02020R0686 — MT — 10.04.2023 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/686

tas-17 ta’ Diċembru 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali u r-rekwiżiti tat-traċċabbiltà u tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni tal-prodotti ġerminali ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 174 3.6.2020, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/880 tal-5 ta’ Marzu 2021

  L 194

1

2.6.2021

►M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/647 tat-13 ta’ Jannar 2023

  L 81

1

21.3.2023




▼B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/686

tas-17 ta’ Diċembru 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali u r-rekwiżiti tat-traċċabbiltà u tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni tal-prodotti ġerminali ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



PARTI I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  
Dan ir-Regolament jissupplimenta r-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2016/429 rigward l-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali rreġistrati u approvati u r-rekwiżiti tat-traċċabbiltà u tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni tal-prodotti ġerminali ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma.
2.  

Il-Kapitolu 1 tal-Parti II jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti ta’ prodotti ġerminali għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini li minnhom il-prodotti ġerminali ta’ dawk l-annimali jinġarru lejn Stat Membru ieħor fir-rigward ta’:

(a) 

kwarantina, iżolament u miżuri oħrajn ta’ bijosigurtà;

(b) 

rekwiżiti ta’ sorveljanza;

(c) 

faċilitajiet u tagħmir;

(d) 

ir-responsabbiltajiet, il-kompetenza u t-taħriġ speċjalizzat tal-persunal u tal-veterinarji għall-attività tal-istabbilimenti ta’ prodotti ġerminali;

(e) 

ir-responsabbiltajiet tal-awtorità kompetenti li tapprova l-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali;

(f) 

regoli speċjali għall-waqfien tal-attivitajiet ta’ dawk l-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali.

3.  

Il-Kapitolu 2 tal-Parti II jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar:

(a) 

l-informazzjoni li trid tiddaħħal mill-awtorità kompetenti fir-reġistru tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali rreġistrati;

(b) 

l-informazzjoni li trid tiddaħħal mill-awtorità kompetenti fir-reġistri tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini; u r-regoli dwar id-disponibbiltà għall-pubbliku ta’ dawk ir-reġistri meta l-prodotti ġerminali ta’ dawk l-annimali jkunu se jinġarru minn Stat Membru għal ieħor.

4.  

Il-Kapitolu 3 tal-Parti II jistabbilixxi:

(a) 

ir-regoli dwar l-obbligi taż-żamma ta’ rekords mill-operaturi ta’ stabbilimenti ta’ prodotti ġerminali approvati għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini, u r-rekwiżiti għaż-żamma ta’ rekords fir-rigward tal-prodotti ġerminali li jinġabru, jiġu prodotti jew jiġu pproċessati f’dan it-tip ta’ stabbiliment wara li jkun waqqaf l-attivitajiet tiegħu;

(b) 

ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà għall-prodotti ġerminali ta’:

(i) 

l-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini;

(ii) 

il-klieb (Canis lupus familiaris) u l-qtates (Felis silvestris catus);

(iii) 

annimali terrestri għajr l-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini miżmuma fi stabbilimenti konfinati;

(iv) 

l-annimali tal-familji Camelidae u Cervidae.

5.  

Il-Kapitolu 1 tal-Parti III jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali, inklużi d-derogi, għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini, li jispeċifikaw:

(a) 

ir-regoli dwar il-ġbir, il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ħżin tal-prodotti ġerminali fl-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati;

(b) 

ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-annimali donaturi li minnhom ikunu nġabru l-prodotti ġerminali u li jikkonċernaw l-iżolament jew il-kwarantina ta’ dawk l-annimali;

(c) 

it-testijiet tal-laboratorju u testijiet oħrajn li jridu jitwettqu fuq l-annimali donaturi u fuq il-prodotti ġerminali;

(d) 

ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-ġbir, għall-produzzjoni, l-ipproċessar, il-ħżin u proċeduri oħrajn, u għat-trasport tal-prodotti ġerminali.

6.  

Il-Kapitolu 2 tal-Parti III, dwar il-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini, li jistabbilixxi:

(a) 

ir-regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali;

(b) 

l-informazzjoni li għandha tiddaħħal fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali;

(c) 

ir-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dokument ta’ awtodikjarazzjoni;

(d) 

ir-rekwiżiti ta’ notifika.

7.  

Il-Kapitolu 3 tal-Parti III jistabbilixxi r-rekwiżiti tan-notifikazzjoni u taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ prodotti ġerminali ta’:

▼M2 —————

▼B

(b) 

annimali terrestri għajr l-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini miżmuma fi stabbilimenti konfinati;

(c) 

l-annimali tal-familji Camelidae u Cervidae.

8.  
Il-Kapitolu 4 tal-Parti III jistabbilixxi r-regoli għall-għoti ta’ derogi mill-awtoritajiet kompetenti għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ prodotti ġerminali għal finijiet xjentifiċi u prodotti ġerminali maħżuna f’banek tal-ġeni.
9.  

Il-Parti IV tistabbilixxi ċerti miżuri tranżizzjonali rigward id-Direttivi 88/407/KEE, 89/556/KEE, 90/429/KEE u 92/65/KEE fir-rigward ta’:

(a) 

l-approvazzjoni ta’ ċentri tal-ġbir tas-semen, ċentri tal-ħżin tas-semen, gruppi għall-ġbir tal-embrijuni u gruppi ta’ produzzjoni tal-embrijuni;

▼M1

(b) 

l-immarkar ta’ tubi straw u pakketti oħrajn li fihom jitqiegħdu, jinħażnu u jiġu ttrasportati s-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni;

▼M1

(c) 

l-użu ta’ ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġa qabel il-21 ta’ April 2021;

(d) 

il-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ semen, ooċiti u embrijuni miġbura, prodotti, ipproċessati u maħżuna qabel il-21 ta’ April 2021.

▼B

10.  
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-prodotti ġerminali ta’ annimali selvaġġi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, minbarra d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta’ hawn taħt:

(1) 

“stabbiliment tal-prodotti ġerminali rreġistrat” tfisser stabbiliment tal-prodotti ġerminali, għajr stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat, irreġistrat mal-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(2) 

“stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat” tfisser ċentru tal-ġbir tas-semen, grupp għall-ġbir tal-embrijuni, grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni, stabbiliment tal-ipproċessar ta’ prodotti ġerminali jew ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali, approvat f’konformità mal-Artikolu 97 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(3) 

“annimal bovin” jew “annimal tal-ispeċi bovina” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati tal-ġeneri Bison, Bos (inklużi s-sottoġeneri Bos, Bibos, Novibos, Poephagus) u Bubalus (inkluż is-sottoġeneru Anoa) u l-frieħ tat-taħlit tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;

(4) 

“annimal porċin” jew “annimal tal-ispeċi porċina” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati Sus scrofa;

(5) 

“annimal ovin” jew “annimal tal-ispeċi ovina” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati tal-ġeneru Ovis u l-frieħ tat-taħlit tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;

(6) 

“annimal kaprin” jew “annimal tal-ispeċi kaprina” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati tal-ġeneru Capra u l-frieħ tat-taħlit tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;

(7) 

“annimal ekwin” jew “annimal tal-ispeċi ekwina” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ solipedi tal-ġeneru Equus (inklużi ż-żwiemel, il-ħmir u ż-żebri) u l-frieħ tat-taħlit tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;

(8) 

“ċertifikat tas-saħħa tal-annimali” tfisser dokument maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini li jrid jakkumpanja konsenja ta’ prodotti ġerminali lejn il-post tad-destinazzjoni tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 161(4) tar-Regolament (UE) 2016/429;

(9) 

“dokument ta’ awtodikjarazzjoni” tfisser dokument maħruġ mill-operatur li jrid jakkumpanja konsenja ta’ prodotti ġerminali lejn il-post tad-destinazzjoni tagħhom kif imsemmi fl-Artikoli 32 u 46;

(10) 

“bank tal-ġeni” tfisser repożitorju ta’ materjal ġenetiku tal-annimali għall-konservazzjoni u għall-użu sostenibbli ex situ tar-riżorsi ġenetiċi tal-annimali terrestri miżmuma, li jinżammu minn istituzzjoni ospitanti awtorizzata jew rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti biex twettaq dawn il-kompiti;

(11) 

“ċentru tal-ġbir tas-semen” tfisser stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat mill-awtorità kompetenti biex jiġbor, jipproċessa, jaħżen u jittrasporta s-semen ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini intiżi biex jinġarru lejn Stat Membru ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 4;

▼M2

(12) 

“grupp għall-ġbir tal-embrijuni” tfisser stabbiliment tal-prodotti ġerminali magħmul minn grupp ta’ professjonisti jew struttura approvata mill-awtorità kompetenti għall-ġbir, għall-ipproċessar, għall-ħżin u għat-trasport ta’ ooċiti jew embrijuni derivati in vivo ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini intiżi biex jinġarru lejn Stat Membru ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 4;

▼B

(13) 

“grupp ta’ produzzjoni tal-embrijuni” tfisser stabbiliment tal-prodotti ġerminali magħmul minn grupp ta’ professjonisti jew struttura approvata mill-awtorità kompetenti għall-ġbir, l-ipproċessar, il-ħżin u t-trasport ta’ ooċiti, u għall-produzzjoni in vitro, fejn japplika bis-semen maħżun, għall-ipproċessar, il-ħżin u t-trasport ta’ embrijuni, ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini intiżi biex jinġarru lejn Stat Membru ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 4;

(14) 

“semen” tfisser l-eġakulazzjoni ta’ annimal jew annimali, fl-istat mhux mibdul jew ippreparat jew dilwit;

(15) 

“ooċiti” tfisser l-istadji aplojde tal-ootidoġenesi, inklużi ooċiti sekondarji u ova;

(16) 

“embrijun” tfisser l-istadju inizjali tal-iżvilupp ta’ annimal waqt li jkun jista’ jiġi ttrasferit lejn omm riċevitur;

(17) 

“konsenja ta’ prodotti ġerminali” tfisser kwantità ta’ semen, ooċiti, embrijuni dderivati in vivo jew embrijuni prodotti in vitro mibgħuta minn stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat wieħed kopert minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali wieħed;

(18) 

“stabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali” tfisser stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat mill-awtorità kompetenti għall-ipproċessar, li jinkludi s-sessaġġ tas-semen, fejn xieraq, u l-ħżin tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini ta’ speċi waħda jew aktar, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ tipi ta’ prodotti jew speċijiet ġerminali, intiżi għall-moviment lejn Stat Membru ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 4;

(19) 

“stabbiliment tal-ħżin tal-prodotti ġerminali” tfisser stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat mill-awtorità kompetenti biex jaħżen is-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini ta’ speċi waħda jew aktar, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ tipi ta’ prodotti jew speċijiet ġerminali, intiżi għall-moviment lejn Stat Membru ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 4;

(20) 

“veterinarju taċ-ċentru” tfisser il-veterinarju responsabbli mill-attivitajiet imwettqa fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen, fl-istabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali jew fiċ-ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali kif stipulat f’dan ir-Regolament;

(21) 

“veterinarju tal-grupp” tfisser il-veterinarju responsabbli mill-attivitajiet imwettqa minn grupp għall-ġbir tal-embrijuni jew minn grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni kif stipulat f’dan ir-Regolament;

(22) 

“numru tal-approvazzjoni uniku” tfisser numru li jkun assenjat mill-awtorità kompetenti;

(23) 

“id-data tal-irtirar tal-approvazzjoni” tfisser id-data li fiha l-awtorità kompetenti tkun issospendiet jew irtirat l-approvazzjoni ta’ stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat f’konformità mal-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(24) 

“numru tar-reġistrazzjoni uniku” tfisser numru li jkun assenjat għal stabbiliment tal-prodotti ġerminali rreġistrat;

(25) 

“akkomodazzjoni fi kwarantina” tfisser faċilità awtorizzata mill-awtorità kompetenti għall-fini tal-iżolament ta’ annimali bovini, porċini, ovini jew kaprini għal perjodu ta’ mill-inqas 28 jum qabel ma jiddaħħlu f’ċentru tal-ġbir tas-semen;

(26) 

“stabbiliment ħieles (mill-mard)” tfisser stabbiliment li jkun ingħata dan l-istatus skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 20 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689;

(27) 

“laboratorju uffiċjali” tfisser laboratorju, li jinsab fi Stat Membru jew f’pajjiż jew f’territorju terz, maħtur f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2017/625 mill-awtorità kompetenti biex iwettaq it-testijiet previsti fl-Artikoli 24 u 25 ta’ dan ir-Regolament;

▼M1

(28) 

“IMSOC” tfisser sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali għat-tħaddim integrat tal-mekkaniżmi u l-għodod li permezz tagħhom id-data, l-informazzjoni u d-dokumenti li jikkonċernaw il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħrajn jiġu ġestiti, ittrattati u skambjati awtomatikament kif imsemmi fl-Artikolu 131 tar-Regolament (UE) 2017/625;

▼B

(29) 

“razza fil-periklu” tfisser razza lokali, rikonoxxuta minn Stat Membru li hija fil-periklu, li hija ġenetikament addattata għal ambjent jew sistema ta’ produzzjoni tradizzjonali wieħed/waħda jew aktar f’dak l-Istat Membru u fejn l-istatus fil-periklu jkun xjentifikament stabbilit minn korp li jkollu l-ħiliet u l-għarfien meħtieġa fil-qasam tar-razez fil-periklu kif imsemmi fl-Artikolu 2(24) tar-Regolament (UE) 2016/1012;

(30) 

“programm ta’ eradikazzjoni approvat” tfisser programm għall-eradikazzjoni ta’ marda implimentat fi Stat Membru jew f’żona tiegħu, approvat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) 2016/429;

(31) 

“lott ta’ annimali donaturi” tfisser grupp ta’ annimali li jkollhom l-istess status ta’ saħħa, li minnhom jinġabru u jiġu pproċessati l-prodotti ġerminali fl-istess ħin, u li jiġu ttrasportati flimkien.



PARTI II

APPROVAZZJONI TAL-ISTABBILIMENTI TAL-PRODOTTI ĠERMINALI, IR-REĠISTRI, IŻ-ŻAMMA TA’ REKORDS U T-TRAĊĊABBILTÀ



KAPITOLU 1

Approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali

Artikolu 3

Rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini

Biex jiksbu l-approvazzjoni biex iġorru l-konsenji ta’ prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini lejn Stati Membri oħrajn, l-operaturi tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali li ġejjin għandhom japplikaw għand l-awtorità kompetenti, f’konformità mal-Artikolu 94(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/429:

(a) 

l-istabbiliment fejn jinġabar, jiġi pproċessat u jinħażen is-semen ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini għall-approvazzjoni bħala ċentru tal-ġbir tas-semen;

▼M2

(b) 

il-grupp ta’ professjonisti jew l-istruttura ssorveljata minn veterinarju tal-grupp li huwa kompetenti li jwettaq il-ġbir, l-ipproċessar u l-ħżin ta’ ooċiti jew embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini għall-approvazzjoni bħala grupp għall-ġbir tal-embrijuni;

▼B

(c) 

il-grupp ta’ professjonisti jew l-istruttura ssorveljata minn veterinarju tal-grupp li hu kompetenti li jwettaq il-ġbir, l-ipproċessar u l-ħżin tal-ooċiti u l-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ħżin tal-embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini għall-approvazzjoni bħala grupp ta’ produzzjoni tal-embrijuni;

(d) 

l-istabbiliment fejn jiġu pproċessati u maħżuna s-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni friski, imkessħin jew iffriżati ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini għall-approvazzjoni bħala stabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali;

(e) 

l-istabbiliment fejn jinħażnu s-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni friski, imkessħin jew iffriżati ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini għall-approvazzjoni bħala stabbiliment tal-ħżin tal-prodotti ġerminali.

Artikolu 4

L-approvazzjoni tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini mill-awtorità kompetenti

1.  

L-awtorità kompetenti għandha tagħti l-approvazzjoni lil stabbiliment tal-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini kif imsemmi fl-Artikolu 97 tar-Regolament (UE) 2016/429 biss wara li tkun żgurat li dan ikun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

l-operatur ikun ħatar:

(i) 

veterinarju taċ-ċentru responsabbli mill-attivitajiet stabbiliti:

— 
fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness I, fil-każ ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ stabbiliment tal-prodotti ġerminali msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3 bħala ċentru tal-ġbir tas-semen;
— 
fil-punt 1 tal-Parti 4 tal-Anness I, fil-każ ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ stabbiliment tal-prodotti ġerminali msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 3 bħala stabbiliment tal-ipproċessar ta’ prodotti ġerminali;
— 
fil-punt 1 tal-Parti 5 tal-Anness I, fil-każ ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ stabbiliment tal-prodotti ġerminali msemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 3 bħala ċentru tal-ħżin ta’ prodotti ġerminali; jew
(ii) 

veterinarju tal-grupp responsabbli mill-attivitajiet stabbiliti:

— 
fil-punt 1 tal-Parti 2 tal-Anness I, fil-każ ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ stabbiliment tal-prodotti ġerminali msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3 bħala grupp għall-ġbir tal-embrijuni;
— 
fil-punt 1 tal-Parti 3 tal-Anness I, fil-każ ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ stabbiliment tal-prodotti ġerminali msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 3 bħala grupp ta’ produzzjoni tal-embrijuni;
(b) 

il-faċilitajiet, it-tagħmir u l-proċeduri operazzjonali għall-attività inkwistjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti:

(i) 

fil-punt 2 tal-Parti 1 tal-Anness I, fir-rigward tal-ġbir, l-ipproċessar, il-ħżin u t-trasport tas-semen ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini;

▼M2

(ii) 

fil-punt 2 tal-Parti 2 tal-Anness I, fir-rigward tal-ġbir, l-ipproċessar, il-ħżin u t-trasport tal-ooċiti jew tal-embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini;

▼B

(iii) 

fil-punt 2 tal-Parti 3 tal-Anness I, fir-rigward tal-ġbir tal-ooċiti u tal-produzzjoni, l-ipproċessar, il-ħżin u t-trasport tal-embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini, inklużi l-ipproċessar u l-ħżin tas-semen u l-ooċiti li jintużaw għall-produzzjoni tal-embrijuni;

(iv) 

fil-punt 2 tal-Parti 4 tal-Anness I, fir-rigward tal-ipproċessar, il-ħżin u t-trasport tas-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni friski, imkessħa jew iffriżati ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini;

(v) 

fil-punt 2 tal-Parti 5 tal-Anness I, fir-rigward tal-ħżin u t-trasport tas-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni friski, imkessħa jew iffriżati ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini.

2.  
Meta tagħti l-approvazzjoni lil stabbiliment tal-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini, kif imsemmi fl-Artikoli 97 u 99 tar-Regolament (UE) 2016/429, l-awtorità kompetenti għandha tassenjalu numru ta’ approvazzjoni uniku li għandu jinkludi l-kodiċi ISO 3166-1 aplha-2 tal-pajjiż fejn tkun ingħatat l-approvazzjoni.

Artikolu 5

Regoli speċjali għall-waqfien tal-attivitajiet ta’ stabbilimenti approvati tal-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini

1.  

Meta l-operatur ta’ stabbiliment tal-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini approvat iwaqqaf l-attività tiegħu, dak l-operatur għandu jiżgura li, qabel id-data tal-irtirar tal-approvazzjoni, il-konsenji kollha ta’ semen, ooċiti jew embrijuni miġbura jew prodotti u maħżuna f’dak l-istabbiliment tal-prodotti ġerminali jkunu ntbagħtu:

(a) 

lejn ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali biex jibqgħu jinħażnu; jew

(b) 

għall-finijiet ta’ riproduzzjoni, lejn stabbiliment fejn jinżammu annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini; jew

(c) 

għar-rimi b’mod sikur jew għall-użu bħala prodott sekondarju skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

2.  
Meta l-konsenji ta’ semen, ooċiti jew embrijuni ma jinħarġux mill-istabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat qabel id-data tal-irtirar tal-approvazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 1, tali konsenji ma għandhomx jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor.



KAPITOLU 2

Reġistri li jridu jinżammu mill-awtorità kompetenti tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali rreġistrati u approvati

Artikolu 6

Ir-reġistru li jrid jinżamm mill-awtorità kompetenti tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali rreġistrati

1.  
L-awtorità kompetenti għandha tħejji reġistru tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali rreġistrati u żżommu aġġornat.
2.  

L-awtorità kompetenti għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja fir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1, għal kull stabbiliment tal-prodotti ġerminali rreġistrat:

(a) 

l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u, fejn disponibbli, il-Lokalizzatur Uniformi tar-Riżorsi (URL) tas-sit web tal-istabbiliment tal-prodotti ġerminali rreġistrat;

(b) 

l-indirizz tal-istabbiliment tal-prodotti ġerminali rreġistrat;

(c) 

it-tip ta’ prodotti ġerminali u ta’ speċijiet ta’ annimali li għalihom ġie rreġistrat;

(d) 

in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku assenjat mill-awtorità kompetenti u d-data tar-reġistrazzjoni;

(e) 

jekk ikunu waqfu l-attivitajiet tal-istabbiliment tal-prodotti ġerminali rreġistrat, id-data tal-waqfien ta’ dawk l-attivitajiet.

Artikolu 7

Ir-reġistru tal-istabbilimenti approvati għall-prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini li jrid jinżamm mill-awtorità kompetenti

1.  
L-awtorità kompetenti għandha tħejji reġistru tal-istabbilimenti approvati għall-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini u żżommu aġġornat.
2.  

L-awtorità kompetenti għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja fir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1, għal kull stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat:

(a) 

l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u, fejn disponibbli, il-URL tas-sit web tal-istabbiliment tal-prodotti ġerminali;

(b) 

l-indirizz tal-istabbiliment tal-prodotti ġerminali;

(c) 

l-isem tal-veterinarju taċ-ċentru jew tal-veterinarju tal-grupp;

(d) 

it-tip ta’ prodotti ġerminali, it-tip tal-istabbiliment tal-prodotti ġerminali u l-ispeċijiet ta’ annimali li għalihom ingħatat l-approvazzjoni;

(e) 

in-numru ta’ approvazzjoni uniku assenjat mill-awtorità kompetenti u d-data tal-approvazzjoni.

3.  
Meta, skont ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 4, stabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali jew ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali jkun approvat mill-awtorità kompetenti biex jaħżen, u rigward l-istabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali, biex jipproċessa, il-prodotti ġerminali ta’ iktar minn tip wieħed, jew ta’ iktar minn speċi waħda ta’ annimal, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi l-informazzjoni dwar it-tip tal-prodotti ġerminali u dwar l-ispeċi ta’ annimal li ġejjin minnu l-prodotti maħżuna, u fejn japplika, l-prodotti pproċessati fl-istabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat fir-reġistru tagħha tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati.
4.  

Meta l-awtorità kompetenti tkun issospendiet jew irtirat l-approvazzjoni ta’ stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat f’konformità mal-Artikolu 100(2) tar-Regolament (UE) 2016/429, hija għandha, mingħajr dewmien bla bżonn:

(a) 

tindika dik is-sospensjoni jew dak l-irtirar fir-reġistru tagħha tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati;

(b) 

fil-każ tas-sospensjoni tal-approvazzjoni, tispeċifika d-data tal-bidu u tat-tmiem u, fil-każ tal-irtirar, tispeċifika d-data tal-irtirar tal-approvazzjoni.

5.  
Meta stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat ikun waqqaf l-attività tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 5, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tindika d-data tal-waqfien ta’ dawk l-attivitajiet fir-reġistru tagħha tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati.
6.  
L-awtorità kompetenti għandha tippubblika r-reġistru msemmi fil-paragrafu 1 fis-sit web tagħha, meta l-prodotti ġerminali jkunu se jinġarru minn Stat Membru għal ieħor, u tibgħat il-URL tas-sit web lill-Kummissjoni.

Meta l-URL tas-sit web ta’ awtorità kompetenti jkun inbidel, din għandha tinnotifika, mingħajr dewmien żejjed, il-URL il-ġdid ta’ dak is-sit web lill-Kummissjoni.



KAPITOLU 3

Iż-żamma tar-rekords u t-traċċabbiltà



Taqsima 1

Żamma tar-rekords

Artikolu 8

L-obbligi taż-żamma tar-rekords tal-operaturi ta’ stabbilimenti approvati għall-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini

1.  

L-operaturi tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini għandhom iżommu rekords aġġornati li jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

fir-rigward ta’ ċentru tal-ġbir tas-semen:

(i) 

l-ispeċi, ir-razza, id-data tat-twelid u l-identifikazzjoni ta’ kull annimal donatur preżenti fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen;

(ii) 

id-dati ta’ kull moviment tal-annimali donaturi lejn iċ-ċentru tal-ġbir tas-semen u ’l barra minnu, u meta dawk l-annimali jkollhom xi dokumenti magħhom, ir-referenza ta’ dawk id-dokumenti;

(iii) 

l-istatus tas-saħħa, ir-riżultati ta’ testijiet kliniċi u dijanjostiċi u t-tekniki tal-laboratorju użati, it-trattamenti u t-tilqim imwettqa fuq l-annimali donaturi;

(iv) 

id-data tal-ġbir tas-semen u, fejn rilevanti, id-data u l-post tal-ipproċessar tas-semen;

(v) 

l-identifikazzjoni tas-semen u d-dettalji tad-destinazzjoni tiegħu;

(b) 

fir-rigward ta’ grupp għall-ġbir tal-embrijuni, grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni jew grupp għall-ġbir u l-produzzjoni tal-embrijuni:

(i) 

l-ispeċi, ir-razza, id-data tat-twelid u l-identifikazzjoni ta’ kull annimal donatur li minnu nġabru l-ooċiti jew l-embrijuni;

(ii) 

l-istatus tas-saħħa, ir-riżultati tat-testijiet kliniċi u dijanjostiċi u t-tekniki tal-laboratorju li ntużaw, it-trattamenti u t-tilqim imwettqa fuq l-annimali donaturi ta’ ooċiti jew embrijuni;

(iii) 

id-data u l-post tal-ġbir, tal-eżami u tal-ipproċessar ta’ ooċiti jew embrijuni;

(iv) 

l-identifikazzjoni tal-ooċiti jew tal-embrijuni u d-dettalji tad-destinazzjoni tagħhom;

(v) 

meta tkun qed issir mikromanipulazzjoni fuq l-embrijuni, id-dettalji tat-tekniki ta’ mikromanipulazzjoni li jintużaw li jinvolvu l-penetrazzjoni taz-zona pellucida jew, fil-każ tal-embrijuni ta’ ekwini, il-kapsula embrijonali;

(vi) 

l-oriġini tas-semen li ntuża għall-inseminazzjoni artifiċjali tal-annimali donaturi jew għall-fertilizzazzjoni tal-ooċiti għall-produzzjoni in vitro tal-embrijuni;

(c) 

fir-rigward ta’ stabbiliment tal-ipproċessar ta’ prodotti ġerminali jew ta’ ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali:

(i) 

it-tip ta’ prodotti ġerminali li jiġu pproċessati u maħżuna inkella li jinħażnu fl-istabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat b’referenza għall-ispeċi tal-annimal donatur;

(ii) 

id-dati tal-moviment tal-prodotti ġerminali lejn u mill-istabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat bir-referenza għad-dokumenti li akkumpanjaw dawk il-prodotti ġerminali;

(iii) 

id-dokumenti, fosthom ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u dokument ta’ awtodikjarazzjoni, li jikkonfermaw li l-istatus tas-saħħa tal-annimali donaturi li l-prodotti ġerminali tagħhom jiġu pproċessati u maħżuna inkella li jinħażnu fl-istabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat huma konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(iv) 

l-identifikazzjoni tal-prodotti ġerminali li jiġu pproċessati u maħżuna inkella li jinħażnu fl-istabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat.

