02019R2018 — MT — 01.03.2021 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2018

tal-11 ta’ Marzu 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 315 5.12.2019, p. 155)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/340 tas-17 ta’ Diċembru 2020

  L 68

62

26.2.2021


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 317, 1.10.2020, p.  39 (2019/2018)




▼B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2018

tal-11 ta’ Marzu 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett u ambitu

1.  
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għat-tikkettar u l-forniment ta’ informazzjoni supplimentari dwar apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jaħdem bil-mejns tal-elettriku, inkluż apparat li jinbiegħ għar-refriġerazzjoni ta’ oġġetti oħra għajr oġġetti tal-ikel.
2.  

Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a) 

apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jaħdem biss b’sorsi ta’ enerġija oħra għajr l-elettriku;

(b) 

apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li ma jużax ċiklu tar-refriġerazzjoni bil-kompressjoni tal-fwar;

(c) 

il-komponenti remoti, bħall-unità ta’ kondensazzjoni, il-kumpressuri jew l-unità ta’ kondensazzjoni tal-ilma, li biex jiffunzjonaw għandu jitqabbad magħhom kabinett remot;

(d) 

apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jwettaq l-ipproċessar ta’ ikel;

(e) 

apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ittestjat u approvat b’mod speċifiku għall-ħżin ta’ mediċini jew ta’ kampjuni xjentifiċi;

(f) 

apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għall-bejgħ u l-wiri ta’ oġġetti tal-ikel ħajjin, bħal pereżempju apparat refriġeranti għall-bejgħ u l-wiri ta’ ħut u frott tal-baħar ħaj, u akkwarji u tankijiet refriġerati;

(g) 

friġġijiet għall-insalata (saladettes);

(h) 

kabinetti orizzontali b’bank biex jisserva l-ikel (horizontal serve-over counters) bi ħżin integrat, iddisinjati biex jaħdmu f’temperaturi operattivi mkessħa;

(i) 

apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett mingħajr l-ebda sistema integrata għall-produzzjoni tat-tkessiħ, u li jaħdem billi jiċċirkola l-arja mkessħa prodotta minn unità esterna tat-tkessiħ tal-arja; dan ma jinkludix il-kabinetti remoti u lanqas ma jinkludi magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati tal-kategorija 6, kif definit fit-Tabella 4 tal-Anness IV;

▼M1

(j) 

kabinetti għar-rokna/ittundjati u karusell;

▼B

(k) 

magni tal-bejgħ maħsuba biex jaħdmu f’temperaturi tal-friża operattivi;

(l) 

kabinetti orizzontali b’bank biex jisserva l-ħut, bil-frak tas-silġ;

(m) 

kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali, kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta’ kondensazzjoni u chillers tal-proċess kif definiti fir-Regolament (UE) 2015/1095;

(n) 

apparat għall-ħżin tal-inbid u minibars.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. 

“apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett” tfisser kabinett iżolat, b’kompartiment wieħed jew aktar li huma kkontrollati f’temperaturi speċifiċi, imkessaħ bil-konvezzjoni naturali jew sfurzata b’mezz wieħed jew aktar ta’ konsum tal-enerġija u li huwa maħsub għall-wiri u l-bejgħ lill-klijenti ta’ oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra, bi jew mingħajr servizz assistit, b’temperaturi speċifiċi aktar baxxi mit-temperatura ambjentali, aċċessibbli direttament permezz ta’ ġnub miftuħa jew permezz ta’ bieba waħda jew aktar, jew it-tnejn, u/jew kxaxen, inkluż apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’partijiet użati għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra mhux aċċessibbli mill-klijienti, bl-esklużjoni tal-minibars u tal-apparat għall-ħżin tal-inbid;

2. 

“oġġetti tal-ikel” tfisser ikel, ingredjenti, xorb inkluż inbid u oġġetti oħra użati primarjament għall-konsum li jirrikjedu refriġerazzjoni f’temperaturi speċifikati;

3. 

“unità ta’ kondensazzjoni” tfisser prodott li jinkludi tal-anqas kompressur wieħed li jaħdem bl-elettriku u kondensatur wieħed li kapaċi jkessaħ u b’mod kontinwu jżomm temperatura baxxa jew medja f’apparat jew sistema ta’ refriġerazzjoni, li juża ċiklu ta’ kompressjoni tal-fwar ladarba jkun imqabbad ma’ evaporatur u ma’ tagħmir ta’ espansjoni, kif definit fir-Regolament (UE) 2015/1095;

4. 

“kabinett remot” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jikkonsisti minn assemblaġġ ta’ komponenti tal-fabbrika li sabiex jiffunzjona bħala apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett irid ikun imqabbad ukoll ma’ komponenti remoti (unità ta’ kondensazzjoni u/jew kumpressur u/jew unità ta’ kondensazzjoni tal-ilma) li mhumiex parti integrali mill-kabinett;

5. 

“apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jwettaq l-ipproċessar ta’ ikel” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li huwa ttestjat b’mod speċifiku u approvat għat-twettiq ta’ pproċessar tal-ikel, bħall-magni tal-ġelat jew magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati mgħammra b’microwave, jew magni li jipproduċu s-silġ; dan ma jinkludix apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett mgħammar b’kompartiment wieħed iddisinjat b’mod speċifiku għat-twettiq ta’ pproċessar tal-ikel, li jkun ekwivalenti għal inqas minn 20 % tal-volum nett totali tal-apparat;

6. 

“volum nett” tfisser il-parti tal-volum gross ta’ kwalunkwe kompartiment li jkun baqa’ wara li jitnaqqas il-volum tal-komponenti u tal-ispazji li ma jistgħux jintużaw għall-ħżin jew il-wiri ta’ oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra, f’deċimetri kubi (dm3) jew f’litri (L);

7. 

“volum gross” tfisser il-volum ġewwa l-kisjiet interni tal-kompartiment, mingħajr aċċessorji interni u bil-bibien jew l-għotjien magħluqa, f’deċimetri kubi (dm3) jew f’litri (L);

8. 

“ittestjat u approvat b’mod speċifiku” tfisser li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) 

ġie ddisinjat u ttestjat b’mod speċifiku għall-kundizzjoni jew l-applikazzjoni operattiva msemmija, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni msemmija jew l-atti relatati, skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Istati Membri, u/jew skont l-istandards Ewropej jew internazzjonali rilevanti;

(b) 

huwa akkumpanjat minn evidenza, li trid tiġi inkluża fid-dokumentazzjoni teknika, fil-forma ta’ ċertifikat, marka ta’ approvazzjoni tat-tip jew rapport tat-test, li turi li l-prodott ġie approvat b’mod speċifiku għall-kundizzjoni jew l-applikazzjoni operattiva msemmija;

(c) 

jitqiegħed fis-suq b’mod speċifiku għall-kundizzjoni jew l-applikazzjoni operattiva msemmija, kif evidenzjat tal-anqas mid-dokumentazzjoni teknika, mill-informazzjoni pprovduta għall-prodott u minn kwalunkwe materjal ta’ reklamar jew ta’ kummerċjalizzazzjoni;

9. 

“saladette” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’bieba waħda jew aktar jew b’kexxun wieħed jew aktar vertikali b’fetħiet fil-wiċċ ta’ fuq li minnhom jistgħu jiddaħħlu temporanjament kontenituri għall-ħżin b’aċċess faċli ta’ oġġetti tal-ikel bħal ingredjenti għall-mili tal-pizez jew oġġetti tal-ikel għal mal-insalata;

10. 

“kabinett orizzontali b’bank għall-qadi bi ħżin integrat” (horizontal serve-over counter with integrated storage) tfisser kabinett orizzontali għal servizz b’assistenza, li jinkludi ħżin refriġerat ta’ mill-inqas 100 litru (L) għal kull metru (m) ta’ tul u li normalment jitqiegħed fil-bażi tal-bank għall-qadi;

11. 

“kabinett orizzontali” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’żona orizzontali għall-wiri, li jinfetaħ minn fuq u huwa aċċessibbli min-naħa ta’ fuq;

12. 

