02019R1383 — MT — 04.09.2019 — 000.003
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1383 tat-8 ta' Lulju 2019 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tas-sistemi ta' ġestjoni tas-sikurezza fl-organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u t-tnaqqis tar-rekwiżiti għall-inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali b'rabta mal-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (ĠU L 228 4.9.2019, p. 1) |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1383
tat-8 ta' Lulju 2019
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tas-sistemi ta' ġestjoni tas-sikurezza fl-organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u t-tnaqqis tar-rekwiżiti għall-inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali b'rabta mal-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 3
Rekwiżiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
Ir-rekwiżiti tal-Anness Vb (Parti-ML) għandhom japplikaw għall-inġenji tal-ajru li ġejjin ħlief inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni:
ajruplani b'massa massima waqt it-tlugħ ta' 2 730 kg jew anqas;
inġenji tal-ajru kbar li jaħdmu bir-rotors b'massa massima waqt it-tlugħ ta' 1 200 kg jew anqas, iċċertifikati għal massimu ta' 4 okkupanti;
inġenji tal-ajru oħra ELA2.
Meta l-inġenju tal-ajru msemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel sottoparagrafu jkun elenkat fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru ta' operatur tal-ajru li ngħata l-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-M).
Biex jiġu elenkat fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru ta' operatur tal-ajru li ngħata l-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, l-inġenju tal-ajru msemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jkun konformi mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
il-programm ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru tiegħu jkun ġie approvat mill-awtorità kompetenti skont il-punt M.A.302 tal-Anness I (Parti-M);
il-manutenzjoni li għandha ssir u li hi meħtieġa mill-programm ta' manutenzjoni msemmi fil-punt (a) twettqet u ġiet iċċertifikata skont il-punti 145.A.48 u 145.A.50 tal-Anness II (Parti-145);
saret reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u nħareġ ċertifikat ġdid tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.901 tal-Anness I (Parti-M).
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 4
Approvazzjonijiet għal organizzazzjonijiet involuti fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
Il-privileġġi tat-tali organizzazzjoni taħt l-approvazzjoni maħruġa skont l-Anness Vd (Parti-CAO) għandhom ikunu l-istess bħall-privileġġi taħt l-approvazzjoni maħruġa skont is-Sottoparti F jew is-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M) jew l-Anness II (Parti-145). Madankollu, dawk il-privileġġi m'għandhomx jisbqu l-privileġġi ta organizzazzjoni msemmija fit-Taqsima A tal-Anness Vd (Parti-CAO).
L-organizzazzjoni tista' tikkoreġi kwalunkwe sejba ta' nuqqas ta' konformità mal-Anness Vd (Parti-CAO) sal-24 ta' Settembru 2021. Jekk wara dik id-data s-sejbiet ma jkunux għadhom ġew ikkoreġuti, l-approvazzjoni għandha tiġi rrevokata.
Sakemm l-organizzazzjoni tikkonforma mal-Anness Vd (Parti-CAO) jew sal-24 ta' Settembru 2021, skont liema data minn dawn it-tnejn taħbat l-ewwel, din għandha tiġi ċċertifikata u ssorveljata skont is-Sottoparti F jew is-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M) jew l-Anness II (Parti-145), skont kif applikabbli.
L-organizzazzjoni tista' tikkoreġi kwalunkwe sejba ta' nuqqas ta' konformità mal-Anness Vc (Parti-CAMO) sal-24 ta' Settembru 2021.
Jekk l-organizzazzjoni tikkoreġi s-sejbiet sa dik id-data, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat tal-approvazzjoni tal-Formola 14 ġdid skont l-Anness Vc (Parti-CAMO). Jekk wara dik id-data s-sejbiet ma jkunux għadhom ġew ikkoreġuti, l-approvazzjoni għandha tiġi rrevokata.
Sakemm l-organizzazzjoni tikkonforma mal-Anness Vc (Parti-CAMO) jew l-24 ta' Settembru 2021, skont liema data minn dawn it-tnejn taħbat l-ewwel, din għandha tiġi ċċertifikata u ssorveljata skont is-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M).
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
jiddaħħal l-Artikolu 7a li ġej:
“Artikolu 7a
Awtoritajiet kompetenti
Meta Stat Membru jaħtar aktar minn entità waħda bħala awtorità kompetenti bis-setgħat neċessarji u r-responsabbiltajiet allokati għaċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza ta' persuni u organizzazzjonijiet soġġetti għal dan ir-Regolament, għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
l-oqsma ta' kompetenza ta' kull awtorità kompetenti għandhom jiġu ddefiniti b'mod ċar, b'mod partikolari f'termini tar-responsabbiltajiet u l-limitazzjonijiet ġeografiċi;
għandha tiġi stabbilita koordinazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet biex jiġu żgurati ċertifikazzjoni u sorveljanza effettivi tal-organizzazzjonijiet u l-persuni kollha soġġetti għal dan ir-Regolament fil-mandati rispettivi tagħhom.
Fejn ikun hemm bżonn li jwettqu kompiti ta' ċertifikazzjoni jew sorveljanza skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħa biex:
jeżaminaw ir-rekords, id-data, il-proċeduri u kwalunkwe materjal ieħor li jkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti ta' ċertifikazzjoni u/jew ta' sorveljanza;
jagħmlu kopji tat-tali rekords, data, proċeduri u materjal ieħor, jew jieħdu siltiet minnhom;
jitolbu spjegazzjoni orali fuq il-post mingħand kwalunkwe membru tal-persunal ta' dawk l-organizzazzjonijiet;
jidħlu fil-bini, is-siti operazzjonali jew il-mezzi tat-trasport rilevanti li jkunu proprjetà ta' dawk il-persuni jew li jintużaw minnhom;
iwettqu awditi, investigazzjonijiet, valutazzjonijiet, spezzjonijiet, li jinkludu spezzjonijiet mhux imħabbra, fir-rigward ta' dawk l-organizzazzjonijiet;
jieħdu jew jagħtu bidu għal miżuri ta' infurzar skont kif xieraq.
L-Artikolu 9 jitħassar;
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament;
L-Anness II huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament;
L-Anness III huwa emendat f'konformità mal-Anness III ta' dan ir-Regolament;
L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament;
L-Anness Va huwa emendat skont l-Anness V ta' dan ir-Regolament;
it-test stipulat fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness Vb;
it-test stipulat fl-Anness VII ta' dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness Vc;
it-test stipulat fl-Anness VIII ta' dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness Vd.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-24 ta' Marzu 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 hu emendat kif ġej:
il-werrej huwa sostitwit kif ġej:
|
“WERREJ |
|
|
M.1 |
|
|
TAQSIMA A — REKWIŻITI TEKNIĊI |
|
|
SOTTOPARTI A — ĠENERALI |
|
|
M.A.101 |
Kamp ta' applikazzjoni |
|
SOTTOPARTI B — RESPONSABBILTÀ |
|
|
M.A.201 |
Responsabbiltajiet |
|
M.A.202 |
Rapportar ta' okkorrenza |
|
SOTTOPARTI C — IL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ |
|
|
M.A.301 |
Kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
|
M.A.302 |
Programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru |
|
M.A.303 |
Id-direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà |
|
M.A.304 |
Data għal modifiki u tiswijiet |
|
M.A.305 |
Sistema ta' reġistrazzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru |
|
M.A.306 |
Sistema ta' reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru |
|
M.A.307 |
Trasferiment ta' rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru |
|
SOTTOPARTI D — STANDARDS TA' MANUTENZJONI |
|
|
M.A.401 |
Data tal-manutenzjoni |
|
M.A.402 |
Twettiq tal-manutenzjoni |
|
M.A.403 |
Difetti tal-inġenju tal-ajru |
|
SOTTOPARTI E — KOMPONENTI |
|
|
M.A.501 |
Klassifikazzjoni u installazzjoni |
|
M.A.502 |
Manutenzjoni tal-komponenti |
|
M.A.503 |
Parts li jintużaw għal żmien limitat u komponenti kkontrollati biż-żmien |
|
M.A.504 |
Segregazzjoni tal-komponenti |
|
SOTTOPARTI F — ORGANIZZAZZJONI TAL-MANUTENZJONI |
|
|
M.A.601 |
Kamp ta' applikazzjoni |
|
M.A.602 |
Applikazzjoni |
|
M.A.603 |
Termini tal-approvazzjoni |
|
M.A.604 |
Manwal tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni |
|
M.A.605 |
Faċilitajiet |
|
M.A.606 |
Rekwiżiti tal-persunal |
|
M.A.607 |
Il-persunal li jiċċertifika u l-persunal għar-reviżjoni tal-kontinwità fl-ajrunavigabbiltà |
|
M.A.608 |
Komponenti, tagħmir u għodod |
|
M.A.609 |
Data tal-manutenzjoni |
|
M.A.610 |
Ordnijiet ta' xogħol ta' manutenzjoni |
|
M.A.611 |
Standards tal-manutenzjoni |
|
M.A.612 |
Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru |
|
M.A.613 |
Ċertifikat għall-komponenti biex jinħarġu għall-użu |
|
M.A.614 |
Rekords tal-manutenzjoni u tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà |
|
M.A.615 |
Privileġġi tal-organizzazzjoni |
|
M.A.616 |
Reviżjoni organizzazzjonali |
|
M.A.617 |
Bidliet fl-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni |
|
M.A.618 |
Validità kontinwata tal-approvazzjoni |
|
M.A.619 |
Sejbiet |
|
SOTTOPARTI G — ORGANIZZAZZJONI TAL-ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ |
|
|
M.A.701 |
Kamp ta' Applikazzjoni |
|
M.A.702 |
Applikazzjoni |
|
M.A.703 |
Termini tal-approvazzjoni |
|
M.A.704 |
Espożizzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
|
M.A.705 |
Faċilitajiet |
|
M.A.706 |
Rekwiżiti tal-persunal |
|
M.A.707 |
Persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà |
|
M.A.708 |
Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
|
M.A.709 |
Dokumentazzjoni |
|
M.A.710 |
Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà |
|
M.A.711 |
Privileġġi tal-organizzazzjoni |
|
M.A.712 |
Sistema tal-kwalità |
|
M.A.713 |
Bidliet fl-organizzazzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata |
|
M.A.714 |
Żamma tar-rekords |
|
M.A.715 |
Validità kontinwata tal-approvazzjoni |
|
M.A.716 |
Sejbiet |
|
SOTTOPARTI H — ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ (CRS) |
|
|
M.A.801 |
Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru |
|
M.A.802 |
Ċertifikat għall-komponenti biex jinħarġu għall-użu |
|
M.A.803 |
Awtorizzazzjoni għall-bdot-sid |
|
SOTTOPARTI I — ĊERTIFIKAT TAR-REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ |
|
|
M.A.901 |
Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru |
|
M.A.902 |
Validità taċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà |
|
M.A.903 |
Trasferiment tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru fi ħdan l-UE |
|
M.A.904 |
Reviżjoni tan-navigabbiltà tal-inġenju tal-ajru importat fl-UE |
|
M.A.905 |
Sejbiet |
|
TAQSIMA B — PROĊEDURA GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI |
|
|
SOTTOPARTI A — ĠENERALI |
|
|
M.B.101 |
Kamp ta' applikazzjoni |
|
M.B.102 |
Awtorità kompetenti |
|
M.B.103 |
Sejbiet u miżuri ta' infurzar - il-persuni |
|
M.B.104 |
Żamma tar-rekords |
|
M.B.105 |
Skambju reċiproku ta' informazzjoni |
|
SOTTOPARTI B — RESPONSABBILTÀ |
|
|
M.B.201 |
Responsabbiltajiet |
|
M.B.202 |
Informazzjoni lill-Aġenzija |
|
SOTTOPARTI C — IL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ |
|
|
M.B.301 |
Programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru |
|
M.B.302 |
Eżenzjonijiet |
|
M.B.303 |
Monitoraġġ tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru |
|
M.B.304 |
Ir-revoka, is-sospensjoni u l-limitazzjoni |
|
M.B.305 |
Sistema ta' reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru |
|
SOTTOPARTI D — STANDARDS TA' MANUTENZJONI |
|
|
SOTTOPARTI E — KOMPONENTI |
|
|
SOTTOPARTI F — ORGANIZZAZZJONI TAL-MANUTENZJONI |
|
|
M.B.601 |
Applikazzjoni |
|
M.B.602 |
Approvazzjoni Inizjali |
|
M.B.603 |
Ħruġ tal-approvazzjoni |
|
M.B.604 |
Superviżjoni kontinwa |
|
M.B.605 |
Sejbiet |
|
M.B.606 |
Tibdiliet |
|
M.B.607 |
Ir-revoka, is-sospensjoni u l-limitazzjoni ta' approvazzjoni |
|
SOTTOPARTI G — ORGANIZZAZZJONI TAL-ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ |
|
|
M.B.701 |
Applikazzjoni |
|
M.B.702 |
Approvazzjoni inizjali |
|
M.B.703 |
Ħruġ tal-approvazzjoni |
|
M.B.704 |
Superviżjoni kontinwa |
|
M.B.705 |
Sejbiet |
|
M.B.706 |
Tibdiliet |
|
M.B.707 |
Ir-revoka, is-sospensjoni u l-limitazzjoni ta' approvazzjoni |
|
SOTTOPARTI H — ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ (CRS) |
|
|
SOTTOPARTI I — ĊERTIFIKAT TAR-REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ |
|
|
M.B.901 |
Valutazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet |
|
M.B.902 |
Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà mill-awtorità kompetenti |
|
M.B.903 |
Sejbiet |
|
M.B.904 |
Skambju reċiproku ta' informazzjoni |
|
Appendiċi I — Kuntratt ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
|
|
Appendiċi II — Ċertifikat għar-Rilaxx Awtorizzat — Formola 1 tal-EASA |
|
|
Appendiċi III — Ċertifikat għar-Reviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà — Formola 15 tal-EASA |
|
|
Appendiċi IV — Sistema ta' Klassijiet u Klassifikazzjonijiet li għandha tintuża għall-Approvazzjoni tal-Organizzazzjonijiet tal-Manutenzjoni msemmija fl-Anness I (Parti-M) Sottoparti F u fl-Anness II (Parti-145) |
|
|
Appendiċi V — Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni msemmija fl-Anness I (Parti-M), Sottoparti F |
|
|
Appendiċi VII — Kompiti Kumplessi ta' Manutenzjoni |
|
|
Appendiċi VIII — Manutenzjoni Limitata tal-Bdot-Sid”; |
|
Il-punt M.1 hu emendat kif ġej:
il-punt 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“3. għall-approvazzjoni ta' programmi ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru (‘AMP’), waħda minn dawn li ġejjin:
l-awtorità magħżula mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru;
jekk qabel l-approvazzjoni tal-programm ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru l-Istat Membru tar-reġistru jaqbel, waħda minn dawn li ġejjin:
l-awtorità magħżula mill-Istat Membru fejn l-operatur għandu s-sede prinċipali tiegħu jew, f'każ li l-operatur ma jkollu ebda sede prinċipali, l-awtorità magħżula mill-Istat Membru fejn hu stabbilit l-operatur jew fejn jirresjedi l-operatur;
l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza tal-organizzazzjoni li timmaniġġja l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru jew li magħha s-sid ikun ikkonkluda kuntratt limitat skont il-punt (i)(1) tal-punt M.A.201.”
il-punt 4 hu mħassar;
il-punt M.A.101 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“M.A.101 Kamp ta' applikazzjoni
Din it-Taqsima tistabbilixxi l-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li tinżamm l-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, inkluża l-manutenzjoni tiegħu. Din tispeċifika wkoll l-kondizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati mill-persuni jew l-organizzazzjonijiet involuti fit-tali attivitajiet.”;
fil-punt M.A.201, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(a) Is-sid tal-inġenju tal-ajru għandu jkun responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u għandu jiżgura li ma sseħħ l-ebda titjira sakemm ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
l-inġenju tal-ajru hu mantnut f'kundizzjoni tajba għat-titjir;
kwalunkwe tagħmir operattiv u ta' emerġenza mwaħħal ikun ġie installat b'mod korrett u jkun ta' tip li jista' jsir servizz fuqu jew ikun identifikat b'mod ċar bħala li ma jistax isir servizz fuqu;
iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà hu validu;
il-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru ssir skont l-AMP speċifikat fil-punt M.A.302.”;
fil-punt M.A.201, il-punti (d) sa (i) huma sostitwiti b'dan li ġej:
Il-bdot fil-kmand jew, fil-każ ta' inġenju tal-ajru użat mit-trasportaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, l-operatur għandu jkun responsabbli għat-twettiq sodisfaċenti tal-ispezzjoni ta' qabel it-titjira. Dik l-ispezzjoni għandha titwettaq mill-bdot jew minn persuna oħra kwalifikata iżda m'għandux ikollha bżonn titwettaq minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata jew mill-persunal taċ-ċertifikazzjoni.
Fil-każ tal-inġenju tal-ajru użat minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, l-operatur għandu jkun responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru li jopera u għandu:
jiżgura li ma ssir l-ebda titjira sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a);
jieħu l-passi neċessarji biex jiżgura l-approvazzjoni tiegħu bħala organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (‘CAMO’) skont l-Anness Vc (Parti-CAMO), bħala parti miċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru għall-inġenju tal-ajru li jopera;
jieħu l-passi neċessarji biex jiżgura l-approvazzjoni tiegħu skont l-Anness II (Parti-145) jew jikkonkludi kuntratt bil-miktub skont il-punt (c) tal-punt CAMO.A.315 tal-Anness Vc (Parti-CAMO) ma' organizzazzjoni li ġiet approvata skont l-Anness II (Parti-145).
Għal inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni użati għal operazzjonijiet speċjalizzati kummerċjali, għal operazzjonijiet CAT għajr dawk imwettqa minn operaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 jew minn Organizzazzjonijiet tat-Taħriġ Approvati (‘ATO’) u Organizzazzjonijiet tat-Taħriġ Iddikjarati (‘DTO’) kummerċjali msemmija fl-Artikolu 10a tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, l-operatur għandu jiżgura li:
ma ssir l-ebda titjira sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a);
il-kompiti assoċjati mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jitwettqu minn CAMO approvata skont l-Anness Vc (Parti-CAMO); meta l-operatur stess ma jkunx approvat hu stess skont dik it-Taqsima, għandu jikkonkludi kuntratt bil-miktub rigward it-twettiq ta' dawk il-kompiti skont l-Appendiċi I għal dan l-Anness ma' organizzazzjoni approvata skont l-Anness Vc (Parti-CAMO);
is-CAMO imsemmija fil-punt (2) hi approvata skont l-Anness II (Parti-145) bħala organizzazzjoni biex tikkwalifika għall-ħruġ ta' approvazzjoni għall-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru u tal-komponenti għall-installazzjoni fuqu, jew li s-CAMO tkun ikkonkludiet kuntratt bil-miktub skont il-punt (c) tal-punt CAMO.A.315 tal-Anness Vc (Parti-CAMO) ma' organizzazzjonijiet approvati skont l-Anness II (Parti-145).
Għall-inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni mhux inklużi fil-punti (e) u (f), is-sid għandu jiżgura li:
ma ssir l-ebda titjira sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a);
il-kompiti assoċjati mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jitwettqu minn CAMO approvata skont l-Anness Vc (Parti-CAMO); meta s-sid ma jkunx hu stess CAMO approvata skont l-Anness Vc (Parti-CAMO), għandu jikkonkludi kuntratt bil-miktub rigward it-twettiq ta' dawk il-kompiti skont l-Appendiċi I għal dan l-Anness ma' organizzazzjoni approvata skont l-Anness Vc (Parti-CAMO);
is-CAMO imsemmija fil-punt (2) hi approvata skont l-Anness II (Parti-145) bħala organizzazzjoni biex tikkwalifika għall-ħruġ ta' approvazzjoni għall-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru u tal-komponenti għall-installazzjoni fuqu, jew li s-CAMO tkun ikkonkludiet kuntratt bil-miktub skont il-punt (c) tal-punt CAMO.A.315 tal-Anness Vc (Parti-CAMO) ma' organizzazzjonijiet approvati skont l-Anness II (Parti-145).
Għal inġenji tal-ajru ħlief dawk kumplessi li jaħdmu bil-magni użati għal operazzjonijiet speċjalizzati kummerċjali, għal operazzjonijiet CAT għajr dawk imwettqa minn operaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 jew minn ATOs u DTOs kummerċjali msemmija fl-Artikolu 10a tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, l-operatur għandu jiżgura li:
ma ssir l-ebda titjira sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a);
il-kompiti assoċjati mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jitwettqu minn CAMO approvata skont l-Anness Vc (Parti-CAMO) jew organizzazzjoni tal-ajrunavigabbiltà kombinata (‘CAO’) approvata skont l-Anness Vd (Parti-CAO); meta l-operatur ma jkunx CAMO approvata skont l-Anness Vc (Parti-CAMO) jew CAO approvat skont l-Anness Vd (Parti-CAO), għandu jikkonkludi kuntratt bil-miktub skont l-Appendiċi I għal dan l-Anness ma' CAMO approvata skont l-Anness Vc (Parti-CAMO) jew CAO approvata skont l-Anness Vd (Parti-CAO);
is-CAMO jew is-CAO imsemmija fil-punt (2) hi approvata skont l-Anness II (Parti-145) jew skont il-Parti-M, Sottoparti F ta' dan l-Anness jew bħala CAO bi privileġġi ta' manutenzjoni, jew dik is-CAMO tkun ikkonkludiet kuntratt bil-miktub skont il-punt (c) tal-punt CAMO.A.315 tal-Anness Vc (Parti-CAMO) ma' organizzazzjonijiet approvati skont l-Anness II (Parti-145) jew skont is-Sottoparti F tal-Parti-M ta' dan l-Anness jew l-Anness Vd (Parti-CAO) bi privileġġi ta' manutenzjoni.
