02020D1999 — MT — 05.09.2025 — 022.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1999 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (ĠU L 410I 7.12.2020, p. 13) |
Emendata bi:
Ikkoreġuta bi:
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1999
tas-7 ta’ Diċembru 2020
li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi qafas għal miżuri restrittivi mmirati biex jiġu indirizzati ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja. Din tapplika għal dan li ġej:
ġenoċidju;
delitti kontra l-umanità;
ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem li ġejjin:
tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra,
skjavitù,
eżekuzzjonijiet extralegali, sommarji jew arbitrarji u qtil,
għajbien sfurzat ta’ persuni,
arresti jew detenzjonijiet arbitrarji;
ksur jew abbuż ieħor tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż iżda mhux limitat għal dawn li ġejjin, sa fejn dawk il-ksur jew l-abbuż ikunu mifruxa, sistematiċi jew inkella jkunu ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-TUE:
traffikar tal-bnedmin, kif ukoll l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem minn faċilitaturi ta’ dħul klandestin ta’ migranti kif imsemmi f’dan l-Artikolu,
vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru,
ksur jew abbużi tal-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni paċifika,
ksur jew abbużi tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni,
ksur jew abbużi tal-libertà ta’ reliġjon jew ta’ twemmin.
Għall-fini tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, għandhom jiġu kkunsidrati d-dritt internazzjonali konswetudinarju u strumenti ġeneralment aċċettati tad-dritt internazzjonali, bħal:
il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;
il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali;
il-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta’ Ġenoċidju;
il-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra;
il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni Razzjali;
il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa;
il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal;
il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat;
il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà;
il-Protokoll għall-Prevenzjoni, Soppressjoni u Punizzjoni tat-Traffikar ta’ Persuni; speċjalment ta’ Nisa u Tfal, li jissupplementa l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra l-Kriminalità Organizzata Tranżnazzjonali;
l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;
il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali.
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi jistgħu jinkludu:
atturi Statali;
atturi oħra li jeżerċitaw kontroll jew awtorità effettiva fuq territorju;
atturi oħra mhux Statali.
Meta jistabbilixxi jew jemenda l-lista li tinsab fl-Anness fir-rigward ta’ atturi mhux Statali oħrajn skont il-punt (c) tal-paragrafu 3, il-Kunsill għandu jqis b’mod partikolari l-elementi speċifiċi li ġejjin:
l-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 TUE; u
il-gravità u/jew l-impatt tal-abbużi.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-tranżitu minnhom, ta’:
persuni fiżiċi li huma responsabbli għall-atti mniżżlin fl-Artikolu 1(1);
persuni fiżiċi li jipprovdu appoġġ finanzjarju, tekniku jew materjali għall-atti mniżżlin fl-Artikolu 1(1) jew li huma involuti f’dawk l-atti, inkluż bl-ippjanar, id-direzzjoni, l-ordni, l-assistenza, it-tħejjija, l-iffaċilitar, jew l-inkoraġġiment ta’ tali atti;
persuni fiżiċi li huma assoċjati mal-persuni koperti mill-punti (a) u (b);
kif elenkati fl-Anness.
Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b’obbligu skont id-dritt internazzjonali, jiġifieri:
bħala pajjiż ospitanti ta’ organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;
bħala pajjiż ospitanti ta’ konferenza internazzjonali mlaqqa’ min-Nazzjonijiet Uniti, jew taħt il-patroċinju tagħhom;
taħt ftehim multilaterali li jagħti privileġġi u immunitajiet; jew
skont it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni (il-Patt tal-Lateran) tal-1929 konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.
Artikolu 3
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, li huma l-proprjetà ta’, jew li huma miżmuma jew ikkontrollati minn:
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi, li huma responsabbli għall-atti mniżżlin fl-Artikolu 1(1);
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi, li jipprovdu appoġġ finanzjarju, tekniku jew materjali għall-atti mniżżlin fl-Artikolu 1(1) jew li huma involuti f’dawk l-atti, inkluż bl-ippjanar, id-direzzjoni, l-ordni, l-assistenza, it-tħejjija, l-iffaċilitar, jew l-inkoraġġiment ta’ tali atti;
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi entitajiet, li huma assoċjati mal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi koperti mill-punti (a) u (b);
kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.
B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, b’dawk il-kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew r-riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:
meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness u tal-membri dipendenti tal-familji ta’ dawn il-persuni fiżiċi, inkluż ħlasijiet għall-ikel, għall-kera jew għall-ipotekar, għall-mediċini u għat-trattament mediku, għat-taxxi, għall-primjums tal-assigurazzjoni, u għall-ispejjeż tas-servizzi pubbliċi;
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ tariffi jew imposti ta’ servizzi ta’ kustodja jew ġestjoni normali ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;
neċessarji għal spejjeż straordinarji, sakemm l-awtorità kompetenti rilevanti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, minn tal-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; jew
ser jitħallsu f’kont ta’ missjoni diplomatika jew konsulari, jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, jew jinħarġu minn tali kont, sa fejn tali pagamenti jkunu maħsuba biex jintużaw għal finijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari, jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.
B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu s-suġġett ta’ deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmi fil-paragrafu 1 ikun ġie elenkat fl-Anness, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw esklużivament biex jissodisfaw pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f’tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta’ persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;
id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness; u
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jkunx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.
Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:
imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;
pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2; jew
pagamenti dovuti skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali li ngħataw fl-Unjoni jew li huma infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, sakemm kwalunkwe tali mgħax, dħul ieħor u pagamenti jibqgħu soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.
Artikolu 4
L-Artikolu 3(1) u (2) ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi li jkunu meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem, fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
in-Nazzjonijiet Uniti (NU), inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;
organizzazzjonijiet internazzjonali;
organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-NU u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;
organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-NU, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati tan-NU, appelli oħra tan-NU jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji;
organizzazzjonijiet u aġenziji li lilhom l-Unjoni tkun tat iċ-Ċertifikat ta’ Sħubija Umanitarja jew li jkunu ċċertifikati jew rikonoxxuti minn Stat Membru f’konformità ma’ proċeduri nazzjonali;
l-aġenziji speċjalizzati tal-Istati Membri; jew
impjegati, benefiċjarji, sussidjarji jew sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) waqt li u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet.
Artikolu 5
Artikolu 6
Artikolu 7
Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli għandhom jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari:
fir-rigward tal-Kunsill, it-tħejjija u l-emendar tal-Anness;
fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, it-tħejjija ta’ emendi għall-Anness.
Artikolu 8
Ma għandha tiġi sodisfatta ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ xi kuntratt jew tranżazzjoni li l-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont din id-Deċiżjoni, inkluż pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b’mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta’ bond jew ta’ garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta’ kull forma, jekk din il-pretensjoni ssir minn:
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi deżinjati elenkati fl-Anness;
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxi permezz ta’ jew f’isem waħda mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi msemmija fil-punt (a).
Artikolu 9
Sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk previsti f’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 10
Artikolu 11
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS
Lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikoli 2 u 3
Persuni fiżiċi
|
|
►M2 Ismijiet (Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin) ◄ |
►M2 Ismijiet ◄ |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-elenkar |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Alexander (Alexandr) Petrovich KALASHNIKOV |
Aлександр Петрович КАЛАШНИКОВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Eks Direttur tar-Russian Federal Penitentiary Service (FSIN) Data tat-twelid: 27.1.1964 Post tat-twelid: Tatarsk, Novosibirsk Region/Oblast, Russian SFSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-identità: 771670606787 |
Alexander Kalashnikov kien id-direttur tas-Servizz Penitenzjarju Federali Russu (FSIN) mit-8 ta' Ottubru 2019 sal-25 ta' Novembru 2021. F'dik il-pożizzjoni, huwa ssorvelja l-attivitajiet kollha tal-FSIN. Fil-kapaċità tiegħu bħala direttur tal-FSIN, huwa kien responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti u detenzjonijiet arbitrarji. Waqt li Alexei Navalny kien qed jirkupra fil-Ġermanja (Settembru 2020-Jannar 2021) wara li kien ġie avvelenat b'aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok, fit-28 ta' Diċembru 2020, l-FSIN ordna li jippreżenta ruħu b'mod immedjat quddiem uffiċjal tal-probation jew, jekk jonqos milli jagħmel dan, jiffaċċa sentenza ta' ħabs talli jkun kiser il-kundizzjonijiet ta' sentenza sospiża għal kundanna għal frodi. Dik il-kundanna għal frodi nstabet li kienet arbitrarja u inġusta mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-2018. Fis-17 ta' Jannar 2021, fuq ordnijiet ta' Alexander Kalashnikov, uffiċjali tal-FSIN arrestaw lil Alexei Navalny mal-wasla tiegħu fl-ajruport ta' Moska. L-arrest ta' Alexei Navalny huwa bbażat fuq deċiżjoni tal-qorti tal-belt ta' Khimki, li min-naħa tagħha nħarġet fuq talba tal-FSIN. Lejn l-aħħar ta' Diċembru 2020, l-FSIN kien diġà talab li qorti tissostitwixxi s-sentenza sospiża ta' Alexei Navalny b'sentenza ta' ħabs. Fis-17 ta' Frar 2021, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ordnat lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa jirrilaxxa lil Alexei Navalny. |
2.3.2021 |
|
2. |
Alexander (Alexandr) Ivanovich BASTRYKIN |
Алексaндр Ивaнович БАСТРЫКИН |
Pożizzjoni(jiet): President tal-Investigative Committee tar-Russian Federation Data tat-twelid: 27.8.1953 Post tat-twelid: Pskov, Russian SFSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-identità: 782618375392 |
Alexander Bastrykin ilu jservi bħala president tal-Kumitat Investigattiv tal-Federazzjoni Russa (il-‘Kumitat’) minn Jannar 2011 (u bħala aġent president minn Ottubru sa Diċembru 2010). F'dik il-pożizzjoni, huwa jissorvelja l-attivitajiet kollha tal-Kumitat. Uffiċjalment, il-Kumitat huwa ppresedut mill-President Russu. Fil-kapaċità tiegħu, Alexander Bastrykin, bħala president tal-Kumitat, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti u detenzjonijiet arbitrarji. Alexander Bastrykin huwa responsabbli għall-kampanji mifruxa u sistematiċi ta' repressjoni tal-Kumitat kontra l-oppożizzjoni Russa li jimmiraw u jinvestigaw il-membri tagħha. Fid-29 ta' Diċembru 2020, il-Kumitat nieda investigazzjoni dwar il-mexxej tal-oppożizzjoni Alexei Navalny, fejn ġie akkużat bi frodi fuq skala kbira. Alexei Navalny u oħrajn ippubblikaw artikli dwar is-sjieda ta' Alexander Bastrykin tad-ditta tal-proprjetà immobbli Ċeka LAW Bohemia fis-snin 2000. Fl-2022, il-Kumitat Investigattiv, li Alexander Bastrykin għadu jippresiedi, akkuża lil 92 suldat Ukren b'delitti kontra l-umanità matul il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. |
2.3.2021 |
|
3. |
Игорь Викторович КРАСНОВ |
Pożizzjoni(jiet): Prosekutur Ġenerali tal-Federazzjoni Russa Data tat-twelid: 24.12.1975 Post tat-twelid: Arkhangelsk, SFSR Russa (issa l-Federazzjoni Russa) Ċittadinanza: Russa Sess: raġel |
Igor Krasnov ilu Prosekutur Ġenerali tal-Federazzjoni Russa mit-22 ta' Jannar 2020 u qabel kien il-Viċi President tal-Kumitat Investigattiv tal-Federazzjoni Russa. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Prosekutur Ġenerali, huwa jissorvelja l-Uffiċċji tal-Prosekutur fil-Federazzjoni Russa, l-Uffiċċji tal-Prosekutur Speċjali u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Militari. Fil-kapaċità tiegħu bħala Prosekutur Ġenerali, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-detenzjonijiet arbitrarji ta’ nies li pprotestaw f’dimostrazzjonijiet, u għar-repressjoni mifruxa u sistematika tad-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni u tad-dritt għal-libertà ta' opinjoni u espressjoni. Qabel il-protesti tat-23 ta' Jannar 2021, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali wissa li l-parteċipanti kienu ser jitqiesu responsabbli. Barra minn hekk, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali talab li s-Servizz Federali għas-Superviżjoni fl-Isfera tal-Komunikazzjonijiet, it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Massa (Roskomnadzor) jirrestrinġi l-aċċess għas-siti web u l-kontijiet tan-network soċjali tal-oppożizzjoni li kien fihom informazzjoni dwar l-avvenimenti ppjanati tas-sostenituri ta' Alexei Navalny. Fid-29 ta' Jannar 2021, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali għal darb'oħra talab li r-Roskomnadzor jirrestrinġi l-aċċess għas-siti web u l-kontijiet tan-network soċjali tal-oppożizzjoni, din id-darba qabel il-protesti favur Navalny fit-30 u l-31 ta' Jannar 2021. Intbagħtu twissijiet lill-kumpanniji tal-internet (Facebook, TikTok, Twitter, Google, Mail.ru Group). L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali ħabbar ukoll li dawk li kienu ser jieħdu sehem fid-dimostrazzjonijiet kienu ser jiffaċċjaw prosekuzzjoni. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali appoġġa t-talba tas-Servizz Penitenzjarju Federali Russu (FSIN) sabiex is-sentenza sospiża imposta fuq Alexei Navalny f’każ allegat ta’ frodi tiġi konvertita sentenza ta’ ħabs. Minkejja li l-kundanna tiegħu f’dak il-każ instabet arbitrarja u inġusta mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-2018, Alexei Navalny ġie arrestat mal-wasla tiegħu fl-ajruport ta’ Moska fis-17 ta’ Jannar 2021. |
it-2 ta’ Marzu 2021 |
|
|
4. |
Viktor Vasilievich (Vasilyevich) ZOLOTOV |
Виктор Васильевич ЗОЛОТОВ |
Pożizzjoni(jiet): Direttur tal-Federal Service of National Guard Troops tar-Russian Federation (Rosgvardia) Data tat-twelid: 27.1.1954 Post tat-twelid: Sasovo, Russian SFSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-identità: 770600283509 |
Viktor Zolotov ilu d-Direttur tas-Servizz Federali tat-Truppi tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia) mill-5 ta' April 2016 u, għalhekk, huwa Kap Kmandant tat-Truppi tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa, kif ukoll Kmandant tal-OMON – Unita Mobbli bi Skop Speċjali integrata fir-Rosgvardia. F'dik il-pożizzjoni, huwa jissorvelja l-attivitajiet kollha tat-truppi tar-Rosgvardia u tal-OMON. Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur tar-Rosgvardia, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti u detenzjonijiet arbitrarji u l-ksur mifrux u sistematiku tad-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni, b'mod partikolari bir-repressjoni vjolenti ta' protesti u dimostrazzjonijiet. Ir-Rosgvardia ntużat biex trażżan il-protesti favur Navalny tat-23 ta' Jannar u tal-21 ta' April 2021, u ġie rrappurtat li bosta uffiċjali tal-OMON u tal-Gwardja Nazzjonali użaw brutalità u vjolenza kontra d-dimostranti. Għexieren ta' ġurnalisti spiċċaw fil-mira ta' aggressjoni mill-forzi tas-sigurtà, inkluż il-korrispondent ta' Meduza, Kristina Safronova, li sfat aggredita minn uffiċjal tal-OMON, u l-ġurnalista ta' Novaya Gazeta Yelizaveta Kirpanova, li laqtet daqqa ta' lembuba fuq rasha, li darrbitha. Matul il-protesti tat-23 ta' Jannar 2021, il-forzi tas-sigurtà iddetenew arbitrarjament aktar minn 300 minorenni. |
2.3.2021 |
|
5. |
ZHU Hailun |
朱海仑 (ortografija Ċiniża) |
Pożizzjoni(jiet): Membru tat-13-il Kungress Nazzjonali tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (leġiżlatura mill-2018 sal-2023) li jirrappreżenta lir-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX); Membru tal-Kumitat Superviżorju u tal-Affarijiet Ġudizzjarji tal-Kungress Nazzjonali tal-Poplu (mid-19 ta’ Marzu 2018) |
Eks Segretarju tal-Kumitat tal-Affarijiet Politiċi u Legali tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta’ Xinjiang (RAUX) u eks Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-RAUX (mill-2016 sal-2019). Eks Viċi Kap tal-Kumitat Permanenti tat-13-il Kungress tal-Poplu tar-RAUX, korp leġiżlattiv reġjonali (mill-2019 sal-5 ta’ Frar 2021 iżda baqa’ attiv sa tal-inqas Marzu 2021). Membru tat-13-il Kungress Nazzjonali tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (leġiżlatura mill-2018 sal-2023) li jirrappreżenta lir-RAUX. Membru tal-Kumitat Superviżorju u tal-Affarijiet Ġudizzjarji tal-Kungress Nazzjonali tal-Poplu mid-19 ta’ Marzu 2018. |
22.3.2021 |
|
|
|
|
Data tat-twelid: Jannar 1958 Post tat-twelid: Lianshui, Jiangsu (iċ-Ċina) Nazzjonalità: Ċiniża Ġeneru: raġel |
Bħala Segretarju tal-Kumitat tal-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX (mill-2016 sal-2019), Zhu Hailun kien responabbli għaż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fir-RAUX. Bħala tali, kellu kariga politika importanti inkarigat biex isegwi u jimplimenta programm fuq skala kbira ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni mmirat lejn persuni Ujgur u nies minn minoranzi etniċi oħrajn. Zhu Hailun ġie deskritt bħala l-“arkitett” ta’ dan il-programm. Huwa għalhekk responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji fuq skala kbira mwettqa fuq l-Ujgur u nies minn minoranzi etniċi oħrajn. Bħala Viċi Kap tal-Kumitat Permanenti tat-13-il Kungress tal-Poplu tar-RAUX (mill-2019 sal-5 ta’ Frar 2021), Zhu Hailun kompla jeżerċita influwenza deċiżiva fir-RAUX fejn għadu għaddej il-programm ta’ sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirat lejn l-Ujgur u nies minn minoranzi etniċi oħrajn. |
|
|
6. |
WANG Junzheng |
(Ortografija Ċiniża) |
Pożizzjoni(jiet): Membru tal-20 Chinese Communist Party (CCP) Central Committee (Diċembru 2022-Diċembru 2026); Deputat tal-14-il National People's Congress (NPC, Frar 2023 – Frar 2027); Segretarju tal-Partit taċ-Chinese Communist Party (CCP) tat-Tibet Autonomous Region (TAR); Direttur tal-Foreign Affairs Committee tat-Tibet Autonomous Region (TAR) (minn Mejju 2024); eks Segretarju tal-Partit tal-Xinjiang Production and Construction Corps (XPCC), u Viċi Segretarju tal-Party Committee tal-Xinjiang Uyghur Autonomous Region taċ-Ċina; Kummissarju politiku tal-XPCC u CEO taċ-China Xinjian Group Data tat-twelid: Mejju 1963 Post tat-twelid: Linyi, Shandong (China) Nazzjonalità: Ċiniża Sess: raġel |
Segretarju taċ-Chinese Communist Party (CCP) tat-Tibet Autonomous Region (TAR) minn Ottubru 2021. Membru tal-20 Chinese Communist Party (CCP) Central Committee (Diċembru 2022-Diċembru 2026). Deputat tal-14-il National People's Congress (NPC, Frar 2023 - Frar 2027). Eks Segretarju tal-Partit tal-Xinjiang Production and Construction Corps (XPCC) u Viċi Segretarju tal-Party Committee tal-Xinjiang Uyghur Autonomous Region (XUAR) taċ-Ċina minn April 2020 sa Ottubru 2021, kif ukoll Kummissarju politiku tal-XPCC minn Mejju 2020 sa Ottubru 2021. Eks Segretarju tal-Political and Legal Affairs Committee tal-XUAR, minn Frar 2019 sa Settembru 2020. Wang Junzheng okkupa wkoll pożizzjonijiet għolja oħra fl-XPCC. L-XPCC hija organizzazzjoni ekonomika u paramilitari tal-istat fl-XUAR, li teżerċita awtorità amministrattiva u tikkontrolla l-attivitajiet ekonomiċi f'Xinjiang. Bħala Segretarju tal-Partit u Kummissarju Politiku tal-XPCC, Wang Junzheng kien involut fis-sorveljanza tal-politiki kollha implimentati mill-XPCC. F'dik il-pożizzjoni, huwa kien responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b'mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti fuq skala kbira imposti fuq l-Ujguri u popli minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin tagħhom, fost l-oħrajn, b'rabta mal-implimentazzjoni mill-XPCC ta' programm ta' sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirat lejn l-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn. Hu kien ukoll responsabbli għall-użu sistematiku mill-XPCC tal-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn bħala forza tax-xogħol furzat, b'mod partikolari fl-għelieqi tal-qoton. Bħala Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tal-XUAR, Wang Junzheng kien involut fis-sorveljanza tal-politiki tas-sigurtà kollha implimentati f'Xinjiang, inkluż il-programm imsemmi qabel immirat lejn l-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn. Bħala Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tal-XUAR minn Frar 2019 sa Settembru 2020, Wang Junzheng kien responabbli għaż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fil-XUAR. Bħala tali, kellu pożizzjoni politika importanti, inkarigat bis-sorveljenza u l-implimentazzjoni tal-programm imsemmi qabel. |
22.3.2021 |
|
7. |
WANG Mingshan |
(ortografija Ċiniża) |
Pożizzjoni(jiet): Deputat tal-14-il National People's Congress (NPC, Frar 2023 – Frar 2027); Viċi Direttur tal-iStanding Committee tal-Party Committee tal-Xinjiang Uyghur Autonomous Region (XUAR) Data tat-twelid: Jannar 1964 Post tat-twelid: Wuwei, Gansu (China) Nazzjonalità: Ċiniża Sess: raġel |
Viċi Direttur (minn Frar 2024) u eks membru tal-iStanding Committee tal-Party Committee tal-Xinjiang Uyghur Autonomous Region (XUAR). Deputat tal-14-il National People's Congress (NPC, Frar 2023 - Frar 2027). Eks Direttur u Viċi Segretarju tal-Partit tal-Xinjiang Public Security Bureau (XPSB) bejn l-2017 u Jannar 2021. Bħala Viċi Direttur u eks Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tal-XUAR (Settembru 2020 – Frar 2024), Wang Mingshan hu responabbli għaż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fl-XUAR. Bħala tali, għandu pożizzjoni politika importanti, inkarigat biex isegwi programm fuq skala kbira ta' sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni mmirat lejn persuni Ujguri u nies minn minoranzi etniċi oħrajn. Bħala eks Direttur u Viċi Segretarju tal-Partit tal-XPSB (mill-2017 sa Jannar 2021), hu kellu pożizzjoni ewlenija fl-apparat tas-sigurtà ta' Xinjiang u kien direttament responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm imsemmi qabel. B'mod partikolari, l-XPSB uża l-‘Pjattaforma Integrata ta' Operazzjonijiet Konġunti’ (IJOP), programm ta' big data użat biex isegwi miljuni ta' Ujguri fir-reġjun ta' Xinjiang u jimmarka lil dawk meqjusa bħala ‘theddida potenzjali’ biex jintbagħtu f'kampijiet ta' detenzjoni. Fil-pożizzjoni attwali tiegħu u minħabba l-funzjonijiet li kellu qabel, Wang Mingshan hu responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b'mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti fuq skala kbira mwettqa fuq l-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin tagħhom. |
22.3.2021 |
|
8. |
CHEN Mingguo |
(Ortografija Ċiniża) |
Pożizzjoni(jiet): Segretarju tal-Political and Legal Affairs Commission tal-Xinjiang Uygur Autonomous Region (XUAR); Membru tal-iStanding Committee tas-CCP tal-XUAR. Data tat-twelid: Ottubru 1966 Post tat-twelid: Yilong, Sichuan (China) Nazzjonalità: Ċiniża Sess: raġel |
Segretarju tal-Political and Legal Affairs Commission tal-Xinjiang Uygur Autonomous Region (XUAR) u Membru tal-iStanding Committee tas-CCP tal-XUAR minn Frar 2024. Eks Direttur tal-Xinjiang Public Security Bureau (XPSB) minn Jannar 2021 u Viċi President tal-People's Government tal-Xinjiang Uygur Autonomous Region (XUAR). Bħala Segretarju tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-Reġjun Awtonomu ta' Xinjiang Uygur (XUAR), Membru tal-Kumitat Permanenti tas-CCP tal-XUAR u eks Direttur tal-XPSB, Chen Mingguo għandu pożizzjoni ewlenija fl-apparat tas-sigurtà ta' Xinjiang u huwa involut direttament fl-implimentazzjoni ta' programm ta' sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirat lejn l-Ujguri u persuni minn minoranzi etniċi Musulmani oħra. B'mod partikolari, l-XPSB uża l-‘Pjattaforma Integrata ta' Operazzjonijiet Konġunti’ (IJOP), programm ta' big data użat biex isegwi miljuni ta' Ujguri fir-reġjun ta' Xinjiang u jimmarka lil dawk meqjusa bħala ‘theddida potenzjali’ biex jintbagħtu f'kampijiet ta' detenzjoni. Chen Mingguo hu għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b'mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti mwettqa fuq l-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà ta' reliġjon jew tat-twemmin tagħhom. |
22.3.2021 |
|
9. |
JONG Kyong-thaek (magħruf ukoll bħala CHO'NG Kyo'ng-t'aek) |
정경택 (ortografija Koreana) |
Kariga/i: Direttur tal-Bureau tal-Politika Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean; Eks Ministru għas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) Data tat-twelid: bejn l-1.1.1961 u l-31.12.1963 Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) Sess: raġel |
Jong Kyong-thaek huwa d-Direttur tal-Bureau tal-Politika Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean. Hu kien il-Ministru għas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) mill-2017 sal-2021. Il-Ministeru għas-Sigurtà tal-Istat tar-RDPK hu wieħed mill-istituzzjonijiet ewlenin responsabbli mill-implimentazzjoni tal-politiki repressivi tas-sigurtà tar-RDPK, b'enfasi fuq l-identifikazzjoni u t-trażżin ta' dissens politiku, l-influss ta' informazzjoni “sovversiva” minn barra, u kull imġiba oħra meqjusa bħala theddida politika serja għas-sistema politika u t-tmexxija tagħha. Bħala Eks Kap tal-Ministeru għas-Sigurtà tal-Istat, Jong Kyong-thaek huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK, b'mod partikolari tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, arbitrarji u sommarji u qtil, għajbien sfurzat ta' persuni, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, kif ukoll xogħol furzat mifrux u vjolenza sesswali kontra n-nisa. |