2.  
Meta stabbiliment tal-prodotti ġerminali msemmi fil-paragrafu 1(c) jkun approvat mill-awtorità kompetenti biex jipproċessa u jaħżen jew biex jaħżen il-prodotti ġerminali ta’ iktar minn tip wieħed jew ta’ iktar minn speċi ta’ annimal waħda, l-operatur għandu jżomm rekords separati għal kull tip ta’ prodott ġerminali u għall-prodotti ġerminali ta’ kull speċi ta’ annimal, ipproċessati u maħżuna, jew maħżuna, u jżommhom aġġornati.

Artikolu 9

L-obbligi taż-żamma tar-rekords tal-operaturi ta’ stabbilimenti approvati għall-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini li jieqfu mill-attività tagħhom

1.  
Meta stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini jwaqqaf l-attività tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 5, l-operatur ta’ dak l-istabbiliment għandu jġorr il-konsenji tal-prodotti ġerminali maħżuna lejn ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali biss jekk tali konsenji jkunu akkumpanjati mir-rekords oriġinali jew minn kopji tagħhom meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 8(1).
2.  
L-operatur taċ-ċentru tal-ħżin ta’ prodotti ġerminali li jirċievi l-konsenja tal-prodotti ġerminali mingħand l-istabbiliment li waqqaf l-attività tiegħu kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jirreġistra d-daħla u d-dettalji tal-prodotti ġerminali skont ir-rekords li jakkumpanjaw il-konsenja meħtieġa skont l-Artikolu 8(1)(c).



Taqsima 2

Traċċabbiltà

Artikolu 10

Rekwiżiti għat-traċċabbiltà tal-prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini

1.  

L-operaturi li jiġbru, jipproduċu, jipproċessaw jew jaħżnu l-prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini għandhom jimmarkaw kull tubu straw jew pakkett ieħor li fih jitqiegħdu, jinħażnu u jiġu ttrasportati s-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni, kemm jekk separati f’dożi individwali kif ukoll jekk le, b’tali mod li l-informazzjoni li ġejja tkun tista’ tiġi stabbilita faċilment:

(a) 

id-data tal-ġbir jew tal-produzzjoni ta’ dawk il-prodotti ġerminali;

(b) 

l-ispeċijiet u l-identifikazzjoni tal-annimal(i) donatur(i);

(c) 

in-numru tal-approvazzjoni uniku tal-istabbiliment tal-ġbir jew tal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ħżin ta’ dawk il-prodotti ġerminali;

(d) 

kull informazzjoni rilevanti oħra.

▼M2

2.  
Fil-każ ta’ prodott ġerminali proċessat fi stabbiliment tal-prodotti ġerminali għajr l-istabbiliment tal-ġbir tal-prodotti ġerminali, l-operatur tal-istabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali għandu jissupplimenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b’informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tan-numru tal-approvazzjoni uniku tal-istabbiliment tal-ipproċessar ta’ dak il-prodott ġerminali.

▼B

3.  
Meta tubu straw wieħed jew pakkett ieħor ikun fih is-semen ta’ annimali bovini, porċini, ovini jew kaprini miġbur minn aktar minn annimal donatur wieħed, l-operatur għandu jiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tippermetti l-identifikazzjoni tal-annimali donaturi kollha li kkontribwixxew għad-doża tas-semen li tintuża fl-inseminazzjoni.
4.  

Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, meta s-semen ta’ annimali ovini jew kaprini jkun

(a) 

ffriżat f’forma ta’ pellets, l-operatur jista’ jimmarka l-goblet li jkun fih il-pellets tas-semen ta’ donatur wieħed minflok ma jkollu jimmarka kull pellet f’dak il-goblet b’mod individwali;

(b) 

semen frisk jew imkessaħ, l-operatur jista’ jimmarka l-goblet li jkun fih it-tubi jew it-tubi straw bis-semen ta’ donatur wieħed minflok ma jkollu jimmarka kull tubu jew tubu straw f’dak il-goblet b’mod individwali.

5.  

B’deroga mill-paragrafu 1(c), l-operatur għandu jiżgura li l-immarkar ta’ kull tubu straw jew ta’ pakkett ieħor li fih jitqiegħdu, jinħażnu u jiġu ttrasportati s-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni, jitwettaq b’tali mod li jippermetti l-identifikazzjoni ta’:

(a) 

fil-każ tas-semen ta’ annimali ovini u kaprini li jkun inġabar fl-istabbiliment fejn jinżammu l-annimali donaturi kif imsemmi fl-Artikolu 13, in-numru tar-reġistrazzjoni uniku ta’ dak l-istabbiliment; jew

(b) 

fil-każ ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini li jkunu nġabru jew ġew prodotti fi stabbiliment konfinat imsemmi fl-Artikolu 14, in-numru tal-approvazzjoni uniku ta’ dak l-istabbiliment konfinat.

Artikolu 11

Rekwiżiti għat-traċċabbiltà tal-prodotti ġerminali tal-klieb u l-qtates, ta’ annimali terrestri għajr l-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini miżmuma fi stabbilimenti konfinati, u ta’ annimali tal-familji Camelidae u Cervidae

1.  

L-operaturi li jiġbru, jipproduċu, jipproċessaw jew jaħżnu l-prodotti ġerminali tal-klieb jew tal-qtates, ta’ annimali terrestri għajr l-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini miżmuma fi stabbilimenti konfinati jew ta’ annimali tal-familja Camelidae jew Cervidae għandhom jimmarkaw kull tubu straw jew pakkett ieħor li fih jitqiegħdu, jinħażnu u jiġu ttrasportati s-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni, kemm jekk ikunu separati f’dożi individwali kif ukoll jekk le, b’tali mod li l-informazzjoni li ġejja tkun tista’ tiġi stabbilita faċilment:

(a) 

id-data tal-ġbir jew tal-produzzjoni ta’ dawk il-prodotti ġerminali;

(b) 

l-ispeċi u, fejn meħtieġa, is-sottospeċi, u l-identifikazzjoni tal-annimal(i) donatur(i);

▼M1

(c) 

wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

meta l-istabbiliment tal-ġbir jew tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-ħżin ta’ dawk il-prodotti ġerminali jkun ġie assenjat numru tar-reġistrazzjoni uniku, dak in-numru għandu jinkludi l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-2 tal-pajjiż fejn hu rreġistrat l-istabbiliment;

(ii) 

meta l-istabbiliment tal-ġbir jew tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-ħżin ta’ dawk il-prodotti ġerminali jkun stabbiliment konfinat, in-numru tal-approvazzjoni uniku li għandu jinkludi l-kodiċi ISO 3166-1 alpha-2 tal-pajjiż minn fejn tingħata l-approvazzjoni;

▼B

(d) 

kull informazzjoni oħra.

2.  
Fil-każ li jsir is-sessaġġ tas-semen fi stabbiliment differenti minn dak fejn is-semen inġabar jew ġie prodott, l-operatur tal-istabbiliment tal-ġbir jew tal-produzzjoni ta’ dak is-semen għandu jissupplimenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b’informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-istabbiliment fejn sar is-sessaġġ ta’ dak is-semen.
3.  
B’deroga mill-paragrafu 1, meta s-semen tal-annimali msemmi fil-paragrafu 1 ikun iffriżat f’forma ta’ pellets, l-operatur jista’ jimmarka l-goblet li fih il-pellets tas-semen ta’ donatur wieħed minflok ma joqgħod jimmarka kull pellet individwali f’dak il-goblet.
4.  
Meta tubu straw wieħed jew pakkett ieħor li jkun fih semen miġbur minn aktar minn annimal donatur wieħed, l-operatur għandu jiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tinkludi l-identifikazzjoni tal-annimali donaturi kollha.



PARTI III

MOVIMENTI TA’ PRODOTTI ĠERMINALI BEJN L-ISTATI MEMBRI



KAPITOLU 1

Rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti tal-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini



Taqsima 1

Regoli għall-ġbir, il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ħażna tal-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini fi stabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati

Artikolu 12

Regoli għall-movimenti lejn Stati Membri oħrajn tal-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini minn stabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati

L-operaturi għandhom iġorru biss is-semen, l-ooċiti u l-embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini, li jkunu nġabru, ġew prodotti, ipproċessati u maħżuna fl-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati, lejn Stat Membru ieħor.

Artikolu 13

Deroga għall-movimenti lejn Stati Membri oħrajn ta’ semen ta’ annimali ovini u kaprini mill-istabbilimenti fejn jinżammu dawk l-annimali

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 12, l-operaturi jistgħu jġorru lejn Stati Membri oħrajn konsenji ta’ semen ta’ annimali ovini u kaprini li nġabru, ġew ipproċessati u maħżuna fl-istabbiliment fejn jinżammu dawk l-annimali donaturi, dment li dawk l-operaturi:

(a) 

jiksbu l-kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni li jaċċettaw il-konsenja;

(b) 

jiżguraw li fil-jum tal-ġbir tas-semen l-annimali donaturi jkunu ġew eżaminati minn veterinarju qabel ma nġabar is-semen u ma jkunux urew sintomi li jimplikaw il-preżenza ta’ xi mard tal-kategorija D jew ta’ xi mard ġdid rilevanti għall-annimali ovini u kaprini, u ebda sinjali kliniċi ta’ dan il-mard tal-kategorija D jew ta’ mard ġdid;

(c) 

jiżguraw li l-annimali donaturi jkunu ġejjin minn stabbilimenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stipulati fl-Artikolu 15(1), (2), (3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688;

(d) 

jiżguraw li l-annimali donaturi jkunu għaddew mit-testijiet li ġejjin b’riżultati negattivi mwettqa fuq kampjuni meħuda waqt il-perjodu ta’ iżolament li jrid jibda mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen:

(i) 

test seroloġiku msemmi fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, Brucella melitensis u Brucella suis;

(ii) 

fil-każ tal-annimali ovini, test seroloġiku għall-epididimite ovina (Brucella ovis);

(iii) 

fil-każ tal-annimali kaprini li jinżammu flimkien ma’ annimali ovini, test seroloġiku għall-epididimite ovina (Brucella ovis);

(e) 

jiżguraw li l-annimali donaturi jiġu identifikati skont l-Artikolu 45(2) jew (4), jew skont l-Artikolu 46(1), (2) jew (3) tar-Regolament (UE) 2019/2035;

(f) 

jiżguraw li s-semen ikun ġie mmarkat f’konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 10;

(g) 

iżommu R-rekords fl-istabbiliment li jridu jinkludu mill-inqas l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 8(1)(a);

▼M1

(h) 

jiżguraw li l-konsenja tas-semen tiġi ttrasportata f’konformità mal-Artikoli 28 u 29;

▼M1

(i) 

jiżguraw li l-annimali donaturi ma jkunux intużaw għat-tnissil naturali matul il-perjodu ta’ mill-anqas 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġbir tas-semen maħsub għall-movimenti bejn l-Istati Membri u matul il-perjodu tal-ġbir ta’ dak is-semen.

▼B

Artikolu 14

Deroga għall-movimenti lejn Stati Membri oħrajn ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini miżmuma fi stabbilimenti konfinati

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 12, l-operaturi ta’ stabbilimenti konfinati jistgħu jġorru lejn Stati Membri oħrajn konsenji ta’ semen, ooċiti u embrijuni miġbura f’dawk l-istabbilimenti minn annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini, dment li dawk l-operaturi:

(a) 

iġorru biss il-konsenji ta’ dawk il-prodotti ġerminali lejn stabbiliment konfinat ieħor;

(b) 

jiżguraw li l-annimali donaturi:

(i) 

ma jkunux ġew minn stabbiliment, u ma kinux f’kuntatt ma’ annimali li ġew minn stabbiliment li jinsab f’żona ristretta li tkun ġiet stabbilita minħabba l-okkorrenza ta’ marda tal-kategorija A jew ta’ marda emerġenti li tkun rilevanti għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini;

(ii) 

ikunu ġew minn stabbiliment fejn ma ġie rrappurtat l-ebda mard tal-kategorija D li hu rilevanti għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini għall-perjodu ta’ mill-inqas it-30 jum ta’ qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni;

(iii) 

ikunu baqgħu fi stabbiliment konfinat tal-oriġini wieħed għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni;

(iv) 

ġew eżaminati klinikament mill-veterinarju tal-istabbiliment li hu responsabbli mill-attivitajiet li jitwettqu fl-istabbiliment konfinat u ma wrewx sintomi li jagħtu ħjiel tal-preżenza ta’ xi waħda mill-mardiet tal-kategorija D imsemmijin fil-punt (ii) jew tal-mardiet emerġenti u lanqas ma wrew sinjali kliniċi ta’ dawn il-mardiet fil-jum tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni;

(v) 

kemm kien possibbli, ma ntużawx għat-tnissil naturali matul perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġbir u tul il-perjodu tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni maħsuba għall-moviment lejn Stat Membru ieħor;

(vi) 

ikunu identifikati skont ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/2035;

— 
għall-annimali bovini fl-Artikolu 38;
— 
għall-annimali porċini fl-Artikolu 52(1) jew 54(2);
— 
għall-annimali ovini u kaprini fl-Artikolu 45(2) jew (4), jew fl-Artikolu 46(1), (2) jew (3);
— 
għall-annimali ekwini fl-Artikolu 58(1) jew 59(1) jew 62(1);
(c) 

jiżguraw li l-prodotti ġerminali jkunu ġew immarkati f’konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 10;

(d) 

jiżguraw li l-prodotti ġerminali jiġu ttrasportati f’konformità mal-Artikoli 28 u 29.



Taqsima 2

Rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-annimali donaturi li minnhom ikunu nġabru l-prodotti ġerminali u r-rekwiżiti ta’ iżolament u kwarantina għal dawk l-annimali



Sottotaqsima I

Rekwiżiti ġenerali tas-saħħa tal-annimali għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini donaturi

Artikolu 15

Responsabbiltajiet tal-operaturi għall-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini donaturi li minnhom inġabru l-prodotti ġerminali

L-operaturi għandhom iġorru lejn Stat Membru ieħor biss konsenji ta’ semen, ooċiti u embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini li jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

il-prodotti ġerminali nġabru minn annimali li ma wrewx sintomi jew sinjali kliniċi ta’ mard trażmissibbli tal-annimali fil-jum tal-ġbir;

(b) 

il-moviment ikun ġie awtorizzat rispettivament mill-veterinarju taċ-ċentru jew tal-grupp.

Artikolu 16

Responsabbiltajiet tal-veterinarji taċ-ċentri u tal-veterinarji tal-gruppi għall-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini donaturi li minnhom inġabru l-prodotti ġerminali

Il-veterinarji taċ-ċentri, fir-rigward tal-annimali donaturi tas-semen, jew il-veterinarji tal-gruppi, fir-rigward tal-annimali donaturi tal-ooċiti u tal-embrijuni, għandhom jiżguraw li l-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

twieldu fl-Unjoni u baqgħu fl-Unjoni mit-twelid, inkella daħlu fl-Unjoni skont ir-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni;

(b) 

ġew minn stabbilimenti fi Stat Membru jew f’xi żona ta’ Stat Membru, jew minn stabbilimenti taħt il-kontroll uffiċjali tal-awtorità kompetenti f’pajjiż jew f’territorju terz, jew minn żona tiegħu, u kull wieħed minn dawn l-istabbilimenti jissodisfa r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stipulati fir- Regolament Delegat (UE) 2020/688:

(i) 

għall-annimali bovini fl-Artikolu 10(1), fl-Artikolu 11(1), (2) u (3) u fl-Artikolu 12(1), (2) u (3);

(ii) 

għall-annimali porċini fl-Artikolu 19(1) u fl-Artikolu 20(1) u (2);

(iii) 

għall-annimali ovini u kaprini fl-Artikolu 15(1) (2), (3) u (4);

(iv) 

għall-annimali ekwini fl-Artikolu 22(1) u (2);

(c) 

ġew identifikati skont ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/2035:

(i) 

għall-annimali bovini fl-Artikolu 38;

(ii) 

għall-annimali porċini fl-Artikolu 52(1) jew 54(2);

(iii) 

għall-annimali ovini u kaprini fl-Artikolu 45(2) jew (4), jew fl-Artikolu 46(1), (2) jew (3);

(iv) 

għall-annimali ekwini fl-Artikolu 58(1) jew 59(1) jew 62(1);

(d) 

għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġbir tal-prodotti ġerminali u matul il-perjodu tal-ġbir:

(i) 

inżammu fi stabbilimenti li mhumiex f’żona ristretta stabbilita minħabba l-okkorrenza f’annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini, ta’ xi marda tal-kategorija A jew ta’ marda ġdida rilevanti għal dawn l-annimali ekwini;

(ii) 

inżammu fi stabbilimenti fejn ma ġiet irrappurtata ebda marda tal-kategorija D li hija rilevanti għal dawk l-annimali;

(iii) 

ma ġewx f’kuntatt ma’ annimali minn stabbilimenti li jinsabu f’żona ristretta msemmija fil-punt (i) jew minn stabbilimenti li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (ii);

(iv) 

ma ntużawx għat-tnissil naturali;

(e) 

ma wrewx sintomi jew sinjali kliniċi ta’ ebda waħda mill-mardiet tal-kategorija D imsemmijin fil-punt (d)(ii) jew tal-mardiet ġodda fil-jum tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni;

(f) 

ikunu konformi mar-rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali stabbiliti:

(i) 

għall-annimali bovini fl-Artikolu 20 u fil-Parti 1 u l-Kapitoli I, II u III tal-Parti 5 tal-Anness II;

(ii) 

għall-annimali porċini fl-Artikolu 21 u fil-Parti 2 u l-Kapitoli I u IV tal-Parti 5 tal-Anness II;

(iii) 

għall-annimali ovini u kaprini fl-Artikolu 22 u fil-Parti 3 u l-Kapitoli I, II u III tal-Parti 5 tal-Anness II;

(iv) 

għall-annimali ekwini fl-Artikolu 23 u fil-Parti 4 tal-Anness II.

Artikolu 17

Responsabbiltajiet tal-veterinarji taċ-ċentri u tal-veterinarji tal-gruppi għall-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini li minnhom inġabru l-prodotti ġerminali minn stabbilimenti soġġetti għal restrizzjonijiet fuq il-moviment għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali

Il-veterinarji taċ-ċentri, f’dak li għandu x’jaqsam mal-annimali donaturi ta’ semen, jew il-veterinarji tal-gruppi, f’dak li għandu x’jaqsam mal-annimali donaturi ta’ ooċiti u embrijuni, għandhom jiżguraw li s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni li jinġabru f’ċentru tal-ġbir tas-semen jew fi stabbiliment soġġett għal restrizzjonijiet fuq il-moviment għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali li jikkonċernaw il-mardiet imsemmijin fl-Artikoli 16(b), 20, 21, 22 jew 23, jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

iridu jinżammu f’ħażna separata;

▼M1

(b) 

jeħtieġ li ma jinġarrux minn Stat Membru għal ieħor qabel ma l-awtoritajiet kompetenti jkunu jneħħu r-restrizzjonijiet fuq il-moviment li japplikaw għaċ-ċentru tal-ġbir tas-semen jew għall-istabbiliment fejn ikunu nġabru s-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni; u

▼B

(c) 

is-semen, l-ooċiti u l-embrijuni maħżuna jridu jkunu għaddew mill-investigazzjonijiet uffiċjali xierqa biex tiġi eskluża l-preżenza fis-semen, fl-ooċiti u fl-embrijuni ta’ patoġeni tal-annimali li jikkawżaw il-mard li għalih ġew stabbiliti r-restrizzjonijiet fuq il-moviment.

Artikolu 18

Responsabbiltajiet addizzjonali tal-veterinarji taċ-ċentri għall-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini donaturi li minnhom inġabar is-semen

Il-veterinarji taċ-ċentri għandhom jiżguraw li l-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini donaturi jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

ma wrewx sintomi jew sinjali kliniċi ta’ ebda waħda mill-mardiet tal-kategorija D imsemmijin fl-Artikolu 16(d)(ii) fil-jum meta daħlu f’ċentru tal-ġbir tas-semen;

(b) 

fil-każ tal-annimali bovini, porċini, ovini u kaprini donaturi, qabel il-jum tad-dħul tagħhom f’ċentru tal-ġbir tas-semen, ikunu nżammu f’akkomodazzjoni ta’ kwarantina li f’dak il-jum kienet konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

fil-perjodu ta’ mill-inqas it-30 jum preċedenti ma ġiet irrappurtata ebda waħda mill-mardiet tal-kategorija D li huma rilevanti għall-annimali bovini, porċini, ovini jew kaprini;

(ii) 

ma kinitx f’żona ristretta stabbilita minħabba l-okkorrenza ta’ xi marda tal-kategorija A jew ta’ marda ġdida rilevanti għall-annimali bovini, porċini, ovini, jew kaprini;

(c) 

jinżammu fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen li:

(i) 

tul perjodu ta’ mill-inqas it-30 jum qabel id-data tal-ġbir u mill-inqas it-30 jum wara d-data tal-ġbir tas-semen, jew fil-każ tas-semen frisk, sad-data ta’ meta ntbagħtet il-konsenja tas-semen, ma ġiet irrappurtata ebda waħda mill-mardiet tal-kategorija D li hi rilevanti għall-annimali bovini, ovini, kaprini jew ekwini;

(ii) 

ma tinsabx f’żona ristretta stabbilita minħabba l-okkorrenza ta’ xi marda tal-kategorija A jew ta’ marda ġdida rilevanti għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini.

Artikolu 19

Deroga mir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini donaturi li jinġarru minn ċentru tal-ġbir tas-semen għal ieħor

1.  

Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 18, l-operaturi jistgħu jġorru l-annimali bovini, porċini, ovini u kaprini donaturi, kif ukoll l-annimali ekwini donaturi soġġetti għall-programm tal-ittestjar għal ċertu mard kif imsemmi fil-punt 1(b)(i) tal-Kapitolu I tal-Parti 4 tal-Anness II, direttament minn ċentru tal-ġbir tas-semen wieħed lejn ċentru tal-ġbir tas-semen ieħor:

(a) 

mingħajr kwarantina jew ittestjar, qabel u wara l-moviment, kif imsemmi fl-Anness II għall-annimali li ġejjin:

(i) 

għall-annimali bovini fil-Parti 1 u l-Kapitoli I, II u III tal-Parti 5 tiegħu;

(ii) 

għall-annimali porċini fil-Parti 2 u l-Kapitoli I u IV tal-Parti 5 tiegħu;

(iii) 

għall-annimali ovini u kaprini fil-Parti 3 u l-Kapitoli I, II u III tal-Parti 5 tiegħu;

(iv) 

għall-annimali ekwini fil-punt 1(a) tal-Kapitolu I tal-Parti 4 tiegħu; kif ukoll

(b) 

dment li l-annimali donaturi:

(i) 

ma jurux sintomi jew sinjali ta’ xi marda tal-kategorija D rilevanti għall-annimali bovini, porċini, kaprini jew ekwini fil-jum meta jinġarru;

(ii) 

qabel dak il-moviment, kienu dejjem preżenti mid-data tad-dħul tagħhom fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen u kienu ssoġġettati għat-testijiet li ġejjin rilevanti għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini msemmija fil-paragrafu 1(a), li taw riżultati negattivi:

— 
it-testijiet ta’ rutina obbligatorji kollha msemmija fl-Anness II fil-perjodu tat-12-il xahar preċedenti qabel id-data ta’ dak il-moviment; jew
— 
meta t-testijiet ta’ rutina obbligatorji ma jkunux għadhom twettqu fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen, it-testijiet kollha meħtieġa qabel ma jiddaħħlu f’ċentru tal-ġbir tas-semen fil-perjodu eżatt qabel il-kwarantina u waqt il-perjodu tal-kwarantina.

▼M2

2.  
L-operaturi għandhom iġorru biss annimali donaturi, kif imsemmi fil-frażi introduttorja tal-paragrafu 1, bil-kunsens minn qabel tal-veterinarju taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen tad-destinazzjoni.

▼B

3.  
L-operaturi għandhom jiżguraw li l-annimali donaturi msemmija fil-frażi introduttorja tal-paragrafu 1 ma jiġux f’kuntatt dirett jew indirett ma’ annimali bi status ta’ saħħa aktar baxx matul il-moviment u li l-mezzi tat-trasport li jintużaw ikunu tnaddfu u ġew diżinfettati qabel l-użu.
4.  
L-operaturi taċ-ċentri tal-ġbir tas-semen tad-destinazzjoni għandhom jissoġġettaw lill-annimali donaturi msemmija fil-frażi introduttorja tal-paragrafu 1 għat-testijiet ta’ rutina obbligatorji kollha msemmija fil-paragrafu 1(a) mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data li fiha twettqu l-aħħar testijiet ta’ rutina obbligatorji fuq dawk l-annimali.



