02020R0692 — MT — 20.01.2022 — 002.002
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174 3.6.2020, p. 379) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1703 tat-13 ta’ Lulju 2021 |
L 339 |
29 |
24.9.2021 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1705 tal-14 ta’ Lulju 2021 |
L 339 |
40 |
24.9.2021 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/54 tal-21 ta’ Ottubru 2021 |
L 10 |
1 |
17.1.2022 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/692
tat-30 ta’ Jannar 2020
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
PARTI I
REGOLI ĠENERALI
TITOLU 1
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Il-Parti I tistabbilixxi:
l-obbligi fuq l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri sabiex tippermetti d-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali ta’ speċijiet u ta’ kategoriji ta’ annimali li koperti mill-Partijiet II sa VI (l-Artikoli 3 u 4);
l-obbligi fuq l-operaturi rigward id-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul, ta’ konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali koperti mill-Partijiet II sa VI (l-Artikolu 5);
ir-rekwiżiti ġenerali dwar is-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul tal-konsenji msemmija fil-punti (a) u (b), u d-derogi minn dawk ir-rekwiżiti ġenerali, applikabbli għall-ispeċijiet kollha u għall-kategoriji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali koperti mill-Partijiet II sa VI (l-Artikoli 6 sa 10).
Barra minn hekk, din tistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali li huma applikabbli wkoll għal kull waħda minn dawk l-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali terrestri, partikolarment:
ungulati miżmuma ta’ speċijiet elenkati (it-Titolu 2);
pollam u għasafar miżmuma, ħlief l-għasafar miżmuma importati għall-programmi ta’ konservazzjoni approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni (it-Titolu 3);
naħal tal-għasel (Apis mellifera) u naħal bagħli (Bombus spp.) (it-Titolu 4);
klieb, qtates u inmsa (it-Titolu 5).
Il-Parti III tistabbilixxi r-rekwiżiti ġenerali dwar is-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni, kif ukoll għall-moviment u għall-immaniġġjar wara d-dħul, u d-derogi mit-tali rekwiżiti għall-prodotti ġerminali tal-ispeċijiet u tal-kategoriji li ġejjin ta’ annimali terrestri miżmuma:
annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini (it-Titolu 1);
pollam u għasafar miżmuma (it-Titolu 2);
annimali għajr dawk elenkati fil-punti (a) u (b) (it-Titolu 3).
Il-Parti IV tistabbilixxi r-rekwiżiti ġenerali dwar is-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni, kif ukoll għall-moviment u għall-immaniġġjar wara d-dħul, u d-derogi minn dawk ir-rekwiżiti għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali tal-ispeċijiet u tal-kategoriji li ġejjin ta’ annimali terrestri:
ungulati miżmuma u selvaġġi ta’ speċijiet elenkati;
pollam;
għasafar tal-kaċċa.
Il-Parti V tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni, kif ukoll għall-moviment u għall-immaniġġjar wara d-dħul, u d-derogi minn dawk ir-rekwiżiti għall-ispeċijiet li ġejjin ta’ annimali akkwatiċi fl-istadji kollha tal-ħajja kif ukoll il-prodotti li joriġinaw mill-annimali tagħhom, minbarra l-prodotti li joriġinaw mill-annimali għajr l-annimali akkwatiċi ħajjin li jkunu maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem u l-annimali akkwatiċi selvaġġi u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn dawk l-annimali akkwatiċi selvaġġi li jinħattu minn bastimenti tas-sajd maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem:
ħut tal-ispeċijiet elenkati li jappartjenu għas-superklassi Agnatha u għall-klassijiet Chondrichthyes, Sarcopterygii u Actinopterygii;
molluski akkwatiċi tal-ispeċijiet elenkati li jappartjenu għall-filum Mollusca;
krustaċji akkwatiċi tal-ispeċijiet elenkati li jappartjenu għas-subfilum Crustacea;
l-annimali akkwatiċi tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness XXIX li huma suxxettibbli għall-mard akkwatiku li għalih ċerti Stati Membri għandhom miżuri nazzjonali sabiex jillimitaw l-impatt tal-mard għajr il-mard elenkat, kif previst fl-Artikolu 226 tar-Regolament (UE) 2016/429.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, ħlief meta dawk id-definizzjonijiet ikopru termini li huma ddefiniti fit-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu.
Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin ukoll:
“pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu elenkati” tfisser pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu inklużi f’lista ta’ pajjiżi terzi, ta’ territorji jew ta’ żoni tagħhom, jew kompartimenti fil-każ ta’ annimal tal-akkwakultura, li minnhom id-dħul fl-Unjoni ta’ speċi u ta’ kategorija partikolari ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali huwa awtorizzat skont l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 230(1) tar-Regolament (UE) 2016/429;
“il-lista” tfisser il-lista ta’ pajjiżi terzi, ta’ territorji jew ta’ żoni tagħhom, jew kompartimenti fil-każ ta’ annimal tal-akkwakultura, awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ speċi u ta’ kategorija partikolari ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali jew ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali skont l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 230(1) tar-Regolament (UE) 2016/429;
“mezz tat-trasport” tfisser veikola tat-triq jew vettura ferrovjarja, bastimenti u inġenji tal-ajru;
“kontenitur” tfisser kwalunkwe ċestun, kaxxa, reċipjent jew struttura riġida oħra għat-trasport ta’ annimali, prodotti ġerminali jew prodotti li joriġinaw mill-annimali li ma jkunux il-mezz tat-trasport;
“annimal bovin” tfisser annimal tal-ispeċijiet ta’ ungulati li jappartjenu għall-ġeneri Bison, Bos (inklużi s-subġeneri Bos, Bibos, Novibos, Poephagus) u Bubalus (inkluż is-subġeneru Anoa) u l-frieħ tal-inkroċjar tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;
“annimal ovin” tfisser annimal tal-ispeċijiet ta’ ungulati li jappartjenu għall-ġeneru Ovis u l-frieħ tal-inkroċjar tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;
“annimal kaprin” tfisser annimal tal-ispeċijiet ta’ ungulati li jappartjenu għall-ġeneru Capra u l-frieħ tal-inkroċjar tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;
“annimal porċin” tfisser annimal tal-ispeċijiet tal-ungulati li jappartjenu għall-familja Suidae elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/429 għall-fini tad-dħul fl-Unjoni ta’ annimal jew ta’ annimal tal-ispeċi Sus scrofa għall-fini tad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti ġerminali;
“annimal ekwin” tfisser annimal tal-ispeċijiet ta’ solipedi li jappartjenu għall-ġeneru Equus (inklużi żwiemel, ħmir u żebri) u l-frieħ tal-inkroċjar tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;
“annimal kamelid” tfisser annimal tal-ispeċijiet ta’ ungulati li jappartjenu għall-familja Camelidae elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/429;
“annimal ċervid” tfisser annimal tal-ispeċijiet ta’ ungulati li jappartjenu għall-familja Cervidae elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/429;
“annimal ekwin irreġistrat” tfisser:
annimal tat-tnissil ta’ razza pura tal-ispeċijiet Equus caballus u Equus asinus imdaħħal jew eliġibbli għad-dħul fit-taqsima prinċipali ta’ ktieb tat-tnissil stabbilit minn soċjetà tat-tnissil jew minn korp tat-tnissil rikonoxxuti skont l-Artikolu 4 jew 34 tar-Regolament (UE) 2016/1012;
annimal miżmum tal-ispeċi Equues caballus irreġistrat ma’ assoċjazzjoni jew ma’ organizzazzjoni internazzjonali, direttament jew permezz tal-federazzjoni jew il-fergħat nazzjonali tagħha, li tamministra ż-żwiemel għall-kompetizzjoni jew għat-tiġrijiet (“żiemel irreġistrat”);
“annimali maħsuba għall-iskarnar” tfisser annimali terrestri miżmuma li jkunu se jiġu ttrasportati, b’mod dirett jew inkella wara li ssirilhom operazzjoni ta’ assemblaġġ, lejn biċċerija;
“il-marda ma ġietx irrapportata” tfisser li l-ebda annimal jew grupp ta’ annimali tal-ispeċijiet rilevanti miżmuma fl-istabbiliment ma kien ikklassifikat bħala każ ikkonfermat ta’ dik il-marda u kwalunkwe każ suspettat ta’ dik il-marda jkun ġie eskluż;
“grupp sanitarju” tfisser grupp ta’ pajjiżi terzi elenkati li fihom jipprevalu riskji komuni għas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-mard elenkat għall-annimali ekwini li jirrikjedu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju speċifiċi u garanziji tas-saħħa meta l-annimali ekwini jidħlu fl-Unjoni;
“qatgħa” tfisser il-pollam u l-għasafar miżmuma kollha tal-istess stat ta’ saħħa li jinżammu fl-istess binja jew fl-istess spazju magħluq u li jikkostitwixxu unità epidemjoloġika waħda; il-pollam miżmum f’bini, dan jinkludi l-għasafar kollha li jikkondividu l-istess spazju tal-arja.
“pollam tat-tnissil” tfisser pollam li jkollu 72 siegħa jew aktar, li jkun maħsub għall-produzzjoni tal-bajd għat-tifqis;
“pollam produttiv” tfisser pollam li jkollu 72 siegħa jew aktar, imrobbi għall-produzzjoni tal-laħam, tal-bajd għall-konsum jew ta’ prodotti oħra jew għar-riforniment tal-provvisti tal-għasafar tal-kaċċa;
“flieles ta’ ġurnata” tfisser il-pollam li jkollu anqas minn 72 siegħa;
“naħla tal-għasel” tfisser annimal tal-ispeċi Apis mellifera;
“naħla bagħlija” tfisser annimal tal-ispeċijiet li jappartjenu għall-ġeneru Bombus;
“kelb” tfisser annimal miżmum tal-ispeċi Canis lupus;
“qattus” tfisser annimal miżmum tal-ispeċi Felis silvestris;
“nemes” tfisser annimal miżmum tal-ispeċi Mustela putorius furo;
“numru ta’ approvazzjoni uniku” tfisser numru li jkun assenjat mill-awtorità kompetenti;
“bajd ħieles minn patoġeni speċifikati” tfisser bajd għat-tifqis idderivat minn “qatgħat ta’ tiġieġ ħielsa minn patoġeni speċifikati”, kif deskritt fil-Farmakopoeja Ewropea u li huwa maħsub biss għal użu dijanjostiku, ta’ riċerka jew farmaċewtiku;
“konsenja ta’ semen, ta’ ooċiti jew ta’ embrijuni” jew “konsenja ta’ prodotti ġerminali” tfisser kwantità ta’ semen, ta’ ooċiti, ta’ embrijuni dderivati in vivo jew ta’ embrijuni prodotti in vitro mibgħuta minn stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat wieħed kopert minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali wieħed;
“semen” tfisser l-eġakulat ta’ annimal jew annimali, kemm fl-istat mhux mibdul kif ukoll ippreparat jew dilwit;
“ooċiti” tfisser l-istadji aplojde tal-ootidoġenesi, inklużi ooċiti sekondarji u ova;
“embrijun” tfisser l-istadju inizjali tal-iżvilupp ta’ annimal waqt li jkun jista’ jiġi ttrasferit lejn omm riċevitur;
“stabbiliment ta’ prodotti ġerminali approvat” tfisser ċentru tal-ġbir tas-semen, grupp għall-ġbir tal-embrijuni, grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni, stabbiliment tal-ipproċessar ta’ prodotti ġerminali jew ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali;
“veterinarju taċ-ċentru” tfisser il-veterinarju responsabbli għall-attivitajiet imwettqa fiċ-ċentru għall-ġbir tas-semen, fl-istabbiliment għall-ipproċessar ta’ prodotti ġerminali jew fiċ-ċentru tal-ħżin ta’ prodotti ġerminali kif stipulat f’dan ir-Regolament;
“veterinarju tal-grupp” tfisser il-veterinarju responsabbli għall-attivitajiet imwettqa minn grupp ta’ ġbir ta’ embrijuni jew minn grupp ta’ produzzjoni ta’ embrijuni kif stipulat f’dan ir-Regolament;
“akkomodazzjoni fi kwarantina” tfisser faċilità awtorizzata mill-awtorità kompetenti għall-fini tal-iżolament ta’ annimali bovini, porċini, ovini jew kaprini għal perjodu ta’ mill-inqas 28 jum qabel ma jiddaħħlu f’ċentru tal-ġbir tas-semen;
“ċentru għall-ġbir tas-semen” tfisser stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat mill-awtorità kompetenti għall-ġbir, għall-ipproċessar, għall-ħżin u għat-trasport ta’ semen ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini maħsuba għad-dħul fl-Unjoni;
“grupp ta’ ġbir tal-embrijuni” tfisser stabbiliment tal-prodotti ġerminali magħmul minn grupp ta’ professjonisti jew minn struttura approvata mill-awtorità kompetenti għall-ġbir, għall-ipproċessar, għall-ħżin u għat-trasport ta’ embrijuni dderivati in vivo maħsuba għad-dħul fl-Unjoni;
“grupp ta’ produzzjoni tal-embrijuni” tfisser stabbiliment tal-prodotti ġerminali magħmul minn grupp ta’ professjonisti jew minn struttura approvata mill-awtorità kompetenti għall-ġbir, għall-ipproċessar, għall-ħżin u għat-trasport ta’ ooċiti, u għall-produzzjoni in vitro, fejn applikabbli b’semen maħżun, għall-ipproċessar, għall-ħażna u għat-trasport ta’ embrijuni, it-tnejn li huma maħsuba għad-dħul fl-Unjoni;
“stabbiliment għall-ipproċessar ta’ prodotti ġerminali” tfisser stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat mill-awtorità kompetenti għall-ipproċessar, inkluż is-sessaġġ tas-semen, fejn xieraq, u għall-ħżin ta’ semen, ta’ ooċiti jew ta’ embrijuni ta’ speċi waħda jew aktar, jew kwalunkwe taħlita ta’ dawk it-tipi ta’ prodotti ġerminali jew ta’ speċijiet, maħsuba għad-dħul fl-Unjoni;
“ċentru għall-ħżin ta’ prodotti ġerminali” tfisser stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat mill-awtorità kompetenti għall-ħżin ta’ semen, ta’ ooċiti jew ta’ embrijuni ta’ speċi waħda jew aktar, jew kwalunkwe taħlita ta’ dawk it-tipi ta’ prodotti ġerminali jew ta’ speċijiet, maħsuba għad-dħul fl-Unjoni;
“laħam” tfisser il-partijiet kollha ta’ ungulati, ta’ pollam u ta’ għasafar tal-kaċċa li huma xierqa għall-konsum mill-bniedem, inkluż id-demm;
“laħam frisk” tfisser laħam, ikkapuljat u preparati tal-laħam, inklużi dawk imgeżwra f’vakwu jew imgeżwra f’atmosfera kkontrollata, li ma jkun sarilhom l-ebda proċess ta’ preservazzjoni għajr tkessiħ, iffriżar jew iffriżar rapidu;
“karkassa ta’ ungulat” tfisser il-ġisem sħiħ ta’ ungulat skarnat jew maqtul wara:
il-fsad, fil-każ ta’ annimali skarnati;
l-evixxerazzjoni;
it-tneħħija tar-riġlejn mill-karpu u mit-tarsu;
it-tneħħija tad-denb, tad-driegħ, tar-ras u tal-ġilda, ħlief fl-annimali porċini.
“ġewwieni” tfisser laħam frisk għajr dak ta’ karkassa ta’ ungulat anki jekk jibqa’ mwaħħal b’mod naturali mal-karkassa;
“prodotti tal-laħam” tfisser prodotti pproċessati, inklużi l-istonkijiet, il-boroż tal-awrina u l-intestini ttrattati, xaħam imdewweb tal-annimali u l-estratti tal-laħam li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-laħam jew mill-ipproċessar ulterjuri ta’ tali prodotti pproċessati, sabiex il-wiċċ maqtugħ juri li l-prodott ma għadx għandu l-karatteristiċi ta’ laħam frisk;
“budellat” tfisser il-vexxiki u l-intestini li wara t-tindif ikunu ġew ipproċessati bil-brix, bit-tneħħija tax-xaħam u bil-ħasil tat-tessuti u li jkunu ġew ittrattati bil-melħ jew imnixxfin;
“kolostru” tfisser il-fluwidu li jnixxi mill-glandoli mammarji tal-annimali miżmuma sa bejn 3 u 5 ijiem wara l-ħlas li jkun rikk fl-antikorpi u fil-minerali, u jippreċedi l-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat;
“prodotti bbażati fuq il-kolostru” tfisser prodotti pproċessati mill-ipproċessar tal-kolostru jew mill-ipproċessar ulterjuri tat-tali prodotti pproċessati;
“dgħajsa barrada” tfisser “dgħajsa barrada” kif definita fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/990 ( 1 );
“IMSOC” tfisser is-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali prevista fl-Artikolu 131 tar-Regolament (UE) 2017/625 ( 2 ).
TITOLU 2
REKWIŻITI ĠENERALI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI, U GĦALL-MOVIMENT U GĦALL-IMMANIĠĠJAR WARA D-DĦUL TA’ KONSENJI TA’ ANNIMALI, TA’ PRODOTTI ĠERMINALI U TA’ PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI
Artikolu 3
Obbligi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri
L-awtorità kompetenti għandha tippermetti d-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali ta’ speċijiet u ta’ kategoriji koperti mill-Partijiet II sa VI, li jiġu ppreżentati għall-fini tal-kontrolli uffiċjali kif previst fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, dment li:
il-konsenji jkunu ġejjin minn:
fil-każ ta’ annimali terrestri, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, pajjiż terz elenkat jew territorju jew żona tiegħu għall-ispeċi u għall-kategorija partikolari ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali;
fil-każ ta’ annimali akkwatiċi, pajjiż terz elenkat jew territorju jew żona tiegħu għall-ispeċi u għall-kategorija partikolari ta’ annimali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, u fil-każ ta’ annimali tal-akkwakultura, pajjiż terz elenkat jew territorju jew żona jew kompartiment tiegħu elenkat għal dak l-għan.
l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini tkun iċċertifikat li l-konsenji jikkonformaw ma’:
ir-rekwiżiti ġenerali dwar is-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali stabbiliti f’dan l-Artikolu, fl-Artikolu 4 u fl-Artikoli 6 sa 10;
ir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali applikabbli għall-ispeċi u għall-kategorija partikolari ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u għall-użu maħsub, kif stipulat fil-Partijiet II sa VI;
il-konsenji jkunu akkumpanjati mid-dokumenti li ġejjin li bihom l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini tkun ipprovdiet il-garanziji neċessarji fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali msemmija fil-punt (b):
ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini, speċifiku għall-ispeċi u għall-kategorija partikolari ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u għall-użu maħsub tagħhom;
dikjarazzjoni u dokumenti oħra, fejn meħtieġa f’dan ir-Regolament.
Fil-każ ta’ konsenji ta’ annimali u ta’ bajd għat-tifqis, iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fil-punt (c)(i) irid ikun inħareġ fi ħdan il-perjodu ta’ 10 ijiem qabel id-data tal-wasla tal-konsenja fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera; madankollu, fil-każ ta’ trasport bil-baħar, dak il-perjodu jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali li jikkorrispondi għad-durata tal-vjaġġ bil-baħar.
Artikolu 4
Id-data ta’ ċertifikazzjoni tal-konsenji
Artikolu 5
Obbligi tal-operaturi
L-operaturi responsabbli għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali tal-ispeċijiet u tal-kategoriji li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jippreżentaw dawk il-konsenji lill-awtorità kompetenti fl-Unjoni għall-fini tal-kontrolli uffiċjali, kif previst fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, u għandhom jiżguraw li t-tali konsenji jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
ir-rekwiżiti ġenerali dwar is-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 u fl-Artikoli 6 sa 10;
ir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali applikabbli għall-ispeċi u għall-kategorija partikolari ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali tal-konsenja u għall-użu maħsub tagħha, kif stipulat fil-Partijiet II sa VI.
L-operaturi responsabbli għall-moviment tal-konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali tal-ispeċijiet u tal-kategoriji li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mill-punt tad-dħul fl-Unjoni sal-post ta’ destinazzjoni tagħhom, u dawk responsabbli għall-immaniġġjar tat-tali konsenji wara d-dħul tagħhom fl-Unjoni għandhom jiżguraw li l-konsenji:
huma permessi jidħlu fl-Unjoni mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 3;
jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għall-moviment u għall-immaniġġjar tat-tali konsenji wara d-dħul fl-Unjoni għall-ispeċijiet u għall-kategoriji speċifiċi ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali stabbiliti fil-Partijiet II sa VI;
ma jiġux allokati għal użi oħra li ma jkunux dawk li għalihom kienu ġew iċċertifikati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini għad-dħul fl-Unjoni.
Artikolu 6
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali u s-sistemi nazzjonali tas-saħħa tal-annimali tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini
Il-konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom ikunu permessi jidħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz jew minn territorju biss meta:
kwalunkwe suspett u każ ikkonfermat ta’ marda elenkata msemmija fl-Anness I, rilevanti għall-ispeċijiet elenkati ta’ annimali fil-konsenja jew għall-ispeċijiet elenkati ta’ annimali ta’ oriġini tal-prodotti ġerminali jew tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali fil-konsenja awtorizzati sabiex jidħlu fl-Unjoni, ikunu meħtieġa bil-liġi li jiġu nnotifikati u rrapportati lill-awtorità kompetenti;
ikun hemm fis-seħħ sistemi għad-detezzjoni ta’ mard emerġenti;
ikun hemm fis-seħħ sistemi li jiżguraw li t-tagħlif tal-fdalijiet ma jkunx sors tal-mard elenkat imsemmi fl-Anness I għal:
l-annimali maħsuba għad-dħul fl-Unjoni;
jew
l-annimali li minnhom jinkisbu l-prodotti ġerminali maħsuba għad-dħul fl-Unjoni;
jew
l-annimali li minnhom jinkisbu l-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għad-dħul fl-Unjoni.
Artikolu 7
Rekwiżiti ġenerali rigward l-istat tas-saħħa tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali
Il-konsenji ta’ annimali għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja:
ma jkunux annimali li jridu jinqatlu skont programm nazzjonali mwettaq fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini għall-eradikazzjoni ta’ mard, inkluż il-mard elenkat rilevanti msemmi fl-Anness I u l-mard emerġenti;
ma jkunux urew sintomi ta’ mard trażmissibbli fil-mument tat-tagħbija għad-dispaċċ lejn l-Unjoni;
ikunu joriġinaw minn stabbiliment li, fil-mument tad-dispaċċ tagħhom minn dak l-istabbilment lejn l-Unjoni, ma kienx soġġett għal miżuri nazzjonali ta’ restrizzjoni:
għal raġunijiet relatati mas-saħħa tal-annimali;
fil-każ ta’ annimali tal-akkwakultura, għal raġunijiet relatati mas-saħħa tal-annimali jew minħabba l-okkorrenza ta’ mortalitajiet anormali b’kawża indeterminata.
Il-konsenji ta’ prodotti ġerminali għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu nkisbu mingħand annimali li fil-mument tal-ġbir:
ma kinux juru xi sintomu ta’ mard trażmissibbli;
kienu miżmuma fi stabbiliment li ma kienx soġġett għal miżuri nazzjonali ta’ restrizzjoni għal raġunijiet relatati mas-saħħa tal-annimali, inklużi restrizzjonijiet relatati mal-mard elenkat rilevanti msemmi fl-Anness I u mal-mard emerġenti.
Il-konsenji ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu nkisbu mingħand annimali li:
fil-każ ta’ annimali terrestri, ma kinux juru sintomi ta’ mard trażmissibbli fil-mument:
tal-qtil jew tal-iskarnar, għall-produzzjoni ta’ laħam frisk u ta’ prodotti tal-laħam;
jew
tal-ġbir tal-ħalib jew tal-bajd.
fil-każ ta’ annimali akkwatiċi, ma wrewx sintomi ta’ mard trażmissibbli fil-ħin tal-iskarnar jew tal-ġbir għall-produzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali.
ma nqatlux, ma ġewx skarnati jew, fil-każ ta’ molluski u ta’ krustaċji ħajjin ma tneħħewx mill-ilma, skont programm nazzjonali għall-eradikazzjoni tal-mard;
kienu miżmuma fi stabbiliment li ma kienx soġġett għal miżuri nazzjonali ta’ restrizzjoni għal raġunijiet relatati mas-saħħa tal-annimali, inkluż fejn rilevanti, il-mard elenkat imsemmi fl-Anness I u l-mard emerġenti, fil-mument:
tal-qtil jew tal-iskarnar ta’ dawk l-annimali għall-produzzjoni ta’ laħam frisk u ta’ prodotti tal-laħam jew ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali minn annimali akkwatiċi; jew
tal-ġbir tal-ħalib u tal-bajd.
Artikolu 8
Rekwiżiti ġenerali rigward l-istabbiliment ta’ oriġini tal-annimali
Minbarra r-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fil-Partijiet II sa V, il-konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-istabbiliment ta’ oriġini tal-annimali miżmuma, jew l-istabbiliment ta’ oriġini tal-annimali miżmuma li minnhom inkisbu l-prodotti ġerminali jew il-prodotti li joriġinaw mill-annimali, ikun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
irid ikun irreġistrat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini u assenjat numru ta’ reġistrazzjoni uniku;
għandu jkun approvat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew territorju tal-oriġini, fejn dan ikun mitlub minn u skont il-kundizzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament, u assenjat numru tal-approvazzjoni uniku;
irid ikun taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini;
irid ikollu fis-seħħ sistema għall-manutenzjoni u għaż-żamma, għal perjodu minimu ta’ 3 snin, ta’ rekords aġġornati li tal-anqas ikun fihom l-informazzjoni li ġejja:
l-ispeċijiet, il-kategoriji, in-numru u, fejn rilevanti, l-identifikazzjoni tal-annimali fl-istabbiliment;
il-movimenti tal-annimali fl-istabbiliment u barra minnu;
il-mortalità fl-istabbiliment.
irid jirċievi żjarat regolari tas-saħħa tal-annimali minn veterinarju għall-fini tad-detezzjoni ta’ sinjali indikattivi tal-okkorrenza tal-mard, u għall-fini ta’ informazzjoni dwar sinjali indikattivi tal-okkorrenza tal-mard, li jinkludi dak il-mard elenkat imsemmi fl-Anness I rilevanti għall-ispeċi u għall-kategorija partikolari ta’ annimal, ta’ prodott ġerminali jew ta’ prodott ta’ oriġini mill-annimali u l-mard emerġenti.
Tali żjarat tas-saħħa tal-annimali għandhom isiru fi frekwenzi li huma proporzjonati mar-riskju impost mill-istabbiliment ikkonċernat.
Artikolu 9
Kampjunar, testijiet fil-laboratorju u testijiet oħra
Il-konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-kampjunar, it-testijiet fil-laboratorju u testijiet oħra meħtieġa minn dan ir-Regolament ikunu saru:
fuq kampjuni meħuda mill-awtorità kompetenti jew taħt il-kontroll tat-tali awtorità kompetenti:
tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini fejn il-kampjunar u l-ittestjar ikunu meħtieġa qabel id-dħul fl-Unjoni;
jew
tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni fejn il-kampjunar u l-ittestjar ikunu meħtieġa wara d-dħul fl-Unjoni;
f’konformità:
mal-proċeduri u mal-metodi rilevanti stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 u fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 ( 3 );
jew
għall-fini tad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini, il-proċeduri u l-metodi stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/686 ( 4 );
jew
il-proċeduri deskritti f’dan ir-Regolament, fejn ikunu meħtieġa speċifikament.
f’laboratorju uffiċjali ddeżinjat f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2017/625.
Artikolu 10
Ħelsien mill-mard tal-post ta’ oriġini u kundizzjonijiet speċifiċi
Il-konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-ħelsien minn mard partikolari tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini jew taż-żona tiegħu jew tal-istabbiliment ta’ oriġini tal-annimali, tal-prodotti ġerminali jew tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, meħtieġ minn dan ir-Regolament ikun intwera mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini:
skont ir-Regolament Delegat (UE) 2020/689;
jew
għal mard li ma jaqax fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, skont regoli speċifiċi, fejn dawn ir-regoli huma stipulati f’dan ir-Regolament u fil-programm ta’ sorveljanza tal-mard implimentat mill-pajjiż terz jew mit-territorju ta’ oriġini, li jrid ikun ġie:
sottomess lill-Kummissjoni għall-valutazzjoni u jkun fih tal-anqas l-informazzjoni msemmija fl-Anness II;
ivvalutat mill-Kummissjoni bħala wieħed li jipprovdi l-garanziji neċessarji rigward il-ħelsien mill-mard fuq il-bażi:
fis-seħħ għal perjodu suffiċjenti ta’ żmien sabiex ikun jista’ jiġi implimentat bis-sħiħ u ssorveljat kif xieraq.
Fejn kundizzjonijiet speċifiċi relatati mal-ħelsien minn mard partikolari tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini, jew żona ta’ dan, ikunu meħtieġa f’dan ir-Regolament:
l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini trid tkun iggarantiet minn qabel il-konformità tagħha;
dawk il-kundizzjonijiet speċifiċi għandhom ikunu ġew assenjati b’mod speċifiku mill-Unjoni fil-lista għall-pajjiż terz elenkat jew territorju, żona jew kompartiment tiegħu u għall-ispeċi u għall-kategorija partikolari ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali.
PARTI II
REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ ANNIMALI TERRESTRI MIŻMUMA KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLI 3 U 5
TITOLU 1
REKWIŻITI ĠENERALI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAL ANNIMALI TERRESTRI MIŻMUMA
Artikolu 11
Il-perjodu ta’ residenza meħtieġ għall-annimali terrestri miżmuma
Il-konsenji ta’ annimali terrestri miżmuma għajr klieb, qtates u inmsa għandhom ikunu awtorizzati li jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
l-annimali jkunu kkonformaw mal-perjodu ta’ residenza stipulat fit-tabelli li ġejjin tal-Anness III għal perjodu kontinwu ta’ żmien li jaħbat eżatt qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni:
it-Tabella 1 fil-każ ta’ ungulati, ta’ naħal tal-għasel u ta’ naħal bagħli;
it-Tabella 2 fil-każ ta’ pollam u ta’ għasafar miżmuma.
l-annimali:
baqgħu kontinwament fil-pajjiż terz jew fit-territorju tal-oriġini jew fiż-żona tiegħu matul il-perjodu indikat fit-tieni kolonna tat-Tabella 1 fl-Anness III u t-tielet kolonna tat-Tabella 2 fl-Anness III;
baqgħu kontinwament fl-istabbiliment tal-oriġini, u ma ġew introdotti l-ebda annimali f’dak l-istabbiliment matul il-perjodu indikat fit-tielet kolonna tat-Tabella 1 fl-Anness III u r-raba’ kolonna tat-Tabella 2 fl-Anness III;
ma kellhomx kuntatt ma’ annimali bi stat ta’ saħħa inferjuri matul il-perjodu indikat fir-raba’ kolonna tat-Tabella 1 fl-Anness III u l-ħames kolonna tat-Tabella 2 fl-Anness III.
Artikolu 12
Derogi rigward il-perjodu ta’ residenza għal żwiemel irreġistrati għall-kompetizzjoni, għat-tiġrijiet u għall-avvenimenti kulturali
B’deroga mill-punt (b)(i) tal-Artikolu 11, annimali ekwini minbarra annimali ekwini maħsuba għall-iskarnar għandhom jitqiesu bħala konformi mal-perjodu ta’ residenza previst fit-Tabella 1 tal-Anness III, jekk qabel id-dispaċċ tagħhom lejn l-Unjoni jkunu ilhom residenti matul il-perjodu indikat fit-tieni kolonna tat-Tabella 1 tal-Anness III minbarra fil-pajjiż terz jew it-territorju ta’ oriġini jew żona tiegħu wkoll fi:
Stat Membru;
jew
fil-każ taż-żwiemel irreġistrati, pajjiż terz elenkat, jew territorju ta’ residenza intermedja, jew żona tiegħu, mnejn id-dħul fl-Unjoni taż-żwiemel irreġistrati jkun awtorizzat għal dak l-għan u dment li jkunu ġew introdotti fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini, jew f’żona tiegħu, skont rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali li jipprovdu garanziji dwar is-saħħa tal-annimal li tal-anqas ikunu stretti daqs dawk applikabbli għad-dħul dirett fl-Unjoni ta’ żwiemel irreġistrati għall-kompetizzjoni u għat-tiġrijiet minn dak il-pajjiż terz jew it-territorju ta’ residenza intermedja, jew żona tiegħu.
Permezz ta’ deroga mill-punt (b)(ii) tal-Artikolu 11, iż-żwiemel irreġistrati għall-kompetizzjoni, għat-tiġrijiet u għal avvenimenti kulturali ekwestri għandhom jitqiesu bħala konformi mar-rekwiżiti ta’ residenza previsti fit-tielet kolonna tat-Tabella 1 tal-Anness III jekk kienu residenti fil-pajjiż terz ta’ oriġini jew fil-pajjiż terz ta’ residenza intermedja fi stabbilimenti li mhumiex l-istabbiliment ta’ oriġini dment li l-istabbilimenti l-oħra:
kienu taħt is-superviżjoni tal-veterinarju uffiċjali f’pajjiż terz jew f’territorju;
ma kinux soġġetti għal miżuri nazzjonali ta’ restrizzjoni għal raġunijiet relatati mas-saħħa tal-annimali, inklużi restrizzjonijiet relatati mal-mard rilevanti msemmi fl-Anness I u mal-mard emerġenti relevanti;
jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali stabbiliti fl-Artikolu 23.
Barra minn hekk, permezz ta’ deroga mill-punt (b)(ii) tal-Artikolu 11, iż-żwiemel irreġistrati għall-kompetizzjoni, għat-tiġrijiet u għall-avvenimenti kulturali ekwestri li jkunu ġew f’kuntatt ma’ annimali ekwini li jkunu ddaħħlu fil-pajjiż terz, fit-territorju jew f’żona tiegħu minn pajjiż terz ieħor, jew minn territorju jew żona tiegħu, jew minn żona oħra fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni dment li:
dawk l-annimali ekwini jkunu ġew introdotti fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini jew f’żona tiegħu skont rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali li tal-anqas ikunu stretti daqs dawk applikabbli għad-dħul dirett fl-Unjoni ta’ dawk l-annimali ekwini;
il-possibbiltà ta’ kuntatt dirett ma’ annimali oħra hija limitata għall-perjodu tal-kompetizzjoni, tat-tiġrijiet jew tal-avvenimenti kulturali ekwestri u għat-taħriġ, għall-eżerċizzji fiżiċi ta’ qabel u għall-preżentazzjoni ta’ qabel it-tiġrija relatati.
Artikolu 13
Spezzjoni tal-annimali terrestri qabel id-dispaċċ lejn l-Unjoni
Fil-każ ta’ pollam, minbarra flieles ta’ ġurnata, u ta’ għasafar miżmuma, dik l-ispezzjoni għandha tkopri wkoll il-qatgħa ta’ oriġini tal-annimali maħsuba għad-dispaċċ lejn l-Unjoni.
Artikolu 14
Regoli ġenerali għad-dispaċċ lejn l-Unjoni ta’ annimali terrestri
Konsenji ta’ annimali terrestri għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk, mill-mument tat-tagħbija fl-istabbiliment ta’ oriġini għad-dispaċċ lejn l-Unjoni sal-mument tal-wasla tagħhom fl-Unjoni, l-annimali tal-konsenja ma jkunux ġew f’kuntatt ma’ annimali terrestri oħra:
tal-istess speċi, mhux maħsuba għad-dħul fl-Unjoni;
ta’ speċijiet oħra elenkati għall-istess mard, mhux maħsuba għad-dħul fl-Unjoni;
bi stat tas-saħħa inferjuri.
Meta jiġu ttrasportati bil-baħar, anki għal parti mill-vjaġġ, il-konsenji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk jaslu fl-Unjoni akkumpanjati minn dikjarazzjoni, mehmuża maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jakkumpanja l-annimali u ffirmata mill-kaptan tal-bastiment, li tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
il-port tat-tluq fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini jew f’żona tiegħu;
il-port tal-wasla fl-Unjoni;
il-portijiet tal-waqfa, fejn il-bastiment ikun waqaf f’portijiet barra mill-pajjiż terz jew mit-territorju ta’ oriġini tal-annimali jew minn żona tiegħu;
il-konferma tal-konformità mar-rekwiżiti li ġejjin matul il-vjaġġ lejn l-Unjoni:
l-annimali jkunu baqgħu abbord;
l-annimali ma jkunux ġew f’kuntatt ma’ annimali bi stat tas-saħħa inferjuri filwaqt li kienu abbord.
Artikolu 15
Deroga għat-trasbord ta’ annimali terrestri ħlief annimali ekwini f’pajjiżi terzi jew f’territorji mhux elenkati fil-każ ta’ problema teknika jew ta’ inċident imprevist ieħor
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 14(2), l-awtorità kompetenti għandha tawtorizza d-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali terrestri, minbarra annimali ekwini, li jkunu ġew trasbordati mill-mezz oriġinali tat-trasport tad-dispaċċ f’mezz ieħor tat-trasport għall-kontinwazzjoni tal-vjaġġ f’pajjiż terz jew f’territorju jew żona tiegħu li ma jkunux pajjiż terz elenkat, jew territorju jew żona tiegħu għad-dħul tal-ispeċi u għall-kategorija partikolari ta’ annimali fl-Unjoni, biss jekk l-operazzjoni ta’ trasbord tkun seħħet minħabba l-okkorrenza ta’ problema teknika jew ta’ inċident imprevist ieħor li kkawżaw problemi loġistiċi matul it-trasport tal-annimali lejn l-Unjoni bil-baħar jew bl-ajru, sabiex jitwettaq it-trasport sal-punt tad-dħul fl-Unjoni, dment li:
id-dħul fl-Unjoni tal-konsenja tal-annimali tkun awtorizzata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni u, fejn applikabbli, ta’ kwalunkwe Stat Membru tal-passaġġ sal-wasla tagħhom fil-post ta’ destinazzjoni fl-Unjoni;
it-trasbord kien issorveljat minn veterinarju uffiċjali fil-pajjiż terz jew f’territorju matul l-operazzjoni kollha sabiex jiġi żgurat li:
kienu fis-seħħ miżuri ta’ protezzjoni effettivi kontra vetturi ta’ mard tal-annimali rilevanti;
iddaħħlu fis-seħħ miżuri effettivi sabiex jiġi evitat kuntatt dirett u indirett bejn l-annimali maħsuba għad-dħul fl-Unjoni u kwalunkwe annimal ieħor;
l-ebda għalf, ilma jew marqad, li joriġina minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu li ma jkunux pajjiż terz elenkat jew territorju jew żona tiegħu għad-dħul tal-ispeċi u tal-kategorija partikolari ta’ annimali fl-Unjoni, ma jkun ġie miżjud fil-mezz tat-trasport għall-kontinwazzjoni tal-vjaġġ lejn l-Unjoni;
l-annimali tal-konsenja jkunu ġew ittrasferiti direttament u malajr kemm jista’ jkun f’bastiment jew f’inġenju tal-ajru għall-kontinwazzjoni tal-vjaġġ lejn l-Unjoni, li jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 17, mingħajr ma jkunu ħarġu mill-fruntieri tal-port jew tal-ajruport;
il-konsenja tal-annimali tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju fejn seħħ it-trasferiment, li tipprovdi informazzjoni dwar l-operazzjoni ta’ trasferiment u tikkonferma li ddaħħlu fis-seħħ il-miżuri rilevanti sabiex jiġu rrispettati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (b).
Artikolu 16
Deroga għat-trasbord ta’ annimali ekwini f’pajjiżi terzi jew f’territorji mhux elenkati
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 14(2), fejn il-konsenji ta’ annimali ekwini jkunu ġew trasbordati lejn mezz ieħor tat-trasport matul it-trasport tal-annimali lejn l-Unjoni f’pajjiż terz jew f’territorju jew żona tiegħu li ma jkunux pajjiż terz elenkat jew territorju jew żona tiegħu għad-dħul tal-kategorija partikolari ta’ annimali ekwini, dawk il-konsenji għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
l-annimali tal-konsenja jkunu ġew ittrasportati fl-Unjoni bil-baħar jew bl-ajru;
l-annimali tal-konsenja jkunu ġew trasbordati direttament mill-mezz oriġinali tat-trasport tad-dispaċċ fil-mezz l-ieħor tat-trasport għall-kontinwazzjoni tal-vjaġġ;
matul l-operazzjoni ta’ trasbord:
tkun ġiet ipprovduta protezzjoni effettiva kontra vetturi ta’ mard rilevanti tal-annimali u l-annimali ekwini ma jkunux ġew f’kuntatt ma’ annimali ekwini bi stat tas-saħħa inferjuri;
l-annimali tal-konsenja jkunu ġew ittrasferiti direttament u malajr kemm jista’ jkun fil-bastiment jew fl-inġenju tal-ajru użat għall-kontinwazzjoni tal-vjaġġ, li jrid ikun ikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 17, mingħajr ma jkunu ħarġu mill-fruntieri tal-port jew tal-ajruport taħt is-superviżjoni diretta ta’ veterinarju uffiċjali.
veterinarju uffiċjali jrid ikun iċċertifika li l-konsenja kkonformat mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c).
Artikolu 17
Rekwiżiti ġenerali rigward il-mezzi tat-trasport tal-annimali terrestri
Il-konsenji ta’ annimali terrestri miżmuma għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-mezzi tat-trasport użati għat-trasport tagħhom ikunu:
mibnija b’tali mod li:
l-annimali ma jkunux jistgħu jaħarbu jew jaqgħu għal isfel;
ikun possibbli li ssir spezzjoni viżwali tal-ispazju fejn jinżammu l-annimali;
il-ħruġ ta’ eskrementi, ta’ mifrex jew ta’ għalf tal-annimali jkun prevenut jew minimizzat;
fil-każ ta’ pollam u ta’ għasafar miżmuma, il-ħruġ ta’ rix ikun prevenut jew minimizzat.
tnaddfu u ġew diżinfettati, b’diżinfettant awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju tad-dispaċċ, u mnixxfa jew imħallija jinxfu immedjatament qabel kull tagħbija ta’ annimali maħsuba għad-dħul fl-Unjoni;
Artikolu 18
Rekwiżiti rigward kontenituri li fihom l-annimali terrestri jiġu ttrasportati lejn l-Unjoni
Il-konsenji ta’ annimali terrestri miżmuma għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-kontenituri li fihom jiġu ttrasportati l-annimali terrestri miżmuma lejn l-Unjoni fil-mezz tat-trasport:
ikunu konformi mar-rekwiżiti fl-Artikolu 17(1)(a);
ikun fihom biss annimali tal-istess speċi u kategorija li jkunu ġejjin mill-istess stabbiliment;
ikunu jew:
kontenituri mhux użati u mhux riutilizzabbli ddisinjati għal skop speċifiku li jinqerdu wara l-ewwel użu;
jew
jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati u mnixxfa jew jitħallew jinxfu qabel jitgħabbew l-annimali maħsuba għal dħul fl-Unjoni.
Artikolu 19
Movimenti u mmaniġġjar wara d-dħul ta’ annimali terrestri
Wara d-dħul tagħhom fl-Unjoni, il-konsenji ta’ annimali terrestri għandhom jiġu ttrasportati mingħajr dewmien lejn:
l-istabbiliment ta’ destinazzjoni tagħhom fl-Unjoni, fejn għandhom jibqgħu tal-anqas għall-perjodu ta’ żmien meħtieġ fl-artikoli speċifiċi rilevanti fil-Partijiet II sa V;
il-biċċerija ta’ destinazzjoni fl-Unjoni, jekk ikunu maħsuba għall-iskarnar, fejn iridu jiġu skarnati fi ħdan perjodu ta’ ħamest ijiem mid-data tal-wasla tagħhom fl-Unjoni.
TITOLU 2
REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-UNGULATI
KAPITOLU 1
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-ungulati
Artikolu 20
Dispaċċ ta’ ungulati lejn l-Unjoni
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, il-konsenji ta’ ungulati li jkunu ġejjin minn aktar minn stabbiliment ta’ oriġini wieħed jistgħu jkunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni jekk l-annimali tal-konsenja tkun saritilhom operazzjoni unika ta’ assemblaġġ fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini jew f’żona tiegħu dment li jkunu rrispettati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-ungulati jkunu jappartjenu għal waħda mill-ispeċijiet u l-kategoriji li ġejjin:
Bos taurus, Ovis aries, Capra hircus jew Sus scrofa;
jew
Equidae maħsuba għall-iskarnar.
l-operazzjoni ta’ assemblaġġ tkun saret fi stabbiliment:
elenkat għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju tad-dispaċċ, inkluża l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035;
fejn ir-rekords li ġejjin jinżammu aġġornati u jinżamu għal perjodu minimu ta’ tliet snin:
li jkun konformi mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 8 u fl-Artikolu 23(1).
l-operazzjoni ta’ assemblaġġ fiċ-ċentru ta’ assemblaġġ ma tkunx damet aktar minn sitt ijiem; dan il-perjodu għandu jitqies bħala parti mill-perjodu ta’ żmien għall-kampjunar għall-ittestjar qabel ma jintbagħat lejn l-Unjoni, fejn tali kampjunar huwa meħtieġ minn dan ir-Regolament;
l-ungulati jridu jkunu waslu fl-Unjoni fi ħdan perjodu ta’ 10 ijiem mid-data tad-dispaċċ mill-istabbiliment ta’ oriġini.
Artikolu 21
Identifikazzjoni tal-ungulati
Il-konsenji ta’ ungulati, għajr annimali ekwini, għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jkunu ġew identifikati b’mod individwali qabel id-dispaċċ tagħhom mill-istabbiliment ta’ oriġini, b’mezz fiżiku ta’ identifikazzjoni li juri b’mod li jidher, jinqara u ma jitħassarx:
il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimal li jistabbilixxi rabta mingħajr ekwivoki bejn l-annimal u ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jakkumpanjah;
il-kodiċi tal-pajjiż esportatur skont l-Istandard 3166 tal-ISO fil-format ta’ kodiċi b’żewġ ittri.
Il-konsenji tal-annimali ekwini għandhom jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jkunu ġew identifikati individwalment qabel ma ntbagħtu mill-istabbiliment tal-oriġini mill-inqas permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:
transponder injettabbli jew ċomba tal-widna, b’displej viżibbli, li jinqara u li ma jitħassarx ta’:
il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimal li jistabbilixxi rabta mingħajr ekwivoki bejn l-annimal u ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jakkumpanjah;
il-kodiċi ISO-3166 tal-pajjiż esportatur b’żewġ ċifri alfa jew bi tliet ċifri numeriċi;
fil-każ ta’ annimali ekwini għajr dawk maħsuba għall-iskarnar, dokument ta’ identifikazzjoni, maħruġ mhux aktar tard mill-waqt taċ-ċertifikazzjoni għad-dħul fl-Unjoni, li:
jiddeskrivi u juri l-annimal, inklużi l-metodi alternattivi ta’ identifikazzjoni, sabiex tiġi stabbilita rabta inekwivokabbli bejn l-annimal u d-dokument ta’ identifikazzjoni li jakkumpanjah;
fih informazzjoni dwar il-kodiċi individwali li joħroġ mit-transponder injettabbli impjantat fil-każ fejn dan il-kodiċi ma jikkonformax mal-ispeċifikazzjonijiet fil-punt (a).