22.3.2021 |
|
10. |
RI Yong Gil (magħruf ukoll bħala RI Yong Gi, RI Yo’ng-kil, YI Yo’ng-kil) |
리영길 (ortografija Koreana) |
Kariga/i: Kap tal-Istat Maġġur tal-Armata tal-Poplu Korean (KPA) Grad: Viċi Marixall Data tat-twelid: 1955 Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) Sess: raġel |
Ri Yong Gil huwa l-Kap tal-Istat Maġġur tal-Armata tal-Poplu Korean (KPA). Kien il-Ministru għad-Difiża Nazzjonali tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) minn Ġunju jew Lulju 2021 sa Diċembru 2022. Kien Ministru għas-Sigurtà Soċjali minn Jannar 2021 sa Ġunju jew Lulju 2021. Kien ukoll Kap tal-Istat Maġġur tal-KPA bejn l-2018 u Jannar 2021. Ġie promoss għal Viċi Marixxall tal-KPA fl-14 ta’ April 2022. Bħala Kap tal-Istat Maġġur tal-KPA u eks Ministru għad-Difiża Nazzjonali, Ri Yong Gil huwa responsabbli għall-ksur serju u mifrux tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-KPA, inkluż minn membri tal-Kmand tas-Sigurtà Militari u unitajiet oħra tal-KPA. Il-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali tar-RDPK (li qabel kien magħruf bħala l-Ministeru għas-Sigurtà tal-Poplu jew il-Ministeru għas-Sigurtà Pubblika) u l-Kmand tas-Sigurtà Militari huma istituzzjonijiet responsabbli milli jimplimentaw il-politiki ta’ sigurtà repressivi tar-RDPK, fosthom l-interrogazzjoni u l-ikkastigar ta’ nies li jaħarbu mir-RDPK “illegalment”. B’mod partikolari, il-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali hu responsabbli milli jmexxi kampijiet tal-ħabs u ċentri ta’ xogħol ta’ detenzjoni fuq perjodu qasir ta’ żmien permezz tal-Uffiċċju Korrettiv tiegħu, fejn il-priġunieri/detenuti jitħallew bil-ġuħ apposta u huma soġġetti għal trattament inuman u degradanti ieħor. Bħala eks Kap tal-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali, Ri Yong Gil huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK, b’mod partikolari tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, arbitrarji u sommarji u qtil, għajbien sfurzat ta’ persuni, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, kif ukoll xogħol furzat mifrux u vjolenza sesswali kontra n-nisa. |
22.3.2021 |
|
▼M3 ————— |
|||||
|
12. |
Abderrahim AL-KANI (magħruf ukoll bħala Abdul-Rahim AL-KANI, Abd-al-Rahim AL-KANI, Abdel Rahim KHALIFA Abdel Rahim AL-SHAQAQI) |
عبد الرحيم الكاني (ortografija bl-Għarbi) |
Kariga/i: membru tal-Milizzja Kaniyat Data tat-twelid: 7.9.1997 Nazzjonalità: Libjana Numru tal-passaport: PH3854LY Numru tal-karta tal-identità: 119970331820 Sess: raġel |
Abderrahim Al-Kani huwa membru ewlieni tal-Milizzja Kaniyat u ħu l-Kap tal-Milizzja Kaniyat, Mohammed Khalifa Al-Khani (miet f'Lulju 2021). Il-Milizzja Kaniyat eżerċitat il-kontroll fuq il-belt Libjana ta' Tarhuna bejn l-2015 u Ġunju 2020. Abderrahim Al-Kani huwa inkarigat mis-sigurtà interna għall-Milizzja Kaniyat. F'dik il-kapaċità, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja, b'mod partikolari qtil ekstraġudizzjarju u għajbien sfurzat ta' persuni bejn l-2015 u Ġunju 2020 f'Tarhuna. Abderrahim Al-Kani u l-Milizzja Kaniyat ħarbu minn Tarhuna fil-bidu ta' Ġunju 2020 lejn il-Lvant tal-Libja. Minn dakinhar, diversi oqbra tal-massa attribwiti lill-Milizzja Kaniyat ġew skoperti f'Tarhuna. |
22.3.2021 |
|
13. |
Aiub Vakhaevich KATAEV (magħruf ukoll bħala Ayubkhan Vakhaevich KATAEV) |
Аюб Вахаевич КАТАЕВ (magħruf ukoll bħala Аюбхан Вахаевич КАТАЕВ) (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Eks Kap tad-Department of the Ministry of Internal Affairs tar-Russian Federation fil-belt ta' Argun fir-Repubblika Ċeċena Data tat-twelid: 1.12.1983 Post tat-twelid: Ilyinsky, Chechnya Nazzjonalità: Russa Numru tal-identità: 200505588830, 014112081090 Sess: raġel |
Kap tad-Dipartiment tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Federazzjoni Russa fil-belt ta' Argun fir-Repubblika Ċeċena sal-2018. Fil-kapaċità tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Federazzjoni Russa f'Argun, Aiub Kataev kien jissorvelja l-attivitajiet tas-sigurtà tal-istat u tal-aġenziji tal-pulizija lokali. F'din il-pożizzjoni, huwa kien jissorvelja personalment persekuzzjonijiet mifruxa u sistematiċi fiċ-Ċeċenja, li bdew fl-2017. Ir-repressjonijiet huma diretti kontra persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneri u intersesswali (LGBTI), dawk li huma preżunti li jappartjenu għal gruppi LGBTI, u individwi oħra ssuspettati li huma avversarji tal-Kap tar-Repubblika Ċeċena, Ramzan Kadyrov. Aiub Kataev u forzi li kienu taħt il-kmand tiegħu huma responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b'mod partikolari t-tortura u trattament krudili, inuman jew degradanti ieħor, kif ukoll arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u eżekuzzjonijiet u qtil arbitrarji jew ekstraġudizzjarji. Skont diversi xiehda, Aiub Kataev issorvelja personalment u ħa sehem fit-tortura ta' detenuti. |
22.3.2021 |
|
14. |
Абузайд Джандарович ВИСМУРАДОВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Eks Kmandant tat-Tim “Terek” tal-Unità Speċjali ta’ Rispons Rapidu (SOBR), Viċi Prim Ministru tar-Repubblika Ċeċena, gwardja personali mhux uffiċjali tal-Kap tar-Repubblika Ċeċena Ramzan Kadyrov Data tat-twelid: 24.12.1975 |
Eks Kmandant tat-Tim “Terek” tal-Unità Speċjali ta’ Rispons Rapidu (SOBR). Mit-23 ta’ Marzu 2020, Viċi Prim Ministru tar-Repubblika Ċeċena. Gwardja personali tal-Kap tar-Repubblika Ċeċena Ramzan Kadyrov. Abuzaid Vismuradov kien il-Kmandant tal-istakkament “Terek” tas-SOBR minn Marzu 2012 sa Marzu 2020. F’din il-kariga, huwa kien jissorvelja personalment persekuzzjonijiet mifruxa u sistematiċi fiċ-Ċeċenja, li bdew fl-2017. Ir-repressjonijiet huma diretti kontra persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI), dawk li hu preżunt li jappartjenu għal gruppi LGBTI jew individwi oħra ssuspettati li huma avversarji tal-Kap tar-Repubblika Ċeċena Ramzan Kadyrov. |
22.3.2021 |
|
|
|
|
|
Post tat-twelid: Akhmat-Yurt/Khosi-Yurt, eks Repubblika Soċjalista Sovjetika Awtonoma Ċeċena-Ingush (ASSR), issa Repubblika Ċeċena (Federazzjoni Russa) Nazzjonalità: Russa Ġeneru: raġel |
Abuzaid Vismuradov u l-unità “Terek” li kienet taħt il-kmand tiegħu huma responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b’mod partikolari tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, kif ukoll arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u qtil ekstraġudizzjarju u arbitrarju u eżekuzzjonijiet. Skont diversi xiehda, Abuzaid Vismuradov issorvelja personalment u ħa sehem fit-tortura ta’ detenuti. Huwa kollaboratur mill-qrib ta’ Ramzan Kadyrov, il-Kap tar-Repubblika Ċeċena, li ilu jmexxi kampanja ta’ repressjonijiet kontra l-avversarji politiċi tiegħu għal bosta snin. |
|
|
15. |
Gabriel Moses LOKUJO |
- |
Kariga/i: Maġġur Ġeneral tal-Forzi għad-Difiża tal-Poplu tas-Sudan t’Isfel (SSPDF) Nazzjonalità: Sud Sudaniża Ġeneru: raġel |
Maġġur Ġeneral tal-Forzi għad-Difiża tal-Poplu tas-Sudan t’Isfel (SSPDF). Gabriel Moses Lokujo huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan t’Isfel, b’mod partikolari eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji u qtil. F’Mejju 2020, tliet uffiċjali tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan fl-Oppożizzjoni (SPLA-IO) inħatfu u inqatlu fuq l-ordnijiet tal-Maġġur Ġeneral Lokujo. |
22.3.2021’; |
|
|
|
|
|
F’Settembru 2020, il-Maġġur Ġeneral Lokujo abbanduna lill-SPLA-IO u ngħaqad mal-SSPDF u huwa responsabbli għall-konfrontazzjonijiet sussegwenti ġewwa u madwar iċ-Ċentru tat-Taħriġ ta’ Moroto fl-Equatoria Ċentrali tan-Nofsinhar. Bħala konsegwenza, diversi mwiet u korrimenti ġew irrapportati miż-żewġ naħat matul l-aħħar trimestru tal-2020, u ġew spustati wkoll persuni ċivili, speċjalment fiż-żona Kajo-Keji tal-Istat tal-Equatoria Ċentrali. Il-forzi tal-Maġġur Ġeneral Lokujo baqgħu fiż-żona fejn ġew irrapportati diversi konfrontazzjonijiet oħra u s-sikurezza u s-sigurtà tal-komunitajiet ċivili għadhom f’periklu. |
|
|
▼M20 ————— |
|||||
|
17. |
Станислав Евгеньевич Дl-mudell чко (Ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Merċenarju tal-Grupp Wagner Data tat-twelid: 1990 Nazzjonalità: Russa Ġeneru: raġel |
Stanislav Dychko, eks-impjegat tal-pulizija ta’ Stavropol, huwa merċenarju tal-Grupp Wagner. Flimkien ma’ tlett merċenarji oħra tal-Grupp Wagner, huwa ħa sehem fit-tortura sal-mewt ta’ diżertur Sirjan f’Ġunju 2017 fil-provinċja ta’ Homs, is-Sirja. Għalhekk huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja. |
13.12.2021 |
|
|
18. |
Валерий Николаевич Захаров (ortografija Russa) |
Kariga/i: Konsulent tas-sigurtà għall-President tas-Central African Republic (CAR) ID tal-Wagner Group: M-5658 Data tat-twelid: 12.1.1970 Post tat-twelid: Leningrad, Russian SFSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Valery Zakharov, eks membru tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa (FSB), huwa l-eks konsulent tas-sigurtà tal-President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA). Huwa figura ewlenija fl-istruttura ta’ kmand tal-Wagner Group u għandu rabtiet mill-qrib mal-awtoritajiet Russi. Minħabba l-pożizzjoni influwenti li kellu fir-RĊA u r-rwol ewlieni tiegħu fil-Wagner Group, Valery Zakharov huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RĊA, inkluż eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji. Dan jinkludi l-qtil ta’ tliet ġurnalisti Russi fl-2018, li s-sigurtà tagħhom kienet ir-responsabbiltà ta’ Valery Zakharov. |
13.12.2021 |
|
|
19. |
Maxim SHUGALEY magħruf ukoll bħala |
Максим ШУГАЛЕЙ (ortografija Russa) |
Kariga/i: President tal-Foundation for the Defence of National Values (FDNV) Data tat-twelid: 24.2.1966 Post tat-twelid: Leningrad, l-eks USSR (issa St Petersburg, Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-Passaport jew tal-Karta tal-Identità: 710508436 (passaport Russu) |
Maxim Shugaley huwa l-kap tal-Fondazzjoni għad-Difiża tal-Valuri Nazzjonali (FDNV), entità assoċjata mal-Wagner Group. L-FDNV topera bħala l-fergħa tar-relazzjonijiet pubbliċi ta’ Wagner Group u r-rwol ta’ Maxim Shugaley fl-FDNV jinvolvi t-tmexxija ta’ propaganda favur Wagner Group u kampanji ta’ diżinformazzjoni, inkluż biex tissaħħaħ ir-reputazzjoni tal-Wagner Group u jiġi appoġġat l-iskjerament tiegħu, kif ukoll jinterferixxi bil-moħbi f’isem il-Wagner Group fid-diversi pajjiżi li huwa attiv fihom. Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż il-Libja, il-Mali u r-Repubblika Ċentru-Afrikana. Maxim Shugaley huwa assoċjat mal-Wagner Group u huwa responsabbli għall-appoġġ u l-inkoraġġiment tal-atti tal-Wagner Group permezz ta’ propaganda favur Wagner Group u diżinformazzjoni. |
25.2.2023 |
|
20. |
Aleksandr Grigorievitch MALOLETKO |
Александр Григорьевич МАЛОЛЕТКО (ortografija Russa) |
|
Aleksandr Maloletko kien kollaboratur mill-qrib ta' Yevgeny Prigozhin. L-azzjoni tiegħu bħala ‘difensur tal-Patrija’ u bħala l-Kap tal-‘Veteran's Interests Defenders League’ kien imfaħħar pubblikament minn Yevgeny Prigozhin. Huwa kien qed jaħdem bħala istruttur għall-Wagner Group fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA). Huwa assoċjat mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, f'diversi pajjiżi, inkluż ir-RCA, u huwa responsabbli talli appoġġa l-atti tal-Wagner Group. |
25.2.2023 |
|
21. |
Константин Александрович (ortografija Russa) |
Kariga/i: Wieħed mill-Kmandanti ta’ PMC Wagner Group fl-Afrika Data tat-twelid: 23.7.1968 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Konstantin Pikalov, bl-isem kodiċi “Mazaï” (Mazay), huwa wieħed mill-mexxejja tal-Wagner Group u huwa responsabbli għall-attivitajiet operazzjonali tal-Wagner Group fl-Afrika, b’mod partikolari fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA). Huwa akkużat li kien l-istigatur tal-qtil ta’ tliet ġurnalisti Russi f’Lulju 2018. Minn April 2023, huwa wkoll il-kap ta’ grupp paramilitari ġdid (Convoy) maħluq f’Novembru 2022 biex jieħu azzjoni fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi, inkluż ir-RĊA. Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu fi ħdan il-Wagner Group, Konstantin Pikalov huwa responsabbli għall-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RĊA. |
25.2.2023 |
|
|
22. |
Dimitri SYTII magħruf ukoll bħala Dimitri SYTYI |
Дмитрий СЫТИЙ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Direttur tar-Russian House of Bangui Data tat-twelid: 23.3.1989 Post tat-twelid: Minsk (Belarus) Nazzjonalità: Russa Numru tal-Passaport: 550246878 Sess: raġel Indirizz: NA-SYTAIA/A1-TANKISTAZ KHRUSTITSKOGO 62 APT25/ZP-198217/CI St Petersburg, Russian Federation |
Dimitri Sytii għandu rwol ewlieni fil-Wagner Group fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA), u kellu rabtiet mill-qrib ma' Yevgeny Prigozhin. Huwa inkarigat bit-tmexxija tal-operazzjonijiet u tal-politika ta' influwenza tal-Wagner Group fir-RCA. Huwa l-kap tal-fergħa lokali tar-Russian House, il-fergħa kulturali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Russja. Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu t-tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f'diversi pajjiżi, inkluż ir-RCA. Minħabba l-pożizzjoni influwenti tiegħu fir-RCA u r-rwol ta' tmexxija tiegħu fil-Wagner Group, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RCA. |
25.2.2023 |
|
23. |
Mikhail Sergeyevich POTEPKIN |
Михаил Сергеевич ПОТЕПКИН (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Direttur Meroe Gold Data tat-twelid: 19.9.1981 jew 29.9.1981 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-Passaport: 651697952 (passaport Russu) Indirizz: Sudan Kumpaniji assoċjati: Megaline; Concord; IT-Debugger |
Mikhail Potepkin huwa direttur ta' Meroe Gold, entità ta' kopertura għall-operazzjonijiet tal-Wagner Group fis-Sudan, kif ukoll huwa involut f'M-Invest, il-kumpanija omm ta' Meroe. Huwa għandu rwol prinċipali fi ħdan il-Wagner Group fis-Sudan, u kellu rabtiet mill-qrib ma' Yevgeny Prigozhin. Billi kien affiljat mal-militar Sudaniż, il-Wagner Group żgura l-isfruttament u l-esportazzjoni tad-deheb Sudaniż lejn ir-Russja. Potepkin huwa assoċjat mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu t-tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f'diversi pajjiżi, inkluż fis-Sudan. Permezz tal-attivitajiet tiegħu, huwa jipprovdi wkoll appoġġ għal tali abbużi mwettqa fis-Sudan. |
25.2.2023 |
|
24. |
Alexander Alexandrovich IVANOV magħruf ukoll bħala: Aleksandr Alexandrovich IVANOV; Alexandre Alexandrovich IVANOV ►M15 (*1) ◄ |
Александр Александрович ИВАНОВ (ortografija Russa) |
Kariga/i: Rappreżentant tal-ħarrieġa tal-Wagner Group fis-Central Afridan Republic Data tat-twelid: 14.6.1960 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Indirizz: Bangui, Central African Republic |
Alexander Ivanov huwa l-kelliem għall-Wagner Group fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA). Huwa wkoll il-kap tal-“Officers Union for International Security” Russa, imsejħa ukoll Officers Community for International Security (COSI), kumpanija ta’ faċċata tal-Wagner li tibgħat ħarrieġa militari Russi fir-RĊA. Dawk il-ħarrieġa huma merċenarji tal-Wagner Group. Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f’diversi pajjiżi inkluż ir-RĊA. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala rappreżentant uffiċjali tal-ħarrieġa militari Russi, Alexander Ivanov huwa involut fl-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RĊA. |
25.2.2023 |
|
25. |
Vitalii Viktorovitch PERFILEV |
Виталий Викторович ПЕРФИЛЬЕВ (ortografija Russa) |
Data tat-twelid: 11.9.1983 Post tat-twelid: Novossibirsk USSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Indirizz: Bangui (Central African Republic) Sess: raġel Numru tal-Passaport: NR 75 2987491 Data tal-konsenja: 30.3.2016 Data ta' skadenza: 30.3.2026 |
Vitalii Perfilev kien il-konsulent tas-sigurtà tal-President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA) sa Novembru 2023, u figura ewlenija fi ħdan il-Wagner Group fir-RCA. Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu t-tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f'diversi pajjiżi, inkluż ir-RCA. Minħabba l-pożizzjoni influwenti li kellu matul il-perjodu tat-twettiq tal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fir-RCA u r-rwol ta' tmexxija tiegħu fil-Wagner Group, Vitalii Perfilev huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-Wagner Group fir-RCA. |
25.2.2023 |
|
26. |
Andrei Sergeevich MANDEL |
Андрей Сергеевич МАНДЕЛЬ (ortografija Russa) |
Data tat-twelid: 2.3.1990 Post tat-twelid: Germany Sess: raġel Numru tal-Passaport: 753615660 |
Andrei Mandel huwa l-kap ta' M-Invest, entità ta' kopertura għall-operazzjonijiet tal-Wagner Group fis-Sudan, kif ukoll huwa involut fis-sussidjarja tagħha Meroe Gold. Huwa għandu rwol prinċipali fi ħdan il-Wagner Group fis-Sudan, u kellu rabtiet mill-qrib ma' Yevgeny Prigozhin. Billi kien affiljat mill-qrib mal-militar Sudaniż, il-Wagner Group żgura l-isfruttament u l-esportazzjoni tad-deheb Sudaniż lejn ir-Russja. Andrei Mandel huwa assoċjat ma' Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu t-tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, f'diversi pajjiżi, inkluż fis-Sudan. Permezz tal-attivitajiet tiegħu, Andrei Mandel jipprovdi wkoll appoġġ għal tali abbużi mwettqa fis-Sudan. |
25.2.2023 |
|
27. |
Neda Mohammad NADEEM |
(ortografija Pashto) |
Pożizzjoni(jiet): Aġent Ministru tat-Taliban għall-Edukazzjoni Għolja Nazzjonalità: Afgana Data tat-twelid: 1977 Post tat-twelid: Kandahar, Afghanistan Sess: raġel |
Neda Mohammed Nadeem ilu l-aġent Ministru tat-Taliban għall-Edukazzjoni Għolja mit-22 ta' Ottubru 2022. Minn meta daħal fil-pożizzjoni tiegħu, it-Taliban ippubblikaw digrieti li jipprojbixxu lin-nisa mill-edukazzjoni għolja fil-pajjiż kollu. Dawn id-digrieti jċaħħdu lin-nisa mid-dritt tagħhom għall-edukazzjoni kif ukoll mill-aċċess ugwali tagħhom għall-edukazzjoni, u b'hekk jiksru l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa. Fil-kapaċità tiegħu bħala aġent Ministru tat-Taliban għall-Edukazzjoni Għolja, Neda Mohammed Nadeem huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan, b'mod partikolari għall-ksur mifrux tad-dritt tan-nisa għall-edukazzjoni u d-dritt għal trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-edukazzjoni. |
7.3.2023 |
|
28. |
Sheikh Muhammad Khalid HANAFI |
شیخ محمد خالد (Ortografija Pashto) |
Pożizzjoni(jiet): Aġent Ministru tat-Taliban għall-propagazzjoni tal-virtù u l-prevenzjoni tal-vizzji Data tat-twelid: qrib l-1970 Post tat-twelid: Kolam Shaheed village, Doabi district, Nurestan province, Afghanistan Nazzjonalità: Afgana Ġeneru: raġel |
Sheikh Muhammad Khalid Hanafi huwa l-aġent Ministru tat-Taliban għall-propagazzjoni tal-virtù u l-prevenzjoni tal-vizzji, li jissostitwixxi l-Ministru għall-affarijiet tan-nisa. Minn meta ħa l-kariga tiegħu, it-Taliban ippubblikaw digrieti li jirrestrinġu l-libertà u d-dinjità tan-nisa u l-bniet fil-pajjiż kollu, irażżnu l-libertà tal-kelma u tal-espressjoni tagħhom, u imponew pieni ħorox u vjolenza fuq dawk li ma jirrispettawx l-ordnijiet tat-Taliban. B’mod partikolari, matul iż-żmien tiegħu fil-kariga, ġew ippubblikati digrieti dwar il-ħiġab kif ukoll skedi ta’ żmien segregati skont il-ġeneru għall-użu ta’ spazji pubbliċi. Fil-kapaċità tiegħu bħala aġent Ministru tat-Taliban għall-propagazzjoni tal-virtù u l-prevenzjoni tal-vizzji, Sheikh Muhammad Khalid Hanafi huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan, b’mod partikolari għall-ksur mifrux tad-drittijiet tan-nisa, bħal-libertà tal-espressjoni tagħhom, kif ukoll id-dritt għal trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa. |
7.3.2023 |
|
29. |
Alexander Georgievich FEDORINOV |
Александр Георгиевич ФЕДОРИНОВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): uffiċjal kmandant ta' Moscow Police Station Grad: Logutenent Kurunell Data tat-twelid: 31.5.1980 Post tat-twelid: Michurinsk, Tambov, Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Il-Logutenent Kurunell Alexander Fedorinov huwa uffiċjal kmandant ta' Moscow Police Station. Fil-kapaċità tiegħu bħala aġent kap tal-għassa tal-pulizija f'Marzu 2022, huwa awtorizza l-arrest u d-detenzjoni arbitrarji, kif ukoll it-tortura sussegwenti, ta' dimostranti nisa kontra l-gwerra. Alexander Fedorinov huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b'mod partikolari għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji kif ukoll vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika. |
7.3.2023 |
|
30. |
Иван РЯБОВ (Ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): uffiċjal tal-pulizija f’Moscow Police Station Nazzjonalità: Russa Ġeneru: raġel |
Ivan Ryabov huwa uffiċjal tal-pulizija f’Moscow Police Station. Fuq l-ordnijiet tal-Logutenent Kurunell Alexander Georgievich Fedorinov, huwa żamm u ttortura b’mod arbitrarju dimostranti nisa kontra l-gwerra f’Marzu 2022. Il-vittmi jirrappurtaw li sawwathom, fgahom b’basktijiet tal-plastik u abbużahom fiżikament u verbalment għal sitt sigħat. Għaldaqstant, Ivan Ryabov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b’mod partikolari għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji. |
7.3.2023 |
|
|
31. |
Nikolay Anatolevich KUZNETSOV magħruf ukoll bħala Nikolaj Anatolevich Kuznetsov, Nikolaj Kuznetsov, Nikolay Kuznetsov ►M15 (*1) ◄ |
Николай Анатольевич Кузнецов (Ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Membru tal-forzi armati tal-Federazzjoni Russa, kmandant tal-unità tal-forzi speċjali tad-diviżjoni ta’ Dzerzhinsky ta’ Rosgvardia (Federal Service of National Guard Troops of the Russian Federation) Grad: Maġġur Ġeneral Data tat-twelid: 13.4.1978 Nazzjonalità: Russa Ġeneru: raġel Numru tal-identità tat-taxxa: 645407737871 |
Il-Ġeneral Maġġur Nikolay Anatolevich Kuznetsov huwa membru tal-forzi armati tal-Federazzjoni Russa u kmandant tal-unità tal-forzi speċjali tad-diviżjoni ta’ Dzerzhinsky ta’ Rosgvardia (Federal Service of National Guard Troops of the Russian Federation). L-unità ta’ Kuznetsov kienet parti mill-invażjoni illegali tal-Ukrajna mir-Russja u membri tal-unità tiegħu pparteċipaw b’mod sistematiku f’atti ta’ vjolenza sesswali u stupru fl-Ukrajna f’Marzu/April 2022. L-iskala u s-severità tal-atti ta’ vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru li qed iseħħu f’żoni tal-Ukrajna okkupati mir-Russja jindikaw “ippjanar fuq livell aktar sistematiku” u l-kmandanti Russi konxji tal-vjolenza sesswali mill-persunal militari fl-Ukrajna u, f’xi każijiet “inkoraġġew jew saħansitra ordnaw din il-vjolenza”. Fil-kapaċità tiegħu bħala kmandant tal-unità, Kuznetsov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna, inkluż vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika. |
7.3.2023 |
|
32. |
Рамиль Рахматуллович Ибатуллин (Ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Membru tal-forzi armati tal-Federazzjoni Russa, eks kmandant tan-90th guards tank division Grad: Kurunell Data tat-twelid: 22.10.1976 Nazzjonalità: Russa Ġeneru: raġel Numru tal-identità tat-taxxa: 631409144707 Numru tal-persunal tal-forzi armati Russi: U-927425 |
Il-Kurunell Ramil Rakhmatulovich Ibatullin serva fit-truppi ta’ okkupazzjoni Russi fir-reġjun ta’ Donbas (2014-2017) u ħa sehem fl-invażjoni illegali tal-Ukrajna mir-Russja bħala kmandant tan-90th guards tank division. F’Marzu 2022, id-diviżjoni taħt il-kmand tiegħu ħadet sehem fl-offensiva kontra Chernihiv u Kiev. Matul l-offensiva, il-membri tad-diviżjoni tiegħu wettqu atti ta’ vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru kontra l-popolazzjoni ċivili Ukrena. Wara li dawn il-fatti saru pubbliċi, il-Ministeru Russu għad-Difiża ippromwova lil Ibatullin fil-grad ta’ kurunell. L-awtoritajiet Ukreni akkużaw lil diversi membri tatan-90th guards tank division b’allegazzjonijiet ta’ vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, inkluż l-istupru ta’ mara tqila qrib Kiev, il-qtil ta’ persuna ċivili wara li stupraw ripetutament lil martu fil-preżenza ta’ tifel żgħir, kif ukoll il-parteċipazzjoni ta’ membri ta’ din id-diviżjoni fi stupri minn diversi persuni fuq l-istess vittma. L-iskala u s-severità tal-atti ta’ vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru li qed iseħħu f’żoni tal-Ukrajna okkupati mir-Russja jindikaw “ippjanar fuq livell aktar sistematiku” u l-kmandanti Russi konxji tal-vjolenza sesswali mill-persunal militari fl-Ukrajna u, f’xi każijiet, li “inkoraġġew jew saħansitra ordnaw din il-vjolenza”. Għaldaqstant, Ibatullin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna, inkluż għal vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika. |
7.3.2023 |
|
|
33. |
Gatluak Nyang HOTH |
|
Nazzjonalità: Sud Sudaniża Sess: raġel |
Gatluak Nyang Hoth kien il-kummissarju tal-kontea għall-kontea ta' Mayiandit (Unity State, is-Sudan t'Isfel) minn Frar 2021 sa Ġunju 2024. F'din il-pożizzjoni, huwa ordna lil milizzji allinjati mal-gvern biex iwettqu attakki fin-Nofsinhar ta' Unity State bejn Frar u Mejju 2022. Matul dan il-perjodu, it-truppi taħt il-kmand tiegħu għamlu użu mifrux u sistematiku tal-vjolenza sesswali bħala tattika tal-gwerra u strumentalizzawha bħala premju u intitolament għall-irġiel li jipparteċipaw fil-kunflitt. Fil-kapaċità tiegħu bħala kummissarju tal-kontea, Gatlual Nyang Hoth huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan t'Isfel, inkluż għal vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika u mifruxa. |
7.3.2023 |
|
34. |
Gordon Koang BIEL Magħruf ukoll bħala Gordon Koang Char BIEL, Koang Biel CHAR, Koang NYALUALGO |
|
Pożizzjoni(jiet): Kummissarju tal-kontea għall-kontea ta’ Koch Post tat-twelid: is-Sudan t’Isfel Nazzjonalità: Sud Sudaniż Ġeneru: raġel |
Gordon Koang Biel ilu l-kummissarju tal-kontea għall-kontea ta’ Koch (Unity State, is-Sudan t’Isfel) minn Frar 2021. F’din il-pożizzjoni, huwa kkmanda milizzji allinjati mal-gvern biex iwettqu attakki fin-Nofsinhar ta’ Unity State, bejn Frar u Mejju 2022. Matul dan il-perjodu, it-truppi taħt il-kmand tiegħu għamlu użu mifrux u sistematiku tal-vjolenza sesswali bħala tattika tal-gwerra u strumentalizzawha bħala premju u intitolament għall-irġiel li jipparteċipaw fil-kunflitt. Fil-kapaċità tiegħu bħala kummissarju tal-kontea, Biel huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan t’Isfel, inkluż għal vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika u mifruxa. |
7.3.2023 |
|
35. |
Toe UI magħruf ukoll bħala: Toe YI |
|
Pożizzjoni(jiet): Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni Grad: Maġġur Ġeneral Data tat-twelid: 1966 Nazzjonalità: Myanmarjana/Burmiża Sess: raġel |