Għal inġenji tal-ajru ħlief dawk kumplessi li jaħdmu bil-magni mhux inklużi fil-punti (e) u (h), jew użati għal operazzjonijiet limitati, is-sid għandu jiżgura li t-titjira sseħħ biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (a). Għal dak l-għan, is-sid għandu, b'mod alternattiv:
jattribwixxi l-kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt M.A. 301 lil CAMO jew CAO permezz ta' kuntratt bil-miktub konkluż skont l-Appendiċi I;
iwettaq dawk il-kompiti hu stess.
Jekk is-sid jagħżel li jwettaq dawk il-kompiti hu stess, hu jista' jiddeċiedi li ma jwettaqx il-kompiti tal-iżvilupp u tal-proċessar tal-approvazzjoni tal-AMP biss jekk dawk il-kompiti jitwettqu minn CAMO jew CAO permezz ta' kuntratt bil-miktub konkluż skont il-punt M.A.302.”
il-punt M.A.202 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“M.A.202 Rapportar ta' okkorrenza
Mingħajr ħsara għall-obbligi ta' rapportar stabbiliti fl-Anness II (Parti-145) u fl-Anness Vc (Parti-CAMO), kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni responsabbli skont il-punt M.A.201 għandha tirrapporta kwalunkwe kundizzjoni identifikata ta' inġenju tal-ajru jew komponent li tipperikola s-sikurezza tat-titjira:
lill-awtorità kompetenti ddeżinjata mill-Istat Membru tar-reġistru tal-inġenju tal-ajru, u, meta dan ikun differenti mill-Istat Membru tar-reġistru, lill-awtorità kompetenti ddeżinjata mill-Istat Membru tal-operatur;
lill-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn tat-tip jew għad-disinn tat-tip supplimentari.
Ir-rapporti msemmija fil-punt (a) għandhom isiru b'mod determinat mill-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (a) u għandu jkun fihom l-informazzjoni pertinenti kollha dwar il-kundizzjoni magħrufa għall-persuna jew għall-organizzazzjoni li tagħmel ir-rapport.
Meta l-manutenzjoni jew ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru titwettaq fuq il-bażi ta' kuntratt bil-miktub, il-persuna jew l-organizzazzjoni responsabbli għal dawk l-attivitajiet għandha tirrapporta wkoll kwalunkwe kundizzjoni msemmija fil-punt (a) lis-sid u l-operatur tal-inġenju tal-ajru u, meta din tkun differenti, lis-CAMO jew lis-CAO kkonċernata.
Il-persuna jew l-organizzazzjoni għandha tissottometti r-rapporti msemmija fil-punti (a) u (c) mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 72 siegħa mill-mument li fih il-persuna jew l-organizzazzjoni tidentifika l-kundizzjoni li magħha jkun relatat ir-rapport, sakemm ċirkustanzi eċċezzjonali ma jipprevjenuhiex.
Il-persuna jew l-organizzazzjoni tat-taħriġ għandha tissottometti rapport ta' segwitu, li jipprovdi d-dettalji tal-azzjonijiet li dik il-persuna jew l-organizzazzjoni jkun biħsiebha tieħu biex tipprevjeni okkorrenzi simili fil-ġejjieni, malli dawk l-azzjonijiet ikunu ġew identifikati. Ir-rapport ta' segwitu għandu jiġi sottomess fil-forma u l-manjiera stabbiliti mill-awtorità kompetenti.”;
il-punti M.A.301 u M.A.302 huma sostitwiti b'dan li ġej:
“M.A.301 Kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
Il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u li t-tagħmir operattiv u ta' emerġenza ikun jista' jissewwa għandhom ikunu żgurati:
bit-twettiq tal-ispezzjonijiet ta' qabel it-titjira;
bir-rettifika ta' kwalunkwe difett u ħsara li jaffettwaw l-operar sikur skont id-data speċifikata fil-punti M.A.304 u M.A.401, skont kif applikabbli, filwaqt li jitqiesu l-lista tat-tagħmir minimu (‘MEL’) u l-lista ta' devjazzjoni tal-konfigurazzjoni, meta jkunu jeżistu;
bit-tlestija tal-manutenzjoni kollha skont l-AMP imsemmi fil-punt M.A.302;
bit-twettiq tal-manutenzjoni kollha skont is-Sottoparti H;
għall-inġenji kollha tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni jew l-inġenji tal-ajru użati mit-trasportaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, bl-analiżi tal-effikaċja tal-AMP approvat imsemmi fil-punt M.A.302;
bit-twettiq ta' kwalunkwe minn dawn applikabbli:
bid-direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà (AD);
bid-direttiva operattiva tal-impatt tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà;
bir-rekwiżiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà stabbiliti mill-Aġenzija;
bil-miżuri meħtieġa mill-awtorità kompetenti b'reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza;
bit-twettiq tal-modifiki u t-tiswijiet skont l-M.A.304;
bl-għoti lill-bdot fil-kmand, jew lill-operatur fil-każ tat-trasportaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, tad-dikjarazzjoni tal-massa u l-bilanċ li tirrifletti l-konfigurazzjoni kurrenti tal-inġenju tal-ajru;
b'titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni, meta jkunu meħtieġa.
M.A.302 Programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru
Il-manutenzjoni ta' kull inġenju tal-ajru għandha tkun organizzata skont AMP.
L-AMP u kwalunkwe emenda sussegwenti tiegħu għandhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti.
Meta l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru tkun ġestita minn CAMO jew CAO, jew meta jkun hemm kuntratt bil-miktub bejn is-sid u CAMO jew CAO konkluż skont il-punt (i)(1) tal-punt M.A.201, l-AMP u l-emendi tiegħu jistgħu jiġu approvati permezz ta' proċedura ta' approvazzjoni indiretta.
F'dak il-każ, il-proċedura ta' approvazzjoni indiretta għandha tiġi stabbilita mis-CAMO jew is-CAO kkonċernata bħala parti mill-espożizzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (‘CAME’) imsemmija fil-punt CAMO.A.300 tal-Anness Vc jew bħala parti mill-espożizzjoni tal-ajrunavigabbiltà kombinata (‘CAE’) imsemmija fil-punt CAO.A.025 tal-Anness Vd u għandha tkun approvata mill-awtorità kompetenti responsabbli għal dik is-CAMO jew is-CAO.
Il-proċedura ta' approvazzjoni indiretta għandha tintuża biss meta s-CAMO jew is-CAO kkonċernata tkun taħt is-sorveljanza tal-Istat Membru tar-reġistru tal-inġenju tal-ajru, sakemm ma jkunx ġie konkluż kuntratt bil-miktub skont il-punt 3 tal-punt M.1 li jittrasferixxi r-responsabbiltà għall-approvazzjoni tal-programm ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru lill-awtorità kompetenti responsabbli għas-CAMO jew is-CAO.
L-AMP għandu juri konformità ma':
l-istruzzjonijiet maħruġa mill-awtorità kompetenti;
l-istruzzjonijiet għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà:
maħruġa mid-detenturi taċ-ċertifikat tat-tip, iċ-ċertifikat tat-tip ristrett, iċ-ċertifikat tat-tip supplimentari, l-approvazzjoni tad-disinn ta' tiswija maġġuri, l-awtorizzazzjoni tal-ETSO jew ta' kwalunkwe approvazzjoni relevanti oħra maħruġa skont l-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;
inklużi fl-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni msemmija fil-punt 21.A.90B jew 21.A.431B tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, jekk applikabbli;
Permezz ta' deroga mill-punt (d), is-sid jew l-organizzazzjoni li jimmaniġġjaw il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru jistgħu jiddevjaw mill-istruzzjoni msemmija fil-punt (d)(2) u jipproponu intervalli eskalati fl-AMP, fuq il-bażi tad-data miksuba minn reviżjonijiet suffiċjenti mwettqa skont il-punt (h). L-approvazzjoni indiretta mhix permessa għall-eskalazzjoni ta' kompiti relatati mas-sikurezza. Is-sid jew l-organizzazzjoni li jimmaniġġjaw il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru jistgħu jipproponu wkoll struzzjonijiet addizzjonali fl-AMP.
L-AMP għandu jkun fih dettalji tal-manutenzjoni kollha li għandha titwettaq, inklużi l-frekwenza u kwalunkwe kompitu speċifiku marbut mat-tip u mal-ispeċifiċità tal-operazzjonijiet.
Għal inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni, meta l-AMP ikun ibbażat fuq loġika tal-grupp ta' tmexxija ta' manutenzjoni jew fuq monitoraġġ tal-kundizzjoni, l-AMP għandu jinkludi programm ta' affidabbiltà.
L-AMP għandu jkun soġġett għal reviżjonijiet perjodiċi u għandu jiġi emendat kif xieraq meta jkun hemm bżonn. Dawk ir-reviżjonijiet għandhom jiżguraw li l-AMP jibqa' aġġornat u validu fid-dawl tal-esperjenza operattiva u tal-istruzzjonijiet mill-awtorità kompetenti, filwaqt li jqis struzzjonijiet ta' manutenzjoni ġodda jew mibdula dwar il-manutenzjoni maħruġa mid-detenturi taċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip supplimentari u kwalunkwe organizzazzjoni oħra li tippubblika data bħal din skont l-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) 748/2012.”;
il-punt M.A.304 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“M.A.304 Data għal modifiki u tiswijiet
Persuna jew organizzazzjoni li ssewwi inġenju tal-ajru jew komponent għandha tivvaluta kwalunkwe ħsara. Il-modifiki u t-tiswijiet għandhom jitwettqu billi tintuża, kif xieraq, id-data li ġejja:
approvata mill-Aġenzija;
approvata minn organizzazzjoni tad-disinn li tikkonforma mal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;
li tinsab fir-rekwiżiti msemmija fil-punt 21.A.90B jew 21A.431B tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.”;
il-punt M.A.305 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“M.A.305 Sistema ta' reġistrazzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru
Mat-tlestija ta' kwalunkwe manutenzjoni, iċ-ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru (‘CRS’) meħtieġ mill-punt M.A.801 jew il-punt 145.A.50, skont kif applikabbli, għandu jiddaħħal fis-sistema ta' rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 30 jum wara li titlesta kwalunkwe manutenzjoni.
Is-sistema ta' rekords dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru għandu jkun fiha dawn li ġejjin:
id-data tal-entrata, il-ħajja totali fis-servizz akkumulata fil-parametru applikabbli għall-inġenju tal-ajru, il-magna/i u/jew l-iskrun/iskrejjen;
ir-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru deskritti fil-punti (c) u (d) hawn taħt flimkien mar-rekords dettaljati ta' sostenn dwar il-manutenzjoni deskritti fil-punt (e) hawn taħt;
jekk meħtieġa mill-punt M.A.306, ir-reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru.
Ir-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru għandhom jinkludu r-rapport dwar il-massa u l-bilanċ kurrenti u l-istatus kurrenti ta':
ADs u l-miżuri mandati mill-awtorità kompetenti b'reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza;
modifiki u tiswijiet;
il-konformità mal-AMP;
il-kompiti differiti tal-manutenzjoni u r-rettifika differita tad-difetti.
Ir-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru għandhom jinkludu l-istatus kurrenti speċifiku għall-komponenti ta':
parts li jintużaw għal żmien limitat, inkluża l-ħajja akkumulata minn kull part affettwata b'rabta mal-parametru applikabbli tal-limitazzjoni tal-ajrunavigabbiltà; u
komponenti kkontrollati biż-żmien, inkluża l-ħajja akkumulata mill-komponenti affettwati fil-parametru applikabbli, sa mill-aħħar darba li twettqet manutenzjoni skedata, kif speċifikat fl-AMP.
Is-sid jew l-operatur għandu jistabbilixxi sistema biex iżomm id-dokumenti u d-data li ġejjin f'forma aċċettabbli għall-awtorità kompetenti u għall-perjodi speċifikati hawn taħt:
sistema ta' reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru: ir-reġistrazzjoni teknika jew data oħra ekwivalenti fl-ambitu u fid-dettall, li jkopru l-perjodu ta' 36 xahar qabel l-aħħar entrata,
is-CRS u r-rekords dettaljati dwar il-manutenzjoni:
li juru konformità mal-ADs u l-miżuri mandati mill-awtorità kompetenti b'reazzjoni immedjata għal problema tas-sikurezza applikabbli għall-inġenju tal-ajru, il-magna/i, l-iskrun/iskrejjen u l-komponenti mqabbda magħhom, kif xieraq, sakemm l-informazzjoni li tinsab fihom tiġi sostitwita minn informazzjoni ġdida ekwivalenti fl-ambitu u d-dettall iżda li tkopri perjodu mhux iqsar minn 36 xahar;
li juru konformità mad-data applikabbli skont il-punt M.A.304 għal modifiki u tiswijiet kurrenti għall-inġenju tal-ajru, il-magna/i, l-iskrun/iskrejjen u kwalunkwe komponent soġġett għal limitazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà; u
tal-manutenzjoni skedata kollha jew manutenzjoni oħra meħtieġa għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, il-magna/i, l-iskrun/iskrejjen, kif xieraq, sakemm l-informazzjoni li tinsab fihom tiġi sostitwita minn informazzjoni ġdida ekwivalenti fl-ambitu u d-dettall iżda li tkopri perjodu mhux iqsar minn 36 xahar.
data speċifika għal ċerti komponenti:
rekord storiku fis-servizz għal kull part li tintuża għal żmien limitat li fuq il-bażi tiegħu jiġi ddeterminat l-istatus kurrenti tal-konformità mal-limitazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà;
is-CRS u r-rekords dettaljati dwar il-manutenzjoni għall-aħħar darba li saret xi manutenzjoni skedata u xi manutenzjoni mhux skedata sussegwenti tal-parts kollha li jintużaw għal żmien limitat u l-komponenti kkontrollati biż-żmien sakemm il-manutenzjoni skedata tiġi sostitwita minn manutenzjoni skedata oħra b'ambitu u dettall ekwivalenti iżda li tkopri perjodu ta' mhux anqas minn 36 xahar;
is-CRS u d-dikjarazzjoni tal-aċċettazzjoni tas-sid għal kwalunkwe komponent li jitqabbad ma' inġenju tal-ajru ELA2 mingħajr Formola 1 tal-EASA skont il-punt (c) tal-punt 21.A.307 tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 iżda li tkopri perjodu mhux iqsar minn 36 xahar.
Il-perjodi ta' żamma ta' rekords meta l-inġenju tal-ajru jiġi rtirat b'mod permanenti mis-servizz:
id-data meħtieġa mill-punt (b)(1) tal-punt M.A.305 fir-rigward tal-inġenju tal-ajru, il-magna/i u l-iskrun/iskrejjen li għandha tinżamm għal tal-anqas 12-il xahar;
l-aħħar status u rapporti effettivi kif identifikati skont il-punti (c) u (d) tal-punt M.A.305 li għandhom jinżammu għal tal-anqas 12-il xahar; u
l-aktar CRS(s) u rekords dettaljati dwar il-manutenzjoni riċenti kif identifikati skont il-punti (e)(2)(ii) u (e)(3)(i) tal-punt M.A.305 li għandhom jinżammu għal tal-anqas 12-il xahar.
Il-persuna jew l-organizzazzjoni responsabbli mill-kompiti ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.201 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti rigward is-sistema ta' rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u tippreżenta r-rekords lill-awtorità kompetenti meta mitluba.
L-entrati kollha li jiddaħħlu fis-sistema ta' rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandhom ikunu ċari u preċiżi. Meta jinqala' l-bżonn li tiġi kkoreġuta entrata, il-korrezzjoni għandha ssir b'tali mod li turi l-entrata oriġinali.”
fil-punt M.A.306, punt (a), il-frażi introduttiva hija sostitwita b'dan li ġej:
“(a) Minbarra r-rekwiżiti tal-punt M.A.305, għal CAT, operazzjonijiet speċjalizzati kummerċjali u operazzjonijiet ATO jew DTO kummerċjali, l-operatur għandu juża sistema ta' reġistrazzjoni teknika li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja għal kull inġenju tal-ajru.”;
fil-punt M.A.306, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(b) Il-ħruġ inizjali tas-sistema ta' reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru għandu jkun approvat mill-awtorità kompetenti skont il-punt CAMO.A.105 tal-Anness Vc (Parti-CAMO) jew il-punt CAO.1(1) tal-Anness Vd (Parti-CAO), skont kif applikabbli. Kwalunkwe emenda sussegwenti f'dik is-sistema għandha tkun ġestita skont il-punt CAMO.A.300(c) jew CAO.A.025(c)”;
fil-punt M.A.306, jitħassar il-punt (c).
il-punt M.A.307 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Meta inġenju tal-ajru jiġi ttrasferit b'mod permanenti minn sid jew operatur għal ieħor, is-sid jew l-operatur li jittrasferixxi għandu jiżgura li r-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt M.A.305 u, jekk applikabbli, is-sistema ta' reġistrazzjoni teknika msemmija fil-punt M.A.306 jiġu ttrasferiti wkoll.
Meta s-sid jagħti b'kuntratt il-kompiti ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà lil CAMO jew CAO, is-sid għandu jiżgura li r-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt M.A.305 jiġu ttrasferiti lil dik l-organizzazzjoni li ngħatat il-kuntratt.
Il-perjodi ta' żmien għaż-żamma tar-rekords stabbiliti fil-punt (e) tal-punt M.A.305 għandhom jibqgħu japplikaw għas-sid, l-operatur, is-CAMO jew is-CAO il-ġodda.”;
fil-punt M.A.403, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(d) Kwalunkwe difett mhux rettifikat qabel it-titjira għandu jiġi rreġistrat fis-sistema tar-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt M.A.305 jew, jekk applikabbli, fis-sistema ta' reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru msemmija fil-punt M.A.306.”;
fil-punt M.A.501, il-punt 1 tal-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(1) Komponenti li huma f'kundizzjoni sodisfaċenti, maħruġa b'Formula Nru 1 tal-EASA jew ekwivalenti u mmarkati skont is-Sottoparti Q tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 jew f'dan l-Anness (Parti M) jew l-Anness Vd (Parti-CAO).”
fil-punt M.A.501, il-punt 3 tal-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(3) Komponenti li jiġu kkategorizzati li mhumiex salvabbli minħabba li jkunu laħqu l-limitu ta' żmien obbligatorju tagħhom jew minħabba li jkollhom difett li ma jissewwiex.”
il-punt M.A.502 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“M.A.502 Manutenzjoni tal-komponenti
Il-manutenzjoni tal-komponenti għandha titwettaq minn organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati skont is-Sottoparti F ta' dan l-Anness jew l-Anness II (Parti-145) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), skont kif applikabbli.
Permezz ta' deroga mill-punt (a), meta komponent jitwaħħal fuq l-inġenju tal-ajru, il-manutenzjoni tat-tali komponent tista' ssir minn organizzazzjoni ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru approvata skont is-Sottoparti F ta' dan l-Anness jew l-Anness II (Parti-145) jew l-Anness Vd (Parti-CAO) jew mill-persunal taċ-ċertifikazzjoni msemmi fil-punt (b)(2) tal-punt M.A.801. It-tali manutenzjoni għandha ssir skont id-data tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru jew skont id-data tal-manutenzjoni tal-komponent jekk l-awtorità kompetenti tkun qablet. It-tali organizzazzjoni ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru jew persunal taċ-ċertifikazzjoni jistgħu jneħħu b'mod temporanju l-komponent għall-manutenzjoni jekk dan ikun neċessarju biex jitjieb l-aċċess għall-komponent, ħlief meta tkun meħtieġa manutenzjoni addizzjonali minħabba t-tneħħija. Il-manutenzjoni tal-komponent imwettqa skont dan il-punt m'għandhiex tkun eliġibbli għall-ħruġ ta' Formula Nru 1 tal-EASA u għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' ħruġ għall-użu ta' inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.801.
