02019R1851 — MT — 06.03.2024 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1851

tat-28 ta’ Mejju 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar l-omoġeneità tal-iskoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 285 6.11.2019, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/584 tas-7 ta’ Novembru 2023

  L 

1

15.2.2024




▼B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1851

tat-28 ta’ Mejju 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar l-omoġeneità tal-iskoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Omoġeneità tal-iskoperturi sottostanti

▼M1

Għall-finijiet tal-Artikoli 20(8), 24(15) u 26b(8) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskoperturi sottostanti għandhom jitqiesu omoġenji meta jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

▼B

(a) 

jikkorrispondu għal wieħed minn dawn it-tipi ta’ assi:

(i) 

is-self residenzjali li huwa żgurat minn self ipotekarju wieħed jew aktar fuq proprjetà immobbli residenzjali jew li huwa garantit bis-sħiħ minn fornitur tal-protezzjoni eliġibbli fost dawk imsemmija fl-Artikolu 201(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u li jikkwalifika għall-iskala 2 jew aktar tal-kwalità kreditizja kif stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 ta’ dak ir-Regolament;

(ii) 

is-self kummerċjali li huwa żgurat minn self ipotekarju wieħed jew aktar fuq proprjetà immobbli kummerċjali, inklużi uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor;

▼M1

(iii) 

faċilitajiet ta’ kreditu pprovduti lil individwi għal finijiet ta’ konsum personali, tal-familja jew tal-unità domestika, u faċilitajiet ta’ kreditu pprovduti lil intrapriżi fejn l-oriġinatur japplika l-istess approċċ ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu bħal dak għall-individwi mhux koperti taħt il-punti (i) u (ii) u l-punti (iv) sa (viii);

▼B

(iv) 

faċilitajiet ta’ kreditu, inklużi self u lokazzjonijiet, fornuti għal kwalunkwe tip ta’ impriża jew korporazzjoni;

(v) 

self u lokazzjoni ta’ karozzi;

(vi) 

riċevibbli tal-karti ta’ kreditu;

(vii) 

riċevibbli tan-negozju;

(viii) 

skoperturi sottostanti oħrajn li huma meqjusa mill-oriġinatur jew mill-isponsor li jikkostitwixxu tip ta’ assi distint abbażi ta’ metodoloġiji u parametri interni;

(b) 

dawn huma sottoskritti skont l-istandards li japplikaw approċċi simili għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu assoċjat;

▼M1

(c) 

ikunu servizzjati skont proċeduri simili għall-monitoraġġ, il-ġbir u l-amministrazzjoni ta’ flus riċevibbli;

(d) 

fattur tal-omoġeneità wieħed jew aktar jiġu applikati skont l-Artikolu 2, meta applikabbli.

▼B

Għall-finijiet tal-punt (a) ta’ dan l-Artikolu, meta skopertura sottostanti tikkorrispondi għal aktar minn tip wieħed ta’ assi, dik l-iskopertura għandha tiġi assenjata għal tip wieħed biss ta’ assi f’dik it-titolizzazzjoni.

Kwalunkwe bidla fl-iskoperturi sottostanti f’aggregament li jitqies omoġenju skont dan ir-Regolament ma għandhiex taffettwa din l-omoġeneità meta dawn il-bidliet ikunu dovuti għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-oriġinatur jew tal-isponsor.

Artikolu 2

Fatturi ta’ omoġeneità

1.  

Il-fatturi ta’ omoġeneità għat-tip ta’ assi msemmija fl-Artikolu 1(a)(i) għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) 

il-klassifikazzjoni tad-drittijiet ta’ sigurtà, li permezz tagħha l-aggregament tal-iskoperturi sottostanti jikkonsisti f’wieħed biss minn dawn li ġejjin:

(i) 

self żgurat bi drittijiet ta’ sigurtà fuq proprjetà immobbli residenzjali kklassifikati fuq nett;

(ii) 

self żgurat bi drittijiet fuq proprjetà immobbli residenzjali kklassifikati aktar ’l isfel u dawk kollha klassifikati preċedentment;

(iii) 

self żgurat bi drittijiet ta’ sigurtà fuq proprjetà immobbli residenzjali kklassifikati aktar ’l isfel;

(b) 

tip ta’ proprjetà immobbli residenzjali, li permezz tagħha l-aggregament jikkonsisti f’wieħed biss minn dawn it-tipi li ġejjin:

(i) 

proprjetajiet li jipproduċu dħul;

(ii) 

proprjetajiet li ma jipproduċux dħul;

(c) 

ġuriżdizzjoni, li permezz tagħha l-aggregament jikkonsisti fi skoperturi żgurati minn proprjetajiet immobbli residenzjali li jinsabu fl-istess ġuriżdizzjoni.

2.  