Artikolu 22
Il-pajjiż terz jew it-territorju ta’ oriġini tal-ungulati jew ta’ żona tiegħu
Il-konsenji ta’ annimali ekwini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jkunu joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu:
ħielsa mill-mard elenkat imsemmi fit-tabella stipulata fil-punt 2 tal-Parti A tal-Anness IV għall-perjodu msemmi f’dik it-tabella;
meta l-ebda marda mill-mard elenkat imsemmi fit-tabella stipulata fil-punt 3 tal-Parti A tal-Anness IV ma tkun ġiet irrapportata matul il-perjodu msemmi.
Il-konsenji ta’ ungulati għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jkunu joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu fejn it-tilqim kontra l-mard tal-kategorija A msemmi fil-Parti C tal-Anness IV ma jkunx twettaq skont id-dettalji stipulati fi:
il-punt 1 ta’ dak l-Anness fil-każ ta’ ungulati, għajr annimali ekwini;
il-punt 2 ta’ dak l-Anness fil-każ ta’ annimali ekwini.
Fir-rigward tal-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae, M. tuberculosis), il-konsenji ta’ annimali bovini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jew ikunu:
joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu ħielsa minn dik il-marda mingħajr tilqim;
jew
konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness V.
Fir-rigward tal-infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis, il-konsenji ta’ annimali bovini, ovini u kaprini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jew:
ikunu joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu ħielsa minn dik il-marda mingħajr tilqim;
jew
konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness V.
Fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24), il-konsenji ta’ ungulati tal-ispeċijiet elenkati għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jew:
ikunu joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu ħielsa minn dik il-marda għal perjodu ta’ sentejn (2) qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni; jew
ikunu konformi ma’ waħda mill-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fil-Parti A tal-Anness VI.
Fir-rigward tal-lewkożi enżootika bovina, il-konsenji ta’ annimali bovini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk dawk l-annimali jew:
ikunu joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu ħielsa minn dik il-marda;
jew
ikunu konformi mal-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fil-Parti B tal-Anness VI.
Il-konsenji ta’ ungulati maħsuba għad-dħul fl-Istati Membri jew f’żoni tagħhom bi stat ta’ ħelsien mill-mard jew bi programm approvat ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-kategorija C imsemmi fl-Anness VII, li għalih ikunu elenkati l-ispeċijiet ta’ ungulati, għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja:
ikunu joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu ħielsa minn dak il-mard għall-ispeċijiet rilevanti;
jew
ikunu konformi mar-rekwiżiti addizzjonali rilevanti stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 23
L-istabbiliment ta’ oriġini tal-ungulati
Il-konsenji ta’ ungulati għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja:
ikunu ġejjin minn stabbiliment li fih u madwaru, inkluż fejn xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma tkun ġiet irrapportata l-ebda waħda mill-mard elenkat imsemmi fl-Anness VIII, li għalih ikunu elenkati l-ispeċijiet ta’ ungulati maħsuba għad-dħul fl-Unjoni, f’erja u għal perjodu stipulati fit-tabelli fi:
il-punti 1 u 2 ta’ dak l-Anness għal ungulati għajr annimali ekwini;
jew
il-punti 3 u 4 ta’ dak l-Anness għal annimali ekwini.
matul il-perjodu msemmi fil-punt (a), l-ungulati ma jkunux ġew f’kuntatt ma’ annimali bi stat tas-saħħa inferjuri.
Artikolu 24
L-ungulati tal-konsenja
Il-konsenji ta’ ungulati għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
ma jkunux tlaqqmu kontra l-mard tal-kategorija A msemmi fit-tabelli stipulati jew fi:
il-punt 1 tal-Parti C tal-Anness IV fil-każ ta’ ungulati, għajr annimali ekwini;
jew
il-punt 2 tal-Parti C tal-Anness IV fil-każ ta’ annimali ekwini.
matul il-perjodu ta’ żmien li minnu ntbagħtu mill-istabbiliment ta’ oriġini tagħhom sakemm jaslu fl-Unjoni, dawn ma jridux ikunu nħattew f’xi post li ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stpulati fit-tabelli stabbiliti jew fi:
il-punti 1 u 2 tal-Anness VIII fil-każ ta’ ungulati, għajr annimali ekwini;
jew
il-punti 3 u 4 tal-Anness VIII fil-każ ta’ annimali ekwini.
Artikolu 25
Derogi u rekwiżiti addizzjonali għad-dħul fl-Unjoni ta’ ungulati għall-iskarnar
Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 22(5) u (6), il-konsenji ta’ ungulati tal-ispeċijiet imsemmija f’dawk il-paragrafi li ma jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni dment li l-annimali tal-konsenja jkunu maħsuba għall-iskarnar biss.
Artikolu 26
Moviment u mmaniġġjar tal-ungulati wara d-dħul tagħhom fl-Unjoni
Wara d-dħul tagħhom fl-Unjoni, l-ungulati, minbarra l-annimali ekwini, għandhom jibqgħu fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni tagħhom għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum mid-data tal-wasla tagħhom f’dak l-istabbiliment, sakemm ma jiġux imċaqilqa għall-iskarnar.
KAPITOLU 2
Regoli speċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ ungulati miżmuma maħsuba għal stabbilimenti konfinati
Artikolu 27
Rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li mhux applikabbli għall-ungulati maħsuba għall-istabbilimenti konfinati
L-Artikoli 11, 22, 23, 24 u 26 ma għandhomx japplikaw għal konsenji ta’ ungulati, għajr l-annimali ekwini, li jidħlu fl-Unjoni fil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 28 sa 34.
Artikolu 28
Regoli speċifiċi għad-dħul ta’ ungulati maħsuba għal stabbilimenti konfinati
Il-konsenji ta’ ungulati maħsuba għall-istabbilimenti konfinati għandhom ikunu permessi jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
iridu jkunu ġejjin minn stabbiliment konfinat li jkun inkluż f’lista ta’ stabbilimenti konfinati li minnhom ikun awtorizzat id-dħul ta’ ungulati fl-Unjoni, imfassla skont l-Artikolu 29;
iridu jkunu ntbagħtu direttament mill-istabbiliment konfinat ta’ oriġini lejn stabbiliment konfinat fl-Unjoni.
Dik l-awtorizzazzjoni għandha tingħata biss fuq il-bażi tal-eżitu favorevoli ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-awtorità kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri tal-passaġġ, fuq il-bażi tal-informazzjoni sottomessa lilhom mill-Istat Membru tal-post ta’ destinazzjoni fl-Unjoni.
Artikolu 29
Elenkar tal-istabbilimenti konfinati ta’ oriġini tal-ungulati f’pajjiżi terzi jew f’territorji
Dik il-lista għandha tispeċifika l-ispeċijiet ta’ ungulati awtorizzati jidħlu fit-territorju tal-Istat Membru minn kull stabbiliment konfinat fil-pajjiż terz jew fit-territorju.
Ħlief kif previst fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jinkludu stabbiliment konfinat f’pajjiż terz jew f’territorju fil-lista ta’ stabbilimenti konfinati prevista fil-paragrafu 1 biss wara l-eżitu favorevoli ta’ valutazzjoni sħiħa fuq il-bażi ta’ dawn li ġejjin:
il-konformità mill-istabbiliment konfinat mar-rekwiżit ta’ approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini stabbilit fl-Artikolu 30;
l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini trid tkun ipprovdiet biżżejjed informazzjoni sabiex tiggarantixxi li l-istabbiliment konfinat jikkonforma mar-rekwiżiti rigward l-approvazzjoni tal-istabbilimenti konfinati stabbiliti fl-Artikolu 30.
Artikolu 30
Kundizzjonijiet għall-istabbilimenti konfinati ta’ oriġini tal-ungulati f’pajjiżi terzi jew f’territorji għall-fini tal-Artikolu 29
L-Istati Membri għandhom jinkludu biss stabbiliment konfinat li jinsab f’pajjiż terz jew f’territorju fil-lista ta’ stabbilimenti konfinati prevista fl-Artikolu 29 jekk l-istabbiliment konfinat ikun approvat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju u jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
irid ikun demarkat b’mod ċar u l-aċċess tal-annimali u tal-bnedmin għall-faċilitajiet tal-annimali jrid ikun ikkontrollat;
irid ikollu mezz adegwat għall-qbid, għall-ikkonfinar u għall-iżolar tal-annimali, u jkollu faċilitajiet ta’ kwarantina disponibbli u adegwati u proċeduri operattivi standard approvati għall-annimali ġodda li jaslu;
iż-żoni fejn jgħixu l-annimali jridu jkunu ta’ standard xieraq u mibnija b’tali mod li:
il-kuntatt mal-annimali fuq barra tal-istabbiliment konfinat ikun evitat u l-ispezzjonijiet u kwalunkwe trattament meħtieġ ikunu jistgħu jitwettqu faċilment;
l-art, il-ħitan u l-materjal jew it-tagħmir l-ieħor kollu jkunu jistgħu jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati faċilment.
fir-rigward tal-miżuri ta’ sorveljanza u ta’ kontroll tal-mard:
irid jimplimenta programm xieraq ta’ sorveljanza tal-mard li jrid jinkludi miżuri ta’ kontroll kontra ż-żoonożi, u jaġġornah skont in-numru u l-ispeċijiet tal-annimali preżenti fl-istabbiliment konfinat u s-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-istabbiliment konfinat u madwaru fir-rigward tal-mard elenkat u tal-mard emerġenti;
irid jagħmel eżaminazzjonijiet kliniċi, ittestjar fil-laboratorju jew awtopsji fuq dawk l-ungulati li jkunu ssuspettati li huma infettati jew ikkontaminati minn aġenti tal-mard elenkat jew tal-mard emerġenti;
irid iwettaq, kif xieraq, it-tilqim u t-trattament tal-ungulati suxxettibbli kontra l-mard trażmissibbli.
irid iżomm, għal perjodu minimu ta’ 3 snin, rekords aġġornati li jindikaw:
in-numru u l-identità (jiġifieri l-età stmata, is-sess, l-ispeċi u l-identifikazzjoni individwali, fejn xieraq) tal-ungulati ta’ kull speċi preżenti fl-istabbiliment konfinat;
in-numru u l-identità (jiġifieri l-età stmata, is-sess, l-ispeċi u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni individwali, fejn xieraq) tal-ungulati li jaslu jew li jitilqu mill-istabbiliment konfinat, flimkien ma’ informazzjoni dwar l-istabbiliment ta’ oriġini jew ta’ destinazzjoni tat-tali annimali, il-mezz tat-trasport u l-istat tas-saħħa ta’ dawk l-annimali;
dettalji dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm ta’ sorveljanza u ta’ kontroll tal-mard previst fil-punt (d)(i);
ir-riżultati tal-eżaminazzjonijiet kliniċi, tat-testijiet fil-laboratorju u tal-awtopsji previsti fil-punt (d)(ii);
dettalji dwar it-tilqim u t-trattament previsti fil-punt (d)(iii);
struzzjonijiet, jekk ikun hemm, tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini fir-rigward tal-osservazzjonijiet li saru matul kwalunkwe perjodu ta’ iżolament jew ta’ kwarantina.
irid jiżgura r-rimi tal-iġsma mejtin tal-ungulati li jmutu minħabba marda jew li jiġu ewtanizzati;
irid jiżgura b’kuntratt jew permezz ta’ strument legali ieħor is-servizzi ta’ veterinarju tal-istabbilimenti li għandu jkun responsabbli:
għas-sorveljanza tal-attivitajiet tal-istabbiliment u għall-konformità mal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni stabbiliti f’dan l-Artikolu;
għar-rieżami tal-programm ta’ sorveljanza tal-marda msemmi fil-punt (d)(i) tal-anqas darba fis-sena.
permezz ta’ deroga mill-Artikolu 9(c), ikollu jew:
arranġament ma’ laboratorju approvat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju sabiex iwettaq l-awtopsji;
jew
bini xieraq wieħed jew aktar fejn jistgħu jitwettqu l-awtopsji taħt l-awtorità tal-veterinarju tal-istabbiliment.
Artikolu 31
Deroga mir-rekwiżit ta’ elenkar tal-pajjiż terz jew territorju u l-elenkar tal-istabbiliment konfinat tal-oriġini tal-ungulati
Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 28(1), il-konsenji ta’ ungulati mill-istabbilimenti f’pajjiżi terzi jew f’territorji li ma jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni jekk ikunu maħsuba għal stabbiliment konfinat u dment li:
ċirkustanzi imprevisti eċċezzjonali jrendu l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti impossibbli;
dawk il-konsenji jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 32.
Artikolu 32
Rekwiżiti addizzjonali li jridu jiġu ssodisfati mill-istabbilimenti ta’ oriġini tal-ungulati maħsuba għal stabbiliment konfinat skont id-deroga stabbilita fl-Artikolu 31
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tad-destinazzjoni għandha tawtorizza biss derogi, kif previsti fl-Artikolu 31, għal konsenji ta’ ungulati li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
applikazzjoni minn qabel mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni għal deroga speċifika kif prevista fl-Artikolu 31 tkun saret mis-sid, jew minn persuna fiżika li tirrappreżenta lil dak is-sid, u l-Istat Membru ta’ destinazzjoni jkun ta dik l-awtorizzazzjoni wara li jkun għamel valutazzjoni tar-riskju li tkun indikat li l-introduzzjoni ta’ tali konsenja ta’ ungulati ma tkunx tippreżenta riskju għas-saħħa tal-annimali għall-Unjoni;
l-ungulati jkunu tqiegħdu fi kwarantina fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti għall-perjodu ta’ żmien neċessarju meħtieġ sabiex huma jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali stabbiliti fl-Artikoli 33 u 34:
f’post approvat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini tal-ungulati;
skont l-arranġamenti speċifikati fl-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt (a), li jridu jipprovdu tal-anqas l-istess garanziji bħal dawk previsti fl-Artikolu 28(2) sa (4) u fl-Artikoli 33 u 34.
l-ungulati jridu jitqiegħdu fi kwarantina fl-istabbiliment konfinat ta’ destinazzjoni għal perjodu ta’ tal-anqas sitt xhur mid-data tad-dħul fl-Unjoni, li matulu l-azzjonijiet previsti fl-Artikolu 138(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 u b’mod partikolari fil-punti 2(a), (d) u (k) tiegħu jistgħu jittieħdu mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni.
Artikolu 33
Rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għall-istabbiliment ta’ oriġini konfinat tal-ungulati fir-rigward tal-mard elenkat
Il-konsenji ta’ ungulati maħsuba għal stabbiliment konfinat li jinsab fl-Unjoni għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-istabbiliment ta’ oriġini konfinat ikun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tal-mard elenkat:
fir-rigward tal-istabbiliment konfinat ta’ oriġini tal-ungulati, il-mard elenkat imsemmi fit-tabella stabbilita fil-Parti A tal-Anness XII ma jkunx ġie rrapportat għall-perjodi speċifikati għal dak il-mard elenkat f’dik it-tabella;
fir-rigward tal-erja fl-istabbiliment konfinat u madwaru, il-mard elenkat imsemmi fit-tabella stabbilita fil-Parti B tal-Anness XII ma jkunx ġie rrapportat għall-perjodi speċifikati għal dak il-mard elenkat f’dik it-tabella.
Artikolu 34
Rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għall-ungulati tal-konsenja fir-rigward tal-mard elenkat
Il-konsenji ta’ ungulati maħsuba għal stabbiliment konfinat li jinsab fl-Unjoni għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jikkonformaw mar-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin dwar is-saħħa tal-annimali:
iridu jikkonformaw ma’ perjodu ta’ residenza fl-istabbiliment ta’ oriġini konfinat għal perjodu kontinwu ta’ sitt xhur jew mit-twelid jekk ikollhom anqas minn sitt xhur;
ma jridux ikunu ġew f’kuntatt ma’ annimali bi stat tas-saħħa inferjuri matul:
il-perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni, jew mit-twelid jekk l-annimali jkollhom anqas minn 30 jum;
it-trasport tagħhom mill-istabbiliment konfinat ta’ oriġini approvat lejn il-post tad-dispaċċ lejn l-Unjoni;
fir-rigward tal-mard imsemmi fit-tabella stipulata fil-Parti C tal-Anness XII, dawn iridu jew:
ikunu joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu li jikkonforma mal-perjodi ta’ ħelsien mill-mard għall-mard rilevanti stipulat f’dik it-tabella;
jew
ikunu konformi mar-rekwiżiti addizzjonali rilevanti stipulati fil-Parti D tal-Anness XII.
ma jistgħux ikunu tlaqqmu kif imsemmi fit-tabella stipulata fil-Parti E tal-Anness XII;
jekk ikunu tlaqqmu kontra l-antraċe u r-rabja, informazzjoni dwar id-data tat-tilqim, il-vaċċin użat u t-test possibbli mwettaq sabiex jintwera rispons immuni protettiv, trid tkun ġiet ipprovduta mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini;
iridu jkunu ġew ittrattati kontra parassiti interni u esterni tal-anqas darbtejn matul il-perjodu ta’ 40 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni.
Meta l-garanziji speċifiċi msemmija fil-punt (c)(ii) ikunu jinkludu perjodu ta’ kwarantina f’faċilità protetta mill-vetturi fl-istabbiliment konfinat, din il-faċilità trid tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti F tal-Anness XII.
Artikolu 35
Moviment u mmaniġġjar ta’ ungulati maħsuba għal stabbilimenti konfinati wara d-dħul
Wara d-dħul tagħhom fl-Unjoni, l-ungulati li joriġinaw minn stabbiliment konfinat f’pajjiż terz jew f’territorju, kif imsemmi fl-Artikolu 27, iridu jibqgħu fl-istabbiliment konfinat ta’ destinazzjoni għal perjodu minimu ta’ sitt xhur qabel id-data tal-moviment lejn stabbiliment konfinat ieħor fl-Unjoni, sakemm ma jkunux esportati mill-Unjoni jew jiġu mċaqilqa għall-iskarnar.
TITOLU 3
REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-POLLAM U GĦALL-GĦASAFAR MIŻMUMA
KAPITOLU 1
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-pollam
TAQSIMA 1
REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-ISPEĊIJIET U GĦALL-KATEGORIJI KOLLHA TA’ POLLAM
Artikolu 36
Pollam importat fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini jew f’żona tiegħu qabel id-dħul fl-Unjoni
Il-konsenji li ġejjin għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk meta l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini tkun ipprovdiet garanziji skont il-paragrafu 2:
il-pollam importat fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini jew f’żona tiegħu minn pajjiż terz ieħor jew minn territorju jew żona tiegħu;
flieles ta’ ġurnata minn qatgħat ġenituri li ġew importati fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini jew f’żona tiegħu minn pajjiż terz ieħor jew minn territorju jew żona tiegħu.
Il-konsenji tal-annimali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini tal-pollam tkun ipprovdiet garanziji li:
dak il-pollam u dawk il-qatgħat ġenituri msemmija f’dak il-paragrafu kienu importati minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu li huma elenkati għad-dħul fl-Unjoni tat-tali konsenji;
l-importazzjoni tal-pollam u tal-qatgħat ġenituri msemmija fil-paragrafu 1 f’dak il-pajjiż terz jew it-territorju jew żona tiegħu tkun seħħet skont ir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali li tal-anqas ikunu stretti daqs dawk applikabbli għal konsenji ta’ dawk l-annimali li jidħlu direttament fl-Unjoni.
Artikolu 37
Rekwiżiti li jikkonċernaw il-pajjiż terz jew it-territorju ta’ oriġini tal-pollam jew ta’ żona tiegħu
Il-konsenji ta’ pollam għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk dawn il-konsenji jkunu joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
ikollhom fis-seħħ programm ta’ sorveljanza tal-mard għall-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja għal perjodu minimu ta’ sitt xhur qabel id-data tad-dispaċċ tal-konsenja lejn l-Unjoni u dak il-programm ta’ sorveljanza jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti jew:
fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;
jew
fil-Kapitolu rilevanti tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE);
ikunu meqjusa li huma ħielsa mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja skont l-Artikolu 38;
meta tagħti t-tilqima kontra l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini tkun ipprovdiet garanziji li:
il-programm ta’ tilqim jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XIII;
il-programm ta’ sorveljanza msemmi fil-punt (a) ta’ dan l-Artikolu, minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, ikun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness XIII;
ikunu ħadu impenn li jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tibdil fil-programm ta’ tilqim fil-pajjiż terz jew fit-territorju jew żona tiegħu.
li:
fil-każ ta’ pollam għajr ratiti, jitqiesu ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle skont l-Artikolu 39;
fil-każ ta’ ratiti:
fejn isir tilqim kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju tkun ipprovdiet garanziji li:
il-vaċċini użati jikkonformaw mal-kriterji ġenerali u speċifiċi għall-vaċċini kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle stipulati fil-punt 1 tal-Anness XV;
jew
il-vaċċini użati jikkonformaw mal-kriterji ġenerali għall-vaċċini kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle stipulati fil-punt 1 tal-Anness XV u l-pollam jissodisfa r-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali stipulati fil-punt 2 tal-Anness XV għall-pollam u għall-bajd għat-tifqis li joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu fejn il-vaċċini użati kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle ma jissodisfawx il-kriterji speċifiċi stipulati fil-punt 1 tal-Anness XV;
ikunu ħadu impenn li wara kwalunkwe tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew tifqigħa ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle, jissottomettu l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-marda fi żmien 24 siegħa mill-konferma ta’ kwalunkwe tifqigħa inizjali tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew tal-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle;
aġġornamenti regolari dwar is-sitwazzjoni tal-mard;
ikunu ħadu impenn li jissottomettu iżolati tal-virus minn tifqigħat inizjali ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle lil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Influwenza tat-Tjur u għall-Marda ta’ Newcastle.
Artikolu 38
Ħelsien mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini jew ta’ żona tiegħu
Pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu għandhom jitqiesu li jkunu ħielsa mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja meta jkunu pprovdew il-garanziji li ġejjin lill-Kummissjoni:
ikun twettaq programm ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, skont l-Artikolu 37(a), matul perjodu minimu ta’ sitt xhur qabel id-data taċ-ċertifikazzjoni tal-konsenja mill-veterinarju uffiċjali għad-dispaċċ lejn l-Unjoni;
ebda tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ma seħħet f’dak il-pajjiż terz jew fit-territorju jew żona tiegħu għal perjodu minimu ta’ 12-il xahar qabel id-data taċ-ċertifikazzjoni tal-konsenja mill-veterinarju uffiċjali għad-dispaċċ lejn l-Unjoni.
Wara tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja f’pajjiż terz jew f’territorju jew żona tiegħu li qabel kienu jitqiesu bħala ħielsa minn dik il-marda, kif imsemmi fil-paragrafu 1, dak il-pajjiż terz jew it-territorju jew żona tiegħu mill-ġdid għandhom jitqiesu bħala ħielsa mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, soġġetti għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
tkun ġiet implimentata politika ta’ qerda għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja;
ikunu twettqu tindif u diżinfezzjoni adegwati fuq l-istabbilimenti kollha infettati preċedentement;
matul perjodu minimu ta’ tliet xhur wara t-tlestija tal-politika ta’ qerda u t-tindif u d-diżinfezzjoni msemmija fil-punti (a) u (b), l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju tkun wettqet programm ta’ sorveljanza, li jipprovdi tal-anqas il-fiduċja b’kampjun rappreżentattiv aleatorju tal-popolazzjonijiet f’riskju sabiex jintwera n-nuqqas ta’ infezzjoni b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi epidemjoloġiċi speċifiċi b’rabta mat-tifqigħa(t) li seħħet/seħħew, b’riżultati negattivi.
Artikolu 39
Ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini jew ta’ żona tiegħu
Meta sseħħ tifqigħa tal-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle f’pajjiż terz jew f’territorju jew żona tiegħu li qabel kienu ħielsa minn dik il-marda, kif imsemmi fil-paragrafu 1, dak il-pajjiż terz jew it-territorju jew żona tiegħu mill-ġdid għandhom jitqiesu bħala ħielsa minn dik l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle soġġetti għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
tkun ġiet implimentata politika ta’ qerda għall-kontroll tal-marda;
ikunu twettqu tindif u diżinfezzjoni adegwati fuq l-istabbilimenti kollha infettati preċedentement;
matul perjodu minimu ta’ tliet xhur wara t-tlestija tal-politika ta’ qerda u t-tindif u d-diżinfezzjoni msemmija fil-punti (a) u (b), l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju tkun uriet in-nuqqas ta’ dik il-marda fil-pajjiż terz jew fit-territorju jew żona tiegħu b’investigazzjonijiet intensifikati li jinkludu ttestjar fil-laboratorju b’rabta mat-tifqigħa.
Artikolu 40
L-istabbiliment ta’ oriġini tal-pollam
Il-konsenji tal-pollam tat-tnissil u tal-pollam produttiv għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jkunu ġejjin minn stabbilimenti approvati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini skont ir-rekwiżiti li tal-anqas ikunu stretti daqs dawk stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035, u:
li l-approvazzjoni tagħhom ma tkunx ġiet sospiża jew irtirata;
li fi ħdan raġġ ta’ 10 km minnhom, inkluż, fejn xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma tkun seħħet l-ebda tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle matul perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tat-tagħbija għad-dispaċċ lejn l-Unjoni;
li fihom ma jkun ġie rrapportat l-ebda każ ikkonfermat ta’ infezzjoni b’viruses tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità baxxa matul perjodu minimu ta’ 21 jum qabel id-data tat-tagħbija għad-dispaċċ lejn l-Unjoni.
Il-konsenji tal-pollam maħsuba għall-iskarnar għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jkunu ġejjin minn stabbilimenti:
li fi ħdan raġġ ta’ 10 km minnhom, inkluż, fejn xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma tkun seħħet l-ebda tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle matul perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tat-tagħbija għad-dispaċċ lejn l-Unjoni;
li fihom ma jkun ġie rrapportat l-ebda każ ikkonfermat ta’ influwenza b’viruses tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità baxxa matul perjodu minimu ta’ 21 jum qabel id-data tat-tagħbija għad-dispaċċ lejn l-Unjoni.
Il-konsenji tal-flieles ta’ ġurnata għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja:
faqqsu fi stabbilimenti approvati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini skont ir-rekwiżiti li huma tal-anqas stretti daqs dawk stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035; u
li l-approvazzjoni tagħhom ma tkunx ġiet sospiża jew irtirata;
li fi ħdan raġġ ta’ 10 km minnhom, inkluż, fejn xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma tkun seħħet l-ebda tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle matul perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni;
ġejjin minn qatgħat li nżammu fi stabbilimenti approvati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini skont ir-rekwiżiti li huma tal-anqas stretti daqs dawk stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035, u
l-approvazzjoni tagħhom ma kinitx ġiet sospiża jew irtirata fil-mument li fih il-bajd għat-tifqis, li minnhom tfaqqsu l-flieles ta’ ġurnata, intbagħat lejn il-mafqas;
li fihom ma jkun ġie rrapportat l-ebda każ ikkonfermat ta’ infezzjoni b’viruses tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità baxxa matul perjodu minimu ta’ 21 jum qabel id-data tal-ġbir tal-bajd għat-tifqis li minnu tfaqqsu l-flieles ta’ ġurnata.
Artikolu 41
Miżuri preventivi speċifiċi għall-kontenituri li fihom jiġi ttrasportat il-pollam
Il-konsenji ta’ pollam għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk dawn il-konsenji jkunu ġew ittrasportati f’kontenituri li, minbarra r-rekwiżiti tal-Artikolu 18, ikunu konformi wkoll mar-rekwiżiti li ġejjin:
dawn ikunu magħluqa skont l-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini sabiex tiġi evitata kwalunkwe possibbiltà ta’ bdil tal-kontenut;
ikollhom fuqhom l-informazzjoni għall-ispeċi u għall-kategorija partikolari ta’ pollam stipulata fl-Anness XVI;
fil-każ ta’ flieles ta’ ġurnata, ikunu mhux riutilizzabbli, nodfa u użati għall-ewwel darba.
Artikolu 42
Id-dħul ta’ pollam fl-Istati Membri bi stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim
Il-konsenji ta’ pollam tat-tnissil u ta’ pollam produttiv maħsuba għal Stat Membru bi stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
ma jkunux tlaqqmu kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle;
ikunu nżammu f’iżolament matul perjodu minimu ta’ 14-il jum qabel id-data tat-tagħbija tal-konsenja għad-dispaċċ lejn l-Unjoni fl-istabbiliment ta’ oriġini jew fi stabbiliment ta’ kwarantina taħt is-superviżjoni ta’ veterinarju uffiċjali, fejn:
l-ebda pollam ma jkun tlaqqam kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle matul perjodu minimu ta’ 21 jum qabel id-data tat-tagħbija tal-konsenja;
l-ebda għasfur li ma jkunx jagħmel parti mill-konsenja ma jkun ġie f’kuntatt mal-istabbiliment matul il-perjodu msemmi fil-punt (i);
ma tkun ingħatat l-ebda tilqima;
dawn ikunu ttestjaw negattivi, matul perjodu minimu ta’ 14-il jum qabel id-data tat-tagħbija għad-dispaċċ lejn l-Unjoni, għal testijiet seroloġiċi għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-virus tal-marda ta’ Newcastle, imwettqa fuq kampjuni tad-demm f’livell li jagħti fiduċja ta’ 95 % ta’ detezzjoni ta’ infezzjoni bi prevalenza ta’ 5 %.
Il-konsenji ta’ pollam maħsub għall-iskarnar għal Stat Membru bi stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jkunu ġejjin minn qatgħat li:
ma jkunux tlaqqmu kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle u jkunu ttestjaw negattivi, matul perjodu minimu ta’ 14-il jum qabel id-data tat-tagħbija tal-konsenja għad-dispaċċ lejn l-Unjoni, għal testijiet seroloġiċi sabiex jiġu individwati antikorpi kontra l-virus tal-marda ta’ Newcastle, imwettqa fuq kampjuni tad-demm f’livell li jagħti fiduċja ta’ 95 % ta’ detezzjoni ta’ infezzjoni bi prevalenza ta’ 5 %;
jew
ikunu tlaqqmu kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle iżda mhux b’vaċċin ħaj matul perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tat-tagħbija tal-konsenja għad-dispaċċ lejn l-Unjoni u jkun sarilhom test ta’ iżolament tal-virus għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle fl-14-il jum ta’ qabel dik id-data fuq kampjun aleatorju ta’ tampuni kloakali jew kampjuni tar-rawt meħuda minn tal-anqas 60 għasfur u ttestjaw negattivi.
Il-konsenji ta’ flieles ta’ ġurnata maħsuba għal Stat Membru bi stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenji:
ma jkunux tlaqqmu kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle;
ikunu ġejjin minn bajd għat-tifqis li jkun ġej minn qatgħat li jikkonformaw ma’ waħda minn dawn li ġejjin:
ma jkunux tlaqqmu kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle;
jew
ikunu tlaqqmu kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle billi ntuża vaċċin inattivat;
jew
ikunu tlaqqmu kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle billi ntuża vaċċin ħaj mhux aktar tard minn 60 jum qabel id-data li fiha nġabar il-bajd;
ikunu ġejjin minn mafqas fejn il-prattiki operazzjonali jiżguraw li l-bajd tal-flieles ta’ ġurnata maħsub għad-dħul fl-Unjoni jkun inkubat f’ħinijiet u f’postijiet separati għalkollox minn bajd li ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (b).
TAQSIMA 2
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-POLLAM TAT-TNISSIL U PRODUTTIV
Artikolu 43
Identifikazzjoni ta’ ratiti tat-tnissil u ta’ ratiti produttivi
Il-konsenji ta’ ratiti tat-tnissil u ta’ ratiti produttivi għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jkunu identifikati b’mod individwali b’lametta tal-għonq jew bi transponder injettabbli:
bil-kodiċi tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini li jikkonforma mal-Istandard 3166 tal-ISO fil-format b’żewġ ittri;
li jikkonformaw mal-istandards 11784 u 11785 tal-ISO.
Artikolu 44
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-qatgħat ta’ oriġini tal-konsenji tal-pollam tat-tnissil u produttiv
Il-konsenji ta’ pollam tat-tnissil u ta’ pollam produttiv għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jkunu joriġinaw minn qatgħat li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
il-qatgħat ma jkunux tlaqqmu kontra l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja;
jekk il-qatgħat ikunu tlaqqmu kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle:
garanziji li jkunu ġew ipprovduti mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini li l-vaċċini użati jikkonformaw jew:
l-informazzjoni stabbilita fil-punt 4 tal-Anness XV trid tiġi pprovduta għall-konsenja;
il-qatgħat ikunu ġew soġġetti għal programm ta’ sorveljanza tal-mard li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035, u nstab li ma kinux infettati jew urew xi raġuni għaliex tiġi ssuspettata kwalunkwe infezzjoni bl-aġenti li ġejjin:
Salmonella Pullorum, Salmonella Gallinarum u Mycoplasma gallisepticum fil-każ ta’ Gallus gallus;
Salmonella arizonae (serogrupp O:18(k)), Salmonella Pullorum, Salmonella Gallinarum, Mycoplasma meleagridis u Mycoplasma gallisepticum fil-każ ta’ Meleagris gallopavo;
Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum fil-każ ta’ Numida meleagris, Coturnix coturnix, Phasianus colchicus, Perdix perdix, Anas spp.
il-qatgħat jinżammu fi stabbilimenti li, fil-każ ta’ konferma ta’ infezzjoni b’ Salmonella Pullorum, S. Gallinarum u S. arizonae matul l-aħħar 12-il xahar qabel id-data tat-tagħbija tal-konsenja għad-dispaċċ lejn l-Unjoni jkunu applikaw il-miżuri li ġejjin:
il-qatgħa infettata tkun ġiet skarnata jew inqatlet u nqerdet;
wara l-iskarnar jew il-qtil tal-qatgħa infettata kif imsemmi fil-punt (i), l-istabbiliment ikun tnaddaf u ġie diżinfettat;
wara t-tindif u d-diżinfezzjoni msemmija fil-punt (ii), il-qatgħat kollha fl-istabbiliment ittestjaw negattivi għall-infezzjoni b’ Salmonella Pullorum, S Gallinarum u S. arizonae f’żewġ testijiet li twettqu b’intervall ta’ mill-inqas 21 jum skont il-programm ta’ sorveljanza tal-mard imsemmi fil-punt (c);
il-qatgħat jinżammu fi stabbilimenti li f’każ ta’ konferma ta’ mikoplażmożi tat-tjur (Mycoplasma gallisepticum u M. meleagridis) matul l-aħħar 12-il xahar qabel id-data tat-tagħbija tal-konsenja għad-dispaċċ lejn l-Unjoni jkunu applikaw il-miżuri li ġejjin:
jew
il-qatgħa infettata ttestjat negattiva għall-mikoplażmożi tat-tjur (Mycoplasma gallisepticum u M. meleagridis) f’żewġ testijiet imwettqa skont il-programm ta’ sorveljanza tal-mard imsemmi fil-punt (c) fuq il-qatgħa kollha b’intervall ta’ mill-inqas 60 jum;
jew
il-qatgħa infettata ġiet skarnata jew ġiet maqtula u meqruda, l-istabbiliment tnaddaf u ġie ddiżinfettat u wara t-tindif u d-diżinfezzjoni, il-qatgħat kollha fl-istabbiliment ittestjaw negattiv għall-mikoplażmożi tat-tjur (Mycoplasma gallisepticum u M. meleagridis) f’żewġ testijiet li saru b’intervall ta’ mill-inqas 21 jum skont il-programm ta’ sorveljanza tal-mard imsemmi fil-punt (c);
TAQSIMA 3
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-POLLAM MAĦSUB GĦALL-ISKARNAR
Artikolu 45
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-qatgħa ta’ oriġini tal-konsenji tal-pollam maħsuba għall-iskarnar
Il-konsenji ta’ pollam maħsub għall-iskarnar għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jkunu joriġinaw minn qatgħat li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
ma jkunux tlaqqmu kontra l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja;
jekk ikunu tlaqqmu kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle:
ikunu ġew ipprovduti garanziji mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini li:
l-informazzjoni stabbilita fil-punt 4 tal-Anness XV trid tiġi pprovduta għal kull konsenja.
TAQSIMA 4
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAL FLIELES TA’ ĠURNATA
Artikolu 46
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-qatgħat ta’ oriġini tal-konsenji tal-flieles ta’ ġurnata
Il-konsenji ta’ flieles ta’ ġurnata għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jkunu joriġinaw minn qatgħat li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
jekk il-qatgħat ikunu tlaqqmu kontra l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u l-pajjiż terz jew it-territorju ta’ oriġini jkunu pprovdew garanziji għall-konformità mar-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ tilqim u għal sorveljanza addizzjonali stabbiliti fl-Anness XIII;
jekk il-qatgħat ikunu tlaqqmu kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle:
garanziji li jkunu ġew ipprovduti mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini li l-vaċċini użati jikkonformaw jew:
l-informazzjoni stabbilita fil-punt 4 tal-Anness XV trid tiġi pprovduta għal kull konsenja;
il-qatgħat ikunu ġew soġġetti għal programm ta’ sorveljanza tal-mard li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035, u nstab li ma kinux infettati jew urew xi raġuni għaliex tiġi ssuspettata kwalunkwe infezzjoni bl-aġenti li ġejjin:
Salmonella Pullorum, Salmonella Gallinarum u Mycoplasma gallisepticum fil-każ ta’ Gallus gallus;
Salmonella arizonae (serogrupp O:18(k)), Salmonella Pullorum, Salmonella Gallinarum, Mycoplasma meleagridis uMycoplasma gallisepticum fil-każ ta’ Meleagris gallopavo;
Salmonella Pullorum uSalmonella Gallinarum fil-każ ta’ Numida meleagris, Coturnix coturnix, Phasianus colchicus, Perdix perdix, Anas spp;
il-qatgħat jinżammu fi stabbilimenti li, fil-każ ta’ konferma ta’ infezzjoni b’ Salmonella Pullorum, S. Gallinarum u S. arizonae matul l-aħħar 12-il xahar qabel id-data tat-tagħbija tal-konsenja għad-dispaċċ lejn l-Unjoni jkunu applikaw il-miżuri li ġejjin:
il-qatgħa infettata tkun ġiet skarnata jew inqatlet u nqerdet;
wara l-iskarnar jew il-qtil tal-qatgħa infettata kif imsemmi fil-punt (i), l-istabbiliment ikun tnaddaf u ġie diżinfettat;
wara t-tindif u d-diżinfezzjoni msemmija fil-punt (ii), il-qatgħat kollha fl-istabbiliment ittestjaw negattivi għall-infezzjoni b’ Salmonella Pullorum, S Gallinarum u S. arizonae f’żewġ testijiet li twettqu b’intervall ta’ mill-inqas 21 jum skont il-programm ta’ sorveljanza tal-mard imsemmi fil-punt (c);
il-qatgħat jinżammu fi stabbilimenti li f’każ ta’ konferma ta’ mikoplażmożi tat-tjur (Mycoplasma gallisepticum u M. meleagridis) matul l-aħħar 12-il xahar qabel id-data tat-tagħbija tal-konsenja għad-dispaċċ lejn l-Unjoni jkunu applikaw il-miżuri li ġejjin:
jew
il-qatgħa infettata ttestjat negattiva għall-mikoplażmożi tat-tjur (Mycoplasma gallisepticum u M. meleagridis) f’żewġ testijiet imwettqa skont il-programm ta’ sorveljanza tal-mard imsemmi fil-punt (c) fuq il-qatgħa kollha b’intervall ta’ mill-inqas 60 jum;
jew
il-qatgħa infettata ġiet skarnata jew ġiet maqtula u meqruda, l-istabbiliment tnaddaf u ġie ddiżinfettat u wara t-tindif u d-diżinfezzjoni, il-qatgħat kollha fl-istabbiliment ittestjaw negattiv għall-mikoplażmożi tat-tjur (Mycoplasma gallisepticum u M. meleagridis) f’żewġ testijiet li saru b’intervall ta’ mill-inqas 21 jum skont il-programm ta’ sorveljanza tal-mard imsemmi fil-punt (c);
Artikolu 47
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-bajd għat-tifqis ta’ oriġini tal-konsenji tal-flieles ta’ ġurnata
Il-konsenji tal-flieles ta’ ġurnata għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jkunu joriġinaw minn bajd għat-tifqis li:
jikkonforma mar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni stabbiliti fit-Titolu 2 tal-Parti III;
qabel ma jintbagħat lejn il-mafqas, il-bajd għat-tifqis ikun ġie mmarkat skont l-istruzzjoni tal-awtorità kompetenti;
ikun ġie diżinfettat skont l-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti;
ma jkunx ġie f’kuntatt ma’ pollam jew ma’ bajd għat-tifqis bi stat tas-saħħa inferjuri, ma’ għasafar miżmuma jew ma’ għasafar selvaġġi, la matul it-trasport lejn il-mafqas u lanqas fil-mafqas.
Artikolu 48
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-flieles ta’ ġurnata
Il-konsenji tal-flieles ta’ ġurnata għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja ma jkunux tlaqqmu kontra l-influwenza tat-tjur.
TAQSIMA 5
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAL ANQAS MINN 20 EŻEMPLAR TA’ POLLAM
Artikolu 49
Deroga u rekwiżiti speċifiċi għal konsenji ta’ anqas minn 20 eżemplar ta’ pollam, għajr ir-ratiti
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 14(3), mill-Artikolu 40 u mill-Artikoli 43 sa 48, il-konsenji li jkun fihom anqas minn 20 eżemplar ta’ pollam għajr ir-ratiti għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni dment li dawn il-konsenji jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
il-pollam jiġi minn stabbilimenti fejn:
ma jkun ġie rrapportat l-ebda każ ikkonfermat ta’ infezzjoni b’viruses tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità baxxa matul perjodu minimu ta’ 21 jum qabel id-data tat-tagħbija tal-konsenja għad-dispaċċ lejn l-Unjoni jew id-data tal-ġbir tal-bajd għat-tifqis li minnu tfaqqsu l-flieles ta’ ġurnata;
li fi ħdan raġġ ta’ 10 km mill-istabbiliment, inkluż, fejn xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma tkun seħħet l-ebda tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tat-tagħbija tal-konsenja għad-dispaċċ lejn l-Unjoni;
il-pollam jew, fil-każ ta’ flieles ta’ ġurnata, il-qatgħa ta’ oriġini tal-flieles ta’ ġurnata, ikunu ġew iżolati fl-istabbiliment ta’ oriġini għal perjodu minimu ta’ 21 jum qabel id-data tat-tagħbija tal-konsenja għad-dispaċċ lejn l-Unjoni;
fir-rigward tat-tilqim kontra l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja:
il-pollam ma jkunx tlaqqam kontra l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja;
il-qatgħa ta’ oriġini tal-pollam, minbarra l-flieles ta’ ġurnata, ma tkunx tlaqqmet kontra l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja;
meta l-qatgħat ġenituri tal-flieles ta’ ġurnata jkunu tlaqqmu kontra l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, garanziji għall-konformità mar-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ tilqim u għal sorveljanza addizzjonali stipulati fl-Anness XIII, ikunu ġew ipprovduti mill-pajjiż terz jew mit-territorju ta’ oriġini;
meta l-pollam jew il-qatgħa ġenitur tal-flieles ta’ ġurnata jkunu tlaqqmu kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle:
garanziji li jkunu ġew ipprovduti mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini li l-vaċċini użati jikkonformaw jew:
l-informazzjoni stabbilita fil-punt 4 tal-Anness XV trid tiġi pprovduta għal kull konsenja;
il-pollam jew, fil-każ ta’ flieles ta’ ġurnata, il-qatgħa ta’ oriġini tal-flieles ta’ ġurnata, ma jkunux instabu li huma infettati jew taw xi raġuni għal suspett ta’ xi infezzjoni bl-aġenti li ġejjin fit-testijiet imwettqa skont ir-rekwiżiti għall-ittestjar ta’ konsenji ta’ anqas minn 20 eżemplar ta’ pollam għajr ir-ratiti u anqas minn 20 bajda għat-tifqis tiegħu qabel id-dħul fl-Unjoni, stipulati fl-Anness XVII;
Salmonella Pullorum, Salmonella Gallinarum u Mycoplasma gallisepticum fil-każ ta’ Gallus gallus;
Salmonella arizonae (serogrupp O:18(k)), Salmonela Pullorum, Salmonella Gallinarum, Mycoplasma meleagridis u Mycoplasma gallisepticum fil-każ ta’ Meleagris gallopavo;
Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum fil-każ ta’ Numida meleagris, Coturnix coturnix, Phasianus colchicus, Perdix perdix, Anas spp.;
il-flieles ta’ ġurnata jkunu ġejjin minn bajd għat-tifqis li, qabel l-inkubazzjoni, ikun ġie ddiżinfettat skont l-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini.
TAQSIMA 6
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-MOVIMENT U GĦALL-IMMANIĠĠJAR TAL-POLLAM WARA D-DĦUL FL-UNJONI
Artikolu 50
Obbligi fuq l-operaturi fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni wara d-dħul fl-Unjoni tal-konsenji ta’ pollam
L-operaturi fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni għandhom iżommu l-pollam għat-tnissil, il-pollam produttiv, ħlief il-pollam produttiv għar-riforniment tal-provvisti ta’ għasafar tal-kaċċa, u flieles ta’ ġurnata li jkunu daħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu fl-istabbilimenti ta’ destinazzjoni mid-data tal-wasla tagħhom għal perjodu kontinwu minimu ta’:
sitt ġimgħat;
jew
sal-jum tal-iskarnar, meta l-annimali jiġu skarnati fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-wasla.
Artikolu 51
Obbligu tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-kampjunar u tal-ittestjar tal-konsenji tal-pollam wara d-dħul fl-Unjoni
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandha tiżgura li:
matul il-perjodi previsti fl-Artikolu 50(1), il-pollam tat-tnissil, il-pollam produttiv, ħlief il-pollam produttiv għar-riforniment tal-provvisti tal-għasafar tal-kaċċa, u l-flieles ta’ ġurnata li jkunu daħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu, issirilhom spezzjoni klinika mwettqa minn veterinarju uffiċjali fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni mhux aktar tard mid-data ta’ skadenza tal-perjodi rilevanti previsti f’dak l-Artikolu u, fejn ikun hemm bżonn, imdaħħla fil-kampjun għall-ittestjar sabiex jiġi ssorveljat l-istat tas-saħħa tagħhom;
fil-każ ta’ pollam għajr ir-ratiti u meta dawn jintalbu mill-operatur kif imsemmi fl-Artikolu 50(2), il-kampjunar u l-ittestjar tal-pollam għajr ir-ratiti jitwettqu skont l-Anness XVIII.
Artikolu 52
Obbligu tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-kampjunar u tal-ittestjar wara d-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ratiti li joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu mhux ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandha tiżgura li r-ratiti tat-tnissil, ir-ratiti produttivi u l-flieles ta’ ġurnata tar-ratiti li jkunu daħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu li ma jkunux ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle, matul il-perjodi previsti fl-Artikolu 50(1):
ikunu soġġetti għal test tad-detezzjoni tal-virus għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mwettaq mill-awtorità kompetenti fuq tampun kloakali jew kampjuni tar-rawt minn kull ratit;
fil-każ ta’ konsenji ta’ ratiti ddestinati għal Stati Membri bi stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu mhux ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle, minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-punt (a), ikunu soġġetti għal test seroloġiku għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mwettaq mill-awtorità kompetenti fuq kull ratit;
ir-ratiti kollha għandhom ikunu ttestjaw negattivi għat-testijiet previsti fil-punti (a) u (b) qabel ir-rilaxx tagħhom mill-iżolament.