Permezz ta' deroga mill-punt (a), meta komponent jitwaħħal fuq il-magna jew l-unità ta' potenza awżiljarja (‘APU’), il-manutenzjoni tat-tali komponent tista' ssir minn organizzazzjoni ta' manutenzjoni tal-magna approvata skont is-Sottoparti F ta' dan l-Anness jew l-Anness II (Parti-145) jew l-Anness Vd (Parti-CAO). It-tali manutenzjoni għandha ssir skont id-data tal-manutenzjoni tal-magna jew l-AU jew skont id-data tal-manutenzjoni tal-komponent jekk l-awtorità kompetenti tkun qablet. It-tali organizzazzjoni bi klassifikazzjoni B tista' tneħħi b'mod temporanju l-komponent għall-manutenzjoni jekk dan ikun neċessarju biex jitjieb l-aċċess għall-komponent, ħlief meta tkun meħtieġa manutenzjoni addizzjonali minħabba t-tneħħija.
Il-punti (a) sa (c) ta' hawn fuq m'għandhomx japplikaw għal komponenti msemmija fil-punt (c) tal-punt 21.A.307 tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.
Il-manutenzjoni tal-komponenti msemmija fil-punt (c) tal-punt 21.A.307 tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, meta l-komponent jitwaħħal fuq l-inġenju tal-ajru jew jitneħħa b'mod temporanju biex jitjieb l-aċċess, għandha ssir minn organizzazzjoni ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru approvata skont is-Sottoparti F ta' dan l-Anness jew l-Anness II (Parti-145) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), kif applikabbli, minn persunal taċ-ċertifikazzjoni msemmi fil-punt (b)(2) tal-punt M.A.801 jew mill-bdot-sid imsemmi fil-punt (b)(3) tal-punt M.A.801. Il-manutenzjoni tal-komponent imwettqa skont dan il-punt m'għandhiex tkun eliġibbli għall-ħruġ ta' Formula Nru 1 tal-EASA u għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' ħruġ għall-użu ta' inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.801.”;
il-punt M.A.503 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“M.A.503 Parts li jintużaw għal żmien limitat u komponenti kkontrollati biż-żmien
Parts li jintużaw għal żmien limitat u komponenti kkontrollati biż-żmien li huma installati m'għandhomx jaqbżu l-limitazzjoni approvata kif speċifikata fl-AMP u l-ADs, ħlief kif previst fil-punt (c) tal-punt M.A.504.
Meta tiskadi l-limitazzjoni approvata, il-komponent għandu jitneħħa mill-inġenju tal-ajru għall-manutenzjoni, jew għar-rimi fil-każ ta' parts li jintużaw għal żmien limitat.”
fil-punt M.A.504, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(b) Il-komponenti li mhumiex salvabbli ma għandhomx jitħallew jidħlu mill-ġdid fis-sistema tal-forniment tal-komponenti sakemm il-limitu ta' żmien obbligatorju ma jkunx ġie estiż jew sakemm ma tkunx ġiet approvata soluzzjoni ta' tiswija skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012.”
fil-punt M.A.603, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:
Organizzazzjoni involuta f'attivitajiet soġġetti għal din is-Sottoparti m'għandhiex teżerċita l-attivitajiet tagħha jekk ma tkunx approvata mill-awtorità kompetenti. Għal dak l-għan, l-awtorità kompetenti għandha tuża l-mudell stabbilit fl-Appendiċi V.
L-ambitu tax-xogħol soġġett għall-approvazzjoni għandu jkun speċifikat fil-manwal tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni skont il-punt M.A.604. Il-klassijiet u l-klassifikazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni huma stabbiliti fl-Appendiċi IV ta' din il-Parti.”;
fil-punt M.A.604, il-punt 1 tal-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1. dikjarazzjoni ffirmata mill-maniġer responsabbli maħtur skont il-punt M.A.606, il-punt (a) li jikkonferma li l-organizzazzjoni f'kull ħin se twettaq l-attivitajiet tagħha skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness (Parti-M) jew l-Anness Vb (Parti-ML), skont kif applikabbli, u skont il-manwal;”;
fil-punt M.A.606, il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(i) Jekk l-organizzazzjoni twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ iċ-ċertifikat korrispondenti tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għal inġenju tal-ajru ELA1 mhux involut f'operazzjonijiet kummerċjali skont il-punt ML.A.901 tal-Anness Vb (Parti-ML), din għandu jkollha persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà kwalifikat u organizzat skont il-punt ML.A.904 tal-Anness Vb (Parti-ML).”;
fil-punt M.A.606, jitħassar il-punt (j);
fil-punt (a) tal-punt M.A.607, il-punt (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1. li l-persunal taċ-ċertifikazzjoni jkun jista' juri li hu jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt (b) tal-punt 66.A.20 tal-Anness III (Parti-66) jew, fejn dak l-Anness ikun jeħtieġ hekk, ir-rekwiżiti tal-liġi tal-Istat Membru;”
il-punt M.A.609 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“M.A.609 Data tal-manutenzjoni
L-organizzazzjoni approvata ta' manutenzjoni għandha żżomm u tuża data kurrenti applikabbli tal-manutenzjoni speċifikata fil-punt M.A.401 ta' dan l-Anness jew fil-punt ML.A.401 tal-Anness Vb (Parti-ML), skont kif applikabbli, fit-twettiq tal-manutenzjoni, inklużi l-modifiki u t-tiswijiet. Madankollu, fil-każ ta' data tal-manutenzjoni pprovduta mill-klijenti, l-organizzazzjoni għandha żżomm u tuża t-tali data biss waqt li tkun għaddejja l-ħidma ta' manutenzjoni.”;
il-punti M.A.611, M.A.612 u M.A.613 huma sostitwiti b'dan li ġej:
“M.A.611 Standards tal-manutenzjoni
Il-manutenzjoni kollha għandha ssir skont ir-rekwiżiti tas-Sottoparti D, Taqsima A ta' dan l-Anness jew ir-rekwiżiti tas-Sottoparti D, Taqsima A tal-Anness Vb (Parti-ML), kif stipulat fl-Artikolu 3 paragrafu 1.
M.A.612 Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru
Malli titlesta l-manutenzjoni meħtieġa kollha tal-inġenji tal-ajru skont din is-Sottoparti, għandu jinħareġ CRS tal-inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.801 ta' dan l-Anness jew il-punt ML.A.801 tal-Anness Vb (Parti-ML), kif stipulat fl-Artikolu 3 paragrafu 1.
M.A.613 Ċertifikat għall-komponenti biex jinħarġu għall-użu
Malli titlesta l-manutenzjoni meħtieġa kollha tal-komponenti skont din is-Sottoparti, għandu jinħareġ CRS tal-komponent skont il-punt M.A.802 ta' dan l-Anness jew il-punt ML.A.802 tal-Anness Vb (Parti-ML), skont kif applikabbli. Għandha tinħareġ Formola 1 tal-EASA, ħlief għal dawk il-komponenti mantnuti skont il-punti (b) jew (d) tal-punt M.A.502, għal komponenti ffabbrikati skont il-punt (c) tal-punt M.A.603 ta' dan l-Anness u għal komponenti li fir-rigward tagħhom il-punt ML.A.502 tal-Anness Vb (Parti-ML) jipprevedi mod ieħor.
Id-dokument tas-CRS tal-komponenti, il-Formola 1 tal-EASA, jista' jiġi ġġenerat minn sistema tal-kompjuter.”;
fil-punt M.A.614, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(b) L-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni għandha tipprovdi kopja ta' kull CRS lis-sid jew lill-operatur tal-inġenju tal-ajru, flimkien ma' kopja ta' kwalunkwe rekord dettaljat tal-manutenzjoni assoċjat mal-ħidma mwettqa u neċessarju biex tintwera l-konformità mal-punt M.A.305.”;
il-punt M.A.615 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“M.A.615 Privileġġi tal-organizzazzjoni
L-organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata skont is-Sottoparti F, Taqsima A ta' dan l-Anness, tista':
tmantni kwalunkwe inġenju tal-ajru u/jew komponent li għalih tkun approvata fil-postijiet speċifikati fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni u l-manwal tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni;
torganizza t-twettiq ta' servizzi speċjalizzati taħt il-kontroll tal-organizzazzjoni ta' manutenzjoni f'organizzazzjoni oħra kwalifikata kif xieraq, kif deskritt fil-manwal tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni;
tmantni kwalunkwe inġenju tal-ajru jew komponent li għalih tkun approvata fi kwalunkwe post, fejn il-ħtieġa għal din il-manutenzjoni tirriżulta jew minn qagħda fejn l-inġenju tal-ajru ma jkunx jista' jissewwa jew min-neċessità ta' sostenn għal manutenzjoni okkażjonali u soġġetta għal konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fil-manwal tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni;
toħroġ ċertifikati ta' ħruġ għall-użu mat-tlestija tal-manutenzjoni, skont il-punt M.A.612 jew M.A.613 ta' dan l-Anness;
jekk tkun approvata b'mod speċifiku biex tagħmel dan għal inġenji tal-ajru ELA1 mhux involuti f'operazzjonijiet kummerċjali, twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà korrispondenti skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (Parti-ML).
L-organizzazzjoni għandha twettaq manutenzjoni biss fuq inġenju tal-ajru jew il-komponent li għalih tkun approvata meta l-faċilitajiet, it-tagħmir, l-għodda, il-materjal, id-data tal-manutenzjoni u l-persunal taċ-ċertifikazzjoni kollha jkunu disponibbli.”;
fil-punt M.A.619, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:
Sejba tal-livell 1 hi kull sejba ta' nuqqas ta' konformità sinifikanti mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness u l-Anness Vb (Parti-ML) li tbaxxi l-istandard tas-sikurezza u tipperikola serjament is-sigurtà tat-titjira.
Sejba tal-livell 2 hi kull sejba ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness u l-Anness Vb (Parti-ML) li tista' tbaxxi l-istandard tas-sikurezza u tista' tipperikola s-sigurtà tat-titjira.”;
il-punt M.A.801 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“M.A.801 Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru
Ħlief għal inġenji tal-ajru rilaxxati għas-servizz minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont l-Anness II (Parti-145), is-CRS għandu jinħareġ skont din is-Sottoparti.
Ebda inġenju tal-ajru m'għandu jiġi rilaxxat għas-servizz sakemm ma jinħariġx CRS meta l-kompiti ta' manutenzjoni kollha jkunu twettqu kif xieraq. Is-CRS għandu jinħareġ minn persunal awtorizzat taċ-ċertifikazzjoni tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont is-Sottoparti F ta' dan l-Anness jew l-Anness Vd (Parti-CAO), ħlief għal kompiti ta' manutenzjoni għajr dawk il-kompiti ta' manutenzjoni kumplessi elenkati fl-Appendiċi VII għal dan l-Anness meta jinħareġ is-CRS, b'mod alternattiv minn:
persunal taċ-ċertifikazzjoni indipendenti li jaġixxi skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament;
il-bdot-sid li jaġixxi skont il-punt M.A.803 ta' dan l-Anness.
B'deroga mill-punt (b), fil-każ ta' sitwazzjonijiet imprevisti, meta inġenju tal-ajru ma jitħalliex itir f'post fejn ma jkun hemm ebda organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont dan l-Anness, l-Anness II (Parti-145) jew l-Anness Vd (Parti-CAO) u ebda persunal taċ-ċertifikazzjoni indipendenti disponibbli, is-sid jista' jawtorizza lil kwalunkwe persuna, b'mhux anqas minn 3 snin esperjenza xierqa fil-manutenzjoni u li jkollha liċenzja ta' manutenzjoni valida konformi mal-Anness 1 tal-ICAO għat-tip ta' inġenju tal-ajru li jeħtieġ iċ-ċertifikazzjoni jew awtorizzazzjoni tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni valida għall-ħidma li teħtieġ ċertifikazzjoni maħruġa minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont l-Anness 6 tal-ICAO biex tmantni l-inġenju tal-ajru skont l-istandards stabbiliti fis-Sottoparti D ta' dan l-Anness u tirrilaxxah għas-servizz. F'dak il-każ, is-sid għandu:
jikseb u jżomm fl-inġenju tal-ajru rekords li jispeċifikaw id-dettalji tal-manutenzjoni mwettqa u tal-kwalifiki tal-persuna li toħroġ is-CRS;
jiżgura li kwalunkwe tali manutenzjoni aktar tard tiġi vverifikata u li jinħareġ CRS ġdid minn persuna awtorizzata kif xieraq imsemmija fil-punt (b) jew organizzazzjoni approvata skont is-Sottoparti F ta' dan l-Anness, l-Anness II (Parti-145) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien 7 ijiem tal-kalendarju mill-ħruġ ta' CRS mill-persuna awtorizzata mis-sid;
jinnotifika lill-organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, meta mogħtija l-kuntratt, jew l-awtorità kompetenti fin-nuqqas ta' kuntratt bħal dan, fi żmien 7 ijiem mill-ħruġ tat-tali awtorizzazzjoni.
Fil-każ ta' ħruġ għall-użu skont il-punt (b)(2), il-persunal taċ-ċertifikazzjoni jista' jkun megħjun fit-twettiq tal-kompiti ta' manutenzjoni minn persuna jew persuni taħt il-kontroll dirett u kontinwu tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni.
CRS għandu jinkludi minn tal-anqas:
id-dettalji bażiċi tal-manutenzjoni mwettqa;
id-data li fiha tkun tlestiet il-manutenzjoni;
l-identità tal-organizzazzjoni jew il-persuna li toħroġ is-CRS, inklużi, b'mod alternattiv:
ir-referenza tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni u l-persunal taċ-ċertifikazzjoni li joħroġ is-CRS;
fil-każ imsemmi fil-punt (b)(2), l-identità u, fejn applikabbli, in-numru tal-liċenzja tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni li joħroġ is-CRS;
il-limitazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà jew tal-operazzjoni, jekk hemm.
B'deroga mill-punt (b) u minkejja l-punt (g), meta l-manutenzjoni meħtieġa ma tkunx tista' titlesta, CRS jista' jinħareġ bil-limitazzjonijiet approvati tal-inġenju tal-ajru. F'dak il-każ, iċ-ċertifikat għandu jindika li l-manutenzjoni ma setgħetx titlesta, kif ukoll jindika kwalunkwe limitazzjoni applikabbli fl-ajrunavigabbiltà jew fl-operazzjonijiet, bħala parti mill-informazzjoni meħtieġa mill-punt (e)(4).
CRS m'għandux jinħareġ fil-każ ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità magħruf li jipperikola s-sigurtà tat-titjira;”
il-punt M.A.802 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“M.A.802 Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-komponenti
Ħlief għal inġenji tal-ajru rilaxxati għas-servizz minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont l-Anness II (Parti-145), CRS għandu jinħareġ malli titlesta kwalunkwe manutenzjoni mwettqa fuq komponent tal-inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.502.
Iċ-ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat identifikat bħala l-Formola 1 tal-EASA jikkostitwixxi s-CRS tal-komponent, ħlief meta t-tali manutenzjoni fuq il-komponenti tal-inġenji tal-ajru tkun twettqet skont il-punt (b) jew (d) tal-punt M.A.502 f'liema każ il-manutenzjoni tkun soġġetta għall-proċeduri ta' rilaxx tal-inġenji tal-ajru skont il-punt M.A.801.”;
fil-punt M.A.803, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(b) Għal kwalunkwe inġenju tal-ajru għajr inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magna b'MTOM ta' 2 730 kg u anqas, li ma jintużawx f'operazzjonijiet CAT, f'operazzjonijiet speċjalizzati kummerċjali jew f'operazzjonijiet kummerċjali minn ATOs jew DTOs, il-bdot-sid jista' joħroġ CRS wara li jkun wettaq il-manutenzjoni limitata tal-bdot-sid kif speċifikat fl-Appendiċi VIII għal dan l-Anness.”;
fil-punt M.A.803, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(d) Is-CRS irid jiddaħħal fis-sistema ta' rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u jkun fih id-dettalji bażiċi dwar il-manutenzjoni mwettqa, id-data użata fil-manutenzjoni, id-data meta tlestiet din il-manutenzjoni, kif ukoll l-identità, il-firma u n-numru tal-liċenzja tal-bdot, tal-bdot-sid li ħareġ tali ċertifikat.”;
il-punt M.A.901 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“M.A.901 Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru
Biex tkun żgurata l-validità ta' ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru, minn żmien għall-ieħor trid titwettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u tar-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tiegħu.
Ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jinħareġ skont l-Appendiċi III (Formola 15a jew 15b tal-EASA) għal dan l-Anness meta titlesta reviżjoni sodisfaċenti tal-ajrunavigabbiltà. Iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għandu jkun validu għal sena (1);
Inġenju tal-ajru f'ambjent ikkontrollat hu inġenju tal-ajru li, matul it-12-il xahar preċedenti:
kellu l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tiegħu ġestita minn CAMO jew CAO unika;
ikun ġie mantnut minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont is-Sottoparti F ta' dan l-Anness, l-Anness II (Parti-145) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), inklużi l-każijiet li fihom il-kompiti ta' manutenzjoni msemmija fil-punt (b) tal-punt M.A.803 jitwettqu u jiġu rilaxxati għas-servizz skont il-punt (b)(1) jew (b)(2) tal-punt M.A.801 ta' dan l-Anness.
Għall-inġenji tal-ajru kollha użati mill-operaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, u għal inġenji tal-ajru b'MTOM ta' aktar minn 2 730 kg li huma f'ambjent ikkontrollat, l-organizzazzjoni msemmija fil-punt (b)(1) li timmaniġġja l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru tista', f'konformità ma' CAMO.A.125 u l-punt (c)(1) tal-punt CAO.A.095, u soġġetta għall-konformità mal-punt (j):
toħroġ iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.901;
testendi mhux aktar minn darbtejn il-validità taċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li tkun ħarġet, għal perjodu ta' sena (1) kull darba, meta l-inġenju tal-ajru kkonċernat ikun baqa' fi ħdan ambjent ikkontrollat.
Iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-inġenju tal-ajru għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti wara valutazzjoni sodisfaċenti bbażata fuq rakkomandazzjoni magħmula minn CAMO jew CAO, mibgħuta flimkien mal-applikazzjoni mis-sid jew l-operatur għall-inġenji tal-ajru kollha użati mill-operaturi tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, u għal inġenji tal-ajru b'MTOM ta' aktar minn 2 730 kg li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet alternattivi li ġejjin:
mhumiex f'ambjent ikkontrollat;
il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tagħhom hi ġestita minn organizzazzjoni li m'għandhiex il-privileġġ li twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà.
Ir-rakkomandazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu għandha tkun ibbażata fuq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà mwettqa skont il-punt M.A.901.
Għal inġenji tal-ajru mhux użati minn operaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, u għal inġenji tal-ajru b'MTOM ta' 2 730 kg u anqas, kwalunkwe CAMO jew CAO magħżula mis-sid jew l-operatur tista', f'konformità ma' CAMO.A.125 jew CAO.A.095 u soġġett għall-punt (j):
toħroġ iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.901;
testendi mhux aktar minn darbtejn il-validità taċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li tkun ħarġet, għal perjodu ta' sena (1) kull darba, meta l-inġenju tal-ajru ikun baqa' fi ħdan ambjent ikkontrollat taħt il-ġestjoni tagħha.
B'deroga mill-punti (c)(2) u (e)(2) tal-punt M.A.901, għal inġenji tal-ajru li huma f'ambjent ikkontrollat, l-organizzazzjoni msemmija fil-punt (b)(1) li timmaniġġja l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru tista', soġġetta għall-konformità mal-punt (j), testendi mhux aktar minn darbtejn il-validità ta' ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li l-awtorità kompetenti jew CAMO jew CAO oħra tkun ħarġet, għal perjodu ta' sena (1) kull darba.
Kull fejn iċ-ċirkustanzi juru l-eżistenza ta' riskju potenzjali għas-sikurezza tal-avjazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà hi stess.
Mingħajr ħsara għall-punt (g), l-awtorità kompetenti tista' twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà fil-każijiet li ġejjin:
meta l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru tkun ġestita minn CAMO jew CAO li jkollha s-sede prinċipali tagħha li tinsab f'pajjiż terz;
għal kwalunkwe inġenju tal-ajru ieħor b'MTOM ta' 2 730 kg u anqas, jekk is-sid jitlob hekk.
Meta l-awtorità kompetenti toħroġ iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà hi stess skont il-punti (g) jew (h) jew wara li tivvaluta r-rakkomandazzjonijiet skont il-punt M.B.901, is-sid jew l-operatur tal-inġenju tal-ajru għandu, fejn ikun hemm bżonn għal dawk l-għanijiet, jipprovdi lill-awtorità kompetenti:
bi kwalunkwe dokumentazzjoni meħtieġa mill-awtorità kompetenti;
b'akkomodazzjoni xierqa għall-persunal tagħha fil-post xieraq;
bl-appoġġ tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni.
Ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà m'għandux jinħareġ, u lanqas m'għandu jiġi estiż, jekk ikun hemm evidenza jew indikazzjonijiet li l-inġenju tal-ajru mhuwiex ajrunavigabbli.
Ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru għandha tinkludi reviżjoni dokumentata sħiħa tar-rekords tal-inġenju tal-ajru li tistabbilixxi li ġew issodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
is-sigħat ta' titjir u ċ-ċikli tat-titjir assoċjati tal-qafas, il-magna u l-iskrejjen ikunu ġew irreġistrati kif suppost;
il-manwal tat-titjir ikun applikabbli għall-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru u jirrifletti l-aħħar status tar-reviżjoni;
il-manutenzjoni kollha li għandha ssir lill-inġenju tal-ajru skont l-AMP approvat tkun saret;
id-difetti magħrufa kollha ġew ikkoreġuti jew, fejn applikabbli, riportati b'mod ikkontrollat skont M.A.403;
l-ADs applikabbli kollha jkunu ġew applikati u rreġistrati kif suppost;
il-modifiki u t-tiswijiet kollha applikati għall-inġenju tal-ajru ġew irreġistrati u huma konformi mal-punt M.A.304;
kull part li tintuża għal żmien limitat u kull komponent ikkontrollat biż-żmien installati fuq l-inġenju tal-ajru huma identifikati u rreġistrati kif xieraq u ma qabżux il-limitazzjoni tagħhom;
il-manutenzjoni kollha twettqet skont dan l-Anness;
id-dikjarazzjoni attwali dwar il-massa u l-bilanċ tirrifletti l-konfigurazzjoni attwali tal-inġenju tal-ajru u hi valida;
l-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-aħħar reviżjoni tad-disinn tat-tip tiegħu approvat mill-Aġenzija;
jekk meħtieġ, l-inġenju tal-ajru jkollu ċertifikat akustiku li jikkorrispondi għall-konfigurazzjoni attwali tal-inġenju tal-ajru f'konformità mas-Sottoparti I tal-Anness (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.
Ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru għandha tinkludi stħarriġ fiżiku tal-inġenju tal-ajru. Għal dak l-istħarriġ, il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li mhuwiex ikkwalifikat kif xieraq skont l-Anness III (Parti-66) għandu jkun assistit minn dan il-persunal kwalifikat.
Permezz tal-istħarriġ fiżiku tal-inġenju tal-ajru, il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għandu jiżgura li:
il-marki u l-pjanċi kollha meħtieġ jkunu installati korrettament;
l-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-manwal approvat tat-tajran tiegħu;
il-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru tikkonforma mad-dokumentazzjoni approvata, u
ma jinstab l-ebda difett evidenti li ma jkunx ġie indirizzat skont il-punt M.A.403;
ma tkun tista' tinstab ebda inkonsistenza bejn l-inġenju tal-ajru u r-reviżjoni ddokumentata tar-rekords imsemmija fil-punt (k).
B'deroga mill-punt (a), ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tista' tiġi antiċipata b'perjodu massimu ta' 90 jum mingħajr telf ta' kontinwità tax-xejra tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, biex tkun tista' ssir ir-reviżjoni fiżika waqt verifika ta' manutenzjoni.
Iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (Formola 15b tal-EASA) jew ir-rakkomandazzjoni għall-ħruġ taċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (Formola 15a tal-EASA) imsemmi fl-Appendiċi III għal dan l-Anness jista' jinħareġ biss:
minn persunal awtorizzat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà f'isem l-organizzazzjoni approvata;
jekk ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà twettqet fis-sħuħija tagħha.
Kopja ta' kwalunkwe ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà maħruġ jew estiż għal inġenju tal-ajru għandu jintbagħat lill-Istat Membru tar-reġistru tal-inġenju tal-ajru kkonċernat fi żmien 10 ijiem.
Il-kompiti tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà m'għandhomx jingħataw b'sottokuntratt.
Jekk l-eżitu tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jkun inkonklużiv, l-organizzazzjoni li tkun wettqet ir-reviżjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien 72 siegħa mill-mument li fih l-organizzazzjoni tidentifika r-raġuni li għaliha r-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà hi inkonklużiva.
Iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà ma jistax jinħareġ qabel ma s-sejbiet kollha jkunu ġew konklużi”;
fil-punt M.A.902, il-punt (5) tal-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“5. modifika jew tiswija mhix konformi mal-punt M.A.304.”;
il-punt M.A.904 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“M.A.904 Reviżjoni tan-navigabbiltà tal-inġenju tal-ajru importat fl-UE
Meta jimporta inġenju tal-ajru f'reġistru ta' Stat Membru minn pajjiż terz jew minn sistema regolatorja fejn ma japplikax ir-Regolament (UE) 2018/1139, l-applikant għandu:
jitlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għall-ħruġ ta' ċertifikat tal-kapaċità li l-inġenju tal-ajru jintuża fl-ajru ġdid skont l-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;
għall-inġenji tal-ajru li mhumiex ġodda, għandha ssir reviżjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.901;
titwettaq il-manutenzjoni kollha biex ikun konformi mal-AMP approvat skont il-punt M.A.302.
Meta tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru hu konformi mar-rekwiżiti rilevanti, l-organizzazzjoni li twettaq ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, jekk japplika, għandha tibgħat rakkomandazzjoni ddokumentata għall-ħruġ ta' ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru.
Is-sid tal-inġenju tal-ajru għandu jkollu aċċess għall-inġenju tal-ajru għall-ispezzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru għandha toħroġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà meta tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha toħroġ ukoll iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà. Iċ-ċertifikat għandu jkun validu sa sena (1), sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeċidix li tnaqqas il-perjodu ta' validità għal raġunijiet ta' sikurezza tal-avjazzjoni.”;
fil-punt M.A.905, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:
Sejba tal-livell 1 hi kull sejba ta' nuqqas ta' konformità sinifikanti mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness li tbaxxi l-istandard tas-sikurezza u tipperikola serjament is-sigurtà tat-titjira.
Sejba tal-livell 2 hi kull sejba ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness li tista' tbaxxi l-istandard tas-sikurezza u tista' tipperikola s-sigurtà tat-titjira.”;
jiddaħħal il-punt M.B.103 li ġej:
“M.B.103 Sejbiet u miżuri ta' infurzar — il-persuni
Jekk, matul is-sorveljanza jew b'xi mezz ieħor, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-sorveljanza skont dan l-Anness issib evidenza li turi nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139, minn persuna li jkollha liċenzja, ċertifikat, klassifikazzjoni jew attestazzjoni maħruġa skont ir-Regolament (UE) 2018/1139, l-awtorità kompetenti li tidentifika n-nuqqas ta' konformità għandha tieħu kwalunkwe miżura ta' infurzar neċessarja biex tipprevjeni l-issoktar ta' dak in-nuqqas ta' konformità.”;
il-punt M.B.104 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“M.B.104 Żamma tar-rekords
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu sistema ta' żamma tar-rekords li tippermetti traċċabbiltà adegwata tal-proċess biex toħroġ, tivvalida mill-ġdid, tibdel, tissospendi jew tirrevoka kull ċertifikat.
Ir-rekords għas-sorveljanza tal-organizzazzjonijiet approvati skont dan l-Anness għandhom jinkludu bħala minimu:
l-applikazzjoni għal approvazzjoni ta' organizzazzjoni;
iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni ta' organizzazzjoni li jinkludi kwalunkwe tibdil;
kopja tal-programm tal-awditjar li jelenka d-dati meta għandhom isiru l-awditi u meta twettqu l-awditi;
ir-rekords tal-kontinwità tas-sorveljanza tal-awtorità kompetenti li jinkludu r-rekords tal-awditi kollha;
kopji tal-korrispondenza relevanti kollha;
dettalji ta' kwalunkwe azzjoni ta' eżenzjoni u infurzar;
kwalunkwe rapport minn awtoritajiet kompetenti oħra relatat mas-sorveljanza tal-organizzazzjoni;
espożizzjoni jew manwali tal-organizzazzjoni u l-emendi;
kopja ta' kull dokument ieħor approvat direttament mill-awtorità kompetenti.
Il-perjodu taż-żamma għar-rekords tal-punt (b) għandu jkun ta' tal-anqas 5 snin.
Ir-rekords minimi għas-sorveljanza ta' kull inġenju tal-ajru għandhom jinkludu, tal-anqas, kopja ta':
iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru;
ċertifikati tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà;
rakkomandazzjonijiet tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà maħruġa minn organizzazzjonijiet approvati skont il-Parti-CAO jew il-Parti-CAMO;
ir-rapporti mir-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà mwettqa direttament mill-awtorità kompetenti;
kull korrispondenza rilevanti relatata mal-inġenju tal-ajru;
id-dettalji dwar kull eżenzjoni u azzjoni ta' infurzar;
kwalunkwe dokument approvat mill-awtorità kompetenti skont dan l-Anness jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 (Parti-ARO).
Ir-rekords speċifikati fil-punt (d) għandhom jinżammu sa sentejn (2) wara li l-inġenju tal-ajru jiġi rtirat b'mod permanenti mis-servizz.
Ir-rekords kollha għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fuq talba minn Stat Membru ieħor jew l-Aġenzija.”;
il-punt M.B.201 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“M.B.201 Responsabbiltajiet
L-awtoritajiet kompetenti kif speċifikat fil-punt M.1 huma responsabbli li jwettqu awditi, spezzjonijiet u investigazzjonijiet biex jivverifikaw li hemm konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.”;
jiddaħħal il-punt M.B.202 li ġej:
“M.B.202 Informazzjoni lill-Aġenzija
L-awtorità kompetenti għandha tavża lill-Aġenzija, mingħajr dewmien żejjed, f'każ ta' xi problema sinifikanti bl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139.
L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija bl-informazzjoni sinifikanti għas-sikurezza li toħroġ mir-rapporti ta' okkorrenza li tkun irċeviet skont il-punt M.A.202.”;
il-punt M.B.301 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“M.B.301 Programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru
L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-AMP hu konformi mal-punt M.A.302.
Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-punt (c) tal-punt M.A.302, l-AMP u l-emendi tiegħu għandhom ikunu approvati direttament mill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandu jkollha aċċess għad-data kollha meħtieġa mill-punti (d), (e) u (f) tal-punt M.A.302.
Fil-każ ta' approvazzjoni indiretta kif previst fil-punt M.A.302(c), l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-proċedura ta' approvazzjoni tal-AMP tas-CAO jew is-CAMO permezz tal-espożizzjoni tal-ajrunavigabbiltà ta' dik l-organizzazzjoni msemmija f'CAO.A.025 u CAMO.A.300.”;
jiddaħħal il-punt M.B.305 li ġej:
“M.B.305 Sistema ta' reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru
L-awtorità kompetenti għandha tapprova s-sistema inizjali ta' reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru meħtieġa mill-punt M.A.306.
Biex l-organizzazzjoni tkun tista' timplimenta tibdiliet fis-sistema ta' reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-proċedura rilevanti msemmija fil-punt (c) tal-punt CAMO.A.300 jew il-punt (c) tal-punt CAO.A.025”;
fil-punt M.B.602, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi li l-proċeduri speċifikati fil-manwal tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni huma konformi mas-Sottoparti ta' dan l-Anness, u għandha tiżgura li l-maniġer responsabbli jiffirma d-dikjarazzjoni tal-impenn.
L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-organizzazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fis-Sottoparti F ta' dan l-Anness.”;
fil-punt M.B.603, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(a) L-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta' approvazzjoni tal-Formola 3 tal-EASA (l-Appendiċi V għal dan l-Anness), li jinkludi t-termini tal-approvazzjoni, meta l-organizzazzjoni ta' manutenzjoni tkun konformi mal-punti applikabbli ta' dan l-Anness.”;
fil-punt M.B.604, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(a) L-awtorità kompetenti għandha żżomm u taġġorna lista tal-programmi, għal kull organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont is-Sottoparti F tat-Taqsima B ta' dan l-Anness taħt is-superviżjoni tagħha, id-dati meta ż-żjarat tal-awditi huma dovuti u meta t-tali żjarat jitwettqu.”;
fil-punt M.B.605, il-frażi introduttorja tal-punt (a) hija sostitwita b'dan li ġej:
“(a) Meta matul l-awditi jew permezz ta' mezzi oħra, tinstab evidenza li turi n-nuqqas ta' konformità ma' rekwiżit stabbilit f'dan l-Anness jew l-Anness Vb (Parti-ML), l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:”;
fil-punt M.B.606, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(c) Għal kwalunkwe bidla fil-manwal tal-organizzazzjoni ta' manutenzjoni:
fil-każ ta' approvazzjoni diretta tat-tibdiliet skont il-punt (b) tal-punt M.A.604, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-proċeduri speċifikati fil-manwal huma konformi ma' dan l-Anness qabel ma tinnotifika formalment lill-organizzazzjoni approvata dwar l-approvazzjoni;
fil-każ ta' approvazzjoni indiretta tat-tibdiliet skont il-punt (c) tal-punt M.A.604, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:
it-tibdiliet jibqgħu minuri;
ikollha kontroll adegwat fuq l-approvazzjoni tat-tibdiliet biex tiżgura li dawn jibqgħu konformi mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.”;
fil-punt M.B.901, il-punt 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1. Il-persuna kwalifikat kif xieraq tal-awtorità kompetenti għandu jivverifika li d-dikjarazzjoni ta' konformità fir-rakkomandazzjoni turi li twettqet reviżjoni kompluta tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.901.”;
fil-punt M.B.902, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:
Meta awtorità kompetenti twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ iċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (Appendiċi III (Formola 15a tal-EASA) għal dan l-Anness), l-awtorità kompetenti għandha twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà f'konformità mal-punt M.A.901.
L-awtorità kompetenti għandu jkollha staff adegwat għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà biex iwettaq ir-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà.
Għal kull inġenju tal-ajru użat mill-operaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, u għal inġenju tal-ajru b'MTOM ta' aktar minn 2 730 kg, it-tali persunal għandu:
ikollu tal-anqas 5 snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà;
ikollu liċenzja xierqa f'konformità mal-Anness III (Parti-66) jew kwalifika tal-persunal ta' manutenzjoni rikonoxxuta f'livell nazzjonali xierqa skont il-kategorija tal-inġenju tal-ajru (fejn l-Artikolu 5(6) jirreferi għar-regoli nazzjonali) jew lawrja ajrunawtika jew ekwivalenti;
ikun irċieva taħriġ formali fil-manutenzjoni ajrunawtika;
ikun żamm kariga b'responsabbiltajiet xierqa.
Minkejja l-punti (a) sa (d), ir-rekwiżit stabbilit fil-punt (b)(1)(b) tal-punt M.B.902 jista' jinbidel ma' 5 snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà b'żieda ma' dawk diġà meħtieġa mill-punt (b)(1)(a) tal-punt M.B.902.
Għal inġenji tal-ajru użati mill-operaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, u għal inġenju tal-ajru b'MTOM ta' 2 730 kg u anqas, it-tali persunal għandu:
ikollu tal-anqas 3 snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà;
ikollu liċenzja xierqa f'konformità mal-Anness III (Parti-66) jew kwalifika tal-persunal ta' manutenzjoni rikonoxxuta f'livell nazzjonali xierqa skont il-kategorija tal-inġenju tal-ajru fejn l-Artikolu 5(6) jirreferi għar-regoli nazzjonali, jew lawrja ajrunawtika jew ekwivalenti;
ikun irċieva taħriġ xieraq fil-manutenzjoni ajrunawtika;
ikun żamm kariga b'responsabbiltajiet xierqa.
Minkejja l-punti (a) sa (d), ir-rekwiżit stabbilit fil-punt (b)(2)(b) tal-punt M.B.902 jista' jinbidel ma' 4 snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà b'żieda ma' dawk diġà meħtieġa mill-punt (b)(2)(a) tal-punt M.B.902.”;
jiżdied il-punt M.B.904 li ġej:
“M.B.904 Skambju reċiproku ta' informazzjoni
Malli tirċievi notifika ta' trasferiment ta' inġenju tal-ajru bejn l-Istati Membri skont il-punt M.A.903, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-inġenju tal-ajru jkun irreġistrat dak il-ħin għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn se jiġi rreġistrat l-inġenju tal-ajru dwar kwalunkwe problema magħrufa bl-inġenju tal-ajru li jkun qed jiġi ttrasferit. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn se jiġi rreġistrat l-inġenju tal-ajru għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-inġenju tal-ajru jkun irreġistrat dak il-ħin tkun ġiet innotifikata b'mod xieraq dwar it-trasferiment.”
L-Appendiċi I hija sostitwita b'dan li ġej:
“Appendiċi I
Kuntratt ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
|
1. |
Meta sid jew operatur jagħti kuntratt skont il-punt M.A.201 lil CAMO jew lil CAO biex twettaq kompiti tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, fuq talba tal-awtorità kompetenti, kopja tal-kuntratt iffirmat miż-żewġ partijiet għandha tintbagħat mis-sid jew l-operatur lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru. |
|
2. |
Il-kuntratt għandu jiġi żviluppat filwaqt li jqis ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness u għandu jiddefinixxi l-obbligi tal-firmatarji fir-rigward tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru. |
|
3. |
Għandu jkollu tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
—
ir-reġistrazzjoni, it-tip u n-numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru;
—
l-isem tas-sid jew tal-lokatarju irreġistrat tal-inġenju tal-ajru jew id-dettalji tal-kumpanija, inkluż l-indirizz,
—
dettalji tas-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt, inkluż l-indirizz, u
—
it-tip ta' operazzjoni.
|
|
4. |
Għandu jiddikjara dan li ġej: ‘Is-sid jew l-operatur jinkariga lis-CAMO jew lis-CAO bil-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, l-iżvilupp ta' AMP li għandu jiġi approvat mill-awtorità kompetenti kif spjegat fil-punt M.1, u l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru skont it-tali AMP. Skont dan il-kuntratt, iż-żewġ firmatarji jintrabtu li jsegwu l-obbligi rispettivi ta' dan il-kuntratt. Is-sid jew l-operatur jiddikjara, skont l-aħjar għarfien tiegħu, li l-informazzjoni kollha mogħtija lis-CAMO jew is-CAO dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru hi u se tkun preċiża u li l-inġenju tal-ajru mhux se jitbiddel mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tas-CAMO jew is-CAO. F'każ ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità ma' dan il-kuntratt, minn xi wieħed mill-firmatarji, il-kuntratt isir null. F'tali każ, is-sid jew l-operatur jibqa' responsabbli għal kull kompitu marbut mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, u fi żmien ġimagħtejn (2) jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru dwar it-tali nuqqas ta' konformità mal-kuntratt.’ |
|
5. |
Meta sid/operatur jagħti kuntratt lil CAMO jew CAO skont il-punt M.A.201, l-obbligi ta' kull parti għandhom jiġu assenjati kif ġej:
|
|
6. |
Meta sid jew operatur jagħti kuntratt lil CAMO jew CAO skont il-punt M.A.201, l-obbligi ta' kull parti fir-rigward tar-rapportar obbligatorju u volontarju ta' okkorrenzi skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) għandhom ikunu speċifikati b'mod ċar.” |
L-Appendiċi II hu emendat kif ġej:
il-punt 5 hu emendat kif ġej:
fil-Blokk 12, il-punt (x) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(x) Għal organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati skont is-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), id-dikjarazzjoni tas-CRS tal-komponent imsemmija fil-punt M.A.613 u CAO.A.070, kif applikabbli:
‘Jiċċertifika li, sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-blokk, ix-xogħol identifikat fil-blokk 11 u deskritt f'dan il-blokk twettaq skont ir-rekwiżiti tat-Taqsima A, is-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M) jew l-Anness Vd (Parti-CAO) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 u fir-rigward ta' dak ix-xogħol, l-oġġett jitqies bħala lest biex jinħareġ għall-użu. DAN MHUX RILAXX SKONT L-ANNESS II (PARTI-145) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1321/2014.’
Jekk tkun qed tiġi stampata data mill-format elettroniku tal-Formola 1 tal-EASA, kwalunkwe data li mhix xierqa għall-blokks l-oħra trid tiddaħħal f'dan il-blokk.”
il-Blokk 14a huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Blokk 14a
Immarka l-kaxxa/kaxex ix-xierqa billi tindika liema regolamenti japplikaw għax-xogħol imlesti. Jekk il-kaxxa ‘regolamenti oħra speċifikati fil-blokk 12’ tkun immarkata, ir-regolamenti tal-awtorità/ajiet l-oħra tal-ajrunavigabbiltà jridu jiġu identifikati fil-blokk 12. Trid tiġi mmarkata mill-inqas kaxxa waħda, jew jistgħu jiġu mmarkati żewġ kaxxi, kif xieraq.
Għall-manutenzjoni kollha mwettqa minn organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati skont it-Taqsima A, is-Sottoparti F tal-Anness I (Parti M) jew l-Anness Vd (Parti-CAO) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, il-kaxxa ‘regolament ieħor speċifikat fil-blokk 12’ għandha tiġi mmarkata u d-dikjarazzjoni tas-CRS tiddaħħal fil-blokk 12. F'dak il-każ, id-dikjarazzjoni taċ-ċertifikazzjoni ‘sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-blokk’ hi maħsuba biex tindirizza l-każijiet li ġejjin:
meta l-manutenzjoni ma setgħetx titlesta;
fejn il-manutenzjoni kienet differenti mill-istandard mitlub mill-Anness I (Parti M) jew l-Anness Vd (Parti-CAO);
fejn il-manutenzjoni twettqet skont rekwiżit differenti minn dak speċifikat fl-Anness I (Parti M) jew l-Anness Vd (Parti-CAO); f'dan il-każ il-blokk 12 għandu jispeċifika r-regolament nazzjonali partikolari.
