02020R0149 — MT — 07.08.2025 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/149 tal-4 ta’ Frar 2020 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv tal-għalf għall-ħrief u ż-żwiemel u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1293/2008 u (KE) Nru 910/2009 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danstar Ferment AG irrappreżentat fl-Unjoni minn Lallemand SAS) (ĠU L 033 5.2.2020, p. 5) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1426 tas-17 ta’ Lulju 2025 |
L 1426 |
1 |
18.7.2025 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/149
tal-4 ta’ Frar 2020
dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv tal-għalf għall-ħrief u ż-żwiemel u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1293/2008 u (KE) Nru 910/2009 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danstar Ferment AG irrappreżentat fl-Unjoni minn Lallemand SAS)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
L-awtorizzazzjoni tal-addittiv speċifikat fl-Anness, li jaqa’ taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”, u li huwa parti mill-grupp funzjonali “stabilizzaturi tal-flora intestinali”, hija mġedda soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1293/2008 u (KE) Nru 910/2009 huma mħassra.
Artikolu 3
Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 910/2009, it-taħlitiet lesti minn qabel u l-għalf kompost li jkun fih dik is-sustanza, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-25 ta’ Frar 2020 skont ir-regoli applikabbli qabel il-25 ta’ Frar 2020 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
|
CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||
|
Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità |
|||||||||
|
4b1711 |
Danstar Ferment AG irrappreżentata minn Lallemand SAS |
Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 |
Kompożizzjoni tal-additti: Preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 li fih minimu ta’: — 1 × 1010 CFU/g ta’ addittiv (għamla miksija); — 2 × 1010 CFU/g ta’ addittiv (għamla mhux miksija); Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiv: Ċelloli vijabbli ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni: Metodu tat-tferrigħ bl-użu ta’ agar magħmul mid-destrożju, l-estratt tal-ħmira u l-kloramfenikol (EN15789:2009). Identifikazzjoni: Metodu tar-reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) (CEN/TS 15790:2008) |
Żwiemel |
- |
3,0 × 109 |
- |
1. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana. 2. Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-użu tiegħu. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi proċeduri u b’miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’apparat ta’ protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tal-għajnejn. |
25.2.2030 |
|
Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzaturi tal-flora intestinali |
|||||||||
|
4b1711 |
Danstar Ferment AG irrappreżentata minn Lallemand SAS |
Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 li fih minimu ta’: — 1 × 1010 CFU/g ta’ addittiv (għamla miksija); — 2 × 1010 CFU/g ta’ addittiv (għamla mhux miksija); Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni: Metodu tat-tferrigħ bl-użu ta’ agar magħmul mid-destrożju, l-estratt tal-ħmira u l-kloramfenikol (EN15789:2009). Identifikazzjoni: Metodu tar-reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) (CEN/TS 15790:2008) |
Ħrief |
- |
►M1 1 × 109 ◄ |
|
1. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana. 2. Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-użu tiegħu. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi proċeduri u b’miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’apparat ta’ protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tal-għajnejn. |
25.2.2030 |
|
(1)
Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports |
|||||||||