KAPITOLU 2
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-għasafar miżmuma
TAQSIMA 1
REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-GĦASAFAR MIŻMUMA
Artikolu 53
Rekwiżiti rigward l-identifikazzjoni tal-għasafar miżmuma
Il-konsenji ta’ għasafar miżmuma għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jkunu identifikati b’numru ta’ identifikazzjoni individwali permezz ta’ ħolqa tas-sieq magħluqa, immarkata u unika jew transponder injettabbli, li tal-anqas ikun fihom l-informazzjoni li ġejja:
il-kodiċi tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini li jikkonforma mal-Istandard 3166 tal-ISO fil-format b’żewġ ittri;
numru tas-serje uniku.
Artikolu 54
Miżuri preventivi speċifiċi għall-kontenituri li fihom jiġu ttrasportati l-għasafar miżmuma
Il-konsenji ta’ għasafar miżmuma għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk dawn il-konsenji jkun ġew ittrasportati f’kontenituri li, minbarra r-rekwiżiti rigward il-kontenituri stipulati fl-Artikolu 18, ikunu konformi wkoll mar-rekwiżiti li ġejjin:
dawn ikunu magħluqa skont l-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini sabiex tiġi evitata l-possibbiltà ta’ kwalunkwe sostituzzjoni tal-kontenut;
ikollhom fuqhom l-informazzjoni għall-ispeċi u għall-kategorija partikolari ta’ għasafar stipulata fl-Anness XVI;
jintużaw għall-ewwel darba.
Artikolu 55
Rekwiżiti rigward l-istabbiliment ta’ oriġini tal-konsenja tal-għasafar miżmuma
Il-konsenji ta’ għasafar miżmuma għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jkunu ġejjin minn stabbiliment li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
ikun ġie approvat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini bħala li jissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi dwar l-annimali stipulati fl-Artikolu 56, u dik l-approvazzjoni ma tkunx ġiet sospiża jew irtirata;
ikun ġie assenjat numru tal-approvazzjoni uniku mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini, li jkun ġie kkomunikat lill-Kummissjoni;
l-isem u n-numru ta’ approvazzjoni tal-istabbiliment ta’ oriġini jkunu jidhru f’lista ta’ stabbilimenti mfassla u ppubblikata mill-Kummissjoni;
fi ħdan raġġ ta’ 10 km mill-istabbiliment, inkluż, fejn xieraq, it-territorju ta’ kwalunkwe pajjiż ġar, ma tkun seħħet l-ebda tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle għal perjodu minimu tat-30 jum preċedenti qabel id-data tat-tagħbija għad-dispaċċ lejn l-Unjoni;
fil-każ tal-psittacidae, jew:
ma tkunx ġiet ikkonfermata l-klamidjożi tat-tjur fl-istabbiliment għal perjodu minimu ta’ 60 jum qabel id-data tat-tagħbija għad-dispaċċ lejn l-Unjoni u fil-każ li tkun ġiet ikkonfermata l-klamidjozi tat-tjur fl-istabbiliment matul l-aħħar sitt xhur qabel id-data tat-tagħbija għad-dispaċċ lejn l-Unjoni, ikunu ġew applikati l-miżuri li ġejjin:
jew
l-annimali jkunu nżammu taħt superviżjoni veterinarja għall-45 jum ta’ qabel id-data tat-tagħbija għad-dispaċċ lejn l-Unjoni u jkunu ġew ittrattati kontra l-klamidjożi tat-tjur.
Artikolu 56
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-approvazzjoni, għaż-żamma tal-approvazzjoni u għas-sospensjoni, għall-irtirar jew għall-għoti mill-ġdid tal-approvazzjoni tal-istabbiliment ta’ oriġini tal-konsenja tal-għasafar miżmuma
Il-konsenji tal-għasafar miżmuma għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jkunu ġejjin mill-istabbilimenti approvati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini kif imsemmi fl-Artikolu 55, u li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin stipulati fl-Anness XIX:
il-punt 1, fir-rigward tal-miżuri ta’ bijosigurtà;
il-punt 2, fir-rigward tal-faċilitajiet u tat-tagħmir;
il-punt 3, fir-rigward taż-żamma ta’ rekords;
il-punt 4, fir-rigward tal-persunal;
il-punt 5, fir-rigward tal-istat tas-saħħa.
Il-konsenji ta’ għasafar miżmuma għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jkunu ġejjin minn stabbilimenti li jkunu taħt il-kontroll ta’ veterinarju uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju, li għandu:
jiżgura li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu;
iżur il-bini tal-istabbiliment tal-anqas darba fis-sena;
jawditja l-attività tal-veterinarju tal-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-programm annwali ta’ sorveljanza tal-mard;
jivverifika li r-riżultati tat-testijiet kliniċi, post-mortem u fil-laboratorju fuq l-annimali ma jkunu sabu l-ebda okkorrenza ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle jew ta’ klamidjożi tat-tjur.
Meta l-approvazzjoni ta’ stabbiliment tkun ġiet sospiża jew irtirata, l-istabbiliment għandu jerġa’ jiġi approvat dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-marda u s-sors tal-infezzjoni jkunu ġew eradikati;
ikunu twettqu tindif u diżinfezzjoni adegwati fl-istabbilimenti infettati preċedentement;
l-istabbiliment ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1.
Artikolu 57
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-għasafar miżmuma
Il-konsenji tal-għasafar miżmuma għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
dawn ma jkunux tlaqqmu kontra l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja;
meta dawn ikunu tlaqqmu kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini tkun ipprovdiet garanziji li l-vaċċini użati jikkonformaw mal-kriterji ġenerali u speċifiċi għall-vaċċini kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle stipulati fil-punt 1 tal-Anness XV;
dawn ikunu ġew soġġetti għal test għad-detezzjoni tal-virus tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u għall-marda ta’ Newcastle b’riżultati negattivi, fi ħdan perjodu ta’ bejn seba’ u 14-il jum qabel id-data tat-tagħbija għad-dispaċċ lejn l-Unjoni.
Artikolu 58
Rekwiżiti dwar id-dħul ta’ konsenji ta’ għasafar miżmuma fl-Istati Membri bi stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim
Il-konsenji ta’ għasafar miżmuma tal-ispeċijiet galliformi maħsuba għal Stat Membru bi stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja:
ma jkunux tlaqqmu kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle;
ikunu nżammu f’iżolament għal perjodu minimu ta’ 14-il jum qabel id-data tat-tagħbija tal-konsenja għad-dispaċċ lejn l-Unjoni fl-istabbiliment ta’ oriġini jew fi stabbiliment ta’ kwarantina fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini taħt is-superviżjoni ta’ veterinarju uffiċjali, fejn:
l-ebda għasfur ma jkun tlaqqam kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle matul il-perjodu ta’ 21 jum qabel id-data tad-dispaċċ tal-konsenja;
l-ebda għasfur li ma kienx maħsub għall-konsenja ma jkun daħal fl-istabbiliment matul dak iż-żmien;
ma tkun ingħatat l-ebda tilqima fl-istabbiliment;
ikunu ttestjaw negattivi, matul il-perjodu ta’ 14-il jum qabel id-data tat-tagħbija għad-dispaċċ lejn l-Unjoni, għal testijiet seroloġiċi sabiex tiġi individwata l-preżenza ta’ antikorpi kontra l-virus tal-marda ta’ Newcastle, imwettqa fuq kampjuni tad-demm f’livell li jagħti fiduċja ta’ 95 % ta’ detezzjoni ta’ infezzjoni bi prevalenza ta’ 5 %.
TAQSIMA 2
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-MOVIMENT U GĦALL-IMMANIĠĠJAR TAL-GĦASAFAR MIŻMUMA WARA D-DĦUL TAGĦHOM FL-UNJONI
Artikolu 59
Rekwiżiti rigward il-moviment tal-għasafar miżmuma wara d-dħul fl-Unjoni
Wara d-dħul tagħhom fl-Unjoni, il-konsenji tal-għasafar miżmuma għandhom jiġu ttrasportati mingħajr dewmien direttament fi stabbiliment ta’ kwarantina approvat skont l-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035, kif ġej:
il-vjaġġ totali mill-punt tad-dħul fl-Unjoni sal-istabbiliment ta’ kwarantina ma jistax jaqbeż id-disa’ sigħat;
veikoli użati għat-trasport tal-konsenja lejn l-istabbiliment ta’ kwarantina jridu jkunu ssiġillati mill-awtorità kompetenti b’tali mod li l-kontenut ma jkunx jista’ jiġi ssostitwit.
Artikolu 60
Obbligu fuq l-operaturi fl-istabbiliment ta’ kwarantina wara d-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tal-għasafar miżmuma
L-operaturi tal-istabbiliment ta’ kwarantina għall-għasafar miżmuma msemmija fl-Artikolu 59 għandhom:
iżommu l-għasafar miżmuma fi kwarantina għal perjodu minimu ta’ 30 jum;
fejn jintużaw għasafar sentinelli għall-proċeduri ta’ eżaminazzjoni, ta’ kampjunar u ta’ ttestjar, jiżguraw li:
tal-anqas jintużaw 10 għasafar sentinelli f’kull unità tal-istabbiliment ta’ kwarantina;
ikollhom tal-anqas tliet ġimgħat u jintużaw darba biss għal dawk l-għanijiet;
ikollhom jew ħolqa tas-sieq għall-finijiet ta’ identifikazzjoni jew inkella jkunu identifikati b’mezz ta’ identifikazzjoni ieħor li ma jkunx jista’ jitneħħa;
ma jkunux tlaqqmu u jkun instab li huma seronegattivi għall-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle fi ħdan perjodu ta’ 14-il jum qabel id-data tal-bidu tal-kwarantina;
jitqiegħdu fl-istabbiliment ta’ kwarantina approvat qabel il-wasla tal-għasafar miżmuma fl-ispazju tal-ajru komuni u mill-aktar qrib possibbli tal-għasafar miżmuma sabiex jiġi żgurat il-kuntatt mill-qrib bejn l-għasafar sentinelli u l-eskrementi tal-għasafar miżmuma fi kwarantina;
l-għasafar miżmuma jiġu rilaxxati mill-kwarantina biss bl-awtorizzazzjoni bil-miktub ta’ veterinarju uffiċjali.
Artikolu 61
Obbligu fuq l-awtoritajiet kompetenti wara d-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tal-għasafar miżmuma
Wara l-wasla tal-għasafar miżmuma fl-istabbiliment ta’ kwarantina msemmi fl-Artikolu 59, l-awtorità kompetenti għandha:
tispezzjona l-kundizzjonijiet tal-kwarantina, inklużi eżaminazzjoni tar-rekords tal-mortalità u spezzjoni klinika tal-għasafar miżmuma, tal-anqas fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu ta’ kwarantina;
tagħmel testijiet fuq l-għasafar miżmuma għall-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle, skont il-proċeduri ta’ eżaminazzjoni, ta’ kampjunar u ta’ ttestjar stipulati fl-Anness XX.
TAQSIMA 3
DEROGI MIR-REKWIŻITI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ GĦASAFAR MIŻMUMA U GĦALL-MOVIMENT U L-IMMANIĠĠJAR TA’ DAWK L-GĦASAFAR WARA D-DĦUL TAGĦHOM FL-UNJONI
Artikolu 62
Derogi mir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ għasafar miżmuma fil-magħluq
Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11 u fl-Artikoli 54 sa 58, il-konsenji ta’ ħamiem tat-tiġrija li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu fejn jinżammu normalment, bl-intenzjoni li jinħelsu immedjatament bl-istennija li jtiru lura lejn dak il-pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu u li ma jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti, għandhom jitħallew jidħlu fl-Unjoni jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun iddetermina li l-ħamiem tat-tiġrija jista’ jidħol fit-territorju tiegħu minn dak il-pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu f’konformità mal-Artikolu 230(2) tar-Regolament (UE) 2016/429;
ikunu ġejjin minn stabbiliment reġistrat, f’raġġ ta’ 10 km li fih, meta xieraq, inkluż it-territorju ta’ kwalunkwe pajjiż ġar, ma kien hemm l-ebda tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle għal perjodu ekwivalenti għal mill-inqas it-30 jum preċedenti qabel id-data tat-tagħbija għad-dispaċċ fl-Unjoni;
ma jkunux tlaqqmu kontra l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja;
ikunu tlaqqmu kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle u l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini tkun ipprovdiet garanziji li l-vaċċini użati jikkonformaw mal-kriterji ġenerali u speċifiċi għall-vaċċini kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness XV;
ikunu ġejjin minn stabbiliment fejn jitwettaq it-tilqim kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle.
Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 59, 60 u 61, l-awtorità kompetenti tal-Istati Membru tad-dħul fl-Unjoni tista’ tawtorizza d-dħul fl-Unjoni tal-ħamiem tat-tiġrija li mhux se jiġi ttrasportat direttament lejn stabbiliment ta’ kwarantina approvat f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 jekk:
ikun ħamiem tat-tiġrija li jkun daħal fl-Unjoni minn pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu fejn ikun jinżamm normalment f’konformità mal-paragrafu 2;
jinħeles immedjatament, taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti, bl-istennija li se jtir lura lejn il-pajjiż terz jew it-territorju ta’ oriġini jew żona tiegħu.
TITOLU 4
REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAN-NAĦAL TAL-GĦASEL U GĦAN-NAĦAL BAGĦLI
KAPITOLU 1
Rekwiżiti ġenerali dwar is-saħħa tal-annimali għan-naħal tal-għasel u għan-naħal bagħli
Artikolu 63
Kategoriji awtorizzati ta’ naħal
Il-konsenji mill-kategoriji ta’ naħal li ġejjin biss għandhom jitħallew jidħlu fl-Unjoni:
irġejjen tan-naħal tal-għasel;
naħal bagħli.
Artikolu 64
Dispaċċ lejn l-Unjoni tan-naħal tal-għasel u tan-naħal bagħli
Il-konsenji ta’ rġejjen tan-naħal tal-għasel u tan-naħal bagħli għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
il-materjal tal-imballaġġ u l-gaġeġ tal-irġejjen użati għad-dispaċċ tan-naħal tal-għasel u tan-naħal bagħli fl-Unjoni jridu:
ikunu ġodda;
ma jkunux ġew f’kuntatt ma’ xi naħla u xi xehda tad-duqqajs;
ikunu ġew soġġetti għal kull prekawzjoni għall-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni tagħhom b’patoġeni li jikkawżaw mard tan-naħal tal-għasel jew tan-naħal bagħli.
l-oġġetti tal-għalf li jakkumpanjaw in-naħal tal-għasel u n-naħal bagħli jridu jkunu ħielsa minn patoġeni li jikkawżaw il-mard tagħhom;
il-materjal tal-imballaġġ u l-prodotti li jakkumpanjaw trid tkun saritilhom eżaminazzjoni viżwali qabel id-dispaċċ lejn l-Unjoni sabiex jiġi żgurat li ma jkunux jirrappreżentaw riskju għas-saħħa tal-annimali u ma jkunx fihom:
fil-każ tan-naħal tal-għasel, Aethina tumida (ħanfusa żgħira tal-ġabsala) u Tropilaelaps fi kwalunkwe stadju ta’ ħajjithom;
fil-każ tan-naħal bagħli, Aethina tumida (ħanfusa żgħira tal-ġabsala), fi kwalunkwe stadju ta’ ħajjithom.
KAPITOLU 2
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-irġejjen tan-naħal tal-għasel
Artikolu 65
Il-miġbħa ta’ oriġini tal-irġejjen tan-naħal tal-għasel
Il-konsenji tal-irġejjen tan-naħal tal-għasel għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-irġejjen tan-naħal tal-għasel tal-konsenja jkunu joriġinaw minn miġbħa li tinsab f’erja:
b’raġġ minimu ta’ 100 km, inkluż fejn xieraq it-territorju ta’ pajjiż terz ġar:
fejn ma tkunx ġiet irrapportata infestazzjoni b’Aethina tumida (ħanfusa żgħira tal-ġabsala) jew infestazzjoni bi Tropilaelaps spp.;
ma jkun hemm l-ebda restrizzjoni fis-seħħ minħabba suspett, każ jew tifqigħa tal-mard imsemmi f’(i).
b’raġġ minimu ta’ 3 km, inkluż fejn xieraq it-territorju ta’ pajjiż terz ġar:
ma tkunx ġiet irrapportata pesta Amerikana għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tat-tagħbija għad-dispaċċ lejn l-Unjoni;
ma jkun hemm l-ebda restrizzjoni fis-seħħ minħabba suspett jew każ ikkonfermat ta’ pesta Amerikana matul il-perjodu msemmi fil-punt (i);
fejn ma kien hemm l-ebda każ ikkonfermat preċedenti ta’ pesta Amerikana qabel il-perjodu msemmi fil-punt (i), il-kaxex tan-naħal kollha jkunu ġew ivverifikati b’mod sussegwenti mill-awtorità kompetenti fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini u l-kaxex tan-naħal infettati kollha jkunu ġew ittrattati u mbagħad spezzjonati b’riżultati favorevoli fi ħdan perjodu ta’ 30 jum mid-data tal-aħħar każ irreġistrat ta’ dik il-marda.
Artikolu 66
Il-kaxxa tan-naħal ta’ oriġini tan-naħal tal-għasel
Il-konsenji ta’ rġejjen tan-naħal tal-għasel għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-irġejjen tan-naħal tal-għasel tal-konsenja joriġinaw minn kaxex tan-naħal li minnhom ikunu ġew ittestjati kampjuni tax-xehda għall-pesta Amerikana b’riżultati negattivi fi ħdan perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tat-tagħbija għad-dispaċċ lejn l-Unjoni.
Artikolu 67
Il-konsenja ta’ rġejjen tan-naħal tal-għasel
Il-konsenji ta’ rġejjen tan-naħal tal-għasel għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk dawn il-konsenji jkunu f’gaġeġ magħluqa, b’kull waħda li jkun fiha reġina tan-naħal tal-għasel waħda biss b’massimu ta’ 20 attendent li jakkumpanjaha.
Artikolu 68
Garanziji addizzjonali għall-irġejjen tan-naħal tal-għasel iddestinat għal ċerti Stati Membri jew għal żona fir-rigward tal-infestazzjoni bil-Varroa spp. (Varroosis)
Il-konsenji ta’ rġejjen tan-naħal tal-għasel iddestinati għal Stat Membru jew żona bi stat ta’ ħelsien mill-mard għal infestazzjoni bil-Varroa spp. (Varroosis) għandhom ikunu permessi jidħlu fl-Unjoni biss jekk dawk il-konsenji jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
in-naħal tal-għasel tal-konsenja jridu joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu ħielsa mill-infestazzjoni bil-Varroa spp. (Varroosis);
fil-pajjiż terz jew territorju ta’ oriġini jew żona tiegħu, ma ġietx irrappurtata infestazzjoni bil-Varroa spp. (Varroosis) għal perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tat-tagħbija għad-dispaċċ lejn l-Unjoni;
tkun ittieħdet kull prekawzjoni sabiex tiġi evitata kontaminazzjoni tal-konsenja bil-Varroa spp. matul it-tagħbija u d-dispaċċ lejn l-Unjoni.
KAPITOLU 3
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għan-naħal bagħli
Artikolu 69
L-istabbiliment ta’ oriġini tan-naħal bagħli
Il-konsenji tan-naħal bagħli għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk in-naħal bagħli tal-konsenja:
ikunu trabbew u nżammu fi stabbiliment tal-produzzjoni tan-naħal bagħli ambjentalment iżolat li:
ikollu faċilitajiet li jiżguraw li l-produzzjoni tan-naħal bagħli sseħħ f’bini protett mill-insetti li jtiru;
ikollu faċilitajiet u tagħmir li jiżguraw li n-naħal bagħli jkun iżolat ulterjorment f’unitajiet epidemjoloġiċi separati u kull kolonja f’kontenituri magħluqa fi ħdan il-bini matul il-produzzjoni sħiħa;
il-ħażna u l-immaniġġjar tal-għabra tad-dakra ġewwa l-faċilitajiet ikunu iżolati min-naħal bagħli matul il-produzzjoni kollha tan-naħal bagħli sakemm ikun mitmugħ lilhom;
ikollu proċeduri operatorji standard għall-prevenzjoni tad-dħul tal-ħanfusa żgħira tal-ġabsala fl-istabbilment u jivverifika b’mod regolari għall-preżenza tal-ħanfusa żgħira tal-ġabsala fl-istabbiliment;
fi ħdan l-istabbiliment imsemmi fil-punt (a), in-naħal bagħli jrid ikun ġej minn unità epidemjoloġika li fiha ma tkunx instabet infestazzjoni bl-Aethina tumida (il-ħanfusa żgħira tal-ġabsala).
Artikolu 70
Il-konsenja tan-naħal bagħli
Il-konsenji tan-naħal bagħli għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk dawn il-konsenji ikunu ntbagħtu lejn l-Unjoni f’kontenituri magħluqa, b’kull wieħed li jkun fih kolonja b’massimu ta’ 200 naħla bagħlija adulta b’reġina jew mingħajr.
KAPITOLU 4
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-immaniġġjar wara d-dħul tal-irġejjen tan-naħal tal-għasel u tan-naħal bagħli
Artikolu 71
Immaniġġjar wara d-dħul tal-irġejjen tan-naħal tal-għasel u tan-naħal bagħli
Artikolu 72
Obbligi speċifiċi għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post ta’ destinazzjoni tal-konsenji tan-naħal tal-għasel u tan-naħal bagħli għandha:
tissorvelja t-trasferiment mill-gaġġa tat-trasport għall-gaġeġ il-ġodda msemmija fl-Artikolu 71(1);
tiżgura s-sottomissjoni mill-operatur tal-materjali msemmija fl-Artikolu 71(2);
tiżgura li l-laboratorju uffiċjali msemmi fl-Artikolu 71(2) ikollu arranġamenti fis-seħħ sabiex jeqred il-gaġeġ, l-attendenti u l-materjal wara l-eżaminazzjoni fil-laboratorju prevista f’dik id-dispożizzjoni.
TITOLU 5
REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ KLIEB, TA’ QTATES U TA’ INMSA
Artikolu 73
Dispaċċ tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa lejn l-Unjoni
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, il-konsenji ta’ klieb, ta’ qtates u ta’ inmsa li jkunu ġejjin minn aktar minn stabbiliment ta’ oriġini wieħed jistgħu jkunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni jekk l-annimali tal-konsenja tkun saritilhom operazzjoni unika ta’ assemblaġġ fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini jew f’żona tiegħu dment li jkunu rrispettati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-operazzjoni ta’ assemblaġġ tkun saret fi stabbiliment:
approvat għat-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ assemblaġġ ta’ klieb, qtates u inmsa mill-awtorità kompetenti fil-pajjiż terz jew territorju f’konformità mar-rekwiżiti li huma tal-anqas stretti daqs dawk stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035;
li jkollu numru ta’ approvazzjoni uniku assenjat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju;
elenkat għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju tad-dispaċċ, inkluża l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035;
fejn ir-rekords li ġejjin jinżammu aġġornati għal perjodu minimu ta’ tliet snin:
l-operazzjoni ta’ assemblaġġ fiċ-ċentru ta’ assemblaġġ ma tkunx damet aktar minn sitt ijiem; dan il-perjodu għandu jitqies bħala parti mill-perjodu ta’ żmien għall-kampjunar għall-ittestjar qabel ma jintbagħat lejn l-Unjoni, fejn tali kampjunar huwa meħtieġ minn dan ir-Regolament;
l-annimali jridu jkunu waslu fl-Unjoni fi ħdan perjodu ta’ 10 ijiem mid-data tad-dispaċċ mill-istabbiliment ta’ oriġini.
Artikolu 74
Identifikazzjoni tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa
Artikolu 75
Il-pajjiż terz jew it-territorju ta’ oriġini jew iż-żona tiegħu tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa
Il-konsenji ta’ klieb, ta’ qtates u ta’ inmsa għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jkunu joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu fejn ir-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjoni bil-virus tar-rabja jkunu fis-seħħ u implimentati b’mod effettiv għall-minimizzazzjoni tar-riskju ta’ infezzjoni tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa, inklużi regoli dwar l-importazzjonijiet ta’ dawk l-ispeċijiet minn pajjiżi terzi jew minn territorji oħra.
Artikolu 76
Il-klieb, il-qtates u l-inmsa
Il-konsenji ta’ klieb, ta’ qtates u ta’ inmsa għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
ikunu rċivew tilqima kontra l-infezzjoni bil-virus tar-rabja li tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-annimali jrid ikollhom tal-anqas 12-il ġimgħa meta jingħataw it-tilqima;
il-vaċċin irid jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 );
fil-jum tad-dispaċċ lejn l-Unjoni, iridu jkunu għaddew mill-inqas 21 jum mindu ngħatat it-tilqima primarja kontra l-infezzjoni bil-virus tar-rabja;
kopja ċċertifikata tad-dettalji dwar it-tilqima trid tkun mehmuża maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fl-Artikolu 3(1)(c)(i).
irid ikun sarilhom test validu ta’ titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja, f’konformità mal-punt 1 tal-Anness XXI.
Artikolu 77
Deroga għall-klieb, għall-qtates u għall-inmsa maħsuba għal stabbiliment konfinat jew ta’ kwarantina
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 76, il-konsenji ta’ klieb, ta’ qtates u ta’ inmsa li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti rigward it-tilqim kontra r-rabja u r-rekwiżiti rigward l-infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni dment li dawn il-konsenji jkunu maħsuba għad-dħul dirett jew fi:
stabbiliment konfinat;
jew
stabbiliment ta’ kwarantina approvat fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni.
Artikolu 78
Ċaqliq u mmaniġġjar wara d-dħul fl-Unjoni ta’ klieb, ta’ qtates u ta’ inmsa maħsuba għal stabbiliment konfinat jew ta’ kwarantina
Il-konsenji ta’ klieb, ta’ qtates u ta’ inmsa maħsuba għad-dħul dirett fi stabbiliment approvat ta’ kwarantina kif imsemmi fl-Artikolu 77(b) għandhom jinżammu f’dak l-istabbiliment għal perjodu ta’:
mhux anqas minn sitt xhur mid-data tal-wasla tagħhom fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għat-tilqim kontra l-infezzjoni bil-virus tar-rabja prevista fl-Artikolu 76(1);
jew
fil-każ ta’ klieb li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti għall-infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis previsti fl-Artikolu 76(3), 24 siegħa wara trattament kontra l-infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis skont il-punt 2 tal-Anness XXI.
PARTI III
REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ PRODOTTI ĠERMINALI KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLI 3 U 5
TITOLU 1
REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-PRODOTTI ĠERMINALI TAL-UNGULATI
KAPITOLU 1
Rekwiżiti ġenerali dwar is-saħħa tal-annimali għall-prodotti ġerminali tal-ungulati
Artikolu 79
Il-pajjiż terz jew it-territorju ta’ oriġini jew żona tiegħu
Il-konsenji ta’ semen, ta’ ooċiti u ta’ embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu nġabru minn annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew minn territorji li jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali stabbiliti fl-Artikolu 22.
Artikolu 80
Il-perjodu ta’ residenza tal-annimali donaturi
Il-konsenji ta’ semen, ta’ ooċiti u ta’ embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu nġabru minn annimali li:
qabel id-data tal-ġbir, ikunu baqgħu f’pajjiż terz jew f’territorju jew f’żona tiegħu li jkunu elenkati għad-dħul fl-Unjoni tal-ispeċi u tal-kategorija partikolari ta’ prodott ġerminali:
fil-każ ta’ annimali bovini, ovini u kaprini, għal perjodu ta’ mill-inqas sitt xhur;
fil-każ ta’ annimali porċini u ekwini, għal perjodu ta’ mill-inqas tliet xhur;
għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġbir tal-prodotti ġerminali u matul il-perjodu tal-ġbir:
ikunu nżammu fi stabbilimenti li ma jinsabux f’żona ristretta stabbilita minħabba l-okkorrenza f’annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini ta’ marda tal-kategorija A jew ta’ marda emerġenti rilevanti għal annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini;
ikunu nżammu fi stabbiliment uniku li fih ma tkun ġiet irrapportata l-ebda marda tal-kategorija D rilevanti għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini;
ma jkunux ġew f’kuntatt ma’ annimali minn stabbilimenti li jinsabu f’żona ristretta msemmija fil-punt (i) jew minn stabbilimenti msemmija fil-punt (ii);
ma jkunux intużaw għat-tnissil naturali.
Artikolu 81
Identifikazzjoni tal-annimali donaturi
Il-konsenji ta’ semen, ta’ ooċiti u ta’ embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu nġabru minn annimali li ġew identifikati skont l-Artikolu 21.
Artikolu 82
L-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali
Il-konsenji ta’ prodotti ġerminali għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss mill-istabbilimenti approvati tal-prodotti ġerminali msemmija fil-paragrafu 1 li jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali stipulati fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/686:
il-Parti 1 ta’ dak l-Anness, fir-rigward ta’ ċentru għall-ġbir tas-semen;
il-Parti 2 ta’ dak l-Anness, fir-rigward ta’ grupp ta’ ġbir tal-embrijuni;
il-Parti 3 ta’ dak l-Anness, fir-rigward ta’ grupp ta’ produzzjoni tal-embrijuni;
il-Parti 4 ta’ dak l-Anness, fir-rigward ta’ stabbiliment għall-ipproċessar ta’ prodotti ġerminali;
il-Parti 5 ta’ dak l-Anness, fir-rigward ta’ ċentru għall-ħżin ta’ prodotti ġerminali.
Artikolu 83
Il-prodotti ġerminali
Il-konsenji ta’ semen, ta’ ooċiti u ta’ embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk dawk il-prodotti ġerminali jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
ikunu mmarkati b’tali mod li l-informazzjoni li ġejja tkun tista’ tiġi stabbilita minnufih:
id-data tal-ġbir jew tal-produzzjoni ta’ dawk il-prodotti ġerminali;
l-ispeċijiet u l-identifikazzjoni tal-annimal(i) donatur(i);
in-numru ta’ approvazzjoni uniku tal-istabbiliment tal-prodotti ġerminali tal-ġbir jew tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-ħżin ta’ dawk il-prodotti ġerminali;
kull informazzjoni oħra rilevanti;
ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għall-ġbir, għall-produzzjoni, għall-ipproċessar u għall-ħżin stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2020/686.
Artikolu 84
It-trasport tal-prodotti ġerminali
Il-konsenji ta’ semen, ta’ ooċiti u ta’ embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk:
ikunu tqiegħdu f’kontenitur li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
kien issiġillat u enumerat qabel id-dispaċċ mill-istabbiliment approvat tal-prodotti ġerminali taħt ir-responsabbiltà ta’ veterinarju taċ-ċentru jew tal-grupp, jew minn veterinarju uffiċjali;
ikun tnaddaf u ġie diżinfettat jew inkella sterilizzat qabel l-użu, jew ikun kontenitur li jintuża darba biss;
ikun imtela bl-aġent krijoġeniku li ma jkunx intuża qabel għal prodotti oħrajn.
ikun tqiegħed tip wieħed biss ta’ prodotti ġerminali ta’ speċi waħda fil-kontenitur imsemmi fil-punt (a).
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1(b), l-operaturi jistgħu jqiegħdu f’kontenitur wieħed semen, ooċiti u embrijuni tal-istess speċi, dment li:
it-tubi jew pakketti oħrajn li fihom jitqiegħdu prodotti ġerminali jkunu ssiġillati b’mod sigur u ermetiku;
il-prodotti ġerminali ta’ tipi differenti jkunu sseparati minn xulxin permezz ta’ kompartimenti fiżiċi jew billi jitqiegħdu f’boroż protettivi sekondarji.
Artikolu 85
Rekwiżiti addizzjonali għat-trasport tas-semen
Il-konsenji ta’ semen tal-annimali bovini, porċini, ovini u kaprini li jkun inġabar minn aktar minn annimal donatur wieħed u tqiegħed f’tubu wieħed jew f’pakkett ieħor għall-finijiet tad-dħul fl-Unjoni għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk:
dak is-semen ikun inġabar u ntbagħat minn ċentru wieħed għall-ġbir tas-semen mnejn kien inġabar;
ikun hemm proċeduri fis-seħħ rigward l-ipproċessar ta’ dak is-semen sabiex jiġi żgurat li jkun konformi mar-rekwiżiti dwar il-markar tal-punt (a) tal-Artikolu 83.
Artikolu 85a
Spezzjoni tal-konsenji ta’ prodotti ġerminali qabel id-dispaċċ lejn l-Unjoni
Il-konsenji ta’ semen, ooċiti u embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk dawk il-konsenji jkunu ġew soġġetti għal eżaminazzjoni viżwali u kontroll tad-dokumentazzjoni, imwettqa minn veterinarju uffiċjali fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini jew f’żona tiegħu fi ħdan il-perjodu ta’ 72 siegħa qabel il-ħin tad-dispaċċ lejn l-Unjoni kif ġej:
eżaminazzjoni viżwali tal-kontenitur tat-trasport sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 84;
kontroll tad-dokumentazzjoni tad-data sottomessa mill-veterinarju taċ-ċentru jew tal-grupp biex jiġi żgurat li:
l-informazzjoni li għandha tiġi ċċertifikata hija appoġġata mir-rekords miżmuma skont:
il-marka fuq it-tubi straw jew fuq pakketti oħrajn, applikata skont il-punt (a) tal-Artikolu 83, tkun tikkorrispondi għan-numru pprovdut fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u fuq il-kontenitur li fih jiġu ttrasportati;
ir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali msemmija fil-Parti III, it-Titolu 1 ikunu ġew issodisfati.
KAPITOLU 2
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-prodotti ġerminali tal-annimali bovini
Artikolu 86
L-istabbiliment ta’ oriġini tal-annimali bovini donaturi
Il-konsenji ta’ semen, ta’ ooċiti u ta’ embrijuni ta’ annimali bovini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu nġabru minn annimali li jkunu ġejjin minn stabbilimenti li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin u dawk l-annimali qatt ma kienu nżmmu preċedentement fi kwalunkwe stabbiliment bi stat tas-saħħa inferjuri.
jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 23;
fil-każ ta’ annimali donaturi tas-semen qabel id-dħul tagħhom f’akkomodazzjoni ta’ kwarantina, kienu ħielsa mill-mard li ġej:
infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis);
infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u Br. suis;
lewkożi enżootika bovina;
rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva.
Artikolu 87
Derogi mir-rekwiżiti għall-istabbiliment ta’ oriġini tal-annimali bovini donaturi
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 86(b)(iii), il-konsenji ta’ semen ta’ annimali bovini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk annimal donatur ikun ġej minn stabbiliment li ma jkunx ħieles mil-lewkożi enżootika bovina u:
ikollu anqas minn sentejn (2) u li jkun ġie prodott minn omm li kienet ġiet soġġetta, b’riżultati negattivi, għal test seroloġiku għal-lewkożi enżootika bovina wara t-tneħħija tal-annimal minn mal-omm;
jew
ikun laħaq l-età ta’ sentejn (2) u ġie soġġett, b’riżultat negattiv, għal test seroloġiku għal-lewkożi enżootika bovina.
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 86(b)(iv), il-konsenji ta’ semen, ooċiti u embrijuni ta’ annimali bovini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni jekk l-annimal donatur ikun ġej minn stabbiliment li ma jkunx ħieles mil-rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva, dment li:
fil-każ tas-semen, l-annimal ikun ġie soġġett, b’riżultat negattiv, għal test rekwiżit skont il-punt 1(b)(iv) tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/686;
fil-każ ta’ ooċiti jew embrijuni, il-veterinarju uffiċjali responsabbli għall-istabbiliment tal-oriġini jkun iċċertifika li ma kien hemm l-ebda każ kliniku ta’ rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva matul perjodu ta’ mill-inqas it-12-il xahar ta’ qabel.
Artikolu 88
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-annimali bovini donaturi
Il-konsenji ta’ semen, ta’ ooċiti jew ta’ embrijuni għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu nġabru minn annimali bovini donaturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali stipulati fil-Parti 1 u fil-Kapitoli I, II u III tal-Parti 5 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/686.
KAPITOLU 3
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-prodotti ġerminali tal-annimali porċini
Artikolu 89
L-istabbiliment ta’ oriġini tal-annimali porċini donaturi
Il-konsenji ta’ semen, ta’ ooċiti u ta’ embrijuni ta’ annimali porċini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu nġabru minn annimali li jkunu ġew minn stabbilimenti:
li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 23;
li, fil-każ ta’ annimali donaturi tas-semen qabel l-ammissjoni tagħhom f’akkomodazzjoni fi kwarantina, fejn ma tkun ġiet identifikata l-ebda evidenza klinika, seroloġika, viroloġika jew patoloġika ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky matul il-perjodu minimu tat-12-il xahar preċedenti.
Il-konsenji ta’ semen ta’ annimali porċini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu nġabru mingħand annimali:
qabel l-ammissjoni tagħhom f’akkomodazzjoni fi kwarantina, li jkunu ġew minn stabbilimenti li kienu ħielsa mill-infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suisBrucella suis skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu IV tal-Parti 5 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/686;
li jkunu nżammu fl-akkomodazzjoni fi kwarantina li, fid-data tal-ammissjoni, kienet ħielsa mill-infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis għal perjodu minimu tat-tliet xhur preċedenti;
li kienu miżmuma f’ċentru għall-ġbir tas-semen fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda evidenza klinika, seroloġika, viroloġika jew patoloġika ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tal-ammissjoni u tal-anqas 30 jum immedjatament qabel id-data tal-ġbir;
li kienu miżmuma, mit-twelid jew tal-anqas għal tliet xhur qabel id-data tad-dħul fl-akkomodazzjoni fi kwarantina, fi stabbiliment fejn ma jkunux tlaqqmu annimali kontra l-infezzjoni bil-virus tas-sindrome riproduttiva u respiratorja tal-ħnieżer u fejn ma tkun ġiet identifikata ebda infezzjoni bil-virus tas-sindrome riproduttiva u respiratorja tal-ħnieżer fi ħdan dak il-perjodu.
Artikolu 90
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-annimali porċini donaturi
Il-konsenji ta’ semen, ta’ ooċiti jew ta’ embrijuni għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu nġabru mingħand annimali porċini donaturi li:
jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali stipulati fil-Parti 2 u fil-Kapitoli I, II u III u IV tal-Parti 5 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/686;
ma tlaqqmux kontra l-infezzjoni bil-virus tas-sindrome riproduttiva u respiratorja tal-ħnieżer.
KAPITOLU 4
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-prodotti ġerminali tal-annimali ovini u kaprini
Artikolu 91
L-istabbiliment ta’ oriġini tal-annimali ovini u kaprini donaturi
Il-konsenji ta’ semen, ta’ ooċiti u ta’ embrijuni ta’ annimali ovini u kaprini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu nġabru minn annimali donaturi li jkunu ġejjin minn stabbiliment li kien ħieles mill-infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis u qatt qabel ma kienu f’xi stabbiliment bi stat inferjuri.
Artikolu 92
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-annimali ovini u kaprini donaturi
Il-konsenji ta’ semen, ta’ ooċiti jew ta’ embrijuni ta’ annimali ovini u kaprini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu nġabru minn annimali donaturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali stipulati fil-Parti 3 u fil-Kapitoli I, II u III tal-Parti 5 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/686.
KAPITOLU 5
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-prodotti ġerminali tal-annimali ekwini
Artikolu 93
L-istabbiliment ta’ oriġini tal-annimali ekwini donaturi
Il-konsenji ta’ semen, ta’ ooċiti u ta’ embrijuni ta’ annimali ekwini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu nġabru minn annimali donaturi li jkunu ġejjin minn stabbilimenti li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23.
Artikolu 94
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-annimali ekwini donaturi
Il-konsenji ta’ semen, ta’ ooċiti jew ta’ embrijuni ta’ annimali ekwini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali donaturi ta’ dawk il-prodotti ġerminali jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24(1)(a)(ii) u (b)(ii) u fl-Artikolu 24(6) ta’ dan ir-Regolament, u r-rekwiżiti speċifiċi addizzjonali dwar is-saħħa tal-annimali stabiliti fil-Parti 4 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/686.
KAPITOLU 6
Regoli speċjali għall-prodotti ġerminali ta’ ungulati maħsuba għal stabbilimenti konfinati
Artikolu 95
Prodotti ġerminali maħsuba għal stabbilimenti konfinati fl-Unjoni
Il-konsenji ta’ semen, ta’ ooċiti u ta’ embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini mibgħuta minn stabbilimenti konfinati f’pajjiżi terzi jew f’territorji elenkati skont l-Artikolu 29 għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk jintbagħtu lejn stabbiliment konfinat fl-Unjoni soġġett għall-konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
saret valutazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni dwar ir-riskji assoċjati mad-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-prodotti ġerminali;
l-annimali donaturi ta’ dawk il-prodotti ġerminali jkunu joriġinaw minn stabbiliment konfinat fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini jew f’żona tiegħu, li jkunu inklużi f’lista stabbilita skont l-Artikolu 29 tal-istabbilimenti konfinati li minnhom id-dħul ta’ ungulati fl-Unjoni jista’ jkun awtorizzat;
il-prodotti ġerminali jkunu ddestinati għal stabbiliment konfinat fl-Unjoni, li jkun approvat skont l-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2016/429;
il-prodotti ġerminali jiġu ttrasportati direttament fl-istabbiliment konfinat imsemmi fil-punt (c).
Artikolu 96
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-annimali donaturi miżmuma fi stabbiliment konfinat
Il-konsenji tal-prodotti ġerminali msemmija fl-Artikolu 95 għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu nġabru minn annimali donaturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
l-annimali donaturi ma jkunux ġew minn stabbiliment, u lanqas ma kienu f’kuntatt ma’ annimali minn stabbiliment, li jinsab f’żona ristretta stabbilita minħabba l-okkorrenza ta’ marda tal-kategorija A jew marda emerġenti rilevanti għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini;
l-annimali donaturi jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda waħda mill-mardiet tal-kategorija D rilevanti għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni;
l-annimali donaturi baqgħu fi stabbiliment ta’ oriġini konfinat wieħed għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni maħsuba għad-dħul fl-Unjoni u matul il-perjodu ta’ dak il-ġbir;
l-annimali donaturi ġew eżaminati klinikament mill-veterinarju tal-istabbiliment responsabbli mill-attivitajiet li jitwettqu fl-istabbiliment konfinat, u ma wrewx sintomi ta’ mard fil-jum meta jkunu nġabru s-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni;
kemm jista’ jkun, l-annimali donaturi ma ntużawx għat-tnissil naturali matul perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni maħsuba għad-dħul fl-Unjoni u matul il-perjodu ta’ dak il-ġbir;
l-annimali donaturi jkunu identifikati skont l-Artikolu 21.
Artikolu 97
Ir-rekwiżiti għall-prodotti ġerminali miksuba fi stabbilimenti konfinati
Il-konsenji tal-prodotti ġerminali msemmija fl-Artikolu 95 għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu:
immarkati skont ir-rekwiżiti dwar l-informazzjoni previsti fil-punt (a) tal-Artikolu 83;
ittrasportati skont l-Artikoli 84 u 85.
TITOLU 2
REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-BAJD GĦAT-TIFQIS U GĦALL-GĦASAFAR MIŻMUMA
KAPITOLU 1
Rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għall-bajd għat-tifqis
Artikolu 98
Il-perjodu ta’ residenza
Il-konsenji tal-bajd għat-tifqis għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk, eżatt qabel id-data tat-tagħbija tal-bajd għat-tifqis għad-dispaċċ lejn l-Unjoni, il-qatgħa ta’ oriġini tal-bajd għat-tifqis tkun ikkonformat, għal perjodu kontinwu ta’ żmien, mar-rekwiżiti dwar il-perjodi ta’ residenza stipulati fl-Anness XXII, u matul dak iż-żmien il-qatgħa ta’ oriġini tkun:
baqgħet fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini jew f’żona tiegħu;
baqgħet fl-istabbiliment ta’ oriġini, u l-ebda annimal ma jkun ġie introdott f’dak l-istabbiliment matul dak il-perjodu ta’ żmien qabel it-tagħbija;
ma kellha l-ebda kuntatt ma’ pollam jew ma’ bajd għat-tifqis bi stat tas-saħħa inferjuri, jew ma’ għasafar miżmuma jew ma’ għasafar selvaġġi.
Artikolu 99
Immaniġġjar tal-bajd għat-tifqis matul it-trasport lejn l-Unjoni
Il-konsenji ta’ bajd għat-tifqis għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-prodotti ġerminali tal-konsenja jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
il-bajd għat-tifqis maħsub għad-dħul fl-Unjoni ma jistax ikun ġie f’kuntatt ma’ pollam, ma’ għasafar miżmuma jew ma’ bajd għat-tifqis mhux maħsuba għad-dħul fl-Unjoni jew bi stat tas-saħħa inferjuri mill-mument tat-tagħbija fl-istabbiliment ta’ oriġini għad-dispaċċ lejn l-Unjoni sal-mument tal-wasla fl-Unjoni;
il-bajd għat-tifqis ma jistax ikun ġie ttrasportat, inħatt jew tmexxa f’mezz ieħor tat-trasport meta jkun ġie ttrasportat bit-triq, bil-baħar jew bl-ajru minn ġewwa pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu li ma jkunux elenkati għad-dħul tal-ispeċi u tal-kategorija partikolari ta’ bajd għat-tifqis fl-Unjoni.
Artikolu 100
Deroga u rekwiżiti addizzjonali għat-trasbord ta’ bajd għat-tifqis fil-każ ta’ inċident fil-mezz tat-trasport bil-passaġġ fuq l-ilma jew bl-ajru
Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 99, il-konsenji ta’ bajd għat-tifqis li jkunu ġew trasbordati mill-mezz tat-trasport tad-dispaċċ f’mezz ieħor tat-trasport għall-kontinwazzjoni tal-vjaġġ f’pajjiż terz jew f’territorju jew żona tiegħu li ma jkunux elenkati għad-dħul tal-bajd għat-tifqis fl-Unjoni, għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk it-trasbord ikun seħħ minħabba l-okkorrenza ta’ problema teknika jew ta’ inċident imprevist ieħor li kkawżaw problemi loġistiċi matul it-trasport tal-bajd għat-tifqis lejn l-Unjoni bil-baħar jew bl-ajru, sabiex jitwettaq it-trasport sal-punt tad-dħul fl-Unjoni, u dment li:
id-dħul fl-Unjoni tal-bajd għat-tifqis ikun awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni u, fejn applikabbli, tal-Istati Membri tal-passaġġ sal-wasla tagħhom fil-post ta’ destinazzjoni fl-Unjoni;
it-trasbord ikun ġie ssorveljat minn veterinarju uffiċjali jew mill-uffiċjal doganali responsabbli u matul l-operazzjoni kollha:
iddaħħlu fis-seħħ miżuri effettivi sabiex jiġi evitat kwalunkwe kuntatt dirett jew indirett bejn il-bajd għat-tifqis maħsub għad-dħul fl-Unjoni u kwalunkwe bajd għat-tifqis jew annimal ieħor;
il-bajd għat-tifqis ikun ġie ttrasferit direttament u malajr kemm jista’ jkun fil-bastiment jew fl-inġenju tal-ajru użat għall-kontinwazzjoni tal-vjaġġ lejn l-Unjoni, li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 102, mingħajr ma jkun ħareġ mill-bini tal-port jew tal-ajruport;
il-bajd għat-tifqis ikun akkumpanjat minn dikjarazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju fejn seħħ it-trasferiment, li tipprovdi informazzjoni neċessarja dwar l-operazzjoni ta’ trasferiment u tikkonferma li ddaħħlu fis-seħħ il-miżuri rilevanti sabiex jiġu rrispettati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (b).