Għall-manutenzjoni kollha mwettqa minn organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati skont it-Taqsima A tal-Anness II (Parti-145) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, id-dikjarazzjoni taċ-ċertifikazzjoni ‘ħlief jekk speċifikat fil-kaxxa 12’ hi maħsuba biex tindirizza l-każijiet li ġejjin:
meta l-manutenzjoni ma setgħetx titlesta;
fejn il-manutenzjoni kienet differenti mill-istandard mitlub mill-Anness II (Parti-145);
fejn il-manutenzjoni twettqet skont rekwiżit differenti minn dak speċifikat fl-Anness II (Parti-145); f'dan il-każ il-blokk 12 għandu jispeċifika r-regolament nazzjonali partikolari.”;
fin-nota f'qiegħ il-paġna tal-Formola 1 tal-EASA (il-paġna ta' quddiem), it-test “Formola 1 tal-EASA — MF/145 Ħarġa 2” huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Formola 1 tal-EASA — MF/CAO/145 Ħarġa 3”;
L-Appendiċi III huwa sostitwit b'dan li ġej:
L-Appendiċi IV hu emendat kif ġej:
il-kaxxi li jikkorrispondu għall-klassifikazzjoni A2 huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
“KLASSI |
KLASSIFIKAZZJONI |
LIMITAZZJONI |
BAŻI |
LINJA |
|
INĠENJI TAL-AJRU |
A2 Ajruplani ta' 5 700 kg u anqas |
[Għandu jiddikjara l-manifattur tal-ajruplan jew il-grupp jew is-serje jew it-tip u/jew il-kompiti ta' manutenzjoni] Eżempju: DHC-6 Serje Twin Otter Iddikjara jekk il-ħruġ taċ-ċertifikati tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà hux awtorizzat jew le (possibbli biss għall-inġenji tal-ajru ELA1 mhux involuti f'operazzjonijiet kummerċjali) |
[IVA/LE] (*) |
[IVA/LE] (*)” |
il-kaxxi li jikkorrispondu għall-klassifikazzjoni A4 huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
“KLASSI |
KLASSIFIKAZZJONI |
LIMITAZZJONI |
BAŻI |
LINJA |
|
INĠENJI TAL-AJRU |
A4 Inġenju tal-ajru għajr A1, A2, u A3 |
[Għandu jiddikjara l-kategorija (glider, ballun tal-ajru, ġifen tal-ajru, eċċ.), il-manifattur jew il-grupp jew is-serje jew it-tip u/jew il-kompitu/i ta' manutenzjoni] Iddikjara jekk il-ħruġ taċ-ċertifikati tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà hux awtorizzat jew le (possibbli biss għall-inġenji tal-ajru ELA1 mhux involuti f'operazzjonijiet kummerċjali) |
[IVA/LE] (*) |
[IVA/LE] (*)”; |
L-Appendiċi V' huwa sostitwit b'dan li ġej:
Jitħassar l-Appendiċi VI;
fl-Appendiċi VII, il-frażi introduttorja hija sostitwita b'din li ġejja:
“Dan li ġej jikkostitwixxi l-kompiti kumplessi ta' manutenzjoni msemmija fil-punti (b)(2) u (c) tal-punt M.A.801:”;
fl-Appendiċi VIII, il-punt (b) huwa emendat kif ġej:
jitħassar il-punt (b)(9);
it-tielet sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:
“Struzzjonijiet anqas restrittivi maħruġa skont il- “M.A.302(d) Programm ta’ Manutenzjoni’ ma jistgħux jipprevalu fuq il-kriterji 1 sa 8.”
ANNESS II
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
il-punt 145.A.30 huwa emendat kif ġej:
il-punt (k) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(k) Jekk l-organizzazzjoni twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà korrispondenti skont il-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (Parti-ML), għandu jkollha persunal għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li jkun kwalifikat u awtorizzat skont il-punt ML.A.904 tal-Anness Vb (Parti-ML).”;
il-punt (l) jitħassar;
Fil-punt 145.A.42, il-punt 3 tal-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(iii) Komponenti kkategorizzati bħala li ma humiex salvabbli minħabba li jkunu laħqu l-limitazzjoni ta' żmien obbligatorja tagħhom jew ikollhom difett li ma jissewwiex”;
Fil-punt 145.A.42, il-punt 2 tal-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(ii) Il-komponenti li ma humiex salvabbli ma għandhomx jitħallew jidħlu mill-ġdid fis-sistema tal-forniment tal-komponenti sakemm il-limitazzjoni ta' żmien obbligatorja tagħhom ma tkunx ġiet estiża jew sakemm ma tkunx ġiet approvata soluzzjoni ta' tiswija skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012.”;
fil-punt 145.A.50, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(d) Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għandu jinħareġ wara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa fuq komponent waqt li ma jkunx qiegħed fuq l-inġenju tal-ajru. Iċ-ċertifikat ta' ħruġ awtorizzat ‘Formola 1 tal-EASA’ imsemmi fl-Appendiċi II tal-Anness I (Parti-M) jikkostitwixxi ċ-ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz tal-komponenti għajr jekk speċifikat mod ieħor fil-punt (b) tal-punt M.A.502. Meta organizzazzjoni tagħmel manutenzjoni fuq komponent għall-użu tagħha stess, il-Formola 1 tal-EASA tista' ma tkunx meħtieġa, skont il-proċeduri interni tal-ħruġ tal-organizzazzjoni definiti fil-preżentazzjoni.”;
fil-punt 145.A.55, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:
L-organizzazzjoni għandha tipprovdi kopja ta' kull ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz lil sid l-inġenju tal-ajru jew lill-operatur tal-inġenju tal-ajru, flimkien ma' kopja ta' kull rekord dettaljat tal-manutenzjoni assoċjat max-xogħol imwettaq u meħtieġ bħala prova ta' konformità mal-punt M.A.305.
L-organizzazzjoni għandha żżomm kopja tar-rekords dettaljati kollha tal-manutenzjoni u kull data tal-manutenzjoni assoċjata għal tliet snin mid-data ta' meta l-organizzazzjoni tkun ħarġet iċ-ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenju tal-ajru jew għall-komponent tal-inġenju tal-ajru li fuqu jkun sar ix-xogħol.
Ir-rekords skont dan il-punt għandhom jinħażnu b'tali mod li jiżgura li jitħarsu mill-ħsara, it-tibdil jew is-serq.
Il-ħardwer kollu tal-kompjuter użat sabiex isiru kopji backup għandu jinżamm f'postijiet differenti minn dawk li fihom id-data dwar ix-xogħol, b'tali mod li tkun żgurata l-kondizzjoni tajba tagħhom.
Meta organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont dan l-Anness ittemm l-operazzjonijiet tagħha, ir-rekords kollha tal-manutenzjoni mill-perjodu tal-aħħar tliet snin qabel it-tlestija tax-xogħlijiet għandhom jingħataw lill-aħħar sid jew klijent tal-inġenju tal-ajru jew tal-komponent rispettiv jew għandhom jinħażnu skont kif jiġi speċifikat mill-awtorità kompetenti.”;
Fil-punt 145.A.70, il-punt 6 tal-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“6. lista ta' persunal li jiċċertifika, persunal ta' appoġġ u, jekk applikabbli, persunal għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, bl-ambitu tal-approvazzjoni tagħhom.”;
il-punt 145.A.75 huwa emendat kif ġej:
il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(f) Jekk tkun approvata b'mod speċifiku biex tagħmel dan għall-inġenji tal-ajru koperti bl-Anness Vb (Parti-ML), tista' twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ iċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà korrispondenti skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt MLA.903 tal-Anness Vb (Parti-ML) ta' dan ir-Regolament.”;
il-punt (g) jitħassar;
fil-punt 145.A.95, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:
Sejba tal-livell 1 hi kwalunkwe sejba ta' nuqqas ta' konformità sinifikanti mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness li jnaqqas l-istandard ta' sikurezza u jpoġġi f'riskju serju s-sikurezza tat-titjira.
Sejba tal-livell 2 hi kwalunkwe sejba ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness li jista' jnaqqas l-istandard ta' sikurezza u jista' jpoġġi f'riskju s-sikurezza tat-titjira.”;
il-punt 145.B.60 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“145.B.60 Eżenzjonijiet
Meta Stat Membru jagħti eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' dan l-Anness skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-awtorità kompetenti għandha tirreġistra l-eżenzjoni. Għandha żżomm dawk ir-rekords għall-perjodu previst fil-punt (3) tal-punt 145.B.55”;
L-Appendiċi III hija sostitwita b'dan li ġej:
ANNESS III
L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
Fil-punt 66.A.45, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(d) B'deroga mill-punti (b) u (c), għal inġenji tal-ajru tal-Grupp 2 u 3, il-klassifikazzjonijiet tat-tip ta' inġenju tal-ajru jistgħu wkoll jiġu approvati fil-liċenzja wara li jitlestew il-passi li ġejjin:
Fil-każ ta' klassifikazzjoni ta' kategorija C, għal persuna kkwalifikata permezz tar-rotta akkademika kif imsemmija fil-punt (a)(5) tal-punt 66.A.30, l-ewwel eżami tat-tip ta' inġenju tal-ajru rilevanti għandu jkun fil-livell tal-kategorija B1 jew B2.”;
fil-punt 66.B.25, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(a) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipparteċipaw fi skambju reċiproku ta' informazzjoni skont l-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139”;
il-punt 66.B.30 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“66.B.30 Eżenzjonijiet
L-eżenzjonijiet kollha mogħtija skont l-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 għandhom jiġu rreġistrati u miżmuma mill-awtorità kompetenti”;
fl-Appendiċi II, it-tabella fil-Modulu 10 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
“LIVELL |
||||
|
|
A |
B1 |
B2 |
B3 |
|
10.1 Qafas Regolatorju L-irwol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili; L-irwol tal-Kummissjoni Ewropea; L-irwol tal-EASA; L-irwol tal-Istati Membri u l-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Avjazzjoni; Ir-Regolament (UE) 2018/1139, ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 u r-Regolament (UE) Nru 1321/2014; Ir-relazzjoni bejn id-diversi Annessi (Partijiet) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 u r-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
1 |
1 |
1 |
1” |
ANNESS IV
L-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
fil-punt 147.B.25, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(b) L-eżenzjonijiet kollha mogħtija skont l-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 għandhom jiġu rreġistrati u miżmuma mill-awtorità kompetenti.”
L-Appendiċi II hija sostitwita b'dan li ġej:
L-Appendiċi III hija sostitwita b'dan li ġej:
“1. Taħriġ u Eżami Bażiku
Il-mudell taċ-ċertifikat tat-taħriġ bażiku għandu jintuża għar-rikonoxximent tat-tlestija jew tat-taħriġ bażiku, tal-eżami bażiku jew kemm tat-taħriġ bażiku kif ukoll tal-eżamijiet tat-taħriġ bażiku.
Iċ-ċertifikat tat-taħriġ għandu jidentifika b'mod ċar kull eżami ta' modulu individwali bid-data ta' meta tlesta b'suċċess, flimkien mal-verżjoni korrispondenti tal-Appendiċi I tal-Anness III (Parti-66).
2. Taħriġ u Eżami tat-Tip
Il-mudell taċ-ċertifikat tat-taħriġ tat-tip għandu jintuża jew għar-rikonoxximent tat-tlestija tal-elementi teoretiċi, tal-elementi prattiċi jew kemm tal-elementi teoretiċi kif ukoll tal-elementi prattiċi tal-kors ta' taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip.
Iċ-ċertifikat għandu jindika f'liema kombinazzjoni tal-qafas/magna tal-inġenji tal-ajru kien ingħata t-taħriġ.
Ir-referenzi xierqa għandhom jitħassru kif ikun applikabbli u l-kaxxa tat-tip tal-kors għandha tispjega jekk kinux koperti l-elementi teoretiċi biss jew l-elementi prattiċi biss jew jekk kinux koperti kemm l-elementi teoretiċi kif ukoll dawk prattiċi.
Iċ-ċertifikat tat-taħriġ irid jidentifika b'mod ċar jekk il-kors huwiex kors sħiħ jew huwiex kors parzjali (bħalma huwa kors dwar il-qafas jew l-impjant tal-enerġija (powerplant) jew kors dwar l-avjonika/elettriku ta' inġenju tal-ajru) jew kors tad-differenzi bbażat fuq l-esperjenza preċedenti tal-applikant, pereżempju kors A340 (CFM) għat-tekniċi A320. Jekk il-kors ma jkunx wieħed sħiħ, iċ-ċertifikat għandu jidentifika jekk iż-żoni tal-interfaċċa kinux koperti jew le.
”
ANNESS V
L-Anness Va tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
Il-parti tal-werrej hija sostitwita b'dan li ġej:
|
“WERREJ |
|
|
Awtorità kompetenti |
|
|
Taqsima A — Rekwiżiti tekniċi |
|
|
Subparti A — ĠENERALI |
|
|
T.A.101 |
Ambitu |
|
Subparti B — REKWIŻITI |
|
|
T.A.201 |
Responsabbiltajiet |
|
Subparti E — ORGANIZZAZZJONI TAL-MANUTENZJONI |
|
|
T.A.501 |
Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni |
|
Subparti G — REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ APPROVATI SKONT L-ANNESS Vc (Parti-CAMO) |
|
|
T.A.701 |
Ambitu |
|
T.A.704 |
Espożizzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
|
T.A.706 |
Rekwiżiti tal-persunal |
|
T.A.708 |
Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
|
T.A.709 |
Dokumentazzjoni |
|
T.A.711 |
Privileġġi |
|
T.A.712 |
Sistema ta' ġestjoni |
|
T.A.714 |
Żamma tar-rekords |
|
T.A.715 |
Validità kontinwata |
|
T.A.716 |
Sejbiet |
|
Taqsima B — Proċedura addizzjonali għall-awtoritajiet kompetenti |
|
|
Subparti A — Ġenerali |
|
|
T.B.101 |
Ambitu |
|
T.B.104 |
Żamma tar-rekords |
|
Subparti B — Kontabbiltà |
|
|
T.B.201 |
Responsabbiltajiet |
|
T.B.202 |
Sejbiet |
|
Subparti G — REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ APPROVATI SKONT L-ANNESS Vc (Parti-CAMO) |
|
|
T.B.702 |
Proċedura ta' ċertifikazzjoni inizjali |
|
T.B.704 |
Sorveljanza kontinwa |
|
T.B.705 |
Sejbiet u azzjonijiet korrettivi” |
It-Taqsima A hija emendata kif ġej:
il-punt T.A.101 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“T.A.101 Ambitu
Din it-taqsima tistabbilixxi rekwiżiti biex jiġi żgurat li tinżamm il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1 f'konformità mar-rekwiżiti essenzjali tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Tispeċifika wkoll il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati mill-persuni u l-organizzazzjonijiet responsabbli mill-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u l-manutenzjoni ta' tali inġenji tal-ajru.”;
it-titolu tas-Subparti G huwa sostitwit b'dan li ġej:
“REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ APPROVATI SKONT L-ANNESS Vc (Parti-CAMO)”;
il-punt T.A.701 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“T.A.701 Ambitu
Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati flimkien mar-rekwiżiti tal-Anness Vc (Parti CAMO), minn organizzazzjoni approvata skont dak l-Anness, biex din tkun intitolata tikkontrolla t-twettiq tal-kompiti speċifikati fil-punt T.A.201.”;
il-punt T.A.704 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“T.A.704 Espożizzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
Minbarra r-rekwiżiti previsti fil-punt CAMO.A.300, l-espożizzjoni għandha tinkludi proċeduri li jispeċifikaw kif l-organizzazzjoni tiżgura l-konformità ma' dan l-Anness.”;
il-punt T.A.706 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“T.A.706 Rekwiżiti tal-persunal
Minbarra r-rekwiżiti previsti fil-punt CAMO.A.305, il-membri tal-persunal imsemmi fil-punti (a)(3) sa (a)(5) u (b)(2) tal-punt CAMO.A.305 għandu jkollhom għarfien xieraq tal-liġijiet applikabbli tal-pajjiżi terzi fejn huwa rreġistrat l-inġenju tal-ajru.”;
fil-punt T.A.708, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Minkejja l-punt CAMO.A.315, għall-inġenji tal-ajru li għalihom il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà hija ġestita f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness, l-organizzazzjoni għandha:”;
il-punt T.A.709 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“T.A.709 Dokumentazzjoni
Minkejja l-punt CAMO.A.325, għal kull inġenju tal-ajru li għalih il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà hija ġestita f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness, l-organizzazzjoni għandu jkollha u għandha tuża data ta' manutenzjoni applikabbli li tkun aċċettabbli għall-Istat tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru.”;
il-punti T.A.711 u T.A.712 huma sostitwiti b'dan li ġej:
“T.A.711 Privileġġi
Organizzazzjoni approvata skont l-Anness Vc (Parti-CAMO) tista' twettaq il-kompiti speċifikati fil-punt T.A.708 għall-inġenju tal-ajru inkluż fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru tagħha, sakemm dik l-organizzazzjoni tkun stabbilixxiet proċeduri, approvati mill-awtorità kompetenti, biex tiżgura konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.
T.A.712 Sistema ta' ġestjoni
Minbarra r-rekwiżiti tal-punt CAMO.A.200, l-organizzazzjoni għandha tiżgura l-konformità tagħha mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.”;
il-punti T.A.714, T.A.715 u T.A.716 huma sostitwiti b'dan li ġej:
“T.A.714 Żamma tar-rekords
Minbarra r-rekwiżiti tal-punt (a) tal-punt CAMO.A.220, l-organizzazzjoni għandha żżomm ir-rekords imsemmija fil-punt (1)(j) tal-punt T.A.201.
T.A.715 Validità kontinwata
Biex l-approvazzjoni ta' organizzazzjoni li tiġġestixxi l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tibqa' valida, flimkien mar-rekwiżiti tal-punt CAMO.A.135 għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli ta' dan l-Anness; u
l-organizzazzjoni tiżgura li kwalunkwe persuna awtorizzata mill-awtorità kompetenti tingħata aċċess għal kwalunkwe waħda mill-faċilitajiet, inġenji tal-ajru jew dokumenti tagħha li huma relatati mal-attivitajiet tagħha, inkluż kull attività sottokuntrattata, biex tiġi stabbilita l-konformità ma' dan l-Anness.
T.A.716 Sejbiet
Wara li tkun irċeviet notifika tas-sejbiet skont il-punt T.B.705, l-organizzazzjoni għandha tagħmel dan li ġej:
tidentifika l-kawża ewlenija jew il-kawżi ewlenin tas-sejba ta' nuqqas ta' konformità, u l-fatturi li jikkontribwixxu għaliha;
tħejji, tadotta u timplimenta pjan ta' azzjoni korrettiva;
turi, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, li ttieħdet l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex tiġi indirizzata s-sejba.
L-azzjonijiet imsemmija fil-punti (1) sa (3) tal-paragrafu (a) għandhom jitwettqu fil-perjodu ta' żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti skont il-punt T.B.705.”;
It-Taqsima B hija emendata kif ġej:
it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“PROĊEDURA ADDIZZJONALI GĦALL-AWTORITÀ KOMPETENTI”;
it-titolu tas-Subparti G huwa sostitwit b'dan li ġej:
“REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ APPROVATI SKONT L-ANNESS Vc (Parti-CAMO)”;
il-punt T.B.702 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“T.B.702 Proċedura ta' ċertifikazzjoni inizjali
Minbarra r-rekwiżiti tal-punt CAMO.B.310, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika u tistabbilixxi li dawk il-proċeduri huma konformi mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness u għandha tivverifika li l-organizzazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.”;
il-punti T.B.704 u T.B.705 huma sostitwiti b'dan li ġej:
“T.B.704 Sorveljanza kontinwa
Minbarra r-rekwiżiti tal-punt CAMO.B.305, matul kull ċiklu ta' ppjanar tas-sorveljanza, l-awtorità kompetenti għandha twettaq spezzjoni ta' kampjun rilevanti tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1 ġestiti mill-organizzazzjoni.
T.B.705 Sejbiet u azzjonijiet korrettivi
Għal organizzazzjonijiet li jiġġestixxu l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1, l-awtorità kompetenti għandha tapplika r-rekwiżiti inklużi fil-punt CAMO.B.350 meta tivverifika jekk l-organizzazzjoni hijiex konformi mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.”
