Fuq

Il-Moldova

Il-Montenegro

Ir-Russja

Is-Serbja

L-Iżvizzera

It-Turkija

L-Ukrajna

Ir-Renju Unit tal-Gran Brettanja eskluża l-Irlanda ta’ Fuq ( 2 )




ANNESS II

Lista ta’ prodotti li għalihom japplikaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(3)



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

ex 0709 51 00

Faqqiegħ tal-ġens Agaricus, frisk jew iffriżat, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 0709 59

faqqiegħ, frisk jew iffriżat, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 0710 80 61

faqqiegħ tal-ġens Agaricus (nej jew imsajjar bil-fwar jew mgħolli fl-ilma), iffriżat, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 0710 80 69

faqqiegħ ieħor (nej jew imsajjar bil-fwar jew mgħolli fl-ilma), iffriżat, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 0711 51 00

Faqqiegħ tal-ġens Agaricus ippreservat b’mod proviżorju (pereżempju, b’gass tad-diossidu tal-kubrit, fis-salmura, fl-ilma tal-kubrit jew f’soluzzjonijiet preservattivi oħrajn), iżda mhux tajjeb f’dak l-istat għall-konsum immedjat, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 0711 59 00

faqqiegħ ieħor ippreservat b’mod proviżorju (pereżempju, b’gass tad-diossidu tal-kubrit, fis-salmura, fl-ilma tal-kubrit jew f’soluzzjonijiet preservattivi oħrajn), iżda mhux tajjeb f’dak l-istat għall-konsum immedjat, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 0712 31 00

faqqiegħ tal-ġens Agaricus, imnixxef, sħiħ, maqtugħ, imfellel, miksur jew f’forma ta’ trab, iżda mhux imħejji aktar, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 0712 32 00

faqqiegħ tal-ispeċi (Auricularia spp.) imnixxef, sħiħ, maqtugħ, imfellel, miksur jew f’forma ta’ trab, iżda mhux imħejji aktar, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 0712 33 00

faqqiegħ tal-ispeċi (Tremella spp.) imnixxef, sħiħ, maqtugħ, imfellel, miksur jew f’forma ta’ trab, iżda mhux imħejji aktar, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 0712 39 00

faqqiegħ ieħor, imnixxef, sħiħ, maqtugħ, imfellel, miksur jew f’forma ta’ trab, iżda mhux imħejji aktar, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 2001 90 50

faqqiegħ, frisk jew ippreservat bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 2003

faqqiegħ u tartuf, ippreparat jew preservat b'mod ieħor barra minn bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, għajr faqqiegħ ikkultivat

ex 0810 40

cranberries selvaġġi, mirtill selvaġġ u frott ieħor salvaġġ tal-ġens Vaccinium, frisk

ex 0811 90 50

frott selvaġġ tal-ispeċi Vaccinium myrtillus, nej jew imsajjar bil-fwar jew bit-togħlija fl-ilma, iffriżat, kemm jekk biż-żieda taz-zokkor jew ta’ xi materja oħra tal-ħlewwa jew mingħajrhom

ex 0811 90 70

frott selvaġġ tal-ispeċi Vaccinium myrtilloides u Vaccinium angustifolium, nej jew imsajjar bil-fwar jew bit-togħlija fl-ilma, iffriżat, kemm jekk biż-żieda taz-zokkor jew ta’ xi materja oħra tal-ħlewwa jew mingħajrhom

ex 0812 90 40

frott selvaġġ tal-ispeċi Vaccinium myrtillus, ippreservat provviżjonalment (pereżempju, bil-gass tad-diossidu tal-kubrit, fis-salmura, fl-ilma bil-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw) iżda mhux tajjeb f’dak l-istat għal konsum immedjat

ex 2008 93

cranberries selvaġġi (Vaccinium macrocarpon, Vaccinium oxycoccos, Vaccinium vitis-idaea), ippreparati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma huma speċifikati jew inklużi mkien aktar

ex 2008 99

frott selvaġġ ieħor tal-ispeċi Vaccinium, ippreparati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma huma speċifikati jew inklużi mkien aktar

ex 2009 81

meraq tal-cranberries tal-frott selvaġġ (Vaccinium macrocarpon, Vaccinium oxycoccos, Vaccinium vitis-idaea), mhux iffermentat u li ma fihx spirtu miżjud, kemm jekk fih iz-zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud u kemm jekk le

ex 2009 89

meraq tal-frott ta’ frott selvaġġ tal-ġeneru Vaccinium, mhux iffermentat u li ma fihx spirtu miżjud, kemm jekk fih iz-zokkor jew dolċifikant ieħor miżjud u kemm jekk le