Sottotaqsima II

Rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali għal ċerti speċijiet ta’ ungulati

Artikolu 20

Rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali għall-annimali bovini donaturi li minnhom inġabru s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni

1.  

Il-veterinarju taċ-ċentru, fir-rigward tal-annimali donaturi tas-semen, jew il-veterinarju tal-grupp, fir-rigward tal-annimali donaturi tal-ooċiti u tal-embrijuni, għandu jiżgura li l-annimali bovini donaturi jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

fil-każ tal-annimali donaturi tas-semen, qabel ma ddaħħlu f’akkomodazzjoni ta’ kwarantina jkunu ġew minn stabbiliment li kien ħieles mill-mard ta’ hawn taħt u qatt qabel ma nżammu fi stabbiliment bi status ta’ saħħa inferjuri:

(i) 

l-infezzjoni b’kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis);

(ii) 

l-infezzjoni bil-Brucella abortus, Brucella melitensis u Brucella suis;

(iii) 

kull infezzjoni bil-lewkożi enżootika bovina;

(iv) 

kull infezzjoni bir-rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva;

(b) 

jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali stipulati fil-Parti 1 u fil-Kapitoli I, II u III tal-Parti 5 tal-Anness II.

2.  

B’deroga mill-paragrafu 1(a)(iii), il-veterinarju taċ-ċentru jista’ jaċċetta li annimal donatur tas-semen ikun ġej minn stabbiliment li ma kienx ħieles mil-lewkożi enżootika bovina dment li l-annimal:

(a) 

jkollu inqas minn sentejn u wara li tneħħa minn ma’ ommu, din tkun ġiet issoġġettata għal test seroloġiku għal-lewkożi enżootika bovina li ħareġ riżultati negattivi; jew

(b) 

għalaq sentejn u ġie ssoġġettat għal test seroloġiku għal-lewkożi enżootika bovina li ħareġ riżultati negattivi.

▼M1

3.  
B’deroga mill-paragrafu 1(a)(iii), il-veterinarju tal-grupp jista’ jaċċetta annimal donatur ta’ ooċiti u ta’ embrijuni li jkun ġie minn stabbiliment li ma kienx ħieles mil-lewkożi enżootika bovina dment li l-veterinarju uffiċjali responsabbli mill-istabbiliment tal-oriġini jkun iċċertifika li ma kienx hemm każijiet tal-lewkożi enżootika bovina tul perjodu ta’ mill-inqas it-tliet snin preċedenti.

▼B

4.  

B’deroga mill-paragrafu 1(a)(iv),

(a) 

il-veterinarju taċ-ċentru, fil-każ tal-annimali donaturi tas-semen, jista’ jaċċetta annimal donatur li jkun ġie minn stabbiliment li ma kienx ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva/mill-vulvovaġinite pustulari infettiva, dment li l-annimal ikun sarlu t-test f’konformità mal-punt 1(b)(iv) tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II, jew

(b) 

il-veterinarju tal-grupp, fil-każ tal-annimali donaturi tal-ooċiti u tal-embrijuni, jista’ jaċċetta annimal donatur li jkun ġie minn stabbiliment li ma kienx ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva/mill-vulvovaġinite pustulari infettiva, dment li l-veterinarju uffiċjali responsabbli mill-istabbiliment tal-oriġini jkun iċċertifika li ma kienx hemm każijiet kliniċi tar-rinotrakeite bovina infettiva/tal-vulvovaġinite pustulari infettiva tul perjodu ta’ mill-inqas it-12-il xahar preċedenti.

Artikolu 21

Rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali għall-annimali porċini donaturi li minnhom inġabru s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni

1.  

Il-veterinarju taċ-ċentru, fir-rigward tal-annimali donaturi tas-semen, jew il-veterinarju tal-grupp, fir-rigward tal-annimali donaturi tal-ooċiti u tal-embrijuni, għandu jiżgura li l-annimali porċini donaturi jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

ikunu ġew minn stabbiliment, fil-każ ta’ annimali donaturi tas-semen qabel ma jkunu ddaħħlu f’akkomodazzjoni ta’ kwarantina, fejn ma tkun ġiet individwata l-ebda evidenza klinika, seroloġika, viroloġika jew patoloġika ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda Aujeszky matul perjodu ta’ mill-inqas it-12-il xahar preċedenti;

(b) 

jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali stipulati fil-Parti 2 u l-Kapitoli I u IV tal-Parti 5 tal-Anness II.

2.  

Il-veterinarju taċ-ċentru għandu jiżgura li l-annimali porċini donaturi tas-semen ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

qabel ma ddaħħlu f’akkomodazzjoni ta’ kwarantina, ikunu ġew minn stabbiliment li kien ħieles mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, Brucella melitensis u l-Brucella suis f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu IV tal-Parti 5 tal-Anness II;

(b) 

inżammu fl-akkomodazzjoni tal-kwarantina li fil-jum tad-dħul tagħhom kienet ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, Brucella melitensis u Brucella suis għall-perjodu ta’ mill-inqas it-tliet xhur preċedenti;

(c) 

jinżammu f’ċentru tal-ġbir tas-semen fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda evidenza klinika, seroloġika, viroloġika jew patoloġika ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda Aujeszky għal perjodu li jinkludi mill-inqas 30 jum qabel id-data tad-dħul u mill-inqas 30 jum immedjatament qabel id-data tal-ġbir;

(d) 

ma tlaqqmux kontra l-infezzjoni bil-virus tas-sindrome riproduttiva u respiratorja tal-ħnieżer u mit-twelid, jew għal mill-inqas tliet xhur qabel id-data tad-dħul fl-akkomodazzjoni tal-kwarantina, inżammu fi stabbiliment fejn l-ebda annimal ma tlaqqam kontra l-infezzjoni bil-virus tas-sindrome riproduttiva u respiratorja tal-ħnieżer, u tul dak il-perjodu ma nstab ebda każ ta’ infezzjoni bil-virus tas-sindrome riproduttiva u respiratorja tal-ħnieżer.

Artikolu 22

Rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali għall-annimali ovini u kaprini donaturi li minnhom inġabru s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni

Il-veterinarju taċ-ċentru, fir-rigward tal-annimali donaturi tas-semen, jew il-veterinarju tal-grupp, fir-rigward tal-annimali donaturi tal-ooċiti u tal-embrijuni, għandu jiżgura li l-annimali ovini u kaprini donaturi jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

▼M1 —————

▼B

(b) 

fil-każ tal-annimali donaturi tas-semen, qabel ma ddaħħlu f’akkomodazzjoni ta’ kwarantina jkunu ġew minn stabbiliment li kien ħieles mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, Brucella melitensis u Brucella suis u qatt qabel ma nżammu fi stabbiliment bi status ta’ saħħa inferjuri;

(c) 

jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali stipulati fil-Parti 3 u fil-Kapitoli I, II u III tal-Parti 5 tal-Anness II.

Artikolu 23

Rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali għall-annimali ekwini donaturi li minnhom inġabru s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni

1.  

Il-veterinarju taċ-ċentru għandu jiżgura li l-annimali ekwini li jiddaħħlu f’ċentru tal-ġbir tas-semen u l-veterinarju tal-grupp għandu jiżgura li l-annimali ekwini li jintużaw għall-ġbir tal-ooċiti u tal-embrijuni jew għall-produzzjoni tal-embrijuni jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin qabel ma jinġabru l-prodotti ġerminali:

(a) 

ikunu ġejjin minn stabbiliment:

(i) 

fejn ma kienx hemm rapporti tas-surra (Trypanosoma evansi) fit-30 jum preċedenti, inkella fejn kien hemm rapport tas-surra (Trypanosoma evansi) fis-sentejn preċedenti u wara l-aħħar tifqigħa l-istabbiliment affettwat baqa’ taħt ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment sakemm:

— 
l-annimali infettati tneħħew mill-istabbiliment; kif ukoll
— 
l-annimali li kien fadal fl-istabbiliment sarilhom test għas-surra (Trypanosoma evansi) li ta riżultati negattivi, b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 3 tal-Anness I tar- Regolament Delegat (UE) 2020/688; fuq kampjuni li ttieħdu mill-inqas sitt xhur wara li l-aħħar annimal infettat ikun inħareġ mill-istabbiliment;
(ii) 

fejn ma kienx hemm rapporti tad-durina fis-sitt xhur preċedenti, inkella fejn kien hemm rapport tad-durina fis-sentejn preċedenti u wara l-aħħar tifqigħa l-istabbiliment affettwat baqa’ taħt ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment sakemm:

— 
l-annimali infettati nqatlu u nqerdu l-katavri tagħhom, jew tbiċċru, jew l-annimali ekwini maskili kollha li kienu infettati ġew ikkastrati; kif ukoll
— 
l-annimali ekwini li kien fadal fl-istabbiliment, għajr l-annimali maskili ekwini kkastrati msemmijin fl-ewwel inċiż li nżammu separati mill-annimali ekwini femminili, sarilhom test għad-durina b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 8 tal-Anness I tar- Regolament Delegat (UE) 2020/688, li ta riżultati negattivi u li twettaq fuq kampjuni li ttieħdu mill-inqas sitt xhur wara li tlestew il-miżuri deskritti fl-ewwel inċiż;
(iii) 

fejn ma kienx hemm rapporti tal-anemija infettiva ekwina fid-90 jum preċedenti, inkella fejn kien hemm rapport tal-anemija infettiva ekwina fit-12-il xahar preċedenti u wara l-aħħar tifqigħa l-istabbiliment affettwat baqa’ taħt ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment sakemm:

— 
l-annimali infettati nqatlu u nqerdu l-katavri tagħhom, jew tbiċċru; kif ukoll
— 
l-annimali li kien fadal fl-istabbiliment sarilhom test għall-anemija infettiva ekwina li ta riżultati negattivi, b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 9 tal-Anness I tar- Regolament Delegat (UE) 2020/688; fuq kampjuni li ttieħdu f’żewġ okkażjonijiet b’intervall bejniethom ta’ mill-inqas tliet xhur, wara li tlestew il-miżuri deskritti fl-ewwel inċiż u l-istabbiliment tnaddaf u ġie ddiżinfettat;
(b) 

fil-każ tad-donaturi tas-semen, inżammu għal perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen fi stabbilimenti fejn l-ebda annimal ekwin ma wera xi sinjal kliniku ta’ infezzjoni bil-virus tal-arterite ekwina jew tal-metrite kuntaġġuża ekwina matul dak il-perjodu;

(c) 

jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali stipulati fil-Parti 4 tal-Anness II.

2.  
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1(a), ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment imsemmija fil-paragrafu 1(a)(i) sa (iii) jridu jibqgħu fis-seħħ għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum, li jibda minn dakinhar li l-annimali kollha fl-istabbiliment tal-ispeċijiet elenkati għall-marda rispettiva msemmija fil-paragrafu 1(a)(i) sa (iii) jkunu nqatlu u nqerdu l-katavri tagħhom, jew tbiċċru, meta jkun permess skont il-paragrafu 1(b), u l-istabbiliment ikun tnaddaf u ġie ddiżinfettat.



Taqsima 3

Testijiet tal-laboratorju u testijiet oħrajn li jridu jitwettqu fuq annimali donaturi miżmuma tal-ispeċijiet bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina u l-prodotti ġerminali tagħhom

Artikolu 24

Testijiet tal-laboratorju u testijiet oħrajn li jridu jitwettqu fuq annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini donaturi u fuq il-prodotti ġerminali tagħhom

L-operaturi għandhom jiżguraw li:

(a) 

l-annimali donaturi li l-prodotti ġerminali tagħhom se jinġarru lejn Stati Membri oħrajn ikunu għaddew mit-testijiet li ġejjin:

(i) 

għall-annimali bovini fil-Parti 1 u, skont kif japplika, fil-Kapitoli I, II u III tal-Parti 5 tal-Anness II;

(ii) 

għall-annimali porċini fil-Parti 2 u, skont kif japplika, fil-Kapitoli I u IV tal-Parti 5 tal-Anness II;

(iii) 

għall-annimali ovini u kaprini fil-Parti 3 u, skont kif japplika, fil-Kapitoli I, II u III tal-Parti 5 tal-Anness II;

(iv) 

għall-annimali ekwini fil-Parti 4 tal-Anness II;

(b) 

it-testijiet kollha msemmija fil-punt (a) jitwettqu f’laboratorji uffiċjali.

Artikolu 25

Awtorizzazzjoni għat-testijiet tal-laboratorju li jridu jitwettqu fuq annimali donaturi tal-ispeċijiet bovina, porċina, ovina u kaprina f’akkomodazzjoni ta’ kwarantina

1.  

L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza li jitwettqu t-testijiet li ġejjin imsemmija fl-Anness II fuq kampjuni miġbura fl-akkomodazzjoni tal-kwarantina:

(a) 

għall-annimali bovini, it-testijiet imsemmijin fil-punt 1(b) tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tiegħu;

(b) 

għall-annimali porċini, it-testijiet imsemmijin fil-punt 1(b) tal-Kapitolu I tal-Parti 2 tiegħu;

(c) 

għall-annimali ovini u kaprini, it-testijiet imsemmijin fil-punt 1(c) tal-Kapitolu I tal-Parti 3 tiegħu.

2.  

Meta l-awtorità kompetenti tkun tat l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-perjodu ta’ kwarantina fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina ma għandux jibda qabel id-data tal-kampjunar għall-fini tal-ittestjar imsemmi fil-paragrafu 1(a), (b) u (c);

(b) 

meta r-riżultati ta’ kwalunkwe wieħed mit-testijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu pożittivi, l-annimal ikkonċernat irid jitneħħa minnufih mill-akkomodazzjoni ta’ kwarantina;

(c) 

fil-każ ta’ kwarantina ta’ grupp ta’ annimali, jekk xi wieħed mill-annimali jagħtu riżultat pożittiv għal test imsemmi fil-paragrafu 1, il-kwarantina fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina ma għandhiex tibda għall-annimali li jifdal qabel ma jitneħħa mill-akkomodazzjoni ta’ kwarantina l-annimal li jkun ta riżultat pożittiv.



Taqsima 4

Rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-ġbir, il-produzzjoni, l-ipproċessar, il-ħżin u proċeduri oħrajn għall-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini

Artikolu 26

Obbligi fuq l-operaturi fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-ġbir, il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini

L-operaturi għandhom jiżguraw li l-konsenji ta’ semen, ooċiti u embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini jinġarru lejn Stati Membri oħrajn biss jekk dawk il-konsenji jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-ġbir, il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ħżin tal-prodotti ġerminali stabbiliti fl-Anness III.



Taqsima 5

Rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għat-trasport ta’ prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini

Artikolu 27

Responsabbiltajiet tal-veterinarji taċ-ċentri u tal-veterinarji tal-gruppi għall-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għat-trasport ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini

1.  

Meta l-prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini jinġarru lejn Stat Membru ieħor jew lejn stabbiliment tal-ipproċessar ta’ prodotti ġerminali jew ċentru tal-ħżin ta’ prodotti ġerminali fl-istess Stat Membru, il-veterinarju taċ-ċentru jew il-veterinarju tal-grupp għandu jiżgura li:

(a) 

il-kontenituri tat-trasport jiġu ssiġillati u nnumerati qabel id-dispaċċ tagħhom mill-istabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat;

▼M1

(b) 

il-marka fuq it-tubi straw jew pakketti oħrajn, applikata f’konformità mal-Artikolu 10, u n-numru tas-siġill applikat fuq il-kontenitur li fih jiġu ttrasportati t-tubi straw jew pakketti oħrajn, jikkorrispondu mal-marka u n-numru pprovdut jew fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jew fid-dokument tal-awtodikjarazzjoni.

▼B

2.  
Is-siġill imsemmi fil-paragrafu 1(a) li jkun tpoġġa taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju taċ-ċentru jew tal-veterinarju tal-grupp jista’ jiġi ssostitwit mill-veterinarju uffiċjali.

Artikolu 28

Responsabbiltajiet tal-operaturi għall-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għat-trasport ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini

1.  

L-operaturi għandhom iġorru s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini lejn Stati Membri oħrajn biss soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ikun tqiegħed tip wieħed biss ta’ prodott ġerminali ta’ speċi waħda fil-kontenitur tat-trasport;

(b) 

il-kontenitur tat-trasport, imsemmi fil-punt (a):

(i) 

ikun tnaddaf u ġie ddiżinfettat jew sterilizzat qabel l-użu, jew ikun kontenitur ġdid li jintuża darba;

(ii) 

ikun imtela bl-aġent krijoġeniku li ma jkunx intuża qabel għal prodotti oħrajn.

2.  

Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-operaturi jistgħu jqiegħdu f’kontenitur tat-trasport wieħed semen, ooċiti u embrijuni tal-istess speċi, sakemm:

(a) 

it-tubi straw jew pakketti oħrajn li fihom jitqiegħdu prodotti ġerminali jkunu ssiġillati b’mod sigur u ermetiku;

(b) 

il-prodotti ġerminali ta’ tipi differenti jkunu sseparati minn xulxin permezz ta’ kompartimenti fiżiċi jew billi jitqiegħdu f’boroż protettivi sekondarji.

3.  
Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-operaturi jistgħu jqiegħdu f’kontenitur tat-trasport wieħed semen, ooċiti u embrijuni ta’ annimali ovini u kaprini.

Artikolu 29

Responsabbiltajiet addizzjonali fuq l-operaturi għat-trasport tas-semen ta’ annimali bovini, porċini, ovini u kaprini

Meta l-operaturi jġorru konsenji ta’ semen ta’ annimali bovini, porċini, ovini jew kaprini li jkun inġabar minn aktar minn annimal donatur wieħed u li jkun tqiegħed f’tubu straw wieħed jew pakkett ieħor lejn Stat Membru ieħor, l-operaturi għandhom:

(a) 

jiżguraw li s-semen jinġabar u jintbagħat minn ċentru għall-ġbir tas-semen wieħed jew, fil-każ tad-derogi previsti fl-Artikoli 13 u 14, stabbiliment wieħed minn fejn ikun inġabar;

(b) 

proċeduri fis-seħħ rigward l-ipproċessar ta’ dak is-semen sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tiegħu f’konformità mal-Artikoli 10 u 19.



KAPITOLU 2

Ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali, awtodikjarazzjoni u notifika tal-moviment għall-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini

Artikolu 30

Regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali

1.  

Qabel joħroġ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini, il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq:

(a) 

eżaminazzjoni viżiva tal-kontenitur tat-trasport biex jivverifika li r-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 28 ġew issodisfati u biex jivverifika:

(i) 

is-siġill u n-numru applikati mill-veterinarju taċ-ċentru jew tal-grupp fuq il-kontenitur tat-trasport kif imsemmi fl-Artikolu 27(1)(a); jew

(ii) 

jekk meħtieġ, il-prodotti ġerminali mqiegħda fil-kontenitur tat-trasport u s-siġill u n-numru tal-kontenitur tat-trasport wara dak il-kontroll;

(b) 

kontroll dokumentarju tad-data sottomessa mill-veterinarju taċ-ċentru jew tal-grupp biex jiġi żgurat li:

(i) 

l-informazzjoni li għandha tiġi ċċertifikata hija appoġġjata mir-rekords miżmuma f’konformità mal-Artikolu 8;

(ii) 

il-marka fuq it-tubi straw jew fuq pakketti oħrajn, applikata f’konformità mal-Artikolu 10, tkun tikkorrispondi għan-numru pprovdut fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u fuq il-kontenitur li fih jiġu ttrasportati;

(iii) 

ġew issodisfati r-rekwiżiti msemmija fil-Kapitolu 1 tal-Parti III.

2.  
Il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq il-kontrolli u l-eżamijiet kif previst fil-paragrafi 1 u joħroġ iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fil-perjodu ta’ 72 siegħa qabel il-ħin tad-dispaċċ tal-konsenja ta’ prodotti ġerminali.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 31

Informazzjoni li trid tiddaħħal fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini li jinġarru minn Stat Membru għal ieħor

Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni stabbilita fil-punt 1 tal-Anness IV.

Artikolu 32

Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dokument ta’ awtodikjarazzjoni għall-movimenti ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini lejn u mill-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali

1.  
Meta operatur ta’ stabbiliment tal-prodotti ġerminali tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini approvat jagħmel l-arranġamenti biex il-prodotti ġerminali jiġu pproċessati minn stabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali, dak l-operatur għandu jiżgura li mal-konsenja tal-prodotti ġerminali jkun hemm dokument ta’ awtodikjarazzjoni waqt it-trasport lejn l-istabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali u ’l barra minnu.
2.  

Operatur ta’ stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat għandu jiżgura li d-dokument ta’ awtodikjarazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat tal-ġbir jew tal-produzzjoni tal-prodotti ġerminali;

(b) 

l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment tal-ipproċessar ta’ prodotti ġerminali li lejh jinġarru l-prodotti ġerminali għall-ipproċessar;

(c) 

id-dati tal-moviment tal-konsenja tal-prodotti ġerminali lejn u minn stabbiliment tal-ipproċessar ta’ prodotti ġerminali;

(d) 

it-tip u l-kwantità tal-prodotti ġerminali;

▼M1

(e) 

l-immarkar tal-prodotti ġerminali, kif mitlub mill-Artikolu 10;

▼M1

(f) 

l-ispeċi tal-annimali donaturi;

(g) 

in-numru tas-siġill applikat fuq il-kontenitur tat-trasport;

(h) 

id-dikjarazzjoni li l-konsenja tissodisfa r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fil-Kapitolu 1.

▼B

Artikolu 33

Rekwiżit għal notifika bil-quddiem mill-operaturi ta’ movimenti ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini bejn l-Istati Membri

Meta jinġarru konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini lejn Stat Membru ieħor, l-operaturi tal-istabbilimenti tal-prodotti ġerminali approvati, tal-istabbilimenti fejn jinżammu l-annimali ovini u kaprini, kif imsemmi fl-Artikolu 13, jew ta’ stabbilimenti konfinati kif imsemmi fl-Artikolu 14, għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini qabel ma jinġarru l-konsenji tal-prodotti ġerminali.

Artikolu 34

Informazzjoni meħtieġa għal notifika bil-quddiem ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini bejn l-Istati Membri

L-operaturi li jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini tagħhom f’konformità mal-Artikolu 33, għandhom jipprovdu lil dik l-awtorità kompetenti l-informazzjoni dwar kull konsenja ta’ prodotti ġerminali li se tinġarr lejn Stat Membru ieħor kif previst:

(a) 

fil-punti 1(a) sa (f) tal-Anness IV, meta l-prodotti ġerminali jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali; jew

(b) 

fl-Artikolu 32(2), meta l-prodotti ġerminali jkunu akkumpanjati minn dokument ta’ awtodikjarazzjoni.

▼M1

Artikolu 35

Proċeduri ta’ emerġenza għan-notifika tal-movimenti ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini bejn l-Istati Membri fil-każ ta’ qtugħ tal-enerġija elettrika u tfixkil ieħor tal-IMSOC

Fil-każ ta’ qtugħ tal-enerġija elettrika u tfixkil ieħor tal-IMSOC, l-awtorità kompetenti tal-post ta’ oriġini tal-konsenja ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini li jkunu se jinġarru minn Stat Membru għal ieħor għandha tikkonforma mal-arranġamenti ta’ kontinġenza stabbiliti fl-Artikolu 46 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 ( 1 ).

▼B



KAPITOLU 3

Rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali, iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali u n-notifika dwar il-prodotti ġerminali ta’ annimali għajr l-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini

▼M2 —————

▼B

Artikolu 37

Rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti lejn Stati Membri oħrajn bejn stabbilimenti konfinati ta’ prodotti ġerminali tal-annimali terrestri miżmuma, għajr tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini

L-operaturi ta’ stabbilimenti konfinati għandhom iġorru l-prodotti ġerminali ta’ annimali terrestri, għajr tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini, miżmuma f’dawk l-istabbilimenti lejn stabbilimenti konfinati fi Stati Membri oħrajn biss meta l-annimali donaturi:

(a) 

twieldu fl-Unjoni u baqgħu hemm mit-twelid, inkella daħlu fl-Unjoni skont ir-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni;

(b) 

ikunu baqgħu fi stabbiliment konfinat tal-oriġini wieħed għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni;

(c) 

ma jkunux ġew minn stabbiliment, u ma kinux f’kuntatt ma’ annimali li ġew minn stabbiliment, li jinsab f’żona ristretta li tkun ġiet stabbilita minħabba l-okkorrenza ta’ marda tal-kategorija A jew ta’ marda ġdida li hi rilevanti għall-ispeċi ta’ dawk l-annimali terrestri miżmuma;

(d) 

ikunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrappurtata marda tal-kategorija D rilevanti għal dik l-ispeċi għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni;

(e) 

ikunu identifikati u rreġistrati f’konformità mar-regoli ta’ dak l-istabbiliment konfinat;

(f) 

kemm kien possibbli, ma ntużawx għat-tnissil naturali matul perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġbir u tul il-perjodu tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni maħsuba għall-moviment lejn Stat Membru ieħor;

(g) 

fil-jum meta jkunu nġabru s-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni, il-veterinarju tal-istabbiliment responsabbli mill-attivitajiet li jitwettqu fl-istabbiliment konfinat ikun eżaminahom klinikament u ma sabx sintomi ta’ mard.