“temperatura operattiva mkessħa” tfisser temperatura bejn -3,5 gradi Celsius (°C) u 15-il grad Celsius (°C) għal apparat mgħammar b’sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija għall-iffrankar tal-enerġija u bejn -3,5 gradi Celsius (°C) u 10 gradi Celsius (°C) għal apparat mhux mgħammar b’sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija għall-iffrankar tal-enerġija;

13. 

“temperatura tat-tħaddim” tfisser it-temperatura ta’ referenza ġewwa l-kompartiment waqt l-ittestjar;

14. 

“magna tal-bejgħ awtomatika refriġerata” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett iddisinjata biex taċċetta ħlas jew tokens mill-konsumaturi u li tiddistribwixxi oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra mkessħin mingħajr intervent fuq il-post;

▼M1

15. 

“kabinett għar-rokna/ittundjat” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jintuża biex tinkiseb kontinwità ġeometrika bejn żewġ kabinetti lineari li jinsabu f’angolu ma’ xulxin u/jew li jiffurmaw kurva. Il-kabinett għar-rokna/ittundjat ma għandux assi lonġitudinali jew tul rikonoxxibbli peress li jikkonsisti biss minn forma ta’ mili (feles jew simili) u mhuwiex iddisinjat biex jiffunzjona bħala unità refriġerata awtonoma. Iż-żewġt itruf tal-kabinett għar-rokna/ittundjat huma inklinati f’angolu ta’ bejn 30 ° u 90 °;

▼B

16. 

“temperatura tal-friża operattiva” tfisser temperatura taħt -12-il grad Celsius (°C);

17. 

“kabinett orizzontali b’bank biex jisserva l-ħut, bil-frak tas-silġ” tfisser kabinett orizzontali għal servizz b’assistenza, iddisinjat u kkummerċjalizzat b’mod speċifiku għall-wiri ta’ ħut frisk. Huwa kkaratterizzat mill-preżenza, fuq il-wiċċ ta’ fuq tiegħu, ta’ saff frak tas-silġ li jintuża biex it-temperatura tal-ħut tinżamm kostanti, u mill-preżenza ta’ fetħa għall-iskular;

18. 

“apparat għall-ħżin tal-inbid” tfisser apparat refriġeranti b’tip wieħed biss ta’ kompartiment għall-ħżin tal-inbid, b’kontroll preċiż tat-temperatura għall-kundizzjonijiet ta’ ħżin u tat-temperatura mira, u mgħammar b’mezzi kontra l-vibrazzjonijiet kif definit fir-Regolament Delegat (UE) 2019/2016;

19. 

“kompartiment” tfisser spazju magħluq f’apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, li jkun direttament aċċessibbli minn bieba esterna waħda jew aktar u li jkun diviż minn subkompartiment ieħor/subkompartimenti oħra permezz ta’ diviżjoni, kontenitur jew kostruzzjoni simili, u li hu stess jista’ jkun diviż f’subkompartimenti. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, “kompartiment” tirreferi kemm għall-kompartimenti kif ukoll għas-subkompartimenti;

20. 

“bieba esterna” hija l-parti tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li tista’ tiġi spostjata jew titneħħa biex tal-inqas tippermetti li t-tagħbija tiddaħħal minn barra għal ġewwa jew li t-tagħbija tinħareġ minn ġewwa għal barra tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett;

21. 

“subkompartiment” tfisser spazju magħluq f’kompartiment, li jkollu medda tat-temperatura operattiva differenti minn dik tal-kompartiment li jifforma parti minnu;

22. 

“minibar” tfisser apparat refriġeranti b’volum totali ta’ mhux aktar minn 60 litru, maħsub primarjament għall-ħżin u l-bejgħ ta’ oġġetti tal-ikel fi kmamar ta’ lukandi u ta’ stabbilimenti simili, kif definit fir-Regolament Delegat (UE) 2019/2016;

23. 

“punt tal-bejgħ” tfisser il-post fejn l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett jitpoġġa għall-wiri jew jiġi offrut għall-bejgħ, għall-kiri jew biex jinxtara bin-nifs;

24. 

“indiċi tal-effiċjenza enerġetika” (EEI) tfisser numru tal-indiċi għall-effiċjenza enerġetika relattiva ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett espress bħala perċentwali (%), ikkalkulat skont il-punt 2 tal-Anness IV;

▼M1

25. 

“kabinett karusell” tfisser kabinett tas-supermarket tond/ċirkolari, li jista’ jiġi installat bħala unità awtonoma jew bħala unità li tgħaqqad żewġ kabinetti lineari tas-supermarket. Il-kabinetti karusell jistgħu wkoll ikunu mgħammra b’sistema ta’ tidwir li tippermetti li l-oġġetti tal-ikel ta’ ġo fihom ikunu jistgħu jintwerew fuq 360°.

26. 

“kabinett tas-supermarket” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett maħsub għall-bejgħ u l-wiri tal-oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra f’applikazzjonijiet ta’ bejgħ bl-imnut, bħal pereżempju fis-supermarkets. Il-coolers tax-xarbiet, il-magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati, il-kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat u l-freezers tal-ġelat ma jitqisux bħala kabinetti tas-supermarket.

▼B

Artikolu 3

Obbligi tal-fornituri

1.  

Il-fornituri għandhom jiżguraw li:

(a) 

kull apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ikollu miegħu tikketta stampata fil-format stabbilit fl-Anness III;

▼M1

(b) 

il-valuri tal-parametri inklużi fl-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott, kif stipulat fl-Anness V, jiddaħħlu fil-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodotti;

▼B

(c) 

jekk speċifikament rikjest min-negozjant, l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott tkun disponibbli fil-forma stampata;

(d) 

il-kontenut tal-dokumentazzjoni teknika, stabbilit fl-Anness VI, jiddaħħal fil-bażi tad-data tal-prodott;

(e) 

kwalunkwe reklamar viżiv għal mudell speċifiku ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ikollu l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, f’konformità mal-Anness VII;

(f) 

kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku jew materjal promozzjonali li jikkonċerna mudell speċifiku ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, inkluż materjal promozzjonali tekniku jew materjal promozzjonali ieħor fuq l-Internet, jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, skont l-Anness VII u l-Anness VIII;

(g) 

tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fl-Anness III tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett;

(h) 

skeda elettronika tal-informazzjoni dwar il-prodott kif stabbilit fl-Anness V tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett.

2.  
Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għanda tkun ibbażata fuq l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika li jiġi kkalkulat skont l-Anness II.

Artikolu 4

Obbligi għan-negozjanti

In-negozjanti għandhom jiżguraw li:

(a) 

kull apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, fil-punt tal-bejgħ tal-apparat, inkluż fil-fieri kummerċjali, ikollu t-tikketta mogħtija mill-fornituri skont il-punt 1(a) tal-Artikolu 3, u li għall-apparat inkorporat t-tikketta tintwera b’tali mod li tkun viżibbli b’mod ċar, u għall-apparat refriġeranti l-ieħor kollu b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’tali mod li tkun viżibbli b’mod ċar fuq in-naħa ta’ barra ta’ quddiem jew ta’ fuq tal-apparat refriġeranti;

(b) 

fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, it-tikketta u l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott jingħataw skont l-Annessi VII u VIII;

(c) 

kwalunkwe reklamar viżiv għal mudell speċifiku ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, inkluż fuq l-Internet, ikollu l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, skont l-Anness VII u l-Anness VIII;

(d) 

kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku jew materjal promozzjonali li jikkonċerna mudell speċifiku ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, inkluż materjal promozzjonali tekniku jew materjal promozzjonali ieħor fuq l-Internet, li jiddeskrivi l-parametri tekniċi tiegħu u jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, skont l-Anness VII u l-Anness VIII.

Artikolu 5

Obbligi fuq il-pjattaformi ta’ hosting tal-Internet

Meta fornitur ta’ servizzi ta’ hosting kif imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE jippermetti l-bejgħ ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett fuq is-sit tal-Internet tiegħu, il-fornitur ta’ servizzi għandu jippermetti l-wiri tat-tikketta elettronika u tal-iskeda elettronika tal-informazzjoni dwar il-prodott mogħtija min-negozjant fuq il-mekkaniżmu tad-displej skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness VIII u għandu jinforma lin-negozjant bl-obbligu li jurihom.

