02020D0440 — MT — 04.08.2020 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI (UE) 2020/440 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-24 ta’ Marzu 2020

dwar programm temporanju ta' xiri ta' emerġenza fil-każ ta’ pandemija (BĊE/2020/17)

(ĠU L 091 25.3.2020, p. 1)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI (UE) 2020/1143 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-28 ta’ Lulju 2020

  L 248

24

31.7.2020




▼B

DEĊIŻJONI (UE) 2020/440 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-24 ta’ Marzu 2020

dwar programm temporanju ta' xiri ta' emerġenza fil-każ ta’ pandemija (BĊE/2020/17)



Artikolu 1

Stabbiliment u kamp ta' applikazzjoni tal-PEPP

▼M1

1.  L-Eurosistema bil-preżenti tistabbilixxi l-programm temporanju ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (“PEPP”) bħala programm ta’ xiri separat. L-envelopp ġenerali tal-PEPP huwa ta’ EUR 1 350 biljun. Il-pagamenti prinċipali li jimmaturaw minn titoli mixtrija taħt il-PEPP għandhom jiġu investiti mill-ġdid fix-xiri ta’ titoli ta’ dejn negozjabbli eliġibbli ta’ mill-inqas sat-tmiem tal-2022. Fi kwalunkwe każ, ir-roll-off futur tal-portafoll tal-PEPP għandu jiġi mmaniġġjat b’tali mod li tiġi evitata interferenza mal-pożizzjoni monetarja xierqa..

▼B

2.  Taħt il-PEPP, il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom, ħlief kif ipprovdut espliċitament mod ieħor f’din id-Deċiżjoni, jixtru:

(a) 

Titoli ta' dejn negozjabbli eliġibbli fit-tifsira ta', u skont, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni (UE) 2020/188 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/9);

(b) 

bonds korporattivi eliġibbli u strumenti ta’ dejn negozjabbli oħra fit-tifsira ta', u skont, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni (UE) 2016/948 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/16) ( 1 );

(c) 

bonds koperti eliġibbli fit-tifsira ta’, u skont, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni (UE) 2020/187 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/8) ( 2 );

(d) 

titoli ggarantiti minn assi eliġibbli (ABS) fis-sens ta', u skont, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni (UE) 2015/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/45) ( 3 )

Artikolu 2

Maturità ta’ titoli ta’ dejn pubbliku negozjabbli

Sabiex ikunu eliġibbli għax-xiri skont il-PEPP, it-titoli ta’ dejn negozjabbli, fit-tifsira tal-Artikolu 1(2)(a), għandu jkollhom maturità rimanenti minima ta’ 70 jum u maturità rimanenti massima ta’ 30 sena fiż-żmien tax-xiri tagħhom mill-bank ċentrali rilevanti tal-Eurosistema. Sabiex tiġi ffaċilitata implimentazzjoni bla xkiel, l-istrumenti ta’ dejn negozjabbli b’maturità rimanenti ta’ 30 sena u 364 jum għandhom ikunu eliġibbli taħt il-PEPP.

Artikolu 3

Rinunzja għal titoli ta’ dejn negozjabbli maħruġin mir-Repubblika Ellenika

Minkejja r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni (UE) 2020/188 (BĊE/2020/9), titoli ta' dejn negozjabbli denominati f'euro maħruġin mill-gvern ċentrali tar-Repubblika Ellenika għandhom ikunu eliġibbli għal xiri taħt il-PEPP, sakemm ikunu konformi mal-kriterji tax-xiri kif stabbilit fl-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni (UE) 2020/188 (BĊE/2020/9).

Artikolu 4

Ammont ta’ xiri

Ix-xiri għandu jsir taħt il-PEPP sa fejn ikun meqjus meħtieġ u b’mod proporzjonat sabiex jiġi miġġieled it-theddid maħluq mill-kundizzjonijiet ekonomiċi u tas-suq straordinarji għall-kapaċità tal-Eurosistema li tissodisfa l-mandat tagħha. Sabiex tiġi ffaċilitata l-effettività ta' din id-deċiżjoni eċċezzjonali, il-konsolidazzjoni ta' parteċipazzjonijiet skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/188 (BĊE/2020/9) ma għandhiex tapplika għal parteċipazzjonijiet tal-PEPP.

Artikolu 5

Allokazzjoni ta’ portafolli

1.  L-allokazzjoni ta’ xiri nett kumulattiv ta’ titoli ta’ dejn negozjabbli maħruġa minn gvernijiet ċentrali, reġjonali jew lokali eliġibbli u aġenziji rikonoxxuti fost ġurisdizzjonijiet eliġibbli taż-żona tal-euro għandhom ikomplu jiġu ggwidati, fuq bażi ta’ stokk, mis-sottoskrizzjoni tal-BĊNi rispettivi lill-kapital tal-BĊE kif imsemmi fl-Artikolu 29 tal-Istatut tas-SEBĊ.

2.  Ix-xiri taħt il-PEPP għandu jsir b'mod flessibbli li jippermetti varjazzjonijiet fid-distribuzzjoni tal-flussi tax-xiri matul iż-żmien, fost il-klassijiet tal-assi u fost il-ġurisdizzjonijiet.

▼M1

3.  Il-Kunsill Governattiv jiddelega lill-Bord Eżekuttiv is-setgħa li jiffissa r-ritmu xieraq u l-kompożizzjoni tax-xirjiet mensili tal-PEPP fi ħdan l-envelopp ġenerali u totali ta’ EUR 1 350 biljun. B’mod partikolari, l-allokazzjoni tax-xiri tista’ tiġi aġġustata taħt il-PEPP biex tippermetti varjazzjonijiet fid-distribuzzjonijiet tal-flussi tax-xiri, maż-żmien, bejn klassijiet ta’ assi u fost il-ġurisdizzjonijiet.

▼B

Artikolu 6

Trasparenza

1.  L-Eurosistema għandha tippubblika, fuq bażi ta’ kull ġimgħa, il-valur kontabbli aggregat tat-titoli miżmuma taħt il-PEPP fil-kummentarju tar-rendikont finanzjarju kkonsolidat tagħha ta’ kull ġimgħa.

2.  L-Eurosistema għandha tippubblika, fuq bażi ta’ kull xahar, ix-xiri nett ta’ kull xahar u x-xiri nett kumulattiv.

3.  Il-valur kontabbli ta’ titoli miżmuma taħt il-PEPP għandu jiġi ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fit-taqsima dwar l-operazzjonijiet tas-suq miftuħ fuq bażi ta’ kull ġimgħa.

Artikolu 7

Self ta’ titoli

L-Eurosistema għandha tagħmel it-titoli mixtrijin taħt il-PEPP, inklużi riakkwisti, disponibbli għas-self sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-PEPP.

Artikolu 8

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.



( 1 ) Id-Deċiżjoni (UE) 2016/948 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2016/16) (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 28).

( 2 ) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/187 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Frar 2020 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (BĊE/2020/8),(ĠU L 39, 12.2.2020, p. 6).

( 3 ) Id-Deċiżjoni (UE) 2015/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ xiri ta’ titoli ggarantiti minn assi (BĊE/2014/45) (ĠU L 1, 6.1.2015, p. 4).