02020D1515 — MT — 04.12.2023 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1515 tad-19 ta’ Ottubru 2020 (ĠU L 348 20.10.2020, p. 1) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1824 tat-18 ta’ Ottubru 2021 |
L 369 |
13 |
19.10.2021 |
|
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1964 tas-17 ta’ Ottubru 2022 |
L 270 |
66 |
18.10.2022 |
|
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2700 tal-4 ta’ Diċembru 2023 |
L |
1 |
5.12.2023 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1515
tad-19 ta’ Ottubru 2020
li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382
KAPITOLU I
Stabbiliment, missjoni, objettivi u kompiti
Artikolu 1
Stabbiliment
B'dan qed jiġi stabbilit Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (KESD).
Artikolu 2
Missjoni
Il-KESD għandu jipprovdi taħriġ u edukazzjoni fil-qasam tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) tal-Unjoni fil-kuntest usa' tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) fil-livell Ewropew sabiex jiġi żviluppat u promoss fehim komuni tal-PESK u tal-PSDK fost il-persunal ċivili u militari u biex jiġu identifikati u mxerrda l-aħjar prattiki fir-rigward ta' diversi kwistjonijiet tal-PESK u tal-PSDK, permezz tal-attivitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni tiegħu ("attivitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni tal-KESD").
Artikolu 3
Objettivi
Il-KESD għandu jkollu l-objettivi li ġejjin:
it-tisħiħ ulterjuri tal-kultura Ewropea komuni rigward is-sigurtà u d-difiża fl-Unjoni u l-promozzjoni tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 21(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) barra l-Unjoni;
il-promozzjoni ta' fehim aħjar tal-PSDK bħala parti essenzjali tal-PESK;
il-forniment lill-istanzi tal-Unjoni b'persunal kompetenti li jkun kapaċi jaħdem b'mod effiċjenti fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha relatati mal-PSDK fil-kuntest usa' tal-PESK;
il-forniment lill-amministrazzjonijiet u l-persunal tal-Istati Membri b'persunal kompetenti li jkun familjari mal-politika, l-istituzzjonijiet u l-proċeduri tal-Unjoni fil-qasam tal-PSDK;
il-forniment lill-persunal tal-Missjonijiet u tal-Operazzjonijiet tal-PSDK ta' fehim komuni tal-prinċipji ta' funzjonament tal-Missjonijiet u tal-Operazzjonijiet tal-PSDK u ta' sens ta' identità Ewropea komuni;
il-forniment ta' taħriġ u edukazzjoni li jwieġbu għall-ħtiġijiet edukattivi u ta' taħriġ tal-Missjonijiet u l-Operazzjonijiet tal-PSDK;
l-appoġġ għas-sħubiji tal-Unjoni fil-qasam tal-PSDK, b'mod partikolari s-sħubiji ma' dawk il-pajjiżi li jkunu qed jieħdu sehem fil-missjonijiet tal-PSDK;
l-appoġġ għall-maniġġar ċivili tal-kriżijiet inkluż fil-qasam tal-prevenzjoni ta' konflitti, u l-istabbiliment jew il-manteniment tal-kondizzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp sostenibbli;
il-promozzjoni tal-Inizjattiva Ewropea għall-Iskambju ta' Uffiċjali Żgħażagħ;
il-promozzjoni ta' riċerka fil-livell ta' PhD f'oqsma relatati mal-PSDK;
il-forniment lill-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri u tal-Unjoni b'persunal kompetenti familjari mal-politika, l-istituzzjonijiet, il-proċeduri u l-aħjar prattiki tal-Unjoni fil-qasam taċ-ċibersigurtà u d-difiża;
l-għajnuna għall-promozzjoni ta' relazzjonijiet u kuntatti professjonali fost il-parteċipanti tat-taħriġ u tal-edukazzjoni.
Fejn ikun il-każ, għandha tingħata attenzjoni biex tiġi żgurata l-konsistenza ma' attivitajiet oħra tal-Unjoni.