Artikolu 6

Metodi ta’ kejl

L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb permezz ta’ metodi ta’ kejl u ta’ kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, stipulati fl-Anness IV.

Artikolu 7

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness IX meta jwettqu l-verifiki ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

Artikolu 8

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultati ta’ din il-valutazzjoni, inkluż, jekk xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni lill-Forum Konsultattiv sa mhux aktar tard mill-25 ta' Diċembru 2023. Dan ir-rieżami għandu, fost affarijiet oħra, jivvaluta:

(a) 

il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika;

(b) 

il-possibbiltà li jiġu indirizzati aspetti relatati mal-ekonomija ċirkolari;

(c) 

il-fattibbiltà tal-irfinar tal-klassifikazzjoni tal-prodotti, inter alia billi tiġi kkunsidrata d-differenza bejn il-kabinetti integrali u l-kabinetti remoti.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼M1

Għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2021, bl-eċċezzjoni tal-obbligu li tiġi pprovduta l-klassi tal-effiċjenza enerġetika għall-parametri tas-sorsi tad-dawl imsemmija fit-tabella 10, parti 5 tal-Anness V, li għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2022.

▼B

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi

Għandha tapplika d-definizzjonijiet li ġejja:

(1) 

“cooler tax-xarbiet” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett iddisinjat biex ikessaħ, b’veloċità speċifika, xarbiet ippakkjati li ma jitħassrux, għajr l-inbid, mgħobbija f’temperatura ambjentali, għall-bejgħ f’temperaturi speċifikati taħt it-temperatura ambjentali. Cooler tax-xarbiet jippermetti l-aċċess għax-xarbiet permezz ta’ ġnub miftuħa jew permezz ta’ bieba waħda jew aktar, permezz ta’ kexxun wieħed jew aktar, jew it-tnejn. It-temperatura ġewwa l-cooler tista’ togħla matul perjodi ta’ nuqqas ta’ domanda, għall-fini ta’ ffrankar tal-enerġija, minħabba n-natura tax-xarbiet li ma jitħassrux;

(2) 

“freezer tal-ġelat” tfisser kabinett orizzontali magħluq maħsub għall-ħżin u/jew il-wiri u għall-bejgħ ta’ ġelat ippakkjat minn qabel, fejn l-aċċess mill-konsumatur għall-ġelat ippakkjat minn qabel jinkiseb billi jinfetaħ għatu mhux trasparenti jew trasparenti minn fuq, b’volum nett ta’ ≤ 600 litru (L) u, fil-każ biss ta’ freezers tal-ġelat b’għatu trasparenti, b’volum nett diviż bit-TDA ≥ 0,35 metru (m);

(3) 

“għatu trasparenti” tfisser bieba magħmula minn materjal trasparenti li jgħatti mill-inqas 75 % tas-superfiċje tal-bieba li jippermetti li minnu l-utent jara b’mod ċar l-oġġetti li hemm ġewwa;

(4) 

“erja totali tal-wiri (TDA)” tfisser l-erja totali tal-oġġetti tal-ikel u ta’ elementi oħra viżibbli, inkluża ż-żona viżibbli minn ġol-ħġieġ, definita mill-ammont totali tal-erji tas-superfiċje projettati tal-volum nett, espressa f’metri kwadri (m2);

(5) 

“kodiċi ta’ rispons rapidu (Kodiċi QR - Quick Response)” tfisser barcode matriċi li tkun fuq it-tikketta tal-enerġija ta’ mudell tal-prodott li tkun relatata mal-informazzjoni dwar il-mudell fil-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodott;

(6) 

“konsum tal-enerġija annwali” (AE) tfisser il-konsum tal-enerġija kuljum medju mmultiplikat bi 365 (jiem fis-sena) espress bħala kilowatt-siegħa fis-sena (kWh/sena), ikkalkulat skont il-punt 2(b) tal-Anness IV;

(7) 

“konsum tal-enerġija kuljum” (Edaily ) tfisser l-enerġija li tintuża minn apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett f’24 siegħa fil-kundizzjonijiet ta’ referenza espress f’kilowatt-siegħa kull jum (kWh/24h);

(8) 

“konsum tal-enerġija annwali standard” (SAE) tfisser il-konsum tal-enerġija annwali ta’ referenza ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, espress bħala kilowatt-siegħa fis-sena (kWh/a), ikkalkulat skont il-punt 2(c) tal-Anness IV;

(9) 

“M” u “N” ifissru parametri ta’ mmudellar li jqisu l-erja totali tal-wiri jew id-dipendenza tal-konsum tal-enerġija fuq il-volum, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness IV;

(10) 

“koeffiċjent tat-temperatura” (C) tfisser fattur ta’ korrezzjoni li jirrappreżenta d-differenza fit-temperatura operattiva;

(11) 

“fattur tal-klassi klimatika” (CC) tfisser fattur ta’ korrezzjoni li jirrappreżenta d-differenza fil-kundizzjonijiet ambjentali li għalihom ikun ġie ddisinjat l-apparat refriġeranti;

(12) 

“P” tfisser fattur ta’ korrezzjoni li jirrappreżenta d-differenzi bejn il-kabinetti integrali u l-kabinetti remoti;

(13) 

“kabinett integrali” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li għandu sistema ta’ refriġerazzjoni integrali li tinkorpora kompressur u unità ta’ kondensazzjoni;

(14) 

“kabinett għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li fih il-ġelat jista’ jinħażen, jintwera u jiġi servut f’porzjonijiet, fi ħdan limiti tat-temperatura preskritti kif stipulat fit-Tabella 4 tal-Anness IV;

(15) 

“kabinett vertikali” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’fetħa għall-wiri vertikali jew inklinata;

(16) 

“kabinett semivertikali” tfisser kabinett vertikali b’fetħa għall-wiri vertikali jew inklinata li l-għoli totali tiegħu ma jaqbiżx metru u nofs (1,5 m);

(17) 

“kabinett ikkombinat” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jgħaqqad flimkien id-direzzjonijiet tal-wiri u tal-ftuħ minn kabinett vertikali u orizzontali;

(18) 

“kabinett tas-supermarket” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett maħsub għall-bejgħ u l-wiri ta’ oġġetti tal-ikel u oġġetti oħra f’applikazzjonijiet ta’ bejgħ bl-imnut, bħal fis-supermarkets. Coolers tax-xarbiet, magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati, kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat u freezers tal-ġelat mhumiex meqjusa bħala kabinetti tas-supermarket;

(19) 

“friġġ” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jżomm it-temperatura tal-prodotti maħżuna fil-kabinett f’temperatura mkessħa operattiva fuq bażi kontinwa;

(20) 

“freezer” tfisser apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li jżomm it-temperatura tal-prodotti maħżuna fil-kabinett f’temperatura tal-friża operattiva fuq bażi kontinwa;

(21) 

“kabinett roll-in” tfisser kabinett tas-supermarket li jippermetti li l-oġġetti fih jintwerew direttament fuq il-palits jew ir-rombli tagħhom stess, fejn dawn jistgħu jiddaħħlu ġewwa billi wieħed jgħolli, imexxi jew ineħħi l-parti ta’ quddiem tan-naħa t’isfel, fejn din tkun installata;

(22) 

“pakkett-M” tfisser pakkett ta’ ttestjar mgħammar b’apparat għall-kejl tat-temperatura;

(23) 

“magna tal-bejgħ awtomatika b’diversi temperaturi” tfisser magna tal-bejgħ awtomatika refriġerata li tkun tinkludi mill-inqas żewġ kompartimenti b’temperaturi operattivi differenti;

(24) 

“mekkaniżmu tad-displej” tfisser kwalunkwe skrin, inkluż skrins tattili, jew teknoloġija viżiva oħra li tintuża biex jintwera kontenut tal-Internet lill-utenti;

(25) 

“skrin tattili” tfisser skrin li jiġi attivat meta jintmess, bħall-iskrin ta’ tablets, ta’ kompjuters tat-tip slate jew ta’ smartphones;

(26) 

“displej ta’ immaġni f’oħra” tfisser interfaċċa viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal immaġni jew sett tad-data billi jagħfas fuq immaġni oħra jew sett tad-data ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-immaġni l-oħra jew fuq dak is-sett tad-data l-ieħor jew billi jwessa’ dik l-immaġni l-oħra jew dak is-sett tad-data l-ieħor fuq l-iskrin tattili;

(27) 

“test alternattiv” tfisser test provdut bħala alternattiva għal grafika li jippermetti li l-informazzjoni tiġi ppreżentata f’forma mhux grafika meta l-apparat tad-displej ma jkunx jista’ jtella’ l-grafika, jew bħala għajnuna għall-aċċessibbiltà bħal pereżempju fejn jakkumpanja applikazzjonijiet b’sinteżi tal-vuċi.