ANNESS III

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI MSEMMI FL-ARTIKOLU 4 TAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1158 DWAR IL-KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-IMPORTAZZJONI TA’ IKEL U GĦALF LI JORIĠINAW MINN PAJJIŻI TERZI WARA L-AĊĊIDENT FL-IMPJANT TAL-ENERĠIJA NUKLEARI TA’ CHERNOBYL

image

image




ANNESS IV

STRUZZJONIJIET GĦAT-TLESTIJA TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI MSEMMI FL-ARTIKOLU 4 TAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE)2020/1158 DWAR IL-KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-IMPORTAZZJONIJIET TA’ IKEL U GĦALF LI JORIĠINA MINN PAJJIŻI TERZI WARA L-AĊĊIDENT FL-IMPJANT TAL-ENERĠIJA NUKLEARI TA’ CHERNOBYL

Ġenerali

Biex tagħżel pożittivament kwalunkwe għażla, jekk jogħġbok immarka l-kaxxa relevanti b’salib (X).

Kull meta jissemma’, “ISO” tfisser il-kodiċi standard internazzjonali b’żewġ ittri għal pajjiż, f’konformità mal-istandard internazzjonali ISO 3166 alfa-2 ( 3 ).

Tista’ tintgħażel waħda biss mill-għażliet fil-kaxex I.15, I.18, I.20.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, il-kaxex huma obbligatorji.

Jekk il-konsenjatarju, il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul (BCP) jew id-dettalji tat-trasport (jiġifieri, il-mezzi u d-data) jinbidlu wara li jkun inħareġ iċ-ċertifikat, l-operatur responsabbli mill-kunsinna jrid javża lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dħul. Bidla bħal din ma għandhiex tirriżulta f’talba għal ċertifikat ta’ sostituzzjoni.

Fil-każ li ċ-ċertifikat jiġi sottomess fl-IMSOC, japplika dan li ġej:

— 
l-entrati jew il-kaxex speċifikati fil-Parti I jikkostitwixxu d-dizzjunarji tad-data għall-verżjoni elettronika taċ-ċertifikat uffiċjali;
— 
is-sekwenzi tal-kaxex fil-Parti I tal-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali u d-daqs u l-forma ta’ dawn il-kaxex huma indikattivi;
— 
meta jkun meħtieġ timbru, l-ekwivalenti elettroniku tiegħu jkun siġill elettroniku. Tali siġill għandu jikkonforma mar-regoli għall-ħruġ taċ-ċertifikati elettroniċi msemmija f’punt (f) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) 2017/625.

Parti I: Dettalji tal-kunsinna mibgħuta



Pajjiż:

Isem il-pajjiż terz li joħroġ iċ-ċertifikat.

Kaxxa I.1.

Konsenjatur/Esportatur: isem u indirizz (triq, belt u reġjun, provinċja jew stat, kif xieraq) tal-persuna fiżika jew ġuridika li tibgħat il-kunsinna li trid tkun tinsab fil-pajjiż terz.

Kaxxa I.2.

Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat: il-kodiċi obbligatorju uniku assenjat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz f’konformità mal-klassifikazzjoni tiegħu stess. Din il-kaxxa hija obbligatorja għaċ-ċertifikati kollha mhux sottomessi fl-IMSOC.

Kaxxa I.2.a

Nru ta’ referenza IMSOC: il-kodiċi ta’ referenza uniku assenjat b’mod awtomatiku mill-IMSOC, jekk iċ-ċertifikat huwa rreġistrat fl-IMSOC. Din il-kaxxa ma tridx timtela jekk iċ-ċertifikat ma jiġix sottomess fl-IMSOC.

Kaxxa I.3.

Awtorità kompetenti ċentrali: isem l-awtorità ċentrali fil-pajjiż terz li joħroġ iċ-ċertifikat.

Kaxxa I.4.

Awtorità kompetenti lokali: meta applikabbli, isem l-awtorità lokali fil-pajjiż terz li joħroġ iċ-ċertifikat.

Kaxxa I.5.

Konsenjatarju/Importatur: isem u indirizz tal-persuna fiżika jew ġuridika li l-kunsinna fl-Istat Membru hija maħsuba għaliha.

Kaxxa I.6.

Operatur responsabbli mill-kunsinna: L-isem u l-indirizz tal-persuna fl-Unjoni Ewropea responsabbli mill-kunsinna meta tiġi ppreżentata fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li tagħmel id-dikjarazzjonijiet meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti bħala l-importatur jew f’isem l-importatur. Din il-kaxxa hija fakultattiva.

Kaxxa I.7.