Artikolu 4
Kompiti tal-KESD
L-attivitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni tal-KESD għandhom jinkludu:
korsijiet ta' livell bażiku u avvanzat li jippromwovu fehim ġeneriku tal-PESK u tal-PSDK;
korsijiet li jiżviluppaw it-tmexxija;
korsijiet li jappoġġaw direttament il-Missjonijiet u l-Operazzjonijiet tal-PSDK, inkluż taħriġ u edukazzjoni ta' qabel l-iskjerament u matul il-missjonijiet jew l-operazzjonijiet;
korsijiet li jappoġġaw is-sħubiji tal-UE u l-pajjiżi li jkunu qed jieħdu sehem f'Missjonijiet u Operazzjonijiet tal-PSDK;
moduli li jappoġġaw taħriġ u edukazzjoni ċivili u militari fil-qasam tal-PSDK;
korsijiet, seminars, programmi u konferenza dwar il-PSDK għal udjenzi speċjalizzati jew b'enfasi speċifika;
moduli komuni organizzati taħt l-Inizjattiva Ewropea għall-Iskambju ta' Uffiċjali Żgħażagħ, ispirata mill-programm Erasmus;għalkemm formalment mhumiex attivitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni tal-KESD, il-KESD ser jappoġġa u jippromwovi wkoll is-semestri Ewropej u lawrji tal-masters konġunti bl-użu tal-moduli komuni msemmija f'dan il-punt;
korsijiet ta' sensibilizzazzjoni ċibernetika u korsijiet ta' livell avvanzat, inkluż b'appoġġ għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK;
korsijiet u seminars bl-għan li jappoġġaw ir-riċerka fil-livell ta' PhD permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki u esperjenza.
Għandhom isiru attivitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni oħra, kif deċiż mill-Kumitat ta' Tmexxija msemmi fl-Artikolu 9.
Minbarra l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-KESD għandu, b'mod partikolari:
jappoġġa r-relazzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti bejn l-istituti msemmija fl-Artikolu 5(1) involuti fin-network imsemmi f'dak il-paragrafu ("in-network");
imexxi u jiżviluppa ulterjorment sistema ta' tagħlim elettroniku biex tappoġġa l-attivitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni tal-PSDK jew biex, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, tintuża bħala attività ta' taħriġ u edukazzjoni awtonoma;
jiżviluppa u jipproduċi materjal edukattiv u ta' taħriġ fil-qasam tal-PSDK anki abbażi ta' materjal rilevanti li jkun diġà jeżisti;
jappoġġa Assoċjazzjoni tal-Alumni bejn parteċipanti preċedenti fit-taħriġ;
jappoġġa programmi ta' skambju fil-qasam tal-PSDK bejn l-istituti edukattivi u ta' taħriġ tal-Istati Membri;
jaġixxi bħala amministratur ta' kompartiment tal-modulu Schoolmaster tal-proġett Goalkeeper u jikkontribwixxi għall-Programm ta' Taħriġ annwali tal-Unjoni fil-PSDK permezz ta' dan il-modulu;
jaġixxi bħala amministratur tal-livell tal-Unjoni tal-pjattaforma CD-TXP għall-iskambju ta' opportunitajiet ta' taħriġ relatati maċ-ċibernetika;
jipprovdi appoġġ għall-ġestjoni tat-taħriġ u l-edukazzjoni fil-qasam tal-prevenzjoni ta' konflitti, il-maniġġar ċivili ta' kriżijiet, l-istabbiliment jew il-manteniment tal-kondizzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp sostenibbli u l-inizjattivi tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà, kif ukoll il-promozzjoni taċ-ċibersigurtà u s-sensibilizzazzjoni dwar it-theddid ibridu;