Il-Maġġur Ġeneral Toe Ui nħatar Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni fit-3 ta' Frar 2023. Huwa l-eks viċi kmandant tal-Office of the Chief of Military Security Affairs (OCMSA). L-OCMSA huwa responsabbli għall-ġestjoni taċ-ċentri ta' detenzjoni u interrogazzjoni fil-Myanmar/Burma u huwa inkarigat ukoll bil-ġbir ta' intelligence. Il-persunal tal-OCMSA taħt l-awtorità ta' Ui juża nudità sfurzata, stupru, xokkijiet elettriċi, ħruq ta' ġenitali u vjolenza eċċessiva matul id-detenzjoni arbitrarja u l-interrogazzjoni ta' rġiel, nisa u membri tal-komunità LGBTIQ. Fil-kapaċità tiegħu bħala viċi kmandant tal-OCMSA, il-Maġġur Ġeneral Toe Ui huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma, inkluż detenzjonijiet arbitrarji u tortura, kif ukoll għal vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika u mifruxa. |
7.3.2023 |
|
36. |
Олег Михайлович СВИРИДЕНКО (Ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Viċi Ministru għall-Ġustizzja tar-Russian Federation Data tat-twelid: 29.7.1962 Post tat-twelid: Potapovka, Buda-Koshelyovsky district, Gomel region, Belarus Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-Kontribwent Individwali: 772704610955 |
Bħala Viċi Ministru għall-Ġustizzja tal-Federazzjoni Russa, Oleg Sviridenko jissorvelja direttament id-Dipartiment tal-Leġiżlazzjoni u l-Infurzar tal-Liġi fis-Sfera ta’ Organizzazzjonijiet Mhux Kummerċjali kif ukoll id-Dipartiment tal-Protezzjoni tal-Interess Nazzjonali mill-Influwenza Esterna, li huma responsabbli għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar l-“aġenti barranin”, inkluż l-awtorità li jiddeċiedu dwar deżinjazzjonijiet fil-“Lista ta’ Aġenti Barranin”. Il-leġiżlazzjoni dwar l-“aġenti barranin” kienet fil-qalba ta’ mewġa ta’ liġijiet repressivi li jrażżnu s-soċjetà ċivili indipendenti, il-media kif ukoll individwi dissidenti, filwaqt li jiksru l-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni tagħhom. Bħala konsegwenza, mijiet ta’ NGOs u individwi, ħafna personalitajiet prominenti tas-soċjetà ċivili Russa u l-avversarji politiċi tal-Kremlin, inkluż Vladimir Kara-Murza, ġew inklużi fil-Lista ta’ Aġenti Barranin li jaqgħu direttament taħt ir-responsabbiltà ta’ Sviridenko fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, Sviridenko huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
5.6.2023 |
|
|
37. |
Andrei Andreevich ZADACHIN |
Андрей Андреевич ЗАДАЧИН (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Investigatur tal-Major Investigative Unit fl-Investigative Committee tar-Russian Federation; Maġġur Data tat-twelid: 22.8.1990 Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-Kontribwent Individwali: 771577190559 Numru tar-Reġistrazzjoni Fiskali: YBLWST14JJ39 |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Investigatur tal-Unità Investigattiva Ewlenija fil-Kumitat Investigattiv tal-Federazzjoni Russa, Andrei Zadachin ħareġ akkuża kriminali politikament motivata kontra Vladimir Kara-Murza. Andrei Zadachin talab ukoll lill-qorti biex Vladimir Kara-Murza jiġi detenut u pprovda xhieda li ssostni dan fil-qorti. Vladimir Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Fl-2022 inbdew proċedimenti tal-qorti b'motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz kontrih wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna l-aggressjoni Russa pubblikament. F'April 2023 ġie kkundannat għal 25 sena f'ħabs/kamp tax-xogħol ta' sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta' proċess farsa fir-Russja biex ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f'għadd kbir ta' każijiet ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex jinkisru b'mod sistematiku u serju ħafna d-drittijiet tal-bniedem ta' individwi li jopponu lir-reġim fil-gvern, billi ma jiġux rispettati l-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni tagħhom. Għalhekk, Andrei Zadachin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għal ksur tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni. |
5.6.2023 |
|
38. |
Данила Юрьевич МИХЕЕВ (Ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Direttur ta’ organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ “Independent expert” Data tat-twelid: 1.3.1999 Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-Kontribwent Individwali: 771577190559 |
Mikheev iservi bħala “xhud espert” għall-gvern Russu f’kawżi tal-qorti politikament motivati. Huwa aġixxa bħala espert fil-proċedimenti tal-qorti politikament motivati kontra Vladimir Kara-Murza. Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz bdew kontrih fl-2022 wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex irażżnu l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern billi esprimew oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom. Għaldaqstant, permezz tal-attivitajiet tiegħu, huwa responsabbli li appoġġa ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
5.6.2023 |
|
|
39. |
Денис Владимирович КОЛЕСНИКОВ (Ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Kap tal-Investigative Department at the Investigative Committee of the Russian Federation. Grad ta’ Logutenent Ġeneral. Data tat-twelid: 29.6.1976 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment Investigattiv fil-Kumitat Investigattiv (Investigative Department at the Investigative Committee) tal-Federazzjoni Russa, Kolesnikov awtorizza l-ħruġ ta’ akkuża kriminali politikament motivata kontra Vladimir Kara-Murza. Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz bdew kontrih fl-2022 wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex irażżnu l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern billi esprimew oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom. Għaldaqstant, fil-pożizzjoni tiegħu huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
5.6.2023 |
|
|
40. |
Diana Igorevna MISHCHENKO (Kunjom ta' xebba: GARIPOVA) |
Диана Игоревнa МИЩЕНКО (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Khamovniki District Court of Moscow Data tat-twelid: 12.5.1977 Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation Nazzjonalità: Russa Nru tal-passaport: 4508731961 Sess: mara Numru tar-Reġistrazzjoni Fiskali: K7VGTQKBDX68 Numru tal-Kontribwent Individwali: 771805281790 |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala Mħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Khamovniki ta' Moska, Diana Mishchenko hija involuta fil-kawża tal-qorti politikament motivata kontra Vladimir Kara-Murza. Hija tat sentenza biex tapprova l-arrest amministrattiv ta' Vladimir Kara-Murza għal 15-il jum. Vladimir Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Fl-2022 inbdew proċedimenti tal-qorti b'motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz kontrih wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna l-aggressjoni Russa pubblikament. F'April 2023 ġie kkundannat għal 25 sena f'ħabs/kamp tax-xogħol ta' sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta' proċess farsa fir-Russja biex ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f'għadd kbir ta' każijiet ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex jinkisru b'mod sistematiku u serju ħafna d-drittijiet tal-bniedem ta' individwi li jopponu lir-reġim fil-gvern, billi ma jiġux rispettati l-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni tagħhom. Għalhekk, Diana Mishchenko hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għal ksur tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni. |
5.6.2023 |
|
41. |
Елена Анатольевна ЛЕНСКАЯ (Ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Basmaniy District Court of Moscow Data tat-twelid: 22.1.1979 Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation Nazzjonalità: Russa Ġeneru: Mara Numru tal-Kontribwent Individwali: 770905658030 |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala Mħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Basmaniy (Basmaniy District Court) ta’ Moska, Lenskaya hija involuta fil-kawża tal-qorti politikament motivata kontra Vladimir Kara-Murza. Hija ħarġet id-deċiżjoni biex tapprova l-arrest ta’ Kara-Murza għal xahrejn. Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz bdew kontrih fl-2022 wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex irażżnu l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern billi esprimew oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom. Għaldaqstant, hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
5.6.2023 |
|
|
42. |
Илья Павлович КОЗЛОВ (Ortografija Russa) |
Funzjoni: Imħallef tal-Moscow City Court Data tat-twelid: 17.10.1973 Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Mħallef tal-Qorti tal-Belt (City Court) ta’ Moska, Kozlov huwa involut fil-kawża tal-qorti politikament motivata kontra Vladimir Kara-Murza. Huwa ċaħad it-talba għall-appell ta’ Kara-Murza dwar l-arrest amministrattiv tiegħu. Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz bdew kontrih fl-2022 wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex irażżnu l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern billi esprimew oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom. Għaldaqstant, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
5.6.2023 |
|
|
43. |
Sergei Gennadievich PODOPRIGOROV |
Сергей Геннадьевич ПОДОПРИГОРОВ (ortografija Russa) |
Funzjoni: Imħallef tal-Moscow City Court Data tat-twelid: 8.1.1974 Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-Kontribwent Individwali: 772606428578 Indirizz Shmitovskiy Proyezd, 16c2, Moscow, Russia, 123100. Apartment 52. (Шмитовский пр-д, 16с2, Москва, Россия, 123100. Квартира 52) |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Mħallef tal-Qorti tal-Belt ta' Moska, Sergei Podoprigorov huwa involut fil-kawża tal-qorti politikament motivata kontra Vladimir Kara-Murza. Huwa ppresieda l-kulleġġ tal-Imħallfin fil-Qorti tal-Belt ta' Moska li fis-17 ta' April 2023 ikkundanna lill-attivist tal-oppożizzjoni Vladimir Kara-Murza għal 25 sena f'ħabs/kamp tax-xogħol ta' sigurtà għolja. Vladimir Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Fl-2022 inbdew proċedimenti tal-qorti b'motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz kontrih wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna l-aggressjoni Russa pubblikament. F'April 2023 ġie kkundannat għal 25 sena f'ħabs/kamp tax-xogħol ta' sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta' proċess farsa fir-Russja biex ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f'għadd kbir ta' każijiet ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex jinkisru b'mod sistematiku u serju ħafna d-drittijiet tal-bniedem ta' individwi li jopponu lir-reġim fil-gvern, billi ma jiġux rispettati l-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni tagħhom. Qabel, Sergei Podoprigorov, bħala Mħallef fil-qorti distrettwali ta' Tverskoi ta' Moska, kien ħa żewġ deċiżjonijiet fir-rigward ta' Sergei Magnitsky, li kixef il-korruzzjoni u l-imġiba ħażina ta' uffiċjali tal-gvern Russu u aktar tard ġie ppersegwitat u miet f'ħabs Russu. Għalhekk, Sergei Podoprigorov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għal ksur tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni. |
5.6.2023 |
|
44. |
Дмитрий Викторович КОМНОВ (Ortografija Russa) |
Funzjoni: Logutenent Kurunell, Kap taċ-ċentru ta’ arrest preventiv ta’ Moska - SIZO-5 “Vodnik”. Data tat-twelid: 17.5.1977 Post tat-twelid: Kashira Region, Moscow, Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Komnov huwa uffiċjal għoli tas-sistema penitenzjarja Russa. Huwa l-Kap taċ-ċentru ta’ arrest preventiv ta’ Moska SIZO-5 “Vodnik,” fejn qed jinżamm Vladimir Kara-Murza. Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz bdew kontrih fl-2022 wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol ta’ sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex irażżnu l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern billi esprimew oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom. Il-kundizzjoni tas-saħħa ta’ Kara-Murza ddeterjorat b’mod konsiderevoli minn meta bdiet id-detenzjoni tiegħu f’April 2022. Komnov huwa responsabbli għat-trattament degradanti ta’ Kara-Murza peress li ntbagħat f’ċellola ta’ kastig minkejja disturb serju fin-nervituri kkawżat minn żewġ avvelenamenti preċedenti. It-trattament ħażin ta’ Kara-Murza fiċ-ċentru ta’ arrest preventiv ġestit minn Komnov jikkonferma x-xejra ta’ prattika stabbilita ta’ trattament inuman ta’ avversarji tar-reġim detenuti. Huwa kien il-gwardja taċ-ċentru ta’ arrest preventiv “Butyrka” fi żmien meta l-kundizzjonijiet intollerabbli wasslu għall-mewt tal-attivist kontra l-korruzzjoni Sergei Magnitsky. Għalhekk, Komnov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż trattament degradanti u ksur tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
5.6.2023 |
|
|
45. |
Олег Анатольевич БАРАНОВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska; Logutenent Ġenerali tal-Pulizija Data tat-twelid: 16.3.1969 Post tat-twelid: Potsdam, Germany Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Entitajiet assoċjati: Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska Center for Combating Extremism (Ċentru għall-Ġlieda kontra l-Estremiżmu); Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska; NTechLab; Tevian |
Oleg Baranov huwa l-Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska. F'dan ir-rwol, huwa jissorvelja l-forzi tal-pulizija, l-investigaturi kriminali, il-faċilitajiet ta' detenzjoni, iċ-Ċentru għall-Ġlieda kontra l-Estremiżmu u unitajiet oħra tal-infurzar tal-liġi f'Moska. Id-Direttorat Ewlieni għall-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska taħt il-kmand tiegħu wettaq monitoraġġ u detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u f'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Fittex u żamm detenuti lil dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevitaw il-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għal dawn il-finijiet, uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni. Għalhekk, Oleg Baranov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni. |
20.7.2023 |
|
|
46. |
Эдуард Анатольевич ЛЫСЕНКО (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Ministru tal-Gvern ta' Moska; Kap tad-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska Data tat-twelid: 22.1.1975 Post tat-twelid: Yaroslavl, Russian SFSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Ġeneru: raġel Individwi assoċjati: Natalia Sergunina Entitajiet assoċjati: Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska; Id-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska |
Eduard Lysenko huwa Ministru fil-Gvern ta' Moska u l-Kap tad-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska. Id-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska jiżviluppa u juża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska. Jibgħat data mis-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ lill-unitajiet tal-infurzar tal-liġi tad-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska. Id-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni, partikolarment għall-monitoraġġ u d-detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u f'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Is-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ intużat ukoll mid-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska biex isib u jżomm detenuti lil dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevitaw il-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għaldaqstant, Eduard Lysenko huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni. |
20.7.2023 |
|
|
47. |
Наталья Алексеевна СЕРГУНИНА (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Viċi Sindku fil-Gvern ta' Moska; Kap tal-Apparat tas-Sindku u l-Gvern ta' Moska Data tat-twelid: 22.8.1978 Post tat-twelid: Moscow, Russian SFSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: mara Indirizz: (Uffiċċju) Voznesensky pereulok, 22, 125009 Moscow, Russian Federation Individwi assoċjati: Eduard Lysenko Entitajiet assoċjati: Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska; Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska; Informazzjoni oħra ta' identifikazzjoni: Tel.: +74956298447 (uffiċċju) |
Natalia Sergunina hija Viċi Sindku ta' Moska. Id-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska, li jaqa' fil-kompetenza tagħha, jiżviluppa u juża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska. Jibgħat data mis-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ lill-unitajiet tal-infurzar tal-liġi tad-Direttorat Ewlieni għall-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska. Id-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni, partikolarment għall-monitoraġġ u d-detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u f'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Is-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ intużat ukoll mid-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska biex isib u jżomm detenuti lil dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevadu l-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għaldaqstant, Natalia Sergunina hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni. |
20.7.2023 |
|
|
48. |
Дмитрий Юрьевич НОЖКИН (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Kap tal-ħabs IK-6 fir-reġjun ta' Vladimir Data tat-twelid: 3.7.1981 Indirizz: Suzdalskay St., 118, Vladimir, Vladimir region, Russia, 600009 Numru tal-Kontribwent Individwali: 583520944622 |
Dmitry Nozhkin huwa l-kap tal-kolonja penali IK-6 f'Melekhovo, Reġjun ta' Vladimir, fejn il-mexxej Russu tal-oppożizzjoni politika Alexei Navalny ilu jinżamm minn meta ngħata s-sentenza tiegħu f'Marzu 2022. Navalny ġie soġġett għal diversi ċikli ta' reklużjoni f'ċella ta' kastig għal aktar minn 100 jum minn Awwissu 2022, li kkontribwew biex saħħtu marret drastikament għall-agħar. Il-metodi użati mit-tmexxija tal-kolonja (fost oħrajn bl-użu ta' dwal LED ultra qawwijin) jikkostitwixxu pieni krudili, inumani u degradanti fil-kolonja penali IK-6, li għalihom Dmitry Nozhkin għandu responsabbiltà immedjata bħala kap tal-faċilità. Għaldaqstant, Dmitry Nozhkin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni. |
20.7.2023 |
|
|
49. |
Юрий Александрович ФОМИН (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-ħabs IK-6 fir-reġjun ta' Vladimir Data tat-twelid: 28.08.1986 Indirizz: Komsomolskaya St., 95/2, 13, Kovrov, Vladimir region, Russia, 601914 |
Yuri Fomin huwa viċi kap tal-kolonja penali IK-6 f'Melekhovo, Reġjun ta' Vladimir, fejn il-mexxej Russu tal-oppożizzjoni politika Alexei Navalny ilu jinżamm minn meta ngħata s-sentenza tiegħu f'Marzu 2022. Navalny ġie soġġett għal diversi ċikli ta' reklużjoni f'ċella ta' kastig għal aktar minn 100 jum minn Awwissu 2022, li kkontribwew biex saħħtu marret drastikament għall-agħar. Il-metodi użati mit-tmexxija tal-kolonja (fost oħrajn bl-użu ta' dwal LED ultra qawwijin) jikkostitwixxu pieni krudili, inumani u degradanti fil-kolonja penali IK-6, li għalihom Yuri Fomin għandu responsabbiltà immedjata bħala viċi kap tal-faċilità. Għaldaqstant, Yuri Fomin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni. |
20.7.2023 |
|
|
50. |
Данила Андреевич СИНЮХИН (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-ħabs IK-6 fir-reġjun ta' Vladimir Data tat-twelid: 8.8.1990 Indirizz: Narodnaya St., 8, 91, Vladimir, Vladimir region, Russia, 600026 |
Danila Sinyukhin huwa viċi kap tal-kolonja penali IK-6 f'Melekhovo, Reġjun ta' Vladimir, fejn il-mexxej Russu tal-oppożizzjoni politika Alexei Navalny ilu jinżamm minn meta ngħata s-sentenza tiegħu f'Marzu 2022. Navalny ġie soġġett għal diversi ċikli ta' reklużjoni f'ċella ta' kastig għal aktar minn 100 jum minn Awwissu 2022, li kkontribwew biex saħħtu marret drastikament għall-agħar. Il-metodi użati mit-tmexxija tal-kolonja (fost oħrajn bl-użu ta' dwal LED ultra qawwijin) jikkostitwixxu pieni krudili, inumani u degradanti fil-kolonja penali IK-6, li għalihom Danila Sinyukhin għandu responsabbiltà immedjata bħala viċi kap tal-faċilità. Għaldaqstant, Danila Sinyukhin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni. |
20.7.2023 |
|
|
51. |
Анатолий Алексеевич ГОРШКОВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-ħabs IK-6 fir-reġjun ta' Vladimir Data tat-twelid: 6.5.1984 Indirizz: Sergey Lazo St., 4/1, 75, Kovrov, Vladimir region, Russia, 601911 |
Anatoly Gorshkov huwa viċi kap tal-kolonja penali IK-6 f'Melekhovo, Reġjun ta' Vladimir, fejn il-mexxej Russu tal-oppożizzjoni politika Alexei Navalny ilu jinżamm minn meta ngħata s-sentenza tiegħu f'Marzu 2022. Navalny ġie soġġett għal diversi ċikli ta' reklużjoni f'ċella ta' kastig għal aktar minn 100 jum minn Awwissu 2022, li kkontribwew biex saħħtu marret drastikament għall-agħar. Il-metodi użati mit-tmexxija tal-kolonja (fost oħrajn bl-użu ta' dwal LED ultra qawwijin) jikkostitwixxu pieni krudili, inumani u degradanti fil-kolonja penali IK-6, li għalihom Anatoly Gorshkov għandu responsabbiltà immedjata bħala viċi kap tal-faċilità. Għaldaqstant, Anatoly Gorshkov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni. |
20.7.2023 |
|
|
52. |
Дмитрий Иванович МАКОРИН (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-ħabs IK-6 fir-reġjun ta' Vladimir Data tat-twelid: 23.6.1984 Indirizz: Dachny proezd, 3, apt. 3, Melehovo, Vladimir region, Russia |
Dmitry Makorin huwa viċi kap tal-kolonja penali IK-6 f'Melekhovo, Reġjun ta' Vladimir, fejn il-mexxej Russu tal-oppożizzjoni politika Alexei Navalny ilu jinżamm minn meta ngħata s-sentenza tiegħu f'Marzu 2022. Navalny ġie soġġett għal diversi ċikli ta' reklużjoni f'ċella ta' kastig għal aktar minn 100 jum minn Awwissu 2022, li kkontribwew biex saħħtu marret drastikament għall-agħar. Il-metodi użati mit-tmexxija tal-kolonja (fost oħrajn bl-użu ta' dwal LED ultra qawwijin). Għaldaqstant, Dmitry Makorin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni. |
20.7.2023 |
|
|
53. |
Михаил Алексеевич НEИМОВИЧ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Logutenent fil-ħabs IK-6 fir-reġjun ta' Vladimir Data tat-twelid: 25.11.1997 Indirizz: Muromskaya St., 9, 22, Kovrov, Vladimir region, Russia, 601909 |
Mikhail Neimovich huwa logutenent tas-Servizz Penitenzjarju Federali fil-kolonja penali IK-6 f'Melekhovo, Reġjun ta' Vladimir, fejn il-mexxej Russu tal-oppożizzjoni politika Alexei Navalny ilu jinżamm minn meta ngħata s-sentenza tiegħu f'Marzu 2022. Navalny ġie soġġett għal diversi ċikli ta' reklużjoni f'ċella ta' kastig għal aktar minn 100 jum minn Awwissu 2022, li kkontribwew biex saħħtu marret drastikament għall-agħar. Il-metodi użati mit-tmexxija tal-kolonja (fost oħrajn bl-użu ta' dwal LED ultra qawwijin) jikkostitwixxu pieni krudili, inumani u degradanti fil-kolonja penali IK-6, li għalihom Mikhail Neimovich għandu responsabbiltà immedjata. Għaldaqstant, Mikhail Neimovich huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni. |
20.7.2023 |
|
|
54. |
Алексей Иванович ГИРИЧЕВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): (Eks) Kap Reġjonali tal-FSIN fir-reġjun ta' Vladimir (Servizz Penitenzjarju Federali) sa Marzu 2023; viċi kap attwali tal-FSIN Data tat-twelid: 3.8.1975 Post tat-twelid: Kalach, Kalacheyevsky District, Voronezh Oblast, Russian SFSR (issa Russian Federation) Indirizz: (preċedentement) Zoe Kosmodemyanskaya St., 5 Corps 1, 95, Kovrov, Vladimir Region, Russia, 601911 Numru tal-Kontribwent Individwali: 382101379684 |
Aleksey Girichev huwa l-viċi Kap tas-Servizz Penitenzjarju Federali Russu (FSIN), li ilu jżomm lill-mexxej Russu tal-oppożizzjoni politika Alexei Navalny priġunier sa minn meta ngħata s-sentenza tiegħu f'Marzu 2022. Navalny ġie soġġett għal diversi ċikli ta' reklużjoni f'ċella ta' kastig għal aktar minn 100 jum minn Awwissu 2022, li kkontribwew biex saħħtu marret drastikament għall-agħar. Il-metodi użati mit-tmexxija tal-kolonja (fost oħrajn bl-użu ta' dwal LED ultra qawwijin) jikkostitwixxu pieni krudili, inumani u degradanti fil-kolonja penali IK-6, li għalihom Alexsey Girichev għandu responsabbiltà diretta bħala viċi kap tal-FSIN. Għaldaqstant, Alexsey Girichev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b'mod partikolari għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji. |
20.7.2023 |
|
|
55. |
Аркадий Александрович ГОСТЕВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Direttur tal-FSIN (eks Viċi Ministru għall-Intern, sal-2021) Data tat-twelid: 11.2.1961 Post tat-twelid: Shatsky District, Ryazan Region, Russian SFSR (issa Russian Federation) Indirizz: lobachevskogo, 92-12, Moscow, 117453 Numru tal-Passaport: 620120675 |
Arkady Gostev huwa d-Direttur tas-Servizz Penitenzjarju Federali Russu (FSIN), li ilu jżomm lill-mexxej Russu tal-oppożizzjoni politika Alexei Navalny priġunier sa minn meta ngħata s-sentenza tiegħu f'Marzu 2022. Navalny ġie soġġett għal diversi ċikli ta' reklużjoni f'ċella ta' kastig għal aktar minn 100 jum minn Awwissu 2022, li kkontribwixxa biex saħħtu marret drastikament għall-agħar. Il-metodi użati mit-tmexxija tal-kolonja (fost oħrajn bl-użu ta' dwal LED ultra qawwijin) jikkostitwixxu pieni krudili, inumani u degradanti fil-kolonja penali IK-6, li għalihom Arkady Gostev għandu responsabbiltà diretta bħala l-viċi kap tal-FSIN. Għaldaqstant, Arkady Gostev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b’mod partikolari għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji. |
20.7.2023 |
|
|
56. |
Alexander Alexandrovitch |
Александр Александрович САМОФАЛ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Aġent tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa Data tat-twelid: 23.8.1981 Post tat-twelid: Moscow, Russian SFSR (issa Russian Federation) Indirizz: (preċedentement) Military Unit 2568, FSB Border Service Academy, Golitsyno, Russian Federation |
Alexander Samofal huwa uffiċjal tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa (FSB). F’dik il-kapaċità, huwa kien personalment involut f’operazzjoni tal-FSB biex jiġi assassinat Wladimir Kara-Murza, figura ewlenija tal-oppożizzjoni Russa, bl-użu ta’ newrotossina. L-avvelenament kważi fatali għamel ħsara serja lis-saħħa ta’ Kara-Murza, u ħalla impatt negattiv fuq il-kundizzjoni fiżika fit-tul tiegħu. Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Fl-2022 infetħu proċedimenti tal-qorti motivati politikament kontrih imsejsa fuq allegazzjonijiet foloz wara li akkuża lill-Kremlin bit-twettiq ta' delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u wara li kkundanna l-aggressjoni Russa pubblikament. F'April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f'ħabs/kamp tax-xogħol b'sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta' proċess farsa fir-Russja biex ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għaldaqstant, Alexander Samofal huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. |
20.7.2023 |
|
57. |
Habibullah AGHA magħruf ukoll bħala. Mawlawi, Maulvi, Hadith, Sheikh |
حبیب الله اغا (Ortografija Pashto) |
Pożizzjoni(jiet): Aġent Ministru tat-Taliban għall-Edukazzjoni Data tat-twelid: 1954 jew 1955 Post tat-twelid: Vach Bakhto, Shah Wali Kot, Kandahar province, Afghanistan Nazzjonalità: Afgana Sess: raġel |