ANNESS II

Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-EEI tiegħu kif stabbilit fit-Tabella 1.



Tabella 1

Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett

Klassi tal-Effiċjenza Enerġetika

EEI

A

EEI < 10

B

10 ≤ EEI < 20

C

20 ≤ EEI < 35

D

35 ≤ EEI < 50

E

50 ≤ EEI < 65

F

65 ≤ EEI < 80

G

EEI ≥ 80

L-EEI ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għandu jiġi ddeterminat skont il-punt 2 tal-Anness IV.




ANNESS III

Tikketta għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett

1.   TIKKETTA GĦAL APPARAT REFRIĠERANTI B’FUNZJONI TA’ BEJGĦ DIRETT, GĦAJR GĦAL COOLERS TAX-XARBIET U FREEZERS TAL-ĠELAT

1.1.   Tikketta:

image

1.2.   It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

I. 

kodiċi QR;

II. 

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

III. 

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

IV. 

l-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G;

V. 

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, determinata skont l-Anness II;

VI. 

AE, espress f’kWh fis-sena u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ;

VII. 

— 
għal magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati: l-ammont totali tal-volumi netti tal-kompartimenti kollha b’temperaturi mkessħa operattivi, espress f’litri (L) u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ;
— 
għall-apparat refriġeranti kollu l-ieħor b’funzjoni ta’ bejgħ dirett: l-ammont totali tal-erji tal-wiri kollha b’temperaturi mkessħa operattivi, espress metri kwadri (m2) u mqarreb sat-tieni pożizzjoni deċimali;
— 
għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li ma jkunx fih kompartimenti b’temperaturi operattivi mkessħa: il-pittogramma u l-valuri f’litri (L) jew metri kwadri (m2) f’VII jitħallew barra;
VIII. 

— 
għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett bil-kompartimenti kollha f’temperatura operattiva mkessħa, tal-istess klassi tat-temperatura, bl-eċċezzjoni ta’ magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati:
— 
it-temperatura fil-parti ta’ fuq: l-aktar temperatura għolja tal-pakkett-M l-aktar sħun tal-kompartiment(i) b’temperatura operattiva mkessħa, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 4;
— 
it-temperatura fil-parti t’isfel: l-aktar temperatura baxxa tal-pakkett-M l-aktar kiesaħ tal-kompartiment(i) b’temperaturi operattivi mkessħa fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, jew l-ogħla temperatura minima tal-pakketti-M kollha tal-kompartiment(i) b’temperaturi operattivi mkessħa, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 4;
— 
għal magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati:
— 
it-temperatura fil-parti ta’ fuq: it-temperatura massima mkejla tal-prodott tal-pakkett-M l-aktar sħun tal-kompartiment(i) b’temperaturi operattivi mkessħa, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 4;
— 
it-temperatura fil-parti t’isfel: it-temperatura titħalla barra;
— 
għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li ma jkollux kompartimenti b’temperaturi operattivi mkessħa, il-pittogramma u l-valuri fi gradi Celsius (°C) f’VIII jenħtieġ li jitħallew barra;
IX. 

— 
għall-apparat refriġeranti kollu b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, ħlief għall-magni tal-bejgħ awtomatiċi: l-ammont totali tal-erji tal-wiri kollha b’temperaturi tal-friża operattivi, espress f’metri kwadri (m2) u mqarreb sat-tieni pożizzjoni deċimali;
— 
għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li ma jkunx fih kompartimenti b’temperaturi tal-friża operattivi: il-pittogramma u l-valuri f’metri kwadri (m2) f’IX jitħallew barra;
X. 

— 
għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett bil-kompartimenti kollha f’temperaturi tal-friża operattivi, tal-istess klassi tat-temperatura, bl-eċċezzjoni ta’ magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati:
— 
it-temperatura fil-parti ta’ fuq: l-aktar temperatura għolja tal-pakkett-M l-aktar sħun tal-kompartiment(i) b’temperaturi tal-friża operattivi, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 4;
— 
it-temperatura fil-parti t’isfel: l-aktar temperatura baxxa tal-pakkett-M l-aktar kiesaħ tal-kompartiment(i) b’temperaturi tal-friża operattivi fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, jew l-ogħla temperatura minima tal-pakketti-M kollha tal-kompartiment(i) b’temperaturi tal-friża operattivi, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 4;
— 
għal magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati:
— 
it-temperatura fil-parti ta’ fuq: it-temperatura massima mkejla tal-prodott tal-pakkett-M l-aktar sħun tal-kompartiment(i) b’temperaturi tal-friża operattivi, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 4;
— 
it-temperatura fil-parti t’isfel: it-temperatura titħalla barra;
— 
għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett li ma jkunx fih kompartimenti b’temperaturi tal-friża operattivi: il-pittogramma u l-valuri fi gradi Celsius (°C) f’X jitħallew barra;
XI. 

in-numru ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri “2019/2018.

2.   TIKKETTA GĦALL-COOLERS TAX-XARBIET

2.1.   Tikketta:

image

2.2.   It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

I. 

kodiċi QR;

II. 

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

III. 

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

IV. 

l-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G;

V. 

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, determinata skont l-Anness II;

VI. 

AE, espress f’kWh fis-sena u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ;

VII. 

l-ammont totali tal-volumi gross tal-kompartimenti kollha b’temperaturi mkessħa operattivi, espress f’litri (L) u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ;

VIII. 

l-ogħla temperatura medja tal-kompartiment tal-kompartimenti kollha b’temperaturi operattivi mkessħa, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 5;

IX. 

L-ogħla temperatura ambjentali, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 6;

X. 

in-numru ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri “2019/2018

3.   TIKKETTA GĦALL-FREEZERS TAL-ĠELAT

3.1.   Tikketta:

image

3.2.   It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

I. 

kodiċi QR;

II. 

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

III. 

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

IV. 

l-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G;

V. 

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, determinata skont l-Anness II;

VI. 

AE, espress f’kWh fis-sena u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ;

VII. 

l-ammont totali tal-volumi netti tal-kompartimenti kollha b’temperaturi tal-friża operattivi, espress f’litri (L) u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ;

VIII. 

l-ogħla temperatura medja tal-kompartiment tal-kompartimenti kollha b’temperaturi tal-friża operattivi, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 7;

IX. 

it-temperatura ambjentali massima, fi gradi Celsius (°C) u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ, kif stipulat fit-Tabella 8;

X. 

in-numru ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri “2019/2018.

4.   DISINNI TAT-TIKKETTA

4.1.   Disinn tat-tikketta għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, għajr għal coolers tax-xarbiet u freezers tal-ġelat:

image

4.2.   Disinn tat-tikketta għall-coolers tax-xarbiet:

image

4.3.   Disinn tat-tikketta għall-freezers tal-ġelat:

image

4.4.   Fejn:

(a) 

It-tikketti għandhom ikunu wiesgħa mill-inqas 96 mm u għolja mill-inqas 192 mm. Jekk it-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ hawn fuq.

(b) 

L-isfond tat-tikketta għandu jkun 100 % abjad.

(c) 

It-tipi tal-karattri għandhom ikunu Verdana u Calibri.