jorganizza u jmexxi konferenza annwali tan-network li tlaqqa' flimkien lill-esperti ċivili u militari tat-taħriġ u l-edukazzjoni fil-PESK u fil-PSDK mill-ministeri u mill-istituti ta' taħriġ u edukazzjoni tal-Istati Membri, u l-atturi rilevanti esterni tat-taħriġ u l-edukazzjoni skont il-każ;
iżomm relazzjonijiet mal-atturi rilevanti fil-qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja, fil-qasam tal-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni, u ma' Organizzazzjonijiet Internazzjonali rilevanti;
jappoġġa lill-Kumitat għall-Aspetti Ċivili tal-Maniġġar ta' Kriżijiet u l-Grupp ta' Taħriġ Ċivili tal-UE billi jamministra u jiġġestixxi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni relatati mal-attivitajiet tal-Koordinaturi Ċivili għat-Taħriġ;
jipparteċipa fil-laqgħat tal-gruppi ta' taħriġ ċivili u militari tal-Unjoni, jislet ir-rekwiżiti ta' taħriġ ċivili/militari mill-kontribut tagħhom u, waqt l-eżerċizzju annwali ta' prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet tal-KESD u fl-iżvilupp tal-kurrikuli tal-KESD, iqis ir-riżultati tal-analiżi tar-rekwiżiti; u
jelabora, iżomm u jippromwovi ulterjorment il-qafas ta' kwalifiki settorjali għall-uffiċjali militari.
KAPITOLU II
Organizzazzjoni
Artikolu 5
Netwerk
Il-KESD għandu jistabbilixxi rabtiet mill-qrib mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari ma', iżda mhux biss:
Artikolu 6
Ir-rwol tal-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà
Artikolu 7
Kapaċità legali
Il-KESD għandu jkollu l-kapaċità legali meħtieġa sabiex:
iwettaq il-kompiti tiegħu u jilħaq l-objettivi tiegħu;
jidħol fil-kuntratti u l-arranġamenti amministrattivi meħtieġa għall-funzjonament tiegħu, inkluż biex jimplimenta l-issekondar ta' persunal u jirrekluta persunal bil-kuntratt; jakkwista tagħmir, b'mod partikolari tagħmir għat-tagħlim;
ikollu kontijiet bankarji; u
jkun parti fi proċedimenti legali.
Artikolu 8
Struttura
L-istruttura li ġejja għandha tiġi stabbilita taħt il-KESD:
il-Kumitat ta' Tmexxija b'responsabbiltà għall-koordinazzjoni u d-direzzjoni ġenerali tal-attivitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni tal-KESD;
il-Bord Akkademiku Eżekuttiv ("il-Bord") b'responsabbiltà li jiżgura l-kwalità u l-koerenza tal-attivitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni tal-KESD;
il-Kap tal-KESD ("il-Kap"), rappreżentant legali uniku tal-KESD, b'responsabbiltà għall-ġestjoni finanzjarja u amministrattiva tal-KESD, kif ukoll li jagħti pariri lill-Kumitat ta' Tmexxija u lill-Bord dwar l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-attivitajiet tal-KESD;
is-Segretarjat tal-KESD ("is-Segretarjat") li għandu jassisti lill-Kap fit-twettiq tal-kompiti tal-Kap u b'mod partikolari jassisti lill-Bord biex jiżgura l-kwalità u l-koerenza ġenerali tal-attivitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni tal-KESD.