Artikolu 38

Rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti lejn Stati Membri oħrajn ta’ prodotti ġerminali tal-annimali tal-familji Camelidae u Cervidae

L-operaturi għandhom iġorru lejn Stat Membru ieħor il-prodotti ġerminali biss li jkunu nġabru mill-annimali tal-familja Camelidae jew Cervidae li:

(a) 

twieldu fl-Unjoni u baqgħu hemm mit-twelid, inkella daħlu fl-Unjoni skont ir-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni;

(b) 

ikunu baqgħu fi stabbiliment ta’ oriġini wieħed għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni;

(c) 

ma jkunux ġew minn stabbiliment, u ma kinux f’kuntatt ma’ annimali li ġew minn stabbiliment, li jinsab f’żona ristretta li tkun ġiet stabbilita minħabba l-okkorrenza ta’ marda tal-kategorija A jew ta’ marda ġdida li hi rilevanti għall-ispeċi ta’ dawk l-annimali terrestri miżmuma;

(d) 

ikunu ġejjin minn stabbiliment fejn matul perjodu ta’ mill-inqas it-12-il xahar preċedenti qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni:

(i) 

twettaq programm ta’ sorveljanza biex jidentifika l-infezzjoni b’kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) skont il-Parti 2 jew il-Parti 3 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688;

(ii) 

ma jkun ġie introdott l-ebda annimal tal-familja Camelidae jew Cervidae li ma jissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt (i);

(iii) 

fil-każ ta’ suspett ta’ infezzjoni b’kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis), ikunu twettqu l-investigazzjonijiet u tkun ġiet eskluża l-marda;

(e) 

ikunu ġejjin minn stabbiliment:

(i) 

fejn ma tkun ġiet irrapportata ebda infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis matul il-perjodu ta’ mill-inqas it-42 jum ta’ qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni;

(ii) 

fil-każ ta’ annimali tal-familja Camelidae, meta l-annimali preżenti kollha jkunu għaddew b’riżultati negattivi minn test għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, Brucella melitensis u Brucella suis kif imsemmi fil-Parti 1 tal-Anness I tar- Regolament Delegat (UE) 2020/688 imwettaq fuq kampjuni li jkunu ttieħdu waqt it-30 jum ta’ qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni;

(f) 

ikunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata r- rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva matul il-perjodu ta’ mill-inqas it-30jum ta’ qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni;

(g) 

ikunu ġejjin minn stabbiliment fejn, f’radjus ta’ 150 km madwar l-istabbiliment ma tkunx ġiet irrapportata infezzjoni bil-virus tal-marda tal-emorraġija epiżootika tul il-perjodu ta’ mill-inqas is-sentejn ta’ qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni;

(h) 

ikunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet ikkonfermata infezzjoni bil-virus tar-rabja matul il-perjodu ta’ mill-inqas it-30 jum ta’ qabel id-data tal-ġbir tal-prodotti ġerminali;

(i) 

ikunu ġejjin minn stabbiliment fejn ma tkunx ġiet irrapportata l-antraċe matul il-perjodu ta’ mill-inqas il-15-il jum ta’ qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni;

(j) 

ikunu ġejjin minn stabbiliment fejn is-surra (Trypanosoma evansi)

(i) 

ma tkunx ġiet irrapportata matul perjodu ta’ mill-inqas it-30 jum ta’ qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni; jew

(ii) 

ġiet ikkonfermata fis-sentejn preċedenti, iżda wara l-aħħar tifqigħa ta’ dik il-marda l-istabbiliment baqa’ taħt ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment sakemm:

— 
l-annimali infettati tneħħew mill-istabbiliment; kif ukoll
— 
l-annimali li kien fadal fl-istabbiliment sarilhom test għas-surra (Trypanosoma evansi) imsemmi fil-Parti 3 tal-Anness I tar- Regolament Delegat (UE) 2020/688 fuq kampjuni li ttieħdu mill-inqas sitt xhur wara li l-aħħar annimali infettati jkunu nħarġu mill-istabbiliment u li jkun ta riżultat negattiv;
(k) 

jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta’ infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) stipulati fil-Kapitolu II tal-Parti 5 tal-Anness II;

(l) 

ma jkunux ġew f’kuntatt ma’ annimali li ma kinux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (a) u fil-punti (c) sa (k) matul il-perjodu ta’ residenza ta’ mill-inqas 30 jum stabbilit fil-punt (b);

(m) 

ġew eżaminati klinikament minn veterinarju u ma wrew l-ebda sintomu ta’ mard fil-jum tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni;

(n) 

jkunu identifikati skont l-Artikolu 73(1) jew (2), jew skont l-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) 2019/2035;

(o) 

ma ntużawx għat-tnissil naturali matul perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni u matul il-perjodu tal-ġbir.

Artikolu 39

Regoli li jikkonċernaw iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali

▼M2 —————

▼B

2.  

Qabel jiffirma ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali terrestri, għajr tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini, miżmuma fi stabbilimenti konfinati, il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq:

(a) 

eżami viżwali tal-kontenitur tat-trasport sabiex jiġu vverifikati:

(i) 

is-siġill u n-numru li twaħħlu fuq il-kontenitur tat-trasport mill-veterinarju tal-istabbiliment responsabbli mill-attivitajiet li jitwettqu fl-istabbiliment konfinat; jew

(ii) 

jekk meħtieġ, il-prodotti ġerminali mqiegħda fil-kontenitur tat-trasport u s-siġill u n-numru tal-kontenitur tat-trasport wara dak il-kontroll;

(b) 

verifika fid-dokumenti tad-data li ngħatat mill-veterinarju tal-istabbiliment responsabbli mill-attivitajiet li jitwettqu fl-istabbiliment konfinat biex jiġi żgurat li:

(i) 

l-informazzjoni li se tiġi ċċertifikata hija vverifikata fir-rekords li nżammu fl-istabbiliment konfinat;

▼M1

(ii) 

il-marka fuq it-tubi straw jew fuq pakketti oħrajn, applikata f’konformità mal-Artikolu 11, u n-numru tas-siġill applikat fuq il-kontenitur li fih jiġu ttrasportati t-tubi straw jew pakketti oħrajn, jikkorrispondu mal-marka u man-numru pprovduti fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali;

▼B

(iii) 

ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 37 ikunu ġew issodisfati.

3.  

Qabel ma jiffirma ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali tal-familja Camelidae jew Cervidae, il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq:

(a) 

eżami viżwali tal-kontenitur tat-trasport sabiex jiġu vverifikati:

(i) 

is-siġill u n-numru applikati mill-operatur fuq il-kontenitur tat-trasport; jew

(ii) 

jekk meħtieġ, il-prodotti ġerminali mqiegħda fil-kontenitur tat-trasport u s-siġill u n-numru tal-kontenitur tat-trasport wara dak il-kontroll;

(b) 

kontroll dokumentarju tad-data sottomessa mill-operatur biex jiġi żgurat li:

(i) 

l-informazzjoni li se tiġi ċċertifikata hija vverifikata fir-rekords li nżammu fl-istabbiliment;

▼M1

(ii) 

il-marka fuq it-tubi straw jew fuq pakketti oħrajn, applikata f’konformità mal-Artikolu 11, u n-numru tas-siġill applikat fuq il-kontenitur li fih jiġu ttrasportati t-tubi straw jew pakketti oħrajn, jikkorrispondu mal-marka u man-numru pprovduti fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali;

▼B

(iii) 

ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 38 ikunu ġew issodisfati.

▼M2

4.  
Il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq il-kontrolli u l-eżamijiet kif previst fil-paragrafi 2 u 3 u għandu joħroġ iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fil-perjodu tat-72 siegħa qabel il-ħin tad-dispaċċ tal-konsenja tal-prodotti ġerminali.

▼M1 —————

▼M2

Artikolu 40

Rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali tal-annimali terrestri miżmuma għajr tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini bejn l-Istati Membri

Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali terrestri għajr tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini miżmuma fi stabbilimenti konfinati jew ta’ annimali tal-familja Camelidae jew Cervidae, għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni stabbilita fil-punt 2 tal-Anness IV.

Artikolu 41

Rekwiżit għal notifika bil-quddiem mill-operaturi tal-movimenti ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali terrestri miżmuma għajr tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini bejn l-Istati Membri

Meta jinġarru lejn Stat Membru ieħor, il-konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali terrestri għajr tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini li jinżammu fi stabbilimenti konfinati, jew ta’ annimali tal-familja Camelidae jew Cervidae, l-operatur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tal-konsenji dwar il-moviment maħsub qabel ma jinġarru l-konsenji tal-prodotti ġerminali.

▼B

Artikolu 42

Informazzjoni meħtieġa għan-notifika tal-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali tal-annimali terrestri miżmuma, għajr tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini

L-operaturi li huma meħtieġa jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 41, għandhom jipprovdu lil dik l-awtorità kompetenti l-informazzjoni dwar kull konsenja ta’ prodotti ġerminali li se tinġarr lejn Stat Membru ieħor kif previst fil-punt 2(a) sa (f) tal-Anness IV.

▼M1

Artikolu 43

Proċeduri ta’ emerġenza għan-notifika tal-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ konsenji ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali terrestri miżmuma għajr annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini fil-każ ta’ qtugħ tal-enerġija elettrika u tfixkil ieħor tal-IMSOC

Fil-każ ta’ qtugħ tal-enerġija elettrika u tfixkil ieħor tal-IMSOC, l-awtorità kompetenti tal-post ta’ oriġini tal-konsenja ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali terrestri miżmuma għajr annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini li jkunu se jinġarru minn Stat Membru għal ieħor għandha tikkonforma mal-arranġamenti ta’ kontinġenza stabbiliti fl-Artikolu 46 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715.

▼B



KAPITOLU 4

Regoli addizzjonali għall-għoti ta’ derogi mill-awtoritajiet kompetenti għall-prodotti ġerminali

Artikolu 44

Regoli addizzjonali għall-għoti ta’ derogi mill-awtoritajiet kompetenti għall-prodotti ġerminali maħsuba għal finijiet xjentifiċi

1.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-oriġini jistgħu jagħtu deroga għall-moviment lejn Stat Membru ieħor ta’ prodotti ġerminali intiżi għal finijiet xjentifiċi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali previsti fil-Kapitolu 1 jew 3, dment li l-operatur tal-istabbiliment tad-dispaċċ ikun kiseb il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni li jaċċetta l-konsenja tal-prodotti ġerminali.
2.  
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għandu jaqbel li jaċċetta l-konsenja tal-prodotti ġerminali msemmijin fil-paragrafu 1 biss jekk l-operatur tal-istabbiliment tad-destinazzjoni li hu maħsub li se jirċievi dawk il-prodotti ġerminali jiżgura li l-prodotti ġerminali jkunu se jintużaw biss għal finijiet xjentifiċi f’kundizzjonijiet li ma jippermettux it-tifrix ta’ mard tal-kategorija D.

Artikolu 45

Regoli addizzjonali għall-għoti ta’ derogi mill-awtoritajiet kompetenti għal prodotti ġerminali li jinġarru lejn banek tal-ġeni fi Stat Membru ieħor

1.  

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-oriġini jistgħu jagħtu d-derogi għall-moviment ta’ prodotti ġerminali lejn banek tal-ġeni fi Stat Membru ieħor dment li l-operatur tal-istabbiliment tad-dispaċċ ikun kiseb il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni li jaċċetta l-konsenja tal-prodotti ġerminali ta’:

(a) 

razez fil-periklu li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali previsti fil-Kapitolu 1; jew

(b) 

annimali terrestri għajr l-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini miżmumin fi stabbilimenti konfinati li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali previsti fl-Artikolu 37.

2.  

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għandu jaqbel li jaċċetta l-konsenja ta’ prodotti ġerminali msemmija fil-paragrafu 1 biss jekk:

(a) 

l-operatur tal-bank tal-ġeni maħsub li se jirċievi dawk il-prodotti ġerminali jiżgura li l-prodotti ġerminali jintużaw biss għall-konservazzjoni ex situ u għall-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-annimali terrestri miżmuma li għalihom ikun ġie stabbilit il-bank tal-ġeni riċeventi;

(b) 

ikollha biżżejjed informazzjoni, inkluża informazzjoni li tkun ingħatat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini, jew ir-riżultati tat-testijiet, jew twettaq trattament fuq il-prodotti ġerminali li jippermettulha tipprevjeni l-firxa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina u ta’ mard elenkat ieħor.

Artikolu 46

Regoli u informazzjoni li jridu jiddaħħlu fid-dokument ta’ awtodikjarazzjoni għall-prodotti ġerminali intiżi għal finijiet xjentifiċi jew li se jinġarru lejn banek tal-ġeni fi Stat Membru ieħor

1.  
Meta l-prodotti ġerminali intiżi għal finijiet xjentifiċi jew għall-ħżin fil-banek tal-ġeni jkunu jridu jinġarru lejn Stat Membru ieħor, l-operatur tal-istabbiliment tad-dispaċċ għandu jiżgura li jkun hemm dokument ta’ awtodikjarazzjoni li jakkumpanja l-prodotti ġerminali matul it-trasport lejn il-post tad-destinazzjoni.
2.  

L-operatur tal-istabbiliment tad-dispaċċ għandu jiżgura li d-dokument ta’ awtodikjarazzjoni previst fil-paragrafu 1 jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-isem u l-indirizz tal-ispeditur u tad-destinatarju;

(b) 

l-isem u l-indirizz tal-post tad-dispaċċ u tal-post tad-destinazzjoni;

▼M1

(c) 

id-data tad-dispaċċ tal-konsenja;

▼B

(d) 

it-tip tal-prodotti ġerminali u l-ispeċijiet tal-annimali donaturi;

(e) 

l-għadd ta’ tubi straw jew ta’ pakketti oħrajn fil-konsenja li se tintbagħat;

(f) 

l-informazzjoni li ġejja li tippermetti l-identifikazzjoni tal-prodotti ġerminali:

(i) 

il-marki applikati fuq it-tubi straw jew fuq pakketti oħrajn;

(ii) 

il-post u d-data tal-ġbir jew tal-produzzjoni tagħhom;

▼M1

(g) 

ir-riżultati disponibbli tat-testijiet imsemmija fl-Artikolu 45(2)(b);

▼M1

(h) 

in-numru tas-siġill applikat fuq il-kontenitur tat-trasport;

(i) 

id-dikjarazzjoni li l-konsenja tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 44 jew 45, inkluż li jkun inkiseb il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni biex tiġi aċċettata l-konsenja ta’ prodotti ġerminali.

▼B

Artikolu 47

Notifika bil-quddiem mill-operaturi ta’ movimenti bejn l-Istati Membri ta’ prodotti ġerminali intiżi għal finijiet xjentifiċi jew għal banek tal-ġeni

Meta l-prodotti ġerminali intiżi għal finijiet xjentifiċi jew għall-ħżin f’banek tal-ġeni jinġarru lejn Stat Membru ieħor, l-operatur tal-istabbiliment tad-dispaċċ għandu jinnotifika bil-quddiem lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-oriġini tal-konsenja dwar il-moviment intenzjonat ta’ dawk il-prodotti ġerminali u jipprovdi l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 46(2)(a) sa (g).

▼M1

Artikolu 48

Proċeduri ta’ emerġenza għan-notifika tal-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ prodotti ġerminali maħsuba għal finijiet xjentifiċi jew għall-ħżin fil-banek tal-ġeni fil-każ ta’ qtugħ tal-enerġija elettrika u tfixkil ieħor tal-IMSOC

Fil-każ ta’ qtugħ tal-enerġija elettrika u tfixkil ieħor tal-IMSOC, l-awtorità kompetenti tal-post ta’ oriġini tal-konsenja ta’ prodotti ġerminali maħsuba għal finijiet xjentifiċi jew għall-ħżin fil-banek tal-ġeni li se tinġarr minn Stat Membru għal ieħor għandha tikkonforma mal-arranġamenti ta’ kontinġenza stabbiliti fl-Artikolu 46 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715.

▼B



PARTI IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

▼M1

Artikolu 49

Miżuri tranżizzjonali

1.  
Iċ-ċentri għall-ġbir tas-semen, iċ-ċentri għall-ħżin tas-semen, il-gruppi għall-ġbir tal-embrijuni u l-gruppi għall-produzzjoni tal-embrijuni li jkunu ġew approvati qabel il-21 ta’ April 2021 f’konformità mad-Direttivi 88/407/KEE, 89/556/KEE, 90/429/KEE u 92/65/KEE msemmijin fis-sitt, fis-seba’, fit-tmien u fit-12-il inċiż tal-Artikolu 270(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 għandhom jitqiesu li huma approvati f’konformità mal-Artikolu 97 tar-Regolament (UE) 2016/429 u mal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament.

Fl-aspetti l-oħrajn kollha, dawn għandhom ikunu soġġetti għar-regoli previsti fir-Regolament (UE) 2016/429, u f’dan ir-Regolament.

2.  
Is-semen, l-ooċiti u l-embrijuni miġbura, prodotti, ipproċessati u maħżuna qabel il-21 ta’ April 2021 għandhom jitħallew jinġarru bejn l-Istati Membri, dment li jissodisfaw, fir-rigward tal-ġbir, il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ħżin ta’ prodotti ġerminali, ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-annimali donaturi u l-laboratorju u ta’ testijiet oħrajn imwettqa fuq l-annimali donaturi u prodotti ġerminali, ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttivi 88/407/KEE, 89/556/KEE, 90/429/KEE u 92/65/KEE.
3.  
It-tubi straw u pakketti oħrajn li fihom jitqiegħdu, jinħażnu u jiġu ttrasportati s-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni, kemm jekk separati f’dożi individwali kif ukoll jekk le, immarkati qabel il-21 ta’ April 2021 f’konformità mad-Direttivi 88/407/KEE, 89/556/KEE, 90/429/KEE u 92/65/KEE, għandhom jitqiesu li ġew immarkati f’konformità mal-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) 2016/429 u mal-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament.
4.  
Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġa qabel il-21 ta’ April 2021 f’konformità mad-Direttivi 88/407/KEE, 89/556/KEE, 90/429/KEE u 92/65/KEE, għandhom jitqiesu li nħarġu f’konformità mal-Artikolu 162 tar-Regolament (UE) 2016/429 u mal-Artikoli 30 u 31 ta’ dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 50

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-21 ta’ April 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

REGOLI GĦALL-ĠBIR, IL-PRODUZZJONI, L-IPPROĊESSAR U L-ĦŻIN TAL-PRODOTTI ĠERMINALI TAL-ANNIMALI BOVINI, PORĊINI, OVINI, KAPRINI U EKWINI MSEMMIJA FIL-KAPITOLU 1 TAL-PARTI II

PARTI 1

REKWIŻITI GĦAĊ-ĊENTRI TAL-ĠBIR TAS-SEMEN MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4

1. Ir-responsabbiltajiet tal-veterinarju taċ-ċentru, imsemmija fl-Artikolu 4(1)(a)(i) għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) 

il-veterinarju taċ-ċentru għandu jiżgura li:

(i) 

fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen, jinżammu biss l-annimali li ma ntużawx għat-tnissil b’mod naturali għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġbir tas-semen u matul il-perjodu tal-ġbir;

(ii) 

fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen, ir-rekords jinżammu f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8(1)(a);

▼M2

(iii) 

ma jkunx permess b’mod effettiv id-dħul ta’ persuni mhux awtorizzati;

▼B

(iv) 

il-viżitaturi awtorizzati jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-bijosigurtà u s-saħħa tal-annimali msemmija fil-punt (c)(i);

▼M1

(v) 

kull tubu straw jew pakkett ieħor li fih jitqiegħed is-semen hu mmarkat b’mod ċar f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10;

▼B

(vi) 

il-ġbir, l-ipproċessar u l-ħżin tas-semen isiru biss fil-bini mwarrab għal dak l-iskop u taħt kundizzjonijiet stretti ta’ iġjene;

(vii) 

is-semen li jinġabar f’ċentru tal-ġbir tas-semen biss jiġi pproċessat u jinħażen f’dak iċ-ċentru tal-ġbir tas-semen u dan ma għandux jiġi f’kuntatt ma’ ebda konsenja oħra ta’ prodotti ġerminali bi status ta’ saħħa inferjuri;

(viii) 

l-istrumenti kollha li jiġu f’kuntatt mas-semen jew mal-annimal donatur waqt il-ġbir u l-ipproċessar tas-semen jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati jew sterilizzati qabel jintużaw, minbarra l-istrumenti l-ġodda li jintużaw darba;

(ix) 

meta, fil-każ tal-annimali ekwini, iċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ikun jinsab fil-perimetri ta’ stabbiliment irreġistrat li jkun fih ukoll ċentru tal-inseminazzjoni artifiċjali jew ċentru tat-tgħammir naturali, l-istrumenti u t-tagħmir li jiġu f’kuntatt mal-annimali donaturi, mas-semen tagħhom u ma’ annimali oħrajn miżmuma fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen jinżammu separati b’mod strett mill-istrumenti u t-tagħmir li jintużaw għall-inseminazzjoni artifiċjali u għat-tgħammir naturali;

(x) 

kull prodott bijoloġiku li joriġina mill-annimali li jintuża fl-ipproċessar tas-semen, fosthom dilwenti, addittivi jew estendituri, jinkiseb minn sorsi li ma jippreżentaw l-ebda riskju għas-saħħa tal-annimali jew li jiġu ttrattati qabel ma jintużaw biex jiġi evitat dan ir-riskju;

(xi) 

qabel ma tinbeda kull operazzjoni ta’ mili, il-kontenituri tal-ħżin u l-kontenituri tat-trasport jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati jew sterilizzati, ħlief l-istrumenti ġodda li jintużaw darba;

(xii) 

l-aġenti krijoġeniċi li jintużaw għall-preservazzjoni jew għall-ħżin tas-semen ma jkunux intużaw qabel għal prodotti oħrajn;

(xiii) 

il-membri tal-persunal impjegati fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ikunu rċevew taħriġ adegwat dwar it-tekniki ta’ diżinfezzjoni u iġjene biex jiġi evitat it-tixrid tal-mard;

(b) 

permezz ta’ deroga mill-punt (a)(vii), il-veterinarju taċ-ċentru jista’ jawtorizza li s-semen li ma jkunx inġabar f’ċentru tal-ġbir tas-semen jiġi pproċessat fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

tali semen jinġabar minn annimali li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin stabbiliti fl-Anness II

— 
rigward l-annimali bovini, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(b) tal-Kapitolu I tal-Parti 1 u, skont kif japplika, fil-Kapitoli I, II u III tal-Parti 5 tiegħu;
— 
rigward l-annimali porċini, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(b) tal-Kapitolu I tal-Parti 2 u, skont kif japplika, fil-Kapitoli I u IV tal-Parti 5 tiegħu;
— 
rigward l-annimali ovini u kaprini, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(c) tal-Kapitolu I tal-Parti 3 u, skont kif japplika, fil-Kapitoli I, II u III tal-Parti 5 tiegħu;
— 
rigward l-annimali ekwini, fil-punt 1(a) tal-Kapitolu I tal-Parti 4 tiegħu;
(ii) 

l-ipproċessar isir b’tagħmir separat inkella jsir f’ħin differenti minn dak tas-semen li jkun maħsub biex jinġarr lejn Stat Membru ieħor, u meta jsir f’ħin differenti bl-istess tagħmir, it-tagħmir irid jitnaddaf u jiġi sterilizzat wara li jintuża;

(iii) 

dan is-semen ma jinġarrx lejn Stat Membru ieħor u fl-ebda ħin ma għandu jiġi f’kuntatt ma’ semen maħsub biex jintbagħat fi Stat Membru ieħor jew ma għandu jinħażen miegħu;

(iv) 

tali semen ikun jista’ jiġi identifikat minn marka li trid tkun differenti minn dik imsemmija fil-punt (a)(v);

(c) 

il-veterinarju taċ-ċentru għandu:

(i) 

jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-bijosigurtà u tas-saħħa tal-annimali għat-tħaddim taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen, u jistabbilixxi l-miżuri li jiżguraw konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti;

(ii) 

fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen jaċċetta biss annimali ta’ speċijiet li se jinġabar is-semen tagħhom;

(d) 

permezz ta’ deroga mill-punt (c)(ii), il-veterinarju taċ-ċentru jista’ jawtorizza d-dħul tal-annimali miżmuma, minbarra annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen, dment li ma jippreżentaw l-ebda riskju ta’ infezzjoni għal dawk l-ispeċijiet li għandu jinġabar is-semen tagħhom u jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-bijosigurtà u tas-saħħa tal-annimali msemmija fil-punt (c)(i);

▼M2

(e) 

iċ-ċentru veterinarju tal-ġbir tas-semen għall-annimali ekwini li jkun jinsab fil-perimetri ta’ stabbiliment irreġistrat li jkun fih ukoll ċentru tal-inseminazzjoni artifiċjali jew ċentru tat-tgħammir naturali, għandu jiżgura li l-annimali ekwini li jidħlu fl-istabbiliment jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 23(1)(a) u jista’ jiddeċiedi li jekk ma jkunx jista’ jiġi eskluż il-kuntatt dirett ta’ annimali ekwini donaturi maskili ma’ annimali ekwini femminili jew ma’ annimali ekwini maskili kkastrati li jintużaw biex iħajru lill-oħrajn jitgħammru, jew ma’ annimali ekwini mhux ikkastrati li jintużaw għat-tgħammir naturali fl-istabbiliment barra ċ-ċentru tal-ġbir tas-semen, dawk l-annimali ekwini femminili u maskili jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 23(1).

▼B

2. Ir-rekwiżiti għall-faċilitajiet, għat-tagħmir u għall-proċeduri operattivi taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen, imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b)(i), għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) 

iċ-ċentru tal-ġbir tas-semen irid ikollu mill-inqas:

(i) 

akkomodazzjoni tal-annimali li tissakkar u, jekk meħtieġ, żona għall-eżerċizzju tal-annimali ekwini, li tkun fiżikament separata mill-faċilitajiet tal-ġbir tas-semen, mill-kmamar tal-ipproċessar u tal-ħżin tas-semen;

(ii) 

faċilitajiet ta’ iżolament għall-annimali li jkunu fallew mit-testijiet imsemmija fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, jew li juru sintomi jew sinjali ta’ xi waħda mill-mardiet tal-kategorija D li tkun rilevanti għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini, u dawn il-faċilitajiet ma jrid ikollhom l-ebda konnessjoni diretta mal-akkomodazzjoni regolari tal-annimali msemmija fil-punt (i);

(iii) 

faċilitajiet għall-ġbir tas-semen, li jistgħu jkunu fil-beraħ, dment li jkunu protetti mill-effetti tal-maltemp, b’paviment kontra ż-żliq fil-post tal-ġbir tas-semen u madwaru;

(iv) 

kamra separata għat-tindif u d-diżinfezzjoni jew l-isterilizzazzjoni tat-tagħmir;

(v) 

kamra għall-ipproċessar tas-semen, separata mill-faċilitajiet tal-ġbir tas-semen u l-kamra għat-tindif tat-tagħmir imsemmija fil-punt (iv), li mhux bilfors iridu jkunu fuq l-istess sit;

(vi) 

kamra għall-ħżin tas-semen, li mhux bilfors trid tkun fuq l-istess sit; il-kamra għall-ħżin tas-semen trid tkun mgħammra bl-installazzjoni meħtieġa biex jinħażnu l-prodotti ġerminali, u trid tkun mibnija b’tali mod li tipproteġi l-prodotti ġerminali u l-installazzjoni mill-effetti ambjentali u tal-maltemp avversi;

(b) 

iċ-ċentru tal-ġbir tas-semen irid ikun mibni jew iżolat b’mod li jiġi evitat il-kuntatt mal-bhejjem ta’ barra;

(c) 

iċ-ċentru tal-ġbir tas-semen irid ikun mibni b’mod li jkun jista’ jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat faċilment, ħlief il-kmamar tal-uffiċini u, fil-każ tal-annimali ekwini, iż-żona tal-eżerċizzju;

(d) 

iċ-ċentru tal-ġbir tas-semen irid ikun mibni b’mod li jiġi evitat b’mod effettiv l-aċċess min-nies mhux awtorizzati.