Habibullah Agha nħatar bħala aġent Ministru tat-Taliban għall-Edukazzjoni f'Settembru 2022. F'din il-kapaċità, Habibullah Agha implimenta l-politika tat-Taliban li tiċħad l-aċċess tal-bniet għall-edukazzjoni sekondarja billi estenda l-projbizzjoni fuq l-istudenti nisa milli jipparteċipaw fl-edukazzjoni sekondarja lil hinn mis-sitt sena. Barra minn hekk, Habibullah Agha aggrava personalment il-politiki eżistenti li jiddiskriminaw kontra l-ġeneru tat-Taliban billi ordna l-għeluq ta' ċentri tal-edukazzjoni privati u mmexxija minn NGOs li qabel kienu jservu bħala post ta' edukazzjoni għall-bniet. Għalhekk, huwa jerfa' r-responsabbiltà personali għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan, b'mod partikolari l-impożizzjoni ta' repressjoni sistematika abbażi tal-ġeneru fis-settur tal-edukazzjoni. Huwa personalment responsabbli għall-ksur kontinwu tad-dritt fundamentali tal-bniet Afgani għall-edukazzjoni sekondarja u d-dritt għat-trattament ugwali bejn is-subien u l-bniet fil-qasam tal-edukazzjoni sekondarja, b'hekk ikompli jeskludi l-bniet mis-soċjetà. Fil-kapaċità tiegħu bħala aġent Ministru tat-Taliban għall-Edukazzjoni, huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan, b'mod partikolari għall-ksur tad-dritt tal-bniet u tan-nisa għall-edukazzjoni u d-dritt għal trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa. |
20.7.2023 |
|
58. |
Abdul Hakim HAQQANI magħruf ukoll bħala Mawlawi Sheikh Abdul Hakim Haqqani Ishaqzai; “Shaikhul Hadis” Maulvi Abdul Hakim “Haqqani” |
شیخ الحدیث مولوي عبدالحکیم حقاني لقضات شیخ عبدالحکیم حقاني (Ortografija Pashto) |
Pożizzjoni(jiet): Aġent Prim Imħallef tat-Taliban tal-Qorti Suprema tal-Afganistan Qazi al-Quzzat (Imħallef Suprem) Data tat-twelid: 1967 Post tat-twelid: Panjwayi, Kandahar province, Afghanistan Nazzjonalità: Afgana Sess: raġel |
Abdul Hakim Haqqani huwa l-aġent Prim Imħallef attwali tat-Taliban tal-Qorti Suprema tal-Afganistan, maħtur mit-tmexxija Talibana fl-2021. F'din il-kapaċità, huwa uża b'mod effettiv is-sistema legali biex jimplimenta r-repressjoni abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa billi eskluda l-imħallfin nisa mis-sistema tal-qrati Afgana u rrestrinġa sistematikament l-aċċess tan-nisa għall-ġustizzja, bi ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa. Lil hinn mir-rwol tiegħu bħala aġent Prim Imħallef tat-Taliban, Abdul Hakim Haqqani Ishaqzaih għandu l-funzjoni ta' mexxej ideoloġiku fit-Taliban. Permezz tal-aċċess personali tiegħu għall-mexxej tat-Taliban Haibatullah Akhundzada, huwa eżerċita influwenza politika sabiex isawwar l-ideoloġija tat-Taliban fir-rigward tar-repressjoni tal-ġeneru, b'mod partikolari billi ta gwida għall-esklużjoni sistematika tan-nisa u tal-bniet mill-ħajja pubblika fl-Afganistan. Fil-kapaċità tiegħu bħala Aġent Prim Imħallef tat-Taliban tal-Qorti Suprema tal-Afganistan, huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan, b'mod partikolari għall-ksur tad-dritt tan-nisa għal aċċess għall-ġustizja u għad-dritt għal trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa. |
20.7.2023 |
|
59. |
Abdul-Hakim SHAREI magħruf ukoll bħala Sharae; Sharie; Shara'i |
عبدالحکیم شریری (Ortografija Pashto) |
Pożizzjoni(jiet): Aġent Ministru tat-Taliban għall-Ġustizzja Titlu: Shaikh-al-Hadith Mawlawi Data tat-twelid: 1961 Post tat-twelid: Ayub-Khil, Khost province, Afghanistan Nazzjonalità: Afgana Sess: raġel |
Wara l-ħtif tal-poter mit-Talibani fl-Afganistan, Abdul-Hakim Sharei, fil-kapaċità tiegħu bħala aġent Ministru tat-Taliban għall-Ġustizzja, beda sforz konċertat biex idawwar is-sistema ġudizzjarja nazzjonali kontra n-nisa Afgani. Huwa effettivament ostakola l-għoti ta' liċenzji lil avukati nisa u l-kapaċità tan-nisa li jirċievu rappreżentanza legali, u neħħa lin-nisa minn pożizzjonijiet fis-sistema ġudizzjarja. L-istruzzjoni tiegħu biex jeżamina mill-ġdid il-qafas legali kollu tal-Afganistan waqqfet ukoll l-applikazzjoni tal-Liġi dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa. Dawn il-politiki jikkostitwixxu sforz konċertat biex tintuża ċ-ċaħda tal-ġustizzja bħala għodda effettiva għat-trawwim ta' sistema ta' repressjoni abbażi tal-ġeneru billi n-nisa u l-bniet jiġu esposti għal stat ta' nuqqas ta' liġi u impunità, li għaliha Abdul-Hakim Sharei huwa responsabbli direttament u personalment. Fil-kapaċità tiegħu bħala aġent Ministru tat-Taliban għall-Ġustizzja, huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan, b'mod partikolari għall-ksur tad-dritt tan-nisa għal aċċess għall-ġustizzja u d-dritt għal trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa. |
20.7.2023 |
|
60. |
James Mark NANDO |
|
Pożizzjoni(jiet): Maġġur Ġeneral, Forzi tad-Difiża tal-Poplu tas-Sudan t'Isfel (SSPDF) Post tat-twelid: Ezo, Ezo County, Western Equatoria, Sudan t’Isfel Indirizz: Juba, South Sudan Nazzjonalità: Sud Sudaniż Sess: raġel |
James Nando huwa uffiċjal anzjan fil-Forzi tad-Difiża tal-Poplu tas-Sudan t’Isfel (SSPDF), li għandu l-grad ta' Maġġur Ġeneral. Huwa jikkmanda l-forzi fl-istat tal-Ekwatorji tal-Punent tas-Sudan t'Isfel li wettqu attakki mifruxa kontra l-popolazzjoni ċivili. Il-forzi tiegħu użaw b'mod sistematiku l-vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru bħala mezz biex il-popolazzjoni tiġi terrorizzata. Fil-kapaċità tiegħu bħala Maġġur Ġeneral, huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan t'Isfel, li jinkludu l-vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru. |
20.7.2023 |
|
61. |
Mahamat SALLEH Adoum Kette magħruf ukoll bħala Mahamet Salleh |
|
Pożizzjoni(jiet): Ġeneral, tal-Front Popolari għat-Twelid mill-Ġdid tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (FPRC) Nazzjonalità: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana Post tat-twelid: Haute-Kotto Prefecture, Central African Republic Sess: raġel |
Fil-kapaċità tiegħu bħala figura ewlenija fil-Front Popolari għat-Twelid mill-Ġdid tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (FPRC), Mahamat Salleh ikkmanda forzi fir-Repubblika Ċentru-Afrikana li wettqu attakki mifruxa kontra l-popolazzjoni ċivili. Għal snin, Salleh, u l-forzi taħt il-kmand tiegħu ripetutament wettqu delitti relatati ma' vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru fuq skala massiva bħala mezz biex il-popolazzjoni ċivili tiġi terrorizzata. Fil-kapaċità tiegħu bħala Ġeneral fil-FPRC, huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, li jinkludu l-vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru. |
20.7.2023 |
|
62. |
Iгор Леонiдович КОЛЕДА (Ortografija Ukrena) Игорь Леонидович КОЛЕДА (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Kmandant tat-30 Motorized Rifle Brigade. Grad: Kurunell Data tat-twelid: 11.12.1973 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru ta' identifikazzjoni tal-forzi armati: 540530367155 |
Igor Leonidovich Koleda huwa l-kmandant fit-30 Motorized Rifle Brigade tal-Forzi Armati Russi u għandu l-grad ta' Kurunell. Il-brigata taħt il-kmand tiegħu ħadet sehem fl-invażjoni illegali tal-Ukrajna mir-Russja fil-bidu tal-2022. Fil-bidu tal-2022, Membri tat-30 Motorized Rifle Brigade wettqu atti ta' vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru kontra l-popolazzjoni ċivili Ukrena inkluż kontra mill-inqas minorenni wieħed. L-awtoritajiet Ukreni identifikaw membru wieħed tat-30 Motorized Rifle Brigade bħala suspettat ta' vjolenza sesswali kontra n-nisa. L-iskala u s-severità tal-atti ta' vjolenza sesswali li qed iseħħu f'żoni tal-Ukrajna okkupati mir-Russja jissuġġerixxu li twettaq ippjanar sistematiku u li l-kmandanti Russi huma konxji mill-vjolenza sesswali mill-persunal militari fl-Ukrajna u f'xi każijiet jinkoraġġixxu jew saħansitra jordnaw din il-vjolenza. Fil-kapaċità tiegħu bħala l-kmandant tat-30 Motorized Rifle Brigade, Igor Koleda huwa għalhekk responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna, inkluż il-vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru. |
20.7.2023 |
|
|
63. |
Елена Викторовна ПОДОЛЬНАЯ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Prosekutur Russu; Viċi Prosekutur fis-“Simferopol District Court in the Republic of Crimea” Data tat-twelid: 5.9.1978 Sess: mara Numru tal-karta tal-identità tat-taxxa: 261803847664 |
Elena Podolnaya hija l-Viċi Prosekutur fil-“Qorti Distrettwali ta’ Simferopol fir-Repubblika tal-Krimea” stabbilita mill-forza okkupanti tar-Russja fil-Krimea annessa illegalment. F’dik il-pożizzjoni, Elena Podolnaya ħadet sehem fil-proċedimenti tal-qorti politikament motivati kontra Vladyslav Yesypenko, ġurnalist, u għalih ipproponiet sentenza ta’ 11-il sena ħabs. Vladyslav Yesypenko ġie kkundannat għal 6 snin ħabs. Il-proċedimenti tal-qorti kontra Vladyslav Yesypenko kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew bħala proċess eżemplari fir-Russja biex l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa ma’ kullimkien f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u gravi d-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà tagħhom tal-opinjoni u tal-espressjoni. Għalhekk, hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa u fit-territorji okkupati minnha, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
8.9.2023 |
|
|
64. |
Денис Владимирович КОРОВИН (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Uffiċjal tal-Federal Security Service of the Russian Federation (FSB) Sess: raġel |
Denis Korovin huwa uffiċjal tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa (FSB). Fil-pożizzjoni tiegħu, huwa ħa sehem fit-tortura ta’ Vladyslav Yesypenko, ġurnalist, li ġie kkundannat għal 6 snin ħabs. Il-proċedimenti tal-qorti kontra Vladyslav Yesypenko kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew bħala proċess eżemplari fir-Russja biex l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa ma’ kullimkien f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u gravi d-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà tagħhom tal-opinjoni u tal-espressjoni. Għalhekk, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa u fit-territorji okkupati minnha, inkluż tortura, trattament inuman u degradanti u ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
8.9.2023 |
|
|
65. |
Длявер Меметович БЕРБЕРОВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Imħallef fis-“Simferopol District Court of the Republic of Crimea” Data tat-twelid: 17.8.1978 Post tat-twelid: Uzbekistan Sess: raġel |
Dliaver Berberov huwa mħallef fil-“Qorti Distrettwali ta’ Simferopol fir-Repubblika tal-Krimea” stabbilita mill-forza okkupanti tar-Russja fil-Krimea annessa illegalment. F’dik il-pożizzjoni, ħa sehem fil-proċedimenti tal-qorti politikament motivati kontra Vladyslav Yesypenko, ġurnalist. Fis-16 ta’ Frar 2021, Dliaver Berberov ħabbar il-verdett tal-każ ta’ Vladyslav Yesypenko u kkundannah għal 6 snin ħabs. |
8.9.2023 |
|
|
|
|
|
Indirizz: 6 Turkenicha St., Simferopol, Crimea, Ukraine АР Крим, г. Симферополь, ул. Туркенича 6 Kodiċi DRFO: 2871801456 |
Il-proċedimenti tal-qorti kontra Vladyslav Yesypenko kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew bħala proċess eżemplari fir-Russja biex l-ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa ma’ kullimkien f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u gravi d-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà tagħhom tal-opinjoni u tal-espressjoni. Għalhekk, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa u fit-territorji okkupati minnha, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
|
|
66. |
Виталий Олегович ВЛАСОВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Investigatur fil-Federal Security Service of the Russian Federation (FSB) Data tat-twelid: 7.5.1986 Post tat-twelid: Shimanovsk/Amur Oblast/Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Vitaliy Vlasov huwa investigatur fis-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa (FSB). F’dik il-pożizzjoni, huwa mexxa l-investigazzjonijiet fil-każijiet tal-ġurnalist Vladyslav Yesypenko, ta’ membri tal-komunità tat-Tatari tal-Krimea fil-Krimea, inkluż Nariman Dzhelyalov, kif ukoll ta’ membri tax-Xhieda ta’ Jehovah, inkluż Aleksandr Dubovenko u Aleksandr Litvinyuk. F’dak il-kuntest, Vlasov kien involut fil-kampanji ta’ persekuzzjoni sistematika kontra l-komunità tat-Tatari tal-Krimea u membri tax-Xhieda ta’ Jehovah minħabba t-twemmin reliġjuż tagħhom. Għalhekk, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa u fit-territorji okkupati minnha, inkluż tortura, trattament inuman u degradanti, arrest u detenzjoni arbitrarji u ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
8.9.2023 |
|
|
67. |
Виктор Викторович КРАПКО (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Imħallef tas-“Supreme Court of the Republic of Crimea”; Eks Imħallef fil-Kiev District Court of Simferopol Data tat-twelid: 22.1.1989 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Viktor Krapko huwa mħallef fil-“Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Krimea” stabbilita mill-forza okkupanti tar-Russja fil-Krimea annessa illegalment. F’dik il-pożizzjoni, ħa sehem fil-proċedimenti tal-qorti politikament motivati kontra Vladyslav Yesypenko, ġurnalist, u Nariman Dzhelyalov, Tatar tal-Krimea. Krapko huwa responsabbli wkoll għall-awtorizzazzjoni ta’ tfittxijiet fid-djar ta’ membri tax-Xhieda ta’ Jehovah fl-2021 fil-Krimea okkupata mir-Russja. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa ma’ kullimkien f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u gravi d-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà tagħhom tal-opinjoni u tal-espressjoni. F’dak il-kuntest, Krapko kien involut fil-kampanji ta’ persekuzzjoni sistematika kontra l-komunità tat-Tatari tal-Krimea u membri tax-Xhieda ta’ Jehovah minħabba t-twemmin reliġjuż tagħhom. Għalhekk, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa u fit-territorji okkupati minnha, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
8.9.2023 |
|
|
68. |
Анастасия Ивановна СУПРЯГА (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Prosekutur fil-“Prosecutor’s Office of Crimea” Data tat-twelid: 15.3.1983 Post tat-twelid: Vinohradove, Saksky district, Autonomous Republic of Crimea, Ukraine Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Anastasia Supryaga hija prosekutur tal-“Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Krimea” stabbilita mill-forza okkupanti tar-Russja fil-Krimea annessa illegalment. F’dik il-pożizzjoni, ħadet sehem fil-proċedimenti tal-qorti politikament motivati u l-prosekuzzjoni ta’ Akhtem Chiygoz, Viċi President tal-Mejlis tal-poplu Tatar tal-Krimea u ta’ membri tal-komunità tat-Tatari tal-Krimea, inkluż Nariman Dzhelyalov. F’dak il-kuntest, Supryaga kienet involuta fil-kampanji ta’ persekuzzjoni sistematika kontra l-komunità tat-Tatari tal-Krimea u membri tax-Xhieda ta’ Jehovah tal-Krimea minħabba t-twemmin reliġjuż tagħhom. Għalhekk, hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa u fit-territorji okkupati minnha, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji. |
8.9.2023 |
|
|
69. |
Екатерина Михайловна МИЗУЛИНА (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): President tal-Lega għal Internet Sikur; Membru tal-Kamra Ċivika tal-Federazzjoni Russa Data tat-twelid: 1.9.1984 Post tat-twelid: Yaroslavl, Russian SFSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: mara Individwi assoċjati: Elena Borisovna Mizulina; Konstantin Valerevich Malofeev |
Ekaterina Mizulina hija personaġġ pubbliku Russu u l-President tal-Lega għal Internet Sikur. F’din il-pożizzjoni, hija qed tinforza prattiki ta’ ċensura kontra ħallieqa tal-kontenut u artisti fuq l-Internet favur il-gvern Russu u l-politiki tiegħu. Bħala l-President tal-Lega għal Internet Sikur, Ekaterina Mizulina qed tagħti bidu għal ilmenti uffiċjali lill-aġenziji Russi tal-infurzar tal-liġi kontra ħallieqa tal-kontenut fuq l-Internet, jiġifieri bloggers, kif ukoll mużiċisti, ċelebritajiet u influwenzaturi. B’riżultat ta’ dan, Ekaterina Mizulina qed iġġiegħel lill-ħallieqa tal-kontenut u lill-artisti Russi fuq l-Internet jew iħassru kontenut kontra l-gvern jew joħolqu kontenut favur il-gvern Russu u l-politiki tiegħu. Għalhekk, Ekaterina Mizulina hija responsabbli għal abbużi serji u sistematiċi tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, li huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
29.1.2024 |
|
|
70. |
Valentina Evgenievna LEVASHOVA magħrufa ukoll bħala |
Валентина Евгеньевна ЛЕВАШОВА magħrufa ukoll bħala Валентина Євгенiївна ЛЄВАШОВА (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Mħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Basmaniy (Basmaniy District Court) ta’ Moska Data tat-twelid: 14.10.1978 Nazzjonalità: Russa Sess: mara Indirizz: Preobrazhenskiy Val St., 24 building 1, Flat 69, Moscow, Russia, 107061 |
Valentina Evgenievna Levashova hija mħallef fil-Qorti Distrettwali ta’ Basmanniy (Basmaniy District Court) ta’ Moska. F’din il-kapaċità hija involuta fi ksur serju u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-mexxejja tal-oppożizzjoni Russa. Hija rappreżentanta tal-ġudikatura li ħadet deċiżjonijiet preġudikati f’każijiet b’motivazzjoni politika kontra persuni li opponew l-invażjoni militari tal-Ukrajna, jew deċiżjonijiet li ġġustifikaw azzjonijiet militari u azzjonijiet oħra tal-Federazzjoni Russa fit-territorju tal-Ukrajna, inkluż fil-kawża kontra Vladimir Kara-Murza. Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Fl-2022 inbdew proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz kontrih wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol b’sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa ma’ kullimkien f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom. Għaldaqstant, hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji. |
29.1.2024 |
|
71. |
Олег Викторович АЛЫПОВ Олег Вiкторович АЛИПОВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Prosekutur Interdistrettwali ta’ Golovinsky ta’ Moska Data tat-twelid: 7.3.1981 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Oleg Viktorovich Alypov huwa l-Prosekutur Interdistrettwali ta’ Golovinsky ta’ Moska. Fil-kapaċità tiegħu bħala Prosekutur, huwa involut fil-ksur serju u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-mexxejja tal-oppożizzjoni Russa, inkluż fil-kawża kontra Vladimir Kara-Murza. Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Fl-2022 inbdew proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz kontrih wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol b’sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa ma’ kullimkien f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom. Għaldaqstant, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji. |
29.1.2024 |
|
|
72. |
Людмила Михайловна СМОЛКИНA Людмила Михайлiвна СМОЛКIНА (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Imħallef, Qorti tal-Belt ta’ Moska Data tat-twelid: 6.8.1961 Nazzjonalità: Russa Sess: mara Indirizz: 45 Angarskaya St., building 1, 51, Moscow, Russia, 125412 |
Ludmila Mikhailovna Smolkina hija Mħallef fil-Qorti tal-Belt ta’ Moska. F’din il-kapaċità, hija involuta fil-ksur serju u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-mexxejja tal-oppożizzjoni Russa, inkluż fil-kawża kontra Vladimir Kara-Murza. L-awtoritajiet Russi użaw akkużi kriminali biex jarrestaw, iħarrku u jikkundannaw difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti u avversarji politiċi li esprimew il-kritika tagħhom għall-invażjoni tal-Ukrajna. Kara-Murza huwa attivist prominenti tal-oppożizzjoni fir-Russja. Fl-2022 inbdew proċedimenti tal-qorti b’motivazzjoni politika bbażati fuq allegazzjonijiet foloz kontrih wara li akkuża lill-Kremlin li wettaq delitti tal-gwerra fl-Ukrajna u kkundanna pubblikament l-aggressjoni Russa. F’April 2023, huwa ġie kkundannat għal 25 sena f’ħabs/kamp tax-xogħol b’sigurtà għolja. Il-proċedimenti tal-qorti kontrih kienu mmirati lejn l-attiviżmu tiegħu u servew biex jagħtu eżempju bih permezz ta’ proċess farsa fir-Russja biex ilħna kritiċi tar-reġim fil-gvern jitrażżnu milli jleħħnu oppożizzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-reġim Russu qed juża l-ġudikatura tal-pajjiż bħala għodda mifruxa ma’ kullimkien f’għadd kbir ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Is-sistema ġudizzjarja mhijiex indipendenti u tintuża biex tikser b’mod sistematiku u sever id-drittijiet tal-bniedem tal-individwi li jopponu r-reġim fil-gvern, billi tikser il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni tagħhom. Għaldaqstant, hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji. |
29.1.2024 |
|
|
73. |
Юрий КОНОВЕЕВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Kap tat-taqsima distakkata SUS “PKT” fl-IK-3 penal colony Data tat-twelid: 7.5.1987 Post tat-twelid: Rivne, eks USSR (illum Ukraine) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Yuri Konoveev huwa l-kap tat-taqsima distakkata SUS u taċ-ċelli ta’ kastig tat-tip PKT (magħruf ukoll bħala l-kap tad-dipartiment tax-xogħol edukattiv) fl-IK-3 penal colony fejn ilu jaħdem mill-inqas mill-2019. Alexei Navalny tqiegħed taħt l-awtorità tiegħu mill-25 ta’ Diċembru 2023 sal-mewt tiegħu fis-16 ta’ Frar 2024. F’dik il-pożizzjoni, Konoveev issorvelja s-swali responsabbli għat-trattament ħażin ta’ Alexei Navalny u interaġixxa direttament miegħu mill-inqas darba fix-xahar. Minħabba r-responsabbiltà tiegħu għaċ-ċelel ta’ kastig, huwa żgura li reġim ta’ iżolament fiżiku massimu ġie impost fuq Navalny. Fir-rwol superviżorju tiegħu ta’ edukazzjoni (mill-ġdid) tad-detenuti, huwa kien responsabbli għall-appoġġ ta’ sistema mibnija fuq it-tkissir tar-rieda tad-detenuti, u b’hekk ħoloq sentiment ta’ nuqqas ta’ tama assoluta u kundizzjonijiet tal-għajxien inumani. Xhieda xehdu li kien seħħ ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tax-xogħol edukattiv tad-detenuti u li t-tortura kienet preskritta direttament fid-dokumenti operazzjonali tad-dipartimenti. Yuri Konoveev kien responsabbli wkoll għat-testijiet investigattivi u għall-btieħi għall-eżerċizzju fejn Alexei Navalny allegatament ħassu ma jiflaħx. L-IK-3 penal colony hija magħrufa li teżerċita pressjoni fiżika u psikoloġika, iżolament sħiħ, tortura u vjolenza fuq il-priġunieri. Għaldaqstant, Konoveev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra u l-ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
22.3.2024 |
|
|
74. |
Alexei Vassilyevich LISYUK magħruf ukoll bħala |
Алексей Васильевич ЛИСЮК (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Tabib tal-iġjene ġenerali; Kap tal-unità medika fl-IK-3 penal colony Data tat-twelid: 1984 Post tat-twelid: Ussuriysk, former USSR (illum Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Alexei Lisyuk huwa tabib ġenerali tal-iġjene u ilu l-kap tal-unità medika tal-IK-3 penal colony minn tal-inqas minn Awwissu 2023. F’dik il-pożizzjoni, Lisyuk kien responsabbli għas-saħħa ta’ Alexei Navalny mill-25 ta’ Diċembru 2023 sal-mewt tiegħu fis-16 ta’ Frar 2024. Lisyuk ittraskura l-kundizzjonijiet ħżiena tad-detenzjoni u tas-saħħa ta’ Navalny, naqas milli jiżgura li l-unità tiegħu kellha kapaċitajiet adegwati ta’ risuxxitazzjoni u naqas milli jordna t-trasport tiegħu lejn l-eqreb sptar fil-ħin wara li ntilef minn sensih fis-16 ta’ Frar 2024. L-IK-3 penal colony hija magħrufa għall-eżerċizzju ta’ pressjoni fiżika u psikoloġika, iżolament sħiħ, tortura u vjolenza fuq il-priġunieri kif ukoll għall-kwalità ħażina tas-servizzi mediċi Għaldaqstant, Lisyuk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. |
22.3.2024 |
|
75. |
Wadim Konstantinowitsch KALININ |
Вадим Kонстантинович КАЛИНИН |
Pożizzjoni(jiet): Kap tal-IK-3 penal colony Data tat-twelid: 7.3.1973 Post tat-twelid: Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-Kontribwent Individwali: 663401241613 |
Wadim Kalinin huwa l-Kap tal-kolonja penali IK-3. Filwaqt li jinsab fil-linja ta' kmand tal-kolonja penali IK-3, u billi uffiċjalment jagħmel parti mill-‘persunal għoli ta' kmand’ tas-Servizz Penitenzjarju Federali Russu (FSIN) u għandu rwol maniġerjali, huwa inkarigat direttament b'deċiżjonijiet eżekuttivi u għalhekk huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet ġenerali tal-priġunerija fil-kolonja penali IK-3. Il-kolonja penali IK-3, komunement magħrufa bħala l-‘Polar Wolf’, hija l-post fejn il-politiku tal-oppożizzjoni detenut Alexei Navalny miet f'ċirkostanzi mhux magħrufa. Il-kundizzjonijiet tal-priġunerija ta’ Alexei Navalny fil-kolonja penali IK-3 inkludew il-vjolenza fiżika, bħat-tortura u n-nuqqas ta' misħun u ħwejjeġ xierqa fix-xitwa, ta' assistenza medika u ikel u ilma. Għalhekk, Wadim Kalinin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur sistematiku tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni. |
22.3.2024 |
|
76. |
Сергей Николаевич КОРЖОВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-IK-3 penal colony Post tat-twelid: Russia Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Sergey Nikolaevich Korzhov huwa viċi kap tal-IK-3 penal colony. Fil-linja ta’ kmand tal-IK-3 penal colony, u billi huwa uffiċjalment parti mill-persunal għoli ta’ kmand tar-Russian Federal Penitentiary Service (FSIN) u jassumi rwol maniġerjali, huwa inkarigat direttament b’deċiżjonijiet eżekuttivi u għalhekk responsabbli għall-kundizzjonijiet ġenerali ta’ priġunerija fl-IK-3 penal colony. L-IK-3 penal colony, komunement magħrufa bħala l-“Polar Wolf”, kienet il-post fejn il-politiku tal-oppożizzjoni detenut Alexei Navalny miet taħt ċirkostanzi mhux magħrufa. Il-kundizzjonijiet tal-priġunerija fl-IK-3 penal colony inkludew il-vjolenza fiżika bħat-tortura u n-nuqqas ta’ provvista ta’ misħun u ħwejjeġ xierqa fix-xitwa, assistenza medika u ikel u ilma. Għaldaqstant, Sergey Nikolaevich Korzhov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jsistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
22.3.2024 |
|
|
77. |
Василий Александрович ВЫДРИН (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-IK-3 penal colony Post tat-twelid: Russia Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Vasily Alexandrovich Vydrin huwa viċi kap tal-IK-3 penal colony. Fil-linja ta’ kmand tal-IK-3 penal colony, u billi huwa uffiċjalment parti mill-persunal għoli ta’ kmand tar-Russian Federal Penitentiary Service (FSIN) u jassumi rwol maniġerjali, huwa inkarigat direttament b’deċiżjonijiet eżekuttivi u għalhekk responsabbli għall-kundizzjonijiet ġenerali ta’ priġunerija fl-IK-3 penal colony. L-IK-3 penal colony, komunement magħrufa bħala l-“Polar Wolf”, kienet il-post fejn il-politiku tal-oppożizzjoni detenut Alexei Navalny miet taħt ċirkostanzi mhux magħrufa. Il-kundizzjonijiet tal-priġunerija fl-IK-3 penal colony jinkludu l-vjolenza fiżika bħat-tortura u n-nuqqas ta’ provvista ta’ misħun u ħwejjeġ xierqa fix-xitwa, assistenza medika u ikel u ilma. Għaldaqstant, Vasily Alexandrovich Vydrin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
22.3.2024 |
|
|
78. |
Владимир Иванович ПИЛИПЧИК |
Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-IK-3 penal colony Post tat-twelid: Russia Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Vladimir Ivanovich Pilipchik huwa viċi kap tal-IK-3 penal colony. Fil-linja ta’ kmand tal-IK-3 penal colony, u billi huwa uffiċjalment parti mill-persunal għoli ta’ kmand tar-Russian Federal Penitentiary Service (FSIN) u jassumi rwol maniġerjali, huwa inkarigat direttament b’deċiżjonijiet eżekuttivi u għalhekk responsabbli għall-kundizzjonijiet ġenerali ta’ priġunerija fl-IK-3 penal colony. L-IK-3 penal colony, komunement magħrufa bħala l-“Polar Wolf”, kienet il-post fejn il-politiku tal-oppożizzjoni detenut Alexei Navalny miet taħt ċirkostanzi mhux magħrufa. Il-kundizzjonijiet tal-priġunerija fl-IK-3 penal colony inkludew il-vjolenza fiżika bħat-tortura u n-nuqqas ta’ provvista ta’ misħun u ħwejjeġ xierqa fix-xitwa, assistenza medika u ikel u ilma. Għaldaqstant, Vladimir Ivanovich Pilipichik huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
22.3.2024 |
|
|
79. |
Александр Владимирович ГОЛЯКОВ |
Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-IK-3 penal colony Post tat-twelid: Russia Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Alexander Vladimirovich Golyakov huwa viċi kap tal-IK-3 penal colony. Fil-linja ta’ kmand tal-IK-3 penal colony, u billi huwa uffiċjalment parti mill-persunal għoli ta’ kmand tar-Russian Federal Penitentiary Service (FSIN) u jassumi rwol maniġerjali, huwa inkarigat direttament b’deċiżjonijiet eżekuttivi u għalhekk responsabbli għall-kundizzjonijiet ġenerali ta’ priġunerija fl-IK-3 penal colony. L-IK-3 penal colony, komunement magħrufa bħala l-“Polar Wolf”, kienet il-post fejn il-politiku tal-oppożizzjoni detenut Alexei Navalny miet taħt ċirkostanzi mhux magħrufa. Il-kundizzjonijiet tal-priġunerija fl-IK-3 penal colony inkludew il-vjolenza fiżika bħat-tortura u n-nuqqas ta’ provvista ta’ misħun u ħwejjeġ xierqa fix-xitwa, assistenza medika u ikel u ilma. Għaldaqstant, Alexander Vladimirovich Golyakov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
22.3.2024 |
|
|
80. |
Alexander Valerievich OBRAZTSOV (*1) |
Александр Валерьевич ОБРАЗЦОВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Viċi kap tal-IK-3 penal colony Data tat-twelid: 1980-1990 Post tat-twelid: Ir-Russja Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Indirizz: Priuralisky District, Yamalo-Nenets Autonomous Okrug, Russia, 629420 |
Alexander Valerievich Obraztsov huwa viċi kap tal-IK-3 penal colony. F’dik il-pożizzjoni, huwa direttament responsabbli għall-kundizzjonijiet ta’ priġunerija fl-IK-3 penal colony. L-IK-3 penal colony, komunement magħrufa bħala l-“Polar Wolf”, kienet il-post fejn il-politiku tal-oppożizzjoni detenut Alexei Navalny miet taħt ċirkostanzi mhux magħrufa. Il-kundizzjonijiet tal-priġunerija fl-IK-3 penal colony inkludew il-vjolenza fiżika bħat-tortura u n-nuqqas ta’ provvista ta’ misħun u ħwejjeġ xierqa fix-xitwa, assistenza medika u ikel u ilma. Għaldaqstant, Alexander Valerievich Obraztsov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
22.3.2024 |
|
81. |
Игорь Борисович РАКИТИН (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Direttur tal-Federal Penitentiary Service Directorate for the Yamal-Nenets Autonomous Region Data tat-twelid: 5.10.1973 Post tat-twelid: Tyumen Oblast, former USSR (illum Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-identità tat-taxxa: 100602094834 |
Igor Borisovich Rakitin ilu d-direttur tad-Direttorat tal-Federal Penitentiary Service Directorate for the Yamal-Nenets Autonomous Region of the Russian Federation mit-28 ta’ Lulju 2020. Taħt il-kmand tiegħu, ġiet stabbilita prassi mifruxa u sistematika ta’ tortura f’kolonji penitenzjarji fil-Yamal-Nenets Autonomous Region. Taħt il-kmand tiegħu, seħħew prattiki ta’ tortura f’kolonji penali IK-3 “Polar Wolf” u IK-8 “Polar Bear”. Dik il-prassi tinkludi ċ-ċaħda tal-kura medika, swat, perjodi estensivi ta’ reklużjoni, privazzjoni tal-ikel u injezzjoni ta’ sustanzi mhux magħrufa. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Direttur tal-Federal Penitentiary Service Directorate for the Yamal-Nenets Autonomous Region, Igor Borisovich Rakitin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani u degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni |
22.3.2024 |
|
|
82. |
Валерий Геннадьевич БОЯРИНЕВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): L-ewwel viċi direttur tal-Federal Penitentiary Service of the Russian Federation Grad: Maġġur Ġeneral Nazzjonalità: Russa Data tat-twelid: 2.9.1970 Post tat-twelid: Berezovskiy, Krasnoyarskiy Kray, former USSR (illum Russian Federation) Sess: raġel Numru tal-identità tat-taxxa: 190113308460 |
Valeriy Gennadyevich Boyarinev ilu l-ewwel viċi direttur tal-Federal Penitentiary Service of the Russian Federation mill-4 ta’ Lulju 2022. Huwa nħatar b’digriet tal-President tal-Federazzjoni Russa. Taħt il-kmand tiegħu, ġiet stabbilita prassi ta’ tortura mifruxa u sistematika fil-kolonji penitenzjarji Russi, inkluż il-kolonja tal-ħabs fejn Alexei Navalny kien detenut. Dik il-prassi tinkludi ċ-ċaħda tal-kura medika, swat, perjodi estensivi ta’ reklużjoni, privazzjoni tal-ikel u injezzjoni ta’ sustanzi mhux magħrufa. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Direttur, Valeriy Gennadyevich Boyarinev personalment ta l-ordnijiet biex jiġi limitat l-ammont ta’ ikel Navalny tħalla jixtri waqt li nżamm fl-IK-6 penal colony f’Vladimirskaya Oblast. Tlett ijiem wara l-mewt ta’ Navalny f’kolonja penitenzjarja taħt is-superviżjoni tiegħu, Boyarinev ġie promoss għal Maġġur Ġeneral ta’ notifika permezz ta’ digriet presidenzjali. Għaldaqstant, Valeriy Gennadyevich Boyarinev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
22.3.2024 |
|
|
83. |
Дмитрий Андреевич АРТЮХОВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Gvernatur tal-Yamal-Nenets Autonomous Region Nazzjonalità: Russa Data tat-twelid: 17.2.1988 Post tat-twelid: Tyumen Oblast, former USSR (illum Russian Federation) Sess: raġel Numru tal-identità tat-taxxa: 720414941639 |
Dmitriy Andreevich Artyukhov ilu l-Gvernatur tal-Yamal-Nenets Autonomous Region tal-Federazzjoni Russa mid-29 ta’ Mejju 2018. Taħt il-gvern tiegħu, ġiet dokumentata xejra mifruxa u sistematika ta’ tortura fil-kolonji penitenzjarji, inkluż il-kolonja fejn Alexei Navalny kien detenut, fir-reġjun kollu. Din ix-xejra tinkludi ċ-ċaħda tal-kura medika, swat, perjodi estensivi ta’ reklużjoni f’ċella, privazzjoni tal-ikel u injezzjoni b’sustanzi mhux magħrufa. Il-laqgħat bejn Dmitriy Andreevich Artyukhov u l-kap tas-sistema penali juru għarfien u approvazzjoni ta’ dawk il-prattiki mill-gvern reġjonali u juru l-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-gvern reġjonali u s-servizz penitenzjarju. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Gvernatur tal-Yamal-Nenets Autonomous Region, Dmitriy Andreevich Artyukhov appoġġa u kien involut fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
22.3.2024 |
|
|
84. |
Кирилл Сергеевич НИКИФОРОВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Kovrov City Court Data tat-twelid: 14.3.1992 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Kirill Sergeevich Nikiforov huwa mħallef tal-Kovrov City Court, li ċaħdet il-kawża tal-mexxej tal-oppożizzjoni Alexei Navalny kontra IK-6 biex jappella kontra t-trasferiment tiegħu lejn ċella ta’ kastig għal 12-il jum. Waqt il-priġunerija tiegħu f’IK-6, l-uffiċjali regolarment qiegħdu lil Alexei Navalny f’ċella ta’ kastig għal allegat ksur minuri. Konsegwentement, huwa qatta’ xhur f’iżolament li wassal għal deterjorament sinifikattiv ta’ saħħtu. Għaldaqstant, fil-pożizzjoni tiegħu ta’ mħallef fil-Kovrov City Court huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż detenzjonijiet arbitrarji kif ukoll tortura u trattament jew pieni krudili, inuman u degradanti oħra, kif ukoll il-ksur tal-libertà ta’ opinjoni jew espressjoni, li hija ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni stipulati fl-Artikolu 21 TUE. |
22.3.2024 |
|
|
85. |
Андрей Александрович СУВОРОВ |
Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Moscow City Court Data tat-twelid: 2.3.1980 Post tat-twelid: Russia Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Andrey Aleksandrovich Suvorov huwa mħallef fil-Moscow City Court, li kkundannat lil Alexei Navalny għal 19-il sena f’kolonja b’reġim speċjali taħt kundizzjonijiet inumani fl-2023, li wasslu għal deterjorament gravi ta’ saħħet Navalny. Għaldaqstant, fil-pożizzjoni tiegħu ta’ mħallef fil-Moscow City Court huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż detenzjonijiet arbitrarji kif ukoll tortura u trattament jew pieni krudili, inuman u degradanti oħra, kif ukoll il-ksur tal-libertà ta’ opinjoni jew espressjoni, li hija ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni stipulati fl-Artikolu 21 TUE. |
22.3.2024 |
|
|
86. |
Aleksandr Aleksandrovich MUKHANOV |
Александр Александрович МУХАНОВ |
Pożizzjoni(jiet): Direttur ta' IK-1 Data tat-twelid: 7.12.1984 Post tat-twelid: Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-Kontribwent Individwali: 332806323008 |
Aleksandr Mukhanov huwa d-Direttur tal-kolonja korrettiva No1 (IK-1) u kien id-Direttur tal-kolonja korrettiva No2 (IK-2) matul il-perjodu meta Alexei Navalny inżamm hemm minn Marzu 2021 sa Ġunju 2022. IK-2 hija magħrufa għall-kundizzjonijiet ħżiena ta' detenzjoni. Alexei Navalny, li kien ġie avvelenat ftit qabel, ma ngħatax aċċess għal tobba ċivili f'dik il-kolonja, minkejja t-theddida għal saħħtu. Bħala direttur ta' IK-1, Aleksandr Mukhanov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b'mod partikolari għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, kif ukoll għall-ksur sistematiku tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni. |
22.3.2024 |
|
87. |
Roman Alexandrovitch VIDYUKOV |
Роман Александрович ВИДЮКОВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Viċi Kap tal-Main Investigation Department fl-State Investigative Committee tar-Russian Federation Data tat-twelid: 30.7.1980 Post tat-twelid: Russia Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Roman Vidyukov huwa l-Viċi Kap tad-Dipartiment Ewlieni tal-Investigazzjoni u eks investigatur fil-Kumitat Investigattiv tal-Istat tal-Federazzjoni Russa. Matul il-perjodu meta kien fil-pożizzjoni ta' investigatur fil-Kumitat Investigattiv tal-Istat, Roman Vidyukov mexxa l-investigazzjoni f'waħda mill-kawżi li fihom Alexei Navalny ġie kkundannat għal disa' snin ħabs fl-2022. Roman Vidyukov kien ukoll membru tal-iskwadra ta' investigazzjoni preliminari għall-kawża ta' ‘ħasil tal-flus’ kontra l-fondazzjoni ta' Alexei Navalny kontra l-korruzzjoni. Roman Vidyukov mexxa wkoll l-investigazzjoni kontra Lilia Chanysheva, eks Kap tal-kwartieri ġenerali ta' Alexei Navalny f'Ufa, li ġiet ikkundannata għall-‘ħolqien ta' komunità estremista’. Lilia Chanysheva ġiet ikkundannata għal seba' snin u nofs ħabs fl-2023. Matul dawk il-kawżi tal-qorti, Roman Vidyukov allegatament hedded xhud sabiex iġiegħlu jixhed b'tali mod li jaġevola l-investigazzjoni matul il-kawża ta' frodi ta' Alexei Navalny. Roman Vidyukov huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għal arresti jew detenzjonijiet arbitrarji u għall-ksur tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni, li huwa ta' tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta' sigurtà komuni stipulati fl-Artikolu 21 TUE. |
22.3.2024 |
|
88. |
Evgenia Sergeevna NIKOLAEVA |
Евгения Сергеевна НИКОЛАЕВА (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Basmanny District Court f'Moscow Data tat-twelid: 9.7.1981 Post tat-twelid: Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: mara Numru tal-Kontribwent Individwali: 771873894393 |
Evgenia Nikolaeva ilha mill-2016 imħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Basmanny f'Moska. Hija ħarġet għadd ta' sentenzi kontra avversarji politiċi (inkluż Alexei Navalny, Ilia Yashin u Vladimir Kara-Murza), u b'hekk ikkontribwiet għar-repressjoni politika fir-Russja. F'Ottubru 2023, qiegħdet lill-avukati ta' Alexei Navalny, Alexey Liptser u Igor Sergunin, f'arrest preventiv għal xahrejn. Qabel dan, kienet ripetutament għamlet il-ħajja diffiċli għall-priġunieri politiċi, inkluż billi estendiet it-termini ta' detenzjoni f'ċentru ta' arrest preventiv għall-eks kap tal-kwartieri ġenerali ta' Alexei Navalny f'Ufa, Lilia Chanysheva. Evgenia Nikolaeva rrifjutat ukoll li tindirizza l-ilmenti dwar in-nuqqas ta' azzjoni tal-Kumitat Investigattiv tal-Federazzjoni Russa dwar l-allegazzjoni tal-avvelenament ta' Alexei Navalny. Fil-pożizzjoni tagħha, Evgenia Nikolaeva hija għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għal arresti jew detenzjonijiet arbitrarji u għall-ksur tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni, li huwa ta' tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta' sigurtà komuni stipulati fl-Artikolu 21 TUE. |
22.3.2024 |
|
89. |
Наталия Николаевна ДУДАРЬ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Basmanny District Court f’Moscow Data tat-twelid: 13.6.1974 Post tat-twelid: Russia Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Natalia Nikolaevna Dudar hija mħallef fil-Basmanny District Court f’Moska. Fil-pożizzjoni tagħha, ħarġet għadd ta’ sentenzi kontra dimostranti paċifiċi u avversarji politiċi, inkluż impjegati tal-Anti-Corruption Foundation (FBK) ta’ Alexey Navalny, Ilia Yashin u Vladimir Kara-Murza. Hija ħarġet ordnijiet għat-tiftix fuq l-impjegati tal-FBK u l-interċettazzjoni telefonika tal-apparati tagħhom. Estendiet l-arrest fiċ-ċentru ta’ arrest preventiv ta’ Lilia Chanysheva, eks Kap tal-kwartieri ġenerali ta’ Navalny f’Ufa, li ġiet akkużata li ħolqot komunità estremista. Natalia Nikolaevna Duda hija għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b’mod partikolari arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur tal-libertà ta’ opinjoni u espressjoni li huwa ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni stipulati fl-Artikolu 21 TUE. |
22.3.2024 |
|
|
90. |
Олег Владимирович СЕВОСТЬЯНОВ |
Pożizzjoni(jiet): Kap tad-Dipartiment tal-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Russja għall-Yamalo-Nenets Autonomous Okrug Data tat-twelid: 16.10.1968 Post tat-twelid: Bratsk, Irkutsk region, former USSR (illum Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-identità tat-taxxa: 622701024605 |
Oleg Vladimirovich Sevostyanov huwa uffiċjal Russu ta’ livell għoli. Huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Russja għall-Yamalo-Nenets Autonomous Okrug. F’dik il-pożizzjoni, huwa responsabbli għall-iżgurar tal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-bniedem u dawk ċivili fil-Yamalo-Nenets Autonomous Okrug. L-IK-3 penal colony, fejn miet il-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny u li hija magħrufa għall-eżerċizzju ta’ pressjoni fiżika u psikoloġika, iżolament sħiħ, tortura u vjolenza fuq il-priġunieri kif ukoll għall-kwalità ħażina tas-servizzi mediċi, tinsab fil-Yamalo-Nenets Autonomous Okrug. Għaldaqstant, Oleg Vladimirovich Sevostyanov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
22.3.2024 |
|
|
91. |
Всеволод Львович ВУКОЛОВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Viċi Ministru għall-Ġustizzja tar-Russian Federation Data tat-twelid: 7.4.1969 Post tat-twelid: Moscow, former USSR (illum Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-identità tat-taxxa: 770405292394 |
Vsevolod Lvovich Vukolov huwa uffiċjal Russu ta’ livell għoli. Huwa il-Viċi Ministru għall-Ġustizzja tal-Federazzjoni Russa. F’dik il-pożizzjoni, huwa responsabbli għas-superviżjoni tal-Federal Penitentiary Service u d-Department of State Policy in the Field of the Penitentiary System. Għaldaqstant, kien responsabbli għall-eżekuzzjoni ta’ sentenzi ta’ ħabs tal-politiku Russu tal-oppożizzjoni Alexei Navalny, u s-sikurezza u l-benesseri tiegħu fil-ħabsijiet Russi. Peress li ssorvelja l-priġunerija ta’ Alexei Navalny, fl-aħħar mill-aħħar huwa responsabbli għall-mewt ta’ Alexei Navalny fl-IK-3 penal colony. Għaldaqstant, Vsevolod Lvovich Vukolov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
22.3.2024 |
|
|
92. |
Виктор Евдокимович ГАВРИЛОВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Kap tad-Dipartiment tat-Trasport tal-Federal Security Service of the Russian Federation (FSB) Economic Security Service Data tat-twelid:1961 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Individwi assoċjati: Aleksandr Vasilievich Bortnikov |
Viktor Evdokimovich Gavrilov huwa l-Kap tat-Transport Department of the FSB Economic Security Service. F’dik il-pożizzjoni, kien responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ diversi aġenziji governattivi wara l-wasla tal-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny f’Moska wara l-kura tiegħu għall-avvelenament bin-Novichok fl-2021. L-azzjonijiet tiegħu ffaċilitaw u ppermettew l-arrest u l-priġunerija ta’ Alexei Navalny. Għaldaqstant, Viktor Evdokimovich Gavrilov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
22.3.2024 |
|
|
93. |
Илья Николаевич КРУГЛЫШЕВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Kunsillier Legali Anzjan tal-Legal Service of the Organisational and Analytical Department of the Vladimir Region Federal Penitentiary Service Grad: Kaptan Data tat-twelid:23.2.1986 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Ilya Nikolayevich Kruglyshev huwa uffiċjal Russu ta’ livell għoli. Huwa l-Kunsillier Legali Prinċipali tal-Legal Service of the Organisational and Analytical Department of the Vladimir Region Federal Penitentiary Service u rrappreżenta l-IK-6 penal colony f’kawżi tal-qorti mressqa minn Alexei Navalny kontra l-IK-6 penal colony. F’dik il-pożizzjoni, kien involut direttament fil-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ta’ tortura għal Alexei Navalny fl-IK-6 penal colony Nru 6 f’Melekhovo, Vladimir region. Huwa lanqas ma kkunsidra l-ilmenti rigward il-kundizzjonijiet tal-iskontar ta’ sentenza mressqa minn Alexei Navalny (inkluż l-ilmenti dwar in-nuqqas ta’ opportunitajiet li jinxtraw porzjonijiet addizzjonali ta’ ikel). Għaldaqstant, Ilya Nikolayevich Kruglyshev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
22.3.2024 |
|
|
94. |
Дмитрий Евгеньевич САМОЙЛОВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Kovrov City Court Data tat-twelid: 6.4.1970 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Dmitry Evgenievich Samoilov huwa mħallef Russu li jaħdem fil-Kovrov City Court. F’dik il-pożizzjoni, ripetutament irrifjuta li jindirizza l-pretensjonijiet tal-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny kontra l- IK-6 kolonja korrettiva, li kellhom l-għan li jirrestawraw u jipproteġu d-drittijiet tiegħu miksura mit-tmexxija tal-IK-6. Il-pretensjonijiet ta’ Navalny kienu jikkonċernaw l-aċċess għall-għajnuna medika, l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt li jikkuntattja lill-familja tiegħu Għaldaqstant, Dmitry Evgenievich Samoilov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
22.3.2024 |
|
|
95. |
Ильнар Ирфанович БАСЫРОВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): imħallef tal-Moscow City Court Data tat-twelid: 8.6.1981 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Entitajiet assoċjati: Il-Moscow City Court |
Ilnar Irfanovich Basyrov ilu jaħdem bħala mħallef fil-Moscow City Court mit-28 ta’ Mejju 2014. Huwa nħatar b’digriet presidenzjali. F’dik il-pożizzjoni, kien involut direttament fil-proċess tal-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny. Fi proċess politikament motivat huwa ppronunzja lil Alexei Navalny ħati, u poġġieh f’kolonja penali ta’ sigurtà għolja sabiex Navalny ma jkunx jista’ jinvolvi ruħu f’attività politika. Għaldaqstant, Ilnar Irfanovich Basyrov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
22.3.2024 |
|
|
96. |
Sergey Anatolevich MOROZ |
Сергей Анатольевич МОРОЗ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Kap tal-Federal Penitentiary Service tar-Russian Federation for Moscow Data tat-twelid: 15.9.1968 Post tat-twelid: Berdyansk, Zaporozhye, Ukrainian SSR (issa Ukraine) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-Kontribwent Individwali: 644918369538 |
Sergey Moroz huwa uffiċjal Russu. Huwa l-Kap tas-Servizz Penitenzjarju Federali f'Moska. F'dik il-pożizzjoni, poġġa lill-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny fuq il-lista federali ta' persuni mfittxija. Sergey Moroz huwa akkużat li eżerċita umiljazzjoni estrema u vjolenza fuq id-detenuti mal-wasla tagħhom f'detenzjoni. Għalhekk, Sergey Moroz huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur sistematiku tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni. |
22.3.2024 |
|
97. |
Elena Evgenievna MOROZOVA |
Елена Евгеньевна МОРОЗОВА (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Khimki City Court Data tat-twelid: 2.12.1977 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Elena Morozova hija mħallef Russa li taħdem fil-Qorti tal-Belt ta' Khimki. Fil-pożizzjoni tagħha, iddeċidiet li tqiegħed lill-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny f'kustodja għal 30 jum hekk kif wasal f'Moska wara l-kura tiegħu għall-avvelenament bin-Novichok. Il-proċess li hija ppresediet kiser l-istandards ta' proċess ġust, inkluż id-dritt ta' rieżami tal-kontenut tal-att tal-akkuża u tad-dokumenti tal-proċess, l-opportunità ta' konsultazzjoni ma' avukat, u l-aċċess pubbliku għall-proċess. Għalhekk, Elena Morozova hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur sistematiku tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni. |
22.3.2024 |
|
98. |
Муса Абдурахманович МУСАЕВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Imħallef fil-Moscow Regional Court Data tat-twelid: 14.10.1951 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Musa Abdurakhmanovich Musaev huwa mħallef Russu li jaħdem fil-Moscow Regional Court. F’dik il-pożizzjoni, beda proċedimenti legali rigward l-arrest tal-mexxej tal-oppożizzjoni Russu Alexei Navalny mar-ritorn tiegħu mill-Ġermanja, fejn kien qed jirċievi kura għall-avvelenament bin-Novichok. Huwa kkonferma d-deċiżjoni li Navalny jiġi arrestat għal 30 jum, u rrifjuta l-appell tiegħu. Id-deċiżjoni ttieħdet matul seduta qasira li damet ħames minuti biss. Għaldaqstant, Musa Abdurakhmanovich Musaev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
22.3.2024 |
|
|
99. |
Mikhail Yurievich PTITSYN |
Михаил Юрьевич ПТИЦЫН (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): President tal-Moscow City Court Data tat-twelid: 21.8.1963 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Mikhail Ptitsyn huwa l-President tal-Qorti tal-Belt ta' Moska. F'dik il-pożizzjoni, ikkunsidra b'mod pożittiv il-proposta tas-Servizz Penitenzjarju Federali Russu li s-sentenza ta' probation tal-mexxej tal-oppożizzjoni Alexei Navalny tiġi sostitwita b'sentenza sħiħa. Konsegwentement, Alexei Navalny ġie mċaħħad mill-possibbiltà li jaġixxi fil-ħajja pubblika fir-Russja billi ntbagħat il-ħabs f'kolonja penali. Għalhekk, Mikhail Ptitsyn huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur sistematiku tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni. |
22.3.2024 |
|
100. |
Sergey Alekseevich RYABTSEV |
Сергей Алексеевич РЯБЦЕВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Lefortovo District Court of Moscow Data tat-twelid: 4.9.1989 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Sergey Ryabtsev huwa mħallef Russu li jaħdem fil-Qorti Distrettwali ta' Lefortovo ta' Moska. F'dik il-pożizzjoni kien involut fis-sabotaġġ tal-investigazzjoni rigward l-avvelenament ta' Alexei Navalny billi rrifjuta li jindirizza l-ilment dwar in-nuqqas ta' azzjoni tad-Direttorat Investigattiv tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa (FSB). Barra minn hekk, huwa kontinwament jagħti sentenzi kontra l-libertà tal-espressjoni fir-Russja. Għalhekk, Sergey Ryabtsev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur sistematiku tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni. |
22.3.2024 |
|
101. |
Petr Pavlovich SERKOV |
Пётр Павлович СЕРКОВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): L-Ewwel Viċi President tas-Supreme Court tar-Russian Federation Data tat-twelid: 7.6.1955 Post tat-twelid: Poldamasovo, Ulyanovsk region, eks USSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-Kontribwent Individwali: 732502615730 |
Petr Serkov huwa l-Ewwel Viċi President tal-Qorti Suprema tal-Federazzjoni Russa. F'dik il-pożizzjoni kkonferma l-verdett kontra l-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny fl-2018. Konsegwentement, Alexei Navalny instab ħati u ntbagħat il-ħabs f'kolonja penali ta' sigurtà għolja biex ma jkunx jista' jinvolvi ruħu f'attività politika. It-tqegħid ta' Alexei Navalny f'kolonja penali wassal għall-mewt tiegħu. Għalhekk, Petr Serkov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur sistematiku tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni. |
22.3.2024 |
|
102. |
Юрий Васильевич СИТНИКОВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Imħallef tas-Supreme Court of Russia (attwalment irtirat) Data tat-twelid: 17.4.1961 Post tat-twelid: Krutogorye, Lipetsk region, former USSR (illum Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Yuri Vasilievich Sitnikov huwa eks Imħallef tas-Supreme Court of Russia, li serva bħala membru tal-Appellate Chamber of the Supreme Court of the Russian Federation. F’dik il-pożizzjoni, eskluda lil Alexei Navalny milli joħroġ fl-elezzjoni presidenzjali fir-Russja fl-2018 fi proċess politikament motivat. Għaldaqstant, Yuri Vasilievich Sitnikovis huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż ksur sistematiku tad-dritt għall-għaqda paċifika u l-assoċjazzjoni, u l-libertà ta’ espressjoni u ta’ opinjoni. |
22.3.2024 |
|
|
103. |
Nikolay Viktorovich TIMOSHIN |
Николай Викторович ТИМОШИН (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): President tal-Presidium of the Supreme Court tar-Russian Federation Data tat-twelid: 14.8.1959 Post tat-twelid: Zhidkoe village, Znamensky district, Oryol region, eks USSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Nikolay Timoshin huwa l-President tal-Presidju tal-Qorti Suprema tal-Federazzjoni Russa. Qabel dan, kien Membru tal-Presidju tal-Qorti. Bħala Membru tal-Presidju, Nikolay Timoshin ikkonferma l-verdett kontra l-politiku tal-oppożizzjoni Alexei Navalny fl-2018. Konsegwentement, Alexei Navalny instab ħati u ntbagħat il-ħabs f'kolonja penali ta' sigurtà għolja biex ma jkunx jista' jinvolvi ruħu f'attività politika. Għalhekk, Nikolay Timoshin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur sistematiku tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni. |
22.3.2024 |
|
104. |
Vladimir Yurievich ZAITSEV |
Владимир Юрьевич ЗАЙЦЕВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): President tal-Appellate Chamber tas-Supreme Court tar-Russian Federation Data tat-twelid: 31.3.1957 Post tat-twelid: Valamaz, Krasnogorsk, Udmurtia SSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Vladimir Zaitsev huwa l-President tal-Awla tal-Appell tal-Qorti Suprema tal-Federazzjoni Russa. F'dik il-pożizzjoni eskluda lil Alexei Navalny milli joħroġ fl-elezzjoni presidenzjali fir-Russja fl-2018 fi proċess politikament motivat. Għalhekk, Vladimir Zaitsev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż għall-ksur sistematiku tad-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni, u tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni. |