Artikolu 9
Kumitat ta' Tmexxija
Il-kompiti tal-Kumitat ta' mexxija għandhom ikunu li:
japprova u jwettaq rieżami regolari tal-attivitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni tal-KESD b'riflessjoni tal-ħtiġijiet miftiehma ta' taħriġ u edukazzjoni tal-PSDK;
japprova l-programm akkademiku annwali tal-KESD;
jagħżel u jipprijoritizza l-attivitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni li jsiru taħt il-KESD, filwaqt li jqis ir-riżorsi mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-KESD u l-ħtiġijiet ta' taħriġ u edukazzjoni identifikati;
jagħżel l-Istat Membru jew l-Istati Membri li jospitaw l-attivitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni tal-KESD u l-istituti li jwettquhom;
jiddeċiedi dwar il-ftuħ ta' attivitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni speċifiċi tal-KESD għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi terzi fil-qafas politiku ġenerali stabbilit mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà;
jadotta l-kurrikuli għall-attivitajiet kollha ta' taħriġ u edukazzjoni tal-KESD;
jieħu nota tar-rapporti ta' evalwazzjoni tal-korsijiet;
jieħu nota tar-rapport annwali ġenerali dwar l-attivitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni tal-KESD u jadotta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, li għandhom jintbagħtu lill-korpi rilevanti tal-Kunsill;
jipprovdi gwida ġenerali għall-ħidma tal-Bord;
jaħtar lill-Presidenti tal-Bord u l-konfigurazzjonijiet differenti tiegħu;
jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa fir-rigward tal-funzjonament tal-KESD sa fejn dawn ma jkunux attribwiti lil korpi oħra;
japprova l-baġit annwali u kwalunkwe baġit emendatorju, filwaqt li jaġixxi fuq proposti mill-Kap;
japprova l-kontijiet annwali u jagħti kwittanza lill-Kap;
japprova regoli addizzjonali applikabbli għan-nefqa ġestita mill-KESD;
japprova kwalunkwe ftehim ta' finanzjament u/jew arranġament tekniku mal-Kummissjoni, is-SEAE, Aġenzija tal-Unjoni jew Stat Membru dwar il-finanzjament u/jew l-implimentazzjoni tan-nefqa tal-KESD;
jikkontribwixxi għall-proċess tal-għażla tal-Kap kif definit fl-Artikolu 11(3);
jevalwa l-prestazzjoni tal-kompiti tiegħu jew tagħha mill-Kap fir-rigward tal-estensjoni potenzjali tal-mandat tiegħu jew tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 11(4).
Artikolu 10
Bord Akkademiku Eżekuttiv
Il-kompiti tal-Bord għandhom ikunu li:
jipprovdi pariri u rakkomandazzjonijiet akkademiċi lill-Kumitat ta' Tmexxija;
jimplimenta, permezz tan-network, il-programm akkademiku annwali miftiehem;
jissorvelja s-sistema tat-tagħlim elettroniku;
jiżviluppa kurrikuli għall-attivitajiet kollha ta' taħriġ u edukazzjoni tal-KESD;
jiżgura koordinazzjoni ġenerali tal-attivitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni tal-KESD fost l-istituti kollha;
jirrieżamina l-istandards tal-attivitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni mwettqa fis-sena akkademika preċedenti;
iressaq proposti lill-Kumitat ta' Tmexxija għal attivitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni fis-sena akkademika li jkun imiss;
jiżgura evalwazzjoni sistematika tal-attivitajiet kollha ta' taħriġ u edukazzjoni tal-KESD u japprova r-rapporti ta' evalwazzjoni tal-korsijiet;
jikkontribwixxi għall-abbozz tar-rapport annwali ġenerali dwar l-attivitajiet tal-KESD;
jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Ewropea għall-Iskambju ta' Uffiċjali Żgħażagħ, ispirata mill-programm Erasmus.
Artikolu 11
Kap tal-KESD
Il-Kap għandu:
ikun responsabbli mill-attivitajiet tal-KESD;
ikun ir-rappreżentant legali uniku tal-KESD;
ikun responsabbli għall-ġestjoni finanzjarja u amministrattiva tal-KESD;
jagħti pariri lill-Kumitat ta' Tmexxija u lill-Bord u jappoġġa l-ħidma tagħhom; u
jaġixxi bħala r-rappreżentant tal-KESD għall-attivitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni fin-network u barra minnu.