Il-fatturi ta’ omoġeneità għat-tip ta’ assi msemmija fl-Artikolu 1(a)(ii) għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) 

il-klassifikazzjoni tad-drittijiet ta’ sigurtà, li permezz tagħha l-aggregament jikkonsisti f’wieħed biss minn dawn it-tipi ta’ skoperturi sottostanti li ġejjin:

(i) 

self żgurat bi drittijiet ta’ sigurtà fuq proprjetà immobbli kummerċjali kklassifikati fuq nett;

(ii) 

self żgurat bi drittijiet fuq proprjetà immobbli kummerċjali kklassifikati aktar ’l isfel u dawk kollha klassifikati preċedentment;

(iii) 

self żgurat bi drittijiet ta’ sigurtà fuq proprjetà immobbli kummerċjali kklassifikati aktar ’l isfel;

(b) 

tip ta’ proprjetà immobbli kummerċjali, li permezz tagħha l-aggregament jikkonsisti f’wieħed biss minn dawn it-tipi li ġejjin:

(i) 

binjiet ta’ uffiċċji;

(ii) 

spazju għall-bejgħ bl-imnut;

(iii) 

sptarijiet;

(iv) 

faċilitajiet tal-ħżin;

(v) 

lukandi;

(vi) 

proprjetajiet industrijali;

(vii) 

tip speċifiku ieħor ta’ proprjetajiet immobli kummerċjali;

(c) 

ġuriżdizzjoni, li permezz tagħha l-aggregament jikkonsisti fi skoperturi sottostanti żgurati minn proprjetajiet li jinsabu fl-istess ġuriżdizzjoni.

3.  

Il-fatturi ta’ omoġeneità għat-tip ta’ assi msemmija fl-Artikolu 1(a)(iv) għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) 

tip ta’ obbligant, li permezz tiegħu l-aggregament jikkonsisti f’wieħed biss minn dawn it-tipi ta’ obbliganti:

(i) 

impriżi mikro, żgħar u medji;

(ii) 

tipi oħrajn ta’ impriżi u korporazzjonijiet;

(b) 

ġuriżdizzjoni, li permezz tagħha l-aggregament jikkonsisti f’wieħed biss minn dawn it-tipi ta’ skoperturi sottostanti li ġejjin:

(i) 

skoperturi żgurati minn proprjetà immobbli li tinsab fl-istess ġuriżdizzjoni;

(ii) 

skoperturi għall-obbliganti b’residenza fl-istess ġuriżdizzjoni.

4.  

Il-fatturi ta’ omoġeneità għat-tip ta’ assi msemmija fl-Artikolu 1(a)(v) għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) 

tip ta’ obbligant, li permezz tiegħu l-aggregament jikkonsisti fi skoperturi sottostanti b’tip wieħed biss minn dawn it-tipi ta’ obbliganti:

▼M1

(i) 

individwi, u intrapriżi fejn l-oriġinatur japplika l-istess approċċ għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ skoperturi għal intrapriżi bħal għall-iskoperturi għal individwi;

▼B

(ii) 

impriżi mikro, żgħar u medji;

(iii) 

tipi oħrajn ta’ impriżi u korporazzjonijiet;

(iv) 

entitajiet tas-settur pubbliku;

(v) 

istituzzjonijiet finanzjarji;

(b) 

ġuriżdizzjoni, li permezz tagħha l-aggregament jikkonsisti fi skoperturi sottostanti għal obbliganti b’residenza fl-istess ġuriżdizzjoni.

5.  

Il-fatturi ta’ omoġeneità għat-tip ta’ assi msemmija fl-Artikolu 1(a)(vi) għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) 

tip ta’ obbligant, li permezz tiegħu l-aggregament jikkonsisti fi skoperturi sottostanti b’tip wieħed biss minn dawn it-tipi ta’ obbliganti:

▼M1

(i) 

individwi, u intrapriżi fejn l-oriġinatur japplika l-istess approċċ għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ skoperturi għal intrapriżi bħal għall-iskoperturi għal individwi;

▼B

(ii) 

impriżi mikro, żgħar u medji;

(iii) 

tipi oħrajn ta’ impriżi u korporazzjonijiet;

(iv) 

entitajiet tas-settur pubbliku;

(v) 

istituzzjonijiet finanzjarji;

(b) 

ġuriżdizzjoni, li permezz tagħha l-aggregament jikkonsisti fi skoperturi sottostanti għal obbliganti b’residenza fl-istess ġuriżdizzjoni.

6.  

Il-fatturi ta’ omoġeneità għat-tip ta’ assi msemmija fl-Artikolu 1(a)(viii) għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) 

it-tip ta’ obbligant;

(b) 

il-klassifikazzjoni tad-drittijiet ta’ sigurtà;

(c) 

it-tip ta’ proprjetà immobbli;

(d) 

ġuriżdizzjoni.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).