22.3.2024 |
|
105. |
Vladimir Sergeevich SHVEDOV (*1) |
Владимир Сергеевич ШВЕДОВ (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Kap tad-Department of State Policy in the Sphere of Execution of Criminal Sentences fil-Ministeru għall-Ġustizzja Russu Data tat-twelid: 26.10.1980 Post tat-twelid: Moscow, Russia Numru tal-passaport: 4506085659 In-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa: 773320017740 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Indirizz: Moscow City, Russian Federation Individwi assoċjati: Vsevolod Lvovich Vukolov Entitajiet assoċjati: Ministeru għall-Ġustizzja Russu |
Vladimir Sergeevich Shvedov huwa uffiċjal Russu ta’ livell għoli. Huwa il-Kap tad-Department of State Policy in the Sphere of Execution of Criminal Sentences fil-Ministeru għall-Ġustizzja Russu. F’dik il-pożizzjoni, peress li jmexxi l-politika tal-istat fil-qasam tal-eżekuzzjoni ta’ sentenzi kriminali u jikkunsidra l-appelli taċ-ċittadini, huwa kien responsabbli għall-eżekuzzjoni ta’ sentenzi ta’ ħabs tal-politiku tal-oppożizzjoni Russu Alexei Navalny. Għaldaqstant, Vladimir Sergeevich Shvedov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
22.3.2024 |
|
106. |
Neria BEN PAZI magħruf ukoll bħala Naria BEN FAZI |
|
Data tat-twelid: 28.11.1993 Nazzjonalità: Iżraeljana Sess: raġel Numru tal-ID: 311509004 |
Neria Ben Pazi stabbilixxa erbgħa mill-aktar ċentri mbiegħda vjolenti fix-Xatt tal-Punent fl-2019. Huwa wieħed mill-awturi ewlenin tal-ispostament furzat tal-komunità Bedwina ta’ Wadi Seeq viċin Ramallah. Neria Ben Pazi ilu akkużat mill-2021 li attakka ripetutament il-Palestinjani f’Wadi Seeq u f’Deir Jarir u l-azzjonijiet tiegħu ġew imqabbla mat-tortura. Fit-12 ta’ Ottubru 2023, huwa pparteċipa f’attakk vjolenti f’Wadi Seeq, fejn Palestinjani ġew imsawta b’mod sever, manettati u fotografati bil-ħwejjeġ ta’ taħt. L-abitanti tal-insedjamenti għaddew l-urina fuqhom u tfew is-sigaretti fuqhom. Għalhekk, huwa responsabbli għal ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-Palestinjani, inkluż it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, li huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulati fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
19.4.2024 |
|
107. |
Yinon LEVI |
|
Data tat-twelid: 12.12.1992 Nazzjonalità: Iżraeljana Sess: raġel Numru tal-ID: 203807276 |
Yinon Levi ħa sehem f’diversi atti vjolenti kontra villaġġi ġirien mir-residenza tiegħu fl-insedjament illegali tal-isfruttament agrikolu ta’ Mitarim. Dan jinkludi b’mod partikolari li kien jidħol għal għarrieda u jagħmel il-ħsara fi djar tal-familji Palestinjani, inkluż fil-preżenza tan-nisa u t-tfal, kif ukoll li kien jitlaq il-klieb fuq rgħajja Palestinjani biex jattakkawhom fiżikament filwaqt li jħalli l-merħla tiegħu tirgħa fuq l-artijiet privati tagħhom. Għalhekk, huwa responsabbli għal ksur u abbużi serji u mifruxa tad-drittijiet tal-bniedem immirati lejn id-dritt għall-integrità fiżika u mentali, id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-ħajja privata u tal-familja tal-Palestinjani, li huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulati fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
19.4.2024 |
|
108. |
Meir Mordechai ETTINGER |
מאיר אטינגר (Ortografija bil-Lhudi) |
Pożizzjoni(jiet): membru ta’ Hilltop Youth Data tat-twelid: 4.10.1991 Post tat-twelid: Kiryat Moshe, Jerusalem, Israel Nazzjonalità: Iżraeljana Sess: raġel Entità assoċjata: Hilltop Youth |
Meir Ettinger huwa meqjus bħala figura ewlenija ta’ Hilltop Youth, grupp radikali taż-żgħażagħ li jikkonsisti minn membri magħrufa għal atti vjolenti kontra l-Palestinjani u l-villaġġi tagħhom fix-Xatt tal-Punent. Hilltop Youth jinsab fuq l-għoljiet fix-Xatt tal-Punent u jinvolvi ruħu fi vjolenza tal-abitanti tal-insedjamenti permezz tal-hekk imsejħa “price tag attacks”. Il-vjolenza tal-abitanti tal-insedjamenti, inkluż il-fastidju fiżiku u psikosoċjali, is-swat, il-qtil u t-twaqqigħ tal-proprjetà, kontra l-Palestinjani hija ta’ natura sistematika. Meir Ettinger jinkoraġġixxi u jinċita attakki u jipparteċipa f’intimidazzjoni biex iġiegħel lill-Palestinjani jitilqu minn arthom. Huwa kkontribwixxa għall-istabbiliment ta’ insedjamenti u ċentri illegali fuq artijiet Palestinjani fix-Xatt tal-Punent, billi uża u skuża tattiċi ta’ intimidazzjoni, fastidju u vjolenza. Meta kien diġà meqjus bħala parti minn Hilltop Youth, fl-2015 huwa kien involut f’attakk ta’ ħruq doluż fatali fuq dar tax-Xatt tal-Punent Palestinjan li qatel żewġ ġenituri u binhom ta’ 18-il xahar. Għalhekk, Meir Ettinger huwa responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, kif ukoll ksur jew abbużi tad-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-ħajja privata u tal-familja tal-Palestinjani fix-Xatt tal-Punent u għall-appoġġ u l-inkoraġġiment ta’ tali atti. Dawk l-abbużi u l-ksur huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulati fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
19.4.2024 |
|
109. |
Elisha YERED |
אלישע ירד (Ortografija bil-Lhudi) |
Pożizzjoni(jiet): membru ta’ Hilltop Youth Data tat-twelid: 2001 Nazzjonalità: Iżraeljana Sess: raġel Entità assoċjata: Hilltop Youth |
Elisha Yered huwa attivista Iżraeljan tal-abitanti tal-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent u magħruf bħala affiljat ma’ Hilltop Youth, grupp radikali taż-żgħażagħ li jinvolvi ruħu f’atti vjolenti kontra l-Palestinjani u l-villaġġi tagħhom fix-Xatt tal-Punent. Hilltop Youth jinvolvi ruħu fi vjolenza tal-abitanti tal-insedjamenti permezz tal-hekk imsejħa “price tag attacks”. Din il-vjolenza tal-abitanti tal-insedjamenti, inkluż il-fastidju fiżiku u psikosoċjali, is-swat, il-qtil u t-twaqqigħ tal-proprjetà, kontra l-Palestinjani hija ta’ natura sistematika. Elisha Yered jinkoraġġixxi atti bħal dawn u jipparteċipa fihom. Huwa jinċita regolarment il-vjolenza kontra l-Palestinjani fix-Xatt tal-Punent inkluż billi jqassam messaġġi biex, pereżempju, “jiġi eliminat” villaġġ Palestinjan. Huwa personalment ta fastidju lil familja Palestinjana, bl-użu ta’ lingwaġġ intimidanti u ta’ theddid biex jimpedixxi l-libertà ta’ moviment tagħhom fuq l-art tagħhom stess u huwa involut fil-qerda tal-proprjetà tal-Palestinjani fix-Xatt tal-Punent. Elisha Yered kien parti minn grupp ta’ abitanti ta’ insedjamenti armati li fl-4 ta’ Awwissu 2023 imxew ’il quddiem mid-direzzjoni taċ-ċentru illegali ta’ Oz Zion għall-villaġġ Palestinjan ta’ Burqa viċin Ramallah. L-abitanti ta’ insedjamenti sparaw balal lejn il-Palestinjani, li wasslu għall-mewt ta’ Palestinjan ta’ 19-il sena, Qusai Jammal Mi’tan u darbu għadd ta’ Palestinjani oħra. Għalhekk, Elisha Yered huwa responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, kif ukoll ksur jew abbużi tad-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-ħajja privata u tal-familja tal-Palestinjani fix-Xatt tal-Punent u għall-appoġġ u l-inkoraġġiment ta’ tali atti, u huwa responsabbli għall-promozzjoni ta’ mibegħda nazzjonali, razzjali jew reliġjuża li tikkostitwixxi inċitament għad-diskriminazzjoni, l-ostilità jew il-vjolenza. Dak il-ksur jew l-abbużi huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulati fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
19.4.2024 |
|
110. |
Moshe SHARVIT |
משה שרביט (ortografija Ebrajka) |
Data tat-twelid: 13.11.1994 Nazzjonalità: Iżraeljana Sess: raġel Numru tal-ID: 206223000 Indirizz: Tirzah Valley Farm outpost, West Bank, Occupied Palestinian Territories Entitajiet assoċjati: Moshe’s Farm |
Mohe Sharvit huwa insedjatur Iżraeljan fil-Wied tal-Ġordan, li jgħix f’insedjament qrib villaġġ, imsejjaħ “Tirza Valley Farm”, u magħruf ukoll bħala “Moshe’s Farm”. Moshe Sharvit huwa involut fi vjolenza u theddid tal-abitanti tal-insedjamenti fil-konfront tar-residenti Palestinjani f’komunitajiet ta’ rgħajja qrib l-insedjament tiegħu fuq l-għoljiet fix-Xatt tal-Punent. Il-fastidju tiegħu kontra dawk il-komunitajiet żdied minn Ottubru 2023. Mohe Sharvit spiss iffastidja lill-Palestinjani b’mod verbali u fiżiku, u ordnalhom li jħallu djarhom u l-proprjetajiet tagħhom. F’Ottubru 2023, dik l-imġibawasslet biex ċivili Palestinjani ħarbu mill-villaġġ tagħhom ta’ Ein Shibli. Huwa uża lingwaġġ ta’ theddid kontra irġiel, nisa u tfal Palestinjani u attakka fiżikament persuna anzjana. L-atti tiegħu jinkludu t-tfiegħ ta’ ġebel lill-Palestinjani u l-bhejjem tagħhom, is-sewqan intenzjonat f’merħliet u għelieqi kkultivati, l-iskjerament ta’ klieb biex jattakkaw liil-Palestinjani u l-bhejjem tagħhom, u abbuż fiżiku tal-annimali permezz ta’ lembubi u frosti. Għalhekk, Moshe Sharvit huwa responsabbli għal abbużi serji u sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż abbuż tad-dritt ta’ kulħadd għat-tgawdija tal-ogħla standard possibbli ta’ integrità fiżika u mentali. Dawk l-abbużi huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
15.7.2024 |
|
111. |
Zvi BAR YOSEF magħruf ukoll bħala Zvi BAR-YOSEF |
|
Data tat-twelid: 20.09.1992 Nazzjonalità: Iżraeljana Sess: raġel Numru tal-ID: 204377998 Entitajiet assoċjati: Zvi’s Farm |
Zvi Bar Yosef stabbilixxa l-insedjament mhux awtorizzat magħruf bħala “Zvi’s Farm” fix-Xatt tal-Punent, fil-Lvant tal-insedjament ta’ Halamish. L-insedjament okkupa madwar 2,500 dunams / 620 ettaru li ġew ikkultivati mill-irħula ta’ Jibya, Kaubar (Kobar) u Umm Safa. Fl-2019, 2021 u 2023, Zvi Bar Yosef ripetutament attakka u wettaq atti ta’ vjolenza kontra l-Palestinjani minn dawk l-irħula, li kkawżaw korrimenti serji lil xi wħud minnhom. Għalhekk, Zvi Bar Yosef huwa responsabbli għal abbużi serji u sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż abbużi tad-dritt għall-integrità fiżika u mentali, id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-ħajja privata u tal-familja. Dawk l-abbużi, huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
15.7.2024 |
|
112. |
Isaschar MANNE magħruf ukoll bħala Issachar MANN |
יששכר מן (Ortografija Ebrajka) |
Data tat-twelid: 10.5.1983 Nazzjonalità: Iżraeljana Sess: raġel Numru tal-ID: 038826939 |
Isaschar Manne, li li stabbilixxa l-insedjament mhux awtorizzat Manne Farm fl-Għoljiet ta’ Ħebron tan-Nofsinhar, ripetutament invada artijiet privati tar-residenti tal-villaġġ ta’ Ta’ala u żamm lill-Palestinjani milli jiċċaqilqu liberament, pereżempju billi żamm lit-tfal Palestinjani milli jaslu fl-iskola tagħhom f’Tuba, Masafer Yatta. Mill-2018 ’l hawn, kien hemm diversi rendikonti ta’ Isaschar Manne jidħol fid-djar tar-rgħajja u jheddidhom u jiffastidjahom. Manne, li ħafna drabi huwa armat, waqqaf lir-rgħajja Palestinjani milli jaċċessaw il-mergħat tagħhom, u b’hekk ċaħħadhom mill-possibbiltà li jikkultivaw l-art tagħhom u jipprovdu għall-ħtiġijiet tagħhom. Għalhekk, Isaschar Manne huwa responsabbli għal abbużi serji u sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż abbużi tad-dritt għall-proprjetà, id-dritt għall-ħajja privata u tal-familja u d-dritt għall-edukazzjoni. Dawk l-abbużi huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
15.7.2024 |
|
113. |
Baruch MARZEL |
|
Pożizzjoni(jiet): Membru ta’ Otzma Yehudit Data tat-twelid: 23.4.1959 Post tat-twelid: Boston, USA Nazzjonalità: Amerikana, Iżraeljana Sess: raġel Indirizz: Tel Rumeida settlement, Hebron, Occupied Palestinian Territories |
Baruch Marzel huwa membru tal-partit politiku tal-lemin estrem “Otzma Yehudit”, li jirrappreżenta waħda mill-aktar ideoloġiji estremisti tal-Iżrael, u huwa parti mill-moviment Kahanist. Fis-snin 90, kien il-mexxej tal-partit Kahane sakemm ġie pprojbit mill-awtoritajiet Iżraeljani fl-1994. Fl-2019, Baruch Marzel ġie pprojbit mill-Qorti Suprema Iżraeljana milli joħroġ għall-elezzjonijiet parlamentari għaxl il-qorti sabet li kien għamel bosta rimarki razzisti. Baruch Marzel jappella għall-ħolqien ta’ Iżrael Akbar fejn il-Palestinjani ma jkollhomx post. Huwa jappella apertament għal tindif etniku tal-Palestinjani u jiċħad id-dritt tal-Palestinjani għal arthom stess. Għalhekk, Baruch Marzel huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari l-promozzjoni sistematika tal-mibegħda nazzjonali, razzjali jew reliġjuża, li tikkostitwixxi inċitament għad-diskriminazzjoni, l-ostilità jew il-vjolenza. Dawk l-abbużi huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
15.7.2024 |
|
114. |
Ben-Zion “Bentzi” GOPSTEIN |
ציון גופשטיין (Ortografija Ebrajka) |
Pożizzjoni: fundatur u mexxej ta’ Lehava Data tat-twelid: 10.09.1969 Nazzjonalità: Iżraeljana Sess: raġel Numru tal-ID: 024526394 Indirizz: Givat HaAvot, Kiryat Arba, Occupied Palestinian Territories Entitajiet assoċjati: Lehava |
Ben-Zion “Bentzi” Gopstein, li jgħix fl-insedjament ta’ Kiryat Arba (ix-Xatt tal-Punent), huwa l-fundatur u l-mexxej tal-organizzazzjoni estremista “Lehava”, spin-off mill-moviment Kahanist, bl-għan li “tiġġieled l-assimilazzjoni fl-Art Imqaddsa”. Ben-Zion “Bentzi” Gopstein jippromwovi viżjoni li tiċħad id-drittijiet tal-Palestinjani kollha u jappella għat-tmiem tal-preżenza Palestinjana f’Iżrael u fit-Territorji Palestinjani. Ben-Zion “Bentzi” Gopstein appella apertament għal gwerra kontra l-Palestinjani. Huwa ġie pprojbit mill-Qorti Suprema Iżraeljana milli joħroġ għall-elezzjonijiet ta’ Knesset tal-2019 minħabba li huwa “jinċita sistematikament ir-razziżmu kontra l-pubbliku Għarbi”. Għalhekk, Ben-Zion “Bentzi” Gopstein huwa responsabbli għal abbużi serji u sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem li jikkonsistu fil-promozzjoni tal-mibegħda nazzjonali, razzjali jew reliġjuża, li tikkostitwixxi inċitament għad-diskriminazzjoni, l-ostilità jew il-vjolenza. Dawk l-abbużi huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
15.7.2024 |
|
115. |
Abdel Karim Mahmoud (Mahmood, Mohammad) IBRAHIM |
(Ortografija Għarbija) |
Pożizzjoni(jiet): Kap Kmandant tal-Armata Sirjana Post tat-twelid: Tartous, Syria Nazzjonalità: Sirjana Sess: raġel |
Abdel Karim Mahmoud Ibrahim huwa l-kap kmandant tal-Armata Sirjana. L-Istat Sirjan, inkluż il-militar tiegħu, iwettaq tortura sistematika u mifruxa, stupru u vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru kontra persuni ċivili. Bħala l-kap kmandant tal-Armata Sirjana, Abdel Karim Mahmoud Ibrahim huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-forzi armati taħt il-kmand tiegħu. Abdel Karim Mohammad Ibrahim huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż għal tortura u vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika u mifruxa. |
22.7.2024 |
|
116. |
Ali Mahmoud ABBAS |
علي محمود عباس (Ortografija Għarbija) |
Pożizzjoni(jiet): Ministru għad-Difiża u Viċi Kap Kmandant tal-Armata Data tat-twelid: 2.11.1964 Post tat-twelid: Rif Dimashq, Syria Nazzjonalità: Sirjana Sess: raġel |
Ali Mahmoud Abbas ilu l-Ministru għad-Difiża tas-Sirja u Viċi Kap Kmandant tal-Armata Sirjana sa mill-2022. L-Istat Sirjan, inkluż il-militar tiegħu, iwettaq tortura sistematika u mifruxa, stupru kif ukoll vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru kontra persuni ċivili. Bħala l-Ministru għad-Difiża tas-Sirja u Viċi Kap Kmandant tal-Armata Sirjana, Ali Mahmoud Abbas huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-forzi armati taħt il-kmand tiegħu. Għalhekk, Ali Mahmoud Abbas huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika u mifruxa. |
22.7.2024 |
|
117. |
RI Chang Dae |
|
Pożizzjoni(jiet): Ministru għas-Sigurtà tal-Istat Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) Sess: raġel |
Ri Chang Dae ilu l-Ministru għas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) sa mill-2022. In-nisa u l-bniet li juru oppożizzjoni għar-reġim jew miżmuma f’ċentri ta’ detenzjoni jew ħabsijiet fir-RDPK huma sistematikament fil-mira tal-vjolenza, b’mod partikolari taħt il-gwardja tal-Ministeru għas-Sigurtà tal-Istat u f’ċentri mmexxija minn dak il-Ministeru. Bħala kap tal-Ministeru għas-Sigurtà tal-Istat, Ri Chang Dae huwa responsabbli għal bosta atti ta’ vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru mwettqa minn uffiċjali ta’ dak il-Ministeru. Għalhekk, Ri Chang Dae huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika u mifruxa. |
22.7.2024 |
|
118 (*1). |
Evgeniy Aleksandrovich SOBOLEV magħruf ukoll bħala Yevhen Oleksandrovich SOBOLEV |
Евгений Александрович Соболев (ortografija Russa) |
Pożizzjoni(jiet): Kap tas-servizz penitenzjarju tal-awtoritajiet ta’ okkupazzjoni Russi fir-reġjun ta’ Kherson Data tat-twelid: 25.7.1985 Post tat-twelid: Nova Kakhovka, Kherson region, Ukraine Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Nru tal-passaport: 3125216313 |
Evgeniy Sobolev huwa l-kap tas-servizz penitenzjarju tal-awtoritajiet ta’ okkupazzjoni Russi fir-reġjun ta’ Kherson. Taħt il-kmand tiegħu, ġiet dokumentata xejra mifruxa u sistematika ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-faċilitajiet ta’ detenzjoni f’żoni taħt il-kontroll tal-awtoritajiet ta’ okkupazzjoni Russi, inkluż ir-reġjun ta’ Kherson. Din ix-xejra tinkludi t-tortura, u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra u l-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru. Il-prattiki involuti jinkludu l-istupru, in-nudità furzata, l-elettrokuzzjoni ġenitali u t-theddid ta’ mutilazzjoni ġenitali. Persuni suspettati li għaddew informazzjoni lill-awtoritajiet Ukreni, jew li appoġġaw lill-forzi armati Ukreni, ġew speċifikament fil-mira. Fil-kapaċità tiegħu bħala kap tas-servizz penitenzjarju tal-awtoritajiet ta’ okkupazzjoni Russi fir-reġjun ta’ Kherson, Evgeniy Sobolev huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani u degradanti oħra u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika u mifruxa. |
22.7.2024 |
|
119. |
Muhammad Hussein AL-JASIM magħruf ukoll bħala Abu AMSHA, Muhammad Husayn AL-JASIM, Muhammad AL-JASSIM BIN HUSSEIN, Mohamed ALJASEM |
محمد حسين الجاسم أبو عمشة محمد حسين الجاسم محمد الجاسم بن حسين محمد الجاسم (Ortografija Għarbija) |
Pożizzjoni(jiet): Data tat-twelid: 1985 Post tat-twelid: Al-Jawsa, Hama Governorate, Syria Nazzjonalità: Sirjana Sess: raġel Entitajiet assoċjati: Il-Brigata Sultan Sulaiman Shah |
Muhammad Hussein al-Jasim huwa l-fundatur u l-mexxej tal-Brigata Sultan Sulaiman Shah, milizzja armata Sirjana attiva fil-gwerra ċivili Sirjana. F'Marzu 2025, il-Brigata Sultan Sulaiman Shah, taħt il-kmand ta' Muhammad Hussein al-Jasim, ħadet sehem fil-vjolenza fir-reġjun kostali tas-Sirja, billi qiegħdet fil-mira persuni ċivili u speċjalment il-komunità Alawita, inkluż billi wetqet qtil arbitrarju ta' persuni ċivili. Muhammad Hussein Al-Jasim huwa għalhekk responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja, inkluż qtil arbitrarju. |
28.5.2025 |
|
120. |
Sayf Boulad ABU BAKR magħrufa wkoll bħala Sayf BALUD, Saif ABU BAKR, Seyf Ebu BEKIR, Seyf EBUBEKIR |
سيف بولاد أبو بكر سيف بولاد سيف أبو بكر (Ortografija Għarbija) |
Pożizzjoni(jiet): Data tat-twelid: 1987-1988 Post tat-twelid: Bza'ah, al-Bab District, Syria Nazzjonalità: Sirjana Sess: raġel Entitajiet assoċjati: Diviżjoni Hamza |
Sayf Boulad Abu Bakr huwa l-mexxej tad-Diviżjoni Hamza, milizzja armata maħluqa fl-2016 u li topera fis-Sirja. Matul il-gwerra ċivili Sirjana, id-Diviżjoni Hamza, taħt il-kmand ta' Sayf Boulad Abu Bakr, kienet responsabbli għal bosta atti ta' tortura fiċ-ċentri ta' detenzjoni ta' dak l-grupp, għal estorsjoni u għal spostament furzat ta' persuni ċivili, speċjalment fir-reġjuni ta' Afrin u Aleppo. F'Marzu 2025, id-Diviżjoni Hamza, taħt il-kmandta’ Sayf Boulad Abu Bakr , ħadet sehem fil-vjolenza fir-reġjun kostali tas-Sirja, billi qiegħdet fil-mira persuni ċivili u speċjalment il-komunità Alawita, inkluż billi wetqet tortura u qtil arbitrarju ta' persuni ċivili. Sayf Boulad Abu Bakr huwa għalhekk responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja, inkluż tortura u qtil arbitrarju ta' persuni ċivili. |
28.5.2025 |
|
121. |
Miqdad Lu'ay FATIHA magħruf ukoll bħala Miqdad FATIHA, Miqdad FUTAIHA, Abu Jafar, Abu Jaafar, Abu Ja' afar |
مقداد لؤيّ فتيحة مقداد فتيحة (Ortografija Għarbija) |
Data tat-twelid: 19.6.1989 Post tat-twelid: Jableh, Latakia, Syria Nazzjonalità: Sirjana Sess: raġel Indirizz: Syria/Lebanon |
Miqdad Fatiha huwa eks membru tal-Gwardja Repubblikana Sirjana, li minn dak iż-żmien 'l hawn ġiet xolta. F'dan ir-rwol kien responsabbli għal ħafna ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament krudili ieħor tal-priġunieri. Wara l-waqgħa tar-reġim ta' al-Assad f'Diċembru 2024, Miqdad Fatiha fforma milizzji fir-reġjuni kostali tas-Sirja, li kebbsu tensjonijiet settarji u inċitament għall-vjolenza. L-unitajiet taħt il-kmand tiegħu kienu involuti fil-vjolenza settarja ta' Marzu 2025 fir-reġjun kostali tas-Sirja li rriżultat fit-telf ta' mijiet ta' ħajjiet ta' ċivili. Bħala l-mexxej tal-milizzji, Miqdad Fatiha huwa għalhekk responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament krudili, inuman u degradanti ieħor. |
23.6.2025 |
|
122. |
Ghaith DALLA magħruf ukoll bħala Ghiath Suleiman DALLA, Ghyath DALLA, Ghayth DALLA |
غياث سليمان دلا غياث سليمان دلّا (Ortografija Għarbija) |
Data tat-twelid: 31.7.1971 Post tat-twelid: Beit Yashout, Syria Nazzjonalità: Sirjana Sess: raġel Individwi assoċjati: Maher Al-Assad Entitajiet assoċjati: Fourth Division of the Syrian Army, Military Council for the Liberation of Syria |
Ghaith Dalla huwa eks Brigadier Ġeneral mal-magħrufa Fourth Army Division tas-Sirja waqt ir-reġim ta’ al-Assad. F'dan ir-rwol, kien responsabbli għal ħafna ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem dokumentati sewwa, inkluż qtil ekstraġudizzjarju u pieni krudili bl-użu tal-ġuħ. Wara l-waqgħa tar-reġim ta' al-Assad, Ghaith Dalla stabbilixxa u mexxa l-“Military Council for the Liberation of Syria” f'Marzu 2025. Il-milizzja tiegħu minn dak iż-żmien 'l hawn kebbset tensjonijiet settarji u inċitat il-vjolenza fir-reġjun kostali tas-Sirja. L-unitajiet ta' Ghaith Dalla kienu involuti fil-vjolenza settarja ta' Marzu 2025 fir-reġjun kostali tas-Sirja li rriżultat fit-telf ta' mijiet ta' ħajjiet ta' ċivili. Għalhekk, Ghaith Dalla huwa responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem. |
23.6.2025 |
|
123. |
Suhayl AL-HASAN magħruf ukoll bħala Suhail Salman AL-HASAN, Suhail AL-HASSAN |
سهيل سلمان الحسن (Ortografija Għarbija) |
Data tat-twelid: 10.6.1970 Post tat-twelid: Jableh, Latakia, Syria Nazzjonalità: Sirjana Sess: raġel Indirizz: Tartus, Syria |
Suhayl al-Hasan huwa Eks Kmandant tad-Division 25 Special Mission Forces tal-forzi armati Sirjani taħt ir-reġim ta’ al-Assad. F'dan ir-rwol, kif ukoll fil-bosta karigi oħra li kellu fil-Forzi Armati Sirjani, wettaq u ssorvelja għadd kbir ta' ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem li jinkludu tortura, qtil extraġudizzjarju u arresti arbitrarji. Irrappurtat ukoll li ssorvelja l-użu ta' armi kimiċi. Wara l-waqgħa tar-reġim ta' al-Assad, Suhayl al-Hasan stabbilixxa l-“Coastal Shield Brigade” f'Marzu 2025. Il-milizzja tiegħu minn dak iż-żmien 'l hawn kebbset tensjonijiet settarji u inċitat il-vjolenza fir-reġjun kostali tas-Sirja. L-unitajiet ta' Suhayl al-Hasan kienu involuti fil-vjolenza settarja ta' Marzu 2025 fir-reġjun kostali tas-Sirja li rriżultat fit-telf ta' mijiet ta' ħajjiet ta' ċivili. Għalhekk, Suhayl al-Hasan huwa responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem. |
23.6.2025 |
|
124. |
Mudalal KHOURY magħruf ukoll bħala Madalal (Mtanyus) KHURI, Mudallal KHOURY, Mudallal KHOURI |
مدلل خوري (Ortografija Għarbija) |
Data tat-twelid: 18.6.1957 Post tat-twelid: Homs, Syria Nazzjonalità: Sirjana, Russa Sess: raġel Indirizz: Moscow Individwu assoċjat: Imad Khoury |
Mudalal Khoury huwa negozjant Sirjan-Russu li jopera mir-Russja. Huwa wieħed mill-aktar negozjanti Sirjani prominenti li appoġġaw ir-reġim ta' al-Assad. F'kuntest fejn ir-reġim ta' al-Assad uża “barrel bombs” u armi kimiċi kontra l-popolazzjoni ċivili tas-Sirja, Mudalal Khoury rrappreżenta l-interessi kummerċjali u finanzjarji tar-reġim fir-Russja. Fost affarijiet oħra, ipprovda kumpaniji fittizji biex jintużaw għall-programmi ta' armi kimiċi u ballistiċi tar-reġim ta’ al-Assad. Għalhekk, Mudalal Khoury ipprovda appoġġ finanzjarju, tekniku u materjali għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari delitti kontra l-umanità. |
23.6.2025 |
|
125. |
Imad KHOURY magħruf ukoll bħala Emad KHOURY, Mtanyus KHURY, KHURI, KHOURI |
عماد خوري (Ortografija Għarbija) |
Data tat-twelid: 3.10.1964 Nazzjonalità: Sirjana, Russa Sess: raġel Individwu assoċjat: Mudalal Khoury |
Imad Khoury huwa wieħed mill-aktar negozjanti Sirjani prominenti li appoġġaw ir-reġim ta' al-Assad. F'kuntest fejn ir-reġim ta' al-Assad uża “barrel bombs” u armi kimiċi kontra l-popolazzjoni ċivili tas-Sirja, Imad Khoury rrappreżenta l-interessi kummerċjali u finanzjarji tar-reġim. Fost affarijiet oħra, waqqaf kumpanija li kienet parti minn skema ta' ħasil tal-flus li kienet tappoġġa lir-reġim ta’ al-Assad. B'dan il-mod, flimkien ma' ħuh Mudalal Khoury, għen fil-finanzjament tad-delitti gravi kontra l-umanità mwettqa taħt ir-reġim ta' al-Assad. Għalhekk, Imad Khoury ipprovda appoġġ finanzjarju, tekniku u materjali għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari delitti kontra l-umanità. |
23.6.2025 |
|
126. |
Naji Ibrahim SHARIFI-ZINDASHTI magħruf ukoll bħala KENANI, Emirhan SERIFI ZINDASTI, Naci SERIFI-ZINDASTI, Naci SHARIFI ZINDASHTI, Naji SHARIFI-ZINDASHTI, Naji |
ناجی ابراهیم شریفی زیندشتی (Ortografija Persjana) |
Data tat-twelid: 31.5.1974 Post tat-twelid: Zindasht jew Orumiyeh, Iran Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel ID: 2753229112 Entità assoċjata: Zindashti Network |
Naji Sharifi-Zindashti huwa traffikant tan-narkotiċi Iranjan u boss tal-kriminalità organizzata. Huwa l-mexxej taz-Zindashti Network, grupp kriminali li wettaq bosta atti ta’ repressjoni tranżnazzjonali, inkluż assassinji barra l-Iran. Huwa konness mal-Ministeru għall-Intelligence u s-Sigurtà (MOIS) tal-Iran, li huwa l-fergħa tal-gvern Iranjan inkarigat fost l-oħrajn mill-assassinju ta’ persuni kritiċi tal-azzjonijiet jew il-politiki tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, jew persuni meqjusa b’xi mod ieħor mir-Repubblika Iżlamika tal-Iran bħala avversarji tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Għalhekk, Naji Sharifi-Zindashti huwa responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem barra l-Iran, b’mod partikolari, eżekuzzjonijiet u qtil extraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji u għajbien furzat ta’ persuni. |
15.7.2025 |
|
127. |
Abdulvahap KOCAK magħruf ukoll bħala Abdolwahab KOCAK Abdolvahab KUCHAK |
|
Post tat-twelid: Adiyaman, Türkiye Nazzjonalità: Torka Sess: raġel ID: Ul2429867 |