ANNESS VI
“ANNESS Vb
(Parti-ML)
|
WERREJ |
|
|
ML.1 |
|
|
TAQSIMA A — REKWIŻITI TEKNIĊI |
|
|
SOTTOPARTI A — ĠENERALI |
|
|
ML.A.101 |
Kamp ta' applikazzjoni |
|
SOTTOPARTI B — RESPONSABBILTÀ |
|
|
ML.A.201 |
Responsabbiltajiet |
|
ML.A.202 |
Rapportar ta' okkorrenza |
|
SOTTOPARTI C — IL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ |
|
|
ML.A.301 |
Kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
|
ML.A.302 |
Programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru |
|
ML.A.303 |
Direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà |
|
ML.A.304 |
Data għal modifiki u tiswijiet |
|
ML.A.305 |
Sistema ta' reġistrazzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru |
|
ML.A.307 |
Trasferiment ta' rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru |
|
SOTTOPARTI D — STANDARDS TA' MANUTENZJONI |
|
|
ML.A.401 |
Data tal-manutenzjoni |
|
ML.A.402 |
Twettiq ta' manutenzjoni |
|
ML.A.403 |
Difetti tal-inġenju tal-ajru |
|
SOTTOPARTI E — KOMPONENTI |
|
|
ML.A.501 |
Klassifikazzjoni u installazzjoni |
|
ML.A.502 |
Manutenzjoni tal-komponenti |
|
ML.A.503 |
Komponenti li jistgħu jintużaw għal żmien limitat |
|
ML.A.504 |
Kontroll ta' komponenti li ma jistax isir servizz fuqhom |
|
SOTTOPARTI H — ĊERTIFIKAT GĦAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ (CRS) |
|
|
ML.A.801 |
Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru |
|
ML.A.802 |
Ċertifikat għall-komponenti għar-rilaxx għas-servizz |
|
ML.A.803 |
Awtorizzazzjoni għall-pilota-sid |
|
SOTTOPARTI I — ĊERTIFIKAT TAR-REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (ARC) |
|
|
ML.A.901 |
Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru |
|
ML.A.902 |
Validità taċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà |
|
ML.A.903 |
Proċess ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà |
|
ML.A.904 |
Kwalifika tal-persunal għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà |
|
ML.A.905 |
Trasferiment tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru fi ħdan l-Unjoni |
|
ML.A.906 |
Reviżjoni tan-navigabbiltà tal-inġenju tal-ajru importat fl-Unjoni |
|
ML.A.907 |
Sejbiet |
|
TAQSIMA B — PROĊEDURA GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI |
|
|
SOTTOPARTI A — ĠENERALI |
|
|
ML.B.101 |
Kamp ta' applikazzjoni |
|
ML.B.102 |
Awtorità kompetenti |
|
ML.B.104 |
Żamma tar-rekords |
|
ML.B.105 |
Skambju reċiproku ta' informazzjoni |
|
SOTTOPARTI B — RESPONSABBILTÀ |
|
|
ML.B.201 |
Responsabbiltajiet |
|
SOTTOPARTI C — IL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ |
|
|
ML.B.302 |
Eżenzjonijiet |
|
ML.B.303 |
Monitoraġġ tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru |
|
ML.B.304 |
Ir-revoka, is-sospensjoni u l-limitazzjoni |
|
SOTTOPARTI I — ĊERTIFIKAT TAR-REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (ARC) |
|
|
ML.B.902 |
Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà mill-awtorità kompetenti |
|
ML.B.903 |
Sejbiet |
|
Appendiċi I — Kuntratt ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
|
|
Appendiċi II — Manutenzjoni limitata tal-Pilota-Sid |
|
|
Appendiċi III — Kompiti ta' manutenzjoni kumplessi li m'għandhomx jitwettqu mill-Pilota-Sid |
|
|
Appendiċi IV — Ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (Formola 15c tal-EASA) |
|
ML.1
Skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3, dan l-Anness (Parti-ML) japplika għall-inġenji tal-ajru li ġejjin għajr dawk motorizzati u kumplessi mhux elenkati fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru ta' operatur tal-ajru li ngħata l-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008:
ajruplani b'massa massima waqt it-tlugħ (MTOM) ta' 2 730 kg jew anqas;
inġenji tal-ajru kbar li jaħdmu bir-rotors b'MTOM ta' 1 200 kg jew anqas, iċċertifikati għal sa massimu ta' 4 okkupanti;
inġenji tal-ajru oħra ELA2.
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, l-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru tar-reġistru tal-inġenji tal-ajru.
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
‘persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni’ tfisser persunal taċ-ċertifikazzjoni li ma jaħdimx f'isem organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata u li, b'mod alternattiv, jikkonforma:
mar-rekwiżiti tal-Anness III (Parti-66);
għal inġenji tal-ajru li għalihom ma japplikax l-Anness III (Parti-66), mar-rekwiżiti dwar il-persunal ta' ċertifikazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru tar-reġistru tal-inġenji tal-ajru;
‘organizzazzjoni ta' manutenzjoni’ tfisser organizzazzjoni li jkollha approvazzjoni maħruġa skont, b'mod alternattiv:
is-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M);
it-Taqsima A tal-Anness II (Parti-145);
it-Taqsima A tal-Anness Vd (Parti-CAO).
‘sid’ tfisser il-persuna responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, inklużi, b'mod alternattiv:
is-sid reġistrat tal-inġenju tal-ajru;
il-lokatarju fil-każ ta' kuntratt ta' lokazzjoni;
l-operatur.
TAQSIMA A
REKWIŻITI TEKNIĊI
SOTTOPARTI A
ĠENERALI
ML.A.101 Kamp ta' applikazzjoni
Din it-Taqsima tistabbilixxi l-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru jkun ajrunavigabbli. Tispeċifika wkoll l-kondizzjonijiet li jridu jkunu ssodisfati mill-persuni jew l-organizzazzjonijiet involuti fl-attivitajiet relatati mal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru.
SOTTOPARTI B
RESPONSABBILTÀ
ML.A.201 Responsabbiltajiet
Is-sid tal-inġenju tal-ajru għandu jkun responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u għandu jiżgura li ma sseħħ ebda titjira sakemm ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
l-inġenju tal-ajru jinżamm f'kundizzjoni tajba għat-titjir;
kwalunkwe tagħmir operattiv u ta' emerġenza mwaħħal, ġie installat b'mod korrett u jista' jsir servizz fuqu jew inkella hu identifikat b'mod ċar li ma jistax isir servizz fuqu;
iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà hu validu;
il-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru titwettaq f'konformità mal-Programm ta' Manutenzjoni tal-Inġenju tal-Ajru (‘AMP’) kif speċifikat fil-punt ML.A.302.
Permezz ta' deroga mill-punt (a), meta l-inġenju tal-ajru jkun mogħti b'lokazzjoni, ir-responsabbiltajiet stabbiliti fil-punt (a) għandhom japplikaw għal-lokatarju, jekk il-lokatarju jkun identifikat fid-dokument ta' reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru jew fil-kuntratt ta' lokazzjoni.
Kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni li twettaq il-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru u tal-komponenti għandha tkun responsabbli għall-kompiti ta' manutenzjoni li jkunu qed jitwettqu.
Il-bdot fil-kmand tal-inġenju tal-ajru għandu jkun responsabbli għat-twettiq sodisfaċenti tal-ispezzjoni ta' qabel it-titjira. Dik l-ispezzjoni għandha titwettaq mill-bdot jew minn persuna oħra kwalifikata iżda ma hemmx bżonn li titwettaq minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata jew mill-persunal li jiċċertifika.
Għal inġenji tal-ajru operati minn Organizzazzjonijiet kummerċjali Approvati tat-Taħriġ (‘ATO’) u minn Organizzazzjonijiet kummerċjali Ddikjarati tat-Taħriġ (‘DTO’) imsemmija fl-Artikolu 10a tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jew mhux operati skont l-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 (Parti-NCO) jew operat skont is-Sottoparti-ADD tal-Anness II (Parti-BOP) tar-Regolament (UE) 2018/395 jew is-Sottoparti-DEC tal-Anness II (Parti-SAO) tar-Regolament (UE) 2018/1976 ( *3 ), l-operatur għandu:
ikun approvat bħala CAMO jew bħala CAO għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru tiegħu skont l-Anness Vc (Parti-CAMO) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), jew jikkuntratta tali organizzazzjoni billi juża l-kuntratt stabbilit fl-Appendiċi I għal dan l-Anness;
jiżgura li l-manutenzjoni kollha titwettaq minn organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati skont il-punt (c)(2) tal-punt ML.1.;
jiżgura li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti tal-punt (a).
Għal inġenji tal-ajru mhux inklużi fil-punt (e), biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt (a), is-sid tal-inġenju tal-ajru jista' jagħti b'kuntratt il-kompiti assoċjati mal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà lil organizzazzjoni approvata bħala CAMO jew CAO skont l-Anness Vc (Parti-CAMO) jew l-Anness Vd (Parti-CAO). F'dak il-każ, l-organizzazzjoni mogħtija l-kuntratt għandha tassumi r-responsabbiltà għall-eżekuzzjoni kif xieraq ta' dawk il-kompiti u għandu jiġi konkluż kuntratt bil-miktub skont l-Appendiċi I għal dan l-Anness. Jekk is-sid ma jagħtix kuntratt lil organizzazzjoni bħal din, is-sid ikun responsabbli għall-eżekuzzjoni kif xieraq tal-kompiti assoċjati mal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà.
Is-sid għandu jagħti lill-awtorità kompetenti aċċess għall-inġenju tal-ajru u għar-rekords tal-inġenji tal-ajru, biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tiddetermina jekk l-inġenju tal-ajru jikkonformax mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.
ML.A.202 Rapportar ta' okkorrenza
Mingħajr ħsara għall-obbligi ta' rapportar stabbiliti fl-Anness II (Parti-145) u fl-Anness Vc (Parti-CAMO), kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni responsabbli skont il-punt ML.A.201 għandha tirrapporta kwalunkwe kundizzjoni identifikata ta' inġenju tal-ajru jew komponent li tipperikola s-sikurezza tat-titjira:
lill-awtorità kompetenti maħtura mill-Istat Membru tar-reġistru tal-inġenju tal-ajru, u, meta dan ikun differenti mill-Istat Membru tar-reġistru, lill-awtorità kompetenti maħtura mill-Istat Membru tal-operatur;
lill-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn tat-tip jew għad-disinn tat-tip supplimentari.
Ir-rapporti msemmija fil-punt (a) għandhom isiru b'mod iddeterminat mill-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (a) u għandu jkun fihom l-informazzjoni pertinenti kollha dwar il-kundizzjoni magħrufa mill-persuna jew mill-organizzazzjoni li tagħmel ir-rapport.
Meta l-manutenzjoni jew ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru titwettaq fuq il-bażi ta' kuntratt bil-miktub, il-persuna jew l-organizzazzjoni responsabbli għal dawk l-attivitajiet għandha tirrapporta wkoll kwalunkwe kundizzjoni msemmija fil-punt (a) lis-sid tal-inġenju tal-ajru u, meta din tkun differenti, lis-CAMO jew lis-CAO ikkonċernata.
Il-persuna jew l-organizzazzjoni għandha tissottometti r-rapporti msemmija fil-punti (a) u (c) mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 72 siegħa mill-mument li fih il-persuna jew l-organizzazzjoni tidentifika l-kundizzjoni li dwarha jsir ir-rapport, sakemm ċirkustanzi eċċezzjonali ma jipprevjenux li dan isir.
SOTTOPARTI C
IL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ
ML.A.301 Kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
Il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u li t-tagħmir operattiv u ta' emerġenza jista' jsir servizz fuqu għandhom ikunu żgurati:
bit-twettiq tal-ispezzjonijiet ta' qabel it-titjira;
bir-rettifika ta' kwalunkwe difett u ħsara li jaffettwaw l-operar sikur skont id-data speċifikata fil-punti ML.A.304 u ML.A.401, skont kif applikabbli, filwaqt li jitqiesu l-lista tat-tagħmir minimu (‘MEL’) u l-lista ta' devjazzjoni tal-konfigurazzjoni, meta jkunu jeżistu;
bit-tlestija tal-manutenzjoni kollha skont l-AMP imsemmi fil-punt ML.A.302;
bit-twettiq ta' kwalunkwe minn dawn applikabbli:
id-direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà (‘AD’);
id-direttiva operattiva b'impatt fuq il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà;
ir-rekwiżiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà stabbiliti mill-Aġenzija;
il-miżura meħtieġa mill-awtorità kompetenti bħala reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza;
it-twettiq tal-modifiki u t-tiswijiet skont l-ML.A.304;
titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni, meta jkunu meħtieġa.
ML.A.302 Programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru
Il-manutenzjoni ta' kull inġenju tal-ajru għandha tkun organizzata skont AMP.
L-AMP u kwalunkwe emenda sussegwenti għalih għandhom ikunu, b'mod alternattiv:
iddikjarati mis-sid skont il-punt (c)(7) tal-punt ML.A.302, fejn il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru ma tkunx ġestita minn CAMO jew CAO;
approvati mis-CAMO jew is-CAO responsabbli għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru.
Is-sid li jiddikjara l-AMP skont il-punt (b)(1) jew l-organizzazzjoni li tapprova l-AMP skont il-punt (b)(2) għandhom iżommu l-AMP aġġornat.
L-AMP:
għandu jidentifika b'mod ċar lil sid l-inġenju tal-ajru u lill-inġenju tal-ajru li hu relatat miegħu, inklużi kwalunkwe magna u skrun installati, skont kif applikabbli;
għandu jinkludi, b'mod alternattiv:
il-kompiti jew l-ispezzjonijiet li jinsabu fil-programm tal-ispezzjoni minima applikabbli (‘MIP’) imsemmi fil-punt (d);
l-istruzzjonijiet għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (‘ICA’) maħruġa mid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn (‘DAH’);
jista' jinkludi azzjonijiet addizzjonali ta' manutenzjoni minbarra dawk imsemmija fil-punt (c)(2) jew azzjonijiet ta' manutenzjoni alternattivi għal dawk imsemmija fil-punt (c)(2)(b) fuq il-proposta tas-sid, is-CAMO jew is-CAO, ladarba jiġu approvati jew iddikjarati skont il-punt (b). Azzjonijiet ta' manutenzjoni alternattivi għal dawk imsemmija fil-punt (c)(2)(b) m'għandhomx ikunu anqas restrittivi minn dawk stabbiliti fl-MIP applikabbli;
għandu jinkludi l-informazzjoni obbligatorja kollha dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, bħal ADs ripetittivi, it-taqsima dwar il-limitazzjoni tal-ajrunavigabbiltà (‘ALS’) tal-ICAs, u r-rekwiżiti speċifiċi dwar il-manutenzjoni li jinsabu fl-iskeda tad-data taċ-ċertifikat tat-tip (‘TCDS’);
għandu jidentifika kwalunkwe kompitu addizzjonali ta' manutenzjoni li għandu jitwettaq minħabba t-tip speċifiku ta' inġenju tal-ajru, il-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru u t-tip u l-ispeċifiċità tal-operazzjoni, filwaqt li l-elementi li ġejjin għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni bħala minimu:
tagħmir speċifiku installat u modifiki tal-inġenju tal-ajru;
tiswijiet imwettqa fl-inġenju tal-ajru;
komponenti li jistgħu jintużaw għal żmien limitat u komponenti kritiċi għas-sikurezza tat-titjira;
rakkomandazzjonijiet ta' manutenzjoni, bħalma huma l-intervalli taż-żmien bejn kull tiġdid maġġuri (‘TBO’), maħruġa permezz ta' bullettini dwar is-servizz, ittri dwar is-servizz, u informazzjoni oħra mhux obbligatorja dwar is-servizz;
direttivi jew rekwiżiti operazzjonali applikabbli relatati mal-ispezzjoni perjodika ta' ċertu tagħmir;
approvazzjonijiet operazzjonali speċjali;
l-użu tal-inġenju tal-ajru u l-ambjent operazzjonali;
għandu jidentifika jekk il-Piloti-Sidien humiex awtorizzati jwettqu manutenzjoni;
meta ddikjarat mis-sid, għandu jkun fih dikjarazzjoni ffirmata li fiha s-sid jiddikjara li dan hu l-AMP għar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru partikolari u li hu responsabbli bis-sħiħ għall-kontenut tagħha u, b'mod partikolari għal kwalunkwe devjazzjoni mir-rakkomandazzjonijiet tad-DAH;
meta approvat mis-CAMO jew is-CAO, għandu jkun iffirmat minn din l-organizzazzjoni, li għandha żżomm rekords bil-ġustifikazzjoni għal kwalunkwe devjazzjoni introdotta fir-rakkomandazzjonijiet tad-DAH;
għandu jiġi rivedut tal-anqas kull sena biex tiġi vvalutata l-effikaċja tiegħu, u din ir-reviżjoni għandha ssir, b'mod alternattiv:
flimkien mar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru mill-persuna li twettaq tali reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà;
mis-CAMO jew is-CAO li timmaniġġja l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru f'dawk il-każijiet li fihom ir-reviżjoni tal-AMP ma titwettaqx flimkien ma' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà.
Jekk ir-reviżjoni turi nuqqasijiet fl-inġenju tal-ajru marbutin ma' nuqqasijiet fil-kontenut tal-AMP, l-AMP għandu jiġi emendat kif xieraq. F'dan il-każ, il-persuna li twettaq ir-reviżjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru jekk hi ma taqbilx mal-miżuri li jemendaw l-AMP meħuda mis-sid, mis-CAMO jew mis-CAO. L-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi liema emendi għall-AMP huma neċessarji, filwaqt li ssemmi s-sejbiet korrispondenti u, jekk ikun hemm bżonn, tirreaġixxi skont il-punt ML.B.304.
MIP:
għandu jkun fih l-intervalli ta' spezzjoni li ġejjin:
għal ajruplani, gliders motorizzati tat-touring (‘TMGs’) u blalen tal-arja, kull intervall annwali jew ta' kull 100 siegħa, skont liema jaħbat l-ewwel, li għalih tista' tiġi applikata tolleranza ta' xahar jew ta' 10 sigħat. L-intervall li jmiss għandu jiġi kkalkolat mill-ħin li fih isseħħ l-ispezzjoni;
għal gliders u gliders motorizzati għajr TMGs, kull intervall annwali li għalih tista' tiġi applikata tolleranza ta' xahar (1). L-intervall li jmiss għandu jiġi kkalkolat mill-ħin li fih isseħħ l-ispezzjoni;
għandu jkun fih dan li ġej, skont kif applikabbli għat-tip ta' inġenju tal-ajru:
kompiti ta' servizzjar kif meħtieġa mir-rekwiżiti tad-DAH;
spezzjoni tal-marki;
reviżjoni tar-rekords dwar l-użin u l-użin skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012, ir-Regolament (UE) 2018/395 u r-Regolament (UE) 2018/1976;
test operazzjonali tat-transponder (jekk installat);
test funzjoni tas-sistema statika Pitot;
fil-każ tal-ajruplani:
testijiet operazzjonali għall-potenza u għar-revoluzzjonijiet fil-minuta (rpm), manjeti, pressjoni tal-fjuwil u taż-żejt, temperaturi tal-magna;
għal magni mgħammra b'kontroll awtomatiku tal-magna, il-proċedura ppubblikata għall-kontrolli tal-aħħar;
għall-magni dry-sump, il-magni bit-turbokompressur u l-magni mkessħa bil-likwidu, test operazzjonali għal sinjali ta' ċirkolazzjoni mfixkla tal-fluwidi;
spezzjoni tal-kondizzjoni u t-twaħħil tal-oġġetti strutturali, tas-sistemi u l-komponenti li jikkorrispondu għall-oqsma li ġejjin:
għall-ajruplani:
qafas tal-inġenju tal-ajru, kabina u kokpit, attrezzatura għall-inżul, taqsima tal-ġwienaħ u taċ-ċentru, kontrolli tat-titjir, empennage, l-elementi avjoniċi u elettriċi, l-impjant tal-enerġija, il-klaċċijiet u l-gerboksis, is-sistemi tal-iskrejjen u mixxellanji, bħas-sistema ta' salvataġġ ballistika;
għal gliders u gliders bil-magna:
qafas tal-inġenju tal-ajru, kabina u kokpit, attrezzatura għall-inżul, taqsima tal-ġwienaħ u taċ-ċentru, empennage, l-elementi avjoniċi u elettriċi, l-impjant tal-enerġija (għal gliders bil-magna) u sistemi mixxellanji, bħas-saborra li titneħħa u/jew id-drag chute u l-kontrolli, kif ukoll is-sistema tas-saborra tal-ilma;
għal blalen tal-arja sħuna:
envelopp, berner, basket, kontenituri tal-fjuwil, tagħmir u strumenti;
għal blalen tal-gass:
envelopp, basket, tagħmir u strumenti.
Dment li dan l-Anness ma jispeċifikax MIP għal iġfna tal-ajru u għal inġenji tal-ajru kbar li jaħdmu bir-rotors, l-AMP tagħhom għandu jkun ibbażat fuq l-ICA maħruġa mid-DAH, kif imsemmi fil-punt (c)(2)(b).