Il-kompiti tal-Kap għandhom ikunu, b'mod partikolari, li:
jieħu l-passi kollha meħtieġa, inkluż l-adozzjoni ta' struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' avviżi, biex jiżgura li l-attivitajiet tal-KESD jiffunzjonaw b'mod effettiv;
ifassal l-abbozz preliminari tar-rapport annwali tal-KESD u l-abbozz preliminari tal-programm ta' ħidma tiegħu li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kumitat ta' Tmexxija abbażi tal-proposti ppreżentati mill-Bord;
jikkoordina l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tal-KESD;
iżomm kuntatti mal-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri;
iżomm kuntatti mal-atturi ta' taħriġ u edukazzjoni esterni rilevanti fil-qasam tal-PESK u tal-PSDK;
jikkonkludi, fejn ikun meħtieġ, arranġamenti tekniċi dwar attivitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni tal-KESD mal-awtoritajiet u l-atturi rilevanti ta' taħriġ u edukazzjoni fil-qasam tal-PESK u tal-PSDK;
iwettaq kwalunkwe kompitu ieħor assenjat lilu jew lilha mill-Kumitat.
Il-Kap għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni finanzjarja u amministrattiva tal-KESD, u b'mod partikolari għandu:
ifassal u jippreżenta lill-Kumitat ta' Tmexxija kwalunkwe abbozz ta' baġit;
jadotta l-baġits wara li jiġu approvati mill-Kumitat ta' Tmexxija;
ikun l-uffiċjal li jawtorizza l-baġit tal-KESD;
jiftaħ kont bankarju wieħed jew aktar f'isem il-KESD;
jinnegozja, jippreżenta lill-Kumitat ta' Tmexxija u jikkonkludi kwalunkwe ftehim ta' finanzjament u/jew arranġament tekniku mal-Kummissjoni, is-SEAE jew Stat Membru dwar il-finanzjament u/jew l-implimentazzjoni tan-nefqa tal-KESD;
jagħżel il-persunal tas-Segretarjat, bl-għajnuna ta' bord tas-selezzjoni;
jinnegozja u jiffirma f'isem il-KESD kwalunkwe Skambju ta' Ittri għall-issekondar ta' persunal tas-Segretarjat lill-KESD;
jinnegozja u jiffirma f'isem il-KESD kwalunkwe kuntratt ta' impjieg għall-persunal imħallas mill-baġit tal-KESD;
b'mod ġenerali, jirrappreżenta lill-KESD għall-finijiet ta' kull att legali b'implikazzjonijiet finanzjarji;
jippreżenta lill-Kumitat ta' Tmexxija l-kontijiet annwali tal-KESD.
Artikolu 12
Segretarjat tal-KESD
Artikolu 13
Persunal tal-KESD
Il-persunal tal-KESD għandu jkun magħmul minn:
persunal issekondat lill-KESD mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, is-SEAE u l-aġenziji tal-Unjoni;
esperti nazzjonali ssekondati lill-KESD mill-Istati Membri;
persunal ikkuntrattat meta l-ebda espert nazzjonali ma jkun ġie identifikat u wara l-approvazzjoni mill-Kumitat ta' Tmexxija.
KAPITOLU III
Finanzjament
Artikolu 14
Kontribuzzjonijiet in natura għall-attivitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni
Artikolu 15
Appoġġ mis-SEAE
Artikolu 16
Kontribuzzjoni mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea
Il-KESD għandu jirċievi kontribuzzjoni annwali jew pluriennali mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Dik il-kontribuzzjoni tista’ tkopri, b’mod partikolari, l-ispejjeż ta’:
l-appoġġ għall-attivitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni;
esperti nazzjonali ssekondati mill-Istati Membri mal-KESD;
sa erba’ membri tal-persunal kuntrattwali impjegati mill-KESD jew issekondati mis-SEAE mal-KESD, fuq talba tal-Kap tal-KESD u soġġett għall-approvazzjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-KESD; għall-fini tal-issekondar tiegħu lill-KESD, il-persunal kuntrattwali ssekondat mis-SEAE għandu jkun impjegat skont il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68.