Artikolu 101
Trasport b’bastiment tal-bajd għat-tifqis
Il-konsenji ta’ bajd għat-tifqis ittrasportati bil-vapur, anke għal parti mill-vjaġġ, għandhom jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-prodotti ġerminali tal-konsenja jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
bajd għat-tifqis:
ikun baqa’ abbord il-bastiment matul it-trasport kollu;
ma jkunx daħal f’kuntatt ma’ għasafar jew ma’ bajd għat-tifqis ieħor bi stat tas-saħħa inferjuri filwaqt li kien abbord il-bastiment;
il-bajd għat-tifqis ittrasportat skont il-punt (a) irid ikun akkumpanjat minn dikjarazzjoni li tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
il-port tat-tluq fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini jew f’żona tiegħu;
il-port tal-wasla fl-Unjoni;
fejn il-bastiment ikun waqaf f’portijiet barra mill-pajjiż terz jew mit-territorju ta’ oriġini tal-annimali jew minn żona tiegħu tal-konsenja, filwaqt li jiġu indikati l-portijiet tal-waqfa;
li l-bajd għat-tifqis ikkonforma matul it-trasport mar-rekwiżiti stipulati fil-punt (a) u (i), (ii) u (iii) ta’ dan il-punt.
Artikolu 102
Miżuri preventivi għall-mezz tat-trasport u għall-kontenituri tal-bajd għat-tifqis
Il-konsenji ta’ bajd għat-tifqis għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-prodotti ġerminali tal-konsenja jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
il-bajd għat-tifqis irid ikun ġie ttrasportat f’mezzi tat-trasport li:
ikunu mibnija b’tali mod li l-bajd għat-tifqis ma jkunx jista’ jaqa’ minnhom;
ikunu tfasslu sabiex jippermettu li jsiru t-tindif u d-diżinfezzjoni;
ikunu tnaddfu u ġew diżinfettati b’diżinfettant awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini, u mnixxfa jew imħallija jinxfu immedjatament qabel kull tagħbija tal-bajd għat-tifqis maħsuba għad-dħul fl-Unjoni;
il-bajd għat-tifqis irid ikun ġie ttrasportat f’kontenituri li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
ir-rekwiżiti tal-punt (a);
ikun fihom biss bajd għat-tifqis tal-istess speċi, kategorija u tip li jkunu ġejjin mill-istess stabbiliment;
dawn kienu magħluqa skont l-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini sabiex tiġi evitata kwalunkwe possibbiltà ta’ sostituzzjoni tal-kontenut;
dawn kienu:
ikollhom fuqhom l-informazzjoni għall-ispeċi u għall-kategorija partikolari tal-bajd għat-tifqis stipulata fl-Anness XVI.
Artikolu 103
Moviment u mmaniġġjar tal-bajd għat-tifqis wara d-dħul
Wara d-dħul tagħhom fl-Unjoni, l-operaturi, li jinkludu t-trasportaturi, għandhom jiżguraw li l-konsenji tal-bajd għat-tifqis ikunu:
ittrasportati direttament mill-punt tad-dħul sal-post tad-destinazzjoni fl-Unjoni;
konformi mar-rekwiżiti għall-moviment fi ħdan l-Unjoni u għall-immaniġġjar wara d-dħul tagħhom fl-Unjoni kif stipulati għall-ispeċi u għall-kategorija partikolari tal-bajd għat-tifqis fil-Kapitoli 5 u 7 ta’ dan it-Titolu.
KAPITOLU 2
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-bajd għat-tifqis tal-pollam
Artikolu 104
Bajd għat-tifqis li joriġina mill-pollam importat fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini jew f’żona tiegħu
Il-konsenji ta’ bajd għat-tifqis tal-pollam, li joriġina minn qatgħat li kienu importati fil-pajjiż terz, jew fit-territorju ta’ oriġini jew f’żona tiegħu minn pajjiż terz ieħor jew minn territorju jew żona oħrajn tiegħu, għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini tal-bajd għat-tifqis tkun ipprovdiet garanziji li:
il-qatgħat ta’ oriġini tal-bajd għat-tifqis kienu importati minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu li huma elenkati għad-dħul fl-Unjoni tat-tali qatgħat;
l-importazzjoni tal-qatgħat ta’ oriġini tal-bajd għat-tifqis f’dak il-pajjiż terz jew it-territorju jew żona tiegħu tkun seħħet skont ir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali li tal-anqas ikunu stretti daqslikieku ddaħħlu direttament fl-Unjoni.
Artikolu 105
Il-pajjiż terz jew it-territorju ta’ oriġini jew iż-żona tiegħu tal-bajd għat-tifqis
Il-konsenji ta’ bajd għat-tifqis tal-pollam għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk dawn ikunu joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
ikollhom fis-seħħ programm ta’ sorveljanza tal-mard għall-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja għal perjodu minimu ta’ sitt xhur qabel id-data tad-dispaċċ tal-konsenja lejn l-Unjoni u dak il-programm ta’ sorveljanza jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti jew f’dawn li ġejjin:
fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;
jew
fil-Kapitolu rilevanti tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE);
ikunu meqjusa li huma ħielsa mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja skont l-Artikolu 38;
jekk tagħti t-tilqima kontra l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini tkun ipprovdiet garanziji li:
il-programm ta’ tilqim jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XIII;
il-programm ta’ sorveljanza msemmi fil-punt (a) ta’ dan l-Artikolu, minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, ikun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness XIII;
ikunu ħadu impenn li jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tibdil fil-programm ta’ tilqim fil-pajjiż terz jew fit-territorju jew żona tiegħu;
li:
fil-każ ta’ bajd għat-tifqis tal-pollam għajr ratiti, ikunu meqjusa bħala ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle skont l-Artikolu 39;
fil-każ tal-bajd għat-tifqis tar-ratiti;
jekk isir tilqim kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju tkun ipprovdiet garanziji li:
il-vaċċini użati jikkonformaw mal-kriterji ġenerali u speċifiċi għall-vaċċini kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle stipulati fil-punt 1 tal-Anness XV;
jew
il-vaċċini użati jikkonformaw mal-kriterji ġenerali għall-vaċċini kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle stipulati fil-punt 1 tal-Anness XV u l-pollam jissodisfa r-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali stipulati fil-punt 2 tal-Anness XV għall-pollam u għall-bajd għat-tifqis li joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu fejn il-vaċċini użati kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle ma jissodisfawx il-kriterji speċifiċi stipulati fil-punt 1 tal-Anness XV;
ikunu ħadu impenn li wara kwalunkwe tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew tifqigħa ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle, jissottomettu l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-marda fi żmien 24 siegħa mill-konferma ta’ kwalunkwe tifqigħa inizjali tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew tal-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle;
aġġornamenti regolari dwar is-sitwazzjoni tal-mard;
ikunu ħadu impenn li jissottomettu iżolati tal-virus minn tifqigħat inizjali ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle lill-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Influwenza tat-Tjur u għall-Marda ta’ Newcastle.
Artikolu 106
L-istabbiliment ta’ oriġini tal-bajd għat-tifqis
Il-konsenji tal-bajd għat-tifqis tal-pollam għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu joriġinaw minn:
imfaqas approvati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini skont ir-rekwiżiti li huma stretti tal-inqas daqs dawk stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035; u
li l-approvazzjoni tagħhom ma tkunx ġiet sospiża jew irtirata;
li fi ħdan raġġ ta’ 10 km minn dawk l-imfaqas, inkluż, fejn xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma tkun seħħet l-ebda tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tat-tagħbija tal-bajd għat-tifqis għad-dispaċċ lejn l-Unjoni;
li jkunu ġew assenjati numru ta’ approvazzjoni uniku mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini;
qatgħat li nżammu fi stabbilimenti approvati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini skont ir-rekwiżiti li huma tal-anqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 u
li l-approvazzjoni tagħhom ma tkunx ġiet sospiża jew irtirata;
li fi ħdan raġġ ta’ 10 km minn dawk l-istabbilimenti, inkluż, fejn xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma tkun seħħet l-ebda tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tal-ġbir tal-bajd għat-tifqis għad-dispaċċ lejn l-Unjoni;
ma jkun ġie rrapportat l-ebda każ ikkonfermat ta’ infezzjoni b’viruses tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità baxxa f’dawk l-istabbilimenti fi ħdan perjodu minimu ta’ 21 jum qabel id-data tal-ġbir tal-bajd għad-dispaċċ lejn l-Unjoni;
Artikolu 107
Il-qatgħa ta’ oriġini tal-bajd għat-tifqis
Il-konsenji ta’ bajd għat-tifqis tal-pollam għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu joriġinaw minn qatgħat li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
fejn ikunu tlaqqmu kontra l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, il-pajjiż terz jew it-territorju ta’ oriġini jkunu provdew garanziji għall-konformità mar-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ tilqim u għal sorveljanza addizzjonali stabbiliti fl-Anness XIII;
fejn ikunu tlaqqmu kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle:
garanziji li jkunu ġew ipprovduti mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini li il-vaċċini użati jikkonformaw:
l-informazzjoni stabbilita fil-punt 4 tal-Anness XV trid tiġi pprovduta għal kull konsenja;
ikunu ġew soġġetti għal programm ta’ sorveljanza tal-mard li jissodisfa r-rekwiżit stabbilit fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 u nstab li ma kinux infettati jew urew xi raġuni għaliex tiġi ssuspettata kwalunkwe infezzjoni bl-aġenti li ġejjin:
Salmonella Pullorum, Salmonella Gallinarum u Mycoplasma gallisepticum fil-każ ta’ Gallus gallus;
Salmonella arizonae (serogrupp O:18(k)), Salmonella Pullorum, Salmonella Gallinarum, Mycoplasma meleagridis u Mycoplamsa gallisepticum fil-każ ta’ Meleagris gallopavo;
Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum fil-każ ta’ Numida meleagris, Coturnix coturnix, Phasianus colchicus, Perdix perdix, Anas spp.;
inżammu fi stabbilimenti li, fil-każ ta’ konferma ta’ infezzjoni b’ Salmonella Pullorum, S. Gallinarum u S. arizonae matul l-aħħar 12-il xahar qabel id-data tal-ġbir tal-bajd għat-tifqis għad-dispaċċ lejn l-Unjoni jkunu applikaw il-miżuri li ġejjin:
il-qatgħa infettata tkun ġiet skarnata jew inqatlet u nqerdet;
wara l-iskarnar jew il-qtil tal-qatgħa infettata kif imsemmi fil-punt (i), l-istabbiliment ikun tnaddaf u ġie diżinfettat;
wara t-tindif u d-diżinfezzjoni msemmija fil-punt (ii), il-qatgħat kollha fl-istabbiliment ittestjaw negattivi għall-infezzjoni b’ Salmonella Pullorum, S Gallinarum u S. arizonae f’żewġ testijiet li twettqu b’intervall ta’ mill-inqas 21 jum skont il-programm ta’ sorveljanza tal-mard imsemmi fil-punt (c);
inżammu fi stabbilimenti li f’każ ta’ konferma ta’ mikoplażmożi tat-tjur (Mycoplasma gallisepticum u M. meleagridis) matul l-aħħar 12-il xahar qabel id-data tal-ġbir tal-bajd għat-tifqis għad-dispaċċ lejn l-Unjoni jkunu applikaw il-miżuri li ġejjin:
jew
il-qatgħa infettata ttestjat negattiva għall-mikoplażmożi tat-tjur (Mycoplasma gallisepticum u M. meleagridis) f’żewġ testijiet imwettqa skont il-programm ta’ sorveljanza tal-mard imsemmi fil-punt (c) fuq il-qatgħa kollha b’intervall ta’ mill-inqas 60 jum;
jew
il-qatgħa infettata ġiet skarnata jew ġiet maqtula u meqruda, l-istabbiliment tnaddaf u ġie ddiżinfettat u wara t-tindif u d-diżinfezzjoni, il-qatgħat kollha fl-istabbiliment ittestjaw negattiv għall-mikoplażmożi tat-tjur (Mycoplasma gallisepticum u M. meleagridis) f’żewġ testijiet li saru b’intervall ta’ mill-inqas 21 jum skont il-programm ta’ sorveljanza tal-mard imsemmi fil-punt (c);
ikunu jew:
soġġetti għal spezzjoni klinika, imwettqa minn veterinarju uffiċjali fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini jew f’żona tiegħu fi ħdan perjodu ta’ 72 siegħa qabel il-ħin tat-tagħbija tal-konsenja tal-bajd għat-tifqis għad-dispaċċ lejn l-Unjoni għall-fini tad-detezzjoni ta’ sinjali indikattivi tal-okkorrenza ta’ mard, inkluż il-mard elenkat rilevanti msemmi fl-Anness I u l-mard emerġenti u ma jkunu wrew l-ebda sintomu ta’ mard jew raġuni għas-suspettar tal-preżenza ta’ kwalunkwe marda minn fost dak il-mard;
jew
sarulhom
Artikolu 108
Il-bajd għat-tifqis tal-konsenja
Il-konsenji ta’ bajd għat-tifqis tal-pollam għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
jekk il-bajd għat-tifqis ikun tlaqqam kontra l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, garanziji għall-konformità mar-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ tilqim u għal sorveljanza addizzjonali stabbiliti fl-Anness XIII, ikunu ġew ipprovduti mill-pajjiż terz jew mit-territorju ta’ oriġini;
jekk il-bajd għat-tifqis ikun tlaqqam kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle:
ingħataw garanziji li jkunu ġew ipprovduti mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini li l-vaċċini użati jikkonformaw mal-kriterji ġenerali u speċifiċi għall-vaċċini kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle stipulati fil-punt 1 tal-Anness XV;
l-informazzjoni stabbilita fil-punt 4 tal-Anness XV trid tiġi pprovduta għall-konsenja;
il-bajd għat-tifqis irid jiġi mmarkat:
billi tintuża linka bil-kulur;
fil-każ ta’ bajd għat-tifqis tal-pollam għajr ta’ ratiti, b’timbru li jindika n-numru ta’ approvazzjoni uniku tal-istabbiliment ta’ oriġini msemmi fl-Artikolu 106;
fil-każ ta’ bajd għat-tifqis ta’ ratiti, b’timbru li jindika l-kodiċi tal-ISO tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini u n-numru ta’ approvazzjoni uniku tal-istabbiliment ta’ oriġini msemmi fl-Artikolu 106;
il-bajd għat-tifqis irid ikun ġie diżinfettat skont l-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini.
Artikolu 109
Id-dħul ta’ bajd għat-tifqis fl-Istati Membri bi stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim
Il-konsenji ta’ bajd għat-tifqis maħsuba għal Stat Membru bi stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk:
mhumiex imlaqqma kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle;
joriġinaw minn qatgħat li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f’wieħed mill-punti li ġejjin:
ma jkunux tlaqqmu kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle;
jew
ikunu tlaqqmu kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle billi ntuża vaċċin inattivat;
jew
ikunu tlaqqmu kontra infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle billi ntuża vaċċin ħaj mhux iktar tard minn perjodu ta’ 60 jum qabel id-data tal-ġbir tal-bajd.
KAPITOLU 3
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għal konsenji ta’ anqas minn 20 bajda għat-tifqis ta’ pollam, għajr ir-ratiti
Artikolu 110
Derogi u rekwiżiti sppeċjali għal konsenji ta’ anqas minn 20 bajda għat-tifqis ta’ pollam, għajr ir-ratiti
Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 101, 106, 107 u 108, il-konsenji ta’ anqas minn 20 bajda għat-tifqis tal-pollam għajr ir-ratiti għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
ikunu ġejjin minn stabbilimenti:
ikunu rreġistrati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini;
fejn ma jkun ġie rrapportat l-ebda każ ikkonfermat ta’ infezzjoni b’viruses tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità baxxa fi ħdan perjodu ta’ 21 jum qabel id-data tal-ġbir tal-bajd għat-tifqis;
li fi ħdan raġġ ta’ 10 km mill-istabbilimenti, inkluż, fejn xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma tkun seħħet l-ebda tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tal-ġbir tal-bajd għat-tifqis.
fir-rigward tat-tilqim kontra l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja:
il-bajd għat-tifqis ma jkunx tlaqqam kontra influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja;
fejn il-qatgħat ta’ oriġini jkunu tlaqqmu kontra l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, garanziji għall-konformità mar-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ tilqim u għal sorveljanza addizzjonali stabbiliti fl-Anness XIII, ikunu ġew ipprovduti mill-pajjiż terz jew mit-territorju ta’ oriġini;
f’rabta mat-tilqim kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle, il-bajd għat-tifqis ma tlaqqamx kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle u fejn il-qatgħa ta’ oriġini tkun tlaqqmet kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle:
garanziji li jkunu ġew ipprovduti mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini li l-vaċċini użati jikkonformaw jew:
l-informazzjoni stabbilita fil-punt 4 tal-Anness XV trid tiġi pprovduta għall-konsenja;
ikunu ġejjin minn qatgħat li jkunu ġew soġġetti għal spezzjoni klinika, imwettqa minn veterinarju uffiċjali fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini jew f’żona tiegħu, fi ħdan 24 siegħa qabel il-ħin tat-tagħbija tal-konsenji tal-bajd għat-tifqis għad-dispaċċ lejn l-Unjoni għall-fini tad-detezzjoni ta’ sinjali indikattivi tal-okkorrenza ta’ mard, inkluż il-mard elenkat rilevanti msemmi fl-Anness I u l-mard emerġenti, u l-qatgħat ma jkunu wrew l-ebda sintomu ta’ mard jew raġuni għas-suspettar tal-preżenza ta’ kwalunkwe waħda minn dak il-mard;
ikunu ġejjin minn qatgħat li:
ikunu ġew iżolati fl-istabbiliment ta’ oriġini għal perjodu minimu ta’ 21 jum qabel il-ġbir tal-bajd;
ma jkunux instabu li huma infettati jew taw xi raġuni għal suspett ta’ xi infezzjoni bl-aġenti li ġejjin fit-testijiet imwettqa skont ir-rekwiżiti għall-ittestjar ta’ konsenji ta’ anqas minn 20 eżemplar ta’ pollam għajr ir-ratiti u anqas minn 20 bajda għat-tifqis tiegħu qabel id-dħul fl-Unjoni, stipulati fl-Anness XVII:
il-bajd għat-tifqis irid ikun ġie ddiżinfettat skont l-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini.
KAPITOLU 4
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-bajd ħieles minn patoġeni speċifikati
Artikolu 111
Deroga u rekwiżiti speċjali għall-bajd ħieles minn patoġeni speċifikati
Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti dwar il-perjodu ta’ residenza tal-Artikolu 98, ir-rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali tal-Artikoli 105 sa 110 u tal-Artikoli 112 sa 114, il-konsenji ta’ bajd ħieles minn patoġeni speċifikati li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk, minflok, jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin dwar is-saħħa tal-annimali:
ikunu joriġinaw minn qatgħat li:
ikunu ħielsa minn patoġeni speċifikati kif deskritti fil-Farmakopea Ewropea u r-riżultati tat-testijiet u tal-eżamijiet kliniċi kollha meħtieġa għal dan l-istat speċifiku jkunu favorevoli, inklużi riżultati negattivi tat-testijiet għall-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle u għall-infezzjoni bil-viruses tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità baxxa mwettqa fi ħdan perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tal-ġbir tal-bajd għad-dispaċċ lejn l-Unjoni;
ikunu ġew eżaminati klinikament tal-anqas darba fil-ġimgħa kif deskritti fil-Farmakopea Ewropea u ma jkun ġie individwat l-ebda sintomu jew raġuni għas-suspettar tal-preżenza ta’ xi marda;
ikunu nżammu għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas sitt ġimgħat qabel id-data tal-ġbir tal-bajd għad-dispaċċ lejn l-Unjoni fi stabbilimenti li:
ma jkunux ġew f’kuntatt ma’ pollam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu jew ma’ għasafar selvaġġi għal perjodu minimu ta’ sitt ġimgħat qabel id-data tal-ġbir tal-bajd għad-dispaċċ lejn l-Unjoni;
ikunu ġew immarkati billi ntużat linka bil-kulur b’timbru li juri l-kodiċi ISO tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini u n-numru ta’ approvazzjoni uniku tal-istabbiliment ta’ oriġini;
ikunu ġew diżinfettati skont l-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini.
KAPITOLU 5
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-moviment u għall-immaniġġjar tal-bajd għat-tifqis tal-pollam wara d-dħul fl-Unjoni u tal-pollam imfaqqas minn dak il-bajd
Artikolu 112
Obbligi tal-operaturi fir-rigward tal-immaniġġjar tal-bajd għat-tifqis wara d-dħul tiegħu fl-Unjoni u tal-pollam imfaqqas minn dak il-bajd għat-tifqis
L-operaturi fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni għandhom iqiegħdu l-bajd għat-tifqis tal-pollam li jkun daħal fl-Unjoni minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu jew f’:
inkubaturi separati, inkluż imfaqas separati, minn bajd għat-tifqis ieħor;
jew
inkubaturi, inklużi mfaqas, fejn diġà jkun preżenti bajd għat-tifqis ieħor.
L-operaturi, kif imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom jiżguraw li l-pollam tat-tnissil u l-pollam produttiv li jkunu tfaqqsu mill-bajd għat-tifqis imsemmi f’dak il-paragrafu, jinżammu għal perjodu ta’ żmien kontinwu:
fil-mafqas għal perjodu minimu ta’ tliet ġimgħat mid-data tat-tifqis;
jew
fl-istabbilimenti li fihom ikun intbagħat il-pollam wara t-tifqis, jew fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru ieħor, għal perjodu minimu ta’ tliet ġimgħat mid-data tat-tifqis.
Fejn il-bajd għat-tifqis tal-pollam, li jkun daħal fl-Unjoni minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu, ikun ġie introdott f’inkubaturi, inkluż imfaqas, fejn diġà jkun hemm preżenti bajd għat-tifqis ieħor:
id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 sa 4 għandhom ikunu japplikaw għall-pollam kollu mfaqqas mill-bajd għat-tifqis fl-istess inkubatur, inkluż imfaqas, bħall-bajd għat-tifqis li jkun daħal fl-Unjoni minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu;
il-perjodi rilevanti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jibdew mid-data tat-tifqis tal-aħħar bajda għat-tifqis li tkun daħlet fl-Unjoni minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu.
Artikolu 113
Kampjunar u ttestjar wara d-dħul fl-Unjoni
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandha tiżgura li l-pollam tat-tnissil u l-pollam produttiv li jkunu faqqsu mill-bajd għat-tifqis li jkun daħal fl-Unjoni minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu ssirlu eżaminazzjoni klinika mwettqa minn veterinarju uffiċjali fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni mhux aktar tard mid-data ta’ skadenza tal-perjodi rilevanti previsti fl-Artikolu 112(2) u, fejn ikun hemm bżonn, għandu jittiħidlu kampjun għall-ittestjar bl-għan li jiġi ssorveljat l-istat tas-saħħa tiegħu.
Artikolu 114
Obbligu tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-kampjunar u tal-ittestjar tar-ratiti minn bajd għat-tifqis li joriġina minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu mhux ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandha tiżgura li r-ratiti li jkunu faqqsu minn bajd għat-tifqis li jkun daħal fl-Unjoni minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu li ma jkunux ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle, matul il-perjodi previsti fl-Artikolu 112(2):
ikunu soġġetti għal test tad-detezzjoni tal-virus għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mwettaq mill-awtorità kompetenti fuq tampun kloakali jew kampjuni tar-rawt minn kull ratit;
fil-każ ta’ ratiti ddestinati għal Stat Membru bi stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim, minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-punt (a), jiġu soġġetti għal test seroloġiku għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mwettaq mill-awtorità kompetenti fuq kull ratit;
ir-ratiti kollha għandhom ikunu ttestjaw negattivi għat-testijiet previsti fil-punti (a) u (b) qabel ir-rilaxx tagħhom mill-iżolament.
KAPITOLU 6
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-bajd għat-tifqis tal-għasafar miżmuma
Artikolu 115
Il-bajd għat-tifqis tal-konsenja
Il-konsenji ta’ bajd għat-tifqis ta’ għasafar miżmuma għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu nkisbu minn għasafar miżmuma li jikkonformaw mar-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni stipulati fl-Artikoli 55 sa 58.
KAPITOLU 7
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-moviment u għall-immaniġġjar tal-bajd għat-tifqis tal-għasafar miżmuma wara d-dħul fl-Unjoni u tal-għasafar miżmuma mfaqqsa minn dak il-bajd
Artikolu 116
Immaniġġjar tal-bajd għat-tifqis tal-għasafar miżmuma wara d-dħul tagħhom fl-Unjoni u tal-għasafar miżmuma mfaqqsa minn dak il-bajd għat-tifqis
L-operaturi fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni għandhom:
iqiegħdu l-bajd għat-tifqis tal-għasafar miżmuma li jkun daħal fl-Unjoni minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu, f’inkubaturi, inkluzi mfaqas, separati minn bajd għat-tifqis ieħor;
jiżguraw li l-għasafar miżmuma li jfaqqsu mill-bajd għat-tifqis tal-għasafar miżmuma msemmija fl-Artikolu 115 jinżammu fi stabbiliment approvat ta’ kwarantina skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 59 sa 61.
TITOLU 3
REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAL PRODOTTI ĠERMINALI TA’ ANNIMALI GĦAJR UNGULATI U GĦAL BAJD GĦAT-TIFQIS TA’ POLLAM U TA’ GĦASAFAR MIŻMUMA MAĦSUBA GĦAL STABBILIMENTI KONFINATI
Artikolu 117
Rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali għajr dawk imsemmija fil-punt (a) u (b) tal-Artikolu 1(4) mibgħuta minn stabbilimenti konfinati
Il-konsenji ta’ semen, ta’ ooċiti u ta’ embrijuni ta’ annimali għajr dawk imsemmija fil-punt (a) u (b) tal-Artikolu 1(4) mibgħuta minn stabbilimenti konfinati elenkati skont l-Artikolu 29 għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk jintbagħtu fi stabbiliment konfinat li jinsab fl-Unjoni u dment li:
tkun saret valutazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni dwar ir-riskji li d-dħul ta’ dawk il-prodotti ġerminali jista’ jippreżenta għall-Unjoni;
l-annimali donaturi ta’ dawk il-prodotti ġerminali jkunu joriġinaw minn pajjiż terz, minn territorju jew minn żona awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni tal-ispeċi u tal-kategorija partikolari ta’ annimali;
l-annimali donaturi ta’ dawk il-prodotti ġerminali jkunu joriġinaw minn stabbiliment konfinat fil-pajjiż terz, fit-territorju ta’ jew f’żona ta’ oriġini tiegħu, li jkunu inklużi f’lista stabbilita skont l-Artikolu 29 tal-istabbilimenti konfinati li minnhom id-dħul ta’ annimali ta’ speċijiet speċifiċi fl-Unjoni jista’ jkun awtorizzat;
il-prodotti ġerminali jkunu ddestinati għal stabbiliment konfinat fl-Unjoni, li jkun approvat skont l-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2016/429;
il-prodotti ġerminali jiġu ttrasportati direttament fl-istabbiliment konfinat imsemmi fil-punt (d).
Artikolu 118
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-annimali donaturi
Il-konsenji ta’ semen, ta’ ooċiti u ta’ embrijuni msemmija fl-Artikolu 117 għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu nġabru minn annimali donaturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
ma jkunux ġejjin minn stabbiliment, u lanqas ma kienu f’kuntatt ma’ annimali minn stabbiliment, li jinsab f’żona ristretta stabbilita minħabba l-okkorrenza ta’ marda tal-kategorija A jew marda emerġenti rilevanti għall-ispeċi ta’ dawk l-annimali terrestri miżmuma;
ikunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda marda tal-kategorija D rilevanti għall-ispeċi ta’ dawk l-annimali terrestri miżmuma għal perjodu minimu tat-30 jum preċedenti;
ikunu baqgħu fi stabbiliment ta’ oriġini konfinat wieħed għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel il-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni maħsuba għad-dħul fl-Unjoni;
fil-jum meta jkunu nġabru s-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni, il-veterinarju tal-istabbiliment responsabbli mill-attivitajiet tal-istabbiliment konfinat ikun eżaminahom klinikament u ma wrewx sintomi ta’ mard;
kemm jista’ jkun possibbli, ma jkunux intużaw għal tnissil b’mod naturali matul perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġbir u matul il-perjodu tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni maħsuba għad-dħul fl-Unjoni;
ikunu identifikati u rreġistrati f’konformità mar-regoli ta’ dak l-istabbiliment konfinat.
Artikolu 119
Ir-rekwiżiti għall-prodotti ġerminali
Il-konsenji ta’ semen, ta’ ooċiti u ta’ embrijuni msemmija fl-Artikolu 117 għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
ikunu mmarkati b’tali mod li l-informazzjoni li ġejja tkun tista’ tiġi stabbilita minnufih:
id-data tal-ġbir jew tal-produzzjoni ta’ dawk il-prodotti ġerminali;
l-ispeċi u, fejn meħtieġa, is-sottospeċi, u l-identifikazzjoni tal-annimal(i) donatur(i);
in-numru ta’ approvazzjoni uniku tal-istabbiliment konfinat, li għandu jinkludi l-kodiċi alpha-2 tal-ISO 3166-1 tal-pajjiż li fih tingħata l-approvazzjoni;
kull informazzjoni rilevanti oħra.
ikunu ttrasportati fil-kontenitur li:
ikun issiġillat u enumerat qabel id-dispaċċ mill-istabbiliment konfinat mill-veterinarju tal-istabbiliment responsabbli għall-attivitajiet tal-istabbiliment konfinat;
ikun tnaddaf u ġie diżinfettat jew sterilizzat qabel l-użu, jew ikun kontenitur ġdid li jintuża darba;
ikun imtela bl-aġent krijoġeniku li ma jkunx intuża qabel għal prodotti oħrajn.
Artikolu 119a
Spezzjoni tal-konsenji ta’ prodotti ġerminali qabel id-dispaċċ lejn l-Unjoni
Il-konsenji ta’ semen, ooċiti u embrijuni msemmija fl-Artikolu 117 għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk dawk il-konsenji jkunu ġew soġġetti għal eżaminazzjoni viżwali u kontroll tad-dokumentazzjoni, imwettqa minn veterinarju uffiċjali fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini jew f’żona tiegħu fi ħdan il-perjodu ta’ 72 siegħa qabel il-ħin tad-dispaċċ lejn l-Unjoni kif ġej:
eżaminazzjoni viżwali tal-kontenitur tat-trasport sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 119;
kontroll tad-dokumentazzjoni tad-data sottomessa mill-veterinarju tal-istabbiliment responsabbli għall-attivitajiet imwettqa fl-istabbiliment konfinat biex jiġi żgurat li:
l-informazzjoni li trid tiġi ċċertifikata hija appoġġata mir-rekords miżmuma fl-istabbiliment konfinat;
il-marka fuq it-tubi straw jew fuq pakketti oħrajn, applikata skont il-punt (a) tal-Artikolu 119, tkun tikkorrispondi għan-numru pprovdut fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u fuq il-kontenitur li fih jiġu ttrasportati;
ir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali msemmija fit-Titolu 3 tal-Parti III jkunu ġew issodisfati.
PARTI IV
REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI MIŻMUMA KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLI 3 U 5
TITOLU 1
REKWIŻITI ĠENERALI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TAL-PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI
Artikolu 120
Restrizzjonijiet fuq iż-żmien għad-data tal-produzzjoni
Il-konsenji ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-prodotti tal-konsenja ma jkunux inkisbu matul perjodu li fih:
ikunu ġew adottati miżuri ta’ restrizzjoni fuq is-saħħa tal-annimali mill-Unjoni għad-dħul tat-tali prodotti mill-pajjiż terz jew mit-territorju ta’ oriġini jew minn żona tiegħu;
l-awtorizzazzazzjoni għad-dħul fl-Unjoni tat-tali prodotti mill-pajjiż terz jew mit-territorju ta’ oriġini jew minn żona tiegħu tkun ġiet sospiża.
Artikolu 121
Rekwiżiti dwar it-trattament għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali
It-trattament imsemmi fl-ewwel subparagrafu jrid ikun:
ġie assenjat b’mod speċifiku mill-Unjoni fil-lista, għall-pajjiż terz jew għat-territorju ta’ oriġini jew għal żona tiegħu u għall-ispeċi ta’ oriġini tal-prodott ta’ oriġini mill-annimali;
ġie applikat f’pajjiż terz jew f’territorju jew żona tiegħu elenkati għad-dħul fl-Unjoni tal-ispeċi u tal-kategorija partikolari ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali;
ġie applikat skont ir-rekwiżiti għal:
trattamenti għall-mitigazzjoni tar-riskju għal prodotti tal-laħam stipulati fl-Anness XXVI;
trattamenti għall-mitigazzjoni tar-riskju għal prodotti tal-ħalib stipulati fl-Anness XXVII;
trattamenti għall-mitigazzjoni tar-riskju għal prodotti tal-bajd stipulati fl-Anness XXVIII.
Artikolu 122
Rekwiżiti rigward il-mezz tat-trasport tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali
Il-konsenji ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk tali konsenji jkunu ġew ittrasportati f’mezz tat-trasport imfassal, mibni u miżmum b’tali mod li l-istat tas-saħħa tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali ma jkunx ipperikolata matul it-trasport mill-post tal-oriġini tagħhom għall-Unjoni.
Artikolu 123
Dispaċċ tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali lejn l-Unjoni
Il-konsenji ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk tali konsenji jkunu ntbagħtu lejn id-destinazzjoni tagħhom fl-Unjoni separati minn annimali u minn prodotti li joriġinaw mill-annimali li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti rilevanti dwar is-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni previsti f’dan ir-Regolament.
TITOLU 2
REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ LAĦAM FRISK
KAPITOLU 1
Rekwiżiti ġenerali dwar is-saħħa tal-annimali għal-laħam frisk
Artikolu 124
Dispaċċ ta’ annimali miżmuma ta’ oriġini tal-laħam frisk lejn biċċerija
Il-konsenji ta’ laħam frisk ta’ annimali miżmuma, ħlief ta’ dawk miżmuma bħala kaċċa mrobbija li tkun inqatlet fuq il-post, għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-laħam frisk tal-konsenja jkun inkiseb minn annimali miżmuma li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
l-istabbiliment ta’ oriġini tal-annimali jinsab, jew:
fl-istess pajjiż terz jew it-territorju jew żona tiegħu bħall-biċċerija fejn inkiseb il-laħam frisk;
jew
►C1 f’pajjiż terz jew f’territorju jew żona tiegħu ◄ li fil-ħin tad-dispaċċ tal-annimali lejn il-biċċerija kien awtorizzat li jdaħħal laħam frisk tal-ispeċi rilevanti tal-annimali lejn l-Unjoni.
l-annimali miżmuma jkunu ntbagħtu direttament mill-istabbiliment ta’ oriġini tagħhom lejn il-biċċerija;
matul it-trasport lejn il-biċċerija msemmija fil-punt (a), l-annimali miżmuma:
ma jkunux għaddew minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu mhux elenkati għad-dħul fl-Unjoni tal-ispeċi u tal-kategorija partikolari ta’ laħam frisk;
ma jkunux ġew f’kuntatt ma’ annimali bi stat tas-saħħa inferjuri.
il-mezz tat-trasport u l-kontenituri użati għat-trasport tal-annimali miżmuma għall-biċċeriji msemmija fil-punt (a) jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 17 u 18.
Artikolu 125
Dispaċċ ta’ karkassi ta’ annimali selvaġġi jew ta’ annimali miżmuma bħala kaċċa mrobbija maqtula fuq il-post
Il-konsenji ta’ laħam frisk ta’ annimali selvaġġi jew ta’ annimali miżmuma bħala kaċċa mrobbija li tkun inqatlet fuq il-post, għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-laħam frisk tal-konsenja jkun inkiseb minn karkassi li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
il-karkassi jkunu ntbagħtu direttament mill-post tal-qtil tagħhom lejn stabbiliment tal-immaniġġjar tal-kaċċa li jinsab fl-istess pajjiż terz jew territorju jew żona elenkati;
matul it-trasport lejn l-istabbiliment tal-immaniġġjar tal-kaċċa msemmi fil-punt (a), il-karkassi:
ma jkunux għaddew minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu mhux elenkati għad-dħul fl-Unjoni tal-ispeċi u tal-kategorija partikolari ta’ laħam frisk;
ma jkunux ġew f’kuntatt ma’ annimali jew ma’ karkassi bi stat tas-saħħa inferjuri.
il-karkassi jkunu ġew ittrasportati fl-istabbiliment ta’ mmaniġġjar tal-kaċċa fil-punt (a) f’mezz tat-trasport u f’kontenituri li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
ikunu tnaddfu u ġew diżinfettati, b’diżinfettant awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini, qabel it-tagħbija tal-karkassi għad-dispaċċ lejn l-istabbiliment tal-immaniġġjar tal-kaċċa;
ikunu nbnew b’tali mod li l-istat tas-saħħa tal-karkassi ma jiġix ipperikolat matul it-trasport.
Artikolu 126
L-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem
Il-konsenji ta’ laħam frisk ta’ annimali miżmuma u selvaġġi għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-laħam frisk tal-konsenja jkun inkiseb minn annimali li jkunu sarulhom l-ispezzjonijiet li ġejjin:
fil-każ ta’ annimali miżmuma:
spezzjoni ante-mortem fi ħdan perjodu ta’ 24 siegħa qabel l-iskarnar;
spezzjoni post-mortem imwettqa, mingħajr dewmien, wara l-qtil jew l-iskarnar tagħhom.
fil-każ ta’ annimali selvaġġi, spezzjoni post-mortem imwettqa, mingħajr dewmien, wara l-qtil tagħhom.
L-ispezzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu jridu jkunu twettqu minn veterinarju uffiċjali fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini jew f’żona tiegħu sabiex jeskludu l-preżenza tal-mard rilevanti msemmi fl-Anness I u tal-mard emerġenti.
Artikolu 127
Immaniġġjar tal-annimali miżmuma ta’ oriġini tal-laħam frisk matul il-qtil jew l-iskarnar
Il-konsenji ta’ laħam frisk għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-laħam frisk tal-konsenja jkun joriġina minn annimali li ma jkollhom l-ebda kuntatt ma’ annimali bi stat tas-saħħa inferjuri matul il-qtil jew l-iskarnar tagħhom.
Artikolu 128
Immaniġġjar u tħejjija tal-laħam frisk fl-istabbiliment ta’ oriġini tal-laħam frisk
Il-konsenji tal-laħam frisk iridu jinżammu strettament segregati mil-laħam frisk li ma jkunx konformi mar-rekwiżiti rilevanti dwar is-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk, previsti fl-Artikoli 124 sa 146, matul l-operazzjonijiet kollha ta’ skarnar, ta’ tqattigħ u sakemm:
ikunu ġew ippakkjati għall-ħżin ulterjuri jew għad-dispaċċ lejn l-Unjoni;
jew
jaslu fl-Unjoni, fil-każ ta’ laħam frisk mhux ippakkjat.
KAPITOLU 2
Rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għal-laħam frisk tal-ungulati
TAQSIMA 1
REKWIŻITI ĠENERALI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAL-LAĦAM FRISK TAL-UNGULATI MIŻMUMA U SELVAĠĠI
Artikolu 129
L-ispeċijiet ta’ annimali miżmuma ta’ oriġini tal-laħam frisk tal-ungulati
Il-konsenji ta’ laħam frisk mill-ungulati għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-laħam frisk tal-konsenja jkun joriġina mill-ispeċijiet li ġejjin:
fil-każ tal-ungulati miżmuma, mill-ispeċijiet kollha ta’ ungulati;
fil-każ ta’ ungulati selvaġġi u ungulati miżmuma bħala annimali tal-kaċċa mrobbija, mill-ispeċijiet kollha ta’ ungulati għajr annimali bovini, annimali ovini, annimali kaprini u razez domestiċi ta’ annimali porċini
Artikolu 130
Projbizzjoni rigward id-dħul ta’ demm frisk
Il-konsenji ta’ demm frisk tal-ungulati għall-konsum mill-bniedem m’għandhomx ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni.
TAQSIMA 2
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAL-LAĦAM FRISK TAL-UNGULATI MIŻMUMA
Artikolu 131
Il-perjodu ta’ residenza qabel l-iskarnar jew il-qtil tal-ungulati miżmuma ta’ oriġini tal-laħam frisk
L-ungulati miżmuma ta’ oriġini tal-laħam frisk maħsuba għad-dħul fl-Unjoni m’għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw ma’ perjodu ta’ residenza qabel id-data tal-iskarnar jew tal-qtil dment li jkunu ġew introdotti fil-pajjiż terz jew fit-territorju jew f’żona tiegħu minn:
pajjiż terz jew minn territorju jew żona oħrajn li jkunu elenkati għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk mill-istess speċi ta’ ungulati u l-ungulati miżmuma jkunu baqgħu hemm għal tal-anqas tliet xhur qabel l-iskarnar;
jew
Stat Membru.
L-ungulati miżmuma ta’ oriġini tal-laħam frisk maħsuba għad-dħul fl-Unjoni għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 iridu jikkonformaw, eżatt qabel id-data tal-iskarnar jew tal-qtil, ma’ perjodu ta’ residenza għal perjodu ta’ żmien kontinwu skont l-Anness XXIII fejn huma:
ikunu baqgħu fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini jew f’żona tiegħu;
ikunu baqgħu fl-istabbiliment ta’ oriġini;
ma kellhom l-ebda kuntatt ma’ ungulati bi stat tas-saħħa inferjuri.
Artikolu 132
Deroga mid-dispaċċ dirett tal-annimali miżmuma ta’ oriġini tal-laħam frisk għal biċċerija
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 124(b), il-konsenji ta’ laħam frisk tal-ungulati miżmuma li ma jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni dment li l-laħam frisk tal-konsenja jkun inkiseb minn annimali bovini, annimali ovini jew annimali kaprini, u:
l-ungulati jkunu għaddew minn stabbiliment wieħed li jagħmel operazzjonijiet ta’ assemblaġġ, li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 20(b), wara li jkunu ħallew l-istabbiliment ta’ oriġini tagħhom u qabel il-wasla tagħhom fil-biċċerija;
l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini tkun ipprovdiet garanziji addizzjonali sabiex tiżgura li l-istat tas-saħħa tal-annimali ungulati ma jkunx ġie pperikolat matul il-moviment tagħhom mill-istabbiliment ta’ oriġini tagħhom sal-wasla tagħhom fil-biċċerija;
il-pajjiż terz, it-territorju jew iż-żona tiegħu msemmija fil-punt (b) ikunu awtorizzati fil-lista għat-tali deroga.
Artikolu 133
Il-pajjiż terz jew it-territorju ta’ oriġini jew iż-żona tiegħu tal-laħam frisk tal-ungulati miżmuma
Il-perjodi minimi msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitnaqqsu għall-mard elenkat fil-Parti B tal-Anness XXIV soġġetti għall-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi previsti fiha; dawn il-kundizzjonijiet iridu jkunu ġew assenjati b’mod speċifiku mill-Unjoni fil-lista, għal dak il-pajjiż terz jew it-territorju jew żona tiegħu u għall-ispeċi partikolari ta’ oriġini tal-laħam frisk.
Artikolu 134
L-istabbiliment ta’ oriġini tal-ungulati miżmuma li minnhom ikun inkiseb il-laħam frisk
Il-konsenji ta’ laħam frisk tal-ungulati miżmuma għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-laħam frisk tal-konseja jkun inkiseb minn ungulati li jkunu ġejjin minn stabbiliment:
li fih u madwaru, inkluż fejn xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma tkun ġiet irrapportata l-ebda waħda mill-mard elenkat imsemmi fil-Parti A tal-Anness XXIV, li għalih ikunu elenkati l-ispeċijiet ta’ ungulati ta’ oriġini tal-laħam frisk maħsuba għad-dħul fl-Unjoni, f’erja b’raġġ ta’ 10 km u għal perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tal-iskarnar; jew
li jikkonforma mal-kundizzjonijiet speċifiċi li jridu jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti fejn tkun ingħatat it-tilqima kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-pajjiż terz jew fit-territorju jew żona tiegħu anqas minn 12-il xahar qabel id-data tal-iskarnar stipulata fil-punti 1(b) jew 3.1(a) tal-Parti B tal-Anness XXV li jridu jkunu ġew assenjati b’mod speċifiku mill-Kummissjoni fil-lista għall-pajjiż terz jew għat-territorju jew għal żona tiegħu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk tal-ungulati u għall-ispeċi ta’ oriġini tal-laħam frisk.
Il-konsenji ta’ laħam frisk tal-ungulati miżmuma għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-laħam frisk tal-konseja jkun inkiseb minn ungulati li jkunu ġejjin minn stabbiliment:
fejn l-ebda annimal ma jkun tlaqqam skont il-Parti A tal-Anness XXV; jew
li jinsab f’pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu li jikkonforma mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fil-punt 1 tal-Parti B tal-Anness XXIV; dawn il-kundizzjonijiet jridu jkunu ġew assenjati b’mod speċifiku mill-Kummissjoni fil-lista għall-pajjiż terz jew għat-territorju jew għal żona tiegħu elenkati għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk tal-ungulati u għall-ispeċi ta’ oriġini tal-laħam frisk.
Artikolu 135
Rekwiżit speċifiku għal-laħam frisk miksub minn ungulati miżmuma tal-ispeċi Sus scrofa
Il-konsenji ta’ laħam frisk tal-ungulati miżmuma tal-ispeċi Sus scrofa għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-laħam frisk tal-konsenja jkun joriġina minn annimali li jkunu nżammu separati minn ungulati selvaġġi mindu twieldu.
Artikolu 136
L-istabbiliment ta’ oriġini tal-laħam frisk tal-ungulati miżmuma
Il-konsenji ta’ laħam frisk tal-ungulati miżmuma għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-laħam frisk tal-konsenja jkun inkiseb f’biċċerija, jew fi stabbiliment ta’ mmaniġġjar tal-kaċċa, li fihom jew madwarhom ma tkunx ġiet irrappurtata l-ebda waħda mill-mard elenkat imsemmi fil-Parti A tal-Anness XXIV f’erja ta’ raġġ ta’ 10 kilometri, inkluż, fejn xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, għal perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tal-iskarnar jew id-data tal-qtil.
TAQSIMA 3
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAL-LAĦAM FRISK TAL-UNGULATI SELVAĠĠI
Artikolu 137
Il-pajjiż jew it-territorju ta’ oriġini jew żona tiegħu tal-laħam frisk tal-ungulati selvaġġi
Il-konsenji ta’ laħam frisk tal-ungulati selvaġġi għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-laħam frisk tal-konsenja joriġina minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu li jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali stabbiliti fl-Artikolu 133.
Artikolu 138
L-ungulati selvaġġi ta’ oriġini tal-laħam frisk
Il-konsenji ta’ laħam frisk ta’ ungulati selvaġġi għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-laħam frisk tal-konsenja jkun inkiseb minn annimali li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
ikunu nqatlu f’distanza li taqbeż l-20 km mill-fruntiera ta’ kwalunkwe pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu li f’dak iż-żmien ma kinux elenkati għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk tal-ispeċi ta’ ungulati selvaġġi;
inqatlu f’żona b’raġġ ta’ 20 km, fejn, matul it-60 jum ta’ qabel, il-mard imsemmi fil-Parti A tal-Anness XXIV ma ġiex irrappurtat.