(d) 

Id-dimensjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-elementi li jikkostitwixxu t-tikketta għandhom ikunu kif indikat fid-disinni tat-tikketta fil-punti 4.1 sa 4.3.

(e) 

Il-kuluri għandhom ikunu dawk bil-kodiċi CMYK – blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed – bħal f’dan l-eżempju: 0,70,100,0: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

(f) 

It-tikketti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-figuri ta’ hawn fuq):

image

il-kuluri tal-logo tal-UE għandhom ikunu kif ġej:

— 
l-isfond: 100,80,0,0;
— 
l-istilel: 0,0,100,0;

image

il-kulur tal-logo tal-enerġija għandu jkun: 100,80,0,0;

image

il-kodiċi QR għandu jkun 100 % iswed;

image

l-isem tal-fornitur għandu jkun 100 % iswed u b’tipa grassa Verdana, 9 pt;

image

l-identifikatur tal-mudell għandu jkun 100 % iswed u b’tipa regolari Verdana, 9 pt;

image

il-klassifikazzjoni A sa G għandha tkun kif ġej:

— 
l-ittri tal-iskala tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu 100 % abjad u b’tipa grassa Calibri, 19 pt; l-ittri għandhom ikunu ċċentrati fuq assi li jkun 4,5 mm min-naħa tax-xellug tal-vleġeġ;
— 
il-kuluri tal-vleġeġ tal-klassifikazzjoni A sa G għandhom ikunu kif ġej:
— 
Klassi-A: 100,0,100,0;
— 
Klassi-B: 70,0,100,0;
— 
Klassi-C: 30,0,100,0;
— 
Klassi-D: 0,0,100,0;
— 
Klassi-E: 0,30,100,0;
— 
Klassi-F: 0,70,100,0;
— 
Klassi-G: 0,100,100,0;

image

id-diviżuri interni għandu jkollhom ħxuna ta’ 0,5 pt, u kulur 100 % iswed;

image

l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tkun 100 % bl-abjad u b’tipa grassa Calibri, 33 pt. Il-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-vleġġa korrispondenti fil-klassifikazzjoni A sa G għandhom ikunu ppożizzjonati b’mod li t-truf tagħhom ikunu allinjati. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, li għandu jkun 100 % iswed;

image

il-valur tal-konsum tal-enerġija annwali għandu jkun b’tipa grassa Verdana, 28 pt; “kWh/sena” għandha tkun b’tipa regolari Verdana, 18 pt. Għandhom ikunu ċċentrati u b’kulur 100 % iswed;

image

il-pittogrammi għandhom ikunu kif muri fid-disinji tat-tikketta u kif ġej:

— 
il-linji tal-pittogrammi għandu jkollhom ħxuna ta’ 1,2 pt u huma u t-testi (numri u unitajiet) għandhom ikunu bl-iswed 100 %;
— 
in-numri ta’ taħt il-pittogrammi għandhom ikunu b’tipa grassa Verdana, 16 pt, u l-unitajiet b’tipa regolari Verdana, 12 pt, u dawn għandhom ikunu ċċentrati taħt il-pittogrammi;
— 
Il-valuri tat-temperaturi għandhom ikunu b’tipa grassa Verdana, 12 pt, bil-karattru “°C” b’tipa Verdana Regolari 12 pt. Dawn għandhom jitqiegħdu fuq in-naħa tal-lemin tal-pittogramma tat-termometru jew ġewwa l-pittogramma li tirrappreżenta t-temperatura ambjentali;
— 
għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, għajr għal coolers tax-xarbiet u freezers tal-ġelat: jekk l-apparat ikun fih kompartiment(i) tal-friża biss jew kompartiment(i) mhux tal-friża biss, għandhom jintwerew biss il-pittogrammi rilevanti, kif stabbilit fil-punti 1.2 VII, VIII, IX u X, u dawn għandhom jidhru u jkunu ċċentrati bejn id-diviżur intern taħt il-konsum annwali tal-enerġija u l-parti t’isfel tat-tikketta tal-enerġija;

image

in-numru tar-regolament għandu jkun b’kulur 100 % iswed u b’tipa regolari Verdana, 6 pt.




ANNESS IV

Metodi tal-kejl u kalkoli

Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, akkurati u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti u jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet li ġejjin stabbiliti hawn taħt. In-numri ta’ referenza ta’ dawn l-istandards armonizzati ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1.   Kundizzjonijiet ġenerali għall-ittestjar:

(a) 

il-kundizzjonijiet ambjentali għandhom jikkorrispondu għas-Sett 1, ħlief għall-freezers tal-ġelat u għall-kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat, li għandhom jiġu ttestjati f’kundizzjonijiet ambjentali li jikkorrispondu għas-Sett 2, kif stabbilit fit-Tabella 2.

(b) 

meta kompartiment jista’ jiġi ssettjat għal temperaturi differenti, għandu jiġi ttestjat fl-aktar temperatura tat-tħaddim baxxa.

(c) 

magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati b’kompartimenti b’volumi varjabbli għandhom jiġu ttestjati bil-volum nett tal-kompartiment bl-ogħla temperatura tat-tħaddim aġġustat għall-volum nett minimu tiegħu.

(d) 

għal coolers tax-xarbiet, il-veloċità speċifikata tat-tkessiħ għandha tkun skont il-ħin ta’ rkupru għal tagħbija mill-ġdid ta’ nofs it-tagħbija.



Tabella 2

Kundizzjonijiet ambjentali

 

Temperatura b’termometru niexef, °C

Umdità relattiva, %

Punt tan-nida, °C

Massa tal-fwar fl-arja niexfa, g/kg

Sett 1

25

60

16,7

12,0

Sett 2

30

55

20,0

14,8

2.   Determinazzjoni tal-EEI:

(a) 

Għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, l-EEI, espress f’% u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali, huwa l-proporzjon tal-AE (f’kWh/a) u l-SAE ta’ referenza (f’kWh/a) u huwa kkalkulat kif ġej:

EEI = AE/SAE.

(b) 

L-AE, espress f’kWh/a, u mqarreb sa żewġ pożizzjonijiet deċimali, jiġi kkalkulat kif ġej:

AE = 365 × Edaily ;

fejn:

— 
Edaily huwa l-konsum tal-enerġija tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett fuq perjodu ta’ 24 siegħa, espress f’kWh/24h u mqarreb sat-tielet pożizzjoni deċimali.
(c) 

L-SAE huwa espress f’kWh/a u mqarreb sa żewġ pożizzjonijiet deċimali. Għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett bil-kompartimenti kollha tal-istess klassi tat-temperatura, u għall-magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati, l-SAE jiġi kkalkulat kif ġej:

SAE = 365 × P × (M + N × Y) × C;

Għal apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett b’aktar minn kompartiment wieħed bi klassijiet differenti tat-temperatura, bl-eċċezzjoni ta’ magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati, l-SAE jiġi kkalkulat kif ġej:

image

fejn:

(1) 

“c” huwa n-numru tal-indiċi għal tip ta’ kompartiment u li jvarja minn 1 sa “n”, fejn “n” huwa n-numru totali ta’ tipi ta’ kompartimenti.

(2) 

Il-valuri ta’ M u N jingħataw fit-Tabella 3.



Tabella 3

Valuri ta’ M u N

Kategorija

Valur għal M

Valur għal N

Coolers tax-xarbiet

2,1

0,006

Freezers tal-ġelat

2,0

0,009

Magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati

4,1

0,004

Kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat

25,0

30,400

Kabinetti refriġeranti vertikali u kkombinati tas-supermarkets

9,1

9,100

Kabinetti refriġeranti orizzontali tas-supermarkets

3,7

3,500

Kabinetti freezers vertikali u kkombinati tas-supermarkets

7,5

19,300

Kabinetti freezers orizzontali tas-supermarkets

4,0

10,300

Kabinetti roll-in (mill-1 ta’ Marzu 2021)

9,2

11,600

Kabinetti roll-in (mill-1 ta’ Settembru 2023)

9,1

9,100

(3) 

Il-valuri ta’ C, il-koeffiċjent tat-temperatura, jingħataw fit-Tabella 4.