B'deroga mill-punti (b) u (c), dikjarazzjoni mis-sid jew approvazzjoni minn CAMO jew minn CAO mhix meħtieġa, u m'hemmx bżonn li jiġi prodott dokument tal-AMP meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-ICA kollha maħruġa mid-DAH ikunu qed jiġu segwiti mingħajr ebda devjazzjoni;
ir-rakkomandazzjonijiet kollha dwar il-manutenzjoni, bħall-intervalli tat-TBO, maħruġa permezz tal-bullettini tas-servizz, ittri tas-servizz, u informazzjoni tas-servizz oħra mhux obbligatorja, ikunu qed jiġu segwiti mingħajr ebda devjazzjoni;
ma hemm ebda kompitu addizzjonali ta' manutenzjoni li għandu jitwettaq li jirriżulta minn kwalunkwe wieħed jew waħda minn fost dawn li ġejjin:
tagħmir speċifiku installat u modifiki tal-inġenju tal-ajru;
tiswijiet imwettqa fl-inġenju tal-ajru;
komponenti li jistgħu jintużaw għal żmien limitat u komponenti kritiċi għas-sikurezza tat-titjira;
approvazzjonijiet operazzjonali speċjali;
l-użu tal-inġenju tal-ajru u l-ambjent operazzjonali.
Il-Piloti-Sidien huma awtorizzati jwettqu manutenzjoni tal-Pilota-Sid.
Din id-deroga mhix applikabbli jekk il-pilota-sid jew, f'każ ta' inġenju tal-ajru bi sjieda konġunta, kwalunkwe wieħed mill-piloti-sidien, ma jkunx awtorizzat iwettaq manutenzjoni tal-Pilota-Sid għaliex dan irid ikun speċifikat fl-AMP iddikjarat jew approvat.
Jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha previsti fil-punti (e)(1) sa (e)(4), l-AMP applikabbli għall-inġenju tal-ajru għandu jkun jikkonsisti f'dawn li ġejjin:
l-ICA maħruġa mid-DAH;
ir-rakkomandazzjonijiet ta' manutenzjoni, bħalma huma l-intervalli tat-TBO, maħruġa permezz ta' bulettini dwar is-servizz, ittri dwar is-servizz, u informazzjoni oħra mhux obbligatorja dwar is-servizz;
l-informazzjoni obbligatorja dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, bħal ADs ripetittivi, l-ALS tal-ICA u r-rekwiżiti speċifiċi dwar il-manutenzjoni li jinsabu fit-TCDS;
il-kompiti dovuti għal direttivi jew rekwiżiti operazzjonali jew dwar l-ispazju tal-ajru b'rabta ma' strumenti u tagħmir partikolari.
ML.A.303 Direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà
Kull AD applikabbli trid titwettaq fi ħdan ir-rekwiżiti ta' dik l-AD sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-Aġenzija.
ML.A.304 Data għal modifiki u tiswijiet
Persuna jew organizzazzjoni li ssewwi inġenju tal-ajru jew komponent għandha tivvaluta kwalunkwe ħsara. Il-modifiki u t-tiswijiet għandhom jitwettqu billi tintuża, kif xieraq, id-data li ġejja:
approvata mill-Aġenzija;
approvata minn organizzazzjoni tad-disinn li tikkonforma mal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;
li tinsab fir-rekwiżiti msemmija fil-punt 21.A.90B jew fil-punt 21A.431B tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.
ML.A.305 Sistema ta' reġistrazzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru
Mat-tlestija ta' kwalunkwe manutenzjoni, iċ-ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz (CRS) meħtieġ mill-punt M.A.801 għandu jiddaħħal fis-sistema tar-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru. Kull entrata għandha ssir mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn 30 jum mid-data tat-tlestija tal-kompitu ta' manutenzjoni.
Ir-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru għandu jkun fihom ġurnal ta' abbord l-inġenju tal-ajru, il-ġurnal(i) tal-magni jew il-kards tal-ġurnal tal-modulu tal-magna, il-ġurnal(i) tal-iskrun u kards tal-ġurnal għal kull komponent li jista' jintuża għal żmien limitat, kif xieraq.
It-tip tal-inġenju tal-ajru u l-marka tar-reġistrazzjoni, flimkien mal-ħin totali ta' titjiriet u ċikli ta' titjiriet u nżul, għandhom jiddaħħlu fil-ġurnali tal-inġenju tal-ajru.
Ir-rekords dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandhom jikkonsistu:
fl-istatus kurrenti tal-ADs u l-miżuri mandati mill-awtorità kompetenti f'reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza;
fl-istatus kurrenti tal-modifiki, it-tiswijiet u rakkomandazzjonijiet oħra tad-DAH dwar il-manutenzjoni;
fl-istatus kurrenti tal-konformità mal-AMP;
fl-istatus kurrenti ta' komponenti bi żmien limitat tal-użu;
fir-rapport kurrenti dwar il-massa u l-bilanċ;
fil-lista kurrenti ta' manutenzjoni differita.
Minbarra d-dokument tar-rilaxx awtorizzat, il-Formola 1 tal-EASA, kif stipulat fl-Appendiċi II tal-Anness I (Parti-M), jew ekwivalenti, għandha tiddaħħal fil-ġurnal ta' abbord tal-magna jew tal-iskrejjen u fl-iskedi tal-moduli tal-magni jew karti tar-reġistrazzjoni tal-komponenti bi żmien limitat tal-użu l-informazzjoni rilevanti li ġejja għal kwalunkwe komponent installat, bħal magna, skrejjen, modulu ta' magna jew karti tar-reġistrazzjoni tal-komponent bi żmien limitat tal-użu:
l-identifikazzjoni tal-komponent;
it-tip, in-numru tas-serje u r-reġistrazzjoni, kif xieraq, tal-inġenju tal-ajru, il-magna, l-iskrejjen, modulu ta' magna jew komponent bi żmien limitat tal-użu li ġie mmuntat fuqu l-komponent partikolari, flimkien mar-referenza għall-installazzjoni u t-tneħħija tal-komponent;
id-data flimkien mal-ħin tat-titjir totali akkumulat, iċ-ċikli ta' titjir, l-inżul u ż-żmien tal-kalendarju, kif rilevanti għall-komponent partikolari;
l-informazzjoni kurrenti msemmija fil-punt (d), applikabbli għall-komponent.
Il-persuna jew l-organizzazzjoni responsabbli mill-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u l-kompiti skont il-punt ML.A.201, għandha tikkontrolla r-rekords kif dettaljat fil-punt ML.A.305 u tippreżenta r-rekords lill-awtorità kompetenti meta mitluba.
L-entrati kollha li jiddaħħlu fir-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandhom ikunu ċari u preċiżi. Meta jinqala' l-bżonn li tiġi kkoreġuta entrata, il-korrezzjoni għandha ssir b'tali mod li turi l-entrata oriġinali.
Sid għandu jiżgura li tkun ġiet stabbilita sistema li żżomm ir-rekords li ġejjin għall-perjodi speċifikati:
ir-rekords dettaljati kollha tal-manutenzjoni fir-rigward tal-inġenju tal-ajru u kwalunkwe komponent bi żmien limitat tal-użu mmuntat fuqu, sa dak iż-żmien fejn l-informazzjoni fihom tiġi mħassra u sostitwita minn informazzjoni ġdida ekwivalenti fl-ambitu u fid-dettall, iżda mhux anqas minn 36 xahar wara li l-inġenju tal-ajru jew il-komponent ikun ġie rrilaxxat għas-servizz;
il-ħin totali tas-servizz, jiġifieri sigħat, żmien kalendarju, ċikli u nżul, tal-inġenju tal-ajru u l-komponenti kollha bi żmien limitat tal-użu, għal mill-inqas 12-il xahar wara li l-inġenju tal-ajru jew il-komponent ikun ġie irtirat għal kollox mis-servizz;
il-ħin totali tas-servizz, jiġifieri sigħat, żmien kalendarju, ċikli u nżul, kif xieraq, mill-aħħar manutenzjoni skedata tal-komponent soġġett għal limitu ta' żmien tal-użu, għallinqas sakemm il-manutenzjoni skedata tal-komponent tkun ġiet imħassra u sostitwita minn manutenzjoni skedata oħra ta' ambitu u dettall tax-xogħol ekwivalenti;
l-istatus kurrenti tal-konformità mal-AMP tal-anqas sakemm il-manutenzjoni skedata tal-inġenju tal-ajru jew il-komponent tkun ġiet imħassra u sostitwita minn manutenzjoni skedata oħra ta' ambitu u dettall tax-xogħol ekwivalenti;
l-istatus kurrenti tal-ADs applikabbli għall-inġenju tal-ajru u l-komponenti tiegħu, mill-inqas 12-il xahar wara li l-inġenju tal-ajru jew il-komponent ikun ġie rtirat għal kollox mis-servizz;
dettalji tal-modifiki u t-tiswijiet kurrenti lill-inġenju tal-ajru, il-magna/i, l-iskrun/skrejjen u kull komponent ieħor vitali għas-sikurezza tat-titjira, mill-inqas 12-il xahar wara li l-inġenju tal-ajru jew il-komponent ikun ġie rtirat għal kollox mis-servizz.
ML.A.307 Trasferiment ta' rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru
Meta inġenju tal-ajru jiġi ttrasferit b'mod permanenti minn sid għal ieħor, is-sid li jittrasferixxi għandu jiżgura li r-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt ML.A.305 jiġu ttrasferiti wkoll.
Meta s-sid jagħti b'kuntratt il-kompiti ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà lil CAMO jew CAO, is-sid għandu jiżgura li r-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt ML.A.305 jiġu ttrasferiti lill-organizzazzjoni li ngħatat il-kuntratt.
Il-perjodi ta' żmien għaż-żamma tar-rekords stabbiliti fil-punt (h) tal-punt ML.A.305 għandhom jibqgħu japplikaw għas-sid il-ġdid, is-CAMO jew is-CAO.
SOTTOPARTI D
STANDARDS TA' MANUTENZJONI
ML.A.401 Data tal-manutenzjoni
Il-persuna jew l-organizzazzjoni li tmantni inġenju tal-ajru għandha tuża data applikabbli dwar il-manutenzjoni biss waqt li tkun qed twettaq il-manutenzjoni.
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, data dwar ‘il-manutenzjoni applikabbli’ tfisser:
kwalunkwe rekwiżit, proċedura, standard jew informazzjoni applikabbli maħruġa mill-awtorità kompetenti jew mill-Aġenzija;
kwalunkwe AD applikabbli;
ICA applikabbli maħruġa mid-detenturi taċ-ċertifikat tat-tip, detenturi taċ-ċertifikat supplimentari tat-tip u kwalunkwe organizzazzjoni oħra li tippubblika tali data f'konformità mal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;
kull data applikabbli maħruġa f'konformità mal-punt (d) tal-punt 145.A.45.
ML.A.402 Twettiq ta' manutenzjoni
Il-manutenzjoni mwettqa minn organizzazzjonijiet approvati tal-manutenzjoni għandha tkun konformi mas-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M), l-Anness II (Parti-145) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), skont kif applikabbli.
Għall-manutenzjoni mhux imwettqa skont il-punt (a), il-persuna li twettaq il-manutenzjoni għandha:
tkun kwalifikata għall-kompiti mwettqa, kif mitlub minn dan l-Anness;
tiżgura li l-erja li fiha titwettaq il-manutenzjoni tkun organizzata sewwa u nadifa b'ebda ħmieġ jew kontaminazzjoni;
tuża l-metodi, it-tekniki, l-istandards u l-istruzzjonijiet speċifikati fid-data dwar il-manutenzjoni msemmija fil-punt ML.A.401;
tuża l-għodod, it-tagħmir u l-materjal speċifikati fid-data dwar il-manutenzjoni msemmija fil-punt ML.A.401. Fejn hemm bżonn, l-għodod u t-tagħmir għandhom jiġu kkontrollati u kkalibrati skont standard rikonoxxut uffiċjalment;
tiżgura li l-manutenzjoni titwettaq fi ħdan kwalunkwe limitazzjoni ambjentali speċifikata fid-data dwar il-manutenzjoni msemmija fil-punt ML.A.401;
tiżgura li l-faċilitajiet xierqa jintużaw f'każ ta' temp ħażin u jew manutenzjoni twila;
tiżgura li jiġu minimizzati r-riskju ta' żbalji multipli matul il-manutenzjoni u r-riskju li l-iżbalji jiġu ripetuti f'kompiti ta' manutenzjoni identiċi;
tiżgura li jiġi implimentat metodu li jaqbad l-iżbalji wara t-twettiq ta' kwalunkwe kompitu kritiku ta' manutenzjoni;
twettaq verifika ġenerali, wara li titlesta l-manutenzjoni, biex jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru jew il-komponent, ma għandu l-ebda għodod, tagħmir u kwalunkwe part u materjal estranju, u li l-pannelli kollha ta' aċċess maqlugħin, ikunu twaħħlu mill-ġdid;
tiżgura li l-manutenzjoni mwettqa kollha tkun reġistrata u dokumentata kif xieraq.
ML.A.403 Difetti tal-inġenju tal-ajru
Għandu jitranġa xi difett tal-inġenju tal-ajru li jipperikola b'mod serju is-sikurezza tat-titjira qabel xi titjira oħra.
Il-persuni li ġejjin jistgħu jiddeċiedu li difett ma jipperikolax b'mod serju s-sikurezza tat-titjir, u tista' tiddiferih kif xieraq:
il-pilota fir-rigward ta' difetti li jaffettwaw tagħmir tal-inġenju tal-ajru mhux meħtieġ;
il-pilota, meta juża l-lista tat-tagħmir minimu, fir-rigward ta' difetti li jaffettwaw it-tagħmir tal-inġenju tal-ajru meħtieġ — inkella, dawn id-difetti jistgħu jiġu differiti biss minn persunal taċ-ċertifikazzjoni awtorizzat;
il-pilota, fir-rigward ta' difetti għajr dawk imsemmija fil-punti (b)(1) u (b)(2) jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-inġenju tal-ajru hu operat skont l-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 (Parti-NCO) jew, fil-każ ta' blalen tal-arja jew ta' gliders, mhux operat skont is-Sottoparti-ADD tal-Anness II (Parti-BOP) tar-Regolament (UE) 2018/395 jew li ma jsegwix is-Sottoparti DEC tal-Anness II (Parti-SAO) tar-Regolament (UE) 2018/1976;
il-pilota jiddiferixxi d-difett bil-qbil tas-sid tal-inġenju tal-ajru jew, jekk applikabbli, tas-CAMO jew tas-CAO mogħtija l-kuntratt;
il-persunal taċ-ċertifikazzjoni kkwalifikat kif xieraq fir-rigward ta' difetti oħra għajr dawk imsemmija fil-punti (b)(1) u (b)(2), meta ma jkunux issodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 3(i) u (ii).
Kull difett tal-inġenju tal-ajru li ma jkunx se jipperikola b'mod serju s-sikurezza tat-titjira għandu jiġi rettifikat malli jkun prattikabbli, mid-data li fiha d-difett kien identifikat l-ewwel darba u fi ħdan il-limiti speċifikati fid-data dwar il-manutenzjoni.
Kwalunkwe difett mhux rettifikat qabel it-titjira għandu jiġi rreġistrat fis-sistema tar-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt ML.A.305 u għandu jkun hemm rekord disponibbli għall-pilota.
SOTTOPARTI E
KOMPONENTI
ML.A.501 Klassifikazzjoni u installazzjoni
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fis-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M), l-Anness II (Parti-145), l-Anness Vd (Parti-CAO) għal dan ir-Regolament u l-Anness (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, komponent jista' jitwaħħal biss jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
ikun f'kundizzjoni sodisfaċenti;
ikun ġie rilaxxat kif xieraq għas-servizz bl-użu ta' Formola 1 tal-EASA kif stipulat fl-Appendiċi II tal-Anness I (Parti-M) jew ekwivalenti;
ġiet immarkata skont is-Sottoparti Q tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.
Qabel l-istallazzjoni ta' komponent fuq inġenju tal-ajru, il-persuna jew l-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni għandha tiżgura li l-komponent partikolari hu eliġibbli biex jitwaħħal jekk ikunu applikabbli modifiki jew konfigurazzjonijiet tal-AD differenti.
Partijiet standard għandhom jitwaħħlu biss fuq inġenju tal-ajru jew komponent meta d-data dwar il-manutenzjoni tispeċifika dawk il-partijiet standard partikolari. Il-partijiet standard għandhom jitwaħħlu biss meta jkun akkumpanjati minn evidenza ta' konformità għall-istandard applikabbli u jkollhom traċċabbiltà xierqa.
Materja prima jew konsumabbli għandha tintuża biss fuq inġenju tal-ajru jew komponent dment li:
il-manifattur tal-inġenju tal-ajru jew tal-komponent jippermetti l-użu ta' materja prima jew konsumabbli fid-data rilevanti dwar il-manutenzjoni jew kif speċifikat fis-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M), fl-Anness II (Parti-145) jew fl-Anness Vd (Parti-CAO).
tali materja tkun tissodisfa l-ispeċifikazzjoni meħtieġa tal-materja u jkollha traċċabbiltà xierqa.
tali materja tkun akkumpanjata minn dokumenti relatati b'mod ċar mal-materja partikolari u li jinkludu dikjarazzjoni ta' konformità mal-ispeċifikazzjonijiet kif ukoll is-sors tal-manifattur u tal-fornitur.
Fil-każ ta' blalen tal-arja, fejn ikunu possibbli taħlitiet differenti ta' basktijiet, ta' berners u ta' ċilindri tal-fjuwil għal envelopp partikolari, il-persuna li tinstallahom għandha tiżgura li:
il-basket, il-berner u/jew iċ-ċilindri tal-fjuwil ikunu eliġibbli għall-installazzjoni skont it-TCDS jew dokumenti oħra msemmija fit-TCDS;
il-basket, il-berner u/jew iċ-ċilindri tal-fjuwil ikunu f'kundizzjoni li jista' jsir servizz fuqhom u jkollhom ir-rekords ta' manutenzjoni xierqa.
ML.A.502 Manutenzjoni tal-komponenti
Il-komponenti aċċettati mis-sid skont il-punt (c) tal-punt 21.A.307 tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għandhom ikunu mantnuti minn kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni, soġġett għall-aċċettazzjoni mill-ġdid mis-sid skont il-kundizzjonijiet tal-punt 21.A.307(c) ta' dak l-Anness. Din il-manutenzjoni mhix eliġibbli għall-ħruġ ta' Formola 1 tal-EASA, kif stipulat fl-Appendiċi II tal-Anness I (Parti-M), u għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti dwar ir-rilaxx tal-inġenju tal-ajru.
Il-komponenti għandhom jiġu rilaxxati skont it-tabella li ġejja:
|
|
Rilaxxati bl-użu ta' Formola 1 tal-EASA (kif stipulat fl-Appendiċi II tal-Anness I (Parti-M)) |
Rilaxxati fil-livell tal-inġenju tal-ajru skont il-punt ML.A.801 (mhux possibbli li tinħareġ Formola 1 tal-EASA) |
|
Komponenti miżmuma skont id-data dwar il-manutenzjoni tal-komponent (data maħruġa mill-manifattur tal-komponent) |
||
|
Manutenzjoni minflok tiġdid maġġuri |
Organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni kklassifikati għall-magna (għall-magna) jew ikklassifikati għall-komponenti (għal komponenti oħra) |
(i) Organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni kklassifikati għall-inġenju tal-ajru; u/jew (ii) persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni |
|
Tiġdid maġġuri tal-komponenti għajr il-magni u l-iskrejjen |
Organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni kklassifikati għall-komponenti |
Mhuwiex possibbli |
|
Tiġdid maġġuri tal-magni u l-iskrejjen għal inġenji tal-ajru CS-VLA, CS-22 u LSA |
Organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni kklassifikati għall-magna (għall-magna) jew ikklassifikati għall-komponenti (għall-iskrejjen) |
(iii) Organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni kklassifikati għall-inġenju tal-ajru; u/jew (iv) persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni |
|
Tiġdid maġġuri tal-magni u l-iskrejjen għajr għal inġenji tal-ajru CS-VLA, CS-22 u LSA |
Organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni kklassifikati għall-magna (għall-magna) jew ikklassifikati għall-komponenti (għall-iskrejjen) |
Mhuwiex possibbli |
|
Komponenti miżmuma skont id-data dwar il-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru (data maħruġa mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru) |
||
|
Il-komponenti kollha u t-tipi kollha ta' manutenzjoni |
Organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni kklassifikati għall-magna (għall-magna) jew ikklassifikati għall-komponenti (għal komponenti oħra) |
— Organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni kklassifikati għall-inġenju tal-ajru; u/jew — persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni |
ML.A.503 Komponenti li jistgħu jintużaw għal żmien limitat
It-terminu ‘komponenti bi żmien limitat tal-użu’ fih il-komponenti li ġejjin:
komponenti soġġetti għal żmien limitat iċċertifikat li warajh il-komponenti għandhom jiġu rtirati, u;
komponenti soġġetti għal żmien limitat tal-użu li warajh il-komponenti għandha ssirilhom manutenzjoni biex jiġu restawrati għal kundizzjoni li jista' jsir servizz fuqhom.
Komponenti mwaħħla li jistgħu jintużaw għal żmien limitat ma għandhomx jaqbżu ż-żmien limitat tal-użu approvat kif speċifikat fl-AMP u l-ADs, ħlief kif previst mill-punt ML.A.504(c).