Pajjiż tal-oriġini: l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż minn fejn ikunu qed joriġinaw, jitkabbru, jinħasdu jew jiġu prodotti l-oġġetti.

Kaxxa I.9.

Pajjiż tad-destinazzjoni: l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż tad-destinazzjoni tal-Unjoni Ewropea tal-prodotti.

Kaxxa I.11.

Post tad-dispaċċ: l-isem u l-indirizz tal-azjendi jew tal-istabbilimenti minn fejn jiġu l-prodotti.

Kwalunkwe unità ta’ kumpanija fis-settur tal-ikel. ►C1  Irid jissemma biss l-istabbiliment li jibgħat il-prodotti. ◄ Fil-każ ta’ kummerċ li jinvolvi aktar minn pajjiż terz wieħed (moviment triangolari), il-post tad-dispaċċ huwa l-aħħar stabbiliment fil-pajjiż terz tal-katina ta’ esportazzjoni li minnha l-kunsinna finali tiġi ttrasportata lejn l-Unjoni Ewropea.

Kaxxa I.12.

Post tad-destinazzjoni: din l-informazzjoni hija fakultattiva.

Għat-tqegħid fis-suq: il-post fejn jintbagħtu l-prodotti sabiex jinħattu definittivament. Agħti l-isem, l-indirizz u n-numru tal-approvazzjoni tal-azjendi jew tal-istabbilimenti tal-post tad-destinazzjoni, jekk applikabbli.

Kaxxa I.14.

Data u ħin tat-tluq: id-data meta jitilqu l-mezzi tat-trasport (ajruplan, bastiment, ferrovija jew vettura tat-triq).

Kaxxa I.15.

Mezzi tat-trasport: il-mezzi tat-trasport li jitilqu mill-pajjiż tad-dispaċċ.

Modi tat-trasport: ajruplan, bastiment, ferrovija, vettura tat-triq jew oħrajn. “Oħrajn” tfisser modi ta’ trasport mhux koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 (1).

Identifikazzjoni tal-mezzi tat-trasport: għall-ajruplani, in-numru tat-titjira, għall-bastimenti, l-isem/l-ismijiet tal-bastiment, għall-ferroviji, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-ferrovija u n-numru tal-vagun, għat-trasport bit-triq, il-pjanċa tan-numru ta’ reġistrazzjoni bil-pjanċa tan-numru tat-trejler, jekk applikabbli.

Fil-każ ta’ vapur, iridu jingħataw ukoll l-identifikazzjoni tal-vettura tat-triq, il-pjanċa tan-numru tar-reġistrazzjoni bil-pjanċa tan-numru tat-trejler meta applikabbli, u l-isem tal-vapur skedat.

Kaxxa I.16.

BCP tad-dħul: iddikjara isem il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tiegħu assenjat mill-IMSOC.

Kaxxa I.17.

Dokumenti ta’ akkumpanjament:

Rapport tal-laboratorju: indika n-numru ta’ referenza u d-data tal-ħruġ tar-rapport/riżultati tal-analiżi tal-laboratorju msemmija fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1158 .

Oħrajn: it-tip u n-numru ta’ referenza tad-dokument iridu jiġu ddikjarati meta kunsinna tiġi akkumpanjata minn dokumenti oħra bħal dokument kummerċjali (pereżempju, in-numru tal-polza tal-vjeġġ bl-ajru, in-numru tal-polza tal-kargu jew in-numru kummerċjali tal-ferrovija jew tal-vettura tat-triq).

Kaxxa I.18.

Kundizzjonijiet tat-trasport: kategorija tat-temperatura meħtieġa matul it-trasport tal-prodotti (ambjentali, imkessaħ, iffriżat). Tista’ tintgħażel kategorija waħda biss.

Kaxxa I.19.

Nru tal-Kontejner/Nru tas-Siġill: meta applikabbli, in-numri korrispondenti.

In-numru tal-kontejner irid jingħata jekk l-oġġetti jkunu ttrasportati f’kontejners magħluqin.

In-numru uffiċjali tas-siġill biss irid jiġi ddikjarat. Siġill uffiċjali japplika jekk siġill jitwaħħal fuq il-kontejner, it-trakk jew il-vagun tal-ferrovija taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat.

Kaxxa I.20.

Oġġetti ċċertifikati bħala: iddikjara l-użu maħsub għall-prodotti kif speċifikat fiċ-ċertifikat uffiċjali rilevanti tal-Unjoni Ewropea.

Konsum mill-bniedem: tikkonċerna biss lill-prodotti komposti maħsubin għall-konsum mill-bniedem.

Kaxxa I.22.