L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-KESD matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024 għandu jkun ta’ EUR 2 933 304,01 .
L-ammont ta’ referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa tal-KESD għal perjodi sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.
Wara d-deċiżjoni mill-Kunsill imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, għandu jiġi konkluż ftehim ta’ finanzjament bejn il-KESD u l-Kummissjoni.
Artikolu 17
Kontribuzzjonijiet volontarji
Artikolu 18
Implimentazzjoni tal-proġetti
Artikolu 19
Regoli finanzjarji
Ir-Regoli Finanzjarji għandhom japplikaw għan-nefqa ffinanzjata mill-KESD u għall-finanzjament ta' tali nefqa.
KAPITOLU IV
Dispożizzjonijiet varji
Artikolu 20
Parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni tal-KESD
Rappreżentanti ta', fost oħrajn, organizzazzjonijiet internazzjonali, organizzazzjonijiet nongovernattivi, istituzzjonijiet akkademiċi u l-media, kif ukoll membri tal-komunità kummerċjali, jistgħu jkunu mistiedna jieħdu sehem fl-attivitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni tal-KESD.
Artikolu 21
Kooperazzjoni
Il-KESD għandu jikkoopera ma' u juża l-ħila esperta tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u atturi rilevanti oħrajn, bħalma huma l-istituti edukattivi u tat-taħriġ nazzjonali ta' Stati terzi, b'mod partikolari, iżda mhux biss, dawk imsemmija fl-Artikolu 5(2).
Artikolu 22
Regolamenti tas-sigurtà
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE ( 2 ) għandha tapplika għall-KESD.
KAPITOLU V
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 23
Kontinwità
Ir-regoli u r-regolamenti adottati għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 għandhom jibqgħu fis-seħħ għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni sa fejn ikunu kompatibbli ma' din id-Deċiżjoni u sakemm jiġu emendati jew jitħassru.
Artikolu 24
Tħassir
Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 hija b'dan imħassra.
Artikolu 25
Rieżami
Artikolu 26
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni.
Artikolu 27
Pubblikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS
REGOLI FINANZJARJI APPLIKABBLI GĦAN-NEFQA FFINANZJATA MILL-KESD U GĦALL-FINANZJAMENT TAN-NEFQA TAL-KESD
Artikolu 1
Prinċipji baġitarji
Artikolu 2
Adozzjoni tal-baġits
Artikolu 3
Trasferimenti tal-approprjazzjonijiet
Fil-każ ta' ċirkostanzi mhux previsti, it-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet bejn il-linji baġitarji jew intestaturi baġitarji tal-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 16, li ma jaqbżux il-25 % ta' dawk il-linji jew l-intestaturi baġitarji, jistgħu jiġu deċiżi mill-Kap, li għandu jżomm lill-Kumitat ta' Tmexxija infurmat dwar tali trasferimenti. Trasferimenti ta' approprjazzjonijiet bejn il-linji jew l-intestaturi baġitarji li jaqbżu l-25 % tal-linji jew l-intestaturi baġitarji għandhom jiġu ppreżentati lill-Kumitat ta' Tmexxija f'baġit emendatorju tal-KESD għall-approvazzjoni.
Artikolu 4
Riporti ta' approprjazzjonijiet
Artikolu 5
Implimentazzjoni tal-baġit u ġestjoni tal-persunal
Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu u l-ġestjoni tal-persunal tiegħu, il-KESD għandu juża l-istrutturi amministrattivi eżistenti tal-Unjoni, b'mod partikolari s-SEAE, sal-massimu possibbli.
Artikolu 6
Kontijiet bankarji
Artikolu 7
Pagamenti
Kwalunkwe pagament minn kont bankarju tal-KESD għandu jirrikjedi l-firma konġunta tal-Kap u ta' membru ieħor tal-persunal tal-KESD.
Artikolu 8
Kontabilità
Artikolu 9
Awditjar
Artikolu 10
Kwittanza
( 1 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
( 2 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).