Tabella 4

Il-kundizzjonijiet tat-temperatura u l-valuri tal-koeffiċjent tat-temperatura korrispondenti, C



(a)  Kabinetti tas-supermarkets

Kategorija

Klassi tat-temperatura

L-ogħla temperatura tal-aktar pakkett-M sħun (°C)

L-aktar temperatura baxxa tal-aktar pakkett-M kiesaħ (°C)

L-ogħla temperatura minima tal-pakketti-M kollha (°C)

Valur għal C

Kabinetti refriġeranti vertikali, ikkombinati tas-supermarkets

M2

≤ +7

≥ –1

m.a.

1,00

H1 u H2

≤ +10

≥ –1

m.a.

0,82

M1

≤ +5

≥ –1

m.a.

1,15

Kabinetti refriġeranti orizzontali tas-supermarkets

M2

≤ +5

≥ –1

m.a.

1,00

H1 u H2

≤ +10

≥ –1

m.a.

0,92

M1

≤ +5

≥ –1

m.a.

1,08

▼C1

Kabinetti freezers vertikali u kkombinati tas-supermarkets

L1

≤ –15

n.a.

≤ –18

1,00

L2

≤ –12

n.a.

≤ –18

0,90

L3

≤ –12

n.a.

≤ –15

0,90

Kabinetti freezers orizzontali tas-supermarkets

L1

≤ –15

n.a.

≤ –18

1,00

L2

≤ –12

n.a.

≤ –18

0,92

L3

≤ –12

n.a.

≤ –15

0,92

▼B



(b)  Kabinetti għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat

Klassi tat-temperatura

L-ogħla temperatura tal-aktar pakkett-M sħun (°C)

L-aktar temperatura baxxa tal-aktar pakkett-M kiesaħ (°C)

L-ogħla temperatura minima tal-pakketti-M kollha (°C)

Valur għal C

G1

-10

-14

m.a.

1,00

G2

-10

-16

m.a.

1,00

G3

-10

-18

m.a.

1,00

L1

-15

m.a.

-18

1,00

L2

-12

m.a.

-18

1,00

L3

-12

m.a.

-15

1,00

S

Klassifikazzjoni speċjali

1,00



(c)  Magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati

Klassi tat-temperatura (*2)

Temperatura massima mkejla tal-prodott (Tv ) (°C)

Valur għal C

Kategorija 1

7

1+(12-TV)/25

Kategorija 2

12

Kategorija 3

3

Kategorija 4

(TV1+TV2)/2 (*1)

Kategorija 6

(TV1+TV2)/2 (*1)



(d)  apparat refriġeranti ieħor b’funzjoni ta’ bejgħ dirett

Kategorija

Valur għal C

Apparat ieħor

1,00

(4) 

Il-koeffiċjent Y jiġi kkalkulat kif ġej:

(a) 

għal coolers tax-xarbiet:

Yc huwa l-volum ekwivalenti tal-kompartimenti tal-cooler tax-xarbiet b’temperatura mira, Tc, (Veq c), ikkalkulat kif ġej:

Yc = Veq c = GrossVolumec × ((25 – Tc)/20) × CC;

fejn Tc hija t-temperatura medja ta’ klassifikazzjoni tal-kompartiment għall-kompartiment u CC huwa l-fattur tal-klassi klimatika. Il-valuri għal Tc huma stabbiliti fit-Tabella 5. Il-valuri għal CC huma stabbiliti fit-Tabella 6.



Tabella 5

Klassijiet tat-temperatura u temperaturi medji tal-kompartimenti korrispondenti (Tc) għall-coolers tax-xarbiet

Klassi tat-temperatura

Tc (°C)

K1

+ 3,5

K2

+ 2,5

K3

– 1,0

K4

+ 5,0



Tabella 6

Kundizzjonijiet operattivi u valuri CC għal coolers tax-xarbiet

L-ogħla temperatura ambjentali (°C)

Umdità ambjentali relattiva (%)

CC

+25

60

1,00

+32

65

1,05

+ 40

75

1,10

(b) 

għal freezers tal-ġelat:

Yc huwa l-volum ekwivalenti tal-kompartimenti tal-freezer tal-ġelat b’temperatura mira Tc, (Veq c), ikkalkulat kif ġej:

Yc = Veq c = NetVolume × ((12 – Tc)/30) × CC;

fejn Tc hija t-temperatura medja ta’ klassifikazzjoni tal-kompartiment għall-kompartiment u CC huwa l-fattur tal-klassi klimatika. Il-valuri għal Tc huma stabbiliti fit-Tabella 7. Il-valuri għal CC huma stabbiliti fit-Tabella 8.



Tabella 7

Klassijiet tat-temperatura u temperaturi medji tal-kompartimenti korrispondenti (Tc) għall-freezers tal-ġelat

Klassi tat-temperatura

Tc (°C)

L-aktar temperatura sħuna tal-pakkett-M hija aktar kiesħa jew ugwali fit-testijiet kollha (ħlief fit-test tal-ftuħ tal-għatu) (°C)

Iż-żieda massima permessa fit-temperatura tal-pakkett-M l-aktar sħun waqt it-test tal-ftuħ tal-għatu (°C)

-18

2

-18,0

-7

2

-7,0



Tabella 8

Kundizzjonijiet operattivi u valuri CC korrispondenti għal freezers tal-ġelat

 

Minimu

Massimu

CC

Temperatura ambjentali (°C)

Umdità ambjentali relattiva (%)

Temperatura ambjentali (°C)

Umdità ambjentali relattiva (%)

Freezer tal-ġelat b’għatu trasparenti

16

80

30

55

1,00

35

75

1,10

40

40

1,20

Freezer tal-ġelat b’għatu mhux trasparenti

16

80

30

55

1,00

35

75

1,04

40

40

1,10

(c) 

għal magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati:

Y huwa l-volum nett tal-magna tal-bejgħ awtomatika refriġerata, li huwa l-ammont totali tal-volumi tal-kompartimenti kollha li fihom jinsabu l-prodotti disponibbli direttament għall-bejgħ u l-volum li minnu jgħaddu l-prodotti matul il-proċess tad-distribuzzjoni, espress f’litri (L) u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

(d) 

għall-apparat refriġeranti kollu l-ieħor b’funzjoni ta’ bejgħ dirett:

Yc huwa l-ammont totali tat-TDA tal-kompartimenti kollha tal-istess klassi tat-temperatura tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, espress f’metri kwadri (m2), u mqarreb sa żewġ pożizzjonijiet deċimali.

(5) 

Il-valuri għal P huma stabbiliti fit-Tabella 9.



Tabella 9

Valuri P

Tip ta’ kabinett

P

Kabinetti integrali tas-supermarkets

1,10

Apparat refriġeranti ieħor b’funzjoni ta’ bejgħ dirett

1,00




ANNESS V

L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott

F’konformità mal-punt 1(b) tal-Artikolu 3, il-fornitur għandu jdaħħal l-informazzjoni stabbilita fit-Tabella 10 fil-bażi tad-data tal-prodotti.



Tabella 10

L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu:

Indirizz tal-fornitur () :

Identifikatur tal-mudell:

l-użu:

Wiri u bejgħ

Tip ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett:

[Coolers tax-xarbiet/Freezers tal-ġelat/Kabinett għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat/kabinett tas-supermarket/magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati]

Kodiċi ta’ identifikazzjoni tat-tip tal-kabinett, skont l-istandards armonizzati jew metodi oħra affidabbli, akkurati u riproduċibbli skont l-Anness IV.