Artikolu 139
L-istabbiliment ta’ oriġini ta’ mmaniġġjar tal-kaċċa tal-laħam frisk tal-ungulati selvaġġi
Il-konsenji ta’ laħam frisk tal-ungulati selvaġġi għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-laħam frisk tal-konsenji jkun inkiseb fi stabbiliment ta’ mmaniġġjar tal-kaċċa, li fih jew madwaru ma tkun ġiet irrapportata l-ebda waħda mill-mard elenkat imsemmi fil-Parti A tal-Anness XXIV f’erja ta’ 10 kilometri, inkluż, fejn xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, għal perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tal-qtil.
KAPITOLU 3
Rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa
TAQSIMA 1
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAL-LAĦAM FRISK TAL-POLLAM
Artikolu 140
Il-perjodu ta’ residenza tal-pollam
Il-konsenji ta’ laħam frisk tal-pollam għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-laħam frisk tal-konsenja jkun inkiseb minn pollam li:
ikun inżamm mindu faqqas u sad-data tal-iskarnar fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini tal-laħam frisk jew ta’ żona tiegħu;
jew
ikun ġie importat bħala flieles ta’ ġurnata, pollam tat-tnissil, pollam produttiv jew pollam maħsub għall-iskarnar minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu li jkunu elenkati għad-dħul fl-Unjoni għal dawk il-komoditajiet jew minn Stat Membru u l-importazzjoni tkun seħħet skont rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali li tal-anqas ikunu stretti daqs ir-rekwiżiti rilevanti ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 141
Il-pajjiż terz jew it-territorju ta’ oriġini jew iż-żona tiegħu tal-laħam frisk tal-pollam
Il-konsenji ta’ laħam frisk tal-pollam għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-laħam frisk tal-konsenja jkun joriġina minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
ikollhom fis-seħħ programm ta’ sorveljanza tal-mard għall-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja għal perjodu minimu ta’ sitt xhur qabel id-data tad-dispaċċ tal-konsenja lejn l-Unjoni u dak il-programm ta’ sorveljanza jkun konofrmi mar-rekwiżiti stabbiliti jew f’dawn li ġejjin:
fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;
jew
fil-Kapitolu rilevanti tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE);
ikunu meqjusa li huma ħielsa mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja skont l-Artikolu 38;
fejn wettqet tilqim kontra l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini tkun ipprovdiet garanziji li:
il-programm ta’ tilqim jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XIII;
il-programm ta’ sorveljanza msemmi fil-punt (a) ta’ dan l-Artikolu, minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, ikun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness XIII;
ikunu ħadu impenn li jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tibdil fil-programm ta’ tilqim fil-pajjiż terz jew fit-territorju jew żona tiegħu;
li:
fil-każ ta’ laħam frisk tal-pollam għajr ratiti, ikunu meqjusa bħala ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle skont l-Artikolu 39;
fil-każ tal-laħam frisk tar-ratiti, ikunu jew:
fejn isir tilqim kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju tkun ipprovdiet garanziji li:
il-vaċċini użati jikkonformaw mal-kriterji ġenerali u speċifiċi għall-vaċċini kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle stipulati fil-punt 1 tal-Anness XV; jew
il-vaċċini użati jikkonformaw mal-kriterji ġenerali għall-vaċċini kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle stipulati fil-punt 1 tal-Anness XV u l-pollam li minnu nkiseb il-laħam frisk jissodisfa r-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali stipulati fil-punt 3 tal-Anness XV għall-laħam frisk tal-pollam li joriġina minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu fejn il-vaċċini użati kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle ma jissodisfawx il-kriterji speċifiċi stipulati fil-punt 1 tal-Anness XV;
ikunu ħadu impenn li wara tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew tifqigħa ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle, jissottomettu l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-marda fi żmien 24 siegħa mill-konferma ta’ kwalunkwe tifqigħa inizjali tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew tal-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle;
aġġornamenti regolari dwar is-sitwazzjoni tal-mard;
ikunu ħadu impenn li jissottomettu iżolati tal-virus minn tifqigħat inizjali ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle lil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Influwenza tat-Tjur u għall-Marda ta’ Newcastle.
Artikolu 142
L-istabbiliment ta’ oriġini tal-pollam
Il-konsenji ta’ laħam frisk tal-pollam għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-laħam frisk tal-konsenja jkun joriġina minn pollam li jkun ġej minn stabbiliment:
li fih u fi ħdan raġġ ta’ 10 km mill-istabbiliment, inkluż, fejn xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma tkun seħħet l-ebda tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle matul perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tal-iskarnar;
li, fil-każ ta’ laħam frisk tar-ratiti li joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu mhux ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle, ikun konformi mar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għar-ratiti, għall-bajd għat-tifqis tagħhom u għal-laħam frisk tar-ratiti li joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu li ma jkunux ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle, stipulati fil-punti 3(b) u (c) tal-Anness XIV.
Artikolu 143
Il-pollam ta’ oriġini tal-laħam frisk
Il-konsenji ta’ laħam frisk tal-pollam għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-laħam frisk tal-konsenja jkun inkiseb minn pollam li ma jkunx tlaqqam kontra l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle, jew ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
fejn ikunu tlaqqmu kontra l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, il-pajjiż terz jew it-territorju ta’ oriġini jkunu provdew garanziji għall-konformità mar-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ tilqim u għal sorveljanza addizzjonali stabbiliti fl-Anness XIII;
fejn ikunu tlaqqmu kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle:
garanziji li jkunu ġew ipprovduti mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini li il-vaċċini użati jikkonformaw:
l-informazzjoni stabbilita fil-Parti 4 tal-Anness XV trid tiġi pprovduta għall-konsenja.
Artikolu 144
L-istabbiliment ta’ oriġini għal-laħam frisk tal-pollam
Il-konsenji ta’ laħam frisk tal-pollam għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-laħam frisk tal-konsenja jkun joriġina minn biċċerija li:
fiż-żmien tal-iskarnar, ma kinitx taħt restrizzjonijiet dovuti għal tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew tal-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle jew taħt restrizzjonijiet uffiċjali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali għal raġunijiet relatati mas-saħħa tal-annimali;
fi ħdan raġġ ta’ 10 km mill-biċċerija, inkluż, fejn xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma tkun seħħet l-ebda tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle matul perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tal-iskarnar.
TAQSIMA 2
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAL-LAĦAM FRISK TAL-GĦASAFAR TAL-KAĊĊA
Artikolu 145
Il-pajjiż terz jew it-territorju ta’ oriġini jew iż-żona tiegħu tal-laħam frisk tal-għasafar tal-kaċċa
Il-konsenji ta’ laħam frisk tal-għasafar tal-kaċċa għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-laħam frisk tal-konsenja jkun joriġina minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
ikollhom fis-seħħ programm ta’ sorveljanza tal-mard għall-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja għal perjodu minimu ta’ sitt xhur qabel id-data tad-dispaċċ tal-konsenja lejn l-Unjoni u dak il-programm ta’ sorveljanza jkun konofrmi mar-rekwiżiti stabbiliti jew f’dawn li ġejjin:
fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;
jew
fil-Kapitolu rilevanti tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE);
fejn ma jkun hemm l-ebda restrizzjoni dwar is-saħħa tal-annimali minħabba tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle matul perjodu minimu ta’ 30 jum qabel iż-żmien tal-qtil.
Artikolu 146
L-istabbiliment ta’ oriġini tal-laħam frisk tal-għasafar tal-kaċċa
Il-konsenji ta’ laħam frisk tal-għasafar tal-kaċċa għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-laħam frisk tal-konsenja jkun joriġina minn stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa li:
fiż-żmien tat-tlestija, ma kienx taħt restrizzjonijiet dovuti għal tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew tal-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle jew taħt restrizzjonijiet uffiċjali għal raġunijiet relatati mas-saħħa tal-annimali;
fi ħdan raġġ ta’ 10 km mill-istabbiliment ta’ mmaniġġjar tal-kaċċa, inkluż, fejn xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma tkun seħħet l-ebda tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle matul perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tar-riċevuta tal-karkassi.
TITOLU 3
REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ PRODOTTI TAL-LAĦAM U TAL-BUDELLATI
Artikolu 147
Trattament tal-prodotti tal-laħam
Il-konsenji ta’ prodotti tal-laħam għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-prodotti tal-laħam tal-konsenja jkunu ġew ittrattati skont l-Artikolu 121 kif meħtieġ fl-Artikoli 148 jew 149.
Artikolu 148
Prodotti tal-laħam mhux soġġetti għal trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju
Il-konsenji ta’ prodotti tal-laħam għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-prodotti tal-laħam tal-konsenja jkun sarilhom trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju skont l-Anness XXVI fejn:
il-pajjiż terz jew it-territorju ta’ oriġini jew żona tiegħu jkunu elenkati għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk tal-ispeċi rilevanti, u ma jkunux meħtieġa kundizzjonijiet speċifiċi f’konformità mal-Kapitoli 1 u 2 tat-Titoli 1, Parti IV għad-dħul fl-Unjoni tat-tali laħam frisk;
il-laħam frisk użat għall-ipproċessar tal-prodott tal-laħam ikun ikkonforma mar-rekwiżiti kollha għad-dħul fl-Unjoni tal-laħam frisk u, għaldaqstant, kien eliġibbli għad-dħul fl-Unjoni u jkun oriġina minn dawn:
il-pajjiż terz jew it-territorju jew żona tiegħu fejn ġie pproċessat il-prodott tal-laħam;
pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu li jkunu elenkati għad-dħul fl-Unjoni tal-laħam frisk tal-ispeċi rilevanti;
Stat Membru.
Artikolu 149
Prodotti tal-laħam soġġetti għal trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju
Il-konsenji ta’ prodotti tal-laħam li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 148 għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikun sarilhom tal-anqas it-trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju stipulat fl-Anness XXVI assenjat b’mod speċifiku mill-Unjoni fil-lista għall-pajjiż terz jew għat-territorju jew għal żona tiegħu li jkunu l-oriġini tal-prodott tal-laħam skont l-Artikolu 121, fejn il-laħam frisk użat għall-ipproċessar tal-prodotti tal-laħam ikun joriġina:
mill-pajjiż terz jew mit-territorju jew minn żona tiegħu fejn ikun ġie pproċessat il-prodott tal-laħam;
minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni tal-laħam frisk tal-ispeċi rilevanti;
Stat Membru.
Il-konsenji ta’ prodotti tal-laħam għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk tal-anqas ikun sarilhom it-trattament “B” għall-mitigazzjoni tar-riskju, skont l-Anness XXVI, fejn il-laħam frisk użat għall-ipproċessar tal-prodotti tal-laħam ikun joriġina minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu:
li ma jkunux il-pajjiż terz jew it-territorju jew żona tiegħu li minnhom jinkiseb il-prodott tal-laħam;
li huma elenkati wkoll għad-dħul fl-Unjoni tal-prodotti tal-laħam tal-ispeċi rilevanti, soġġetti għal trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju assenjat b’mod speċifiku mill-Unjoni fil-lista, għal dak il-pajjiż terz jew it-territorju jew dik iż-żona tiegħu u għall-ispeċi rilevanti, skont l-Artikolu 121.
Il-konsenji ta’ prodotti tal-laħam ipproċessati mil-laħam frisk tal-pollam għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk tal-anqas ikun sarilhom it-trattament “D” għall-mitigazzjoni tar-riskju, skont l-Anness XXVI, fejn il-laħam frisk użat għall-ipproċessar tal-prodotti tal-laħam ikun joriġina minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu:
elenkati għad-dħul fl-Unjoni tal-laħam frisk tal-pollam;
fejn ma jkun seħħ l-ebda każ jew tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle.
Il-konsenji ta’ prodotti tal-laħam li jkunu ġew ipproċessati mil-laħam frisk ta’ aktar minn speċi waħda ta’ annimal mill-pajjiż terz jew mit-territorju jew minn żona tiegħu fejn ikun ġie pproċessat il-prodott tal-laħam, għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
il-prodotti tal-laħam iridu jkunu sarulhom l-aktar trattamenti għall-mitigazzjoni tar-riskju severi assenjati fil-lista għall-pajjiż terz jew għat-territorju jew għaż-żona tiegħu, skont l-Artikolu 121, għall-ispeċijiet differenti ta’ annimali ta’ oriġini, fejn il-laħam frisk jitħallat qabel ma jseħħ l-ipproċessar finali tal-prodott tal-laħam; jew
il-prodotti tal-laħam irid ikunu sarulhom it-trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju assenjat fil-lista għall-pajjiż terz jew għat-territorju jew għaż-żona tiegħu, skont l-Artikolu 121, għal kull speċi differenti ta’ annimali ta’ oriġini, fejn it-taħlit tal-prodotti tal-laħam ikun seħħ wara l-ipproċessar ta’ kull ingredjent tal-prodott tal-laħam.
Artikolu 150
L-istabbiliment ta’ oriġini tal-annimali li minnhom ikun inkiseb il-laħam frisk
Il-konsenji ta’ prodotti tal-laħam għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu ġew ipproċessati minn laħam frisk li jkun joriġina minn annimali li jkunu ġejjin minn stabbiliment, jew, fil-każ ta’ annimali selvaġġi, minn post li fih u madwaru, f’erja b’raġġ ta’ 10 km, inkluż, fejn xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma tkun ġiet irrapportata l-ebda marda minn fost il-mard elenkat, rilevanti għall-ispeċi ta’ oriġini tal-prodotti tal-laħam skont l-Anness I, matul perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ tal-konsenja lejn l-Unjoni.
Artikolu 151
Id-dħul fl-Istati Membri bi stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim
Il-konsenji ta’ prodotti tal-laħam maħsuba għal Stat Membru jew jew għal territorju tiegħu bi stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim, għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu nkisbu minn pollam li ma jkunx tlaqqam b’vaċċin ħaj kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle, matul perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tal-iskarnar.
Artikolu 152
Rekwiżiti speċifiċi għad-dħul fl-Unjoni tal-budellat
Il-konsenji tal-budellat li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 148 għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu sarulhom it-trattamenti għall-mitigazzjoni tar-riskju li ġejjin li huma stipulati fil-Parti 2 tal-Anness XXVI:
it-trattamenti “Budellat 1” jew “Budellat 2”, fejn il-vexxiki u l-intestini użati għall-ipproċessar tal-budellati jkunu joriġinaw minn annimali bovini, annimali ovini, annimali kaprini jew annimali porċini miżmuma;
it-trattamenti “Budellat 3”, “Budellat 4” jew “Budellat 5” fejn il-vexxiki u l-intestini użati għall-ipproċessar tal-budellati jkunu joriġinaw minn annimali ta’ speċijiet li mhumiex fost dawk imsemmija fil-punt (a).
TITOLU 4
REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ ĦALIB, TA’ PRODOTTI TAL-ĦALIB, TA’ KOLOSTRU U TA’ PRODOTTI BBAŻATI FUQ IL-KOLOSTRU
KAPITOLU 1
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-ħalib mhux ipproċessat, għall-kolostru u għall-prodotti bbażati fuq il-kolostru
Artikolu 153
Il-pajjiż ta’ oriġini tal-ħalib mhux ipproċessat, tal-kolostru u tal-prodotti bbażati fuq il-kolostru
Il-konsenji ta’ ħalib mhux ipproċessat, kolostru jew prodotti li fihom il-kolostru għandhom jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-ħalib mhux ipproċessat, il-kolostru u prodotti li fihom il-kolostru tal-konsenja joriġinaw minn pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu li kienu ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer u mill-infezzjoni bil-virus tar-rinderpest għal perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar qabel id-data tal-ħlib u, matul dak il-perjodu, ma sar l-ebda tilqim kontra dak il-mard.
Artikolu 154
L-annimali ta’ oriġini tal-ħalib mhux ipproċessat, tal-kolostru u tal-prodotti bbażati fuq il-kolostru
L-annimali ta’ oriġini ta’ ħalib mhux ipproċessat, kolostru jew prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għad-dħul fl-Unjoni ma għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-perjodu ta’ residenza msemmi fil-paragrafu 2, dment li jkunu ġew introdotti fil-pajjiż terz jew fit-territorju jew f’żona tiegħu minn:
pajjiż terz ieħor jew minn territorju jew minn żona tiegħu li jkunu elenkati għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat, kolostru jew prodotti li fihom il-kolostru u l-annimali jkunu baqgħu hemm għal mill-inqas tliet xhur qabel il-ħlib; jew
Stat Membru.
KAPITOLU 2
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-prodotti tal-ħalib
Artikolu 155
Trattament tal-prodotti tal-ħalib
Il-konsenji ta’ prodotti tal-ħalib għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-prodotti tal-ħalib tal-konsenja jkunu ġew ittrattati skont l-Artikolu 156 jew 157.
Artikolu 156
Prodotti tal-ħalib mhux soġġetti għal trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju
Il-konsenji ta’ prodotti tal-ħalib li joriġinaw minn pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu li huwa elenkat għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat għandhom jitħallew jidħlu fl-Unjoni mingħajr ma jkunu għaddew minn trattament ta’ mitigazzjoni tar-riskju speċifiku jekk il-prodotti tal-ħalib tal-konsenja jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
il-ħalib mhux ipproċessat ikun inkiseb minn annimali tal-ispeċijiet Bos taurus, Ovis aries, Capra hircus, Bubalus bubalis u Camelus dromedarius;
il-ħalib mhux ipproċessat użat għall-ipproċessar tal-prodotti tal-ħalib ikun ikkonforma mar-rekwiżiti ġenerali rilevanti għad-dħul fl-Unjoni stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 10 u mar-rekwiżiti speċifiċi għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat previsti fl-Artikolu 153 u fl-Artikolu 154, u għaldaqstant kien eliġibbli għad-dħul fl-Unjoni u joriġina minn wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:
il-pajjiż terz jew it-territorju jew żona tiegħu elenkati fejn ġew ipproċessati l-prodotti tal-ħalib;
pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu għajr il-pajjiż terz jew it-territorju jew iż-żona tiegħu elenkati fejn il-prodotti tal-ħalib ġew ipproċessati u li huma awtorizzati għad-dħul tal-ħalib mhux ipproċessat fl-Unjoni; jew
Stat Membru.
Artikolu 157
Prodotti tal-ħalib soġġetti għal trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju
Il-konsenji tal-prodotti tal-ħalib li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 156 għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-prodott tal-ħalib tal-konsenja jkun sarilhom tal-anqas wieħed mit-trattamenti għall-mitigazzjoni tar-riskju pprovduti fil-kolonna A tal-Anness XXVII, fejn:
ikunu ġew ipproċessati minn ħalib miksub mill-ispeċijiet Bos taurus, Ovis aries, Capra hircus, Bubalus bubalis jew Camelus dromedarius;
il-pajjiż terz jew it-territorju ta’ oriġini jew żona tiegħu ma kienx ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer u mill-infezzjoni bil-virus tar-rinderpest għal perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar qabel id-data tal-ħlib, jew jekk matul dak il-perjodu jkun sar tilqim kontra dak il-mard.
Il-konsenji ta’ prodotti tal-ħalib li jkunu ġew ipproċessati mill-ħalib mhux ipproċessat jew minn prodotti tal-ħalib miksuba minn aktar minn speċi waħda ta’ annimal għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk dawk il-prodotti tal-ħalib jkunu ġew soġġetti għal:
tal-anqas l-aktar trattament sever minn fost it-trattamenti għall-mitigazzjoni tar-riskju assenjati għal kull speċi ta’ annimali ta’ oriġini, fejn it-taħlit tal-ħalib mhux ipproċessat jew tal-prodotti tal-ħalib iseħħ qabel l-ipproċessar finali tal-prodott; jew
it-trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju assenjat għal kull speċi ta’ annimali ta’ oriġin, fejn it-taħlit tal-prodotti jseħħ wara l-ipproċessar ta’ kull ingredjent tal-prodott tal-ħalib.
TITOLU 5
REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ BAJD U TA’ PRODOTTI TAL-BAJD
KAPITOLU 1
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-bajd
Artikolu 158
Il-pajjiż terz jew it-territorju ta’ oriġini jew iż-żona tiegħu tal-bajd
Il-konsenji tal-bajd għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-bajd tal-konsenja jkunu joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu li japplikaw programm ta’ sorveljanza tal-mard għall-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja li jikkkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’wieħed minn dawn:
fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;
jew
fil-Kapitolu rilevanti tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE).
Artikolu 159
L-istabbiliment ta’ oriġini tal-bajd
Il-konsenji ta’ bajd għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-bajd tal-konsenja jkunu joriġinaw minn stabbiliment li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
matul perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tal-ġbir tal-bajd u sad-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat għad-dħul fl-Unjoni, ma tkun seħħet l-ebda tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle; u
li fi ħdan raġġ ta’ 10 km mill-istabbiliment, inkluż, fejn xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, ma tkun seħħet l-ebda tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tal-ġbir tal-bajd u sad-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat għad-dħul fl-Unjoni.
KAPITOLU 2
Rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-prodotti tal-bajd
Artikolu 160
Il-pajjiż terz jew it-territorju ta’ oriġini jew iż-żona tiegħu tal-prodotti tal-bajd
Il-konsenji tal-prodotti tal-bajd għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-prodotti tal-bajd tal-konsenja jkunu joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu li japplikaw programm ta’ sorveljanza tal-mard għall-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja li jikkkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’wieħed minn dawn:
fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;
jew
fil-Kapitolu rilevanti tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE);
Artikolu 161
L-istabbiliment ta’ oriġini tal-bajd
Il-konsenji ta’ prodotti tal-bajd għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-prodotti tal-bajd tal-konsenja jkunu ġew ipproċessati minn bajd li jkun oriġina minn stabbiliment:
li fih, matul perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tal-ġbir tal-bajd, ma tkun seħħet l-ebda tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle;
fi ħdan raġġ ta’ 10 km mill-istabbiliment, inkluż, fejn xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar:
ma tkun seħħet l-ebda tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tal-ġbir tal-bajd; jew
tkun seħħet tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fi ħdan perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tal-ġbir tal-bajd u l-prodott tal-bajd ikun sarlu wieħed mit-trattamenti għall-mitigazzjoni tar-riskju għall-prodotti tal-bajd stipulati fil-punt 1 tal-Anness XXVIII.
fi ħdan raġġ ta’ 10 km mill-istabbilimenti, inkluż, fejn xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar:
ma tkun seħħet l-ebda infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tal-ġbir tal-bajd; jew
tkun seħħet tifqigħa ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle fi ħdan perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tal-ġbir tal-bajd u l-prodott tal-bajd ikun sarlu wieħed mit-trattamenti għall-mitigazzjoni tar-riskju għall-prodotti tal-bajd stipulati fil-punt 2 tal-Anness XXVIII.
TITOLU 6
REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TAL-PRODOTTI PPROĊESSATI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI LI JINSABU FI PRODOTTI KOMPOSTI
Artikolu 162
Prodotti komposti li fihom prodotti tal-laħam, prodotti tal-ħalib, prodotti bbażati fuq il-kolostru u/jew prodotti tal-bajd
Il-konsenji tal-prodotti komposti li ġejjin għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-prodotti komposti tal-konsenji jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu elenkati għad-dħul fl-Unjoni tal-prodotti speċifiċi ta’ oriġini mill-annimali li jinsab f’dawk il-prodotti komposti:
prodotti komposti li jkun fihom prodotti tal-laħam;
prodotti komposti b’data ta’ konservazzjoni twila li jkun fihom prodotti tal-ħalib u/jew tal-bajd
prodotti komposti li jkun fihom prodotti bbażati fuq il-kolostru.
Il-konsenji ta’ prodotti komposti għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-prodotti pproċessati ta’ oriġini mill-annimali li jinsabu fil-prodotti komposti msemmija fil-paragrafu 1:
ikunu jikkonformaw ma’ dawn li ġejjin:
mar-rekwiżiti ġenerali rilevanti dwar is-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali stabbiliti fil-Parti 1 ta’ dan ir-Regolament;
mar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni tal-prodott speċifiku ta’ oriġini mill-annimali, kif stabbiliti fit-Titoli 3 sa 5 ta’ din il-Parti.
ikunu nkisbu jew:
mill-istess pajjiż terz jew it-territorju ta’ oriġini jew iż-żona tiegħu elenkati tal-prodotti tal-kompost;
mill-Unjoni; jew
minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu elenkati għad-dħul ta’ dawk il-prodotti fl-Unjoni mingħajr ma jsirilhom trattament speċifiku għall-mitigazzjoni tar-riskju, skont l-Artikoli 148 u 156, jekk il-pajjiż terz jew it-territorju jew iż-żona tiegħu fejn ikun immanifatturat il-prodott kompost ikunu elenkati wkoll għad-dħul ta’ dawk il-prodotti fl-Unjoni mingħajr l-obbligu li japplikaw trattament speċifiku għall-mitigazzjoni tar-riskju.
L-Artikolu 163
Rekwiżiti speċifiċi għal prodotti komposti b’data ta’ konservazzjoni twila
B’deroga mill-Artikolu 3, il-punt (c)(i), il-konsenji ta’ prodotti komposti li ma fihomx prodotti tal-laħam, għajr il-ġelatina u l-kollaġen, jew prodotti bbażati fuq il-kolostru, u li ġew ittrattati biex ikollhom data ta’ konservazzjoni twila f’temperatura ambjentali, għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni akkumpanjati minn dikjarazzjoni, kif jipprevedi l-paragrafu 2, jekk ikun fihom:
prodotti tal-ħalib li jikkonformaw ma’ waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
ma jkunux għaddew minn trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju previst fl-Anness XXVII, diment li l-prodotti tal-ħalib ikunu nkisbu jew:
ikunu għaddew minn trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju previst fil-kolonna A jew B tal-Anness XXVII, rilevanti għall-ispeċi tal-oriġini tal-ħalib, diment li jkunu nkisbu f’pajjiż terz jew f’territorju jew żona tiegħu elenkati għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tal-ħalib li jkunu għaddew minn trattament speċifiku għall-mitigazzjoni tar-riskju, f’konformità mal-Artikolu 157, u l-pajjiż terz jew it-territorju jew iż-żona tiegħu fejn il-prodott kompost jiġi prodott, jekk differenti, ikun elenkat ukoll għad-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-prodotti jekk ikunu għaddew minn trattament speċifiku għall-mitigazzjoni tar-riskju;
ikunu għaddew minn trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju mill-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-kolonna B tal-Anness XXVII, irrispettivament mill-ispeċijiet ta’ oriġini tal-ħalib, jekk il-prodotti tal-ħalib ma jikkonformawx mar-rekwiżiti kollha previsti fil-punti (i) jew (ii) jew ikunu nkisbu f’pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu li mhuwiex awtorizzat għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tal-ħalib iżda huwa awtorizzat għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti oħra li joriġinaw mill-annimali f’konformità ma’ dan ir-Regolament;
prodotti tal-bajd li jkunu għaddew minn trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju ekwivalenti għal dawk previsti fl-Anness XXVIII.
Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1:
għandha takkumpanja biss kunsinni ta’ prodotti komposti f’każijiet meta d-destinazzjoni finali tal-prodotti komposti tkun fl-Unjoni;
għandha tinħareġ mill-operatur responsabbli għad-dħul fl-Unjoni tal-prodotti komposti, li tiċċertifika li l-prodotti komposti fil-kunsinna jikkonformaw mar-rekwiżiti previsti fil-paragrafu 1.
B’deroga mill-Artikolu 3, il-punt (a)(i), il-prodotti tal-ħalib imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a)(iii), ta’ dan l-Artikolu, u l-prodotti tal-bajd li jinsabu fi prodotti komposti li ġew ittrattati biex ikollhom data ta’ konservazzjoni twila f’temperatura ambjentali għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni jekk ikunu ġejjin minn pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu li ma jkunx speċifikament elenkat għad-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-prodotti li joriġinaw mill-annimali iżda jkun elenkat għad-dħul fl-Unjoni ta’ jew:
prodotti tal-laħam, prodotti tal-ħalib jew prodotti tal-bajd;
jew
prodotti tal-ħut, f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625.
TITOLU 7
REGOLI SPEĊJALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI MAĦSUBA GĦAL UŻU PERSONALI
Artikolu 164
Deroga mir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali u mir-rekwiżiti addizzjonali għad-dħul ta’ ħalib tat-trabi, ikel tat-trabi u ikel speċjali maħsub għal użu personali
Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 10 tal-Parti I u fl-Artikoli 120 sa 163, il-konsenji ta’ trab tal-ħalib tat-trabi, ta’ ikel tat-trabi u ta’ ikel speċjali meħtieġ għal raġunijiet mediċi, li jkun fihom prodotti li joriġinaw mill-annimali li ma jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk dawk il-prodotti:
ikunu maħsuba għal użu personali;
ma jaqbżux kwantità kkombinata ta’ 2 kilogrammi għal kull persuna;
ma jkunux jeħtieġu li jitkessħu qabel jinfetħu;
ikunu prodotti mballati b’ditta proprjetarja għall-bejgħ dirett lill-konsumatur finali;
iżommu l-imballaġġ mhux imkisser, sakemm ma jkunux qed jintużaw.
Artikolu 165
Deroga mir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għal prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għal użu personali minn ċerti pajjiżi terzi jew minn territorji jew minn żoni tagħhom
PARTI V
REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLI 3 U 5 TAL-ANNIMALI AKKWATIĊI TAL-ISPEĊIJIET ELENKATI U L-PRODOTTI TAGĦHOM TA’ ORIĠINI MILL-ANNIMALI, U GĦALL-MOVIMENT U GĦALL-IMMANIĠĠJAR TAGĦHOM WARA D-DĦUL
TITOLU 1
REKWIŻITI ĠENERALI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TAL-ANNIMALI AKKWATIĊI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(6) U TAL-PRODOTTI TAGĦHOM
Artikolu 166
Spezzjoni tal-annimali akkwatiċi qabel id-dispaċċ
Il-konsenji ta’ annimali akkwatiċi għajr dawk imsemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 172 għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu ġew soġġettati għal spezzjoni klinika minn veterinarju uffiċjali fil-pajjiż terz jew fit-territorju, f’żona jew f’kompartiment esportaturi tiegħu fi ħdan perjodu ta’ 72 siegħa qabel il-ħin tat-tagħbija tal-konsenja lejn l-Unjoni għall-fini ta’ detezzjoni tas-sintomi ta’ mard u ta’ mortalitajiet anormali.
Artikolu 167
Dispaċċ lejn l-Unjoni ta’ annimali akkwatiċi
Il-konsenji ta’ annimali akkwatiċi għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali akkwatiċi tal-konsenja jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
ikunu ntbagħtu direttament mill-post ta’ oriġini tagħhom lejn l-Unjoni;
ma jkunux inħattew mill-kontenitur tagħhom meta ġew ittrasportati bl-ajru, bil-baħar, bil-ferrovija jew bit-triq, u l-ilma li fih ikunu ġew ittrasportati ma jkunx inbidel, f’pajjiż terz jew f’territorju, f’żona jew f’kompartiment li ma jkunx elenkat għad-dħul tal-ispeċi u tal-kategorija partikolari ta’ annimali akkwatiċi fl-Unjoni;
ma jkunux ġew ittrasportati f’kundizzjonijiet li jipperikolaw l-istat tas-saħħa tagħhom, b’mod partikolari:
meta rilevanti, iridu jkunu tgħabbew u ġew ittrasportati f’ilma li ma biddilx l-istat tas-saħħa tagħhom;
il-mezz tat-trasport u l-kontenituri jridu jkunu nbnew b’tali mod li l-istat tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi ma jkunx inxteħet f’rskju matul it-trasport;
il-kontenitur jew id-dgħajsa barrada jridu jkunu tnaddfu u ġew diżinfettati, skont protokoll u bi prodotti approvati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini, qabel it-tagħbija għad-dispaċċ lejn l-Unjoni, li jiżguraw li l-istat tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi ma jinxteħitx f’riskju matul it-trasport;
mill-ħin tat-tagħbija fil-post ta’ oriġini sal-ħin tal-wasla fl-Unjoni, dawn ma jistgħux ikunu ġew ittrasportati fl-istess ilma jew kontenitur jew dgħajsa barrada flimkien ma’ annimali akkwatiċi li kellhom stat tas-saħħa inferjuri jew li ma kinux maħsuba għad-dħul fl-Unjoni;
meta jkun hemm bżonn li jinbidel l-ilma f’pajjiż terz, f’territorju, f’żona jew f’kompartiment li jkunu elenkati għad-dħul tal-ispeċi u tal-kategorija partikolari ta’ annimali akkwatiċi fl-Unjoni, dan ma jistax ikun ipperikola l-istat tas-saħħa tal-annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati u jrid ikun seħħ biss:
fil-każ ta’ trasport fuq l-art, f’punti għall-bdil tal-ilma approvati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju fejn iseħħ il-bdil tal-ilma;
fil-każ ta’ trasport b’dgħajsa barrada, f’distanza li tinsab tal-anqas 10 km ’l bogħod minn kwalunkwe stabbiliment tal-akkwakultura li jkun jinsab fit-triq bejn il-post ta’ oriġini u l-post ta’ destinazzjoni fl-Unjoni.
Artikolu 168
Trasport b’bastiment tal-annimali akkwatiċi
Meta d-dispaċċ lejn l-Unjoni tal-konsenji tal-annimali akkwatiċi jinkludi trasport b’bastiment jew b’dgħajsa barrada anki għal parti mill-vjaġġ, dawk il-konsenji ta’ annimali akkwatiċi ttrasportati skont l-Artikolu 167 għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali akkwatiċi tal-konsenja jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni, mehmuża maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u ffirmata mill-kaptan tal-bastiment fil-jum tal-wasla tal-bastiment fil-port ta’ destinazzjoni tiegħu, li tkun tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
il-port tat-tluq fil-pajjiż terz jew fit-territorju;
il-port tal-wasla fl-Unjoni;
il-portijiet tal-waqfa, f’każ li l-bastiment ikun waqaf f’portijiet barra mill-pajjiż terz jew mit-territorju ta’ oriġini jew minn żona tiegħu;
konferma tal-konformità tal-konsenja tal-annimali akkwatiċi mar-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-Artikolu 167 matul il-vjaġġ kollu mill-port tat-tluq fil-pajjiż terz jew fit-territorju sal-port tal-wasla fl-Unjoni.
Artikolu 169
Rekwiżiti speċifiċi dwar it-trasport u t-tikkettar
It-tikketta li tinqara msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha wkoll tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
in-numru ta’ kontenituri fil-konsenja;
l-isem tal-ispeċi preżenti f’kull kontenitur;
in-numru ta’ annimali f’kull kontenitur għal kull waħda mill-ispeċijiet preżenti;
l-iskop li għalih ikunu maħsuba;
prodotti li joriġinaw mill-annimali minn annimali akkwatiċi għajr annimali akkwatiċi ħajjin, maħsuba għad-dħul fl-Unjoni, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
iridu jkunu identifikati b’tikketta li tinqara fuq in-naħa ta’ barra tal-kontenitur, li tirreferi għaċ-ċertifikat li jkun inħareġ għal dik il-konsenja;
it-tikketta li tinqara msemmija fil-punt (a) irid ikun fiha wkoll id-dikjarazzjonijiet li ġejjin, kif rilevanti:
“ħut maħsub għall-konsum mill-bniedem wara pproċessar ulterjuri fl-Unjoni Ewropea”;
“molluski maħsuba għall-konsum mill-bniedem wara pproċessar ulterjuri fl-Unjoni Ewropea”;
“krustaċji maħsuba għall-konsum mill-bniedem wara pproċessar ulterjuri fl-Unjoni Ewropea”.
Artikolu 170
Rekwiżiti dwar il-pajjiż terz jew it-territorju tal-oriġini jew iż-żona jew il-kompartiment tiegħu u l-istabbiliment tal-oriġini
Il-konsenji ta’ annimali akkwatiċi u prodotti li joriġinaw mill-annimali akkwatiċi għajr annimali akkwatiċi ħajjin għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali akkwatiċi u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali tal-konsenja jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona jew kompartiment tiegħu li jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
iridu jkunu ħielsa mill-mard elenkat li ġej:
mard tal-kategorija A u mard tal-kategorija B tal-annimali akkwatiċi;
mard rilevanti tal-kategorija C meta l-annimali akkwatiċi jew il-prodotti li joriġinaw mill-annimali jkunu ddestinati għal Stati Membri, għal żoni jew għal kompartimenti li jkollhom stat ta’ ħelsien mill-mard jew programm approvat ta’ eradikazzjoni għall-mard speċifiku;
mard tal-kategorija C fil-każijiet kollha li fihom l-annimali akkwatiċi jkunu maħsuba għar-rilaxx fl-ambjent naturali;
meta l-Istati Membri ta’ destinazzjoni jkunu ħadu l-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 176 ta’ dan ir-Regolament, l-annimali akkwatiċi tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness XXIX ukoll iridu jkunu joriġinaw minn pajjiżi terzi, minn territorji, minn żoni jew minn kompartimenti li jkunu ħielsa mill-mard imsemmi f’dak l-Anness;
kull dħul tal-annimali akkwatiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-pajjiż terz jew fit-territorju, fiż-żona jew fil-kompartiment li jesportaw lejn l-Unjoni jrid ikun joriġina minn pajjiż terz differenti jew minn territorju jew żona tiegħu li jkunu ħielsa mill-mard imsemmi fil-punt (a);
ma jkunx sar tilqim tal-annimali akkwatiċi tal-ispeċijiet elenkati kontra mard tal-kategorija A, tal-kategorija B jew, fejn rilevanti, tal-kategorija C fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini.
Il-konsenji ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti li joriġinaw mill-annimali tal-akkwakultura minbarra annimali ħajjin tal-akkwakultura, għandhom jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali tal-konsenja jiġu minn stabbiliment li huwa:
irreġistrat skont ir-rekwiżiti li huma stretti tal-inqas daqs dawk stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1, it-Titolu II tal-Parti IV tar-Regolament (UE) 2016/429.
jew
approvat skont ir-rekwiżiti li huma stretti tal-inqas daqs dawk stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1, it-Titolu II tal-Parti IV tar-Regolament (UE) 2016/429 u t-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/691 ( 9 ).
Artikolu 171
Speċijiet vetturi
Artikolu 172
Derogi għal ċerti kategoriji ta’ annimali akkwatiċi tal-ispeċijiet elenkati
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 170(1), ir-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-kategoriji li ġejjin ta’ annimali akkwatiċi:
annimali akkwatiċi li huma ddestinati għal stabbiliment tal-ikel akkwatiku għall-kontroll tal-mard fejn ikunu se jiġu pproċessati għal konsum mill-bniedem;
annimali akkwatiċi maħsuba għal skopijiet ta’ riċerka li jkunu ddestinati għal stabbilimenti konfinati li jkunu ġew approvati għal dak l-għan mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni;
annimali akkwatiċi selvaġġi għajr dawk imsemmija fil-punt (b) ta’ dan l-Artikolu dment li jkunu ġew soġġetti għal kwarantina fi stabbiliment ta’ kwarantina li jkun ġie approvat għal dak l-għan mill-awtorità kompetenti:
fil-pajjiż terz ta’ oriġini; jew
fl-Unjoni;
molluski jew krustaċji li jkunu ppakkjati u ttikkettati għal konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u li ma jkunux għadhom jistgħu jgħixu jekk jiġu rritornati fl-ambjent akkwatiku;
molluski jew krustaċji li jkunu mballati u ttikkettati għal konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u li jkunu maħsuba għall-ipproċessar ulterjuri mingħajr ħżin temporanju fil-post ta’ pproċessar;
molluski bivalvi ħajjin jew krustaċji ħajjin li jkunu maħsuba għall-konsum mill-bniedem mingħajr ipproċessar ulterjuri, dment li jkunu mballati għall-bejgħ fil-livell tal-konsumatur f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
Artikolu 173
Derogi għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali minn annimali akkwatiċi għajr annimali akkwatiċi ħajjin
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 170(1), ir-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-Artikolu m’għandhomx ikunu japplikaw għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali akkwatiċi għajr annimali akkwatiċi ħajjin:
prodotti li joriġinaw mill-annimali akkwatiċi għajr annimali akkwatiċi ħajjin li jkunu ddestinati għal stabbiliment tal-ikel akkwatiku għall-kontroll tal-mard fejn ikunu se jiġu pproċessati għal konsum mill-bniedem;
ħut maħsub għal konsum mill-bniedem wara l-ipproċessar ulterjuri u li jkun ġie skarnat u ġie evixxerat qabel id-dispaċċ lejn l-Unjoni.
Artikolu 174
Immaniġġjar ta’ annimali akkwatiċi u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali minn annimali akkwatiċi għajr l-annimali akkwatiċi ħajjin wara d-dħul fl-Unjoni
Wara d-dħul tagħhom fl-Unjoni, il-konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali minn annimali akkwatiċi għajr annimali akkwatiċi ħajjin iridu jkunu:
ittrasportati direttament lejn il-post ta’ destinazzjoni fl-Unjoni;
immaniġġjati kif suppost sabiex jiġi żgurat li l-ilmijiet naturali ma jkunux ikkontaminati.
TITOLU 2
REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI SABIEX JIĠI LIMITAT L-IMPATT TA’ ĊERTU MARD MHUX ELENKAT
Artikolu 175
Rekwiżiti addizzjonali dwar is-saħħa tal-annimali sabiex jiġi limitat l-impatt tal-mard li għalih l-Istati Membri jkollhom miżuri nazzjonali approvati f’konformità mal-Artikolu 226(3) tar-Regolament (UE) 2016/429
PARTI VI
REGOLI SPEĊJALI GĦAD-DĦUL TA’ ĊERTI KOMODITAJIET KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLI 3 U 5 LI GĦALIHOM L-UNJONI MA TKUNX ID-DESTINAZZJONI FINALI U GĦAD-DĦUL TA’ ĊERTI KOMODITAJIET LI JORIĠINAW MILL-UNJONI U LI JIRRITORNAW FIHA
Artikolu 176
Rekwiżiti għat-tranżitu minn ġewwa l-Unjoni
Il-konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li ma joriġinawx mill-Unjoni iżda li jgħaddu bi tranżitu minnha u li jkunu maħsuba għal destinazzjoni barra mill-Unjoni għandhom jitħallew jgħaddu bi tranżitu mill-Unjoni jekk:
ikunu konformi mar-rekwiżiti rilevanti kollha għad-dħul fl-Unjoni tal-ispeċi u tal-kategorija partikolari ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali jew ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali inkwistjoni stabbiliti fil-Partijiet I sa V; jew
ikunu jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi, assenjati b’mod speċifiku mill-Unjoni fil-lista għall-pajjiż terz elenkat jew it-territorju jew żona ta’ oriġini u għall-ispeċi u għall-kategorija partikolari ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, sabiex jiġi mmitigat kwalunkwe riskju potenzjali għas-saħħa tal-annimali involut fit-tali movimenti.
Il-konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li joriġinaw u li jirritornaw lejn l-Unjoni wara li jgħaddu bi tranżitu minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu għandhom ikunu awtorizzati jerġgħu jidħlu fl-Unjoni biss jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti kollha għall-kategorija partikolari ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali jew ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali inkwistjoni għad-dħul fl-Unjoni stabbiliti fil-Partijiet I sa V, sakemm ma jkunux jqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn li ġejjin:
ir-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fl-Artikoli 177 sa 182;
jew
il-kundizzjonijiet speċifiċi, assenjati b’mod speċifiku mill-Unjoni fil-lista għall-pajjiż terz elenkat jew it-territorju jew żona ta’ tranżitu u għall-ispeċi u għall-kategorija partikolari ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, sabiex jiġi mmitigat kwalunkwe riskju potenzjali għas-saħħa tal-annimali involut fit-tali movimenti.
Il-kundizzjonijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1(b) u fil-paragrafu 2(b) għandhom jintbagħtu u jiġu assenjati lill-pajjiż terz jew lit-territorju jew iż-żona tiegħu fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju u b’kunsiderazzjoni ta’ dawn li ġejjin:
il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 230 tar-Regolament (UE) 2016/429;
l-ispeċi u l-kategorija partikolari ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għat-tranżitu u r-riskji relatati għas-saħħa tal-annimali;
restrizzjonijiet ġeografiċi:
ir-rotot kummerċjali stabbiliti;
fatturi rilevanti oħra.
Artikolu 177
Rekwiżiti addizzjonali għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti ungulati li joriġinaw mill-Unjoni, li jinġarru lejn pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu biex jipparteċipaw f’avvenimenti, f’eżibizzjonijiet, f’wirjiet u f’shows u li mbagħad jinġarru lura lejn l-Unjoni
Il-konsenji ta’ żwiemel irreġistrati esportati b’mod temporanju minn Stat Membru lejn pajjiżi terzi jew lejn territorji jew żoni tagħhom għad-dħul ta’ annimali ekwini fl-Unjoni għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni jekk dment li jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:
ikunu qagħdu barra l-Unjoni għal perjodu speċifikat mill-Kummissjoni għall-iskopijiet differenti, li mhuwiex iktar minn 90 jum;
ikunu nżammu f’iżolament fil-pajjiż terz jew fit-territorju jew żona tiegħu ħlief matu lit-tiġrijiet, il-kompetizzjonijiet jew l-avvenimenti kulturali, u l-attivitajiet relatati (inklużi t-taħriġ, l-eżerċizzji fiżiċi ta’ qabel u l-preżentazzjoni);
ikunu nżammu biss f’pajjiżi terzi jew f’territorji jew żoni tagħhom li jkunu jappartjenu għall-istess grupp sanitarju li għalih ikun assenjat il-pajjiż terz jew it-territorju tad-dispaċċ lejn l-Unjoni, skont ir-rekwiżiti speċifiċi tal-Parti B tal-Anness XI, u jkunu tmexxew fil-pajjiż terz jew fit-territorju jew direttament fiż-żona tad-dispaċċ skont kundizzjonijiet li tal-anqas ikunu stretti daqslikieku tmexxew direttament lejn l-Unjoni.
B’deroga mill-Artikolu 11, il-konsenji ta’ annimali bovini, ovini u kaprini li joriġinaw mill-Unjoni u li jiġu mċaqilqa għal perjodu ta’ mhux iktar minn 15-il jum lejn pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu biex jipparteċipaw f’avvenimenti, f’eżibizzjonijiet, f’wirjiet jew f’shows (“l-avveniment”), għandhom jitħallew jidħlu fl-Unjoni minn dak il-pajjiż terz jew territorju diment li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-pajjiż terz jew it-territorju jew iż-żona tiegħu fejn iseħħ l-avveniment huma elenkati għad-dħul fl-Unjoni tal-ispeċi speċifika ta’ annimali;
l-istabbiliment fejn iseħħ l-avveniment:
jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għall-istabbilimenti li jwettqu operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa ta’ ungulati stabbiliti fl-Artikolu 20(2)(b);
mal-wasla tal-konsenja fl-istabbiliment u għat-tul kollu tal-avveniment, iżomm biss annimali bovini, ovini jew kaprini li jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni għad-dħul fl-Unjoni ta’ tali annimali;
id-dispaċċ tal-konsenja ta’ annimali mill-Unjoni lejn l-istabbiliment imsemmi fil-punt (b) u minn dak l-istabbiliment lejn l-Unjoni jitwettaq f’mezzi tat-trasport li jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali rigward il-mezzi tat-trasport tal-annimali terrestri stabbiliti fl-Artikolu 17 u mingħajr ma jinħattu f’xi pajjiż terz ieħor jew f’xi territorju jew żona tiegħu;
l-annimali tal-konsenja ma kellhom l-ebda kuntatt ma’ annimali oħra bi status tas-saħħa inferjuri mill-mument tat-tagħbija għad-dispaċċ mill-Unjoni lejn l-istabbiliment imsemmi fil-punt (b) u għat-tul kollu tal-avveniment sal-wasla tagħhom lura fl-Unjoni.