Abdulvahap Kocak huwa uffiċjalment il-ġardinier ta’ Naji Zindashti. Serva wkoll bħala assassin li ġie implikat f’diversi assassinji ordnati minn Naji Zindashti u eżegwiti miz-Zindashti Network. B’mod partikolari, Abdulvahap Kocak qatel id-dissident Iranjan Mas’ud Molavi Vardanjani, reat li għalih ġie kkundannat fit-Turkija. Għalhekk, Abdulvahap Kocak huwa assoċjat ma’ Naji Zindashti u maz-Zindashti Network li huma responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż qtil extraġudizzjarju, sommarju jew arbitrarju. Huwa responsabbli wkoll għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem barra mill-Iran, b’mod partikolari qtil extraġudizzjarju, sommarju jew arbitrarju. |
15.7.2025 |
|
128. |
Ali ESFANJANI |
علی اسفنجانی (Ortografija Persjana) |
Data tat-twelid: 15.8.1985 Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel ID: P30251288 |
Bħala parti minn komplott mill-Ministeru għall-Intelligence u s-Sigurtà (MOIS) tal-Iran u miz-Zindasthi Network, Ali Esfanjani għamel ħbieb mad-dissident Iranjan Mas’ud Molavi Vardanjani, ta l-informazzjoni dwaru lill-MOIS u wasslu fil-post fejn inqatel minn Abdulvahap Kocak. Bħala tali, Ali Esfanjani huwa assoċjat maż Naji Zindashti u maz-Zindashti Network li huma responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż qtil extraġudizzjarju, sommarju jew arbitrarju. Huwa involut ukoll direttament fi qtil extraġudizzjarju, sommarju jew arbitrarju billi assista fi, ħejja jew iffaċilita dak il-qtil. |
15.7.2025 |
|
129. |
Ali KOCAK |
|
Post tat-twelid: Adiyaman Kahta, Türkiye Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel ID: 20926131442 |
Ali Kocak huwa ħu Abdulvahap Kocak u assoċjat maz-Zindashti Network. Ali Kocak wettaq sorveljanza fuq is-sid Iranjan ta’ Gem TV, Saeed Karimian, qabel il-qtil tiegħu u huwa suspettat li huwa responsabbli għall-qtil innifsu. Għalhekk, Ali Kocak huwa involut fi ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, billi jassisti fi, iħejji u jiffaċilita qtil extraġudizzjarju, sommarju jew arbitrarju. Barra minn hekk, Ali Kocak huwa formalment is-sewwieq ta’ Naji Zindashti. Għalhekk, Ali Kocak huwa assoċjat ma’ Naji Zindashti u maz-Zindashti Network li huma responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż qtil extraġudizzjarju, sommarju jew arbitrarju. |
15.7.2025 |
|
130. |
Ekrem Abdulkerym OZTUNC magħruf ukoll bħala Ekrem ÖZTUNÇ |
|
Data tat-twelid: 7.10.1984 Post tat-twelid: Yuksekova, Türkiye Nazzjonalità: Torka Sess: raġel Indirizz: Orumiyeh, West Azerbaijan, Iran ID: U01292672 |
Ekrem Oztunc huwa neputi ta’ Naji Zindashti u assoċjat mill-qrib taz-Zindashti Network. Kellu rwol ċentrali fit-trażmissjoni, permezz ta’ kanali kriptati, tal-ordnijiet ta’ qtil waqt it-tentattivi ta’ assassinji tan-Network. Bħala tali, Ekrem Oztunc huwa assoċjat ma’ Naji Zindashti u maz-Zindashti Network, kif ukoll huwa responsabbli għall-ippjanar, l-għoti tal-ordnijiet, l-assistenza fi jew il-faċilitazzjoni ta’ eżekuzzjonijiet u qtil extraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji u l-għajbien furzat ta’ persuni, li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem. |
15.7.2025 |
|
131. |
Mohammed Reza ANSARI |
|
Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel |
Mohammed Ansari huwa l-mexxej tal- Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Quds Force Unit 840. Huwa ordna l-assassinju ta’ ġurnalisti kritiċi tar-reġim Iranjan, inkluż żewġ ġurnalisti ta’ Iran International. Mohammed Ansari huwa għalhekk responsabbli għall-ippjanar, l-assistenza fi, it-tħejjija u l-faċilitazzjoni ta’ qtil extraġudizzjarju, li jikkostitwixxi ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem. |
15.7.2025 |
|
132. |
Nihat Abdul Kadir ASAN magħruf ukoll bħala ASAN, Nihat ASAN, Nihat Abdulkadir EBRAHIMIHARKIAN, Ramin KURD, Ibrahim ASHAN, Nihat BAHTIYAR |
|
Data tat-twelid: 1.10.1981 jew 11.11.1981 Post tat-twelid: Van, Türkiye Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel ID: 2751062326 (Iran) Passaport: U13927927 (Türkiye) |
Nihat Asan huwa assoċjat mill-qrib taz-Zindashti Network, li kellu rwol ċentrali fl-ippjanar loġistiku għal ħafna mit-tentattivi ta’ assassinji tan-network. Bħala tali, Asan huwa assoċjat ma’ Naji Zindashti u maz-Zindashti Network. Huwa wkoll responsabbli għall-ippjanar, l-għoti tal-ordnijiet, l-assistenza fi jew il-faċilitazzjoni ta’ eżekuzzjonijiet u qtil extraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem. |
15.7.2025 |
|
133. |
Reza HAMIDIRAVARI magħruf ukoll bħala Reza HAMIDI RAVARI |
رضا حمیدی راوری (Ortografija Persjana) |
Data tat-twelid: 31.10.1963 Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel ID: V40150378 |
Reza Hamidiravari huwa uffiċjal tal-intelligence li jaħdem għall-Ministeru għall-Intelligence (MOIS) tal-Iran. Huwa jissorvelja l-operazzjonijiet ta’ Naji Zindashti mmexxija mill-MOIS, inkluż il-qtil ta’ dissidenti u persuni kritiċi tar-reġim Iranjan. Bħala tali, Reza Hamidiravari huwa assoċjat ma’ Naji Zindashti u maz-Zindashti Network, li huma responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż qtil extraġudizzjarju, sommarju jew arbitrarju. |
15.7.2025 |
|
134. |
Vadim Viktorovich BULGAKOV magħruf ukoll bħala Vadym Viktorovych BULHAKOV |
Вадим Викторович БУЛГАКОВ (Ortografija Russa) |
Pożizzjoni: Kap tad-Direttorat tas-Servizz Federali Russu tal-Infurzar Penali għar-“Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta’ Sevastopol” Data tat-twelid: 30.1.1969 Post tat-twelid: Simferopol, Ukraine Nazzjonalità: Ukrena, Russa Identità tat-taxxa Ukrena (ДРФО): 2523214611 Identità tat-taxxa Russa (ИНН): 910218275068 Sess: raġel Indirizz: Simferopol, Autonomous Republic of Crimea, Ukraine Individwi assoċjati: Arkady Alexandrovich Gostev, Direttur tas-Servizz Penitenzjarju Federali Russu Aleksei Nikolaevich Pikin, Viċi Kap tad-Direttorat tas-Servizz Federali Russu tal-Infurzar Penali għar-“Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta’ Sevastopol” |
Minn Novembru 2014, Vadim Bulgakov huwa l-Kap tad-Direttorat tas-Servizz Federali Russu tal-Infurzar Penali għar-“Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta’ Sevastopol”. Huwa għandu awtorità unika fuq l-attivitajiet tad-Direttorat u, għalhekk, għandu responsabbiltà personali għal, fost affarijiet oħra, l-għoti xieraq ta' servizzi mediċi lid-detenuti u lill-priġunieri fil-Krimea. F'din il-kapaċità, huwa responsabbli għaċ-ċaħda mifruxa u sistematika ta' kura medika adegwata u trattament għad-detenuti u l-priġunieri, b'mod partikolari l-priġunieri politiċi. Dan jammonta għal trattament krudili, inuman jew degradanti. Sa mill-ħatra tiegħu bħala Kap tad-Direttorat fl-2014, ksur mifrux u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-ċentri ta' detenzjoni tal-Krimea ġie ddokumentat min-Nazzjonijiet Uniti u mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. B'mod partikolari, il-prattika amministrattiva tat-trattament ħażin u ċ-ċaħda tal-kura medika lill-priġunieri politiċi, li tikkostitwixxi att ta' trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti, seħħet ripetutament fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Simferopol fil-Krimea sa mill-ħatra tiegħu. B'mod partikolari, huwa responsabbli għat-trattament ħażin tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem Iryna Danylovych u Amet Suleymanov, li ġew miċħuda kura medika xierqa għal diversi xhur matul il-priġunerija tagħhom fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Simferopol. Għalhekk, Vadim Bulgakov huwa responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, jiġifieri trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti, b'mod partikolari fir-rigward ta' priġunieri politiċi miżmuma f'ċentri ta' detenzjoni fil-Krimea. |
5.9.2025 |
|
135. |
Aleksei Nikolaevich PIKIN magħruf ukoll bħala Alexey Nikolaevich PIKIN |
Алексей Николаевич ПИКИН (Ortografija Russa) |
Pożizzjoni: Viċi Direttur tad-Direttorat tas-Servizz Federali Russu tal-Infurzar Penali għar-“Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta’ Sevastopol” Data tat-twelid: 9.8.1975 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Indirizz: Voronezh, Voronezh Region, Russia Individwi assoċjati: Arkady Alexandrovich Gostev, Direttur tas-Servizz Penitenzjarju Federali Russu Vadim Viktorovich Bulgakov, Kap tad-Direttorat tas-Servizz Federali Russu tal-Infurzar Penali għar-“Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta’ Sevastopol” |
Aleksei Pikin huwa l-Viċi Kap tad-Direttorat tas-Servizz Federali Russu tal-Infurzar Penali għar-“Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Sevastopol” minn Mejju 2016. F'dik l-istruttura, huwa responsabbli għall-ġestjoni u l-koordinazzjoni tas-sistema penali reġjonali fil-Krimea u Sevastopol, inkluż l-imġiba tal-persunal, il-benesseri tal-priġunieri u l-prevenzjoni ta' ksur tal-liġi fil-faċilitajiet ta' detenzjoni. Minħabba dan il-mandat, huwa responsabbli għal kwalunkwe ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq kontra individwi kkundannati għal priġunerija fil-Krimea, inkluż abbużi minn persunal, miżuri dixxiplinari illegali, jew nuqqas ta' prevenzjoni tat-tortura, trattament ħażin jew ċaħda ta' drittijiet bażiċi fis-sistema penali. Huwa responsabbli għaċ-ċaħda mifruxa u sistematika ta' kura medika adegwata u l-għoti ta' trattament lid-detenuti u lill-priġunieri, b'mod partikolari lill-priġunieri politiċi. Dan jammonta għal trattament krudili, inuman jew degradanti. Sa mill-ħatra tiegħu bħala Viċi Kap fl-2016, ksur mifrux u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-ċentri ta' detenzjoni tal-Krimea ġie ddokumentat min-Nazzjonijiet Uniti u mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. B'mod partikolari, il-prattika amministrattiva tat-trattament ħażin u ċ-ċaħda tal-kura medika lill-priġunieri politiċi, li tikkostitwixxi att ta' trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti, seħħet ripetutament taħt l-awtorità tiegħu fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Simferopol fil-Krimea sa mill-ħatra tiegħu. B'mod partikolari, huwa responsabbli għat-trattament ħażin tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem Iryna Danylovych u Amet Suleymanov, li ġew miċħuda kura medika xierqa għal diversi xhur matul il-priġunerija tagħhom fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Simferopol. Għalhekk, Aleksei Pikin huwa responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, jiġifieri trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti, b'mod partikolari fir-rigward ta' priġunieri politiċi miżmuma f'ċentri ta' detenzjoni fil-Krimea. |
5.9.2025. |
|
(*1)
L-Artikolu 4(-1) ma għandux japplika għall-entrati identifikati b’asterisk. |
|||||
Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi.
|
|
Isem (Trażlitterazzjonibl-alfabett Latin) |
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-elenkar |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Bureau tas-Sigurtà Pubblika tal-Korp ta’ Produzzjoni u Kostruzzjoni ta’ Xinjiang |
新疆生产建设兵团公安局 (Ortografija Ċiniża) |
Indirizz: 106 Guangming Road, Urumqi, Xinjiang Uyghur Autonomous Region (XUAR), China Telefon: +86 991 598 8114 |
Il-Bureau tas-Sigurtà Pubblika tal-Korp ta’ Produzzjoni u Kostruzzjoni ta’ Xinjiang (XPCC) huwa inkarigat bl-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-XPCC relatati ma’ kwistjonijiet tas-sigurtà, inkluż il-ġestjoni ta’ ċentri ta’ detenzjoni. L-XPCC huwa organizzazzjoni ekonomika u paramilitari tal-istat fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang, li teżerċita awtorità amministrattiva u tikkontrolla l-attivitajiet ekonomiċi f’Xinjiang. |
22.3.2021 |
|
|
|
|
|
Bħala l-organizzazzjoni inkarigata mill-politiki tas-sigurtà fl-XPCC, il-Bureau tas-Sigurtà Pubblika tal-XPCC huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b’mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti fuq skala kbira kkawżati fuq l-Ujgur u popli minn minoranzi etniċi Musulmani oħra, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà ta’ reliġjon jew ta’ twemmin tagħhom, b’rabta ma’, fost l-oħrajn, l-implimentazzjoni min-naħa tal-XPCC ta’ sorveljanza, detenzjoni u programmi ta’ indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirati lejn minoranzi etniċi Musulmani. Bħala parti mill-programm imsemmi hawn fuq, l-XPCC juża lill-Ujguri u lil popli minn minoranzi etniċi Musulmani oħra bħala forza tax-xogħol furzata, b’mod partikolari fl-għelieqi tal-qoton. Bħala l-organizzazzjoni inkarigata minn politiki tas-sigurtà fl-XPCC, il-Bureau tas-Sigurtà Pubblika tal-XPCC huwa responsabbli għall-użu sistematiku ta’ xogħol furzat. |
|
|
2. |
Uffiċċju Ċentrali tal-Prosekutur Pubbliku (magħruf ukoll bħala Uffiċċju tal-Prosekutur tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK)) |
조선민주주의인민공화국 중앙검찰소(Ortografija Koreana) |
|
L-Uffiċċju Ċentrali tal-Prosekutur Pubbliku huwa istituzzjoni, li tissorvelja l-proċedimenti kriminali kollha fir- Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK), inkluż l-investigazzjoni, l-interrogazzjoni, iż-żamma taħt arrest u l-proċess kriminali. |
22.3.2021 |
|
|
|
|
|
L-Uffiċċju Ċentrali tal-Prosekutur Pubbliku jintuża għall-prosekuzzjoni u l-ikkastigar ta’ persuni għal għemil ħażin politiku fi proċessi kriminali fundamentalment inġusti. Huwa jerfa’ wkoll ir-responsabbiltà istituzzjonali għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem f’ħabsijiet komuni u f’ċentri ta’ detenzjoni tal-interrogazzjoni billi jonqos milli jinforza d-drittijiet ta’ detenuti qabel il-proċess u priġunieri kkundannati. F’kooperazzjoni mill-qrib mal-Ministeri għas-Sigurtà tal-Istat u għas-Sigurtà Soċjali, huwa jerfa’ r-responsabbiltà u jipprovdi leġittimità għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-amministrazzjoni tas-sigurtà tar-RDPK, b’mod partikolari tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji u qtil, għajbien sfurzat ta’ persuni, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji. |
|
|
3. |
Kaniyat Militia (magħrufa wkoll bħala 7th Brigade, Tarhuna 7th Brigade, Tarhuna Brigade) (magħrufa wkoll bħala 9th brigade, Al-Kani Militia, Al-Kaniyat, Kani Brigade, Kaniat, Kaniyat, Kanyat) |
مليشيا كانيات (Ortografija Għarbija) |
|
Il-Milizzja Kaniyat hija milizzja armata Libjana, li eżerċitat il-kontroll fil-belt Libjana ta' Tarhuna bejn l-2015 u Ġunju tal-2020. Oqbra tal-massa attribwiti lill-Milizzja Kaniyat ġew skoperti f'Tarhuna minn Ġunju 2020, wara li l-milizzja ħarbet lejn il-Lvant tal-Libja. Il-Milizzja Kaniyat hija responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari qtil ekstraġudizzjarju u l-għajbien sfurzat ta' persuni. |
22.3.2021 |
|
4. |
Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali (magħruf ukoll bħala Aġenzija tas-Sigurtà Nazzjonali) tal-Gvern tal-Eritrea |
- |
Immexxi mill-Maġġur Ġeneral Abraha Kassa |
L-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali (magħruf ukoll bħala Aġenzija tas-Sigurtà Nazzjonali) tal-Gvern tal-Eritrea huwa mmexxi mill-Maġġur Ġeneral Abraha Kassa u huwa taħt is-superviżjoni tal-Uffiċċju tal-President. L-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali huwa organizzat f’sitt uffiċċji, b’kull wieħed minnhom maqsum fi tliet taqsimiet responsabbli mill-intelligence, l-arresti u l-interrogazzjonijiet, rispettivament. L-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eritrea, b’mod partikolari arresti arbitrarji, qtil ekstraġudizzjarju, għajbien sfurzat ta’ persuni u tortura mwettaq mill-aġenti tiegħu.’ |
22.3.2021’. |
|
5. |
Wagner Group (magħruf ukoll bħala Expeditionary and Volunteer Corps, Expeditionary Corps, Volunteer Corps, Africa Corps, Vagner Group, PMC Wagner, Liga, League) |
Группа Вагнера (ortografija Russa) |
|
Il-Wagner Group huwa entità militari privata mhux inkorporata bbażata fir-Russja, li ġiet stabbilita fl-2014 bħala organizzazzjoni suċċessur tal-Korp Slavoniku. Permezz tal-istabbiliment ta' entitajiet lokali, u bl-appoġġ tal-gvernijiet lokali, il-Wagner Group jiffinanzja u jwettaq l-operazzjonijiet tiegħu. Il-Wagner Group huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna, is-Sirja, il-Libja, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA), is-Sudan, il-Mali u l-Mozambique, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji. |
13.12.2021 |
|
6. |
Lobaye Invest SARLU |
|
Post tar-reġistrazzjoni: Bangui (Central African Republic) Data tar-reġistrazzjoni: 24.10.2017 Numru tar-reġistrazzjoni: M 354838 D 0001 (numru ‘NIF’, Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa) Post prinċipali tan-negozju: Central African Republic Informazzjoni oħra: Fergħa ta' M-Finans |
Lobaye Invest SARLU hija kumpanija privata rreġistrata fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA), sussidjarja tal-kumpanija Russa M-Finans, oriġinarjament ikkontrollata minn Yevgeny Prigozhin. Hija mmexxija minn Dimitri Sytii, li jokkupa pożizzjoni eżekuttiva għolja f'Wagner Group, u minn Yevgeny Khodotov, li kien assoċjat ma' Yevgeny Prigozhin. Lobaye Invest tħaddem minjieri tad-deheb u tad-djamanti fir-RCA. Hija ġiet assoċjata mal-operazzjonijiet tal-Wagner Group fir-RCA. Tiffinanzja wkoll diversi mezzi tal-media, bħall-istazzjon tar-radju Lengo Sengo, stazzjon tar-radju Ċentru-Afrikan li jmexxi kampanji ta' diżinformazzjoni u jippromwovi l-preżenza tal-Wagner Group fir-RCA. Lobaye Invest hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji f'diversi pajjiżi, inkluż fir-RCA. Permezz tal-attivitajiet tagħha, Lobaye Invest tappoġġa wkoll abbużi bħal dawn li jsiru fir-RCA. |
25.2.2023 |
|
7. |
DIAMVILLE |
|
Data tar-reġistrazzjoni: 28.3.2019 Numru tar-reġistrazzjoni: CA/BG2019B519 Post prinċipali tan-negozju: Central African Republic Informazzjoni oħra: individwi u entitajiet assoċjati: Wagner Group, Dimitri Sytii, Valery Zakharov, Perfilev, Svetlana Troitskaya, Lobaye Invest |
Diamville hija kumpanija faċċata li tintuża mill-Wagner Group preżenti fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA) għall-kummerċ illegali ta' djamanti. Hija marbuta mill-qrib mal-atturi ewlenin kollha tal-Wagner Group fir-RCA, bħal Dimitri Sytii. Diamville hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji f'diversi pajjiżi, inkluż fir-RCA. Permezz tal-attivitajiet tagħha, hija tappoġġa abbużi bħal dawn li jsiru fir-RCA. |
25.2.2023 |
|
8. |
Foundation for the Defence of National Values (FDNV) Fund for the Defence of National Values (FDNV) Foundation/organization for the Protection of National Values (FPNV)/(FZNC) Foundation for National Values Protection Organization for the Protection of National Values |
|
Post tar-reġistrazzjoni: Moscow (64 Zemlyanoy Val str., building 2, office 201, Moscow, Russian Federation) Sit web: https://en.fznc.ru/ Numru tar-reġistrazzjoni: 1197700003137 Numru tal-Kontribwent Individwali: 7709448606 |
Il-Foundation for the Defence of National Values (FDNV) hija assoċjata mal-Wagner Group. L-FDNV topera bħala l-fergħa tar-relazzjonijiet pubbliċi tal-Wagner Group. Hija tmexxi l-propaganda favur il-Wagner Group u l-kampanji ta' diżinformazzjoni, fost affarijiet oħra biex ittejjeb ir-reputazzjoni tal-Wagner Group u tappoġġa l-iskjerament tiegħu, u tinvolvi ruħha f'interferenza moħbija f'isem il-Wagner Group fid-diversi pajjiżi li hija attiva fihom. Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji f'diversi pajjiżi, inkluż fil-Libja, il-Mali u r-Repubblika Ċentru-Afrikana. L-FDNV hija assoċjata mal-Wagner Group u hija responsabbli għall-appoġġ u t-tħeġġiġ tal-atti tal-Wagner Group permezz ta' propaganda favur il-Wagner Group, interferenza politika u diżinformazzjoni. |
25.2.2023 |
|
9. |
Radio Centrafricaine Lengo Sengo |
|
Post tar-reġistrazzjoni: Bangui, Central African Republic Data tar-reġistrazzjoni: Novembru 2018 Post prinċipali tan-negozju: Galabadja Bangui, Commune de Bangui Galabadja, 8eme Arr. [GPS]-> 4.4070, 18.5465 |
Radio Lengo Sengo huwa stazzjon tar-radju Ċentru-Afrikan involut f'operazzjonijiet ta' influwenza online f'isem il-Wagner Group. L-għan aħħari tiegħu huwa li jimmanipula l-opinjoni pubblika. Il-kumpanija tmexxi kampanji ta' diżinformazzjoni u tippromwovi l-preżenza tal-Wagner Group fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA). Radio Lengo Sengo huwa ffinanzjat minn Lobaye Invest, kumpanija privata marbuta mal-Wagner Group li sservi bħala kopertura għall-attivitajiet tiegħu fir-RCA. Il-Wagner Group huwa elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji f'diversi pajjiżi, inkluż fir-RCA. Radio Lengo Sengo huwa responsabbli għall-appoġġ u t-tħeġġiġ tal-atti tal-Wagner Group fir-RCA. |
25.2.2023 |
|
10. |
Meroe Gold Co. Ltd (magħrufa wkoll bħala: Meroe For Agricultural & Animal Production; Al-Solag; Al-Sarraj Mining Company Ltd; Al-Sawlaj Mining Company Ltd; Al-Solaj Mining Company; Al-Soladzh Mining Company; Al-Solag Mining Company; Sullaj Mining Company; Al-Sullaj; Al-Solage; Solange; Sullag) |
|
Post tar-reġistrazzjoni: Al-jref Gharb Plot 134 Blok 1h, Khartoum, Sudan Informazzjoni oħra: Estrazzjoni ta' minerali oħra tal-metall mhux ferruż Assoċjata ma': Al Sawlaj for Mining Ltd
Aswar Multi Activities Co., Ltd |
Meroe Gold hija entità ta' kopertura għall-operazzjonijiet tal-Wagner Group fis-Sudan, u hija marbuta mill-qrib miegħu. Bl-affiljazzjoni tiegħu mal-militar Sudaniż, il-Wagner Group żgura l-isfruttament u l-esportazzjoni tad-deheb Sudaniż lejn ir-Russja. Meroe Gold hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji f'diversi pajjiżi, inkluż fis-Sudan. Permezz tal-attivitajiet tagħha, Meroe Gold tappoġġa wkoll abbużi bħal dawn li jsiru fis-Sudan. |
25.2.2023 |
|
11. |
M-Invest |
|
Post tar-reġistrazzjoni: d. 76 korp. 4 litera A ofis N620, prospekt Obukhovskoi Oborony St. Petersburg, Russian Federation Numru tar-reġistrazzjoni: 1177847044066 Post prinċipali tan-negozju: Khartoum, Sudan Informazzjoni oħra: Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 7811636632; Numru tal-gazzetta tal-Gvern: 06513574 |
M-Invest hija entità ta' kopertura għall-operazzjonijiet tal-Wagner Group fis-Sudan. Kienet marbuta mill-qrib ma' Yevgeny Prigozhin. Bl-affiljazzjoni tiegħu mal-militar Sudaniż, il-Wagner Group żgura l-isfruttament u l-esportazzjoni tad-deheb Sudaniż lejn ir-Russja. M-Invest hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji f'diversi pajjiżi, inkluż fis-Sudan. Permezz tal-attivitajiet tagħha, M-Invest tappoġġa wkoll abbużi bħal dawn li jsiru fis-Sudan. |
25.2.2023 |
|
12. |
Sewa Security Services |
|
Post tar-reġistrazzjoni: Bangui (Central African Republic) Post prinċipali tan-negozju: Central African Republic Informazzjoni oħra: sussidjarja ta' Lobaye Invest |
Sewa Security Services hija kumpanija privata bbażata fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RCA) li tipprovdi protezzjoni għall-uffiċjali għolja tal-gvern tar-RCA. Din isservi bħala kopertura għall-attivitajiet tal-Wagner Group fir-RCA. Hija sussidjarja ta' Lobaye Invest, immexxija minn Dimitri Sytii, li jokkupa pożizzjoni eżekuttiva għolja f'Wagner Group, u minn Yevgeny Khodotov, li kien assoċjat ma' Yevgeny Prigozhin. Sewa Security kienet involuta flimkien mal-Wagner Group f'sensiela ta' attakki vjolenti li seħħew fir-RCA mill-elezzjonijiet presidenzjali ta' Diċembru 2020 'l hawn. Sewa Security hija assoċjata mal-Wagner Group, elenkat għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji f'diversi pajjiżi, inkluż fir-RCA. Permezz tal-attivitajiet tagħha, Sewa Security Services tappoġġa wkoll abbużi bħal dawn li jsiru fir-RCA. |
25.2.2023 |
|
13. |
Qarchak Prison magħruf ukoll bħala Gharchak Prison, Zendân-e-Qarchak, Qarchak Women’s Prison, Shahr-e Rey Prison |
زندان قرچک (Ortografija Farsi) |
Post tar-reġistrazzjoni: Varamin County, Tehran province, Iran Data tar-reġistrazzjoni: 2010 |
Qarchak Prison huwa wieħed mill-faċilitajiet ta’ detenzjoni għan-nisa tar-reġim Iranjan fil-Kontea ta’ Varamin (il-provinċja ta’ Teheran). Id-detenuti jinkludu priġunieri politiċi u parteċipanti fi protesti paċifiċi favur id-demokrazija kif ukoll nisa tqal u ommijiet bit-tfal. Il-kundizzjonijiet tal-għajxien f’Qarchak Prison huma deplorevoli u inumani. Detenuti nisa f’Qarchak Prison huma soġġetti għal tortura, stupru u forom oħra ta’ vjolenza sesswali. Dawn jinżammu f’ċelel iffullati żżejjed, mingħajr aċċess għal ilma tax-xorb nadif, ikel u assistenza medika, li jammontaw għal trattament krudili, inuman jew degradanti. Il-priġunieri rilaxxati jirrappurtaw każijiet ta’ abbuż sesswali mill-gwardji tal-ħabs u l-persunal tas-sigurtà. Id-dimostranti nisa li jintbagħtu f’Qarchak Prison spiss ikunu mhedda bi stupru biex dawn jistqarru konfessjonijiet. Għaldaqstant, Qarchak Prison huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, inkluż għal tortura u trattament krudili, inuman jew degradanti ieħor kif ukoll vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika. |
7.3.2023 |
|
14. |
Syrian Republican Guard |
|
Post ta’ reġistrazzjoni: Syria Individwi assoċjati: Brigadier Ġeneral Mohamed Qasem (viċi kmandant), Ġeneral Malik Aliaa (kmandant suprem), Mohammad Nayouf, Mohamed Kaddor (kmandanti), President Bashar Al-Assad |
Syrian Republican Guard hija entità responsabbli għas-sigurtà tal-uffiċjali u hija parti mill-forzi tas-sigurtà Sirjani. Fit-tmexxija tagħha, il-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa hija mifruxa, b’mod partikolari matul il-kunflitt Sirjan li għaddej. Il-vittmi rrappurtaw stupri vjolenti u tortura wara arresti arbitrarji u matul detenzjoni arbitrarja. Syrian Republican Guard hija parti minn approċċ sistematiku mir-reġim Sirjan biex juża l-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru biex irażżan u jintimida lill-poplu Sirjan, b’mod partikolari n-nisa u l-bniet. Għaldaqstant, Syrian Republican Guard hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja, inkluż għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arresti jew detenzjonijiet arbitrarji kif ukoll vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru mifruxa. |
7.3.2023 |
|
15. |
Office of the Chief of Military Security Affairs (OCMSA) |
|
Post tar-reġistrazzjoni: Naypyitaw, Myanmar/Burma |
L-Office of the Chief of Military Security Affairs (OCMSA) huwa responsabbli għall-ġestjoni taċ-ċentri ta’ detenzjoni u interrogazzjoni fil-Myanmar/Burma u inkarigat bil-ġbir ta’ intelligence. Il-persunal tal-OCMSA juża nudità sfurzata, stupru, xokkijiet elettriċi, ħruq ta’ ġenitali u vjolenza eċċessiva matul id-detenzjoni arbitrarja u l-interrogazzjoni ta’ rġiel, nisa u membri tal-komunità LGBTIQ. Għaldaqstant, l-OCMSA huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma, inkluż detenzjonijiet arbitrarji u tortura, kif ukoll għal vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika u mifruxa. |
7.3.2023 |
|
16. |
Main Directorate of Internal Affairs of the City of Moscow (Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska) ►M15 (*1) ◄ |
Главное Управление Внутренних дел по городу Москве (ortografija Russa) |
Indirizz: 127994, Moscow, 38 Petrovka St., Russia Telefon: +8 (495) 694-92-29 Sit web: https://77.xn--b1aew.xn--p1ai/ |
Id-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska huwa magħmul minn forzi tal-pulizija, investigaturi kriminali, faċilitajiet ta' detenzjoni, iċ-Ċentru għall-Ġlieda kontra l-Estremiżmu u unitajiet oħrajn tal-infurzar tal-liġi f'Moska. Huwa mmexxi minn Oleg Baranov. Wettaq monitoraġġ u detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u f'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Fittex u żamm detenuti lil dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevitaw il-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għal dawn il-finijiet, uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni. Għaldaqstant, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni. |