Pereżempju: [HC1/…/HC8], [VC1/…/VC4]

Parametri speċifiċi tal-prodotti

(Coolers tax-xarbiet: imla l-punt 1, freezers tal-ġelat: imla l-punt 2, Kabinett għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat: imla l-punt 3, kabinett tas-supermarket: imla l-punt 4, magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati: imla l-punt 5. Jekk l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ikun fih kompartimenti li jaħdmu f’temperaturi differenti, jew kompartiment li jista’ jiġi ssettjat għal temperaturi differenti, il-linji għandhom jiġu ripetuti għal kull kompartiment jew għal kull setting tat-temperatura):

1.  Coolers tax-xarbiet:

Volum gross (dm3 jew L)

Il-kundizzjonijiet ambjentali li għalihom huwa xieraq l-apparat (skont it-Tabella 6)

L-ogħla temperatura (°C)

Umdità relattiva (%)

x

x

x

2.  Freezer tal-ġelat b’għatu [trasparenti/mhux trasparenti]:

Volum nett (dm3 jew L)

Il-kundizzjonijiet ambjentali li għalihom huwa xieraq l-apparat (skont it-Tabella 8)

Medda tat-temperatura (°C)

Medda tal-umdità relattiva (%)

minimu

massimu

minimu

massimu

x

x

x

x

x

3.  Kabinett għall-wiri u l-bejgħ tal-ġelat

Erja totali tal-wiri (m2)

Klassi tat-temperatura (skont it-Tabella 4(b))

x,xx

[G1/G2/G3/L1/L2/L3/S]

4.  [Integrali/Remot] [orizzontali/vertikali (għajr semivertikali)/semivertikali/ikkombinat] kabinett tas-supermarket, roll-in: [iva/le]:

Erja totali tal-wiri (m2)

Klassi tat-temperatura (skont it-Tabella 4(a))

x,xx

[friġġ: [M2/H1/H2/M1]/freezer:[L1/L2/L3]]

5.  Magni tal-bejgħ awtomatiċi refriġerati, [b’quddiem magħluq, għal-laned u għall-fliexken, li fihom il-prodotti jinżammu maħżuna fuq xulxin/refriġerati b’quddiem tal-ħġieġ [għal-laned u għall-fliexken, ħelu u snacks/li jintużaw biss għal oġġetti tal-ikel li jitħassru]/b’diversi temperaturi [niżżel it-tip ta’ oġġetti tal-ikel li l-magna hija maħsuba għalihom]/magni kkombinati li jikkonsistu minn kategoriji differenti ta’ magni fl-istess struttura, li jaħdmu b’unità tat-tkessiħ waħda [niżżel it-tip ta’ oġġetti tal-ikel li l-magna hija maħsuba għalihom]]:

Volum (dm3 jew L)

Klassi tat-temperatura (skont it-Tabella 4(c))

x

kategorija [1/2/3/4/6]

Parametri ġenerali tal-prodott:

Parametru

Valur

Parametru

Valur

Konsum tal-enerġija annwali (kWh/a) ()

x,xx

Temperatura/i rakkomandata/i għall-aħjar ħżin tal-ikel (°C) (Dawn is-settings m’għandhomx jikkontradixxu l-kundizzjonijiet tat-temperatura stipulati fit-Tabella 4, 5 jew 6 tal-Anness IV, skont kif applikabbli)

x

EEI

x,x

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

[A/B/C/D/E/F/G] ()

Parametri tas-sors ta’ dawl () ():

Tip tas-sors ta’ dawl

[tip]

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

[A/B/C/D/E/F/G] ()

Id-durata minima tal-garanzija offruta mill-fornitur ():

Informazzjoni addizzjonali:

Il-link tal-Internet li jwassal għas-sit web tal-fornitur, fejn tinsab l-informazzjoni msemmija fil-punt 3 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2024 () ():

(1)   

kif iddeterminat skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 (6).

(2)   

il-bidliet għal dawn il-punti ma għandhomx jitqiesu bħala rilevanti għall-finijiet tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

(3)   

jekk il-bażi tad-data tal-prodott tiġġenera l-kontenut definittiv ta’ din iċ-ċellola awtomatikament, il-fornitur ma għandux idaħħal dik id-data.

(4)   

jekk l-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ikollu diversi kompartimenti li jaħdmu f’temperaturi differenti, għandu jiġi pprovdut il-konsum annwali tal-enerġija tal-unità integrata. Jekk sistemi ta’ refriġerazzjoni separati jipprovdu t-tkessiħ għal kompartimenti separati tal-istess unità, fejn possibbli għandu jiġi pprovdut ukoll il-konsum tal-enerġija assoċjat ma’ kull subsistema.

(5)   

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2024 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Ara paġna 313 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)   

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissuplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tas-sorsi tad-dawl u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (Ara paġna 68 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).




ANNESS VI

Dokumentazzjoni teknika

1. Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 1(d) tal-Artikolu 3 għandha tinkludi dawn l-elementi:

(a) 

l-informazzjoni kif stabbilit fl-Anness V;

(b) 

l-informazzjoni kif stabbilita fit-Tabella 11;



Tabella 11

Informazzjoni addizzjonali li trid tiġi inkluża fid-dokumentazzjoni teknika

Deskrizzjoni ġenerali tal-mudell tal-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, li tkun suffiċjenti biex l-apparat jiġi identifikat bla dubji u faċilment:

Speċifikazzjonijiet tal-prodott

Speċifikazzjonijiet ġenerali tal-prodott:

Parametru

Valur

Parametru

Valur

Konsum tal-enerġija annwali (kWh/a)

x,xx

Konsum tal-enerġija annwali standard (kWh/a)

x,xx

Konsum tal-enerġija kuljum (kWh/24h)

x,xxx

Kundizzjonijiet ambjentali

[Sett 1/Sett 2]

M

x,x

N

x,xxx

Koeffiċjent tat-temperatura (C)

x,xx

Y

x,xx

P

x,xx

 

 

Fattur tal-klassi klimatika (CC()

x,xx

Temperatura mira (Tc) (°C) ()

x,x

Informazzjoni addizzjonali:

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati jew ta’ metodi oħra li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li ġew applikati:

Fejn ikun xieraq, l-identifikazzjoni u l-firma tal-persuna mogħtija s-setgħa li torbot lill-fornitur:

Lista ta’ mudelli ekwivalenti, li tinkludi l-identifikaturi tal-mudell:

(1)   

Għal coolers tax-xarbiet u freezers tal-ġelat biss

2. Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari tkun inkisbet:

(a) 

minn mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li għandha tiġi pprovduta iżda huwa mudell prodott minn manifattur differenti; jew

(b) 

permezz ta’ kalkolu abbażi ta’ disinn jew estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess manifattur jew ta’ manifattur differenti, jew it-tnejn li huma,

id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji ta’ tali kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-manifattur biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-kalkolu u, fejn xieraq, id-dikjarazzjoni ta’ identità bejn il-mudelli ta’ manifatturi differenti.




ANNESS VII

Informazzjoni li għandha tingħata fir-reklami viżivi, f’materjal promozzjonali tekniku jew materjal promozzjonali ieħor, fil-bejgħ mill-bogħod, għajr bejgħ mill-bogħod permezz tal-Internet

1. Fir-reklami viżivi għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, għall-fini li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(e) tal-Artikolu 3 u fil-punt (c) tal-Artikolu 4, il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stabbilit fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.

2. Fil-materjal promozzjonali tekniku jew materjal promozzjonali ieħor għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, għall-fini li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(f) tal-Artikolu 3 u fil-punt (d) tal-Artikolu 4, il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stabbilit fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.

3. Kwalunkwe bejgħ mill-bogħod ta’ apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett ibbażat fuq il-karti irid jindika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta kif stabbilit fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.

4. Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għandhom jintwerew, kif indikat fil-Figura 1, permezz ta’:

(a) 

vleġġa, li jkun fiha l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika, bl-abjad u b’tipa grassa Calibri, u b’daqs tat-tipa li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak tal-prezz, meta jintwera l-prezz, u fil-każijiet kollha l-oħra, b’daqs li t-tipa tkun viżibbli b’mod ċar u tista’ tinqara;

(b) 

il-kulur tal-vleġġa li jaqbel mal-klassi tal-effiċjenza enerġetika;

(c) 

il-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli 100 % bl-iswed; u

(d) 

id-daqs għandu jkun tali li l-vleġġa tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’burdura sewda ta’ 0,5 pt madwar il-vleġġa u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika.