PARTI 2

REKWIŻITI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ GRUPP GĦALL-ĠBIR TAL-EMBRIJUNI MSEMMI FL-ARTIKOLU 4

1. Ir-responsabbiltajiet tal-veterinarju tal-grupp għall-ġbir tal-embrijuni, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(a)(ii), għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) 

il-veterinarju tal-grupp għandu jkun responsabbli mill-operazzjonijiet kollha tal-grupp għall-ġbir tal-embrijuni, inklużi, fost l-oħrajn, dawn li ġejjin:

(i) 

il-verifika tal-identità u tal-istatus tas-saħħa tal-annimali donaturi;

(ii) 

l-eżami kliniku u l-kirurġija tal-annimali donaturi;

(iii) 

il-proċeduri ta’ diżinfezzjoni u tal-iġjene, anki l-proċeduri li jiżguraw li l-embrijuni jitwasslu sal-laboratorju b’mod iġjeniku u sikur;

(iv) 

iż-żamma tar-rekords f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8(1)(b));

▼M2

(v) 

l-immarkar tat-tubi straw u ta’ pakketti oħrajn fejn jitqiegħdu l-ooċiti jew l-embrijuni derivati in vivo f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10(1) u (5);

▼B

(vi) 

it-taħriġ tal-membri tal-grupp għall-ġbir tal-embrijuni dwar it-tekniki ta’ diżinfezzjoni u iġjene għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-mard;

(b) 

il-veterinarju tal-grupp għandu jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali u tal-bijosigurtà li jħaddem il-grupp għall-ġbir tal-embrijuni, u l-miżuri li jiżguraw il-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti, fosthom l-ittestjar tal-kampjuni fi skema ta’ kontroll tal-kwalità.

▼M2

2. Il-faċilitajiet, it-tagħmir u l-proċeduri operattivi tal-grupp għall-ġbir tal-embrijuni, imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b)(ii), għandhom ikunu konformi mal-punti (a) u (b) li ġejjin:

(a) 

il-grupp għall-ġbir tal-embrijuni jrid ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu laboratorju fejn ikunu jistgħu jiġu eżaminati, ipproċessati u ppakkjati l-ooċiti jew l-embrijuni derivati in vivo, b’tagħmir adegwat, u dak il-laboratorju jrid ikun:

(i) 

laboratorju li jkun jinsab f’post permanenti, li jrid ikollu dawn li ġejjin:

— 
kamra għall-ipproċessar tal-ooċiti jew tal-embrijuni derivati in vivo, li tkun fiżikament separata miż-żona li tintuża għall-immaniġġar tal-annimali donaturi waqt il-ġbir,
— 
kamra jew żona għall-istrumenti tat-tindif u l-isterilizzazzjoni użati għall-ġbir u l-ipproċessar tal-ooċiti jew tal-embrijuni derivati in vivo, ħlief meta jintuża biss tagħmir ġdid li jintuża darba,
— 
kamra għall-ħżin ta’ ooċiti jew tal-embrijuni derivati in vivo;

jew

(ii) 

laboratorju mobbli li jrid:

— 
ikollu parti mill-vettura mgħammra b’mod speċjali li tikkonsisti f’żewġ partijiet separati: parti waħda għall-eżaminazzjoni u għall-ipproċessar tal-ooċiti jew tal-embrijuni derivati in vivo, li trid tkun il-parti n-nadifa; u parti oħra fejn jinżammu t-tagħmir u l-materjali li jintużaw f’kuntatt mal-annimali donaturi,
— 
juża biss tagħmir ġdid li jintuża darba, sakemm l-isterilizzazzjoni tat-tagħmir tiegħu u l-forniment ta’ fluwidi u ta’ prodotti oħrajn meħtieġa għall-ġbir u għall-ipproċessar tal-ooċiti jew tal-embrijuni derivati in vivo ma jitwettqux f’laboratorju li jkun jinsab f’post permanenti.

Il-laboratorji msemmija fil-punti (i) u (ii) iridu jkunu ddisinjati u mqassmin b’tali mod li ma jippermettux il-kontaminazzjoni kroċjata tal-ooċiti jew tal-embrijuni derivati in vivo, u l-operazzjonijiet tal-grupp għandhom jitwettqu b’mod li tiġi evitata tali kontaminazzjoni kroċjata;

(b) 

il-grupp għall-ġbir tal-embrijuni jrid ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu bini għall-ħżin konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

ikun fih mill-inqas kamra waħda li tissakkar għall-ħżin tal-ooċiti jew tal-embrijuni derivati in vivo;

(ii) 

irid ikun jista’ jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat faċilment;

(iii) 

irid ikollu rekords permanenti tal-ooċiti jew tal-embrijuni derivati in vivo kollha li jidħlu u joħorġu;

(iv) 

irid ikollhom kontenituri tal-ħżin għall-ooċiti jew għall-embrijuni derivati in vivo.

▼B

PARTI 3

REKWIŻITI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ GRUPP GĦALL-PRODUZZJONI TAL-EMBRIJUNI MSEMMI FL-ARTIKOLU 4

1. Minbarra r-responsabbiltajiet elenkati fil-punt 1 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness, il-veterinarju ta’ grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni, imsemmi fl-Artikolu 4(1)(a)(ii), għandu jiżgura li l-membri tal-grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni jkunu rċevew taħriġ adegwat dwar il-kontroll tal-mard u t-tekniki tal-laboratorju, b’mod partikolari dwar il-proċeduri għall-ħidma f’kundizzjonijiet sterili.

2. Minbarra r-rekwiżiti elenkati fil-punt 2 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness, il-faċilitajiet, it-tagħmir u l-proċeduri operattivi ta’ grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b)(iii), għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

il-grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni jrid ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu laboratorju li jkun jinsab f’post permanenti li jrid ikollu:

(i) 

tagħmir u faċilitajiet adegwati, inklużi kmamar jew żoni separati għal:

— 
l-irkupru tal-ooċiti mill-ovarji;
— 
l-ipproċessar tal-ooċiti u tal-embrijuni; u
— 
l-ħżin tal-embrijuni u tas-semen;
(ii) 

impjant bi fluss laminari jew faċilitajiet xierqa oħrajn fejn jitwettqu l-operazzjonijiet tekniċi kollha assoċjati ma’ kundizzjonijiet sterili speċifiċi (jiġifieri, l-ipproċessar ta’ ooċiti, embrijuni u semen); madankollu, iċ-ċentrifugazzjoni tas-semen tista’ titwettaq barra l-impjant tal-fluss laminari jew faċilità oħra, sakemm jittieħdu prekawzjonijiet sħaħ ta’ iġjene;

(b) 

meta l-ooċiti u tessuti oħrajn ikunu jridu jinġabru f’biċċerija, il-grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni jrid ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu tagħmir xieraq għall-ġbir u t-trasportazzjoni tal-ovarji u tessuti oħrajn lejn il-laboratorju tal-ipproċessar b’mod iġjeniku u sikur;

(c) 

il-grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni jista’ jesternalizza l-ġbir tal-ooċiti lil grupp ta’ professjonisti speċjalizzati dment li l-attività tagħhom tkun inkluża fl-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, tal-grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni, u li r-responsabbiltajiet tal-veterinarju tal-grupp, imsemmijin fil-punt 1, ikunu estiżi għall-attivitajiet tagħhom;

(d) 

il-grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni għandu juża semen li:

(i) 

jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(ii) 

jinħażen għall-operat tal-grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni f’kontenituri tal-ħżin separati fil-bini msemmi fil-punt 2(b) tal-Parti 2 għall-ħżin tal-embrijuni prodotti.

PARTI 4

REKWIŻITI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ STABBILIMENT TAL-IPPROĊESSAR TAL-PRODOTTI ĠERMINALI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 4

1. Ir-responsabbiltajiet tal-veterinarju taċ-ċentru, imsemmijin fl-Artikolu 4(1)(a)(i), għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) 

il-veterinarju taċ-ċentru għandu jiżgura li:

(i) 

fl-istabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali, ir-rekords jinżammu skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8(1)(c);

▼M2

(ii) 

ma jkunx permess b’mod effettiv id-dħul ta’ persuni mhux awtorizzati;

▼B

(iii) 

il-viżitaturi awtorizzati jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-bijosigurtà u tas-saħħa tal-annimali msemmija fil-punt (b)(i);

▼M1

(iv) 

kull tubu straw jew pakkett ieħor li fih jitqiegħed is-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni hu mmarkat b’mod ċar f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10;

▼B

(v) 

l-ipproċessar u l-ħżin tas-semen isiru biss fil-bini mwarrab għal dak l-iskop u taħt kundizzjonijiet ta’ iġjene stretti;

(vi) 

l-istrumenti kollha li jiġu f’kuntatt mal-prodotti ġerminali jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati jew sterilizzati qabel ma jintużaw, ħlief l-istrumenti ġodda li jintużaw darba;

(vii) 

qabel ma tinbeda kull operazzjoni ta’ mili, il-kontenituri tal-ħżin u l-kontenituri tat-trasport jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati jew sterilizzati, ħlief il-kontenituri ġodda li jintużaw darba;

(viii) 

l-aġenti krijoġeniċi li jintużaw għall-preservazzjoni jew għall-ħżin ta’ prodotti ġerminali ma jkunux intużaw qabel għal prodotti oħrajn;

(ix) 

il-membri tal-persunal tal-istabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali jkunu ngħataw taħriġ adegwat:

— 
dwar it-tekniki ta’ diżinfezzjoni u iġjene għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-mard;
— 
għall-fini tal-ipproċessar ta’ prodotti ġerminali, dwar it-tekniki tal-laboratorju u, b’mod partikolari, dwar il-proċeduri għall-ħidma f’kundizzjonijiet sterili;
(b) 

il-veterinarju taċ-ċentru għandu:

(i) 

jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-bijosigurtà u tas-saħħa tal-annimali għat-tħaddim tal-istabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali u l-miżuri li jiżguraw konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti;

(ii) 

jaċċetta biss, fi stabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali, is-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni miġbura, prodotti, ipproċessati u maħżuna fi stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat, u ttrasportati taħt kundizzjonijiet li jiżguraw li tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni, billi ma jkollhom ebda kuntatt ma’ prodotti ġerminali li ma jkunux konformi mar-regoli stipulati f’dan ir-Regolament.

2. Ir-rekwiżiti għall-faċilitajiet, għat-tagħmir u għall-proċeduri tat-tħaddim ta’ stabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali, imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b)(iv), għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) 

l-istabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali jrid ikollu mill-inqas:

(i) 

kamra għall-ipproċessar tal-prodotti ġerminali, separata mill-kamra għall-ħżin tal-prodotti ġerminali msemmija fil-punt (ii) u mill-kamra li tintuża għat-tindif tat-tagħmir imsemmija fil-punt (iii);

(ii) 

kamra għall-ħżin tal-prodotti ġerminali, li mhux bilfors trid tkun fuq l-istess sit, li tkun mgħammra bl-installazzjoni meħtieġa għall-ħżin tal-prodotti ġerminali, u li trid tkun mibnija b’tali mod li tipproteġi dawk il-prodotti ġerminali u l-installazzjoni mill-effetti ambjentali u tal-maltemp avversi;

(iii) 

kamra separata għat-tindif u d-diżinfezzjoni jew l-isterilizzazzjoni tat-tagħmir;

(b) 

meta l-ipproċessar ma jkunx limitat għall-prodotti ġerminali kkonsenjati minn stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat wieħed jew għal prodott ġerminali ta’ tip wieħed jew ta’ speċi waħda, l-istabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali jrid ikollu proċeduri fis-seħħ li jiżguraw dawn li ġejjin:

(i) 

l-ipproċessar ta’ kull konsenja ta’ prodotti ġerminali jkun separat fiż-żmien; u

(ii) 

it-tagħmir jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat bejn l-ipproċessar ta’ konsenji differenti;

(c) 

meta l-ħżin ma jkunx limitat għal prodott ġerminali ta’ tip wieħed jew ta’ speċi waħda,

(i) 

l-istabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali jeħtieġ li jkollu kontenituri tal-ħżin distinti assenjati għal kull tip u kull speċi ta’ prodott ġerminali li jinħażen fil-kamra tal-ħżin tal-prodotti ġerminali msemmija fil-punt (a)(ii), u

(ii) 

it-trattament tal-prodotti ġerminali maħżuna ta’ tipi u ta’ speċijiet differenti jeħtieġ li jitwettaq minn persunal separat jew f’ħin differenti;

(d) 

l-istabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali jrid ikun mibni b’mod li, ħlief għall-kmamar tal-uffiċini, ikun jista’ jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat faċilment;

(e) 

l-istabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali jrid ikun mibni b’mod li jiġi evitat b’mod effettiv l-aċċess mhux awtorizzat tan-nies.

PARTI 5

REKWIŻITI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ ĊENTRU TAL-ĦŻIN TAL-PRODOTTI ĠERMINALI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 4

1. Ir-responsabbiltajiet tal-veterinarju taċ-ċentru, imsemmijin fl-Artikolu 4(1)(a)(i), għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) 

il-veterinarju taċ-ċentru għandu jiżgura li:

(i) 

fiċ-ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali, ir-rekords jinżammu skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8(1)(c);

(ii) 

jiġi evitat b’mod effettiv id-dħul ta’ persuni mhux awtorizzati;

(iii) 

il-viżitaturi awtorizzati jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-bijosigurtà u tas-saħħa tal-annimali msemmija fil-punt (b)(i);

▼M1

(iv) 

kull tubu straw jew pakkett ieħor li fih jitqiegħed is-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni hu mmarkat b’mod ċar f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10;

▼B

(v) 

il-ħżin tal-prodotti ġerminali jsir biss fil-bini mwarrab għal dak l-iskop u taħt kundizzjonijiet ta’ iġjene stretti;

(vi) 

l-istrumenti kollha li jiġu f’kuntatt mal-prodotti ġerminali jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati jew sterilizzati qabel ma jintużaw, ħlief l-istrumenti ġodda li jintużaw darba;

(vii) 

qabel ma tinbeda kull operazzjoni ta’ mili, il-kontenituri tal-ħżin u l-kontenituri tat-trasport jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati jew sterilizzati, ħlief il-kontenituri ġodda li jintużaw darba;

(viii) 

l-aġenti krijoġeniċi li jintużaw għall-preservazzjoni jew għall-ħżin tal-prodotti ġerminali ma jkunux intużaw qabel għal prodotti oħrajn;

(ix) 

il-membri tal-persunal impjegati fiċ-ċentru tal-ħżin ta’ prodotti ġerminali jkunu rċevew taħriġ adegwat dwar it-tekniki ta’ diżinfezzjoni u iġjene għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-mard;

(b) 

il-veterinarju taċ-ċentru għandu:

(i) 

jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-bijosigurtà u tas-saħħa tal-annimali għat-tħaddim tal-istabbiliment tal-ipproċessar tal-prodotti ġerminali u l-miżuri li jiżguraw konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti;

(ii) 

jaċċetta biss, f’ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali, is-semen, l-ooċiti jew l-embrijuni miġbura, prodotti, ipproċessati u maħżuna fi stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat, u ttrasportati f’kundizzjonijiet li jiżguraw li tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata tas-semen, tal-ooċiti jew tal-embrijuni, billi ma kellhom ebda kuntatt ma’ prodotti ġerminali li ma jkunux konformi mar-regoli stipulati f’dan ir-Regolament.

2. Ir-rekwiżiti għall-faċilitajiet, għat-tagħmir u għall-proċeduri tat-tħaddim ta’ ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali, imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b)(v), għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) 

iċ-ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali jrid ikollu kamra tal-ħżin mgħammra bl-installazzjoni meħtieġa għall-ħżin ta’ prodotti ġerminali, li tkun mibnija b’tali mod li tipproteġi dawk il-prodotti ġerminali u l-installazzjoni mill-effetti ambjentali u tal-maltemp avversi;

(b) 

meta l-ħżin ma jkunx limitat għal prodott ġerminali ta’ tip wieħed jew ta’ speċi waħda,

(i) 

l-istabbiliment tal-ħżin tal-prodotti ġerminali jeħtieġ li jkollu kontenituri tal-ħżin distinti assenjati għal kull tip u kull speċi ta’ prodott ġerminali li jinħażen fiċ-ċentru, u

(ii) 

it-trattament tal-prodotti ġerminali maħżuna ta’ tipi u ta’ speċijiet differenti jeħtieġ li jitwettaq minn persunal separat jew f’ħin differenti;

(c) 

iċ-ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali jrid ikun mibni b’mod li, ħlief għall-kmamar tal-uffiċini, ikun jista’ jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat faċilment;

▼M2 —————

▼B

(e) 

iċ-ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali jrid ikun mibni b’mod li jiġi evitat b’mod effettiv l-aċċess mhux awtorizzat tan-nies.




ANNESS II

REKWIŻITI ADDIZZJONALI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-ANNIMALI BOVINI, OVINI, KAPRINI, PORĊINI U EKWINI LI MINNHOM JINĠABRU L-PRODOTTI ĠERMINALI, U LI JIKKONĊERNAW IL-KWARANTINA U T-TESTIJIET TAL-LABORATORJU JEW TESTIJIET OĦRAJN TA’ DAWK L-ANNIMALI KIF IMSEMMI FIT-TAQSIMA 2 TAL-KAPITOLU 1 TAL-PARTI III

PARTI 1

REKWIŻITI ADDIZZJONALI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-ANNIMALI BOVINI LI MINNHOM JINĠABRU L-PRODOTTI ĠERMINALI, U LI JIKKONĊERNAW IL-KWARANTINA U T-TESTIJIET TAL-LABORATORJU JEW TESTIJIET OĦRAJN TA’ DAWK L-ANNIMALI, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 20

Kapitolu I

Rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali għall-annimali bovini li minnhom jinġabar is-semen, u li jikkonċernaw il-kwarantina u t-testijiet tal-laboratorju jew testijiet oħrajn għal dawk l-annimali

1. Għall-annimali bovini kollha li jiddaħħlu f’ċentru tal-ġbir tas-semen, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

iridu jkunu ddaħħlu fil-kwarantina f’akkomodazzjoni ta’ kwarantina fejn kien hemm biss annimali bid-difer mifruq li kellhom mill-inqas l-istess status tas-saħħa bħal tagħhom;

(b) 

fil-perjodu tat-30 jum ta’ qabel il-bidu tal-kwarantina msemmija fil-punt (a), l-annimali jridu jkunu sarulhom it-testijiet li ġejjin u f’kull każ ikunu taw riżultat negattiv, minbarra t-test tal-antikorpi tad-dijarea virali bovina msemmi fil-punt (v):

▼M1

(i) 

għall-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis), test imsemmi fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688;

▼B

(ii) 

għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil- Brucella suis, test seroloġiku msemmi fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688;

▼M1

(iii) 

għal-lewkożi enzootika bovina, test seroloġiku msemmi fil-punt (a) tal-Parti 4 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, sakemm ma tapplikax id-deroga prevista fl-Artikolu 20(2)(a) ta’ dan ir-Regolament;

▼B

(iv) 

għar-rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva, test seroloġiku (virus sħiħ) fuq kampjun tad-demm, jekk l-annimali ma jkunux ġew minn stabbiliment ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva;

(v) 

għad-dijarea virali bovina:

— 
test għall-iżolament tal-virus, test għall-ġenoma tal-virus jew test għall-antiġene tal-virus, u
— 
test seroloġiku sabiex jiddetermina l-preżenza jew l-assenza tal-antikorpi;
(c) 

matul il-kwarantina msemmija fil-punt (a), u għal perjodu ta’ mill-inqas 21 jum, jew sebat ijiem fil-każ tat-testijiet meħtieġa f’konformità mal-punti (iv) u (v), wara li jkunu ddaħħlu fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina, l-annimali jridu jkunu sarulhom it-testijiet li ġejjin b’riżultat negattiv f’kull każ, ħlief it-test għall-antikorpi tad-dijarea virali bovina msemmi fil-punt (iii):

(i) 

għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil- Brucella suis, test seroloġiku msemmi fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688;

(ii) 

għar-rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva, test seroloġiku (virus sħiħ) fuq kampjun tad-demm.

(iii) 

għad-dijarea virali bovina:

— 
test għall-iżolament tal-virus, test għall-ġenoma tal-virus jew test għall-antiġene tal-virus, u
— 
test seroloġiku sabiex jiddetermina l-preżenza jew l-assenza tal-antikorpi.

Kull annimal seronegattiv jew seropożittiv għandu jiddaħħal fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen biss jekk ma sseħħ l-ebda serokonverżjoni fl-annimali li jkunu taw riżultat seronegattiv qabel id-dħul fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina.

Jekk isseħħ serokonverżjoni, l-annimali kollha li jibqgħu seronegattivi għandhom jinżammu fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina għal perjodu ta’ żmien itwal, sakemm fil-grupp ta’ annimali ma jkunx hemm aktar serokonverżjoni għal perjodu ta’ tliet ġimgħat. L-annimali seroloġikament pożittivi jistgħu jitħallew jidħlu fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen;

(iv) 

għall-kampilobatterjożi ġenitali bovina (Campylobacter fetus ssp. venerealis):

— 
fil-każ ta’ annimali li għandhom inqas minn sitt xhur jew li jkunu ilhom jinżammu minn dik l-età fi grupp ta’ sess wieħed mingħajr kuntatt ma’ annimali femminili qabel il-kwarantina msemmija fil-punt (a), test wieħed imwettaq fuq kampjun ta’ ħasil artifiċjali tal-vaġina jew eżemplar prepuzjali; jew
— 
testijiet imwettqa fuq kampjuni ta’ ħasil artifiċjali tal-vaġina jew kampjuni prepuzjali li jittieħdu fi tliet okkażjonijiet b’intervalli ta’ mill-inqas sebat ijiem;
(v) 

għat-trikomonożi (Trichomonas foetus):

— 
fil-każ ta’ annimali li għandhom inqas minn sitt xhur jew li jkunu ilhom jinżammu minn dik l-età fi grupp ta’ sess wieħed mingħajr kuntatt ma’ annimali femminili qabel il-kwarantina msemmija fil-punt (a), test wieħed fuq kampjun ta’ eżemplar prepuzjali; jew
— 
testijiet imwettqa fuq kampjuni prepuzjali meħuda fi tliet okkażjonijiet b’intervalli ta’ mill-inqas sebat ijiem;

Jekk xi wieħed mit-testijiet imsemmija fil-punt (c) ikun pożittiv, l-annimal ikkonċernat għandu jitneħħa minnufih mill-akkomodazzjoni tal-kwarantina. Fil-każ tal-kwarantina ta’ grupp ta’ annimali, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tistabbilixxi mill-ġdid l-eliġibbiltà tal-annimali li jifdal biex jidħlu fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen f’konformità mal-Kapitolu I tal-Parti 1 ta’ dan l-Anness;

(d) 

qabel id-dispaċċ inizjali tas-semen minn barrin seroloġikament pożittivi għad-dijarea virali bovina, kampjun tas-semen minn kull annimal għandu jiġi ssoġġettat għal test ta’ iżolament virali jew test ta’ assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku (ELISA) għall-antiġeni tal-virus jew iżolament tal-virus għad-dijarea virali bovina. Fil-każ ta’ riżultat pożittiv, il-barri għandu jitneħħa miċ-ċentru tal-ġbir tas-semen u s-semen kollu tiegħu għandu jinqered.

2. L-annimali bovini kollha li jinżammu f’ċentru tal-ġbir tas-semen mill-inqas darba fis-sena għandhom jiġu ssoġġettati għat-testijiet li ġejjin (testijiet ta’ rutina obbligatorji), b’riżultati negattivi:

▼M1

(a) 

għall-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis), test imsemmi fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688;

▼B

(b) 

għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil- Brucella suis, test seroloġiku msemmi fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688;

(c) 

għal-lewkożi enzootika bovina, test seroloġiku msemmi fil-punt (a) tal-Parti 4 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688;

(d) 

għar-rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva, test seroloġiku (virus sħiħ) fuq kampjun tad-demm;

(e) 

għad-dijarea virali bovina, test seroloġiku għall-individwazzjoni tal-antikorpi, li jiġi applikat biss għall-annimali seronegattivi.

F’każ li annimal isir serologikament pożittiv, kull eġakulazzjoni ta’ dak l-annimal miġbura mill-aħħar test negattiv għandha jew titwarrab inkella tiġi ttestjata għall-virus jew għall-ġenoma tal-virus b’riżultati negattivi;

(f) 

għall-kampilobatterjożi ġenitali bovina, test fuq kampjun ta’ eżemplar prepuzjali. Għandhom ikunu meħtieġa li jiġu ttestjati biss il-barrin li qegħdin għall-produzzjoni tas-semen jew li jkunu f’kuntatt ma’ barrin li qegħdin għall-produzzjoni tas-semen. Il-barrin li jirritornaw għall-ġbir wara perjodu ta’ mistrieħ ta’ aktar minn sitt xhur għandhom jiġu ttestjati matul perjodu ta’ mhux aktar minn 30 jum qabel terġa’ tibda l-produzzjoni;

(g) 

għat-trikomonożi, test fuq kampjun ta’ eżemplar prepuzjali. Għandhom ikunu meħtieġa li jiġu ttestjati biss il-barrin li qegħdin għall-produzzjoni tas-semen jew li jkunu f’kuntatt ma’ barrin li qegħdin għall-produzzjoni tas-semen. Il-barrin li jirritornaw għall-ġbir wara perjodu ta’ mistrieħ ta’ aktar minn sitt xhur għandhom jiġu ttestjati matul perjodu ta’ mhux aktar minn 30 jum qabel terġa’ tibda l-produzzjoni.