Artikolu 178
Rekwiżiti speċjali għad-dħul ta’ ungulati, ta’ pollam u ta’ annimali akkwatiċi li joriġinaw mill-Unjoni u li jirritornaw fiha wara rifjut tad-dħul minn pajjiż terz
Il-konsenji ta’ ungulati, ta’ pollam u ta’ annimali akkwatiċi li joriġinaw mill-Unjoni u li jirritornaw fiha wara rifjut tad-dħul mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz jew ta’ territorju għandhom ikunu awtorizzati jerġgħu jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
il-pajjiż terz jew it-territorju li jirrifjuta jkun pajjiż terz jew territorju jew żona tiegħu elenkati għad-dħul fl-Unjoni tal-ispeċi u tal-kategorija ta’ annimali li jkunu qed jirritornaw;
l-annimali msemmija fil-punt (a) ma jkunux ingħaddew minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu għajr dawk imsemmija fil-punt (a);
l-annimali jkunu akkumpanjati mid-dokumenti li ġejjin:
iċ-ċertifikat tas-saħħa oriġinali tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, jew l-ekwivalenti elettroniċi tiegħu sottomessi fl-IMSOC, jew kopja awtentikata taċ-ċertifikat tas-saħħa uffiċjali tal-annimali pprovdut mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini;
waħda minn dawn li ġejjin:
dikjarazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini li hija taqbel li taċċetta l-konsenja u li tindika l-post ta’ destinazzjoni għar-ritorn tagħha.
fejn dawn ikunu nħattu fil-pajjiż terz jew fit-territorju jew żona tiegħu, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju għandha tiċċertifika dan li ġej:
li hija awtorizzat u ssorveljat il-ħatt tal-annimali direttament fil-faċilitajiet xierqa għall-iżolament u għall-immaniġġjar temporanju tagħhom fi ħdan il-bini tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-pajjiż terz jew tat-territorju;
li ddaħħlu fis-seħħ miżuri effettivi sabiex jiġi evitat kuntatt dirett u indirett bejn l-annimali tal-konsenja u kwalunkwe annimal ieħor;
li, fejn kien hemm bżonn, ġie pprovdut għal protezzjoni effettiva kontra vetturi tal-mard rilevanti tal-annimali.
Artikolu 179
Rekwiżiti speċjali għad-dħul ta’ annimali għajr ungulati, ta’ pollam u ta’ annimali akkwatiċi li joriġinaw mill-Unjoni u li jirritornaw fiha wara rifjut tad-dħul minn pajjiż terz jew territorju
Il-konsenji ta’ annimali għajr ungulati, ta’ pollam u ta’ annimali akkwatiċi li joriġinaw mill-Unjoni u li jirritornaw fiha wara rifjut tad-dħul mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz jew ta’ territorju għandhom ikunu awtorizzati jerġgħu jidħlu fl-Unjoni biss jekk l-annimali tal-konsenja jkunu akkumpanjati mid-dokumenti li ġejjin:
iċ-ċertifikat tas-saħħa oriġinali tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini, jew l-ekwivalenti elettroniċi tiegħu sottomessi fl-IMSOC, jew kopja awtentikata taċ-ċertifikat tas-saħħa uffiċjali tal-annimali pprovdut mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini;
waħda minn dawn li ġejjin:
dikjarazzjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti jew ta’ awtorità pubblika oħra tal-pajjiż terz jew tat-territorju, li tindika r-raġuni għar-rifjut;
jew
fil-każ ta’ konsenji ssiġillati jew ta’ kontenituri mhux miftuħa, dikjarazzjoni mill-operatur responsabbli għall-konsenja li tindika r-raġuni għar-rifjut.
dikjarazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini li hija taqbel li taċċetta l-konsenja u li tindika l-post ta’ destinazzjoni għar-ritorn tagħha.
Artikolu 180
Rekwiżiti speċjali għad-dħul ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti mballati ta’ oriġini mill-annimali, li joriġinaw mill-Unjoni u li jirritornaw fiha wara rifjut tad-dħul minn pajjiż terz jew minn territorju
Il-konsenji ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti mballati ta’ oriġini mill-annimali, li joriġinaw mill-Unjoni u li jirritornaw fiha wara rifjut tad-dħul mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz jew ta’ territorju għandhom ikunu awtorizzati jerġgħu jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
jekk il-prodotti ġerminali jibqgħu fil-kontenitur oriġinali u l-imballaġġ tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jkun intatt;
il-prodotti ġerminali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali jkunu akkumpanjati minn dawn:
iċ-ċertifikat tas-saħħa oriġinali tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post ta’ oriġini, jew l-ekwivalenti elettroniċi tiegħu sottomessi fl-IMSOC, jew kopja awtentikata taċ-ċertifikat tas-saħħa uffiċjali tal-annimali pprovdut mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini;
wieħed mid-dokumenti li ġejjin li jindika r-raġuni għar-rifjut u, jekk applikabbli, il-post u d-data tal-ħatt, tal-ħżin u tat-tagħbija mill-ġdid fil-pajjiż terz jew fit-territorju tiegħu u li jikkonferma li ġew irrispettati r-rekwiżiti tal-punt (c):
dikjarazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li hija taqbel li taċċetta l-konsenja u li tindika l-post ta’ destinazzjoni għar-ritorn tagħha;
fejn il-prodotti ġerminali jew il-prodotti li joriġinaw mill-annimali msemmija fil-punti (a) u (b) ikunu nħattew fil-pajjiż terz jew fit-territorju tiegħu, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju għandha tiċċertifika dawn li ġejjin:
il-prodotti ġerminali jew il-prodotti li joriġinaw mill-annimali ma jkunux tqandlu b’xi mod ieħor ħlief għall-ħatt, għall-ħżin u għat-tagħbija mill-ġdid;
iddaħħlu fis-seħħ miżuri effettivi sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-kontenitur fejn jitpoġġew il-prodotti ġerminali jew l-imballaġġ tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali b’patoġeni tal-mard elenkat matul il-ħatt, il-ħżin u t-tagħbija mill-ġdid;
Artikolu 181
Rekwiżiti speċjali għad-dħul ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali mhux imballati jew bl-ingrossa, li joriġinaw mill-Unjoni u li jirritornaw fiha wara rifjut tad-dħul minn pajjiż terz elenkat jew territorju
Il-konsenji ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali mhux imballati jew bl-ingrossa li joriġinaw mill-Unjoni u li jirritornaw fiha wara rifjut tad-dħul mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz jew ta’ territorju elenkat għandhom ikunu awtorizzati jerġgħu jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
il-pajjiż terz jew territorju li jirrifjuta jkun elenkat għad-dħul fl-Unjoni tal-ispeċi u ta-kategorija partikolari ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkunu qed jiġu rritornati fl-Unjoni;
il-prodotti li joriġinaw mill-annimali jkunu akkumpanjati minn dawn:
iċ-ċertifikat tas-saħħa oriġinali tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini, jew l-ekwivalenti elettroniċi tiegħu sottomessi fl-IMSOC, jew kopja awtentikata taċ-ċertifikat uffiċjali pprovdut mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini;
waħda minn dawn li ġejjin:
dikjarazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li hija taqbel li taċċetta l-konsenja u li tindika l-post ta’ destinazzjoni għar-ritorn tagħha.
Artikolu 182
Rekwiżiti speċjali għad-dħul ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali mhux imballati jew bl-ingrossa, li joriġinaw mill-Unjoni u li jirritornaw fiha wara rifjut tad-dħul minn pajjiż terz mhux elenkat
Il-konsenji ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali mhux imballati jew bl-ingrossa li joriġinaw mill-Unjoni u li jirritornaw fiha wara rifjut tad-dħul mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz jew ta’ territorju li ma jkunux elenkati għad-dħul fl-Unjoni tal-ispeċi u tal-kategorija partikolari ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkunu qed jiġu rritornati għandhom ikunu awtorizzati jerġgħu jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
il-konsenja hija ssiġillata b’siġill oriġinali intatt;
il-prodotti li joriġinaw mill-annimali jkunu akkumpanjati minn dawn:
iċ-ċertifikat tas-saħħa oriġinali tal-annimali maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini, jew l-ekwivalenti elettroniċi tiegħu sottomessi fl-IMSOC, jew kopja awtentikata taċ-ċertifikat tas-saħħa uffiċjali tal-annimali pprovdut mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini;
waħda minn dawn li ġejjin:
dikjarazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li hija taqbel li taċċetta l-konsenja u li tindika l-post ta’ destinazzjoni għar-ritorn tagħha.
PARTI VII
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI
Artikolu 182a
Miżuri tranżizzjonali
Fl-aspetti l-oħrajn kollha, dawn għandhom ikunu soġġetti għar-regoli previsti fl-Artikolu 82(2) ta’ dan ir-Regolament, u fl-Artikolu 233 tar-Regolament (UE) 2016/429.
Artikolu 183
Tħassir
L-atti li ġejjin huma mħassra mill-21 ta’ April 2021:
Artikolu 184
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-21 ta’ April 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
LISTA TA’ MARD LI JEĦTIEĠ LI JIĠI NNOTIFIKAT U RRAPPORTAT FIL-PAJJIŻ TERZ JEW FIT-TERRITORJU ESPORTATUR
1. ANNIMALI TERRESTRI
Il-mard elenkat kollu msemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/429 u elenkat fl-Anness II tiegħu għall-ispeċijiet elenkati ta’ annimali terrestri fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882.
2. PRODOTTI ĠERMINALI
2.1. Mill-ungulati
2.2. Mill-pollam u mill-għasfar miżmuma
Il-mard elenkat kollu msemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/429 u elenkat fl-Anness II tiegħu li huwa rilevanti għall-ispeċijiet elenkati ta’ pollam u ta’ għasafar miżmuma fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882, li minnhom jinkisbu l-prodotti ġerminali awtorizzati sabiex jidħlu fl-Unjoni.
3. PRODOTTI TA’ ORIĠINI MILL-ANNIMALI MILL-UNGULATI, MILL-POLLAM U MILL-GĦASAFAR TAL-KAĊĊA SELVAĠĠI
3.1. Laħam frisk mill-ungulati
3.2. Laħam frisk mill-pollam u mill-għasafar tal-kaċċa selvaġġi
3.3. Prodotti tal-laħam mill-ungulati
3.4. Prodotti tal-laħam mill-pollam u mill-għasafar tal-kaċċa selvaġġi
3.5. Ħalib, kolostru, prodotti tal-ħalib u prodotti bbażati fuq il-kolostru
4. ANNIMALI AKKWATIĊI U PRODOTTI TA’ ORIĠINI MILL-ANNIMALI MILL-ANNIMALI AKKWATIĊI
ANNESS II
INFORMAZZJONI MINIMA GĦAL PROGRAMMI TA’ SORVELJANZA TAL-MARD
(imsemmija fl-Artikolu 10)
Is-sottomissjoni ta’ programm ta’ sorveljanza tal-mard trid tinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-marda qabel id-data li fiha beda jiġi implimentat il-programm ta’ sorveljanza, u d-data dwar l-evoluzzjoni epidemjoloġika tal-marda;
il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira, l-unitajiet epidemjoloġiċi u ż-żoni tal-programm ta’ sorveljanza;
deskrizzjoni ta’:
l-organizzazzjoni tal-awtorità kompetenti;
kif inhi ssorveljata l-implimentazzjoni tal-programm ta’ sorveljanza;
il-kontrolli uffiċjali li jridu jiġu applikati matul l-implimentazzjoni tal-programm;
ir-rwol tal-operaturi, tal-professjonisti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali, tal-veterinarji, tal-laboratorji tas-saħħa tal-annimali u tal-persuni naturali jew ġuridiċi l-oħra relevanti kkonċernati kollha;
deskrizzjoni u demarkazzjoni tal-erjas ġeografiċi u amministrattivi li fihom se jiġi implimentat il-programm ta’ sorveljanza;
l-indikaturi sabiex jitkejjel il-progress tal-programm;
il-metodi dijanjostiċi li se jintużaw, in-numru ta’ kampjuni li jridu jiġu ttestjati, u l-frekwenza tax-xejriet ta’ ttestjar u ta’ kampjunar;
il-fatturi ta’ riskju li jridu jiġu kkunsidrati għad-disinn tas-sorveljanza mmirata fuq il-bażi tar-riskju.
ANNESS III
Tabella 1
Rekwiżiti rigward il-perjodi ta’ residenza għall-ungulati, għan-naħal tal-għasel u għan-naħal bagħli qabel id-dħul tagħhom fl-Unjoni
Speċi u kategorija tal-annimali |
Perjodu minimu ta’ residenza fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini jew f’żona tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 11(b)(i) |
Perjodu minimu ta’ residenza fl-istabbiliment ta’ oriġini, kif imsemmi fl-Artikolu 11(b)(ii) |
Perjodu minimu mingħajr kuntatt ma’ annimali bi stat tas-saħħa inferjuri kif imsemmi fl-Artikolu 11(b)(iii) |
Annimali bovini, ovini, kaprini u porċini |
6 xhur, jew mit-twelid jekk l-annimali jkollhom anqas minn 6 xhur |
40 jum, jew mit-twelid jekk l-annimali jkollhom anqas minn 40 jum |
30 jum, jew mit-twelid jekk l-annimali jkollhom anqas minn 30 jum |
Annimali bovini, ovini, kaprini u porċini maħsuba għall-iskarnar |
3 xhur, jew mit-twelid jekk l-annimali jkollhom anqas minn 3 xhur |
40 jum, jew mit-twelid jekk l-annimali jkollhom anqas minn 40 jum |
30 jum, jew mit-twelid jekk l-annimali jkollhom anqas minn 30 jum |
Annimali ekwini mhux maħsuba għall-iskarnar |
40 jum jew mit-twelid jekk l-annimali jkollhom anqas minn 40 jum, jew minn meta jidħlu mill-Unjoni |
30 jum (40 jum miż-żoni ta’ riskju tal-marda Afrikana taż-żwiemel) jew mit-twelid, jekk l-annimali jkollhom anqas minn 30 jum (40 jum), jew minn meta jidħlu mill-Unjoni |
15-il jum |
Żwiemel irreġistrati |
40 jum jew mit-twelid jekk l-annimali jkollhom anqas minn 40 jum, jew minn meta jidħlu mill-Unjoni jew minn ċerti pajjiżi terzi elenkati |
30 jum (40 jum miż-żoni ta’ riskju tal-marda Afrikana taż-żwiemel) jew mit-twelid, jekk l-annimali jkollhom anqas minn 30 jum (40 jum), jew minn meta jidħlu mill-Unjoni jew minn ċerti pajjiżi terzi elenkati |
15-il jum |
Żwiemel irreġistrati li jerġgħu jidħlu wara esportazzjoni temporanja għal kompetizzjoni, tlielaq jew avvenimenti kulturali ekwestri |
sa 30 jum jew sa 90 jum fil-każ ta’ kompetizzjonijiet, tlielaq jew avvenimenti kulturali ekwestri speċifiċi |
Mhux stabbilita |
Matul il-perjodu kollu tal-esportazzjoni temporanja |
Annimali ekwini mhux maħsuba għall-iskarnar |
90 jum |
30 jum (40 jum miż-żoni ta’ riskju tal-marda Afrikana taż-żwiemel) |
30 jum (40 jum miż-żoni ta’ riskju tal-marda Afrikana taż-żwiemel) |
Ungulati għajr annimali bovini, ovini, kaprini, porċini u ekwini |
6 xhur, jew mit-twelid jekk l-annimali jkollhom anqas minn 6 xhur |
40 jum, jew mit-twelid jekk l-annimali jkollhom anqas minn 40 jum |
6 xhur, jew mit-twelid jekk l-annimali jkollhom anqas minn 6 xhur |
Naħal tal-għasel u naħal bagħli |
Mit-tifqis |
Mit-tifqis |
Mit-tifqis |
Tabella 2
Rekwiżiti rigward il-perjodi ta’ residenza tal-pollam u tal-għasafar miżmuma qabel id-dħul tagħhom fl-Unjoni
Kategorija ta’ għasafar |
Il-perjodu ta’ residenza japplika għal |
Perjodu minimu ta’ residenza fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini jew f’żona tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 11(b)(i) |
Perjodu minimu ta’ residenza fl-istabbiliment ta’ oriġini, kif imsemmi fl-Artikolu 11(b)(ii) |
Perjodu minimu mingħajr kuntatt ma’ annimali bi stat tas-saħħa inferjuri kif imsemmi fl-Artikolu 11(b)(iii) |
Tjur tat-tnissil |
AC |
3 xhur, jew mit-tifqis jekk l-annimali jkollhom anqas minn 3 xhur |
6 ġimgħat, jew mit-tifqis jekk l-annimali jkollhom anqas minn 6 ġimgħat |
6 ġimgħat, jew mit-tifqis jekk l-annimali jkollhom anqas minn 6 ġimgħat |
Pollam produttiv għall-produzzjoni tal-laħam, tal-bajd għall-konsum u prodotti oħra |
AC |
3 xhur, jew mit-tifqis jekk l-annimali jkollhom anqas minn 3 xhur |
6 ġimgħat, jew mit-tifqis jekk l-annimali jkollhom anqas minn 6 ġimgħat |
6 ġimgħat, jew mit-tifqis jekk l-annimali jkollhom anqas minn 6 ġimgħat |
Pollam riproduttiv għar-riforniment tal-provvisti tal-għasafar tal-kaċċa |
AC |
6 ġimgħat, jew mit-tifqis jekk l-annimali jkollhom anqas minn 6 ġimgħat |
30 jum, jew mit-tifqis |
30 jum, jew mit-tifqis |
Pollam maħsub għall-iskarnar |
AC |
6 ġimgħat, jew mit-tifqis jekk l-annimali jkollhom anqas minn 6 ġimgħat |
30 jum, jew mit-tifqis |
30 jum, jew mit-tifqis |
Flieles ta’ ġurnata |
AC |
Mit-tifqis |
Mit-tifqis |
Mit-tifqis |
FO |
3 xhur qabel id-data tal-ġbir tal-bajd li minnhom faqqsu l-flieles ta’ ġurnata |
6 ġimgħat qabel id-data tal-ġbir tal-bajd li minnhom faqqsu l-flieles ta’ ġurnata |
— |
|
Anqas minn 20 pollam tat-tnissil, pollam produttiv u pollam maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti |
AC |
3 xhur, jew mit-tifqis jekk l-annimali jkollhom anqas minn 3 xhur |
3 ġimgħat, jew mit-tifqis jekk l-annimali jkollhom anqas minn 3 ġimgħat |
3 ġimgħat, jew mit-tifqis jekk l-annimali jkollhom anqas minn 3 ġimgħat |
Flieles li jkollhom anqas minn 20 ġurnata għajr ir-ratiti |
AC |
Mit-tifqis |
Mit-tifqis |
Mit-tifqis |
FO |
3 xhur |
3 ġimgħat |
3 ġimgħat qabel id-data tal-ġbir tal-bajd li minnhom faqqsu l-flieles ta’ ġurnata |
|
Għasafar miżmuma |
AC |
MA |
3 ġimgħat jew mit-tifqis |
3 ġimgħat, jew mit-tifqis jekk l-annimali jkollhom anqas minn 3 ġimgħat |
AC = Annimali tal-konsenja FO = Qatgħat ta’ oriġini MA = mhux applikabbli |
ANNESS IV
PARTI A
1. Perjodi minimi tal-ħelsien mill-mard tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini jew taż-żona tiegħu, kif previsti fl-Artikoli 22(1) għall-ungulati għajr annimali ekwini:
|
1. Annimali bovini |
2. Annimali ovini |
3. Annimali kaprini |
4. Annimali porċini |
5. Annimali kamelidi |
6. Annimali ċervidi |
7. Ungulati għajr dawk imsemmija fil-kolonni 1, 2, 3, 4, 5, 6 (*1) |
Marda tal-ilsien u d-dwiefer |
24 xahar (*2) |
24 xahar (*2) |
24 xahar (*2) |
24 xahar (*2) |
24 xahar (*2) |
24 xahar (*2) |
24 xahar (*2) |
Infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina |
12-il xahar |
12-il xahar |
12-il xahar |
12-il xahar |
12-il xahar |
12-il xahar |
12-il xahar |
L-infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift |
12-il xahar |
12-il xahar |
12-il xahar |
MA |
12 xhur |
12-il xahar |
12-il xahar |
Infezzjoni bil-Mycoplasma mycoides subsp. mycoides SC (Plewropulmonite bovina li tittieħed) |
12-il xahar |
MA |
MA |
MA |
MA |
MA |
12-il xahar |
Infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti ż-żgħar |
MA |
12-il xahar |
12-il xahar |
MA |
12-il xahar |
12-il xahar |
MA |
Ġidri tan-nagħag u ġidri tal-mogħoż |
MA |
12-il xahar |
12-il xahar |
MA |
MA |
MA |
MA |
Plewropulmonite kaprina li tittieħed |
MA |
12-il xahar |
12-il xahar |
MA |
MA |
MA |
12-il xahar |
Deni Afrikan tal-ħnieżer |
MA |
MA |
MA |
12-il xahar |
MA |
MA |
MA |
Deni klassiku tal-ħnieżer |
MA |
MA |
MA |
12-il xahar (*2) |
MA |
MA |
12-il xahar |
L-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda |
12-il xahar |
MA |
MA |
MA |
MA |
MA |
MA |
(*1)
applikabbli biss għall-ispeċijiet elenkati skont l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882
(*2)
jew huma pprovduti kundizzjonijiet speċifiċi mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju skont il-Parti B kif previst fl-Artikolu 22(3) MA = mhux applikabbli |
2. Perjodi minimi tal-ħelsien mill-mard tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini jew taż-żona tiegħu skont l-Artikolu 22(2)(a) għall-annimali ekwini:
Marda Afrikana taż-żwiemel |
24 xahar |
3. Perjodi minimi li matulhom il-marda ma tkunx ġiet irrapportata fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini jew fiż-żona tiegħu skont l-Artikolu 22(2)(b) għall-annimali ekwini:
Enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela |
24 xahar |
Infezzjoni bil-Burkholderia mallei (Glanders) |
36 xahar (*1) |
Durina |
24 xahar (*1) |
Surra (Trypanosoma evansi) |
24 xahar (*1) |
(*1)
jew huma pprovduti kundizzjonijiet speċifiċi mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju skont il-Parti B kif previst fl-Artikolu 22(3) |
PARTI B
Iridu jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju meta l-pajjiż terz jew it-territorju jew iż-żona tiegħu jkunu ilhom ħielsa minn ċertu mard għal anqas mill-perjodi stabbilit fit-tabella fil-Parti A ta’ dan l-Anness kif imsemmi fl-Artikolu 22(3):
Marda tal-ilsien u d-dwiefer |
Informazzjoni supplimentari sabiex tiġi ddeterminata d-data li minnha l-pajjiż terz jew it-territorju jew iż-żona tiegħu jitqiesu li jkunu ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer. |
Deni klassiku tal-ħnieżer |
(a) informazzjoni supplimentari sabiex tiġi ddeterminata d-data li minnha l-pajjiż terz jew it-territorju jew iż-żona tiegħu jitqiesu li jkunu ħielsa mid-deni klassiku tal-ħnieżer; (b) l-annimali maħsuba għad-dħul fl-Unjoni jkunu rreaġixxew b’mod negattiv għal test għad-detezzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer, imwettaq fi ħdan perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni. |
Infezzjoni bil-Burkholderia mallei (Glanders) |
(a) il-marda ma tkunx ġiet irrapportata fl-istabbiliment ta’ oriġini matul perjodu minimu ta’ 6 xhur qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni; (b) il-Kummissjoni tkun irrikonoxxiet il-programm ta’ sorveljanza mwettaq fl-annimali ekwini tat-tnissil fl-istabbiliment ta’ oriġini sabiex jintwera n-nuqqas tal-infezzjoni matul dak il-perjodu ta’ 6 xhur. |
Durina |
(a) il-marda ma tkunx ġiet irrapportata fl-istabbiliment ta’ oriġini għal perjodu minimu ta’ 6 xhur qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni; (b) il-Kummissjoni tkun irrikonoxxiet il-programm ta’ sorveljanza mwettaq sabiex jintwera n-nuqqas tal-infezzjoni fl-istabbiliment ta’ oriġini matul dak il-perjodu ta’ 6 xhur. |
Surra (Trypanosoma evansi) |
(a) il-marda ma tkunx ġiet irrapportata fl-istabbiliment ta’ oriġini għal perjodu minimu ta’ 6 xhur qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni; (b) il-Kummissjoni tkun irrikonoxxiet il-programm ta’ sorveljanza mwettaq sabiex jintwera n-nuqqas tal-infezzjoni fl-istabbiliment ta’ oriġini matul dak il-perjodu ta’ 6 xhur. |
PARTI C
1. Rekwiżiti rigward in-nuqqas tat-tilqim għall-pajjiż terz jew għat-territorju ta’ oriġini jew għaż-żona tiegħu u għall-ungulati għajr l-annimali ekwini kif imsemmi fl-Artikolu 22(4)(a):
|
1. Annimali bovini |
2. Annimali ovini |
3. Annimali kaprini |
4. Annimali porċini |
5. Annimali kamelidi |
6. Annimali ċervidi |
7. Ungulati għajr dawk imsemmija fil-kolonni 1, 2, 3, 4, 5, 6 (*1) |
Marda tal-ilsien u d-dwiefer |
NV/NVA |
NV/NVA |
NV/NVA |
NV/NVA |
NV/NVA |
NV/NVA |
NV/NVA |
Infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina |
NV/NVA |
NV/NVA |
NV/NVA |
NV/NVA |
NV/NVA |
NV/NVA |
NV/NVA |
Virus tad-deni tal-Wied tar-Rift |
NV/NVA |
NV/NVA |
NV/NVA |
MA |
NV/NVA |
NV/NVA |
NV/NVA |
Infezzjoni bil-Mycoplasma mycoides subsp. mycoides SC (Plewropulmonite bovina li tittieħed) |
NV/NVA |
MA |
MA |
MA |
MA |
MA |
NV/NVA |
Infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti ż-żgħar |
MA |
NV/NVA |
NV/NVA |
MA |
NV/NVA |
NV/NVA |
MA |
Ġidri tan-nagħag u ġidri tal-mogħoż |
MA |
NV/NVA |
NV/NVA |
MA |
MA |
MA |
MA |
Plewropulmonite kaprina li tittieħed |
MA |
NV/NVA |
NV/NVA |
MA |
MA |
MA |
NV/NVA |
Deni klassiku tal-ħnieżer |
MA |
MA |
MA |
NV/NVA |
MA |
MA |
MA |
L-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda |
NVA |
MA |
MA |
MA |
MA |
MA |
MA |
(*1)
applikabbli biss għall-ispeċijiet elenkati skont l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882. NV = għal perjodu minimu ta’ 12-il xahar qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni, ma jkun ingħata l-ebda tilqim fil-pajjiż terz, fit-territorju jew fiż-żona u l-ebda annimal imlaqqam ma jkun daħal fil-pajjiż terz, fit-territorju jew fiż-żona. NVA = l-annimali maħsuba għad-dħul fl-Unjoni ma jkunux tlaqqmu. MA = mhux applikabbli. |
2. Rekwiżiti rigward in-nuqqas tat-tilqim għall-pajjiż terz jew għat-territorju ta’ oriġini jew għaż-żona tiegħu u għall-annimali ekwini kif imsemmija fl-Artikolu 22(4)(b):
Marda Afrikana taż-żwiemel |
— Ma jkun sar l-ebda tilqim sistematiku fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini jew f’żona tiegħu matul perjodu minimu ta’ 12-il xahar qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni u l-annimali ekwini ma jkunux tlaqqmu tal-anqas fl-aħħar 40 jum qabel id-dispaċċ lejn l-Unjoni |
Enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela |
— L-annimali ekwini ma jkunux tlaqqmu tal-anqas fl-aħħar 60 jum qabel id-dispaċċ lejn l-Unjoni |
ANNESS V
REKWIŻITI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI FIR-RIGWARD TAL-ĦELSIEN MILL-MARD TAL-PAJJIŻ TERZ JEW TAT-TERRITORJU TA’ ORIĠINI JEW TAŻ-ŻONA TIEGĦU MILL-INFEZZJONI BIL-KUMPLESS TAL-MYCOBACTERIUM TUBERCULOSIS (M. BOVIS, M.CAPRAE, M. TUBERCULOSIS) U MILL-INFEZZJONI BIL-BRUCELLA ABORTUS, BIL-B. MELITENSIS U BIL-B. SUIS
1. INFEZZJONI BIL-KUMPLESS TAL-MYCOBACTERIUM TUBERCULOSIS (M. BOVIS, M.CAPRAE U M. TUBERCULOSIS) (KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 22(5))
1.1. Annimali bovini
Meta l-annimali bovini ma jkunux joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu ħielsa mill-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M.caprae, M. tuberculosis) fir-rigward tal-annimali bovini, dawn iridu jikkonformaw ma’ wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
ikunu ġew ittestjati billi jintuża wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 għal infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis), b’riżultati negattivi, matul il-perjodu ta’ 30 jum ta’ qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni; jew
ikollhom anqas minn 6 ġimgħat.
2. INFEZZJONI BI BRUCELLA ABORTUS, B. MELITENSIS AND B. SUIS (KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 22(6))
2.1. Annimali bovini
Meta l-annimali bovini ma jkunux joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu ħielsa mill-Brucella abortus, mill-B. melitensis u mill-B. suis mingħajr tilqim fir-rigward tal-annimali bovini, dawn iridu jikkonformaw ma’ wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
ikunu ġew ittestjati billi ntuża wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis, b’riżultati negattivi, fuq kampjun meħud matul il-perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni u, fil-każ ta’ nisa li jkunu għadhom kif kellhom il-ħlas, it-test ikun sar fuq kampjun meħud tal-anqas 30 jum wara l-ħlas; jew
ikollhom anqas minn 12-il xahar; jew
ikunu kastrati.
2.2. Annimali ovini u kaprini
Meta l-annimali ovini u kaprini ma jkunux joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu ħielsa minn Brucella abortus, B. melitensis u B. suis mingħajr tilqim fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini, dawn iridu jikkonformaw ma’ wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
ikunu ġew ittestjati billi ntuża wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis, b’riżultati negattivi, fuq kampjun meħud matul il-perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni u, fil-każ ta’ nisa li jkunu għadhom kif kellhom il-ħlas, it-test ikun sar fuq kampjun meħud tal-anqas 30 jum wara l-ħlas; jew
ikollhom anqas minn 6 xhur; jew
ikunu kastrati.
ANNESS VI
PARTI A
KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TAL-UNGULATI FIR-RIGWARD TAL-ĦELSIEN MILL-MARD TAL-PAJJIŻ TERZ JEW TAT-TERRITORJU TA’ ORIĠINI JEW TAŻ-ŻONA TIEGĦU MILL-INFEZZJONI BIL-VIRUS TAL-ILSIEN BLU (IS-SEROTIPI 1-24) GĦAL PERJODU TA’ SENTEJN (2)
(KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 22(7))
Meta l-ungulati tal-ispeċijiet elenkati ma jkunux joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24), dawn iridu jkunu joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu li jikkonformaw ma’ tal-anqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
l-annimali jkunu nżammu f’pajjiż terz jew f’territorju jew żona tiegħu staġjonalment ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) kif iddefiniti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689:
għal perjodu minimu ta’ 60 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni; jew
għal perjodu minimu ta’ 28 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni, u jkun sarilhom test seroloġiku, b’riżultati negattivi, imwettqa fuq kampjuni miġbura tal-anqas 28 jum wara d-data tad-dħul tal-annimal fil-pajjiż terz jew fit-territorju jew fiż-żona tiegħu staġjonalment ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24); jew
għal perjodu minimu ta’ 14-il jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni, u jkun sarilhom test tar-reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR), b’riżultati negattivi, imwettqa fuq kampjuni miġbura tal-anqas 14-il jum wara d-data tad-dħul tal-annimal fil-pajjiż terz jew fit-territorju jew fiż-żona tiegħu li jkunu staġjonalment ħielsa mill-BTV.
l-annimali jkunu joriġinaw minn pajjiż terz, minn territorju jew minn żona tiegħu b’sistema ta’ sorveljanza fis-seħħ imfassla u implimentata skont it-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu 1, il-Parti II tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 u jkunu tlaqqmu kontra s-serotipi kollha (1 sa 24) tal-virus tal-ilsien blu rrapportati matul l-aħħar sentejn (2) f’dak il-pajjiż terz, it-territorju jew dik iż-żona tiegħu, u l-annimali jkunu għadhom fi ħdan il-perjodu ta’ żmien ta’ immunità ggarantit fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin, u l-annimali jkunu konformi ma’ tal-anqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
ikunu tlaqqmu aktar minn 60 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni; jew
ikunu tlaqqmu b’vaċċin inattivat u jkun sarilhom test tal-PCR, b’riżultati negattivi fuq il-kampjuni miġbura tal-anqas 14-il jum wara l-bidu tal-protezzjoni tal-immunità stipulat fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin.
l-annimali jkunu joriġinaw minn pajjiż terz, minn territorju jew minn żona tiegħu b’sistema ta’ sorveljanza fis-seħħ imfassla u implimentata skont it-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu 1, il-Parti II tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 u l-annimali jkun sarilhom test seroloġiku, b’riżultati pożittivi, li kapaċi jidentifika antikorpi speċifiċi kontra s-serotipi kollha (1-24) tal-virus tal-ilsien blu rrapportati matul is-sentejn (2) preċedenti f’dak il-pajjiż terz jew it-territorju jew dik iż-żona tiegħu, u:
it-test seroloġiku jrid ikun sar fuq kampjuni miġbura tal-anqas 60 jum qabel id-data tal-moviment;
jew
it-test seroloġiku jrid ikun sar fuq kampjuni miġbura tal-anqas 30 jum qabel id-data tal-moviment u l-annimali jkunu ġew soġġetti għal test tal-PCR, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni miġbura mhux aktar minn 14-il jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni.
PARTI B
KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TAL-KONSENJI TA’ ANNIMALI BOVINI FIR-RIGWARD TAL-ĦELSIEN MILL-MARD TAL-PAJJIŻ TERZ JEW TAT-TERRITORJU TA’ ORIĠINI JEW TAŻ-ŻONA TIEGĦU GĦAL-LEWKOŻI ENŻOOTIKA BOVINA
(KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 22(8))
Meta l-annimali bovini ma jkunux joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina, dawn iridu jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn dik il-marda ma tkunx ġiet irrapportata matul il-perjodu ta’ 24 xahar qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni, u:
jekk l-annimali jkollhom aktar minn 24 xahar, iridu jkunu ġew soġġetti għal eżami fil-laboratorju għal-lewkożi enżootika bovina billi jintuża wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 4 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, imwettaq, b’riżultati negattivi jew:
fuq kampjuni meħuda f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ mill-inqas erba’ xhur, filwaqt li l-annimali nżammu iżolati mill-annimali bovini l-oħrajn tal-istess istabbiliment; jew
fuq kampjun meħud matul l-aħħar 30 jum qabel id-dispaċċ tagħhom lejn l-Unjoni, u l-annimali bovini kollha ta’ aktar minn 24 xahar miżmuma fl-istabbiliment ġew soġġetti għal eżami fil-laboratorju għal-lewkożi enżootika bovina b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 4 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni li ttieħdu f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ mhux inqas minn 4 xhur matul l-aħħar 12-il xahar qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni;
jekk l-annimali għandhom inqas minn 24 xahar, twieldu minn ommijiet, li kienu soġġetti għal eżami fil-laboratorju għal-lewkożi enżootika bovina bl-użu ta’ wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 4 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni li ttieħdu f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ mhux inqas minn 4 xhur matul il-perjodu ta’ 12-il xahar qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni.
ANNESS VII
REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ UNGULATI FIR-RIGWARD TA’ ĊERTU MARD TAL-KATEGORIJA C
(KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 22(9))
1. RINOTRAKEITE BOVINA INFETTIVA/VULVOVAĠINITE PUSTULARI INFETTIVA
1.1. Annimali bovini
L-annimali ma jridux ikunu tlaqqmu u jridu jkunu nżammu fi kwarantina għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni u jkun sarilhom test seroloġiku għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-BoHV-1 sħiħ. Irid ikun intuża wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 u jrid ikun inkiseb riżultat negattiv. Barra minn hekk, it-test irid ikun sar fuq kampjun miġbur fl-istabbiliment ta’ oriġini fi ħdan perjodu ta’ 15-il jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni.
1.2. Annimali kamelidi u ċervidi
L-annimali kamelidi u ċervidi maħsuba għad-dħul fi Stat Membru jew f’żona tiegħu bi stat ta’ ħelsien mill-mard jew bi programm approvat ta’ eradikazzjoni rigward ir-rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva fl-annimali bovini, iridu jkunu ġejjin minn stabbiliment li fih ma tkunx ġiet irrapportata r-rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva fl-annimali tal-istess speċi bħall-annimali tal-konsenja fl-aħħar 30 jum qabel id-dispaċċ lejn l-Unjoni.
2. DIJAREA VIRALI BOVINA
L-annimali ma ġewx imlaqqma kontra d-dijarea virali bovina u jridu jkunu ġew ittestjati għall-antiġene jew għall-ġenoma tal-virus tad-dijarea virali bovina billi jintuża wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 6 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, b’riżultati negattivi, u jew:
l-annimali jkunu nżammu fi stabbiliment approvat ta’ kwarantina għal perjodu minimu ta’ 21 jum qabel it-tluq tagħhom u, fil-każ ta’ ommijiet tqal, ikunu ġew soġġetti għal test seroloġiku għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-virus tad-dijarea virali bovina billi jintuża wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 6 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni meħuda mhux anqas minn 21 jum wara l-bidu tal-kwarantina; jew
l-annimali jkunu ġew soġġetti għal test seroloġiku għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-virus tad-dijarea virali bovina billi jintuża wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 6 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, b’riżultati pożittivi, imwettaq fuq kampjuni meħuda jew qabel it-tluq jew inkella, fil-każ ta’ ommijiet tqal, qabel l-inseminazzjoni li tippreċedi l-ġestazzjoni kurrenti.
3. INFEZZJONI BIL-VIRUS TAL-MARDA TA’ AUJESZKY
L-annimali ma tlaqqmux kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky u jridu jkunu:
nżammu fi stabbiliment approvat ta’ kwarantina għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum; u
soġġetti għal test seroloġiku għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra l-virus sħiħ tal-marda ta’ Aujeszky bil-metodu dijanjostiku previst fil-Parti 7 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, b’riżultat negattiv, imwettaq fuq kampjuni li ttieħdu f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ mhux inqas minn 30 jum, l-aħħar kampjun meħud matul il-perjodu ta’ 15-il jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni.
ANNESS VIII
REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI FIR-RIGWARD TAL-ISTABBILIMENT TA’ ORIĠINI TAL-UNGULATI
1. Erjas (f’raġġ) u perjodi (qabel id-dispaċċ lejn l-Unjoni) minimi mingħajr marda rrapportata fl-erja tal-istabbiliment ta’ oriġini u madwar it-tali stabbiliment ta’ oriġini tal-ungulati għajr l-annimali ekwini, kif imsemmija fl-Artikolu 23(1)(a)(i):
|
1. Annimali bovini |
2. Annimali ovini |
3. Annimali kaprini |
4. Annimali porċini |
5. Annimali kamelidi |
6. Annimali ċervidi |
7. Ungulati għajr dawk imsemmija fil-kolonni 1, 2, 3, 4, 5, 6 (*1) |
Marda tal-ilsien u d-dwiefer |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
Infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
L-infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
MA |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
Infezzjoni bil-Mycoplasma mycoides subsp. mycoides SC (Plewropulmonite bovina li tittieħed) |
10 km/30 jum |
MA |
MA |
MA |
MA |
MA |
10 km/30 jum |
Infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti ż-żgħar |
MA |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
MA |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
MA |
Ġidri tan-nagħag u ġidri tal-mogħoż |
MA |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
MA |
MA |
MA |
MA |
Plewropulmonite kaprina li tittieħed |
MA |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
MA |
MA |
MA |
10 km/30 jum |
Deni Afrikan tal-ħnieżer |
MA |
MA |
MA |
10 km/30 jum |
MA |
MA |
MA |
Deni klassiku tal-ħnieżer |
MA |
MA |
MA |
10 km/30 jum |
MA |
MA |
MA |
L-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda |
10 km/30 jum |
MA |
MA |
MA |
MA |
MA |
MA |
Infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika |
150 km/sentejn (2) (*2) |
150 km/Sentejn (2) (*2) |
150 km/Sentejn (2) (*2) |
MA |
150 km/Sentejn (2) (*2) |
150 km/Sentejn (2) (*2) |
150 km/Sentejn (2) (*2) |
(*1)
applikabbli biss għall-ispeċijiet elenkati skont l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882.
►M2
(*2)
mhux applikabbli jekk l-annimali jkunu joriġinaw minn pajjiż terz, minn territorju jew minn żona rikonoxxuti bħala ħielsa jew staġjonalment ħielsa mill-marda fil-lista ta’ pajjiżi terzi, jew territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ungulati. ◄MA = mhux applikabbli |
2. Perjodi minimi mingħajr marda rrapportata fl-erja tal-istabbiliment ta’ oriġini għall-ungulati għajr l-annimali ekwini, kif imsemmija fl-Artikolu 23(1)(a)(i):
|
1. Annimali bovini |
2. Annimali ovini |
3. Annimali kaprini |
4. Annimali porċini |
5. Annimali kamelidi |
6. Annimali ċervidi |
7. Ungulati għajr dawk imsemmija fil-kolonni 1, 2, 3, 4, 5, 6 (*1) |
Burkholderia mallei (Glanders) |
MA |
6 xhur |
MA |
L-istess bħall-annimali ekwini (punt 4) |
MA |
||
Rabja |
30 jum |
||||||
Surra (Trypanosoma evansi) |
30 jum (*2) |
30 jum (*2) |
30 jum (*2) |
MA |
30 jum (*2) |
30 jum (*2) |
30 jum (*2) |
Antraċe |
15-il jum |
||||||
Infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky |
MA |
30 jum |
MA |
||||
(*1)
applikabbli biss għall-ispeċijiet elenkati skont l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882.