B’deroga, jekk ir-reklam viżiv, il-materjal promozzjonali tekniku jew materjal promozzjonali ieħor jew il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karti jkun stampat b’mod monokromatiku, il-vleġġa tista’ tkun monokromatika f’dak ir-reklam viżiv, materjal promozzjonali tekniku, materjal promozzjonali ieħor jew bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karti.

Figura 1
Vleġġa lejn il-lemin/ix-xellug ikkulurita/b’kulur wieħed, bil-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika indikata image

5. Il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq it-telepromozzjoni għandu jinforma b’mod speċifiku lix-xerrej dwar il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott u dwar il-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, u li x-xerrej għandu aċċess liberu u bla ħlas għat-tikketta sħiħa u għall-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott minn fuq is-sit web, jew billi jitlob kopja stampata.

6. Għas-sitwazzjonijiet kollha msemmija fil-punti 1 sa 3 u 5, għandu jkun possibbli għax-xerrej li jikseb, fuq talba, kopja stampata tat-tikketta u tal-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott.




ANNESS VIII

Informazzjoni li għandha tingħata fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod permezz tal-Internet

1. It-tikketta x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont il-punt 1(g) tal-Artikolu 3 għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott, jekk jintwera l-prezz, u fil-każijiet kollha l-oħra, viċin il-prodott. Id-daqs għandu jkun tali li t-tikketta tidher u tinqara sew u għandu jkun proporzjonat għad-daqs speċifikat fil-punt 4 tal-Anness III. It-tikketta tista’ tintwera bl-użu ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, f’liema każ l-immaġni użata biex tiġi aċċessata t-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta’ dan l-Anness. Jekk tiġi applikata s-sistema ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, it-tikketta għandha tidher mal-ewwel klikk tal-maws, ċaqliqa tal-maws jew tkabbir tal-immaġni fuq l-iskrin tattili.

2. L-immaġni li tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, kif indikat fil-Figura 2, għandha:

(a) 

tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħal dak tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott muri fuq it-tikketta;

(b) 

tindika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq il-vleġġa bl-abjad b’tipa grassa Calibri, u b’daqs tat-tipa li jkun ekwivalenti għal dak tal-prezz, meta jintwera l-prezz, u fil-każijiet kollha l-oħra, b’daqs li t-tipa tkun viżibbli b’mod ċar u tista’ tinqara; u

(c) 

turi l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli, b’kulur 100 % iswed; u,

(d) 

ikollha wieħed minn dawn iż-żewġ formati li ġejjin, u d-daqs tagħha għandu jkun tali li l-vleġġa tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tiġi ppożizzjonata fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’bordura viżibbli b’kulur 100 % iswed ippożizzjonata madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika:

Figura 2
Eżempju tal-vleġġa lejn ix-xellug/lejn il-lemin ikkulurita, bil-firxa tal-klassijiet tal-enerġija indikata image

3. Fil-każ ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha kif ġej:

(a) 

l-immaġni msemmija fil-punt 2 ta’ dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott, jekk jintwera l-prezz, u fil-każijiet kollha l-oħra, viċin il-prodott;

(b) 

l-immaġni għandha sservi ta’ link għat-tikketta stabbilita fl-Anness III;

(c) 

it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-immaġni bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-immaġni jew iwessa’ dik l-immaġni fuq l-iskrin tattili;

(d) 

it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, tab ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta’ skrin ieħor fuq l-istess skrin;

(e) 

għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir tattili;

(f) 

it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;

(g) 

it-test alternattiv għall-grafika, li għandu jintwera jekk it-tikketta ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, muri bl-istess daqs tat-tipa bħall-prezz, jekk jintwera l-prezz, u fil-każijiet kollha l-oħra, daqs tat-tipa viżibbli u li jinqara b’mod ċar.

4. L-iskeda elettronika tal-informazzjoni dwar il-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont il-punt 1(h) tal-Artikolu 3 għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott, jekk jintwera l-prezz, u fil-każijiet kollha l-oħra, viċin il-prodott. Id-daqs ta’ din l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandu jkun tali li l-informazzjoni tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott tista’ tintwera bl-użu ta’ displej ta’ immaġni f’oħra jew billi wieħed jirreferi għall-bażi tad-data tal-prodott, f’liema każ il-link li tintuża għall-aċċess għall-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandha tindika b’mod ċar u li jista’ jinqara “Skeda tal-informazzjoni dwar il-prodott”. Jekk jintuża d-displej ta’ immaġni f’oħra, l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandha tidher mal-ewwel klikk tal-maws, ċaqliqa tal-maws jew tkabbir tal-immaġni fuq l-iskrin tattili.




ANNESS IX

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f’dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri ddikjarati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott ma għandhomx ikunu aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri rrappurtati fid-dokumentazzjoni teknika.

Meta mudell ikun ġie ddisinjat biex ikun kapaċi jinduna li qed jiġi ttestjat (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxi b’mod speċifiku billi jbiddel awtomatikament il-prestazzjoni tiegħu matul it-test bl-objettiv li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kwalunkwe wieħed mill-parametri speċifikat f’dan ir-Regolament jew inkluż fid-dokumentazzjoni teknika jew f’xi dokumentazzjoni pprovduta, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi.

Għall-verifika tal-konformità ta’ mudell tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja:

(1) 

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw unità waħda tal-mudell.

(2) 

Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jekk:

(a) 

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 3 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/1369 (il-valuri ddikjarati), u, fejn applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta’ dawn il-valuri, ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet; u

(b) 

il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta u fl-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri ddikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi ddeterminata bil-valuri dikjarati; u

(c) 

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri ddeterminati (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkolati minn dan il-kejl) ikunu konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 12.

(3) 

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) u (b), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

(4) 

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta’ xi wieħed jew aktar mill-mudelli ekwivalenti.

(5) 

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri ddeterminati tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 12.

(6) 

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

(7) 

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta’ konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness IV.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 12 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f’dan l-Anness. Għall-parametri tat-Tabella 12, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew fi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kejl.



Tabella 12

It-tolleranzi tal-verifika għall-parametri mkejla

Parametri

Tolleranzi tal-verifika

Il-volum nett, u l-volum nett tal-kompartiment fejn applikabbli

Il-valur iddeterminat () m’għandux ikun baxx aktar minn 3 % jew minn litru wieħed – jintuża l-ogħla valur – mill-valur iddikjarat.

Il-volum gross, u l-volum gross tal-kompartiment fejn applikabbli

Il-valur iddeterminat () m’għandux ikun baxx aktar minn 3 % jew minn litru wieħed – jintuża l-ogħla valur – mill-valur iddikjarat

It-TDA, u t-TDA tal-kompartiment fejn applikabbli

Il-valur iddeterminat () m’għandux ikun aktar baxx mill-valur iddikjarat b’iktar minn 3 %.

Edaily

Il-valur iddeterminat () m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %

AE

Il-valur iddeterminat () m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %.

(1)   

fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif preskritt fil-punt 4, il-valur iddeterminat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri ddikjarati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali.



( *1 ) Għall-magni tal-bejgħ awtomatiċi b’diversi temperaturi, TV għandha tkun il-medja ta’ TV1 (it-temperatura massima mkejla tal-prodott fl-aktar kompartiment sħun) u TV2 (it-temperatura massima mkejla tal-prodott fl-aktar kompartiment kiesaħ).

( *2 ) kategorija 1 = magni refriġerati b’quddiem magħluq, għal-laned u għall-fliexken, li fihom il-prodotti jinżammu maħżuna fuq xulxin, kategorija 2 = magni refriġerati b’quddiem tal-ħġieġ, għal-laned u għall-fliexken, ħelu u snacks, kategorija 3 = magni refriġerati b’quddiem tal-ħġieġ li jintużaw biss għal oġġetti tal-ikel li jitħassru, kategorija 4 = magni refriġerati b’quddiem tal-ħġieġ b’diversi temperaturi, kategorija 6 = magni kkombinati li jikkonsistu minn kategoriji differenti ta’ magni fl-istess struttura, li jaħdmu b’unità tat-tkessiħ waħda.