3. Jekk xi wieħed mit-testijiet imsemmija fil-punt 2 ikollu riżultat pożittiv, l-annimal għandu jiġi iżolat u s-semen li jkun inġabar minnu wara l-aħħar test b’riżultat negattiv ma għandux jinġarr lejn Stat Membru ieħor, bl-eċċezzjoni, għad-dijarea virali bovina, tas-semen minn kull eġakulazzjoni li tat riżultat negattiv għat-testijiet għall-virus tad-dijarea virali bovina jew għall-ġenoma tal-virus.

L-annimal imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jitneħħa miċ-ċentru tal-ġbir tas-semen.

Is-semen li jinġabar mill-annimali l-oħrajn kollha fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen wara d-data ta’ meta jkun ittieħed l-aħħar kampjun li ta riżultat negattiv f’wieħed mit-testijiet deskritti fil-punt 2 għandu jinżamm f’ħażna separata u ma għandux jinġarr minn Stat Membru għal ieħor, sakemm ma jitreġġax lura l-istatus tas-saħħa taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen u s-semen maħżun ikun għadda mill-investigazzjonijiet uffiċjali xierqa li jeskludu l-preżenza fis-semen ta’ patoġeni li jikkawżaw il-mard imsemmi fil-punt 2.

Kapitolu II

Rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali għall-annimali bovini donaturi ta’ embrijuni dderivati in vivo, u li jikkonċernaw il-kwarantina ta’ dawk l-annimali

1. L-annimali bovini donaturi jridu jkunu ġew eżaminati klinikament mill-veterinarju tal-grupp jew minn membru tal-grupp, u jiġu ċċertifikati li huma ħielsa minn sintomi jew sinjali ta’ xi waħda mill-mardiet tal-kategorija D rilevanti għall-annimali tal-ispeċi bovina dakinhar tal-ġbir tal-embrijuni.

2. Is-semen użat għall-inseminazzjoni ta’ annimali bovini donaturi b’mod artifiċjali jrid ikun inġabar, ġie pproċessat u maħżun f’konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II, u tal-Parti 1 tal-Anness III.

Kapitolu III

Rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali għall-annimali bovini li minnhom jinġabru l-ooċiti għall-produzzjoni in vitro tal-embrijuni, u li jikkonċernaw il-kwarantina ta’ dawk l-annimali

1. Meta l-ooċiti jittieħdu minn annimali bovini ħajjin individwali (jew permezz tal-aspirazzjoni minn ovarji mneħħija b’mod kirurġiku (“ovarjektomija”) jew permezz tal-aspirazzjoni transvaġinali ggwidata b’mod ultrasonografiku (“ovum pick-up”)), ir-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu II għandhom japplikaw għall-annimali donaturi ta’ dawn l-ooċiti.

2. Fil-każ ta’ annimali bovini donaturi ta’ ovarji u tessuti oħrajn li jkunu se jinġabru wara t-tbiċċir f’biċċerija, jeħtieġ li dawk l-annimali ma jkunux ġew indikati għat-tbiċċir bħala parti minn programm ta’ eradikazzjoni approvat, u lanqas ma jkunu ġew minn stabbiliment li jinsab f’żona ristretta stabbilita minħabba tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A jew ta’ marda emerġenti, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/429 f’annimali bovini donaturi.

3. Il-biċċerija minn fejn jinġabru l-ovarji u tessuti oħrajn ma għandhiex tkun tinsab f’żona ristretta stabbilita minħabba tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A jew ta’ marda emerġenti skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/429 f’annimali bovini donaturi.

4. Is-semen li jintuża għall-fertilizzazzjoni tal-ooċiti tal-annimali bovini għall-produzzjoni in vitro tal-embrijuni jrid ikun inġabar, ġie pproċessat u nħażen skont ir-rekwiżiti tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II, u tal-Parti 1 tal-Anness III.

PARTI 2

REKWIŻITI ADDIZZJONALI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-ANNIMALI PORĊINI LI MINNHOM JINĠABRU L-PRODOTTI ĠERMINALI, U LI JIKKONĊERNAW IL-KWARANTINA U T-TESTIJIET TAL-LABORATORJU JEW TESTIJIET OĦRAJN TA’ DAWK L-ANNIMALI, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 21

Kapitolu I

Rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali għall-annimali porċini li minnhom jinġabar is-semen, u li jikkonċernaw il-kwarantina u t-testijiet tal-laboratorju jew testijiet oħrajn ta’ dawk l-annimali

1. Għall-annimali porċini kollha li jiddaħħlu f’ċentru tal-ġbir tas-semen, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

iridu jkunu ddaħħlu fil-kwarantina f’akkomodazzjoni ta’ kwarantina fejn kien hemm biss annimali bid-difer mifruq li kellhom mill-inqas l-istess status tas-saħħa bħal tagħhom;

(b) 

f’perjodu ta’ 30 jum qabel ma jiddaħħlu fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina msemmija fil-punt (a), l-annimali jridu jkunu sarulhom it-testijiet li ġejjin, b’riżultati negattivi:

(i) 

rigward l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis, test b’antiġene ta’ Brucella bbaferjat (test bir-Rose Bengal), test ELISA kompetittiv jew test ELISA indirett għall-individwazzjoni ta’ antikorpi għall-ispeċijiet ta’ Brucella lixxa.

Jekk ikun hemm annimali li jagħtu riżultat pożittiv fit-testijiet seroloġiċi li jindividwaw l-antikorpi għall-ispeċijiet ta’ Brucella lixxi (fosthom il-Brucella abortus, il-Brucella melitensis u l-Brucella suis), l-annimali li jagħtu riżultati negattivi fl-istess stabbiliment ma għandhomx jiddaħħlu fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina sakemm jiġi kkonfermat status ħieles mill-mard tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis tal-istabbilimenti tal-oriġini tal-annimali li rriżultaw pożittivi.

(ii) 

rigward l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky:

— 
fil-każ ta’ annimali mhux imlaqqmin, test ELISA għall-individwazzjoni ta’ antikorpi għall-virus intier tal-marda ta’ Aujeszky jew għall-glikoproteina B (ADV-gB) jew għall-glikoproteina D (ADV-gD) jew test tan-newtralizzazzjoni tas-serum;
— 
fil-każ ta’ annimali mlaqqmin b’vaċċin bil-gE mħassra, test ELISA għall-individwazzjoni ta’ antikorpi għall-glikoproteina E tal-virus tal-marda ta’ Aujeszky (ADV-gE).

It-testijiet seroloġiċi għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky iridu jissodisfaw l-istandards stipulati fil-Parti 7 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688;

(iii) 

rigward id-deni klassiku tal-ħnieżer, test ELISA għall-antikorpi jew test tan-newtralizzazzjoni tas-serum, f’każ ta’ annimali ġejjin minn Stat Membru jew minn żona tiegħu fejn ikun ġie rrappurtat id-deni klassiku tal-ħnieżer, jew fejn tul it-12-il xahar preċedenti kien qed isir tilqim kontra din il-marda;

(iv) 

rigward l-infezzjoni bil-virus ta’ sindrome riproduttiva u respiratorja tal-ħnieżer, test seroloġiku (l-assaġġ ta’ monosaff tal-immunoperossidażi (IPMA), l-assaġġ tal-immunofluworexxenza (IFA), jew test ELISA);

(c) 

ikunu sarulhom it-testijiet li ġejjin imwettqa fuq kampjuni li jittieħdu tul perjodu ta’ mill-inqas 21 jum wara li jkunu ddaħħlu fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina msemmija fil-punt (a):

(i) 

rigward l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis, test b’antiġene ta’ Brucella bbaferjat (test bir-Rose Bengal), test ELISA kompetittiv jew test ELISA indirett għall-individwazzjoni ta’ antikorpi għall-ispeċijiet ta’ Brucella lixxa.

L-annimali li taw riżultat pożittiv f’test imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandhom jitneħħew mill-akkomodazzjoni ta’ kwarantina, sakemm is-suspett ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis ma jkunx ġie eskluż f’konformità mal-punt (d).

(ii) 

rigward l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky:

— 
fil-każ ta’ annimali mhux imlaqqmin, test ELISA għall-individwazzjoni ta’ antikorpi għall-virus intier tal-marda ta’ Aujeszky jew għall-glikoproteina B (ADV-gB) jew għall-glikoproteina D (ADV-gD) jew test tan-newtralizzazzjoni tas-serum;
— 
fil-każ ta’ annimali mlaqqmin b’vaċċin bil-gE mħassra, test ELISA għall-individwazzjoni ta’ antikorpi għall-glikoproteina E tal-virus tal-marda ta’ Aujeszky (ADV-gE).

Jekk ikun hemm annimali li jagħtu riżultat pożittiv fit-testijiet għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky, dawk l-annimali għandhom jitneħħew minnufih mill-akkomodazzjoni ta’ kwarantina.

▼M2 —————

▼M2

(iv) 

fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tas-sindrome riproduttiva u respiratorja tal-ħnieżer, test seroloġiku (IPMA, IFA, jew ELISA) jew test għall-ġenoma tal-virus (traskrizzjoni inversa u reazzjoni katina bil-polimerażi (RT-PCR), RT-PCR b’sett ta’ primers imbejta, RT-PCR f’ħin reali).

Jekk ikun hemm annimali li jagħtu riżultat pożittiv fit-testijiet seroloġiċi għall-infezzjoni bil-virus tas-sindrome riproduttiva u respiratorja tal-ħnieżer, l-awtorità kompetenti għandha tikklassifika l-annimali kollha fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina bħala każ suspettat f’konformità mal-Artikolu 9(1)(b), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689. L-operatur għandu jiżola l-annimali pożittivi minnufih minn annimali oħra fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina. L-awtorità kompetenti għandha twettaq investigazzjoni biex tikkonferma jew teskludi infezzjoni bil-virus tas-sindrome riproduttiva u respiratorja tal-ħnieżer f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.

Jekk ikun hemm annimali li jagħtu riżultat pożittiv fit-testijiet għall-ġenoma tal-virus għall-virus tas-sindrome riproduttiva u respiratorja tal-ħnieżer, l-awtorità kompetenti għandha tikklassifika l-annimali kollha fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina bħala każ konfermat f’konformità mal-Artikolu 9(2)(b), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689. L-operatur għandu jneħħi dawk l-annimali minnufih mill-akkomodazzjoni ta’ kwarantina u jsegwi l-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti.

▼B

Meta grupp ta’ annimali jinżamm fil-kwarantina, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura li l-annimali li jifdal u li jkunu taw riżultati negattivi għat-testijiet imsemmija fil-punti (i), (ii) (iii) u (iv) ikollhom status ta’ saħħa sodisfaċenti qabel ma jiddaħħlu fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen f’konformità ma’ dan il-Kapitolu;

(d) 

il-miżuri li ġejjin għandhom jittieħdu fil-każ ta’ suspett ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis:

(i) 

il-protokoll li ġej għandu jiġi implimentat fir-rigward tal-annimali li jkunu taw riżultat pożittiv għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis f’test imsemmi fil-punt (c)(i):

— 
is-seri pożittivi jiġu soġġettati għal mill-inqas wieħed mit-testijiet alternattivi stabbiliti fil-punt (c)(i) li ma jkunx twettaq fuq il-kampjuni msemmija fil-punt (c);
— 
titwettaq inkjesta epidemjoloġika dwar l-istabbiliment(i) tal-oriġini tal-annimali li jkunu taw riżultat pożittiv fit-test għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis;
— 
mhux qabel sebat ijiem wara d-data tal-ġbir tal-kampjuni msemmija fil-punt (c), jittieħdu l-kampjuni mill-annimali kollha li jkunu taw riżultati pożittivi fit-testijiet imsemmija fil-punt (c)(i) u fl-ewwel inċiż tal-punt (d)(i) u jsirilhom test seroloġiku kif previst fil-punt (c)(i), inkella l-annimali kollha msemmija fil-punt (c) isirilhom test tal-ġilda bil-bruċellina;
(ii) 

is-suspett ta’ infezzjoni bi Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis għandu jiġi eskluż, sakemm l-inkjesta epidemjoloġika dwar l-istabbiliment(i) tal-oriġini ma tkunx żvelat il-preżenza ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis u:

— 
l-ittestjar imtenni imsemmi fl-ewwel inċiż tal-punt (d)(i) jew it-test imsemmi fit-tielet inċiż tal-punt (d)(i) ikunu taw riżultati negattivi;
jew
— 
l-annimali kollha li jkunu taw riżultat pożittiv fit-testijiet imsemmija fl-ewwel jew fit-tielet inċiż tal-punt (d)(i) ikun sarilhom eżami post-mortem u test ta’ individwazzjoni tal-aġenti (PCR jew kultura batterjoloġika) għall-ispeċijiet ta’ Brucella lixxa (fosthom il-Brucella abortus, il-Brucella melitensis u l-Brucella suis), b’riżultati negattivi f’kull każ;
(iii) 

wara li jkun ġie eskluż is-suspett ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis, l-annimali kollha mill-akkomodazzjoni ta’ kwarantina msemmija fit-tieni paragrafu tal-punt (c) jistgħu jiddaħħlu fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen.

2. L-ittestjar obbligatorju ta’ rutina tal-annimali porċini li jinżammu fiċ-ċentri tal-ġbir tas-semen għandu jitwettaq kif ġej:

(a) 

l-annimali porċini kollha li jinżammu fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen għandhom isirulhom it-testijiet li ġejjin b’riżultati negattivi:

(i) 

rigward l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis, test b’antiġene ta’ Brucella bbaferjat (test bir-Rose Bengal), test ELISA kompetittiv jew test ELISA indirett;

(ii) 

rigward l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky:

— 
fil-każ ta’ annimali mhux imlaqqmin, test ELISA għall-individwazzjoni ta’ antikorpi għall-virus intier tal-marda ta’ Aujeszky jew għall-glikoproteina B (ADV-gB) jew għall-glikoproteina D (ADV-gD) jew test tan-newtralizzazzjoni tas-serum;
— 
fil-każ ta’ annimali mlaqqmin bil-vaċċin gE mħassar, test ELISA għall-individwazzjoni ta’ antikorpi għall-glikoproteina E (ADV-gE) tal-virus tal-marda ta’ Aujeszky;

▼M2

(iii) 

fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer, test ELISA għall-antikorpi jew test tan-newtralizzazzjoni tas-serum, fil-każ ta’ annimali fi Stat Membru jew żona tiegħu fejn ikun ġie rrapportat deni klassiku tal-ħnieżer jew ikun ġie pprattikat tilqim kontra din il-marda għall-perjodu tat-12-il xahar preċedenti;

▼B

(iv) 

fir-rigward ta’ infezzjoni bil-virus tas-sindrome respiratorja u riproduttiva tal-porċini, test seroloġiku (IPMA, IFA, jew ELISA);

(b) 

it-testijiet stabbiliti fil-punt (a) għandhom jitwettqu fuq kampjuni meħuda:

(i) 

mill-annimali kollha eżatt qabel ma dawn jitilqu miċ-ċentru tal-ġbir tas-semen, jew mal-wasla tagħhom fil-biċċerija, u fl-ebda każ aktar tard minn 12-il xahar wara d-data tad-dħul tagħhom fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen;

jew

(ii) 

mill-inqas:

— 
minn 25 % tal-annimali fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen kull tliet xhur biex jiġu ttestjati għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis, għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky u tad-deni klassiku tal-ħnieżer, u minn mill-inqas 10 % tal-annimali fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen kull xahar biex jiġu ttestjati għall-infezzjoni bil-virus tas-sindrome riproduttiva u respiratorja tal-ħnieżer,
jew
— 
minn mill-inqas 10 % tal-annimali fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen kull xahar biex jiġu ttestjati għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis, għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky, tad-deni klassiku tal-ħnieżer u għall-infezzjoni bil-virus tas-sindrome riproduttiva u respiratorja tal-ħnieżer.

Fil-każ tal-kampjunar li jitwettaq f’konformità maż-żewġ għażliet elenkati fil-punt (ii), il-veterinarju taċ-ċentru għandu jiżgura li l-annimali li jiddaħħlu fil-kampjun ikunu rappreżentattivi tal-popolazzjoni totali ta’ dak iċ-ċentru, b’mod partikolari fir-rigward tal-gruppi ta’ età u tal-akkomodazzjoni;

(c) 

meta l-ittestjar jitwettaq skont il-punt 2(b)(ii), il-veterinarju taċ-ċentru għandu jiżgura li l-annimali kollha jiġu ttestjati għall-mard imsemmi fil-punt 2(a) mill-inqas kull 12-il xahar mid-data tad-dħul tagħhom fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen.

3. Jekk xi wieħed mit-testijiet stabbiliti fil-punt 2(a) jirriżulta pożittiv, l-annimal għandu jiġi iżolat u s-semen li jkun inġabar minnu wara l-aħħar test negattiv ma għandux jintbagħat minn Stat Membru għal ieħor.

L-annimal imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jitneħħa miċ-ċentru tal-ġbir tas-semen minnufih.

Is-semen li jkun inġabar mill-annimali l-oħrajn kollha preżenti fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen mid-data ta’ meta jkun ittieħed l-aħħar kampjun li ta riżultat negattiv f’wieħed mit-testijiet deskritti fil-punt 2(a) għandu jinżamm f’ħażna separata u ma għandux jinġarr minn Stat Membru għal ieħor qabel ma jitreġġa’ lura l-istatus tas-saħħa taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen, u s-semen ikun għadda mill-investigazzjonijiet uffiċjali xierqa li jeskludu l-preżenza fis-semen ta’ patoġeni li jikkawżaw il-mard imsemmi fil-punt 2(a).

Kapitolu II

Rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali għall-annimali porċini li minnhom jinġabru l-ooċiti u l-embrijuni, u li jikkonċernaw il-kwarantina ta’ dawk l-annimali

1. L-annimali porċini donaturi jridu jkunu ġew eżaminati klinikament mill-veterinarju tal-grupp jew minn membru tal-grupp u jkunu ġew iċċertifikati li huma ħielsa minn sintomi jew sinjali ta’ kwalunkwe waħda mill-mardiet tal-kategorija D rilevanti għall-annimali porċini dakinhar tal-ġbir tal-ooċiti jew tal-embrijuni.

2. Minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-punt 1, l-annimali porċini femminili donaturi minbarra d-donaturi tal-embrijuni dderivati in vivo soġġetti għal trattament bit-tripsina, għandhom ikunu ġew minn Stat Membru jew minn żona tiegħu li jkunu ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky, jew fejn ikun sar programm ta’ eradikazzjoni approvat tal-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky.

3. Rigward l-infezzjoni bil-virus tas-sindrome riproduttiva u respiratorja tal-ħnieżer, il-porċini femminili donaturi ta’ embrijuni dderivati in vivo għandu jsirilhom test seroloġiku għall-infezzjoni bil-virus tas-sindrome riproduttiva u respiratorja tal-ħnieżer, li jagħti riżultati negattivi, f’żewġ okkażjonijiet, b’intervall bejniethom ta’ mhux inqas minn 21 jum, u t-tieni test irid jitwettaq waqt il-perjodu tal-15-il jum ta’ qabel il-ġbir tal-embrijuni.

4. Is-semen li jintuża għall-inseminazzjoni tal-annimali porċini donaturi b’mod artifiċjali jrid ikun inġabar, ġie pproċessat u nħażen skont ir-rekwiżiti tal-Kapitolu I tal-Parti 2 tal-Anness II, u tal-Parti 1 tal-Anness III.

PARTI 3

REKWIŻITI ADDIZZJONALI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-ANNIMALI OVINI U KAPRINI LI MINNHOM JINĠABRU L-PRODOTTI ĠERMINALI, U LI JIKKONĊERNAW IL-KWARANTINA U T-TESTIJIET TAL-LABORATORJU JEW TESTIJIET OĦRAJN TA’ DAWK L-ANNIMALI, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 22

Kapitolu I

Rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali għall-annimali ovini u kaprini li minnhom jinġabar is-semen, u li jikkonċernaw il-kwarantina u t-testijiet tal-laboratorju jew testijiet oħrajn ta’ dawk l-annimali

1. Għall-annimali ovini u kaprini kollha li jiddaħħlu f’ċentru tal-ġbir tas-semen, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

iridu jkunu ddaħħlu fil-kwarantina f’akkomodazzjoni ta’ kwarantina fejn kien hemm biss annimali bid-difer mifruq li kellhom mill-inqas l-istess status tas-saħħa bħal tagħhom;

▼M1

(b) 

fil-każ tal-annimali ovini, dawn iridu jkunu ġejjin minn stabbiliment fejn matul il-perjodu tas-60 jum ta’ qabel is-soġġorn tagħhom fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina msemmija fil-punt (a), huma, u kwalunkwe kaprin raġel li nżamm magħhom, ikun sarilhom test seroloġiku għall-epididimite ovina (Brucella ovis) jew għal kwalunkwe test ieħor għall-epididimite ovina (Brucella ovis) ta’ sensittività u speċifiċità ddokumentata ekwivalenti b’riżultati negattivi;

(c) 

l-annimali jkunu sarulhom it-testijiet li ġejjin imwettqa fuq kampjuni li jkunu ttieħdu fil-perjodu tat-30 jum ta’ qabel il-bidu tal-perjodu ta’ kwarantina msemmi fil-punt (a), li jagħtu riżultati negattivi:

(i) 

għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis, test seroloġiku msemmi fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688;

(ii) 

fil-każ tal-annimali ovini, u ta’ kwalunkwe kaprin raġel li nżamm magħhom, ikun sarilhom test seroloġiku għall-epididimite ovina (Brucella ovis) jew għal kwalunkwe test ieħor għall-epididimite ovina (Brucella ovis) ta’ sensittività u speċifiċità ddokumentata ekwivalenti;

(d) 

l-annimali jkunu sarulhom it-testijiet li ġejjin imwettqa fuq kampjuni meħuda waqt il-perjodu ta’ kwarantina msemmi fil-punt (a), u għall-inqas waqt il-perjodu tal-21 jum mid-data li fiha jkunu ddaħħlu fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina, li jagħtu riżultati negattivi:

(i) 

għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis, test seroloġiku msemmi fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688;

(ii) 

fil-każ tal-annimali ovini, u ta’ kwalunkwe kaprin raġel li nżamm magħhom, ikun sarilhom test seroloġiku għall-epididimite ovina (Brucella ovis) jew għal kwalunkwe test ieħor għall-epididimite ovina (Brucella ovis) ta’ sensittività u speċifiċità ddokumentata ekwivalenti.

2. L-annimali ovini u kaprini kollha li jinżammu f’ċentru tal-ġbir tas-semen għandhom isirulhom mill-inqas darba fis-sena t-testijiet li ġejjin (testijiet ta’ rutina obbligatorji), li jagħtu riżultati negattivi:

▼B

(a) 

għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil- Brucella suis, test seroloġiku msemmi fil-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688;

(b) 

fil-każ tal-annimali ovini, għall-epididimite ovina (Brucella ovis), test seroloġiku, jew kwalunkwe test ieħor b’sensittività u speċifiċità ddokumentata ekwivalenti.

Meta l-annimali ovini jinżammu flimkien ma’ annimali kaprini, dawk l-annimali kaprini wkoll għandu jsirilhom test seroloġiku għall-epididimite ovina (Brucella ovis) li jagħti riżultati negattivi.

3. Jekk ir-riżultat ta’ kwalunkwe wieħed mit-testijiet deskritti fil-punt 2 ikun pożittiv, l-annimal għandu jiġi iżolat u s-semen miġbur minnu wara d-data tal-aħħar test negattiv ma għandux jintbagħat minn Stat Membru għal ieħor.

L-annimal imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jitneħħa miċ-ċentru tal-ġbir tas-semen.

Is-semen miġbur mill-annimali l-oħrajn kollha preżenti fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen wara d-data ta’ meta jkun ittieħed l-aħħar kampjun li ta riżultat negattiv f’wieħed mit-testijiet deskritti fil-punt 2 għandu jinżamm f’ħażna separata u ma għandux jintbagħat minn Stat Membru għal ieħor, qabel ma jitreġġa’ lura l-istatus tas-saħħa taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen, u s-semen ikun għadda mill-investigazzjonijiet uffiċjali xierqa li jeskludu l-preżenza fis-semen ta’ patoġeni li jikkawżaw il-mard imsemmi fil-punt 2.

Kapitolu II

Rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali għall-annimali ovini u kaprini li minnhom jinġabru l-ooċiti u l-embrijuni, u li jikkonċernaw il-kwarantina ta’ dawk l-annimali

1. L-annimali ovini u kaprini donaturi jridu jkunu ġew eżaminati klinikament mill-veterinarju tal-grupp jew minn membru tal-grupp u ġew iċċertifikati li huma ħielsa minn sintomi jew sinjali tal-mard tal-kategorija D rilevanti għall-annimali tal-ispeċijiet ovina u kaprina dakinhar tal-ġbir tal-ooċiti jew tal-embrijuni.

2. Is-semen li jintuża għall-inseminazzjoni tal-annimali ovini u kaprini donaturi b’mod artifiċjali jrid ikun inġabar, ġie pproċessat u nħażen skont ir-rekwiżiti tal-Kapitolu I tal-Parti 3 tal-Anness II, u tal-Parti 1 tal-Anness III.