Għas-suq intern: għall-kunsinni kollha ddestinati li jeħtieġ jiġu introdotti fis-suq fl-Unjoni Ewropea.

Kaxxa I.23.

Numru totali ta’ pakketti: in-numru ta’ pakketti. Fil-każ ta’ kunsinni bl-ingrossa, din il-kaxxa hija fakultattiva.

Kaxxa I.24.

Kwantità:

Piż nett totali: dan huwa definit bħala l-massa tal-oġġetti nfushom mingħajr ebda kontenitur jew imballaġġ.

Piż gross totali: piż totali f’kilogrammi. Dan huwa ddefinit bħala l-massa aggregata tal-prodotti u tal-kontenituri immedjati u l-imballaġġ kollu tagħhom, iżda l-kontejners tat-trasport u tagħmir ieħor tat-trasport huma esklużi.

Kaxxa I.25.

Deskrizzjoni tal-oġġetti: Iddikjara l-kodiċi tas-Sistema Armonizzata (kodiċi SA) rilevanti u t-titlu ddefinit mill-Organizzazzjoni Dinjija Doganali kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2). Din id-deskrizzjoni doganali għandha tiġi ssupplimentata, jekk meħtieġ, b’informazzjoni addizzjonali meħtieġa għall-klassifikazzjoni tal-prodotti.

Indika l-ispeċi, it-tipi ta’ prodotti, in-numru ta’ pakketti, it-tip ta’ imballaġġ, in-numru tal-lott, il-piż nett, u l-konsumatur finali (jiġifieri l-prodotti huma ppakkjati għall-konsumatur finali).

Speċi: l-isem xjentifiku jew kif iddefinit f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Tip ta’ imballaġġ: identifika t-tip ta’ imballaġġ f’konformità mad-definizzjoni mogħtija fir-Rakkomandazzjoni Nru 21 (3) tal-UN/CEFACT (Ċentru tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iffaċilitar tal-Kummerċ u għan-Negozju Elettroniku).

(1)   

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).

(2)   

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(3)   

L-aħħar verżjoni: Reviżjoni 9 Annessi V u VI kif ippubblikat nhar: http://www.unece.org/tradewelcome/un-centre-for-trade-facilitation-and-e-business-uncefact/outputs/cefactrecommendationsrec-index/list-of-trade-facilitation-recommendations-n-21-to-24.ahtml.

Parti II: Ċertifikazzjoni

Din il-parti trid timtela minn uffiċjal li jiċċertifika awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz biex jiffirma ċ-ċertifikat uffiċjali, kif previst fl-Artikolu 88(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.



Kaxxa II.

Informazzjoni dwar is-saħħa: jekk jogħġbok imla din il-parti f’konformità mar-rekwiżiti speċifiċi tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea relatati man-natura tal-prodotti u kif iddefinit fil-ftehimiet ta’ ekwivalenza ma’ ċerti pajjiżi terzi jew f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni Ewropea, bħal dik għaċ-ċertifikazzjoni.

Fil-każ li ċ-ċertifikati uffiċjali ma jiġux sottomessi fl-IMSOC, id-dikjarazzjonijiet li mhumiex rilevanti jridu jinqatgħu, jiġu inizjalati u ttimbrati mill-uffiċjal li jiċċertifika, jew jitneħħew kompletament miċ-ċertifikat.

Fil-każ li ċ-ċertifikat jiġi sottomess fl-IMSOC, id-dikjarazzjonijiet li mhumiex rilevanti jridu jinqatgħu jew jitneħħew kompletament miċ-ċertifikat.

Kaxxa II.a.

Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat: l-istess kodiċi ta’ referenza bħal fil-kaxxa I.2.

Kaxxa II.b.

Nru ta’ referenza IMSOC: l-istess kodiċi ta’ referenza bħal fil-kaxxa I.2.a. Obbligatorju biss għaċ-ċertifikati uffiċjali maħruġa fl-IMSOC.

Uffiċjal li jiċċertifika:

Uffiċjal tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz awtorizzat biex jiffirma ċertifikati uffiċjali minn tali awtoritajiet: Indika l-isem b’ittri kbar, il-kwalifika u t-titlu, fejn applikabbli, in-numru ta’ identifikazzjoni u t-timbru oriġinali tal-awtorità kompetenti u d-data tal-firma.



( 1 ) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

( 2 ) Applikabbli mill-jum wara dak li fih id-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fih skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ.

( 3 ) Lista tal-ismijiet tal-pajjiżi u l-elementi tal-kodiċi fuq: http://www.iso.org/iso/country_codes/iso-3166-1_decoding_table.htm.