02020R1081 — MT — 27.05.2023 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1081

tat-22 ta’ Lulju 2020

li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-ħġieġ solari li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 238 23.7.2020, p. 43)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1033 tal-25 ta’ Mejju 2023

  L 139

44

26.5.2023




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1081

tat-22 ta’ Lulju 2020

li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-ħġieġ solari li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill



Artikolu 1

1  
►M1  Qed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ħġieġ solari magħmul minn ħġieġ ċatt ittemprat bil-ġir tas-soda, b’kontenut tal-ħadid ta’ anqas minn 300 ppm, trażmittanza solari ta’ aktar minn 88 % (imkejla skont l-AM1,5 300-2 500  nm), reżistenza għas-sħana sa 250 °C (imkejla skont l-EN 12150), reżistenza għal xokkijiet termali ta’ Δ 150 K (imkejla skont l-EN 12150) u li jkollu saħħa mekkanika ta’ 90 N/mm2 jew aktar (imkejla skont l-EN 1288-3), li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 7007 19 80 (kodiċijiet TARIC 7007198012 , 7007198018 , 7007198080 u 7007198085 ) u li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-ħġieġ solari soġġett għad-dazju kumpensatorju jinkludi l-ħġieġ kollu li jissodisfa l-karatteristiċi tekniċi u fiżiċi msemmijin hawn fuq, sew jekk jintuża għall-moduli fotovoltajċi, għall-kolletturi tal-enerġija fototermika ċatti, għall-għamara, biex jinbnew is-serer, sew għal użi oħra. ◄
2  

Ir-rati tad-dazju kumpensatorju applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati fit-tabella, jkunu kif ġej:



Kumpanija

Dazju kumpensatorju

Kodiċi addizzjonali tat-TARIC

Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd

3,2 %

B943

Zhejiang Hehe Photovoltaic Glass Technology Co., Ltd

17,1 %

B944

Zhejiang Jiafu Glass Co., Ltd; Flat Solar Glass Group Co., Ltd; Shanghai Flat Glass Co., Ltd

12,8 %

B945

Henan Yuhua New Material Co., Ltd

16,7 %

B946

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness I

12,4 %

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

17,1 %

B999

3  
L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju kumpensatorju individwali speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha ssir bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li trid tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I. Jekk ma tiġix ippreżentata din il-fattura, gћandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-“kumpaniji l-oћrajn kollha”.
4  
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS 1



Isem

Kodiċi addizzjonali TARIC

Avic Sanxin Sol-Glass Co. Ltd u Avic (Hainan) Special Glass Material Co., Ltd

B949

Avic Sanxin Sol-Glass Co. Ltd;

B950

Dongguan CSG Solar Glass Co., Ltd

B951

Pilkington Solar Taicang Limited

B952

Novatech Glass Co., Ltd

B954




ANNESS 2

Il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3) irid ikun fiha dan li ġej:

1. 

L-isem u l-kariga tal-uffiċjal tal-entità li tkun qed toħroġ il-fattura kummerċjali.

2. 

Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, is-sottoskritt, niddikjara li (l-erja f’m2) ta’ ħġieġ solari mibjugħin gћall-esportazzjoni fl-Unjoni Ewropea li huma koperti b’din il-fattura ġew immanifatturati minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (il-kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.”

3. 

Id-data u l-firma tal-uffiċjal tal-entità li tkun qed toħroġ il-fattura kummerċjali.