02019R1916 — MT — 04.03.2020 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1916

tal-15 ta’ Novembru 2019

li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-użu ta’ tagħmir ajrudinamiku ta’ wara skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE

(ĠU L 297 18.11.2019, p. 3)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/349 tat-2 ta’ Marzu 2020

  L 63

1

3.3.2020




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1916

tal-15 ta’ Novembru 2019

li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-użu ta’ tagħmir ajrudinamiku ta’ wara skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE



Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati għall-użu ta’ tagħmir ajrudinamiku ta’ wara mmuntat fuq vetturi u kombinazzjonijiet ta’ vetturi skont id-Direttiva 96/53/KE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“tagħmir” tfisser tagħmir ajrudinamiku mmuntat fuq wara ta’ vetturi jew ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi;

(b) 

“pożizzjoni ta’ waqt l-użu” tfisser il-pożizzjoni ta’ tagħmir skjerat f’pożizzjoni ajrudinamika li tnaqqas il-frizzjoni;

(c) 

“pożizzjoni magħluqa” tfisser il-pożizzjoni ta’ tagħmir f’pożizzjoni li jkun jista’ jiġi rtirat jew jintewa, b’mod li jkun sigur u sikur.

Artikolu 3

Kundizzjonijiet operattivi

▼M1

1.  L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu ċ-ċirkolazzjoni ta’ vetturi jew ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi mgħammra b’tagħmir fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu fid-dawl tal-karatteristiċi speċjali ta’ żoni urbani jew interurbani fejn il-limiti tal-veloċità jkunu 50 km/h jew anqas u fejn x’aktarx li jkunu preżenti utenti tat-triq vulnerabbli.

▼B

2.  It-tagħmir għandu jkun fil-pożizzjoni magħluqa meta jew fejn ikun hemm bżonn ċertu attenzjoni jew kunsiderazzjoni speċjali. Dan jiġifieri:

(a) 

waqt l-immanuvrar, l-irriversjar jew l-ipparkjar tal-vettura;

(b) 

meta l-vettura tkun ipparkjata;

(c) 

waqt li jkunu qed jgħabbu jew iħottu xi oġġetti.

3.  L-użu tat-tagħmir fl-operazzjonijiet tat-trasport intermodali għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

waqt it-tħejjija tat-trasport intermodali jew waqt it-trasport innifsu, it-tagħmir għandu jkun fil-pożizzjoni magħluqa;

(b) 

it-tagħmir ma għandux jisporġi ’l barra b’aktar minn 25 mm fuq kull naħa tal-vettura u l-wisa’ totali tal-vettura, inkluż it-tagħmir, ma għandhiex tkun aktar minn 2 600 mm;

4.  It-tagħmir difettuż, mhux sikur jew bil-ħsara għandu jinżamm fil-pożizzjoni magħluqa jew, meta possibbli, jitneħħa minnufih.

5.  B’eċċezzjoni għall-paragrafi 2 u 3(a), it-tagħmir mhuwiex meħtieġ li jkun fil-pożizzjoni magħluqa jekk, skont il-punt 1.3.1.1.3 tal-Parti B, il-punt 1.3.1.1.3 tal-Parti C, u l-punt 1.4.1.1.3 tal-Parti D tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1230/2012, ma jkunx meħtieġ li dan it-tagħmir irid ikun jista’ jiġi rtirat jew irid ikun jista’ jintewa, billi jkunu qed jiġu ssodisfati r-rekwiżiti dimensjonali massimi fil-kundizzjonijiet kollha.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.