20.7.2023 |
|
17. |
Department of Information Technologies of the City of Moscow |
Департамент Информационных Технологий города Москвы (ortografija Russa) |
Indirizz: (Legali) Russia, 123100 Moscow, 1-Y Krasnogvardeyskiy Proyezd, 21, bld 1; (Attwali) Russia, 105064 Moscow Yakovoapostol'skiy Pereulok, 12с1 Telefown: + 7 (495) 957-01-31 Faks: + 7 (495) 957-75-42 Indirizz elettroniku: dit@mos.ru Sit web: https://www.mos.ru/dit/ Telegram: t.me/dit_moscow |
Id-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska jiżviluppa u juża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska. Jibgħat data mis-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ lill-unitajiet tal-infurzar tal-liġi tad-Direttorat Ewlieni għall-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska. Id-Direttorat Ewlieni għall-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni. Użaha biex iwettaq monitoraġġ u detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u b'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Is-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ intużat ukoll mid-Direttorat Ewlieni għall-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska biex jinstabu u jiġu detenuti dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevadu l-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Id-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni. |
20.7.2023 |
|
18. |
Нтехлаб (ortografija Russa) |
Indirizz: 127055, Russia, Moscow, Novolesnaya St., 2, prem. 1/3 (BC “Brigantina Hall”) Telefon: +7 (499) 110-22-54 Indirizz elettroniku: info@ntechlab.ru Sit web: https://ntechlab.ru/ |
NtechLab hija kumpanija Russa tat-teknoloġija tar-rikonoxximent tal-wiċċ. Ikkooperat mad-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska għall-iżvilupp tas-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska. Id-data mis-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ tintbagħat lill-unitajiet tal-infurzar tal-liġi tad-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska. Id-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni. Wettaq monitoraġġ u detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u f'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Is-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ intużat ukoll mid-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska biex isib u jżomm detenuti lil dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevadu l-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għaldaqstant, NtechLab hija responsabbli għall-għoti ta' appoġġ tekniku jew materjali għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni. |
20.7.2023 |
|
|
19. |
Tevian magħrufa wkoll bħala Tekhnologii Videoanaliza LLC ►M15 (*1) ◄ |
ООО Технологии видеоанализа (ortografija Russa) |
Indirizz: (legali) 119634 Moscow, Skulptora Mukhina St. 7, 1st floor, II, room 2B, Russia; (uffiċċju) 119048, Moscow, Efremova St., 10, building 2, Office 11, Russia Telefon: +7 (917) 531-86-41 Sit web: https://tevian.ai Indirizz elettroniku: info@tevian.ru; support@tevian.ai |
Tevian hija kumpanija tat-teknoloġija tar-rikonoxximent tal-wiċċ. Ikkooperat mad-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska għall-iżvilupp tas-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska. Id-data mis-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ tintbagħat lill-unitajiet tal-infurzar tal-liġi tad-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska. Id-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni. Wettaq monitoraġġ u detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u f'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Is-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ intużat ukoll mid-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska biex isib u jżomm detenuti lil dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevadu l-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għaldaqstant, Tevian hija responsabbli għall-għoti ta' appoġġ tekniku jew materjali għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni. |
20.7.2023 |
|
20. |
AO “Электронная Москва” (ortografija Russa) |
Indirizz: (Attwali) 105064, Moscow, Nizhny Susalny pereulok, building 5, building 19, floor a1, room X, room 1 (Legali) 105064, Moscow, Nizhny Susalny lane, 5, building 19, floor a1, room X, room 1 (Postali) 107078, Moscow, PO Box 185 Telefon: +7 (495) 988-2270 Indirizz elettroniku: e-moskva@e-moskva.ru Sit web: https://www.e-moskva.ru/ Nru INN 7707314029 |
Elektronnaya Moskva hija kumpanija tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni stabbilita mill-Gvern ta' Moska. Hija organizzat sejħiet għall-offerti għall-provvista ta' software għar-rikonoxximent tal-wiċċ, li aktar tard intuża fl-implimentazzjoni tas-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska. Is-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska ġiet żviluppata u użata mid-Dipartiment tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni tal-Belt ta' Moska. Id-data mis-sistema intbagħtet lill-unitajiet tal-infurzar tal-liġi tad-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska. Id-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska uża s-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ f'Moska bħala għodda ta' repressjoni. Wettaq monitoraġġ u detenzjoni arbitrarja ta' ġurnalisti indipendenti u attivisti tal-oppożizzjoni li ħadu sehem fi protesti paċifiċi b'appoġġ għal Alexei Navalny, kontra l-korruzzjoni tal-gvern tar-Russja u f'oppożizzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Is-sistema ta' rikonoxximent tal-wiċċ intużat ukoll mid-Direttorat Ewlieni tal-Affarijiet Interni tal-Belt ta' Moska biex isib u jżomm detenuti lil dawk maqbudin bil-lieva li ppruvaw jevadu l-mobilizzazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għaldaqstant, Elektronnaya Moskva hija responsabbli għall-għoti ta' appoġġ tekniku jew materjali għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, u ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni. |
20.7.2023 |
|
|
21. |
Лига безопасного интернета (ortografija Russa) |
Indirizz: Usovo, flat 100, Moscow Oblast, Russia, 143084 Telefon: +7 8 800 700-56-76 Email: info@ligainternet.ru Website: https://ligainternet.ru Individwi assoċjati: Ekaterina Mikhailovna Mizulina; Konstantin Valerevich Malofeev |
Il-Lega għal Internet Sikur hija organizzazzjoni paragovernattiva Russa mwaqqfa b’mod konġunt mill-proprjetarju tal-istazzjon televiżiv Tsargrad Konstantin Malofeev, bl-appoġġ tal-gvern Russu. Il-Lega għal Internet Sikur tippermetti lill-gvern Russu jsaħħaħ il-prattiki ta’ ċensura billi ssikket lill-ħallieqa tal-kontenut u lill-artisti fuq l-Internet, li jagħmlu l-kontenut li ma jkunx konsistenti mal-linja uffiċjali tal-gvern Russu. Il-Lega għal Internet Sikur tagħmel ilmenti uffiċjali lill-aġenziji Russi tal-infurzar tal-liġi kontra ħallieqa tal-kontenut fuq l-Internet Russi, jiġifieri bloggers, kif ukoll mużiċisti, ċelebritajiet u influwenzaturi. Billi thedded bl-impożizzjoni ta’ miżuri punittivi jew ekonomiċi, il-Lega għal Internet Sikur qed tipprova ġġiegħel lill-ħallieqa tal-kontenut u lill-artisti Russi fuq l-Internet jew iħassru kontenut kontra l-gvern jew joħolqu kontenut favur il-gvern Russu u jfaħħru l-politiki tiegħu. Għalhekk, il-Lega għal Internet Sikur hija responsabbli għal abbużi serji u sistematiċi tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, li huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
29.1.2024 |
|
|
22. |
IK-3 penal colony magħrufa ukoll bħala The Federal State Institution “Correctional Colony No. 3” (IK-3); IK-3 men’s maximum security correctional colony; |
ФКУ ИК-3 magħruf ukoll bħala Полярный волк (ortografija Russa) |
Indirizz: 629420, st. Gagarina, 1 A, Yamalo-Nenets Autonomous Okrug, Kharp village Data tar-reġistrazzjoni: 1961 Post prinċipali tan-negozju: Yamalo-Nenets Autonomous Okrug, Russian Federation Individwi assoċjati: Kap tal-IK-3 penal colony, il-Kurunell Vadim Konstantinovich KALININ |
L-IK-3 hija kolonja penali fis-servizzi korrettivi Russi, li hija mmexxija minn Vadim Kalinin. Bħala parti mis-sistema penali Russa, hija taħt l-awtorità tal-Ministeru għall-Ġustizzja tal-Federazzjoni Russa. L-IK-3 penal colony hija magħrufa għall-eżerċizzju ta’ pressjoni fiżika u psikoloġika, iżolament sħiħ, tortura u vjolenza fuq il-priġunieri kif ukoll għall-kwalità ħażina tas-servizzi mediċi. Alexei Navalny, li nżamm fl-IK-3 penal colony mill-25 ta’ Diċembru 2023 sal-mewt tiegħu fis-16 ta’ Frar 2024, sofra abbuż fl-IK-3 penal colony, inkluż b’reklużjoni f’ċella ta’ kastig u trattament krudili, inuman u degradanti, li wassal għad-deterjorament serju ta’ saħħtu u l-mewt eventwali tiegħu. Għaldaqstant, l-IK-3 penal colony hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra u l-ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
22.3.2024 |
|
23. |
IK-6 penal colony magħrufa ukoll bħala Penal colony No. 6, Vladimir Oblast; IK-6 Melekhovo; |
ИК-6 Мелехово magħrufa ukoll bħala ФКУ “ИК № 6 УФСИН по Владимирской области” (ortografija Russa) |
Indirizz: village of Melekhovo (Vladimir region), Kovrovsky district, at Pervomaiskaya str., 261-A. Tip ta’ entità: Kolonja korrettiva tal-irġiel Russa Post ta’ reġistrazzjoni: Russia Data tar-reġistrazzjoni: 1959 |
IK-6 hija kolonja penali fis-servizzi korrettivi Russi, li hija mmexxija minn Dmitry Nozhkin. Bħala parti mis-sistema penali Russa, hija taħt l-awtorità tal-Ministeru għall-Ġustizzja tal-Federazzjoni Russa. L-IK-6 penal colony hija magħrufa għall-eżerċizzju ta’ pressjoni fiżika u psikoloġika, iżolament sħiħ, tortura u vjolenza fuq il-priġunieri. Alexei Navalny, li nżamm fl-IK-6 kolonja korrettiva minn Ġunju 2022 sal-25 ta’ Diċembru 2023, sofra abbuż fl-IK-6 penal colony, inkluż b’reklużjoni f’ċella ta’ kastig u trattament krudili, inuman u degradanti, li wassal għad-deterjorament serju ta’ saħħtu. Għaldaqstant, l-IK-6 penal colony hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra u l-ksur sistematiku tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni. |
22.3.2024 |
|
24. |
Al-Quds Brigades magħrufa wkoll bħala Sarāyā al-Quds |
سرايا القدس (Ortografija Għarbija) |
Reġjuni attivi: L-Istrixxa ta’ Gaża, ix-Xatt tal-Punent, in-Nofsinhar tal-Libanu |
Al-Quds Brigades huma l-fergħa armata tal-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina (PIJ), organizzazzjoni terroristika li hija soġġetta għal miżuri restrittivi tal-Unjoni. Fis-7 ta’ Ottubru 2023, il-ġellieda ta’ Al-Quds Brigades wettqu flimkien mal-Ħamas, attakki terroristiċi brutali u indiskriminati f’Iżrael. B’dan il-mod, huma wettqu wkoll vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru b’mod mifrux u sistematiku, billi użawha bħala arma tal-gwerra. B’mod partikolari, ġellieda ta’ Al-Quds Brigades kienu involuti f’attakki fuq kibbutzim bħal Kfar Aza u Nahal Oz, fejn twettqu forom gravi ta’ vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru inkluż stupru, qtil ta’ trabi bniet u l-ħtif immirat ta’ nisa u bniet. Għalhekk, Al-Quds Brigades huma responsabbli għal abbużi jew ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru b’mod mifrux u sistematiku, li hija wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif jinsabu fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
12.4.2024 |
|
25. |
Nukhba Force magħrufa wkoll bħala Al-Nukhba |
نخبة (Ortografija Għarbija) |
Reġjuni attivi: L-Istrixxa ta’ Gaża, ix-Xatt tal-Punent, in-Nofsinhar tal-Libanu |
Nukhba Force hija unità tal-forzi speċjali tal-organizzazzjoni terroristika Ħamas li hija soġġetta għal miżuri restrittivi tal-Unjoni. Fis-7 ta’ Ottubru 2023, il-ġellieda ta’ Nukhba Force wettqu attakki terroristiċi brutali u indiskriminati madwar Iżrael. B’dan il-mod, huma wettqu wkoll vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru b’mod mifrux u sistematiku, billi użawha bħala arma tal-gwerra. B’mod partikolari, ġellieda ta’ Nukhba Force infiltraw, fost l-oħrajn, Kibbutz Kfar Aza u niżlu permezz ta’ paraxut fil-festival mużikali Re’im (Nova). Fiż-żewġ postijiet, il-ġellieda ta’ Nukhba Force wettqu vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru b’mod mifrux u sistematiku, inkluż l-istupru u l-qtil sussegwenti ta’ minuri nisa, il-mutilazzjoni tal-katavri kif ukoll il-mutilazzjoni ġenitali. Għalhekk, Nukhba Force hija responsabbli għal abbużi jew ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru b’mod mifrux u sistematiku, li hija wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif jinsabu fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
12.4.2024 |
|
26. |
Qassam Brigades magħrufa wkoll bħala Izz ad-Din al-Qassam Brigades; AQB |
|
Reġjuni attivi: L-Istrixxa ta’ Gaża, ix-Xatt tal-Punent, in-Nofsinhar tal-Libanu |
Qassam Brigades huma l-fergħa militari tal-Organizzazzjoni terroristika tal-Ħamas li hija soġġetta għal miżuri restrittivi tal-Unjoni. Fis-7 ta’ Ottubru 2023, il-ġellieda ta’ Qassam Brigades wettqu attakki terroristiċi brutali u indiskriminati f’Iżrael. B’dan il-mod, huma wettqu wkoll vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru b’mod mifruxa u sistematiku, billi użawha bħala arma tal-gwerra, inkluż l-abbuż sesswali ta’ minuri u katavri, mutilazzjonijiet ġenitali u l-ħtif immirat ta’ nisa u bniet. Għalhekk, Qassam Brigades huma responsabbli għal abbużi jew ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru b’mod mifrux u sistematiku, li hija wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif jinsabu fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
12.4.2024 |
|
27. |
Lehava magħruf ukoll bħala Prevention of Assimilation in the Holy Land |
להב“ה (Ortografija bil-Lhudi) |
Telefown: 079-9130000 Email: o.leava@gmail.com Sit web: www.lehava-us.com; vod.leava.co.il |
Lehava huwa grupp supremist Lhudi radikali tal-lemin immexxi mill-fundatur tiegħu Ben-Zion “Bentzi” Gopstein. Lehava juża l-vjolenza u jinċita l-vjolenza kontra l-Palestinjani, l-Insara u l-Lhud Messianiċi, pereżempju,. membri ta’ Lehava kantaw b’mod ripetut il-“mewt għall-Għarab” u appellaw biex jiġbru l-armi waqt il-manifestazzjonijiet. Lehava jorganizza protesti vjolenti kontra t-tiġijiet bejn il-Lhud u l-Musulmani u l-komunità LGBTQI. Il-membri ta’ Lehava jagħtu fastidju u jattakkaw koppji mħallta ta’ Għarab u Lhud. Għalhekk, Lehava huwa responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari l-promozzjoni sistematika ta’ mibegħda nazzjonali, razzjali jew reliġjuża li tikkostitwixxi inċitament għal diskriminazzjoni, ostilità jew vjolenza li huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulati fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
19.4.2024 |
|
28. |
Hilltop Youth magħruf ukoll bħala No’ar HaGva’ot |
נוער הגבעות (Ortografija bil-Lhudi) |
Individwi assoċjati: Meir Mordechai ETTINGER; Elisha YERED |
Hilltop Youth huwa grupp radikali taż-żgħażagħ li jikkonsisti minn membri magħrufa għal atti vjolenti kontra l-Palestinjani u l-villaġġi tagħhom fix-Xatt tal-Punent. Il-grupp jinsab fuq l-għoljiet fix-Xatt tal-Punent u jinvolvi ruħu fi vjolenza tal-abitanti tal-insedjamenti permezz tal-hekk imsejħa “price tag attacks”. Din il-vjolenza tal-abitanti tal-insedjamenti, inkluż il-fastidju fiżiku u psikosoċjali, is-swat, il-qtil u t-twaqqigħ tal-proprjetà, kontra l-Palestinjani u l-villaġġi tagħhom hija ta’ natura sistematika. Għalhekk, Hilltop Youth huwa responsabbli għal ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fosthom it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, kif ukoll ksur jew abbużi serji tad-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-ħajja tal-familja u dik privata tal-Palestinjani fix-Xatt tal-Punent, li huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulati fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
19.4.2024 |
|
29. |
Moshe’s Farm magħrufa wkoll bħala Tirza Valley Farm Outpost |
החווה של משה (Ortografija bl-Ebrajk) |
Indirizz: West Bank, Occupied Palestinian Territories Data tar-reġistrazzjoni: 2021 Individwi assoċjati: Moshe Sharvit |
Moshe’s Farm huwa proprjetà tal-abitant ta’ insedjament Iżraeljan Moshe Sharvit, u ġie mwaqqaf minnu fl-2020. Moshe Sharvit huwa involut fi vjolenza u theddid mill-abitanti tal-insedjamenti fil-konfront tar-residenti Palestinjani f’komunitajiet ta’ rgħajja qrib l-insedjament fix-Xatt tal-Punent. Moshe’s Farm huwa insedjament illegali li jinsab madwar 1,5 kilometru fix-Xlokk tal-insedjament ta’ Hamra, fix-Xatt tal-Punent. Moshe’s Farm espanda minn mindu twaqqaf, u bħalissa jinkludi diversi binjiet residenzjali, lukanda għall-vjaġġaturi u kumpless għal avvenimenti. Il-lukanda tista’ takkomoda sa 100 persuna, u l-binjiet kollha ġew stabbiliti mingħajr permessi u għalhekk huma illegali. Sa mit-twaqqif ta’ Moshe’s Farm, kien ċentru ta’ vjolenza u fastidju kontra l-komunitajiet ta’ rgħajja Palestinjani u kien il-bażi minn fejn Moshe Sharvit u r-residenti l-oħra tal-azjenda agrikola iwettqu vjolenza u fastidju kontra l-Palestinjani. Għalhekk, Moshe’s Farm huwa entità assoċjata ma’ Moshe Sharvit, elenkat għal abbużi serji u sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż abbuż tad-dritt ta’ kulħadd għat-tgawdija tal-ogħla standard possibbli ta’ integrità fiżika u mentali. Dawk l-abbużi huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
15.7.2024 |
|
30. |
Zvi’s Farm |
►C2
|
Indirizz: Halamish, West Bank, Occupied Palestinian Territories Individwi assoċjati: Zvi Bar Yosef |
Zvi’s Farm huwa insedjament tal-biedja illegali u mhux awtorizzat fit-territorju Palestinjan, qrib Halamish, fix-Xatt tal-Punent. Zvi’s Farm jinsab f’medda tax-Xatt tal-Punent, taħt kontroll militari Iżraeljan sħiħ u tospita residenti Palestinjani. Zvi’s Farm huwa operat minn Zvi Bar Yosef, li juża l-insedjament bħala bażi li minnha huwa jwettaq vjolenza kontra r-residenti Palestinjani u jipprevjeni lill-bdiewa Palestinjani milli jaċċessaw u jużaw l-artijiet tagħhom. L-insedjament okkupa madwar 2,500 dunams / 620 ettaru li ġew ikkultivati mill-irħula ta’ Jibya, Kaubar (Kobar), u Umm Safa. Fl-2019, 2021 u 2023, Zvi Bar Yosef ripetutament attakka u wettaq atti ta’ vjolenza kontra l-Palestinjani minn dawk l-irħula, li kkawżaw korrimenti serji lil xi wħud minnhom. Għalhekk, Zvi’s Farm huwa entità assoċjata ma’ Zvi Bar Yosef,, elenkata għal abbużi serji u sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż abbużi tad-dritt għall-integrità fiżika u mentali, id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-ħajja privata u tal-familja. Dawk l-abbużi huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
15.7.2024 |
|
31. |
Tzav 9 magħruf ukoll bħala Tsav 9; Order 9 |
|
Sit web: https://www.tzav9.co.il/faq/ |
Tzav 9 huwa grupp Iżraeljan ta’ attivisti vjolenti mwaqqfa b’mod konġunt f’Jannar 2024 minn Reut Ben Haim u Aviad Shlomo Sarid. Reut Ben Haim u Yossef (Sefi) Ben Haim bħalissa jmexxu l-grupp. Skont is-sit web tiegħu, iż-żewġ missjonijiet ewlenin ta’ Tzav 9 huma li jimblokka trakkijiet tal-provvista li jwasslu għajnuna umanitarja, inkluż l-ikel, l-ilma u l-fjuwil, lejn Gaża; u, li jagħmel ħsara lil-leġittimità tal-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib f’Iżrael. Minn Jannar 2024, Tzav 9 imblokka regolarment trakkijiet tal-għajnuna umanitarja. Fit-18 ta’ Jannar 2024, il-grupp wettaq l-ewwel imblokki ta’ kunsinni ta’ għajnuna f’Kerem Shalom. Fit-13 ta’ Mejju 2024 fil-punt ta’ kontroll ta’ Tarqumiyah, Tzav 9 ħa sehem fi protesta vjolenti kontra sewwieq ta’ trakk. Fis-16 ta’ Mejju 2024 f’Binyamin, Tzav 9 kien involut f’attakk kontra trakk tal-ikel. Inċidenti oħra seħħew, inter alia, fiż-żoni ta’ Kerem Shalom u Nitzana. L-azzjonijiet imwettqa jinkludu protesti vjolenti, attakki kontra trakkijiet tal-ikel u l-qerda tal-ikel. Dawk l-azzjonijiet ikkontribwew aktar għas-sitwazzjoni diġà mwiegħra tal-popolazzjoni ċivili f’Gaża. Għalhekk, Tzav 9 huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-abbuż tad-dritt ta’ kulħadd għat-tgawdija tal-ogħla standard possibbli ta’ integrità fiżika u mentali. Dawk l-abbużi huma wkoll ta’ tħassib serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
15.7.2024 |
|
32. |
Kokorat San Ras |
|
Tip ta’ entità: Gang Haitjan li jopera l-aktar fir-reġjun Artibonite u tal-Majjistral |
Kokorat San Ras huwa gang li jopera f’Haiti li beda jeżisti u kiseb saħħa bejn l-2015 u l-2017. Jopera f’żoni speċifiċi (Artibonite/Majjistral) u l-influwenza tiegħu tkompli tikber. Kokorat San Ras huwa magħruf sew għall-użu ta ‘attakki vjolenti u l-aggressjoni fiżika tiegħu sabiex jikseb kontroll ta’ aktar żoni. Matul dawk l-attakki, arma komuni hija l-istupru u vjolenza oħra kontra n-nisa. Għalhekk, Kokorat San Ras huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika u mifruxa. |
22.7.2024 |
|
33. |
Onsong County MSS Detention Centre |
|
Tip ta’ entità: ċentru ta’ detenzjoni Post ta’ reġistrazzjoni: Onsong County, North Hamgyong Province, Democratic People’s Republic of Korea (DPRK) |
Iċ-Ċentru ta’ Detenzjoni tal-MSS tal-Kontea ta’ Onsong huwa faċilità ta’ detenzjoni fil-Provinċja ta’ Hamgyong tat-Tramuntana tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK). Il-faċilità hija ġestita mill-forza tal-pulizija ġenerali tar-RDPK, il-Ministeru għas-Sigurtà tal-Poplu (MPS), u għandha persunal minn uffiċjali tal-istat u uffiċjali korrettivi tal-MPS. Fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni tal-MSS tal-Kontea ta’ Onsong, it-tortura hija parti stabbilita tal-proċess ta’ interrogazzjoni, użata biex tiġi estratta konfessjoni sħiħa ta’ dawk detenuti arbitrarjament. Eżempji ta’ tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra jinkludu ċ-ċaħda fit-tul tal-ikel, il-ġuħ, iċ-ċaħda ta’ assistenza medika, in-nuqqas ta’ iġjene, it-tortura pożizzjonali. Id-detenuti fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni tal-MSS tal-Kontea ta’ Onsong huma wkoll soġġetti għal stupru u forom oħra ta’ vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, bħall-iskjavitù, it-tfittxijiet invażivi fil-ġisem, l-aborti furzati, u l-immirar sistematiku tal-kapaċità tan-nisa li jirriproduċu. Għaldaqstant, iċ-Ċentru ta’ Detenzjoni tal-MSS tal-Kontea ta’ Onsong huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, arrest jew detenzjoni arbitrarji, kif ukoll ksur serju ieħor tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika u mifruxa. |
22.7.2024 |
|
34. |
Sultan Sulaiman Shah Brigade magħrufa wkoll bħala Suleiman Shah Brigade |
فرقة السلطان سليمان شاه (Ortografija Għarbija) |
Individwu/i assoċjati: Muhammad Hussein al-Jasim |
Il-Brigata Sultan Sulaiman Shah hija milizzja armata maħluqa fl-2016, attiva fil-gwerra ċivili Sirjana. Twaqqfet fl-2016 f'Jarabulus minn Muhammad Hussein al-Jasim, magħruf ukoll bħala Abu Amsha u ssostni li għandha aktar minn 2 000 ġellied, prinċipalment Turkmeni. F'Marzu 2025, il-Brigata Sultan Sulaiman Shah, ħadet sehem fil-vjolenza fir-reġjun kostali tas-Sirja, billi qiegħdet fil-mira persuni ċivili u speċjalment il-komunità Alawita, inkluż billi wetqet qtil arbitrarju ta' persuni ċivili. Il-Brigata Sultan Sulaiman Shah hija għalhekk responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja, inkluż qtil arbitrarju ta' persuni ċivili. |
28.5.2025 |
|
35. |
The Hamza Division |
فرقة الحمزة (Ortografija Għarbija) |
Individwu/i assoċjati: Sayf Boulad Abu Bakr |
Id-Diviżjoni Hamza hija milizzja armata maħluqa fl-2016 u li topera fis-Sirja. Matul il-gwerra ċivili Sirjana, id-Diviżjoni Hamza kienet responsabbli għal bosta atti ta' tortura fiċ-ċentri ta' detenzjoni tagħha, għal estorsjoni u għal spostament furzat ta' persuni ċivili, speċjalment fir-reġjun ta' Afrin u Aleppo. F'Marzu 2025, id-Diviżjoni Hamza, taħt il-kmand ta' Sayf Boulad Abu Bakr, ħadet sehem fil-vjolenza fir-reġjun kostali tas-Sirja, billi qiegħdet fil-mira persuni ċivili u speċjalment il-komunità Alawita, inkluż billi wetqet qtil arbitrarju ta' persuni ċivili. Id-Diviżjoni Hamza hija għalhekk responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja, inkluż tortura u qtil arbitrarju. |
28.5.2025 |
|
36. |
The Sultan Murad Division |
فرقة السلطان مراد (Ortografija Għarbija) |
|
Id-Diviżjoni Sultan Murad hija milizzja armata stabbilita fl-2013 u li operat matul il-Gwerra Ċivili Sirjana. Id-Diviżjoni Sultan Murad hija affiljata mal-Armata Nazzjonali Sirjana (SNA) u tiddikjara li għandha bejn 5 000 u 10 000 ġellied. Qabel il-waqgħa tar-reġim tal-President al-Assad, id-Diviżjoni Sultan Murad ipparteċipat f'operazzjonijiet immirati kontra l-komunità Kurda tas-Sirja u l-Forzi Demokratiċi Sirjani, bl-użu ta' tortura, detenzjonijiet arbitrarji, għajbien furzat u trattament ħażin tal-priġunieri. Id-Diviżjoni Sultan Murad ipparteċipat ukoll f'operazzjonijiet militari barra mis-Sirja, inkluż fil-Libja, fir-reġjun ta' -Nagorno-Karabakh u fin-Niġer. F'Marzu 2025, id-Diviżjoni Sultan Murad, ħadet sehem fil-vjolenza fir-reġjun kostali tas-Sirja, billi qiegħdet fil-mira persuni ċivili u speċjalment il-komunità Alawita, inkluż billi wetqet trattament inuman u qtil arbitrarju ta' persuni ċivili. Id-Diviżjoni Sultan Murad hija għalhekk responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja, inkluż tortura, trattament inuman u qtil arbitrarju ta' persuni ċivili. |
28.5.2025 |
|
37. |
The Zindashti Network magħruf ukoll bħala Zindashti’s criminal network Zindashti criminal organisation |
|
Data tar-reġistrazzjoni: 18.8.1983 Post prinċipali ta’ attività: Iran, Türkiye, Europe Individwi assoċjati: Naji Ibrahim Sharifi-Zindashti, Reza Hamidiravari, Nihat Abdul Kadir Asan, Ekrem Abdulkerym Oztunc, Ali Esfanjani, Ali Kocak, Abdulvahap Kocak Entitajiet assoċjati oħra: Il-Ministeru għall-Intelligence u s-Sigurtà (MOIS) tal-Iran, l-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) |
Iz-Zindashti Network huwa grupp kriminali li wettaq bosta atti ta’ repressjoni tranżnazzjonali inkluż assassinji barra l-Iran. Iz-Zindashti Network huwa mmexxi mit-traffikant tan-narkotiċi Iranjan Naji Sharifi-Zindashti u huwa konness mal-Ministeru għall-Intelligence u s-Sigurtà (MOIS) tal-Iran, li huwa l-fergħa tal-gvern Iranjan inkarigat fost l-oħrajn mill-ħtif ta’ persuni kif ukoll mill-assassinju ta’ persuni kritiċi tal-azzjonijiet jew il-politiki tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, jew persuni meqjusa b’xi mod ieħor mir-Repubblika Iżlamika tal-Iran bħala avversarji tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Għalhekk, iz-Zindashti Network huwa responsabbli għal ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem barra l-Iran, b’mod partikolari, eżekuzzjonijiet u qtil extraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji u għajbien furzat ta’ persuni. |
15.7.2025 |
|
(*1)
L-Artikolu 4(-1) ma għandux japplika għall-entrati identifikati b’asterisk. |
|||||
( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).