PARTI 4

REKWIŻITI ADDIZZJONALI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-ANNIMALI EKWINI LI MINNHOM JINĠABRU L-PRODOTTI ĠERMINALI, U LI JIKKONĊERNAW IL-KWARANTINA U T-TESTIJIET TAL-LABORATORJU JEW TESTIJIET OĦRAJN TA’ DAWK L-ANNIMALI, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 23

Kapitolu I

Rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali għall-annimali ekwini li minnhom jinġabar is-semen, u li jikkonċernaw il-kwarantina u t-testijiet tal-laboratorju jew testijiet oħrajn ta’ dawk l-annimali

1. Sabiex jintuża għall-ġbir tas-semen, l-annimal ekwin donatur għandu, b’mod li jissodisfa lill-veterinarju taċ-ċentru, jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

l-annimal għandhom isirulu t-testijiet li ġejjin, skont wieħed mill-programmi ta’ ttestjar previsti fil-punt (b):

(i) 

test tal-immuno-diffużjoni bil-ġell agar (it-test Coggins) jew test ELISA għall-anemija infettiva ekwina li jagħti riżultat negattiv;

(ii) 

test għall-iżolament tal-virus tal-arterite ekwina jew għall-individwazzjoni tal-ġenoma tiegħu permezz tar-reazzjoni katina tal-polimerażi (PCR) jew PCR fil-ħin reali mwettaq b’riżultat negattiv fuq alikwota tas-semen kollu taż-żiemel tal-għalla donatur, sakemm iż-żiemel tal-għalla donatur ma jkunx sarlu test tan-newtralizzazzjoni tas-serum għall-arterite virali ekwina fejn ikun inkiseb riżultat negattiv b’dilwizzjoni tas-serum ta’ wieħed minn kull erbgħa;

(iii) 

test ta’ identifikazzjoni tal-aġenti għall-metrite ekwina kontaġġjuża (Taylorella equigenitalis), imwettaq b’riżultat negattiv f’kull każ fuq tliet kampjuni (tampuni) meħuda miż-żiemel tal-għalla donatur f’żewġ okkażjonijiet b’intervall bejniethom ta’ mhux inqas minn sebat ijiem (trattament sistemiku) jew 21 jum (trattament lokali) wara t-trattament antimikrobjali possibbli taż-żiemel tal-għalla donatur, mill-inqas mis-siti li ġejjin:

— 
l-għant tal-pene (il-prepuzju),
— 
l-uretra,
— 
il-fossa glandis.

Il-kampjuni għandhom jitqiegħdu f’medium tat-trasport bil-karbonju attivat, bħalma huwa l-medium Amies, qabel ma jintbagħtu lejn il-laboratorju.

Il-kampjuni għandu jsirilhom mill-inqas wieħed mit-testijiet li ġejjin:

— 
kultura taħt kundizzjonijiet mikroerofiliċi għal perjodu ta’ mill-inqas sebat ijiem għall-iżolament tat-Taylorella equigenitalis, li trid tinbeda fi żmien 24 siegħa wara li jittieħdu l-kampjuni mill-annimal donatur, jew 48 siegħa u l-kampjuni jridu jinżammu friski waqt it-trasport;
jew
— 
test tar-reazzjoni katina bil-polimerażi jew reazzjoni katina bil-polimerażi fil-ħin reali għall-individwazzjoni ta’ ġenoma tat-Taylorella equigenitalis, imwettqa fi żmien 48 siegħa wara li jittieħdu l-kampjuni mill-annimal donatur;
(b) 

l-annimal għandu jsirlu wieħed mill-programmi ta’ ttestjar li ġejjin:

(i) 

jekk iż-żiemel tal-għalla donatur ikun residenti kontinwament fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġbir tas-semen u matul il-perjodu tal-ġbir, u l-ebda annimal ekwin fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ma jkollu kuntatt dirett ma’ ekwidi ta’ status tas-saħħa aktar baxx minn ta’ dak taż-żiemel tal-għalla donatur, it-testijiet meħtieġa f’konformità mal-punt (a) għandhom jitwettqu fuq kampjuni miġbura miż-żiemel tal-għalla donatur mill-inqas darba fis-sena (testijiet ta’ rutina obbligatorji) fil-bidu tal-istaġun tat-tnissil jew qabel l-ewwel ġbir tas-semen maħsub biex jinġarr lejn Stat Membru ieħor bħala semen frisk, imkessaħ jew iffriżat u mhux inqas minn 14-il jum wara d-data tal-bidu tal-perjodu ta’ residenza ta’ mill-inqas 30 jum qabel l-ewwel ġabra tas-semen;

(ii) 

jekk iż-żiemel tal-għalla donatur ikun residenti fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġabra tas-semen u matul il-perjodu tal-ġbir, iżda jkun jista’ jitlaq miċ-ċentru tal-ġbir tas-semen okkażjonalment, taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju taċ-ċentru, għal perjodu totali ta’ inqas minn 14-il jum waqt il-perjodu tal-ġbir, jew jekk annimali ekwini oħrajn fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen jiġu f’kuntatt dirett ma’ annimali ekwini ta’ status tas-saħħa inferjuri, it-testijiet meħtieġa f’konformità mal-punt (a) għandhom jitwettqu kif ġej:

— 
mill-inqas darba fis-sena fuq kampjuni meħuda miż-żiemel tal-għalla donatur fil-bidu tal-istaġun tat-tnissil jew qabel l-ewwel ġbir tas-semen maħsub għall-moviment lejn Stat Membru ieħor bħala semen frisk, imkessaħ jew iffriżat, u mhux inqas minn 14-il jum wara d-data tal-bidu tal-perjodu ta’ residenza ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġbir tas-semen;
u
— 
waqt il-perjodu tal-ġbir tas-semen maħsub għall-moviment lejn Stat Membru ieħor bħala semen frisk, imkessaħ jew iffriżat kif ġej:
— 
it-test meħtieġ fil-punt (a)(i) fuq kampjuni meħuda mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen maħsub għall-moviment lejn Stat Membru ieħor,
— 
it-test meħtieġ fil-punt (a)(ii) fuq kampjuni meħuda mhux aktar minn 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen maħsub għall-moviment lejn Stat Membru ieħor, sakemm ma jiġix ikkonfermat l-istat non-shedder taż-żiemel tal-għalla donatur minn test għall-iżolament tal-virus, minn test tar-reazzjoni katina bil-polimerażi jew reazzjoni katina bil-polimerażi fil-ħin reali mwettaq fuq kampjuni ta’ alikwota tas-semen kollu meħuda aktar minn sitt xhur qabel id-data tal-ġbir tas-semen maħsub għall-moviment lejn Stat Membru ieħor u sakemm iż-żiemel tal-għalla donatur ma kienx sarlu test tan-newtralizzazzjoni tas-serum għal arterite virali ekwina b’riżultat pożittiv b’dilwizzjoni tas-serum ta’ mill-inqas wieħed minn kull erbgħa,
— 
it-test meħtieġ fil-punt (a)(iii) fuq kampjuni meħuda mhux aktar minn 60 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen maħsub għall-moviment lejn Stat Membru ieħor, li fil-każ ta’ reazzjoni katina bil-polimerażi jew reazzjoni katina bil-polimerażi fil-ħin reali jista’ jitwettaq fuq tliet kampjuni (tampuni) meħuda f’okkażjoni waħda;
(iii) 

jekk iż-żiemel tal-għalla donatur ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (i) u (ii) u s-semen jinġabar biex jintbagħat lejn Stat Membru ieħor bħala semen iffriżat, it-testijiet meħtieġa skont il-punt (a) għandhom jitwettqu fuq kampjuni meħuda miż-żiemel tal-għalla donatur kif ġej:

— 
mill-inqas darba fis-sena fil-bidu tal-istaġun tat-tnissil;
— 
matul il-perjodu tal-ħżin previst fil-punt 2(b) tal-Parti 1 tal-Anness III u qabel ma jitneħħa s-semen miċ-ċentru tal-ġbir tas-semen jew inkella jintuża, fuq kampjuni meħuda mhux qabel 14-il jum u mhux aktar tard minn 90 jum wara d-data tal-ġbir tas-semen.

Permezz ta’ deroga mit-tieni inċiż tal-punt (iii), il-kampjunar u l-ittestjar wara l-ġbir għal arterite virali ekwina kif deskritt fil-punt (a)(ii) ma għandhomx ikunu meħtieġa meta l-istat ta’ non-shedder ta’ żiemel tal-għalla donatur seropożittiv jiġi kkonfermat permezz ta’ test tal-iżolament tal-virus, ta’ test tar-reazzjoni katina bil-polimerażi jew ta’ reazzjoni katina bil-polimerażi fil-ħin reali mwettqa b’riżultat negattiv fuq kampjuni ta’ alikwota tas-semen sħiħ taż-żiemel tal-għalla donatur meħuda darbtejn fis-sena b’intervall ta’ mill-inqas erba’ xhur bejniethom u ż-żiemel tal-għalla donatur ikun ġie soġġett għal test tan-newtralizzazzjoni tas-serum għal arterite virali ekwina b’riżultat pożittiv u b’dilwazzjoni tas-serum ta’ mill-inqas wieħed minn kull erbgħa;

(c) 

jekk xi wieħed mit-testijiet previsti fil-punt (b) ikun pożittiv, iż-żiemel tal-għalla donatur għandu jiġi iżolat, u s-semen li jkun inġabar minnu wara d-data tal-aħħar test negattiv ma għandux jintbagħat minn Stat Membru għal ieħor bl-eċċezzjoni, għall-arterite virali ekwina, tas-semen minn kull eġakulazzjoni li tkun għaddiet minn test tal-iżolament tal-virus tal-arterite ekwina b’riżultat negattiv.

Is-semen li jkun inġabar miż-żwiemel tal-għalla l-oħrajn kollha fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen mid-data meta ttieħed l-aħħar kampjun li ta riżultat negattiv f’wieħed mit-testijiet previsti fil-punt (b) għandu jinżamm f’ħażna separata u ma għandux jintbagħat minn Stat Membru għal ieħor, qabel ma jitreġġa’ lura l-istatus tas-saħħa taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen u s-semen maħżun ikun għadda mill-investigazzjonijiet uffiċjali xierqa li jeskludu l-preżenza fis-semen ta’ patoġeni li jikkawżaw il-mard imsemmi fil-punt (b).

Kapitolu II

Rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali għall-annimali ekwini li minnhom jinġabru l-ooċiti u l-embrijuni, u li jikkonċernaw il-kwarantina u t-testijiet tal-laboratorju jew testijiet oħrajn ta’ dawk l-annimali

1. L-annimali ekwini donaturi jridu jkunu ġew eżaminati klinikament mill-veterinarju tal-grupp jew minn membru tal-grupp u jiġu ċċertifikati li huma ħielsa minn sintomi jew sinjali tal-mard tal-kategorija D rilevanti għall-annimali tal-ispeċi ekwina dakinhar tal-ġbir tal-ooċiti jew tal-embrijuni.

2. Minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-punt 1, l-annimali ekwini donaturi:

(a) 

ma għandhomx jintużaw għat-tnissil naturali matul perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ġbir tal-ooċiti jew tal-embrijuni, u bejn id-data tal-ewwel kampjun imsemmi fil-punti (b) u (c) u d-data tal-ġbir tal-ooċiti u tal-embrijuni;

(b) 

għandu jsirilhom test tal-immunodiffużjoni bil-ġell agar (it-test Coggins) jew test ELISA għall-anemija ekwina infettiva mwettaq fuq kampjun tad-demm li jagħti riżultat negattiv u li jittieħed mhux inqas minn 14-il jum wara d-data tal-bidu tal-perjodu ta’ mill-inqas 30 jum imsemmi fil-punt (a) u mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tal-ġbir tal-ooċiti jew tal-embrijuni għall-moviment bejn l-Istati Membri;

(c) 

għandu jsirilhom test ta’ identifikazzjoni tal-aġenti għall-metrite ekwina kontaġġjuża (Taylorella equigenitalis), imwettaq b’riżultat negattiv f’kull każ f’laboratorju fuq mill-inqas żewġ kampjuni (tampuni) meħuda mill-annimal donatur, li fl-ebda każ ma għandu jsir qabel sebat ijiem (għat-trattament sistemiku) jew 21 jum (għat-trattament lokali) wara t-trattament antimikrobjali possibbli tal-annimal donatur, mill-inqas mill-postijiet li ġejjin:

— 
l-uċuħ mukożali tal-fossa klitorali,
— 
is-sinusijiet klitorali.

Il-kampjuni għandhom jittieħdu waqt il-perjodu ta’ mill-inqas 30 jum imsemmi fil-punt (a) f’żewġ okkażjonijiet b’intervall ta’ mhux inqas minn sebat ijiem bejniethom fil-każ tat-test imsemmi fil-punt (i) ta’ hawn taħt, jew f’okkażjoni waħda fil-każ tat-test imsemmi fil-punt (ii) ta’ hawn taħt.

Il-kampjuni għandhom jitqiegħdu f’medium tat-trasport bil-karbonju attivat, bħalma huwa l-medium Amies, qabel ma jintbagħtu lejn il-laboratorju.

Il-kampjuni għandu jsirilhom mill-inqas wieħed mit-testijiet li ġejjin:

(i) 

kultura taħt kundizzjonijiet mikroerofiliċi għal perjodu ta’ mill-inqas sebat ijiem għall-iżolament tat-Taylorella equigenitalis, li trid tinbeda fi żmien 24 siegħa wara li jittieħdu l-kampjuni mill-annimal donatur, jew 48 siegħa u l-kampjuni jridu jinżammu friski waqt it-trasport;

jew

(ii) 

Test tar-reazzjoni katina bil-polimerażi jew reazzjoni katina bil-polimerażi fil-ħin reali għall-individwazzjoni tal-ġenoma ta’ Taylorella equigenitalis, imwettaq fl-ewwel 48 siegħa wara li jittieħdu l-kampjuni mill-annimal donatur.

3. Is-semen li jintuża għall-inseminazzjoni tal-annimali donaturi b’mod artifiċjali jrid jinġabar, jiġi pproċessat u jinħażen f’konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu I tal-Parti 4 tal-Anness II, u tal-Parti 1 tal-Anness III.

PARTI 5

REKWIŻITI OĦRAJN TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-ANNIMALI BOVINI, PORĊINI, OVINI U KAPRINI U ANNIMALI TAL-FAMILJI CAMELIDAE U CERVIDAE LI MINNHOM JINĠABRU L-PRODOTTI ĠERMINALI, U LI JIKKONĊERNAW IL-KWARANTINA U T-TESTIJIET TAL-LABORATORJU JEW TESTIJIET OĦRAJN TA’ DAWK L-ANNIMALI, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLI 20, 21, 22 U 38

Kapitolu I

Rekwiżiti għall-annimali bovini, porċini, ovini u kaprini rigward il-marda tal-ilsien u d-dwiefer

1. L-annimali bovini, porċini, ovini u kaprini li huma donaturi ta’ semen, ta’ ooċiti jew ta’ embrijuni jridu:

(a) 

ikunu ġejjin minn stabbilimenti:

(i) 

li jinsabu f’żona fejn f’radjus ta’ 10 km ’il barra mill-istabbiliment ma ġietx irrappurtata l-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal mill-inqas it-30 jum eżatt qabel id-data tal-ġbir;

(ii) 

fejn ma ġietx irrapportata marda tal-ilsien u d-dwiefer matul perjodu ta’ mill-inqas tliet xhur eżatt qabel id-data tal-ġbir;

(b) 

ma jkunux tlaqqmu kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer matul il-perjodu ta’ 12-il xahar eżatt qabel id-data tal-ġbir.

2. Il-veterinarju taċ-ċentru għandu jiżgura li:

(a) 

l-annimali bovini, porċini, ovini u kaprini li huma donaturi tas-semen jiddaħħlu fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen biss wara li jkunu għaddew minn iżolament fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina li, dakinhar tad-dħul tal-annimali fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen:

(i) 

jinsabu f’żona fejn f’radjus ta’ 10 km madwar l-istabbiliment ma ġietx irrappurtata l-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum;

(ii) 

ma kienx hemm tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer matul il-perjodu ta’ tliet xhur qabel id-data tad-dħul tal-annimali fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen;

(b) 

is-semen jintbagħat lejn Stat Membru ieħor biss soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

iċ-ċentru tal-ġbir tas-semen jinsab f’żona fejn f’radjus ta’ 10 km madwar l-istabbiliment ma ġietx irrappurtata l-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum;

(ii) 

iċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ilu ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal perjodu ta’ mill-inqas tliet xhur qabel id-data tal-ġbir tas-semen u 30 jum mid-data tal-ġbir jew, fil-każ ta’ semen frisk, sad-data ta’ meta l-konsenja tas-semen intbagħtet lejn Stat Membru ieħor;

(iii) 

fil-każ ta’ semen frisk, l-annimal donatur ikun inżamm fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen imsemmi fil-punt (i) għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas 30 jum eżatt qabel id-data tal-ġbir tas-semen.

3. Permezz ta’ deroga mill-punt 1(b), il-veterinarju taċ-ċentru jista’ jawtorizza d-dispaċċ tas-semen miġbur minn annimal donatur miżmum li jkun tlaqqam kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer matul il-perjodu ta’ 12-il xahar eżatt qabel id-data tal-ġbir, sakemm:

(a) 

l-annimal donatur ma jkunx tlaqqam kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-perjodu ta’ mill-inqas it-30 jum eżatt qabel id-data tal-ġbir;

(b) 

5 % (b’minimu ta’ ħames tubi straw) ta’ kull kwantità ta’ semen meħud minn annimal donatur fi kwalunkwe ħin isirlu test ta’ iżolament tal-virus għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer b’riżultati negattivi.

4. Permezz ta’ deroga mill-punt 1(b), il-veterinarju tal-grupp jista’ jawtorizza d-dispaċċ, lejn Stat Membru ieħor, tal-embrijuni dderivati in vivo miġbura minn annimal donatur miżmum li jkun tlaqqam kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer matul il-perjodu ta’ 12-il xahar eżatt qabel id-data tal-ġbir, sakemm:

(a) 

l-annimal femminili donatur ma jkunx tlaqqam kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-perjodu ta’ mill-inqas 30 jum eżatt qabel id-data tal-ġbir;

(b) 

is-semen li jintuża għall-fertilizzazzjoni jkun inġabar minn annimal maskili donatur li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1(b) jew is-semen jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2;

(c) 

qabel l-iffriżar, l-embrijuni jkun sarilhom ħasil bit-tripsina mwettaq f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Manwal tal-IETS ( 2 );

(d) 

l-embrijuni jinħażnu permezz ta’ ffriżar qawwi f’daqqa għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum mid-data tal-ġbir u, matul dan il-perjodu, l-annimal donatur ma jkunx wera sinjali kliniċi tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

Kapitolu II

Rekwiżiti għall-annimali bovini, ovini u kaprini u għall-annimali tal-familji Camelidae u Cervidae rigward l-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1 sa 24)

1. L-annimali bovini, ovini u kaprini u l-annimali tal-familji Camelidae u Cervidae, li huma donaturi tas-semen, iridu jissodisfaw mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

▼M1

(a) 

ikunu nżammu għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel u waqt il-ġbir tas-semen fi Stat Membru jew f’żona tiegħu ħielsa minn infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1 sa 24), fejn ma ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1–24) matul l-aħħar 24 xahar fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira;

▼B

(b) 

ikunu nżammu f’żona staġjonalment ħielsa mill-mard, matul il-perjodu staġjonalment ħieles mill-mard, għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel il-ġbir tas-semen, u waqt li dan ikun qed isir, fi Stat Membru jew f’żona tiegħu:

(i) 

bi programm approvat għall-eradikazzjoni tal-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1 sa 24), jew

(ii) 

meta l-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini tal-konsenja tas-semen tkun kisbet il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għall-kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ dik iż-żona staġjonalment ħielsa mill-mard u li taċċetta l-konsenja tas-semen;

(c) 

ikunu nżammu fi stabbiliment protett mill-vetturi għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel il-ġbir tas-semen u waqt li dan ikun qed isir;

(d) 

ikun sarilhom test seroloġiku għall-individwazzjoni ta’ antikorpi għas-serogrupp 1 sa 24 tal-virus tal-ilsien blu, b’riżultati negattivi bejn 28 u 60 jum mid-data ta’ kull ġabra tas-semen;

(e) 

ikun sarilhom test ta’ identifikazzjoni tal-aġenti għall-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1 sa 24), b’riżultati negattivi, fuq kampjuni tad-demm li ttieħdu mal-ewwel u mal-aħħar ġabra tas-semen u matul il-perjodu tal-ġbir tas-semen b’intervalli ta’:

(i) 

mill-inqas kull sebat ijiem, fil-każ tat-test għall-iżolament tal-virus;

jew

(ii) 

mill-inqas kull 28 jum, fil-każ tar-reazzjoni katina bil-polimerażi.

2. L-annimali ovini u kaprini u l-annimali tal-familji Camelidae u Cervidae, li huma donaturi ta’ embrijuni dderivati in vivo, u l-annimali bovini, ovini u kaprini u l-annimali tal-familji Camelidae u Cervidae, li huma donaturi ta’ ooċiti għall-produzzjoni in vitro ta’ embrijuni, iridu jissodisfaw mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

▼M1

(a) 

ikunu nżammu għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel u waqt il-ġbir tal-ooċiti jew tal-embrijuni fi Stat Membru jew f’żona tiegħu ħielsa minn infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1–24), fejn ma ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1–24) matul l-aħħar 24 xahar fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira;

▼B

(b) 

ikunu nżammu f’żona staġjonalment ħielsa mill-mard, matul il-perjodu staġjonalment ħieles mill-mard, għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel il-ġbir tal-ooċiti jew tal-embrijuni u waqt li dan ikun qed isir, fi Stat Membru jew f’żona tiegħu:

(i) 

bi programm approvat għall-eradikazzjoni tal-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1 sa 24), jew

(ii) 

meta l-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini tal-konsenja tal-ooċiti jew tal-embrijuni tkun kisbet il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għall-kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ dik iż-żona staġjonalment ħielsa mill-mard u li taċċetta l-konsenja tal-ooċiti jew tal-embrijuni;

(c) 

ikunu nżammu fi stabbiliment protett minn vetturi għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel il-ġbir tal-ooċiti jew tal-embrijuni u waqt li dan qed isir;

(d) 

ikun sarilhom test seroloġiku għall-individwazzjoni ta’ antikorpi għas-serogrupp 1 sa 24 tal-virus tal-ilsien blu, imwettaq b’riżultati negattivi fuq kampjun tad-demm li ttieħed bejn 28 u 60 jum mid-data tal-ġbir tal-ooċiti jew tal-embrijuni;

(e) 

ikun sarilhom test ta’ identifikazzjoni tal-aġenti għall-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1 sa 24), imwettaq b’riżultati negattivi fuq kampjun tad-demm meħud fid-data tal-ġbir tal-ooċiti jew tal-embrijuni.

3. Is-semen li jintuża għall-fertilizzazzjoni tal-ooċiti jrid jinġabar minn annimali li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1.

▼M2

Kapitolu III

Rekwiżiti għall-annimali bovini, ovini u kaprini rigward l-infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika

1. 

L-annimali bovini, ovini u kaprini li huma donaturi tas-semen iridu jissodisfaw mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel il-ġbir tas-semen u waqt li jkun qed isir il-ġbir ikunu nżammu fi Stat Membru jew f’żona ta’ Stat Membru fejn ma ġietx irrappurtata l-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-emorraġija epiżootika għal perjodu ta’ mill-inqas is-sentejn preċedenti f’erja b’radjus ta’ 150 km madwar l-istabbiliment;

(b) 

ikunu nżammu għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel il-ġbir tas-semen u waqtu li dan ikun qed isir fi Stat Membru jew żona tiegħu staġjonalment ħielsa minn infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika;

(c) 

ikunu nżammu fi stabbiliment protett mill-vetturi għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel il-ġbir tas-semen u waqt li dan ikun qed isir;

(d) 

ikun sarilhom test seroloġiku għall-individwazzjoni ta’ antikorpi għall-infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika, b’riżultati negattivi, mill-inqas kull 60 jum matul il-perjodu tal-ġbir u bejn 28 u 60 jum mid-data tal-aħħar ġbir tas-semen;

(e) 

ikun sarilhom test ta’ identifikazzjoni tal-aġenti għall-infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni tad-demm li ttieħdu mal-ewwel u mal-aħħar ġabra tas-semen u matul il-perjodu tal-ġbir tas-semen b’intervalli ta’:

(i) 

mill-inqas kull 7 ijiem, fil-każ tat-test għall-iżolament tal-virus; jew

(ii) 

mill-inqas kull 28 jum, fil-każ tar-reazzjoni katina bil-polimerażi.

2. 

L-annimali bovini, ovini u kaprini li huma donaturi tal-ooċiti għall-produzzjoni in vitro ta’ embrijuni u donaturi ta’ embrijuni derivati in vivo jridu jissodisfaw mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel il-ġbir tal-ooċiti jew tal-embrijuni u waqt li dan jkun qed isir ikunu nżammu fi Stat Membru jew f’żona ta’ Stat Membru fejn ma ġietx irrappurtata l-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-emorraġija epiżootika għal perjodu ta’ mill-inqas is-sentejn preċedenti f’erja b’radjus ta’ 150 km madwar l-istabbiliment;

(b) 

ikunu nżammu għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel il-ġbir tal-ovoċiti jew tal-embrijuni u waqt li dan ikun qed isir fi Stat Membru jew żona tiegħu staġjonalment ħielsa minn infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika;

(c) 

ikunu nżammu fi stabbiliment protett minn vetturi għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel il-ġbir tal-ooċiti jew tal-embrijuni u waqt li dan qed isir;

(d) 

ikunu sarilhom test seroloġiku għall-individwazzjoni ta’ antikorpi għall-infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika, b’riżultati negattivi fuq kampjun tad-demm li ttieħed bejn 28 u 60 jum mid-data tal-ġbir tal-ooċiti jew tal-embrijuni;

(e) 

ikun sarilhom test ta’ identifikazzjoni tal-aġenti għall-infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika, b’riżultati negattivi fuq kampjun tad-demm meħud fid-data tal-ġbir tal-ooċiti jew tal-embrijuni.

3. 

Is-semen li jintuża għall-fertilizzazzjoni tal-ooċiti jrid jinġabar minn annimali li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1.