(*2)
jekk il-marda tkun ġiet irrapportata fl-istabbiliment ta’ oriġini matul perjodu ta’ sentejn (2) qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni, wara l-aħħar tifqigħa l-istabbiliment affettwat irid ikun baqa’ taħt restrizzjoni sakemm: (a) l-annimali infettati jkunu tneħħew mill-istabbiliment; (b) l-annimali li kien fadal fl-istabbiliment sarilhom test, b’riżultat negattiv, għas-surra (Trypanosoma evansi) kif deskritt fil-[Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 imwettaq fuq kampjuni meħuda tal-anqas 6 xhur wara li l-annimali infettati jkunu tneħħew mill-istabbiliment. MA = mhux applikabbli |
3. Erjas (f’raġġ) u perjodi minimi mingħajr każ jew tifqigħa rrapportati ta’ anemija infettiva ekwina fl-erja fl-istabbiliment ta’ oriġini u madwar it-tali stabbiliment ta’ oriġini tal-annimali ekwini kif imsemmija fl-Artikolu 23(1)(a)(ii):
|
Erja |
Perjodu |
Rekwiżiti li jridu jiġu rrispettati meta tkun seħħet tifqigħa fl-istabbiliment |
Anemija infettiva ekwina |
200 m |
3 xhur |
L-annimali ekwini kollha ġew iżolati sakemm ġew soġġetti għal test seroloġiku għal anemija infettiva ekwina mwettaq b’riżultati negattivi fuq żewġ kampjuni meħuda wara l-iskarnar tal-annimal infettat u b’intervall ta’ 3 xhur bejniethom. |
4. Perjodi massimi mingħajr każ jew tifqigħa rrapportati ta’ ċertu mard fl-istabbiliment ta’ oriġini għall-annimali ekwini kif imsemmija fl-Artikolu 23(1)(a)(ii):
|
Perjodu |
Rekwiżiti li jridu jiġu rrispettati meta preċedentement tkun seħħet tifqigħa fl-istabbiliment |
Infezzjoni bil-Burkholderia mallei (Glanders) |
6 xhur |
Meta infezzjoni tkun ġiet irrapportata fl-istabbiliment matul perjodu ta’ 3 snin qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni, wara l-aħħar tifqigħa l-istabbiliment ikun baqa’ taħt restrizzjoni fuq il-movimenti ordnata mill-awtorità kompetenti sakemm: — inqatlu u nqerdu l-annimali infettati kollha; u — l-annimali li kien fadal ġew soġġetti għal test imwettaq kif deskritt fil-punt 3.1 tal-Kapitolu 2.5.11 tal-Manwal Terrestri tal-OIE (il-Verżjoni adottata fl-2015) b’riżultati negattivi fuq kampjuni meħuda tal-anqas 6 xhur wara d-data li fiha l-annimali infettati nqatlu u nqerdu u l-istabbiliment tnaddaf u ġie diżinfettat. |
Enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela |
6 xhur |
Jekk ikunu ġejjin minn stabbiliment li jinsab f’pajjiż terz, f’territorju jew f’żona tiegħu li fihom ġiet irrapportata l-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela matul l-aħħar sentejn (2) qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni, dawn iridu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fil-punt (i) u mal-kundizzjonijiet fil-punt (ii) jew (iii): (i) matul perjodu minimu ta’ 21 jum qabel it-tluq, ikunu baqgħu klinikament f’saħħithom u kwalunkwe annimal imsemmi fil-punt (ii) jew (iii) li jkun wera żieda fit-temperatura tal-ġisem, meħuda ta’ kuljum, ikun ġie soġġett għal test dijanjostiku għall-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela bil-metodu dijanjostiku previst fil-punt (a) tal-Parti 10(1) tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, b’riżultati negattivi; u (ii) l-annimali nżammu fi kwarantina għal perjodu minimu ta’ 21 jum protetti kontra attakki minn insetti vetturi, u jew — ikunu tlaqqmu kontra l-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela b’kors primarju komplut u reġgħu tlaqqmu skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur mhux qabel 60 jum u mhux wara 12-il xahar mid-data tad-dispaċċ; jew — ikunu ġew soġġetti għal test għall-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela bil-metodu dijanjostiku previst fil-punt (b) tal-Parti 10(1) tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjun meħud mhux anqas minn 14-il jum wara d-data tad-dħul fi kwarantina; (iii) l-annimali jkunu ġew soġġetti għal — test għall-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela bil-metodu dijanjostiku previst fil-punt (b) tal-Parti 10(1) tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, mingħajr żieda fit-titru tal-antikorpi, imwettaq fuq kampjuni akkoppjati meħuda f’żewġ okkażjonijiet b’intervall ta’ 21 jum, li t-tieni wieħed minnhom ikun ittieħed matul perjodu ta’ 10 ijiem qabel id-data tat-tluq; u — test għad-detezzjoni tal-ġenoma tal-virus tal-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela bil-metodu dijanjostiku previst fil-Parti 10(2) tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, b’riżultat negattiv, imwettaq fuq kampjun meħud fi żmien 48 siegħa qabel it-tluq, u l-annimali jkunu ġew protetti kontra attakki minn insetti vetturi wara l-kampjunar sat-tluq. |
Durina |
6 xhur |
Meta infezzjoni tkun ġiet irrapportata fl-istabbiliment matul perjodu ta’ sentejn (2) qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni, wara l-aħħar tifqigħa l-istabbiliment ikun baqa’ taħt restrizzjoni fuq il-movimenti ordnata mill-awtorità kompetenti sakemm: — l-annimali infettati jkunu nqatlu u nqerdu l-katavri tagħhom, jew tbiċċru, jew l-annimali ekwini maskili kollha li kienu infettati ġew ikkastrati; u — l-annimali ekwini li fadal fl-istabbiliment, bl-eċċezzjoni tal-annimali ekwini rġiel kastrati msemmija fl-ewwel inċiż miżmuma separati mill-annimali ekwini nisa, ikunu ġew soġġetti għal test għad-durina bil-metodu dijanjostiku previst fil-Parti 8 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni meħuda tal-anqas 6 xhur wara li jkunu tlestew il-miżuri deskritti fl-ewwel inċiż. |
Surra (Trypanosoma evansi) |
6 xhur |
Meta infezzjoni tkun ġiet irrapportata fl-istabbiliment matul perjodu ta’ sentejn (2) qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni, l-istabbiliment ikun baqa’ taħt restrizzjoni fuq il-movimenti ordnata mill-awtorità kompetenti sakemm: — l-annimali infettati jkunu tneħħew mill-istabbiliment; u — l-annimali li kien fadal ikun sarilhom test għas-surra (Trypanosoma evansi) billi ntuża wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-[Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 b’riżultati negattivi, imwettqa fuq kampjuni meħuda tal-anqas 6 xhur wara li l-aħħar annimal infettat ikun tneħħa mill-istabbiliment. |
Anemija infettiva ekwina |
90 jum |
Meta infezzjoni tkun ġiet irrapportata fl-istabbiliment matul perjodu ta’ 12-il xahar qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni, wara l-aħħar tifqigħa l-istabbiliment ikun baqa’ taħt restrizzjoni fuq il-movimenti ordnata mill-awtorità kompetenti sakemm: — l-annimali infettati jkunu nqatlu u nqerdu l-katavri tagħhom, jew tbiċċru; u — l-annimali li kien fadal fl-istabbiliment ikunu ġew soġġetti għal test għal anemija infettiva ekwina bil-metodu dijanjostiku previst fil-Parti 9 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni meħuda f’żewġ okkażjonijiet b’intervall minimu ta’ 3 xhur wara li jkunu tlestew il-miżuri deskritti fl-ewwel inċiż u l-istabbiliment tnaddaf u ġie diżinfettat. |
Rabja |
30 jum |
— |
Antraċe |
15-il jum |
— |
ANNESS IX
1. INFEZZJONI BIL-KUMPLESS TAL-MYCOBACTERIUM TUBERCULOSIS (M. BOVIS, M.CAPRAE U M. TUBERCULOSIS) (KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 23(2))
Speċi |
Rekwiżiti rigward l-istabbiliment ta’ oriġini |
Annimali bovini |
Ħieles fir-rigward tal-annimali bovini |
Annimali ovini |
Fl-istabbiliment, l-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) ma ġietx irrappurtata matul l-aħħar 42 jum qabel ma ntbagħtet lejn l-Unjoni |
Annimali kaprini |
Fl-istabbiliment, twettqet sorveljanza għall-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) fuq annimali tal-istess speċi bħall-annimali tal-konsenja miżmuma fuq l-istabbilimenti skont il-proċeduri stipulati fil-punti 1 u 2 tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 f’mill-inqas l-aħħar 12-il xahar qabel id-dispaċċ lejn l-Unjoni u matul dan il-perjodu: (a) biss annimali tal-istess speċi bħall-annimali tal-konsenja minn stabbilimenti li japplikaw il-miżuri previsti fil-paragrafu ġew introdotti fl-istabbiliment; (b) f’każ li infezzjoni bil-kumpless tal- Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) ġiet irrappurtata f’annimali tal-istess speċi bħall-annimali tal-konsenja miżmuma fl-istabbiliment, ittieħdu miżuri skont il-Parti 1(3) tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688. |
Annimali kamelidi |
|
Annimali ċervidi |
2. INFEZZJONI BIBRUCELLA ABORTUS, B. MELITENSIS U B. SUIS (KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 23(3))
Speċi |
Rekwiżiti rigward l-istabbiliment ta’ oriġini |
Annimali bovini |
L-istabbiliment huwa ħieles mingħajr tilqim fir-rigward tal-annimali bovini |
Annimali ovini |
L-istabbiliment huwa ħieles mingħajr tilqim fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini |
Annimali kaprini |
L-istabbiliment huwa ħieles mingħajr tilqim fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini |
Annimali porċini |
Fl-istabbiliment, infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suisma ġietx irrappurtata matul l-aħħar 42 jum qabel id-dispaċċ lejn l-Unjoni u matul l-aħħar 12-il xahar qabel id-dispaċċ lejn l-Unjoni: (a) fl-istabbiliment ikunu ġew applikati miżuri ta’ bijosigurtà u ta’ mitigazzjoni tar-riskji, inklużi l-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni u s-sistemi tal-għalf, skont kif meħtieġ, sabiex tiġi evitata t-trażmissjoni tal-infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis minn annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati għall-annimali porċini miżmuma fl-istabbiliment, u ġew introdotti biss annimali porċini minn stabbilimenti li japplikaw miżuri ekwivalenti ta’ bijosigurtà; jew (b) sorveljanza għall-infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis twettqet fl-annimali porċini miżmuma fl-istabbiliment skont l-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, u matul dan l-istess perjodu: — annimali porċini biss minn stabbilimenti li japplikaw il-miżuri ta’ bijosigurtà jew il-miżuri ta’ sorveljanza previsti fil-punti (a) jew (b) ġew introdotti fl-istabbiliment; u — fil-każ ta’ infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis tkun ġiet irrapportata fl-annimali porċini miżmuma fl-istabbiliment, ikunu ttieħdu l-miżuri skont il-[Parti 1(3) tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688. |
Annimali kamelidi |
Infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis fl-annimali kamelidi ma ġietx irrappurtata matul l-aħħar 42 jum qabel id-dispaċċ lejn l-Unjoni, u ġew soġġetti għal test għad-detezzjoni ta’ infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjun meħud matul l-aħħar 30 jum qabel id-dispaċċ lejn l-Unjoni u, fil-każ ta’ nisa li jkunu għadhom kif welldu, meħud tal-anqas 30 jum wara l-ħlas; |
Annimali ċervidi |
L-infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis and B. suis fl-annimali ċervidi ma ġietx irrappurtata matul l-aħħar 42 jum qabel id-dispaċċ lejn l-Unjoni |
ANNESS X
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ ĊERTI SPEĊIJIET U KATEGORIJI TA’ UNGULATI FIR-RIGWARD TAL-INFEZZJONI BIL-BRUCELLA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 24(5)
1. ANNIMALI OVINI
Annimali maskili mhux ikkastrati ta’ annimali ovini, minbarra dawk maħsuba għall-iskarnar fl-Unjoni, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
dawn ikunu baqgħu għal perjodu kontinwu minimu ta’ 60 jum fi stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata infezzjoni bil-Brucella ovis (epididimite kontaġġuża) matul perjodu ta’ 12-il xahar qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni;
ikun sarilhom test seroloġiku għad-detezzjoni ta’ Brucella ovis (epididimite kontaġġuża), b’riżultati negattivi, matul l-aħħar 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni.
2. UNGULATI TAL-FAMILJA TAYASSUIDAE
Ungulati tal-familja Tayassuidae jrid ikun sarilhom test għad-detezzjoni ta’ Brucella suis bl-użu ta’ wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-punt 2 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, b’riżultati negattivi, matul il-perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tat-tluq lejn l-Unjoni.
ANNESS XI
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-ANNIMALI EKWINI KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 24(6)
1. GRUPPI SANITARJI LI GĦALIHOM HUMA ASSENJATI L-PAJJIŻI TERZI, IT-TERRITORJI JEW IŻ-ŻONI TAGĦHOM
Grupp sanitarju |
Mard li għalih huma meħtieġa rekwiżiti speċifiċi |
A |
anemija infettiva ekwina |
B |
anemija infettiva ekwina, glanders, durina |
C |
anemija infettiva ekwina, enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela |
D |
anemija infettiva ekwina, glanders, durina, enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela, surra |
E |
anemija infettiva ekwina, glanders, durina, marda Afrikana taż-żwiemel, surra |
F |
anemija infettiva ekwina, durina, marda Afrikana taż-żwiemel |
G |
anemija infettiva ekwina, glanders, durina, surra |
2. REKWIŻITI SPEĊIFIĊI
2.1. Rekwiżiti speċifiċi għall-marda Afrikana taż-żwiemel:
L-annimali ekwini jridu jikkonformaw mas-sett ta’ rekwiżiti stabbilit f’wieħed mill-punti stipulati hawn taħt.
l-annimali nżammu f’iżolament f’faċilitajiet protetti mill-vetturi għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-dispaċċ lejn l-Unjoni u sar test seroloġiku u test għall-identifikazzjoni tal-aġent għall-marda Afrikana taż-żwiemel b’riżultat negattiv f’kull każ fuq kampjun tad-demm li ttieħed mhux inqas minn 28 jum wara d-data tal-introduzzjoni fil-faċilitajiet protetti mill-vetturi u fi żmien perjodu ta’ 10 ijiem qabel id-data tad-dispaċċ;
l-annimali nżammu f’iżolament f’faċilitajiet protetti mill-vetturi għal perjodu ta’ mill-inqas 40 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni u twettqu testijiet seroloġiċi biex jiġu identifikati l-antikorpi kontra l-virus tal-marda Afrikana taż-żwiemel mingħajr żieda sinifikanti fit-titru tal-antikorpi fuq kampjuni tad-demm li nġabru f’żewġ okkażjonijiet, b’intervall ta’ mhux inqas minn 21-il jum, fejn l-ewwel kampjun jinġabar mill-inqas sebat ijiem wara l-introduzzjoni fil-faċilitajiet protetti mill-vetturi;
l-annimali nżammu f’iżolament f’faċilitajiet protetti mill-vetturi għal perjodu ta’ mill-inqas 14-il jum qabel id-dispaċċ u sar test għall-identifikazzjoni tal-aġent għall-virus tal-marda Afrikana taż-żwiemel b’riżultat negattiv fuq kampjun tad-demm li ttieħed mhux inqas minn 14-il jum wara d-data tal-introduzzjoni fil-faċilitajiet protetti mill-vetturi u mhux aktar minn 72 siegħa qabel il-ħin tad-dispaċċ;
hemm evidenza dokumentata li l-annimali ġew imlaqqma kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel b’kors primarju sħiħ, u tlaqqmu mill-ġdid skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, b’vaċċin liċenzjat kontra s-serotipi kollha tal-virus tal-marda Afrikana taż-żwiemel preżenti fil-popolazzjoni tas-sors mill-inqas 40 jum qabel id-dħul fil-faċilitajiet protetti mill-vetturi, u l-annimali nżammu f’iżolament f’faċilitajiet protetti mill-vetturi għal perjodu ta’ mill-inqas 40 jum;
l-annimali jkunu nżammu f’iżolament f’faċilitajiet protetti mill-vetturi għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni u jkun sarilhom test seroloġiku għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-virus tal-Marda Afrikana taż-żwiemel, imwettaq mill-istess laboratorju, fl-istess jum, fuq il-kampjuni tad-demm meħuda matul il-perjodu ta’ iżolament fil-faċilitajiet protetti mill-vetturi f’żewġ okkażjonijiet b’intervall ta’ bejn 21 u 30 jum. It-tieni fost dawn irid ikun ittieħed fi ħdan perjodu ta’ 10 ijiem qabel id-data tad-dispaċċ, b’riżultati negattivi f’kull każ jew b’riżultat negattiv f’test ta’ identifikazzjoni tal-aġent għall-virus tal-marda Afrikana taż-żwiemel fuq it-tieni kampjun.
2.2. Rekwiżiti speċifiċi għall-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela
L-annimali ekwini għandhom jikkonformaw ma’ mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
l-annimali tlaqqmu kontra l-enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela b’kors primarju sħiħ u mlaqqmin mill-ġdid skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur matul perjodu ta’ mhux inqas minn 60 jum u mhux aktar minn 12-il xahar qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni u nżammu fi kwarantina protetta mill-vetturi għal perjodu ta’ mill-inqas 21 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni, u matul dak il-perjodu dawn baqgħu klinikament f’saħħithom, u t-temperatura tal-ġisem tagħhom, li ttieħdet kuljum, baqgħet fil-medda fiżjoloġika normali.
Kwalunkwe annimal ekwin ieħor fl-istess stabbiliment li jkun wera żieda fit-temperatura tal-ġisem, meħuda ta’ kuljum, kien soġġett għal test tad-demm għall-iżolament tal-virus għall-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela b’riżultati negattivi.
l-annimali ma tlaqqmux kontra l-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela u nżammu fi kwarantina protetta mill-vetturi għal perjodu minimu ta’ 21 jum, u matul dak il-perjodu jkunu baqgħu klinikament f’saħħithom, u t-temperatura tal-ġisem tagħhom, meħuda ta’ kuljum, tkun baqgħet fi ħdan il-medda fiżjoloġika normali. Matul il-kwarantina l-annimali ġew soġġetti għal test dijanjostiku għall-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjun meħud mhux anqas minn 14-il jum wara d-data tad-dħul tal-annimali fil-kwarantina protetta mill-vetturi; l-annimali baqgħu protetti minn insetti vetturi sad-dispaċċ.
Kwalunkwe annimal ekwin ieħor fl-istess stabbiliment li jkun wera żieda fit-temperatura tal-ġisem, meħuda ta’ kuljum, kien soġġett għal test tad-demm għall-iżolament tal-virus għall-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela b’riżultati negattivi.
l-annimali jkunu ġew soġġetti għal test tal-inibizzjoni tal-emagglutinazzjoni għall-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela mwettaq mill-istess laboratorju fl-istess jum fuq kampjuni meħuda f’żewġ okkażjonijiet b’intervall ta’ 21 jum, li t-tieni wieħed minnhom ikun ittieħed matul perjodu ta’ 10 ijiem qabel id-data tad-dispaċċ, mingħajr żieda fit-titru tal-antikorpi, u test tal-RT-PCR (traskriptażi inversa u reazzjoni katina bil-polimerażi) għad-detezzjoni tal-ġenoma tal-virus tal-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela, imwettaq b’riżultat negattiv fuq kampjun meħud fi ħdan 48 siegħa qabel id-dispaċċ, u jkunu ġew protetti kontra attakki minn vetturi mill-mument tal-kampjunar tal-RT-PCR sat-tagħbija għad-dispaċċ, bl-użu kkombinat ta’ repellenti approvati tal-insetti u ta’ insettiċidi fuq l-annimali u bid-diżinfezzjoni tal-istalla u tal-mezz li fih ikunu ttrasportati.
2.3. Rekwiżiti speċifiċi għal infezzjoni bil-Burkholderia mallei (Glanders)
L-annimali ekwini jrid ikun sarilhom test ta’ fissazzjoni tal-komplement għall-glanders, kif deskritt fil-punt 3.1 tal-Kapitolu 2.5.11 tal-Manwal Terrestri tal-OIE (Verżjoni adottata fl-2015). It-test irid ikun sar, b’riżultati negattivi, b’dilwizzjoni tas-serum ta’ 1 f’5 fuq kampjun tad-demm meħud fi ħdan perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni.
2.4. Rekwiżiti speċifiċi għad-durina
L-annimali ekwini jrid ikun sarilhom test ta’ fissazzjoni tal-komplement għad-durina, kif deskritt fil-punt 3.1 tal-Kapitolu 2.5.3 tal-Manwal Terrestri tal-OIE (Verżjoni adottata fl-2013). It-test irid ikun sar, b’riżultati negattivi, b’dilwizzjoni tas-seru ta’ 1 f’5 fuq kampjun tad-demm meħud fi ħdan perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, l-annimali ttestjati ma jistgħux ikunu ntużaw għat-tnissil matul perjodu minimu ta’ 30 jum qabel u wara d-data li fiha jkun ittieħed il-kampjun.
2.5. Kundizzjonijiet speċifiċi għas-surra (Trypanosoma evansi)
L-annimali ekwini jrid ikun sarilhom test ta’ agglutinazzjoni tal-kard għat-tripanosomijasi (CATT), kif deskritt fil-punt 2.3 tal-Kapitolu 2.1.21 tal-Manwal Terrestri tal-OIE (Verżjoni adottata fl-2012). It-test irid ikun sar, b’riżultati negattivi, b’dilwizzjoni tas-serum ta’ 1 f’4 fuq kampjun tad-demm meħud fi ħdan perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni.
2.6. Kundizzjonijiet speċifiċi għall-anemija infettiva ekwina
L-annimali ekwini jrid ikun sarilhom test tal-immunodiffużjoni fil-ġell tal-agar (test AGID) jew assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku (ELISA) għall-anemija infettiva ekwina, kif deskritti fil-punti 2.1 u 2.2 tal-Kapitolu 2.5.6 tal-Manwal Terrestri tal-OIE (Verżjoni adottata fl-2013). It-test irid ikun sar, b’riżultati negattivi, fuq kampjun tad-demm meħud fi ħdan perjodu li ma jaqbiżx id-90 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni.
ANNESS XII
UNGULATI MAĦSUBA GĦAL STABBILIMENTI KKONFINATI
PARTI A
Perjodi minimi mingħajr mard irrapportat fl-istabbiliment ta’ oriġini konfinat tal-ungulati maħsuba għall-istabbilimenti konfinati fl-Unjoni:
|
1. Annimali bovini |
2. Annimali ovini |
3. Annimali kaprini |
4. Annimali porċini |
5. Annimali kamelidi |
6. Annimali ċervidi |
7. Ungulati għajr dawk imsemmija fil-kolonni 1, 2, 3, 4, 5, 6 (*1) |
Marda tal-ilsien u d-dwiefer |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
L-infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
MA |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
Infezzjoni bil-Mycoplamsma mycoides subsp. Mycoides SC (Plewropulmonite bovina li tittieħed) |
6 xhur |
MA |
MA |
MA |
MA |
MA |
6 xhur |
Infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti ż-żgħar |
MA |
6 xhur |
6 xhur |
MA |
6 xhur |
6 xhur |
MA |
Ġidri tan-nagħag u ġidri tal-mogħoż |
MA |
6 xhur |
6 xhur |
MA |
MA |
MA |
MA |
Plewropulmonite kaprina li tittieħed |
MA |
6 xhur |
6 xhur |
MA |
MA |
MA |
6 xhur |
Deni Afrikan tal-ħnieżer |
MA |
MA |
MA |
6 x |
MA |
MA |
MA |
Deni klassiku tal-ħnieżer |
MA |
MA |
MA |
6 x |
MA |
MA |
MA |
L-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda |
6 xhur |
MA |
MA |
MA |
MA |
MA |
MA |
Infezzjoni bil- Burkholderia mallei (Glanders) |
MA |
MA |
6 xhur |
MA |
6 xhur |
MA |
MA |
Infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
Infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae, M. tuberculosis) |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
Rabja |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
Surra (Trypanosoma evansi) |
30 jum |
30 jum |
30 jum |
MA |
180 jum |
30 jum |
30 jum |
Antraċe |
30 jum |
30 jum |
30 jum |
30 jum |
30 jum |
30 jum |
30 jum |
Infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (Serotipi 1-24) |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
MA |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
Infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky |
MA |
MA |
MA |
12 xhur |
MA |
MA |
MA |
(*1)
applikabbli biss għall-ispeċijiet elenkati skont l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882. MA = mhux applikabbli. |
PARTI B
Erjas (raġġ) u perjodi minimi mingħajr mard irrapportat fl-erja madwar l-istabbiliment ta’ oriġini konfinat tal-ungulati maħsuba għall-istabbilimenti konfinati fl-Unjoni:
|
1. Annimali bovini |
2. Annimali ovini |
3. Annimali kaprini |
4. Annimali porċini |
5. Annimali kamelidi |
6. Annimali ċervidi |
7. Ungulati għajr dawk imsemmija fil-kolonni 1, 2, 3, 4, 5, 6 (*1) |
Marda tal-ilsien u d-dwiefer |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
L-infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift |
150 km/30 jum |
150 km/30 jum |
150 km/30 jum |
MA |
150 km/30 jum |
150 km/30 jum |
150 km/30 jum |
Infezzjoni bil-Mycoplamsma mycoides subsp. Mycoides SC (Plewropulmonite bovina li tittieħed) |
10 km/30 jum |
MA |
MA |
MA |
MA |
MA |
10 km/30 jum |
Infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti ż-żgħar |
MA |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
MA |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
MA |
Ġidri tan-nagħag u ġidri tal-mogħoż |
MA |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
MA |
MA |
MA |
MA |
Plewropulmonite kaprina li tittieħed |
MA |
10 km/30 jum |
10 km/30 jum |
MA |
MA |
MA |
10 km/30 jum |
Deni Afrikan tal-ħnieżer |
MA |
MA |
MA |
10 km/12-il xahar |
MA |
MA |
MA |
Deni klassiku tal-ħnieżer |
MA |
MA |
MA |
10 km/12-il xahar |
MA |
MA |
MA |
L-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda |
150 km/30 jum |
MA |
MA |
MA |
MA |
MA |
MA |
Infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-Serotipi 1-24) |
150 km/30 jum |
150 km/30 jum |
150 km/30 jum |
MA |
150 km/30 jum |
150 km/30 jum |
150 km/30 jum |
Infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika |
150 km/30 jum |
150 km/30 jum |
150 km/30 jum |
MA |
150 km/30 jum |
150 km/30 jum |
150 km/30 jum |
Infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky |
MA |
MA |
MA |
5 km/12-il xahar (*2) |
MA |
MA |
MA |
(*1)
applikabbli biss għall-ispeċijiet elenkati skont l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882.
(*2)
barra minn hekk, irid isir test tal-viroloġija u tas-seroloġija sabiex tiġi eliminata l-possibbiltà ta’ preżenza tal-marda 30 jum qabel id-dispaċċ lejn l-Unjoni. MA = mhux applikabbli. |
PARTI C
Perjodi minimi ta’ ħelsien mill-mard tal-pajjiż terz jew tat-territorju jew taż-żona tiegħu fejn jinsab l-istabbiliment ta’ oriġini konfinat għall-ungulati maħsuba għal stabbilimenti konfinati fl-Unjoni:
|
1. Annimali bovini |
2. Annimali ovini |
3. Annimali kaprini |
4. Annimali porċini |
5. Annimali kamelidi |
6. Annimali ċervidi |
7. Ungulati għajr dawk imsemmija fil-kolonni 1, 2, 3, 4, 5, 6 (*1) |
Marda tal-ilsien u d-dwiefer |
12-il xahar (*2) |
12-il xahar (*2) |
12-il xahar (*2) |
12-il xahar (*2) |
12-il xahar (*2) |
12-il xahar (*2) |
12-il xahar (*2) |
Infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina |
12-il xahar |
12-il xahar |
12-il xahar |
12-il xahar |
12-il xahar |
12-il xahar |
12-il xahar |
L-infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift |
48 xahar (*2) |
48 xahar (*2) |
48 xahar (*2) |
MA |
48 xahar (*2) |
48 xahar (*2) |
48 xahar (*2) |
Deni Afrikan tal-ħnieżer |
MA |
MA |
MA |
12-il xahar (*2) |
MA |
MA |
MA |
Deni klassiku tal-ħnieżer |
MA |
MA |
MA |
12-il xahar (*2) |
MA |
MA |
MA |
Infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis |
12-il xahar (*2) |
12-il xahar (*2) |
12-il xahar (*2) |
12-il xahar (*2) |
12-il xahar (*2) |
12-il xahar (*2) |
12-il xahar (*2) |
Infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-Serotipi 1-24) |
24 xahar (*2) |
24 xahar (*2) |
24 xahar (*2) |
MA |
24 xahar (*2) |
24 xahar (*2) |
24 xahar (*2) |
Infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika |
24 xahar (*2) |
24 xahar (*2) |
24 xahar (*2) |
MA |
24 xahar (*2) |
24 xahar (*2) |
24 xahar (*2) |
(*1)
applikabbli biss għall-ispeċijiet elenkati skont l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882.
(*2)
jew garanziji alternattivi huma pprovduti mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju skont il-Parti D. MA = mhux applikabbli. |
PARTI D
Garanziji alternattivi li jridu jiġu pprovduti mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat
Marda tal-ilsien u d-dwiefer |
(a) l-annimali jridu jkun sarilhom test seroloġiku għal evidenza tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer mwettaq skont wieħed mit-testijiet stipulati għall-kummerċ internazzjonali stabbiliti fil-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-OIE (Manwal Terrestri tal-OIE), b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda fi ħdan perjodu ta’ 10 ijiem qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni; u (b) għal Bovidae, Cervidae u Elephas spp.: test probang għall-evidenza ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer imwettaq skont il-proċeduri stabbiliti fil-Manwal Terrestri tal-OIE, b’riżultati negattivi. It-test irid ikun sar: (i) 10 ijiem qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni, għal speċijiet għajr il-buflu Amerikan (Syncerus caffer); (ii) f’żewġ okkażjonijiet separati b’tal-anqas 15-il jum, li t-tieni wieħed irid ikun ittieħed matul perjodu ta’ 10 ijiem qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni, għall-buflu Amerikan (Syncerus caffer). |
L-infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift |
(a) l-annimali jridu: (i) ikunu nżammu fi kwarantina f’faċilità protetta mill-vetturi fl-istabbiliment konfinat approvat għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni; (ii) ma jkunu wrew l-ebda sintomu tal-mard ta’ infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni; (iii) ikunu ġew protetti mll-vetturi meta ttrasportati bejn il-faċilità protetta mill-vetturi msemmija fil-punt (i) u t-tagħbija għad-dispaċċ lejn l-Unjoni; u (b) l-annimali jrid ikun sarilhom test tan-newtralizzazzjoni tal-virus b’riżultati negattivi għall-evidenza ta’ infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift skont il-Manwal Terrestri tal-OIE, imwettaq għall-ewwel darba fuq kampjuni meħuda fid-data tal-bidu tal-perjodu ta’ kwarantina u t-tieni fuq kampjuni meħuda tal-anqas 42 jum minn dik id-data u matul perjodu ta’ 10 ijiem qabel id-dispaċċ lejn l-Unjoni. |
Deni Afrikan tal-ħnieżer |
L-annimali jkun sarilhom test tal-viroloġija u tas-seroloġija għad-detezzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u tad-deni klassiku tal-ħnieżer skont it-test stipulat għall-kummerċ internazzjonali fil-Manwal Terrestri tal-OIE, imwettaq fuq kampjuni meħuda matul perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni. |
Deni klassiku tal-ħnieżer |
|
Infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis |
L-annimali: (a) ikun sarilhom test kif stabbilit u stipulat għall-kummerċ internazzjonali mill-Manwal Terrestri tal-OIE, fuq kampjuni meħuda matul perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni, jew (b) ikunu rġiel kastrati ta’ kwalunkwe età. |
Infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-Serotipi 1-24) |
L-annimali jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’wieħed mill-punti li ġejjin: (a) ikunu nżammu fi kwarantina f’faċilità protetta mill-vetturi fl-istabbiliment konfinat għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni u jkun sarilhom test tas-seroloġija għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (1-24) u għall-infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika mwettaq skont il-Manwal Terrestri tal-OIE b’riżultati negattivi, imwettaq tal-anqas 28 jum wara l-introduzzjoni tal-annimali fl-istabbiliment konfinat; (b) ikunu nżammu fi kwarantina f’faċilità protetta mill-vetturi fl-istabbiliment konfinat approvat għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni u jkun sarilhom test tal-PCR għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (1-24) u għall-infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika skont il-Manwal Terrestri tal-OIE b’riżultati negattivi, imwettaq tal-anqas 14-il jum wara l-introduzzjoni fl-istabbiliment konfinat; (c) dawn ikunu ġejjin minn erja staġjonalment ħielsa mill-mard u matul dak il-perjodu ħieles mill-mard ikun sarilhom test tas-seroloġija għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (1-24) u għall-infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika skont il-Manwal Terrestri tal-OIE, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni meħuda tal-anqas 28 jum wara l-introduzzjoni tal-annimali fl-istabbiliment konfinat; (d) dawn ikunu ġejjin minn erja staġjonalment ħielsa u matul dak il-perjodu jkun sarilhom test tal-PCR għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (1-24) u għall-infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika skont il-Manwal Terrestri tal-OIE, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni meħuda tal-anqas 14-il jum wara l-introduzzjoni tal-annimali fl-istabbiliment konfinat approvat. |
Infezzjonijiet b’virus tal-marda emorraġika epiżootika |
PARTI E
Rekwiżiti rigward in-nuqqas tat-tilqim kontra ċertu mard għall-pajjiż terz jew għat-territorju ta’ oriġini jew għaż-żona tiegħu u għall-ungulati maħsuba għal stabbilimenti konfinati:
|
1. Annimali bovini |
2. Annimali ovini |
3. Annimali kaprini |
4. Annimali porċini |
5. Annimali kamelidi |
6. Annimali ċervidi |
7. Ungulati għajr dawk imsemmija fil-kolonni 1, 2, 3, 4, 5, 6 (*1) |
Marda tal-ilsien u d-dwiefer |
NVA |
NVA |
NVA |
NVA |
NVA |
NVA |
NVA |
L-infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift |
NVA (*2) |
NVA (*2) |
NVA (*2) |
MA |
NVA (*2) |
NVA (*2) |
NVA (*2) |
Deni klassiku tal-ħnieżer |
MA |
MA |
MA |
NVA |
MA |
MA |
MA |
Infezzjoni bi Brucella abortus, B. melitensis u B. suis |
NVA (*2) |
NVA (*2) |
NVA (*2) |
NVA (*2) |
NVA (*2) |
NVA (*2) |
NVA (*2) |
Infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky |
MA |
MA |
MA |
NVA |
MA |
MA |
MA |
(*1)
applikabbli biss għall-ispeċijiet elenkati skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882.
(*2)
jew garanziji alternattivi huma pprovduti mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju skont il-Parti D ta’ dan l-Anness. NVA = l-ungulati maħsuba għall-Unjoni ma jkunux tlaqqmu. MA = mhux applikabbli. |
PARTI F
Rekwiżiti għall-faċilità protetta mill-vetturi fi stabbilimenti konfinati f’pajjiżi terzi
Meta din tkun meħtieġa fil-Parti D ta’ dan l-Anness, il-faċilità protetta mill-vetturi fl-istabbilimenti konfinati fil-pajjiżi terzi jew fit-territorji trid tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
ikollha ostakoli fiżiċi xierqa fil-punti tad-dħul u tal-ħruġ;
il-ftuħ tal-faċilità protetta mill-vetturi jrid ikollu lqugħ kontra l-vetturi b’malja b’gauge xierqa, imxappap b’mod regolari b’insettiċida approvat skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;
is-sorveljanza u l-kontroll tal-vetturi jridu jitwettqu fi ħdan u madwar il-faċilità protetta mill-vetturi;
iridu jittieħdu miżuri sabiex jiġu llimitati jew eliminati s-siti tat-tnissil għall-vetturi fl-inħawi tal-faċilità protetta mill-vetturi;
irid ikun hemm proċeduri operattivi standard fis-seħħ, inklużi deskrizzjonijiet tas-sistemi ta’ riżerva u ta’ allarm, għat-tħaddim tal-faċilità protetta mill-vetturi u għat-trasport tal-annimali minn dik l-istruttura għall-post tat-tagħbija għad-dispaċċ lejn l-Unjoni.
ANNESS XIII
REKWIŻITI MINIMI GĦAL PROGRAMMI TA’ TILQIM U SORVELJANZA ADDIZZJONALI MWETTQA F’PAJJIŻ TERZ JEW F’TERRITORJU JEW F’ŻONA TIEGĦU LI JAGĦTU T-TILQIMA KONTRA L-INFLUWENZA TAT-TJUR B’PATOĠENIĊITÀ GĦOLJA
1. REKWIŻITI MINIMI GĦAL PROGRAMMI TA’ TILQIM IMWETTQA F’PAJJIŻ TERZ JEW F’TERRITORJU JEW F’ŻONA TIEGĦU
Il-programmi ta’ tilqim kontra l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja sottomessi minn pajjiż terz jew minn territorju jridu jinkludu tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
l-objettivi tal-istrateġija ta’ tilqim, il-popolazzjoni(jiet) magħżula tal-għasafar u l-erja;
data dwar l-evoluzzjoni epidemjoloġika tal-marda, inklużi tifqigħat preċedenti fil-pollam jew fl-għasafar selvaġġi;
deskrizzjoni tar-raġunijiet għad-deċiżjoni ta’ introduzzjoni tat-tilqim;
valutazzjoni tar-riskju bbażata fuq:
erja ġeografika fejn jingħata t-tilqim;
in-numru ta’ stabbilimenti fl-erja tat-tilqim;
in-numru ta’ stabbilimenti fejn jingħata t-tilqim, jekk ikun differenti min-numru fil-punt 6;
l-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ pollam jew ta’ għasafar miżmuma fl-erja ġeografika fejn jingħata t-tilqim;
in-numru xieraq ta’ pollam jew ta’ għasafar miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt 7;
sommarju tal-karatteristiċi, tal-awtorizzazzjoni u tal-kontroll tal-kwalità tal-vaċċin;
l-immaniġġjar, il-ħżin, il-provvista, id-distribuzzjoni u l-bejgħ tal-vaċċin tal-influwenza tat-tjur fit-territorju nazzjonali;
l-implimentazzjoni ta’ strateġija li Tiddifferenzja bejn l-Annimali Infettati u dawk Imlaqqma (DIVA);
id-durata prevista tal-kampanja ta’ tilqim;
id-dispożizzjonijiet u r-restrizzjonijiet fuq il-movimenti tal-pollam imlaqqam u tal-prodotti tal-pollam derivati mill-pollam imlaqqam jew mill-għasafar miżmuma mlaqqma;
it-testijiet kliniċi u tal-laboratorju, bħall-ittestjar tal-effikaċja u tal-premoviment, imwettqa fl-istabbilimenti mlaqqma jew li jinsabu fl-erja tat-tilqim;
il-mezzi taż-żamma ta’ rekords.
2. SORVELJANZA ADDIZZJONALI F’PAJJIŻI TERZI JEW F’TERRITORJI JEW F’ŻONI TAGĦHOM LI JWETTQU TILQIM KONTRA L-INFLUWENZA TAT-TJUR B’PATOĠENIĊITÀ GĦOLJA
Meta jingħata tilqim f’pajjiż terz jew f’territorju jew żona tiegħu, l-istabbilimenti kollha fejn jingħata t-tilqim kontra l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jridu jkunu meħtieġa jagħmlu ttestjar fil-laboratorju u l-informazzjoni li ġejja trid tiġi sottomessa lill-Kummissjoni, minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Anness II:
in-numru ta’ stabbilimenti mlaqqma fl-erja għal kull kategorija;
in-numru ta’ stabbilimenti mlaqqma li jridu jiddaħħlu fil-kampjun għal kull kategorija ta’ pollam;
l-użu ta’ għasafar sentinelli (jiġifieri l-ispeċi u n-numru ta’ għasafar sentinelli użati għal kull unità epidemjoloġika);
in-numru ta’ kampjuni meħuda għal kull stabbiliment u/jew unità epidemjoloġika;
data dwar l-effikaċja tal-vaċċin.
ANNESS XIV
REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAR-RATITI, GĦALL-BAJD GĦAT-TIFQIS TAGĦHOM U GĦAL-LAĦAM FRISK TAR-RATITI LI JORIĠINAW MINN PAJJIŻ TERZ JEW MINN TERRITORJU JEW ŻONA TIEGĦU MHUX ĦIELSA MILL-INFEZZJONI BIL-VIRUS TAL-MARDA TA’ NEWCASTLE
1. Ratiti tat-tnissil, ratiti produttivi u ratiti maħsuba għall-iskarnar li joriġinaw f’pajjiż terz jew f’territorju jew żona tiegħu mhux ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle jridu:
ikunu mqiegħda taħt sorveljanza uffiċjali għal perjodu minimu ta’ 21 jum qabel id-data tad-dispaċċ tal-konsenja għad-dħul fl-Unjoni;
ikunu nżammu f’iżolament assolut matul il-perjodu msemmi fil-punt (a), lil hinn minn kuntatt dirett jew indirett ma’ għasafar oħra, f’faċilitajiet approvati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini għal dan l-għan;
ikun sarilhom test ta’ detezzjoni tal-virus għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle;
ikunu ġejjin minn qatgħat li fihom is-sorveljanza għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle tkun saret permezz ta’ pjan ta’ kampjunar ibbażat fuq l-istatistika li pproduċa riżultati negattivi għal perjodu minimu ta’ 6 xhur eżatt qabel id-data tad-dispaċċ tal-konsenja għad-dħul fl-Unjoni.
2. Il-flieles ta’ ġurnata tar-ratiti u l-bajd għat-tifqis tar-ratiti li joriġinaw f’pajjiż terz jew f’territorju jew żona tiegħu mhux ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle jridu jkunu ġejjin minn qatgħat:
li jkunu tqiegħdu f’iżolament taħt sorveljanza uffiċjali għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data li fiha jbidu l-bajd għat-tifqis maħsub għad-dħul fl-Unjoni jew tal-bajd għat-tifqis li minnu jiġu dderivati l-flieles ta’ ġurnata ddestinati għad-dħul fl-Unjoni;
li jkun sarilhom test ta’ detezzjoni tal-virus għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle;
fejn s-sorveljanza għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle tkun saret permezz ta’ pjan ta’ kampjunar ibbażat fuq l-istatistika li pproduċa riżultati negattivi għal perjodu minimu ta’ 6 xhur eżatt qabel id-data tad-dispaċċ tal-konsenja għad-dħul fl-Unjoni;
li ma jkunux daħlu f’kuntatt ma’ pollam li ma jissodisfax il-garanziji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) matul perjodu ta’ 30 jum qabel id-data li fiha jbidu u matul il-perjodu li fih ibidu l-bajd għat-tifqis maħsub għad-dħul fl-Unjoni jew tal-bajd għat-tifqis li minnu jiġu dderivati l-flieles ta’ ġurnata ddestinati għad-dħul fl-Unjoni.
3. Laħam frisk ta’ ratiti li joriġinaw f’pajjiż terz jew f’territorju jew żona tiegħu mhux ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle jrid:
jitneħħielu l-għadam u jitqaxxar;
ikun ġej minn ratiti li għal perjodu minimu ta’ 3 xhur qabel id-data tal-iskarnar ikunu nżammu fi stabbilimenti:
li fihom ma tkun seħħet l-ebda tifqigħa ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle jew ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja matul is-6 xhur ta’ qabel id-data tal-iskarnar;
li madwarhom ma seħħet l-ebda tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle għal perjodu minimu ta’ 3 xhur qabel id-data tal-iskarnar fi ħdan 10 km mill-perimetru tal-parti tal-istabbiliment li fiha r-ratiti, inkluż, fejn xieraq, it-territorju ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz ġar;
li fihom is-sorveljanza għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle tkun saret permezz ta’ pjan ta’ kampjunar ibbażat fuq l-istatistika li pproduċa riżultati negattivi għal perjodu minimu ta’ 6 xhur qabel id-data tal-iskarnar.
ikun soġġett għal sorveljanza kif imsemmija fil-punt (b)(iii):
b’seroloġija, fil-każ ta’ ratiti mhux imlaqqma kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle;
b’tampuni trakeali tar-ratiti, fil-każ ta’ ratiti mlaqqma kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle;
ikun ġej minn ratiti li, jekk imlaqqma kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle, ma tlaqqmux b’vaċċini li ma kinux jissodisfaw il-kriterji speċifiċi stipulati fil-Parti 1 tal-Anness XV matul perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tal-iskarnar.
4. L-ittestjar għad-detezzjoni tal-virus previst fil-paragrafi 1(c) u 2(b) irid ikun sar:
fi żmien 7 sa 10 ijiem mid-data li fiha r-ratiti jkunu daħlu f’iżolament;
fuq tampuni kloakali jew kampjuni tar-rawt minn kull għasfur.
5. L-ittestjar għad-detezzjoni tal-virus previst fil-paragrafi 1(c) u 2(b) irid ikun wera li ma nstab l-ebda iżolat tat-tip 1 tal-paramissovirus tat-tjur b’Indiċi ta’ Patoġeniċità Intraċerebrali (ICPI) ta’ aktar minn 0,4 . Barra minn hekk, irid ikun hemm riżultati favorevoli disponibbli mill-għasafar kollha fil-konsenja qabel ma:
ir-ratiti tat-tnissil, ir-ratiti produttivi jew ir-ratiti maħsuba għall-iskarnar telqu mill-faċilitajiet imsemmija f’1(b) għad-dispaċċ lejn l-Unjoni;
il-flieles ta’ ġurnata telqu mill-mafqas għad-dispaċċ lejn l-Unjoni;
l-bajd għat-tifqis tgħabba għad-dispaċċ lejn l-Unjoni.
ANNESS XV
KRITERJI GĦALL-VAĊĊINI KONTRA L-INFEZZJONI BIL-VIRUS TAL-MARDA TA’ NEWCASTLE U REKWIŻITI GĦALL-KONSENJI TA’ POLLAM, TA’ BAJD GĦAT-TIFQIS U TA’ LAĦAM FRISK TAL-POLLAM LI JORIĠINAW MINN PAJJIŻ TERZ JEW MINN TERRITORJU JEW ŻONA TIEGĦU LI JLAQQMU KONTRA L-INFEZZJONI BIL-VIRUS TAL-MARDA TA’ NEWCASTLE
1. KRITERJI GĦALL-VAĊĊINI KONTRA L-INFEZZJONI BIL-VIRUS TAL-MARDA TA’ NEWCASTLE
1.1. Kriterji ġenerali
Il-vaċċini jridu jikkonformaw mal-istandards stabbiliti fil-kapitolu dwar il-marda ta’ Newcastle fil-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE).
It-tilqim irid ikun irreġistrat mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini kkonċernat qabel ma jitħalla jitqassam u jintuża. Għat-tali reġistrazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini kkonċernat iridu jibbażaw fuq fajl komplut sottomess mill-applikant li jkun fih data dwar l-effikaċja u l-innokwità tal-vaċċin. Fil-każ ta’ vaċċini importati, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini jistgħu jibbażaw fuq data vverifikata mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjż fejn jiġi prodott il-vaċċin, sa fejn dawn il-kontrolli jkunu twettqu f’konformità mal-istandards tal-OIE.
Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (b), l-importazzjonijiet jew il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-vaċċini jridu jkunu kkontrollati mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini kkonċernat.
Qabel ma tkun awtorizzata d-distribuzzjoni tal-vaċċini, kull lott ta’ vaċċini jrid jiġi ttestjat għall-innokwità, b’mod partikolari rigward l-attenwazzjoni jew l-inattivazzjoni u l-ħelsien minn aġenti estranji, u għall-effikaċja. L-ittestjar isir taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini.
1.2. Kriterji speċifiċi
Vaċċini attenwati ħajjin kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle jridu jitħejjew minn razza tal-virus tal-marda ta’ Newcastle li għaliha ż-żerriegħa ewlenija tkun ġiet ittestjata u ntweriet li għandha ICPI ta’ jew:
anqas minn 0,4 jekk mhux anqas minn 107 EID50 jiġu amministrati lil kull għasfur fit-test tal-ICPI;
jew
anqas minn 0,5 jekk mhux anqas minn 108 EID50 jiġu amministrati lil kull għasfur fit-test tal-ICPI.
2. REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-POLLAM U GĦALL-BAJD GĦAT-TIFQIS LI JORIĠINAW MINN PAJJIŻ TERZ JEW MINN TERRITORJU JEW ŻONA TIEGĦU FEJN IL-VAĊĊINI UŻATI KONTRA L-INFEZZJONI BIL-VIRUS TAL-MARDA TA’ NEWCASTLE MA JISSODISFAWX IL-KRITERJI SPEĊIFIĊI STIPULATI FIL-PUNT 1
Pollam u bajd għat-tifqis li joriġinaw minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu fejn il-vaċċini użati kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle ma jissodisfawx il-kriterji speċifiċi stipulati fil-punt 1.2 iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati hawn taħt:
il-pollam, il-qatgħa ta’ oriġini tal-flieles ta’ ġurnata u l-qatgħa ta’ oriġini tal-bajd għat-tifqis ma jistgħux ikunu tlaqqmu b’vaċċini tali għal perjodu minimu ta’ 12-il xahar qabel id-data li fiha l-konsenja titgħabba għad-dispaċċ lejn l-Unjoni;
il-qatgħa ta’ oriġini tal-pollam u tal-bajd għat-tifqis trid tkun saritilha test ta’ iżolament virali għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mhux qabel ġimagħtejn qabel id-data tat-tagħbija tal-konsenja għad-dispaċċ lejn l-Unjoni jew, fil-każ tal-bajd għat-tifqis, mhux qabel ġimagħtejn qabel id-data li fiha jkun inġabar il-bajd. It-test irid ikun sar f’laboratorju uffiċjali fuq kampjun aleatorju ta’ tampuni kloakali meħuda minn tal-anqas 60 għasfur f’kull qatgħa, u ma jkun instab l-ebda paramissovirus tat-tjur b’IPCI ta’ aktar minn 0,4;
il-pollam, ħlief il-flieles ta’ ġurnata, il-qatgħa ta’ oriġini tal-flieles ta’ ġurnata u l-qatgħat ta’ oriġini tal-bajd għat-tifqis iridu jkunu nżammu f’iżolament taħt sorveljanza uffiċjali fl-istabbiliment ta’ oriġini matul il-perjodu ta’ ġimagħtejn imsemmi fil-punt (b);
il-pollam, ħlief il-flieles ta’ ġurnata, il-qatgħa ta’ oriġini tal-flieles ta’ ġurnata u l-qatgħa ta’ oriġini tal-bajd għat-tifqis ma jistgħux ikunu ġew f’kuntatt ma’ pollam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) u (b):
fil-każ tal-pollam, matul perjodu ta’ 60 jum qabel id-data li fiha tgħabbiet il-konsenja għad-dispaċċ lejn l-Unjoni;
fil-każ tal-bajd għat-tifqis, matul perjodu ta’ 60 jum qabel id-data li fiha nġabar il-bajd;
il-bajd għat-tifqis li minnu jiġu dderivati l-flieles ta’ ġurnata ma jistgħux ikunu ġew f’kuntatt fil-mafqas jew matul it-trasport lejn il-mafqas ma’ pollam jew ma’ bajd għat-tifqis li ma jissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) sa (d).
3. REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAL-LAĦAM FRISK TAL-POLLAM LI JORIĠINA MINN PAJJIŻ TERZ JEW MINN TERRITORJU JEW ŻONA TIEGĦU FEJN IL-VAĊĊINI UŻATI KONTRA L-INFEZZJONI BIL-VIRUS TAL-MARDA TA’ NEWCASTLE MA JISSODISFAWX IL-KRITERJI SPEĊIFIĊI STIPULATI FIL-PUNT 1
Laħam frisk tal-pollam li joriġina minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu fejn il-vaċċini użati kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle ma jissodisfawx il-kriterji speċifiċi stipulati fil-punt 1.2 irid ikun joriġina minn pollam li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin dwar is-saħħa:
il-pollam ma jkunx tlaqqam b’vaċċini attenwati ħajjin imħejjija minn żerriegħa ewlenija tal-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle li turi patoġeniċità ogħla mir-razez lentoġeniċi tal-virus fi ħdan perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tal-iskarnar;
il-pollam ikun sarlu test ta’ iżolament virali għal infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle, imwettaq f’laboratorju uffiċjali fil-mument tal-iskarnar fuq kampjun aleatorju ta’ tampuni kloakali minn tal-anqas 60 għasfur f’kull qatgħa kkonċernata, u li fih ma jkun instab l-ebda paramissovirus tat-tjur b’ICPI ta’ aktar minn 0,4 ;
matul perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tal-iskarnar il-pollam ma jkunx daħal f’kuntatt ma’ pollam li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b).
4. INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI PPROVDUTA META L-QATGĦAT TA’ ORIĠINI TAL-POLLAM, IL-QATGĦAT TA’ ORIĠINI TAL-BAJD GĦAT-TIFQIS U L-BAJD GĦAT-TIFQIS JITLAQQMU KONTRA L-INFEZZJONI BIL-VIRUS TAL-MARDA TA’ NEWCASTLE
Meta l-qatgħat ta’ oriġini tal-pollam, il-qatgħat ta’ oriġini tal-bajd għat-tifqis jew il-bajd għat-tifqis jitlaqqmu kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi pprovduta għall-konsenja:
l-identifikazzjoni tal-qatgħa;
l-età tal-għasafar;
id-data tat-tilqim;
l-isem u t-tip ta’ razza tal-virus użata;
in-numru tal-lott tal-vaċċin;
l-isem tal-vaċċin;
il-manifattur tal-vaċċin.
ANNESS XVI
REKWIŻITI FIR-RIGWARD TAL-INFORMAZZJONI LI TRID TISSEMMA FUQ IL-KONTENITURI TAL-POLLAM, TAL-GĦASAFAR MIŻMUMA U TAL-BAJD GĦAT-TIFQIS
1. Il-pollam tat-tnissil u l-pollam produttiv iridu jiġu ttrasportati f’kontenituri li jkollhom l-indikazzjonijiet li ġejjin fuqhom:
l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini;
l-ispeċi tal-pollam ikkonċernat;
in-numru ta’ annimali;
il-kategorija u t-tip tal-produzzjoni li għaliha huma maħsuba;
l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ approvazzjoni tal-istabbiliment ta’ oriġini;
l-isem tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni.
2. Il-pollam maħsub għall-iskarnar irid jiġi ttrasportat f’kontenituri li jkollhom l-indikazzjonijiet li ġejjin fuqhom:
l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini;
l-ispeċi tal-pollam ikkonċernat;
in-numru ta’ annimali;
il-kategorija u t-tip tal-produzzjoni li għaliha huma maħsuba;
l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-istabbiliment ta’ oriġini;
l-isem tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni.
3. Il-flieles ta’ ġurnata jridu jiġu ttrasportati f’kontenituri li jkollhom l-indikazzjonijiet li ġejjin fuqhom:
l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini;
l-ispeċi tal-pollam ikkonċernat;
in-numru ta’ annimali;
il-kategorija u t-tip tal-produzzjoni li għaliha huma maħsuba;
l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ approvazzjoni tal-istabbiliment ta’ oriġini tal-flieles ta’ ġurnata;
in-numru ta’ approvazzjoni tal-istabbiliment ta’ oriġini tal-qatgħa ta’ oriġini;
l-isem tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni.
4. L-għasafar miżmuma jridu jiġu ttrasportati f’kontenituri li jkollhom l-indikazzjonijiet li ġejjin fuqhom:
l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini;
in-numru ta’ annimali;
l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ approvazzjoni tal-istabbiliment ta’ oriġini;
in-numru ta’ identifikazzjoni speċifiku tal-kontenitur;
l-isem tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni.
5. Il-bajd għat-tifqis tal-pollam irid jiġi ttrasportat f’kontenituri li jkollhom l-indikazzjonijiet li ġejjin fuqhom:
il-kelma “hatching” (“tifqis”);
l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini;
l-ispeċi tal-pollam ikkonċernat;
in-numru ta’ bajd;
il-kategorija u t-tip tal-produzzjoni li għaliha huma maħsuba;
l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ approvazzjoni tal-istabbiliment ta’ oriġini tal-bajd;
in-numru ta’ approvazzjoni tal-istabbiliment ta’ oriġini tal-qatgħa ta’ oriġini, jekk differenti mill-punt (f);
l-isem tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni.
6. Il-bajd ħieles minn patoġeni speċifikati jrid jiġi ttrasportat f’kontenituri li jkollhom l-indikazzjonijiet li ġejjin fuqhom:
il-kliem “SPF eggs for diagnostic, research or pharmaceutical use only” (“bajd SPF għal użu dijanjostiku, ta’ riċerka jew farmaċewtiku biss”);
l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini;
in-numru ta’ bajd;
l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ approvazzjoni tal-istabbiliment ta’ oriġini;
l-isem tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni.
7. Il-bajd għat-tifqis tal-għasafar miżmuma jrid jiġi ttrasportat f’kontenituri li jkollhom l-indikazzjonijiet li ġejjin fuqhom:
l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini;
in-numru ta’ bajd;
l-isem, l-indirizz u n-numru ta’ approvazzjoni tal-istabbiliment ta’ oriġini;
in-numru ta’ identifikazzjoni speċifiku tal-kontenitur;
l-isem tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni.
ANNESS XVII
REKWIŻITI GĦALL-ITTESTJAR TA’ KONSENJI TA’ ANQAS MINN 20 EŻEMPLAR TA’ POLLAM GĦAJR IR-RATITI U ANQAS MINN 20 BAJDA GĦAT-TIFQIS TIEGĦU QABEL ID-DĦUL FL-UNJONI
Il-konsenji ta’ anqas minn 20 eżemplar ta’ pollam għajr ir-ratiti jew anqas minn 20 bajda għat-tifqis tal-pollam għajr tar-ratiti jridu jkunu ttestjaw negattivi għall-mard imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 49 u fil-punt (e)(ii) tal-Artikolu 110 kif ġej:
fil-każ tal-pollam tat-tnissil, tal-pollam produttiv u tal-pollam maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti, l-annimali jridu jkunu ttestjaw negattivi f’testijiet seroloġiċi u/jew batterjoloġiċi fi ħdan perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tat-tagħbija tal-konsenja għad-dispaċċ lejn l-Unjoni;
fil-każ ta’ bajd għat-tifqis tal-pollam għajr ir-ratiti u tal-flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti, il-qatgħa ta’ oriġini trid tkun ittestjat negattiva fit-testijiet seroloġiċi u/jew fit-testijiet batterjoloġiċi fi ħdan perjodu ta’ 90 jum qabel id-data tat-tagħbija tal-konsenja għad-dispaċċ lejn l-Unjoni f’livell li jagħti fiduċja ta’ 95 % ta’ detezzjoni tal-infezzjoni bi prevalenza ta’ 5 %;
meta l-annimali jkunu tlaqqmu kontra l-infezzjoni bi kwalunkwe serotip tas-Salmonella jew tal-Mycoplasma, irid jintuża l-ittestjar batterjoloġiku biss, iżda l-metodu ta’ konferma jrid ikun kapaċi jagħmel differenzazzjoni bejn ir-razez tal-vaċċin ħaj u r-razez selvaġġi.
ANNESS XVIII
KAMPJUNAR U TTESTJAR TA’ POLLAM GĦAJR IR-RATITI WARA D-DĦUL FL-UNJONI
1. Il-veterinarju uffiċjali għandu jieħu kampjuni għall-eżaminazzjoni viroloġika mill-pollam tat-tnissil għajr ir-ratiti, mill-pollam produttiv għajr ir-ratiti u mill-flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti li jkunu ddaħħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz jew minn territorju jew żona tiegħu. Il-kampjuni jridu jinġabru kif ġej:
bejn is-seba’ u l-ħmistax-il jum wara d-data li fiha l-annimali tqiegħdu fl-istabbilimenti ta’ destinazzjoni fl-Unjoni, iridu jittieħdu tampuni kloakali f’livell li jagħti fiduċja ta’ 95 % ta’ detezzjoni tal-infezzjoni bi prevalenza ta’ 5 %;
l-ittestjar tal-kampjuni jrid isir għal:
influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja;
infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle.
2. Il-kampjuni jistgħu jiġu raggruppati sa massimu ta’ ħames kampjuni minn għasafar individwali f’kull grupp.
ANNESS XIX
REKWIŻITI DWAR IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-GĦOTI TAL-APPROVAZZJONI TAL-ISTABBILIMENT TA’ ORIĠINI TAL-GĦASAFAR MIŻMUMA
1. Ir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà, kif imsemmija fl-Artikolu 56, huma kif ġej:
l-annimali biss li jkunu ġejjin minn stabbilimenti approvati oħra jistgħu jiġu introdotti fl-istabbiliment;
l-għasafar jistgħu jiġu introdotti fl-istabbiliment minn sorsi oħra għajr dawk l-istabbilimenti approvati wara li l-approvazzjoni għat-tali introduzzjoni tingħata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju, dment li t-tali annimali jkunu iżolati għal tal-anqas 30 jum mid-data li fiha jkunu ġew introdotti fl-istabbiliment, skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju, qabel ma jiżdiedu mal-kollezzjoni ta’ għasafar fl-istabbiliment.
2. Ir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali b’rabta mal-faċilitajiet u mat-tagħmir fl-istabbiliment, kif imsemmija fl-Artikolu 56, huma kif ġej:
l-istabbiliment irid ikun ġie demarkat u sseparat b’mod ċar mill-ambjent ta’ madwaru;
l-istabbiliment irid ikollu mezz adegwat għall-qbid, għall-ikkonfinar u għall-iżolar tal-annimali u għandu jkollu faċilitajiet approvati adegwati ta’ kwarantina u proċeduri approvati għall-annimali li jiġu minn stabbilimenti li ma jkunux ġew approvati;
l-istabbiliment irid ikollu arranġamenti xierqa jew faċilitajiet u tagħmir fuq il-post għar-rimi kif xieraq tal-iġsma tal-annimali li jmutu miħabba marda jew li jiġu ewtanizzati.
3. Ir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali b’rabta maż-żamma ta’ rekords, kif imsemmija fl-Artikolu 56, huma kif ġej:
l-operatur responsabbli għall-istabbiliment għandu jżomm rekords aġġornati li jindikaw:
in-numru u l-identità (jiġifieri l-età, is-sess, l-ispeċi u n-numru ta’ identifikazzjoni individwali fejn dan ikun prattiku) tal-annimali ta’ kull speċi preżenti fl-istabbiliment;
in-numru u l-identità (jiġifieri l-età, is-sess, l-ispeċi u n-numru ta’ identifikazzjoni individwali fejn dan ikun prattiku) tal-annimali li jaslu fl-istabbiliment jew li jitilqu minnu, flimkien ma’ informazzjoni dwar l-oriġini jew id-destinazzjoni tagħhom, it-trasport mill-istabbiliment jew lejh u l-istat tas-saħħa tal-annimali;
ir-riżultati tat-testijiet tad-demm jew ta’ kwalunkwe proċedura dijanjostika oħra;
il-każijiet ta’ mard u, fejn xieraq, it-trattament mogħti;
ir-riżultati tal-eżaminazzjonijiet post-mortem fuq l-annimali li jkunu mietu fl-istabbiliment, inklużi l-annimali mwielda mejta;
l-osservazzjonijiet li saru matul kwalunkwe perjodu ta’ iżolament jew ta’ kwarantina.
l-operatur responsabbli mill-istabbiliment għandu jżomm ir-rekords imsemmija fil-punt (a) wara d-data tal-approvazzjoni, għal perjodu minimu ta’ 10 snin.
4. Ir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali b’rabta mal-persunal, kif imsemmija fl-Artikolu 56, huma kif ġej:
il-persuna responsabbli għall-istabbiliment irid ikollha ħila u għarfien adegwati;
l-operatur responsabbli għall-istabbiliment irid jikseb, b’kuntratt jew bi strument legali ieħor, is-servizzi ta’ veterinarju approvat mill-awtorità kompetenti u taħt il-kontroll tat-tali awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju, li:
jiżgura li l-miżuri xierqa ta’ sorveljanza u ta’ kontroll tal-mard b’rabta mas-sitwazzjoni tal-marda tal-pajjiż terz jew tat-territorju kkonċernat ikunu approvati mill-awtorità kompetenti u applikati fl-istabbiliment; it-tali miżuri jridu jinkludu dawn li ġejjin:
jiżgura li kwalunkwe mewta suspettuża jew il-preżenza ta’ kwalunkwe sintomu indikattiv tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, bl-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle jew bil-klamidijożi tat-tjur tiġi nnotifikata mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju;
jiżgura li l-annimali li jidħlu fl-istabbiliment ikunu ġew iżolati kif ikun hemm bżonn u skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1(b) u skont l-istruzzjonijiet, jekk ikun hemm, mogħtija mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju;
5. Ir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali b’rabta mal-istat tas-saħħa, kif imsemmija fl-Artikolu 56, huma kif ġej:
l-istabbiliment irid ikun ħieles mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle u mill-klamidjożi tat-tjur; sabiex l-istabbiliment ikun iddikjarat ħieles minn dak il-mard, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju għandha tivvaluta r-rekords dwar l-istat tas-saħħa tal-annimali miżmuma għal perjodu minimu ta’ tliet snin qabel id-data tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni u r-riżultati tat-testijiet kliniċi u fil-laboratorju mwettqa fuq l-annimali fih. Madankollu, stabbilimenti ġodda jridu jkunu approvati biss fuq il-bażi tar-riżultati tat-testijiet kliniċi u fil-laboratorju mwettqa fuq l-annimali fit-tali stabbilimenti;
l-operatur responsabbli mill-istabbiliment irid jew ikollu arranġament ma’ laboratorju sabiex jagħmel l-eżaminazzjonijiet post-mortem, jew inkella jkollu bini xieraq wieħed jew aktar fejn persuna kompetenti tkun tista’ tagħmel it-tali eżaminazzjonijiet taħt l-awtorità ta’ veterinarju approvat għal dak l-gan mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju.
ANNESS XX
PROĊEDURI TA’ EŻAMINAZZJONI, TA’ KAMPJUNAR U TA’ TTESTJAR TA’ GĦASAFAR MIŻMUMA GĦALL-INFLUWENZA TAT-TJUR B’PATOĠENIĊITÀ GĦOLJA U GĦALL-MARDA TA’ NEWCASTLE
1. Matul il-kwarantina, l-għasafar sentinelli, jew jekk ma jintużawx għasafar sentinelli, l-għasafar miżmuma, għandhom isirulhom il-proċeduri li ġejjin:
każijiet li jinvolvu l-użu ta’ għasafar sentinelli:
iridu jittieħdu kampjuni tad-demm għal eżaminazzjoni seroloġika mill-għasafar sentinelli kollha fi ħdan perjodu ta’ mhux anqas minn 21 jum wara d-data tad-dħul tagħhom fil-kwarantina u fi ħdan perjodu minimu ta’ 3 ijiem qabel id-data tat-tmiem tal-kwarantina;
jekk l-għasafar sentinelli juru riżultati seroloġiċi pożittivi jew inkonklużivi għall-kampjuni msemmija fil-punt (i):
każijiet li ma jinvolvux l-użu ta’ għasafar sentinelli:
2. Minbarra l-ittestjar stipulat fil-punt 1, iridu jittieħdu l-kampjuni li ġejjin għall-eżaminazzjoni viroloġika:
tampuni kloakali (jew rawt) u tampuni trakeali jew orofarinġeali, jekk possibbli, minn għasfar klinikament morda jew minn għasafar sentinelli morda;
mill-kontenut tal-intestin, mill-moħħ, mit-trakea, mill-pulmun, mill-fwied, mill-milsa, mill-kliewi u minn organi oħra affettwati b’mod ċar mill-aktar fis possibbli wara l-mewt, minn dawn:
l-għasafar sentinelli mejtin u l-għasafar mejtin kollha mal-wasla fil-kwarantina u dawk li jmutu matul il-kwarantina; jew
fil-każ ta’ mortalità għolja f’konsenji kbar magħmula minn għasfar żgħar, minn tal-anqas 10 % tal-għasafar mejtin.
3. Għal eżaminazzjoni viroloġika, ir-raggruppar tal-kampjuni sa massimu ta’ ħames kampjuni ta’ għasafar individwali fi grupp wieħed huwa permess.
Il-materjal tar-rawt irid jiġi rraggruppat b’mod separat minn kampjuni ta’ organi u ta’ tessuti oħrajn.
ANNESS XXI
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI FIR-RIGWARD TAL-KLIEB, TAL-QTATES U TAL-INMSA MAĦSUBA GĦAD-DĦUL FL-UNJONI
1. REKWIŻITI TAT-TEST TA’ TITRAZZJONI TAL-ANTIKORPI KONTRA L-MARDA TAR-RABJA:
irid isir fuq kampjun miġbur minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti matul perjodu li jibda tal-anqas 30 jum wara d-data tat-tilqima primarja, b’serje ta’ tilqim valida kurrenti, u li jintemm 3 xhur qabel id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat;
irid ikejjel titru ta’ antikorp newtralizzanti għall-virus tar-rabja ekwivalenti għal 0,5 Iu/ml jew aktar;
irid ikun iċċertifikat b’rapport uffiċjali mil-laboratorju uffiċjali fir-rigward tar-riżultat, u kopja ta’ dan ir-rapport trid tkun mehmuża maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jakkumpanja l-annimali fl-Unjoni;
m’għandux bżonn jiġġedded fuq annimal li, wara t-test ta’ titrazzjoni tal-antikorpi kontra l-marda tar-rabja b’riżultati sodisfaċenti, ikun reġa’ tlaqqam kontra r-rabja fi ħdan il-perjodu ta’ validità tat-tilqima primarja msemmija fil-punt (a) u t-tilqimiet validi sussegwenti kollha fis-serje.
2. TRATTAMENT KONTRA INFESTAZZJONI B’ECHINOCCOCUS MULTILOCULARIS
Qabel id-dħul fl-Unjoni, il-klieb iridu jiġu ttrattati kontra l-infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis, kif ġej:
it-trattament irid ikun jikkonsisti fi prodott mediċinali veterinarju approvat li jkun fih id-doża xierqa ta’ prażikwantel jew tas-sustanzi farmakoloġikament attivi li waħedhom jew flimkien ikunu wrew li jnaqqsu l-piż ta’ forom intestinali maturi u immaturi ta’ Echinococcus multilocularis fl-ispeċi ospitanti kkonċernata;
il-prodott irid jingħata minn veterinarju fi ħdan perjodu li ma jibdiex qabel 48 siegħa u li jintemm mhux anqas minn 24 siegħa qabel il-ħin tal-wasla fl-Unjoni;
id-dettalji li ġejjin tat-trattament iridu jiġu ċċertifikati mill-veterinarju li jagħtih fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fl-Artikolu 3(1)(c)(i):
it-transponder jew il-kodiċi alfanumeriku tat-tattoo tal-kelb, tal-qattus jew tan-nemes;
l-isem tal-prodott kontra l-infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis;
l-isem tal-manifattur tal-prodott;
id-data u l-ħin tat-trattament;
l-isem, it-timbru u l-firma tal-veterinarju li jagħti t-trattament.
ANNESS XXII
REKWIŻITI RIGWARD IL-PERJODI TA’ RESIDENZA TAL-BAJD GĦAT-TIFQIS QABEL ID-DĦUL FL-UNJONI
Kategorija tal-bajd għat-tifqis |
Il-perjodu minimu ta’ residenza japplika għal |
Perjodu minimu ta’ residenza fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini jew f’żona tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 98(a) |
Perjodu minimu ta’ residenza fl-istabbiliment ta’ oriġini, kif imsemmi fl-Artikolu 98(b) |
Perjodu minimu mingħajr kuntatt ma’ pollam jew ma’ bajd għat-tifqis bi stat tas-saħħa inferjuri, ma’ għasafar miżmuma jew ma’ għasafar selvaġġi kif imsemmija fl-Artikolu 98(c) |
Bajd għat-tifqis tal-pollam |
Qatgħa ta’ oriġini |
3 xhur |
6 ġimgħat |
6 ġimgħat |
Konsenji ta’ anqas minn 20 bajda għat-tifqis ta’ pollam għajr ir-ratiti |
Qatgħa ta’ oriġini |
3 xhur |
3 ġimgħat |
3 ġimgħat |
ANNESS XXIII
REKWIŻITI RIGWARD IL-PERJODU TA’ RESIDENZA QABEL L-ISKARNAR JEW IL-QTIL TAL-UNGULATI MIŻMUMA TA’ ORIĠINI TAL-LAĦAM FRISK
1. Il-perjodu li matulu l-ungulati jridu jkunu baqgħu fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini jew f’żona tiegħu qabel id-data tal-iskarnar jew tal-qtil, kif imsemmi fl-Artikolu 131(2)(a), irid ikun jew:
tal-anqas 3 xhur qabel dik id-data; jew
anqas minn 3 xhur qabel dik id-data, jekk l-ungulati jkollhom anqas minn 3 xhur.
2. L-ungulati miżmuma jridu jkunu baqgħu fl-istabbiliment ta’ oriġini tagħhom bla ma jkunu ġew f’kuntatt ma’ ungulati bi stat tas-saħħa inferjuri, kif imsemmi fl-Artikolu 131(2)(b) u (c), għal tal-anqas 40 jum qabel id-data tal-iskarnar jew tal-qtil, meta t-tali annimali:
ikunu joriġinaw minn pajjiż terz, minn territorju jew minn żona tiegħu li japplikaw kundizzjoni waħda jew aktar minn fost dawk stabbiliti fil-Parti B tal-Anness XXIV;
ikunu koperti mid-deroga prevista fl-Artikolu 132.
ANNESS XXIV
ĦELSIEN MILL-MARD FIL-PAJJIŻ TERZ JEW FIT-TERRITORJU TA’ ORIĠINI TAL-PRODOTTI TA’ ORIĠINI MILL-ANNIMALI
PARTI A
Perjodi minimi (f’xhur) tal-ħelsien mill-mard tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini jew taż-żona tiegħu skont l-Artikolu 133(1).
|
1. Annimali bovini |
2. Annimali ovini |
3. Annimali kaprini |
4. Annimali porċini |
5. Annimali kamelidi |
6. Annimali ċervidi |
7. Ungulati għajr dawk imsemmija fil-kolonni 1, 2, 3, 4, 5, 6 (*1) |
Marda tal-ilsien u d-dwiefer |
12-il xahar (*2) |
12-il xahar (*2) |
12-il xahar (*2) |
12-il xahar (*2) |
12-il xahar (*2) |
12-il xahar (*2) |
12-il xahar (*2) |
Infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina |
12-il x |
12-il x |
12-il x |
12-il x |
12-il x |
12-il x |
12-il x |
Deni Afrikan tal-ħnieżer |
MA |
MA |
MA |
12-il x |
MA |
MA |
MA |
Deni klassiku tal-ħnieżer |
MA |
MA |
MA |
12-il xahar (*2) |
MA |
MA |
MA |
(*1)
applikabbli biss għall-ispeċijiet elenkati skont l-Anness tar-Regolament (UE) 2018/1882.
(*2)
dan il-perjodu jista’ jitnaqqas meta l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju tipprovdi kundizzjonijiet speċifiċi skont il-Parti B. MA = mhux applikabbli. |
PARTI B
Il-kundizzjonijiet speċifiċi li jridu jiġu pprovduti mill-awtorità kompetenti meta l-pajjiż terz jew it-territorju jew iż-żona tiegħu jkunu ilhom ħielsa mill-marda għal perjodu ta’ anqas minn 12-il xahar kif previst fid-deroga stabbilita fl-Artikolu 133(1):
Marda tal-ilsien u d-dwiefer |
Informazzjoni supplimentari sabiex tiġi ggarantita d-determinazzjoni ta’ data li minnha l-pajjiż terz jew it-territorju jew iż-żona tiegħu jitqiesu ħielsa mill-marda |
Deni klassiku tal-ħnieżer |
ANNESS XXV
TILQIM FIL-PAJJIŻ TERZ JEW FIT-TERRITORJU TA’ ORIĠINI JEW FIŻ-ŻONA TIEGĦU U FL-ISTABBILIMENT TA’ ORIĠINI TAL-ANNIMALI LI MINNHOM INKISEB IL-LAĦAM FRISK
PARTI A
Ir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali dwar in-nuqqas ta’ tilqim fil-pajjiż terz jew fit-territorju ta’ oriġini jew f’żona tiegħu u fl-istabbiliment ta’ oriġini tal-ungulati li minnhom jinkiseb il-laħam frisk:
|
1. Annimali bovini |
2. Annimali ovini |
3. Annimali kaprini |
4. Annimali porċini |
5. Annimali kamelidi |
6. Annimali ċervidi |
7. Ungulati għajr dawk imsemmija fil-kolonni 1, 2, 3, 4, 5, 6 (*1) |
Marda tal-ilsien u d-dwiefer |
NV/NVE (*2) |
NV/NVE (*2) |
NV/NVE (*2) |
NV/NVE |
NV/NVE (*2) |
NV/NVE (*2) |
NV/NVE (*2) |
Infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina |
NV/NVE (*2) |
NV/NVE (*2) |
NV/NVE (*2) |
NV/NVE |
NV/NVE (*2) |
NV/NVE (*2) |
NV/NVE (*2) |
Deni Afrikan tal-ħnieżer |
MA |
MA |
MA |
NV/NVE |
MA |
MA |
MA |
Deni klassiku tal-ħnieżer |
MA |
MA |
MA |
NV/NVE |
MA |
MA |
MA |
(*1)
applikabbli biss għall-ispeċijiet elenkati skont l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882.
(*2)
jew jiġu pprovduti kundizzjonijiet speċifiċi, skont il-Parti B, mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju. NV = għal perjodu minimu ta’ 12-il xahar qabel id-data tad-dispaċċ lejn l-Unjoni: ma tkun ingħatat l-ebda tilqima fil-pajjiż terz jew fit-territorju jew fiż-żona tiegħu u ma jkun iddaħħal l-ebda annimal imlaqqam fil-pajjiż terz, fit-territorju jew fiż-żona tiegħu. NVE = l-ebda annimal imlaqqam fl-istabbiliment ta’ oriġini tal-ungulati li minnhom jinkiseb il-laħam frisk. MA = mhux applikabbli. |
PARTI B
Kundizzjonijiet speċifiċi li jridu jiġu pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti meta jkun ingħata tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-pajjiż terz jew fit-territorju jew fiż-żona tiegħu għal perjodu ta’ anqas minn 12-il xahar kif imsemmi fl-Artikolu 133(3)
1. MINN PAJJIŻ TERZ, MINN TERRITORJU JEW MINN ŻONA TIEGĦU LI JKUNU ĦIELSA MILL-MARDA TAL-ILSIEN U D-DWIEFER FEJN IKUN IPPRATTIKAT IT-TILQIM KONTRA R-RAZEZ A, O JEW C TAL-MARDA TAL-ILSIEN U D-DWIEFER
L-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini trid tipprovdi informazzjoni supplimentari sabiex tiggarantixxi n-nuqqas tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer f’laħam frisk u l-konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
isir programm ta’ tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-annimal bovini miżmuma u taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini;
il-laħam frisk jinkiseb jew:
minn annimali bovini, ovini u kaprini, li joriġinaw minn stabbilimenti li fihom u madwarhom, f’erja b’raġġ ta’ 25 km, ma tkunx ġiet irrapportata l-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew il-pesta bovina matul is-60 jum ta’ qabel id-data tad-dispaċċ lejn il-biċċerija;
jew
minn ungulati miżmuma ta’ speċijiet elenkati għajr annimali bovini, ovini, kaprini u porċini, li joriġinaw minn stabbilimenti li fih u madwaru, f’erja b’raġġ ta’ 50 kilometru, ma tkunx ġiet irrapportata l-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew il-pesta bovina matul id-90 jum ta’ qabel id-data tad-dispaċċ lejn il-biċċerija;
jew
ungulati selvaġġi li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 138;
il-laħam ikun laħam frisk li jkun tneħħielu l-għadam, għajr il-ġewwieni, li nkiseb minn karkassi:
li fihom ikunu tneħħew in-noduli limfatiċi aċċessibbli ewlenin;
li jkunu ġew soġġetti għal maturazzjoni f’temperatura ogħla minn +2 °C għal minimu ta’ 24 siegħa qabel ma tneħħa l-għadam;
li fihom il-valur tal-pH tal-laħam kien anqas minn 6,0 meta ġie ttestjat elettronikament fin-nofs tal-muskolu longissimus-dorsi wara l-maturazzjoni u qabel it-tneħħija tal-għadam.
2. MINN PAJJIŻ TERZ, MINN TERRITORJU JEW MINN ŻONA TIEGĦU LI JKUNU ĦIELSA MILL-MARDA TAL-ILSIEN U D-DWIEFER FEJN IKUN IPPRATTIKAT IT-TILQIM GĦAR-RAZEZ A, O JEW C TAL-MARDA TAL-ILSIEN U D-DWIEFER U HUWA SOĠĠETT GĦAL KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI ADDIZZJONALI
Minbarra r-rekwiżiti stipulati fil-punt 1, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju trid tikkonforma mal-kundizzjonijiet speċifiċi addizzjonali b’rabta mal-programm tat-tilqim li jsostnu n-nuqqas tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-laħam frisk miż-żona.
3. ŻONI ĦIELSA MILL-MARDA TAL-ILSIEN U D-DWIEFER FEJN MA JINGĦATAX TILQIM
3.1. Razez SAT jew ASIA 1 tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer
Meta l-laħam frisk ikun joriġina minn żona ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer fejn ma jingħatax tilqim, iżda dik iż-żona tkun f’pajjiż terz jew f’territorju li fih it-tilqim kontra r-razez SAT jew ASIA 1 tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (FMD) jingħata f’żoni oħra jew fejn dawk ir-razez ikunu endemiċi f’parti(jiet) tal-pajjiż terz jew tat-territorju jew fl-Istati Membri jew fil-pajjiżi terzi ġirien, l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż terz jew ta’ territorju ta’ oriġini tat-tali laħam iridu jipprovdu l-informazzjoni supplimentari neċessarja sabiex jiggarantixxu n-nuqqas tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-laħam frisk u sabiex jiggarantixxu l-konformità mar-rekwiżiti li ġejjin dwar is-saħħa tal-annimali:
il-laħam frisk jinkiseb jew:
minn annimali miżmuma ta’ speċijiet elenkati li jkunu joriġinaw minn stabbilimenti li fihom u madwarhom, f’erja b’raġġ ta’ 10 kilometri, ma tkunx ġiet irrapportata l-marda tal-ilsien u d-dwiefer jew il-pesta bovina matul il-perjodu ta’ 12-il xahar ta’ qabel id-data tal-iskarnar;
jew
minn ungulati selvaġġi li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 138;
il-laħam ma jkunx awtorizzat għal esportazzjoni lejn l-Unjoni sakemm ikunu għaddew 21 jum mid-data tal-iskarnar;
il-laħam ikun laħam frisk li jkun tneħħielu l-għadam, għajr il-ġewwieni, li nkiseb minn karkassi:
li fihom ikunu tneħħew in-noduli limfatiċi aċċessibbli ewlenin;
li jkunu ġew soġġetti għal maturazzjoni f’temperatura ogħla minn +2 °C għal perjodu minimu ta’ 24 siegħa qabel ma tneħħa l-għadam.
3.2. Razez A, O jew C tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer
Meta l-laħam frisk ikun joriġina minn żona ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer fejn ma jingħatax tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer, iżda dik iż-żona tkun f’pajjiż jew f’territorju li fih jingħata tilqim kontra r-razez A, O jew C tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, u fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju jkunu pprovdew garanziji addizzjonali dwar kundizzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż terz jew għat-territorju jew għaż-żona u li jsostnu n-nuqqas tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-laħam frisk miż-żona, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini jridu jipprovdu l-informazzjoni supplimentari li ġejja:
garanziji li l-programm ta’ sorveljanza għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer applikabbli għaż-żona ħielsa, li juri n-nuqqas tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, jitwettaq u jiġi kkontrollat mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ta’ oriġini;
garanziji dwarw l-applikazzjoni tar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali stipulati fil-punti (b) u (c) tal-Punt 1.
ANNESS XXVI
TRATTAMENTI GĦALL-MITIGAZZJONI TAR-RISKJU GĦALL-PRODOTTI TAL-LAĦAM
1. TRATTAMENTI GĦALL-MITIGAZZJONI TAR-RISKJU GĦALL-PRODOTTI TAL-LAĦAM ELENKATI F’ORDNI DEKREXXENTI TA’ SEVERITÀ
B |
= |
Trattament f’kontenitur ermetikament issiġillat b’valur Fo ta’ tlieta jew aktar. |
C |
= |
Temperatura minima ta’ 80 °C, li trid tintlaħaq fil-prodott tal-laħam kollu matul l-ipproċessar tiegħu. |
D |
= |
Temperatura minima ta’ 70 °C, li trid tintlaħaq fil-laħam jew fl-istonkijiet, fil-vexxiki u fl-intestini kollha matul l-ipproċessar tal-prodotti tal-laħam u fl-istonkijiet, fil-vexxiki u fl-intestini ttrattati, jew għall-perżut nej, trattament li jikkonsisti f’fermentazzjoni naturali u f’maturazzjoni ta’ mhux anqas minn disa’ xhur u li jirriżulta fil-karatteristiċi li ġejjin:
—
valur tal-Aw ta’ mhux aktar minn 0,93 ;
—
valur tal-pH ta’ mhux aktar minn 6,0 .
|
D1 |
= |
Tisjir komplut tal-laħam, li qabel ikunu tneħħewlu l-għadam u x-xaħam, soġġett għal sħana sabiex tinżamm temperatura interna ta’ 70 °C jew aktar għal perjodu minimu ta’ 30 minuta. |
E |
= |
Fil-każ ta’ prodotti tat-tip “biltong”, trattament sabiex jinkisbu:
—
valur tal-Aw ta’ mhux aktar minn 0,93 ;
—
valur tal-pH ta’ mhux aktar minn 6,0 .
|
F |
= |
Trattament bis-sħana li tiżgura li tintlaħaq temperatura tal-qalba tal-anqas ta’ 65 °C għal perjodu ta’ żmien li jkun neċessarju sabiex jinkiseb valur tal-pastorizzazzjoni (Pv) ta’ 40 jew aktar. |
2. TRATTAMENTI GĦALL-MITIGAZZJONI TAR-RISKJU GĦALL-BUDELLATI:
Budellat 1 |
= |
Tmelliħ bil-klorur tas-sodju (NaCl), xott jew bħala salmura saturata (aw < 0,80 ), għal perjodu kontinwu ta’ 30 jum jew aktar, f’temperatura ta’ 20 °C jew ogħla. |
Budellat 2 |
= |
Tmelliħ bil-melħ issupplimentat bil-fosfat li jkun fih 86,5 % NaCl, 10,7 % Na2HPO4 u 2,8 % Na3PO4 (piż/piż/piż), xott jew inkella bħala salmura saturata (aw < 0,80 ), għal perjodu kontinwu ta’ 30 jum jew aktar, f’temperatura ta’ 20 °C jew ogħla. |
Budellat 3 |
= |
Tmelliħ b’NaCl għal 30 jum |
Budellat 4 |
= |
Skulurizzazzjoni |
Budellat 5 |
= |
Tnixxif wara l-brix. |
ANNESS XXVII
TRATTAMENTI GĦALL-MITIGAZZJONI TAR-RISKJU GĦALL-ĦALIB U GĦALL-PRODOTTI TAL-ĦALIB
|
A |
B |
Speċi ta’ oriġini tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib |
Bos Taurus, Ovis aries, Capra hircus, Bubalus bubalis u Camelus dromedarius |
Għajr Bos Taurus, Ovis aries, Capra hircus, Bubalus bubalis u Camelus dromedarius |
Stat tas-saħħa tal-annimali tal-pajjiż terz |
1. Pajjiżi terzi mhux uffiċjalment ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer (FMD) għat-12-il xahar ta’ qabel 2. Pajjiżi terzi fejn jingħata tilqim kontra l-FMD |
Kwalunkwe |
Proċess ta’ sterelizzazzjoni sabiex jinkiseb valur Fo ta’ 3 jew akbar |
Iva |
Iva |
Trattament b’temperatura ultragħolja (UHT) f’mhux anqas minn 135 °C miżmuma għal ammont ta’ ħin xieraq |
Iva |
Iva |
Trattament ta’ pastorizzazzjoni f’temperatura għolja għal ħin qasir (HTST) fi 72 °C għal 15-il sekonda applikat darbtejn għall-ħalib b’pH ta’ 7,0 jew aktar li jikseb, fejn applikabbli, reazzjoni negattiva għal test tal-fosfatażi alkalina, applikat minnufih wara t-trattament bis-sħana |
Iva |
Le |
Trattament HTST tal-ħalib b’pH ta’ anqas minn 7,0 |
Iva |
Le |
trattament HTST ikkombinat ma’ trattament fiżiku ieħor billi jew: (i) titnaqqas il-pH għal anqas minn 6 għal siegħa, jew (ii) tisħin addizzjonali għal 72 °C jew aktar flimkien mad-dessikazzjoni |
Iva |
Le |
Nru : trattament mhux permess. Iva : trattament aċċettabbli. |
ANNESS XXVIII
TRATTAMENTI GĦALL-MITIGAZZJONI TAR-RISKJU GĦALL-PRODOTTI TAL-BAJD
1. TRATTAMENTI TA’ PRODOTTI TAL-BAJD GĦALL-INATTIVAZZJONI TAL-INFLUWENZA TAT-TJUR B’PATOĠENIĊITÀ GĦOLJA
It-trattamenti li ġejjin huma adattati għall-inattivazzjoni tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-prodotti tal-bajd li ġejjin:
Prodott tal-bajd |
Trattament |
|
Temperatura fil-qalba (fi gradi Celsius (°C)) |
Durata tat-trattament (f’sekondi (s) jew f’sigħat (hr)) |
|
Abjad tal-bajd likwidu |
55,6 °C |
870 s |
56,7 °C |
232 s |
|
Isfar tal-bajd immellaħ 10 % |
62,2 °C |
138 s |
Abjad tal-bajd imnixxef |
67 °C |
20 hr |
54,4 °C |
50,4 hr |
|
Bajd sħiħ |
60 °C |
188 s |
imsajra għalkollox |
||
Taħlitiet tal-bajd sħiħ |
60 °C |
188 s |
61,1 °C |
94 s |
|
imsajra għalkollox |
2. TRATTAMENTI TA’ PRODOTTI TAL-BAJD GĦALL-INATTIVAZZJONI TAL-INFEZZJONI BIL-VIRUS TAL-MARDA TA’ NEWCASTLE
It-trattamenti li ġejjin huma adattati għall-inattivazzjoni tal-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle fil-prodotti tal-bajd li ġejjin:
Prodott tal-bajd |
Trattament |
|
Temperatura fil-qalba (fi gradi Celsius (°C)) |
Durata tat-trattament (f’sekondi (s) jew f’sigħat (hr)) |
|
Abjad tal-bajd likwidu |
55 °C |
2 278 s |
57 °C |
986 s |
|
59 °C |
301 s |
|
Isfar tal-bajd immellaħ 10 % |
55 °C |
176 s |
Abjad tal-bajd imnixxef |
57 °C |
50,4 hr |
Bajd sħiħ |
55 °C |
2 521 s |
57 °C |
1 596 s |
|
59 °C |
674 s |
|
imsajra għalkollox |
ANNESS XXIX
LISTA TA’ SPEĊIJIET SUXXETTIBBLI GĦAL MARD LI GĦALIH L-ISTATI MEMBRI JKOLLHOM MIŻURI NAZZJONALI SKONT L-ARTIKOLU 226 TAR-REGOLAMENT (UE) 2016/429
Marda |
Speċi suxxettibbli |
Viremija tar-Rebbiegħa tal-karpjun (SVC) |
Karpjun ta’ rasu kbira (Aristichthys nobilis), ħuta ħamra (Carassius auratus), karassju (Carassius carassius), karpjun erbivoru (Ctenopharyngodon idellus), karpjun komuni (Cyprinus carpio), karpjun fiddieni (Hypophthalmichthys molitrix), wels catfish (Silurus glanis), u tinka (Tinca tinca), Orfe (Leuciscus idus) |
Marda tal-virus tal-erpete tal-koi |
Kif stipulat fil-kolonna 3 tat-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 |
Marda batterjali tal-kliewi (BKD |
Familja: Salmonidae |
Nekrożi pankreatika infettiva (IPN) |
Trota komuni (Salvelinus fontinalis), trota tal-baħar (Salmo trutta), salamun (Salmo salar), (Oncorhynchus spp.), ħut abjad (Coregonus lavaretus) |
L-infezzjoni bl-alfavirus tas-salmonidi (SAV) |
Salamun (Salmo salar), trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss), trota tal-baħar (Salmo trutta) |
Infezzjoni bil-Gyrodactylus salaris (GS) |
Salamun (Salmo salar), trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss), char tal-Artiku (Salvelinus alpinus), trota komuni tal-Amerika ta’ Fuq (Salvelinus fontinalis), grayling (Thymallus thymallus), trota tal-lagi tal-Amerika ta’ Fuq (Salvelinus namaycush) u trota tal-baħar (Salmo trutta) Kwalunkwe speċi li tkun daħlet f’kuntatt ma’ speċi suxxettibbli titqies suxxettibbli wkoll |
Infezzjoni bil-herpesvirus tal-gajdri 1 μνar (OsHV-1 μVar) |
Gajdra tal-Paċifiku (Crassostrea gigas) |
ANNESS XXX
KUNDIZZJONIJIET LI FIHOM L-ISPEĊIJIET ELENKATI FIL-KOLONNA 4 TAT-TABELLA FL-ANNESS TAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1882 JITQIESU BĦALA VETTURI
Lista ta’ mard |
Vetturi |
Kundizzjonijiet li fihom l-ispeċijiet ta’ annimali akkwatiċi elenkati fil-kolonna 4 tat-tabella tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 jitqiesu bħala vetturi |
Nekrożi ematopojetika epiżootika |
Kif elenkati fil-kolonna 4 tat-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 |
Meqjusa bħala vetturi tan-nekrożi ematopojetika epiżootika fil-kundizzjonijiet kollha. |
Settiċemija emorraġika virali |
Meqjusa bħala vetturi tas-settiċemija emorraġika virali meta jidħlu f’kuntatt mal-ispeċijiet elenkati fil-kolonna 3 tat-tabella tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 permezz ta’ koabitazzjoni jew permezz tal-provvista tal-ilma. |
|
Nekrożi ematopojetika infettiva |
Meqjusa bħala vetturi tan-nekrożi ematopojetika infettiva meta jidħlu f’kuntatt mal-ispeċijiet elenkati fil-kolonna 3 tat-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 permezz ta’ koabitazzjoni jew permezz tal-provvista tal-ilma. |
|
Infezzjoni bil-virus tal-anemija infettiva tas-salamun bi tħassir f’reġjun polimorfiku ħafna (HPR) |
►C2 Ebda speċi vettur elenkata għall-infezzjoni bil-virus tal-anemija infettiva tas-salamun bi tħassir f’reġjun polimorfiku ħafna (HPR) ◄ |
|
Infezzjoni bil-Mikrocytos mackini |
►C2 L-ebda speċi vettur elenkata għall-Mikrocytos mackini. ◄ |
|
Infezzjoni bil-Perkinsus marinus |
Meqjusa bħala vetturi tal-Perkinsus marinus meta jidħlu f’kuntatt mal-ispeċijiet elenkati fil-kolonna 3 tat-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 permezz ta’ koabitazzjoni jew permezz tal-provvista tal-ilma. |
|
Infezzjoni bil-Bonamia ostreae |
Meqjusa bħala vetturi tal-Bonamia ostreae meta jidħlu f’kuntatt mal-ispeċijiet elenkati fil-kolonna 3 tat-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 permezz ta’ koabitazzjoni jew permezz tal-provvista tal-ilma. |
|
Infezzjoni bil-Bonamia exitiosa |
Meqjusa bħala vetturi tal-Bonamia exitiosa meta jidħlu f’kuntatt mal-ispeċijiet elenkati fil-kolonna 3 tat-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 permezz ta’ koabitazzjoni jew permezz tal-provvista tal-ilma. |
|
Infezzjoni bil-Marteilia refringens |
Meqjusa bħala vetturi tal-Marteilia refringens meta jidħlu f’kuntatt mal-ispeċijiet elenkati fil-kolonna 3 tat-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 permezz ta’ koabitazzjoni jew permezz tal-provvista tal-ilma. |
|
Infezzjoni bil-virus tas-sindrome ta’ Taura |
Meqjusa bħala vetturi tal-virus tas-sindrome ta’ Taura meta jidħlu f’kuntatt mal-ispeċijiet elenkati fil-kolonna 3 tat-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 permezz ta’ koabitazzjoni jew permezz tal-provvista tal-ilma. |
|
Infezzjoni bil-virus tar-ras safra |
Meqjusa bħala vetturi tal-virus tar-ras safra meta jidħlu f’kuntatt mal-ispeċijiet elenkati fil-kolonna 3 tat-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 permezz ta’ koabitazzjoni jew permezz tal-provvista tal-ilma. |
|
Infezzjoni bil-virus tas-sindrome tal-ponot bojod |
Meqjusa bħala vetturi tal-virus tas-sindrome tal-ponot bojod meta jidħlu f’kuntatt mal-ispeċijiet elenkati fil-kolonna 3 tat-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 permezz ta’ koabitazzjoni jew permezz tal-provvista tal-ilma. |
( 1 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/990 tat-28 ta’ April 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikazzjoni għall-movimenti fl-Unjoni ta’ annimali akkwatiċi u prodotti li joriġinaw minn annimali akkwatiċi (ĠU L 221, 10.7.2020, p. 42).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ annimali terrestri u bajd għat-tifqis (Ara l-paġna 140 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
( 4 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/686 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali u r-rekwiżiti tat-traċċabbiltà u tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni tal-prodotti ġerminali ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma (Ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
( 5 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1666 tal-24 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-monitoraġġ tat-trasport u l-wasla ta’ kunsinni ta’ ċerti oġġetti mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla sal-istabbiliment fil-post ta’ destinazzjoni fl-Unjoni (ĠU L 255, 4.10.2019, p. 1).
( 6 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 115).
( 7 ) Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1).
( 8 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat-28 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dokumenti tal-identifikazzjoni tal-mudell għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta’ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 109).
( 9 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/691 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għal stabbilimenti tal-akkwakultura u trasportaturi ta’ annimali akkwatiċi (Ara l-paġna 345 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
( 10 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ deep frozen semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10).
( 11 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat (ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1).
( 12 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62).
( 13 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) ta’ Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).