▼B

Kapitolu IV

Rekwiżiti għal stabbiliment li għandu jitqies li huwa ħieles minn infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil- Brucella suis fl-annimali porċini

Biex jikkwalifika bħala ħieles mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis, stabbiliment tal-annimali porċini jrid jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis trid tkun mardanotifikabbli fl-annimali porċini f’dak l-Istat Membru;

(b) 

ma tkunx ġiet ikkonfermata infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis fl-istabbiliment għal perjodu ta’ mill-inqas it-tliet snin preċedenti;

(c) 

l-annimali li juru sinjali kliniċi konsistenti mal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis bħal aborti jew orkite jiġu soġġetti għat-testijiet dijanjostiċi meħtieġa b’riżultati negattivi;

(d) 

l-ebda annimal porċin li jappartjeni għall-istabbiliment ma jkun tlaqqam kontra l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suisgħal mill-inqas it-tliet snin preċedenti;

(e) 

l-annimali porċini li jkunu ġew introdotti fl-istabbiliment:

(i) 

jew ikunu ġejjin minn stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis għal perjodu ta’ mill-inqas it-tliet snin preċedenti, inkella ġew ittestjati fuq kampjun li nġabar fil-perjodu tat-30 jum qabel id-data tad-dispaċċ b’riżultati negattivi;

u

(ii) 

ma jkunux tlaqqmu kontra l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis għall-perjodu ta’ mill-inqas it-tliet snin preċedenti;

(f) 

għall-perjodu ta’ mill-inqas it-tliet snin preċedenti, ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis ubil-Brucella suis f’unitajiet epidemjoloġiċi oħrajn tal-istess stabbiliment, jew ġew implimentati miżuri li jevitaw li jkun hemm trażmissjoni tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis minn dawk l-unitajiet epidemjoloġiċi l-oħrajn.




ANNESS III

REKWIŻITI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-ĠBIR, IL-PRODUZZJONI, L-IPPROĊESSAR U L-ĦŻIN TA’ PRODOTTI ĠERMINALI TAL-ANNIMALI BOVINI, PORĊINI, OVINI, KAPRINI U EKWINI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 26

PARTI 1

REKWIŻITI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-ĠBIR, L-IPPROĊESSAR U L-ĦŻIN TA’ SEMEN FRISK, IMKESSAĦ JEW IFFRIŻAT TAL-ANNIMALI BOVINI, PORĊINI, OVINI, KAPRINI U EKWINI, U GĦAT-TRASPORTAZZJONI TA’ DAK IS-SEMEN

1. L-istrumenti kollha li jintużaw għall-ġbir, l-ipproċessar, il-preservazzjoni jew l-iffriżar tas-semen għandhom jitnaddfu u jiġu diżinfettati jew sterilizzati qabel l-użu, ħlief għal strumenti ġodda li jintużaw darba.

2. Is-semen iffriżat għandu:

(a) 

jitqiegħed u jinħażen f’kontenituri tal-ħżin:

(i) 

li jkunu tnaddfu u ġew diżinfettati jew sterilizzati qabel l-użu, jew li jkunu kontenituri ġodda li jintużaw darba;

(ii) 

b’aġent krijoġeniku, li ma għandux ikun intuża qabel għal prodotti bijoloġiċi oħrajn li joriġinaw mill-annimali;

(b) 

qabel id-dispaċċ jew l-użu, jinħażen f’kundizzjonijiet approvati għal perjodu minimu ta’ 30 jum mid-data tal-ġbir.

▼M2

3. Fejn ikun hemm bżonn, jistgħu jiżdiedu mas-semen jew ikunu fid-dilwenti tas-semen l-antibijotiċi jew it-taħlitiet ta’ antibijotiċi.

▼M2 —————

▼B

6. Meta jiżdied antibijotiku jew tiżdied taħlita ta’ antibijotiċi mas-semen:

(a) 

l-isem/ismijiet tal-antibijotiku/antibijotiċi miżjuda u l-konċentrazzjoni tiegħu/tagħhom jew l-isem kummerċjali tad-dilwent tas-semen li fih l-antibijotiċi, għandhom jiġu ddikjarati fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jakkumpanja l-konsenja;

(b) 

dawn għandhom jinżiedu mas-semen wara d-dilwizzjoni finali inkella jinżiedu mad-dilwent;

(c) 

fil-każ ta’ semen iffriżat, dawn għandhom jinżiedu qabel ma jiġi ffriżat is-semen.

7. Fil-każ tas-semen iffriżat jew imkessaħ, minnufih wara ż-żieda tal-antibijotiċi, is-semen dilwit għandu jinżamm:

(a) 

f’temperatura ta’ mill-inqas 5 °C, ħlief fil-każ tas-semen ta’ annimali porċini li jista’ jinżamm f’temperatura ta’ mill-inqas 15 °C għal perjodu ta’ mhux inqas minn 45 minuta, jew

(b) 

reġim ta’ temperatura-ħin li jkollu attività ekwivalenti batteriċidali ddokumentata.

PARTI 2

REKWIŻITI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-ĠBIR U L-IPPROĊESSAR TA’ EMBRIJUNI DDERIVATI IN VIVO TA’ ANNIMALI BOVINI, PORĊINI, OVINI, KAPRINI U EKWINI

L-embrijuni dderivati in vivo għandhom jinġabru, jiġu pproċessati u ppreservati f’konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:

1. 

L-embrijuni għandhom jinġabru u jiġu pproċessati minn grupp għall-ġbir tal-embrijuni, mingħajr ma jiġu f’kuntatt ma’ ebda konsenja oħra ta’ embrijuni li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

2. 

L-embrijuni għandhom jinġabru f’post li jkun separat minn partijiet oħrajn tal-bini jew tal-istabbiliment u li għandu jinżamm fi stat tajjeb u jkun mibni b’materjali li jippermettu t-tindif u d-diżinfezzjoni effettivi u faċli tiegħu.

3. 

L-embrijuni għandhom jiġu pproċessati (eżaminati, maħsula, ittrattati u mqiegħda f’tubi straw jew f’pakketti oħrajn) f’laboratorju li jinsab f’post permanenti jew f’laboratorju mobbli.

4. 

It-tagħmir kollu li jintuża għall-ġbir, l-immaniġġjar, il-ħasil, l-iffriżar u l-ħżin ta’ embrijuni għandu jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat jew sterilizzat qabel jintuża, skont il-Manwal tal-IETS, jew ikun tagħmir ġdid li jintuża darba.

5. 

Kull prodott bijoloġiku li joriġina mill-annimali li jintuża fil-mediums u fis-soluzzjonijiet għall-ġbir, l-ipproċessar, il-ħasil jew il-ħżin tal-embrijuni għandu jkun ħieles minn mikroorganiżmi patoġeniċi. Il-mediums u s-soluzzjonijiet li jintużaw fil-ġbir, l-iffriżar u l-ħżin tal-embrijuni għandhom ikunu sterilizzati permezz ta’ metodi approvati f’konformità mal-Manwal tal-IETS u mmaniġġjati b’tali mod li jiġi żgurat li tinżamm l-isterilità.

6. 

Meta, skont il-Manwal tal-IETS, jinżiedu l-antibijotiċi jew taħlita ta’ antibijotiċi mal-mediums tal-ġbir, tal-ipproċessar, tal-ħasil u tal-ħżin, l-ismijiet tal-antibijotiċi miżjuda u l-konċentrazzjoni tagħhom għandhom jiġu ddikjarati fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jakkumpanja l-konsenja.

7. 

L-aġenti krijoġeniċi li jintużaw għall-preservazzjoni jew għall-ħżin tal-embrijuni ma għandhomx ikunu ntużaw qabel għal prodotti bijoloġiċi oħrajn li joriġinaw mill-annimali.

8. 

L-embrijuni għandhom jinħaslu skont il-Manwal tal-IETS u jkollhom zona pellucida jew, fil-każ tal-embrijuni ekwini, il-kapsula embrijonika, intatta qabel u eżatt wara l-ħasil. Kull embrijun għandu jinħasel mill-inqas 10 darbiet fi fluwidu speċjali għall-embrijuni, li għandu jinbidel kull darba. Kull ħasla għandha tkun dilwita 100 darba iżjed mill-ħasla preċedenti u f’kull okkażjoni għandha tintuża mikropipetta sterili għat-trasferiment tal-embrijun.

Il-proċedura tal-ħasil standard għandha tiġi mmodifikata sabiex tinkludi ħasliet addizzjonali bl-enżima tripsina, skont il-Manwal tal-IETS, meta tkun meħtieġa l-inattivazzjoni jew it-tneħħija ta’ ċerti patoġeni.

9. 

L-embrijuni minn annimali donaturi differenti ma għandhomx jinħaslu flimkien.

10. 

Iz-zona pellucida jew, fil-każ tal-embrijuni ekwini, il-kapsula embrijonika ta’ kull embrijun, għandha tiġi eżaminata fuq l-erja tas-superfiċje kollha tagħha bi tkabbir ta’ mhux inqas minn 50× u tiġi ċċertifikata li hija intatta u ħielsa minn materjali aderenti.

11. 

L-embrijuni li jkunu għaddew b’suċċess mill-eżami stabbilit fil-punt 10 għandhom jitqiegħdu f’tubu straw jew f’pakkett ieħor imnaddaf u ddiżinfettat jew sterili, ħlief fil-każ li jintuża kontenitur minn dawn ġdid li jintuża darba, immarkat f’konformità mal-Artikolu 10(1) u (5) u li għandu jiġi ssiġillat minnufih.

12. 

Kull embrijun għandu, fejn xieraq, jiġi ffriżat mill-aktar fis possibbli u jinħażen f’bini tal-ħżin, imsemmi fil-punt 2(b) tal-Parti 2 tal-Anness I, li huwa taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju tal-grupp.

13. 

Meta ma jkunx hemm proċedura oħra biex jiġi vverifikat l-istatus tas-saħħa tal-annimali donaturi, jew sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali u tal-bijosigurtà stabbiliti mill-veterinarju tal-grupp, anki fil-qafas tal-iskema ta’ kontroll tal-kwalità msemmija fil-punt 1(b) tal-Parti 2 tal-Anness I, il-grupp għall-ġbir tal-embrijuni għandu, f’konformità mal-Manwal tal-IETS, jissottometti lil laboratorju uffiċjali jew awtorizzat mill-awtorità kompetenti, kampjuni ta’ rutina ta’ embrijuni jew ta’ ooċiti mhux vijabbli, tal-fluwidi tat-tlaħliħ jew tal-ħasil li jirriżultaw mill-attivitajiet tiegħu, għall-individwazzjoni ta’ xi kontaminazzjoni batterjali jew virali, bi frekwenza li tiġi stabbilita mill-veterinarju tal-grupp.

PARTI 3

REKWIŻITI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-ĠBIR U L-IPPROĊESSAR TA’ OOĊITI, OVARJI U TESSUTI OĦRAJN GĦALL-PRODUZZJONI IN VITRO TA’ EMBRIJUNI TA’ ANNIMALI BOVINI, PORĊINI, OVINI, KAPRINI U EKWINI

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 2, ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw għall-ġbir, għall-ipproċessar u għat-trasport ta’ ooċiti, ovarji u tessuti oħrajn għall-użu fil-fertilizzazzjoni in vitro u għall-kultura in vitro:

1. 

L-ovarji u t-tessuti l-oħrajn miġbura f’biċċerija, minn annimal donatur individwali jew minn lott ta’ annimali donaturi, għandhom jinġabru f’biċċerija approvata f’konformità mal-Artikolu 148 tar-Regolament (UE) 2017/625.

Dawk l-annimali donaturi potenzjali jridu jkunu għaddew minn spezzjonijiet ante-mortem u post-mortem imwettqa minn veterinarju fil-biċċerija, li jrid ikun iċċertifika li huma ħielsa minn sintomi u sinjali tal-mard ta’ kull waħda mill-kategoriji A, B, C u D rilevanti għall-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini.

Il-biċċerija trid tkun tinsab f’żona fejn f’radjus ta’ 10 kilometri madwarha ma ġietx irrappurtata l-marda tal-ilsien u d-dwiefer għall-perjodu ta’ mill-inqas it-30 jum ta’ qabel id-data tal-ġbir tal-ovarji u t-tessuti l-oħrajn.

2. 

L-ovarji ma għandhomx jiddaħħlu fil-laboratorju ta’ grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni għall-ipproċessar qabel ma titlesta spezzjoni post-mortem tal-annimali donaturi b’riżultati sodisfaċenti.

Jekk tinstab marda msemmija fil-punt 1 f’annimal donatur individwali jew fil-lott tal-annimali donaturi, jew f’xi annimali maqtula f’dik il-biċċerija f’dak il-jum, l-ovarji u t-tessuti l-oħrajn kollha minn dawk l-annimali donaturi għandhom jiġu ttraċċati u jintremew.

3. 

It-tagħmir kollu għat-tneħħija u t-trasport tal-ovarji u ta’ tessuti oħrajn għandu jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat jew sterilizzat qabel ma jintuża, minbarra t-tagħmir il-ġdid li jintuża darba biss, u għandu jintuża esklussivament għal dawk l-iskopijiet.

Għandu jintuża tagħmir separat fit-trattament tal-ooċiti u l-embrijuni minn annimali donaturi individwali differenti u minn lottijiet differenti ta’ annimali donaturi.

PARTI 4

REKWIŻITI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-IPPROĊESSAR TA’ EMBRIJUNI PRODOTTI IN VITRO TA’ ANNIMALI BOVINI, PORĊINI, OVINI, KAPRINI U EKWINI

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 2, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin għall-ipproċessar tal-embrijuni prodotti in vitro:

1. 

Wara li jitlesta l-perjodu tal-kultura in vitro, iżda qabel l-iffriżar, il-ħżin u t-trasportazzjoni tal-embrijuni, dawn għandhom jinħaslu u jgħaddu mit-trattamenti msemmija fil-punti 7, 10 u 11 tal-Parti 2.

2. 

L-embrijuni minn annimali donaturi individwali differenti jew minn lottijiet differenti ta’ annimali donaturi, imsemmija fil-punt 1 tal-Parti 3, ma għandhomx jinħaslu flimkien.

3. 

L-embrijuni minn annimali donaturi individwali differenti jew minn lottijiet differenti ta’ annimali donaturi ma għandhomx jitqiegħdu fl-istess tubu straw jew f’pakkett ieħor.

PARTI 5

REKWIŻITI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-IPPROĊESSAR TA’ EMBRIJUNI MIKROMANIPULATI TA’ ANNIMALI BOVINI, PORĊINI, OVINI, KAPRINI U EKWINI

Qabel kull mikromanipulazzjoni li tikkomprometti l-integrità taż-zona pellucida jew, fil-każ tal-embrijuni ekwini, il-kapsula embrijonika, l-embrijuni jew l-ooċiti kollha għandhom jinġabru u jiġu pproċessati skont ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fil-Partijiet 2, 3 u 4.

Barra minn hekk, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

1. 

Meta titwettaq il-mikromanipulazzjoni tal-embrijun li tinvolvi l-penetrazzjoni taż-zona pellucida jew, fil-każ ta’ embrijuni ekwini, il-kapsula embrijonika, din għandha ssir f’laboratorju, imsemmi fil-punt 2(a) tal-Parti 3 tal-Anness I, li jkun taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju tal-grupp.

2. 

Kull grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni għandu jżomm rekords tal-attivitajiet tiegħu f’konformità mal-Artikolu 8(1)(b).

Fil-każ ta’ embrijuni prodotti permezz ta’ fertilizzazzjoni in vitro, l-identifikazzjoni tal-embrijuni tista’ ssir abbażi ta’ lott ta’ annimali donaturi, iżda għandha tinkludi d-dettalji tad-data u l-post tal-ġbir tal-ovarji u tal-ooċiti. Din għandha tippermetti wkoll li jiġi ttraċċat l-istabbiliment ta’ oriġini tal-annimali donaturi.

3. 

Kull mikromanipulazzjoni li tinvolvi l-penetrazzjoni taż-zona pellucida jew, fil-każ ta’ embrijuni ekwini, il-kapsula embrijonika, għandha titwettaq fil-faċilitajiet approvati għal dak l-iskop, u wara l-aħħar ħasla u eżami.

Din il-mikromanipulazzjoni tista’ titwettaq biss fuq embrijun li jkollu zona pellucida jew, fil-każ ta’ embrijuni ekwini, il-kapsula embrijonika, intatta.

PARTI 6

REKWIŻITI TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-ĦŻIN TA’ EMBRIJUNI DDERIVATI IN VIVO U PRODOTTI IN VITRO, U TA’ OOĊITI TAL-ANNIMALI BOVINI, PORĊINI, OVINI, KAPRINI U EKWINI

1. Kull grupp għall-ġbir tal-embrijuni u grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni għandu jiżgura li l-embrijuni u l-ooċiti jinħażnu f’temperaturi xierqa fil-bini tal-ħżin imsemmi fil-punt 2(b) tal-Parti 2 tal-Anness I.

2. Huma biss l-embrijuni miġbura minn grupp għall-ġbir tal-embrijuni, jew l-ooċiti miġbura u l-embrijuni prodotti minn grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni, u ttrasportati f’kundizzjonijiet li jiżguraw li tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata tal-embrijuni u l-ooċiti, billi dawn ma kellhom l-ebda kuntatt ma’ embrijuni u ooċiti li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, li jistgħu jinġiebu fil-bini tal-ħżin imsemmi fil-punt 2(b) tal-Parti 2 tal-Anness I.

L-embrijuni dderivati in vivo, l-embrijuni u l-ooċiti prodotti in vitro għandhom jinħażnu f’kontenituri tal-ħżin distinti assenjati għal kull tip ta’ prodott ġerminali u t-trattament tal-prodotti ġerminali maħżuna jrid isir minn membri tal-persunal differenti jew f’ħinijiet differenti.

3. Il-veterinarju tal-grupp jista’ jiddeċiedi li l-embrijuni li ma jkunux inġabru minn grupp għall-ġbir tal-embrijuni, jew l-ooċiti li ma jkunux inġabru u l-embrijuni li ma jkunux prodotti minn grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni, jistgħu jiġu pproċessati mill-grupp għall-ġbir tal-embrijuni jew mill-grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni, dment li:

(a) 

tali ooċiti u embrijuni jinġabru minn annimali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati:

(i) 

fir-rigward tal-annimali bovini, fil-punt 1 tal-Kapitolu II tal-Parti 1 tal-Anness II u, skont kif japplika, fil-Kapitoli I, II u III tal-Parti 5 tal-Anness II;

(ii) 

fir-rigward tal-annimali porċini, fil-punti 1, 2 u 3 tal-Kapitolu II tal-Parti 2 tal-Anness II u, skont kif japplika, fil-Kapitoli I u IV tal-Parti 5 tal-Anness II;

(iii) 

fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini, fil-punt 1 tal-Kapitolu II tal-Parti 3 tal-Anness II u, skont kif japplika, fil-Kapitoli I sa III tal-Parti 5 tal-Anness II;

(iv) 

fir-rigward tal-annimali ekwini, fil-punti 1 u 2 tal-Kapitolu II tal-Parti 4 tal-Anness II;

(b) 

l-ipproċessar jitwettaq b’tagħmir separat jew f’ħin differenti minn dak tal-ooċiti u l-embrijuni maħsubin biex jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor, fit-tieni każ it-tagħmir irid jitnaddaf u jiġi sterilizzat wara li jintuża;

(c) 

tali ooċiti u embrijuni ma għandhomx jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor u fl-ebda ħin ma għandhom jiġu f’kuntatt, jew jinħażnu ma’, ooċiti u embrijuni maħsuba biex jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor;

(d) 

tali ooċiti u embrijuni jridu jkunu identifikabbli permezz ta’ marka li hija differenti minn dik imsemmija fil-punt 1(a)(v) tal-Parti 1 tal-Anness I.

4. Qabel ma jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor, l-embrijuni jew l-ooċiti ffriżati għandhom jinħażnu fil-bini tal-ħżin msemmi fil-punt 2(b) tal-Parti 2 tal-Anness I għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum mid-data tal-ġbir jew tal-produzzjoni tagħhom.

5. Huma biss l-embrijuni jew l-ooċiti minn annimal donatur individwali jew minn lott wieħed ta’ annimali donaturi, imsemmija fil-punt 1 tal-Parti 3, li għandhom jitqiegħdu fl-istess tubu straw jew fl-istess pakkett ta’ tip ieħor.




ANNESS IV

INFORMAZZJONI LI TRID TIDDAĦĦAL FIĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-PRODOTTI ĠERMINALI LI JINĠARRU MINN STAT MEMBRU GĦAL IEĦOR KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLI 31 U 40

1. Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini li jinġarru minn Stat Membru għal ieħor, imsemmi fl-Artikolu 31, għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-isem u l-indirizz tal-ispeditur u tad-destinatarju;

(b) 

l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment tad-dispaċċ, u

(i) 

in-numru tal-approvazzjoni uniku ta’ dak l-istabbiliment, meta l-istabbiliment tad-dispaċċ ikun stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat jew stabbiliment konfinat, imsemmi fl-Artikolu 14;

jew

(ii) 

in-numru tar-reġistrazzjoni uniku ta’ dak l-istabbiliment, meta l-istabbiliment tad-dispaċċ ikun stabbiliment fejn jinżammu annimali ovini u kaprini, imsemmi fl-Artikolu 13;

(c) 

l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment tad-destinazzjoni, u

(i) 

in-numru tal-approvazzjoni uniku ta’ dak l-istabbiliment, meta l-istabbiliment tad-destinazzjoni jkun stabbiliment tal-prodotti ġerminali approvat jew stabbiliment konfinat;

jew

(ii) 

in-numru tar-reġistrazzjoni uniku ta’ dak l-istabbiliment, meta l-istabbiliment tad-destinazzjoni jkun stabbiliment tal-prodotti ġerminali reġistrat jew xi stabbiliment reġistrat ieħor;

(d) 

it-tip tal-prodotti ġerminali u l-ispeċijiet tal-annimali donaturi;

(e) 

l-għadd ta’ tubi straw jew ta’ pakketti oħrajn li se jintbagħtu;

(f) 

l-informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-prodotti ġerminali:

▼M1

(i) 

l-ispeċi u l-identifikazzjoni tal-annimali donaturi li minnhom inġabru l-prodotti ġerminali, f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu I, II, III jew IV tal-Parti III tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035;

▼B

(ii) 

l-immarkar applikat fuq it-tubi straw jew fuq pakketti oħrajn skont ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 10;

(iii) 

il-post u d-data tal-ġbir jew tal-produzzjoni tagħhom;

(g) 

in-numru tas-siġill applikat fuq il-kontenitur tat-trasport;

(h) 

l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali, garanziji addizzjonali u, fejn meħtieġ, ir-riżultati tat-test b’relazzjoni ma’:

(i) 

l-Istat Membru jew żona tiegħu;

(ii) 

l-istabbiliment tal-oriġini tal-annimali donaturi;

(iii) 

l-istabbiliment tal-prodotti ġerminali jew, fil-każ previst fl-Artikolu 14, l-istabbiliment konfinat tal-ġbir jew tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-ħżin tal-prodotti ġerminali;

(iv) 

l-annimali donaturi li minnhom inġabru l-prodotti ġerminali;

(v) 

il-prodotti ġerminali li għandhom jintbagħtu;

▼M1

(i) 

id-data u l-post tal-ħruġ taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, l-isem, il-kapaċità u l-firma tal-veterinarju uffiċjali, kif ukoll it-timbru tal-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini tal-konsenja;

▼M1

(j) 

id-data tad-dispaċċ tal-konsenja.

▼B

2.  ►M2  Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-prodotti ġerminali tal-annimali terrestri, għajr tal-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini jew ekwini, miżmuma fi stabbilimenti konfinati u ta’ annimali tal-familji Camelidae jew Cervidae, li jinġarru minn Stat Membru għal ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 40, għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja: ◄

(a) 

l-isem u l-indirizz tal-ispeditur u tad-destinatarju;

(b) 

l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment tad-dispaċċ, u

(i) 

in-numru tar-reġistrazzjoni uniku meta l-istabbiliment tad-dispaċċ ikollu dan in-numru assenjat;

jew

(ii) 

in-numru tal-approvazzjoni uniku ta’ dak l-istabbiliment konfinat, meta l-istabbiliment tad-dispaċċ ikun stabbiliment konfinat;

(c) 

l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment tad-destinazzjoni u, meta l-istabbiliment tad-destinazzjoni jkun stabbiliment konfinat, in-numru tal-approvazzjoni uniku ta’ dak l-istabbiliment konfinat;

(d) 

it-tip tal-prodotti ġerminali u l-ispeċijiet tal-annimali donaturi;

(e) 

l-għadd ta’ tubi straw jew ta’ pakketti oħrajn li se jintbagħtu;

(f) 

l-informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-prodotti ġerminali:

(i) 

l-ispeċijiet u, fejn meħtieġa, is-sottospeċijiet u l-identifikazzjoni tal-annimali donaturi li minnhom ikunu nġabru l-prodotti ġerminali,

— 
fil-każ tal-klieb u l-qtates, skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 jew skont l-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) 2019/2035;
jew
— 
fil-każ ta’ annimali terrestri għajr l-annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini miżmuma fi stabbilimenti konfinati f’konformità mar-regoli ta’ dak l-istabbiliment konfinat;
jew
— 
fil-każ ta’ annimali tal-familji Camelidae u Cervidae, skont l-Artikolu 73(1) jew (2) jew l-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) 2019/2035;
(ii) 

l-immarkar applikat fuq it-tubi straw jew fuq pakketti oħrajn f’konformità mal-Artikolu 11;

(iii) 

il-post u d-data tal-ġbir jew tal-produzzjoni tagħhom;

(g) 

in-numru tas-siġill applikat fuq il-kontenitur tat-trasport;

(h) 

l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali, garanziji addizzjonali u, fejn meħtieġ, ir-riżultati tat-test b’relazzjoni ma’:

(i) 

l-Istat Membru jew żona tiegħu;

(ii) 

l-istabbiliment tal-oriġini tal-annimali donaturi;

(iii) 

l-annimali donaturi li minnhom inġabru l-prodotti ġerminali;

(iv) 

il-prodotti ġerminali li għandhom jintbagħtu;

▼M1

(i) 

id-data u l-post tal-ħruġ taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, l-isem, il-kapaċità u l-firma tal-veterinarju uffiċjali, kif ukoll it-timbru tal-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini tal-konsenja;

▼M1

(j) 

id-data tad-dispaċċ tal-konsenja.



( 1 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (“ir-Regolament IMSOC”) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37).

( 2 ) Il-Manwal tas-Soċjetà Internazzjonali għat-Trasferiment tal-Embrijuni – A procedural guide and general information for the use of embryo transfer technology emphasising sanitary procedures, ippubblikat mill-International Embryo Transfer Society, 1 111 North Dunlap Avenue, Savoy, Illinois 61 874 USA (http://www.iets.org/).