It-tul ta' żmien tal-użu approvat espress fi żmien kalendarju, sigħat tat-titjir, inżul jew ċikli, kif xieraq.
Fi tmien il-limitu taż-żmien approvat tal-użu, il-komponent għandu jitneħħa mill-inġenju tal-ajru għall-manutenzjoni, jew għar-rimi fil-każ ta' komponenti b'limitu tal-użu ċċertifikat.
ML.A.504 Kontroll ta' komponenti li ma jistax isir servizz fuqhom
Komponent għandu jitqies li ma jistax isir servizz fuqu f'xi waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
skadenza tal-limitu tal-ħajja tas-servizz tal-komponent kif definit fl-AMP;
in-nonkonformità mal-ADs applikabbli u rekwiżit ieħor dwar l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ordnata mill-Aġenzija;
l-assenza ta' informazzjoni meħtieġa biex ikun determinat l-istatus tal-ajrunavigabbiltà tal-komponent jew l-eliġibilità tiegħu għall-istallazzjoni;
evidenza tad-difetti jew il-ħsarat fil-komponent;
l-involviment tal-komponent f'inċident jew aċċident li probabbli se jaffettwa l-kontinwità tal-użu tiegħu.
Komponenti li ma jistax isir servizz fuqhom għandhom ikunu identifikati bħala wieħed minn fost dawn li ġejjin:
li ma jistax isir servizz fuqhom u maħżuna f'post sigur taħt il-kontroll ta' organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni jew persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-istatus futur ta' dawn il-komponenti;
li ma jistax isir servizz fuqhom mill-persuna jew l-organizzazzjoni li ddikjarat li l-komponent ma jistax isir servizz fuqu, u l-kustodja tiegħu għandha tiġi ttrasferita lis-sid tal-inġenji tal-ajru wara d-dokumentazzjoni tat-tali trasferiment f'sistema ta' rekords tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt ML.A.305.
Komponenti li laħqu l-limitu ċertifikat tal-ħajja tagħhom jew difett jew ħsara li ma jissewwewx għandhom jiġu kklassifikati bħala mhux salvabbli u ma għandhomx jitħallew jidħlu mill-ġdid fis-sistema tal-forniment tal-komponenti, sakemm il-limiti ċertifikati tal-ħajja ma kinux estiżi jew soluzzjoni ta' tiswija ġiet approvata skont il-punt ML.A.304.
Kif previst fil-punt (c), fil-każ ta' komponent mhux salvabbli, kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni responsabbli skont il-punt ML.A.201 għandha tieħu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:
iżżomm it-tali komponent f'post imsemmi fil-punt (b)(1);
tirranġa li dan il-komponent jitkisser b'tali mod li jiġi żgurat li ma jkunx ekonomikament salvabbli jew riparabbli qabel ma ċċedi r-responsabbiltà għal tali komponent.
Minkejja l-punt (d), persuna jew organizzazzjoni responsabbli skont il-punt ML.A.201 tista' tittrasferixxi r-responsabbiltà tal-komponenti klassifikati bħala mhux salvabbli, mingħajr ma jitkissru, lil organizzazzjoni għat-taħriġ jew ir-riċerka.
SOTTOPARTI H
ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ (CRS)
ML.A.801 Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru
CRS għandu jinħareġ wara li titwettaq il-manutenzjoni meħtieġa kif xieraq fuq inġenju tal-ajru.
Is-CRS għandu jinħareġ, b'mod alternattiv:
mill-persunal xieraq taċ-ċertifikazzjoni f'isem l-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni;
mill-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni;
mill-pilota-sid f'konformità mal-punt ML.A.803.
Permezz ta' deroga mill-punt (b), f'każ ta' ċirkustanzi mhux previsti, fejn inġenju tal-ajru ma jkunx jista' jtir minn post fejn ma jkunx hemm organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni u ma jkun disponibbli l-ebda persunal adegwat taċ-ċertifikazzjoni, is-sid jista' jawtorizza lil kwalunkwe persuna, b'mhux anqas minn tliet snin ta' esperjenza xierqa fil-manutenzjoni u li jkollha l-kwalifiki xierqa, biex iżżomm l-inġenju tal-ajru skont l-istandards stipulati fis-Sottoparti D ta' dan l-Anness u tirrilaxxa l-inġenji tal-ajru. F'dak il-każ is-sid għandu:
jikseb u jżomm fl-inġenju tal-ajru, id-dettalji tar-reġistri tar-rekords tax-xogħol kollu mwettaq u tal-kwalifiki tal-persuna li ħarġet iċ-ċertifikazzjoni;
jiżgura li kwalunkwe manutenzjoni bħal din tiġi kkontrollata mill-ġdid u rilaxxata skont il-punt (b) tal-punt ML.A.801 mill-aktar fis possibbli u fi ħdan perjodu li ma jaqbiżx is-7 ijiem jew, fil-każ ta' inġenji tal-ajru operati skont l-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 (Parti-NCO) jew, fil-każ ta' blalen tal-arja, mhux operati skont is-Sottoparti-ADD tal-Anness II (Parti-BOP) tar-Regolament (UE) 2018/395 jew, fil-każ ta' gliders li ma jsegwux is-Sottoparti DEC tal-Anness II (Parti-SAO) tar-Regolament (UE) 2018/1976, fi ħdan perjodu li ma jaqbiżx it-30 jum;
jinnotifika lis-CAMO jew lis-CAO mogħtija l-kuntratt, jew lill-awtorità kompetenti fin-nuqqas ta' kuntratt, fi żmien 7 ijiem mill-ħruġ tat-tali awtorizzazzjoni.
Fil-każ ta' ħruġ għall-użu skont il-punti (b)(1) jew (b)(2), il-persunal taċ-ċertifikazzjoni jista' jkun megħjun fit-twettiq tal-kompiti ta' manutenzjoni minn persuna jew persuni taħt il-kontroll dirett u kontinwu tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni;
CRS għandu jinkludi minn tal-anqas:
id-dettalji bażiċi tal-manutenzjoni mwettqa;
id-data li fiha tkun tlestiet il-manutenzjoni;
l-identità tal-organizzazzjoni jew il-persuna li toħroġ dan ir-rilaxx għall-użu, inklużi, b'mod alternattiv:
ir-referenza tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni u l-persunal taċ-ċertifikazzjoni li joħroġ is-CRS;
fil-każ tal-punt (b)(2), l-identità u, jekk applikabbli, in-numru tal-liċenzja tal-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni li joħroġ is-CRS;
il-limitazzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà jew l-operazzjonijiet, jekk hemm.
B'deroga mill-punt (a) u minkejja l-punt (g), meta l-manutenzjoni meħtieġa ma tkunx tista' titlesta, CRS jista' jinħareġ fi ħdan il-limitazzjonijiet approvati tal-inġenju tal-ajru. F'dak il-każ, is-CRS għandu jindika li l-manutenzjoni ma setgħetx titlesta, kif ukoll jindika kwalunkwe limitazzjoni applikabbli fl-ajrunavigabbiltà jew fl-operazzjonijiet, bħala parti mill-informazzjoni meħtieġa fil-punt (e)(4).
CRS m'għandux jinħareġ fil-każ ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità magħruf mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness li jipperikola s-sikurezza tat-titjira.
ML.A.802 Ċertifikat għall-komponenti għar-rilaxx għas-servizz
CRS ta' komponent għandu jinħareġ wara li titwettaq il-manutenzjoni meħtieġa kif xieraq fuq komponent ta' inġenju tal-ajru skont il-punt ML.A.502.
Iċ-ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat identifikat bħala l-Formola 1 tal-EASA, kif stipulata fl-Appendiċi II tal-Anness I (Parti-M), jikkostitwixxi s-CRS ta' komponent, ħlief meta t-tali manutenzjoni tiġi rilaxxata fil-livell tal-inġenji tal-ajru, kif indikat fil-punt ML.A.502(b).
ML.A.803 Awtorizzazzjoni għall-pilota-sid
Biex tikkwalifika bħala pilota-sid, il-persuna:
irid ikollha liċenzja ta' pilota valida jew liċenzja ekwivalenti maħruġa jew ivvalidata minn Stat Membru għat-tip jew rata tal-klassi tal-inġenju tal-ajru;
trid tkun proprjetarja tal-inġenju tal-ajru, waħedha jew ma' ħaddieħor; dak is-sid irid ikun, b'mod alternattiv:
waħda mill-persuni fiżiċi fil-formola tar-reġistrazzjoni;
membru ta' entità ġuridika rikreazzjonali mingħajr skop ta' profitt, fejn l-entità ġuridika tkun speċifikata fuq id-dokument ta' reġistrazzjoni bħala sid jew operatur; il-membru jrid ikun involut b'mod dirett fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-entità ġuridika u ddeżinjat minn dik l-entità ġuridika biex iwettaq il-manutenzjoni tal-Pilota-Sid.
Għal inġenji tal-ajru operati skont l-Anness VII (Parti-NCO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 jew, fil-każ ta' blalen tal-arja, mhux operati skont is-Sottoparti-ADD tal-Anness II (Parti-BOP) tar-Regolament (UE) 2018/395 jew, fil-każ ta' gliders, li ma jsegwux is-Sottoparti DEC tal-Anness II (Parti-SAO) tar-Regolament (UE) 2018/1976, il-pilota-sid jista' joħroġ CRS wara l-manutenzjoni limitata tal-Pilota-Sid kif previst fl-Appendiċi II għal dan l-Anness.
Is-CRS irid jiddaħħal fil-ġurnali u jkun fih id-dettalji bażiċi dwar il-manutenzjoni mwettqa, id-data użata fil-manutenzjoni, id-data meta tlestiet din il-manutenzjoni, kif ukoll l-identità, il-firma u n-numru tal-liċenzja tal-pilota (jew ekwivalenti), tal-pilota-sid li ħareġ tali ċertifikat.
SOTTOPARTI I
ĊERTIFIKAT TAR-REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (‘ARC’)
ML.A.901 Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru
Biex tkun żgurata l-validità ta' ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru (‘ARC’), minn żmien għall-ieħor trid titwettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u tar-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tiegħu.
ARC jinħareġ skont l-Appendiċi IV (Formola 15c tal-EASA) għal dan l-Anness meta titlesta reviżjoni sodisfaċenti tal-ajrunavigabbiltà. L-ARC għandu jkun validu għal sena (1);
Ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u l-ħruġ tal-ARC għandhom jitwettqu skont il-punt ML.A.903, b'mod alternattiv:
mill-awtorità kompetenti;
minn CAMO jew CAO approvata kif xieraq;
mill-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni li twettaq l-ispezzjoni ta' kull 100 siegħa/annwali li tinsab fl-AMP;
għal inġenji tal-ajru operati skont l-Anness VII (Parti-NCO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 jew, fil-każ ta' blalen tal-arja, mhux operati skont is-Sottoparti-ADD tal-Anness II (Parti-BOP) tar-Regolament (UE) 2018/395 jew, fil-każ ta' gliders, li ma jsegwux is-Sottoparti DEC tal-Anness II (Parti-SAO) tar-Regolament (UE) 2018/1976, il-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni li jwettaq l-ispezzjoni ta' kull 100 siegħa/annwali li tinsab fl-AMP, meta jkollu:
liċenzja maħruġa skont l-Anness III (Parti-66) ikklassifikata għall-inġenju tal-ajru korrispondenti jew, jekk l-Anness III (Parti-66) ma jkunx applikabbli għall-inġenju tal-ajru partikolari, kwalifika nazzjonali tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni għal dak l-inġenju tal-ajru;
awtorizzazzjoni maħruġa, b'mod alternattiv:
mill-awtorità kompetenti li ħarġet il-liċenzja maħruġa skont l-Anness III (Parti-66),
jekk l-Anness III (Parti-66) ma jkunx applikabbli, mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-kwalifika nazzjonali tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni.
Persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni li jkollu liċenzja maħruġa skont l-Anness III (Parti-66), jista' jwettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u joħroġ l-ARC għal inġenji tal-ajru rreġistrati fi kwalunkwe Stat Membru. Madankollu, il-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni li jkollu kwalifika nazzjonali għandu jwettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u joħroġ l-ARC biss għal inġenji tal-ajru rreġistrati fl-Istat Membru responsabbli għall-kwalifika nazzjonali.
ARCs maħruġa minn persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni li jkollu kwalifika nazzjonali m'għandhomx jibbenefikaw minn rikonoxximent reċiproku meta l-inġenju tal-ajru jiġi ttrasferit lil Stat Membru ieħor.
Kull fejn iċ-ċirkustanzi juru l-eżistenza ta' theddida potenzjali għas-sikurezza, l-awtorità kompetenti għandha twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ l-ARC hi stess.
Il-validità ta' ARC tista' tiġi estiża b'massimu ta' darbtejn wara xulxin, għal perjodu ta' sena kull darba, permezz ta' CAMO jew CAO approvata kif xieraq, soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-inġenju tal-ajru jkun ġie ġestiti kontinwament għat-12-il xahar ta' qabel minn din is-CAMO jew is-CAO;
l-inġenju tal-ajru jkun ġie mantnut għat-12-il xahar ta' qabel minn organizzazzjonijiet approvati tal-manutenzjoni; dan jinkludi kompiti ta' manutenzjoni tal-pilota-sid imwettqa u rilaxxati għas-servizz mill-pilota-sid jew minn persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni;
is-CAMO jew is-CAO ma jkollha ebda evidenza jew raġuni għaliex temmen li l-inġenju tal-ajru mhuwiex ajrunavigabbli.
Din l-estensjoni mis-CAO jew is-CAO tkun possibbli indipendentement minn liema persunal jew organizzazzjoni, kif previst fil-punt (b), inizjalment ikunu ħarġu l-ARC.
B'deroga mill-punt (c), l-estensjoni tal-ARC tista' tiġi antiċipata għal perjodu massimu ta' 30 jum, mingħajr telf ta' kontinwità tal-mudell tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-inġenji tal-ajru biex l-ARC oriġinali jitqiegħed abbord.
Meta l-awtorità kompetenti twettaq reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-ajrunavigabbiltà u hi stess toħroġ l-ARC, is-sid għandu jipprovdi dawn lill-awtorità kompetenti:
id-dokumentazzjoni meħtieġa mill-awtorità kompetenti;
akkomodazzjoni xierqa għall-persunal tagħha fil-post xieraq;
meta jkun hemm bżonn, l-appoġġ tal-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni.
ML.A.902 Validità taċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà
ARC isir invalidu jekk, b'mod alternattiv:
jiġi sospiż jew revokat;
iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jiġi sospiż jew revokat;
l-inġenju tal-ajru ma jkunx fir-reġistru tal-inġenji tal-ajru ta' Stat Membru;
iċ-ċertifikat tat-tip li skontu jinħareġ iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jiġi sospiż jew revokat.
Inġenju tal-ajru m'għandux itir biss jekk l-ARC ikun invalidu jew jekk tkun preżenti xi waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin:
il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru jew kwalunkwe komponent tal-inġenju tal-ajru ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness;
l-inġenju tal-ajru ma jibqax jikkonforma mad-disinn tat-tip approvat mill-Aġenzija;
l-inġenju tal-ajru jkun ġie operat iżjed mil-limiti tal-manwal tat-titjiriet approvati jew iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà, mingħajr ma tittieħed azzjoni xierqa;
l-inġenju tal-ajru jkun involut f'aċċident jew inċident li jaffettwa l-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, mingħajr ma tittieħed azzjoni sussegwenti xierqa biex jerġa' jsir ajrunavigabbli;
modifika jew tiswija fl-inġenju tal-ajru jew fi kwalunkwe komponent imqabbad mal-inġenju tal-ajru ma jkunx konformi mal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.
Meta jiġi ċedut jew revokat, l-ARC għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti.
ML.A.903 Proċess ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà
Biex jissodisfa r-rekwiżit għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru msemmi fil-punt ML.A.901, il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għandu jagħmel reviżjoni ddokumentata tar-rekords tal-inġenju tal-ajru biex jivverifika li:
is-sigħat tat-titjir u ċ-ċikli tat-titjir assoċjati tal-qafas, il-magna u l-iskrejjen ikunu ġew irreġistrati kif suppost;
il-manwal tat-titjir ikun applikabbli għall-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru u jirrifletti l-aħħar status tar-reviżjoni;
il-manutenzjoni kollha li għandha ssir lill-inġenju tal-ajru skont l-AMP tkun saret;
kull difett magħruf ikun issewwa jew ġie differit b'mod ikkontrollat;
l-ADs applikabbli kollha jkunu ġew applikati u rreġistrati kif suppost;
il-modifiki u t-tiswijiet kollha applikati għall-inġenju tal-ajru jkunu ġew irreġistrati u huma konformi mal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;
il-komponenti kollha bi żmien limitat tal-użu installati fuq l-inġenju tal-ajru jkunu identifikati u rreġistrati kif suppost u ma jkunux qabżu l-limitu approvat taż-żmien tal-użu tagħhom;
il-manutenzjoni kollha tkun ġiet iċċertifikata skont dan l-Anness;
jekk meħtieġa, id-dikjarazzjoni attwali dwar il-massa u l-bilanċ tirrifletti l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru u hi valida;
l-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-aħħar reviżjoni tad-disinn tat-tip tiegħu approvat mill-Aġenzija;
jekk meħtieġ, l-inġenju tal-ajru jkollu ċertifikat akustiku li jikkorrispondi għall-konfigurazzjoni attwali tal-inġenju tal-ajru f'konformità mas-Sottoparti I tal-Anness (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.
Il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà msemmi fil-punt (a) għandu jwettaq stħarriġ fiżiku tal-inġenju tal-ajru. Għal dan l-istħarriġ, il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li mhuwiex ikkwalifikat kif xieraq skont l-Anness III (Parti-66) għandu jkun assistit minn dan il-persunal kwalifikat.
Permezz tal-istħarriġ fiżiku tal-inġenju tal-ajru, il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għandu jiżgura li:
il-marki u l-pjanċi kollha meħtieġa jkunu installati b'mod korrett;
l-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-manwal approvat tat-titjir tiegħu;
il-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru tikkonforma mad-dokumentazzjoni approvata, u
l-ebda difett evidenti ma jinstab li ma jkunx ġie indirizzat skont il-punt ML.A.403;
ma tkun tista' tinstab ebda inkonsistenza bejn l-inġenju tal-ajru u r-reviżjoni ddokumentata tar-rekords kif imsemmi fil-punt (a).
B'deroga mill-punt ML.A.901(a), ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tista' tiġi antiċipata b'perjodu massimu ta' 90 jum mingħajr telf ta' kontinwità tax-xejra tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, sabiex tkun tista' ssir ir-reviżjoni fiżika waqt verifika ta' manutenzjoni.
L-ARC (Formola 15c tal-EASA) stabbilit fl-Appendiċi IV għandu jinħareġ biss:
minn persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà awtorizzat kif xieraq;
meta r-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tkun twettqet bis-sħiħ, bis-sejbiet kollha li jkunu ngħalqu;
meta kwalunkwe diskrepanza individwata fl-AMP skont il-punt (h) tkun ġiet indirizzata b'mod sodisfaċenti.
Kopja ta' kwalunkwe ARC maħruġ jew estiż għal inġenju tal-ajru għandu jintbagħat lill-Istat Membru tar-reġistru ta' dak l-inġenju tal-ajru fi żmien 10 ijiem.
Il-kompiti tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà m'għandhomx jingħataw b'sottokuntratt.
L-effikaċja tal-AMP tista' tiġi riveduta flimkien mar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt (c)(9) tal-punt ML.A.302. Din ir-reviżjoni għandha ssir mill-persuna li tkun wettqet ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà. Jekk ir-reviżjoni turi nuqqasijiet fl-inġenju tal-ajru marbutin ma' nuqqasijiet fil-kontenut tal-AMP, l-AMP għandu jiġi emendat kif xieraq. Il-persuna li twettaq ir-reviżjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru jekk hi ma taqbilx mal-miżuri li jemendaw l-AMP meħuda mis-sid, mis-CAMO jew mis-CAO. F'dan il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi liema emendi għall-AMP huma neċessarji, filwaqt li ssemmi s-sejbiet korrispondenti definiti fil-punt ML.B.903 u, jekk ikun hemm bżonn, tirreaġixxi skont il-punt ML.B.304.
ML.A.904 Kwalifika tal-persunal għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà
Il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li jaġixxi f'isem l-awtorità kompetenti għandu jkun kwalifikat skont il-punt ML.B.902.
Il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li jaġixxi f'isem organizzazzjoni msemmija fis-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M), l-Anness II (Parti-145), l-Anness Vc (Parti-CAMO) jew l-Anness Vd (Parti-CAO) għandu jkun kwalifikat skont is-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M), l-Anness II (Parti-145), l-Anness Vc (Parti-CAMO) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), rispettivament.
Il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li jaġixxi f'ismu stess, kif permess skont il-punt ML.A.901(b)(4), għandu:
ikollu liċenzja maħruġa skont l-Anness III (Parti-66) ikklassifikata għall-inġenju tal-ajru korrispondenti jew, jekk l-Anness III (Parti-66) ma jkunx applikabbli għall-inġenju tal-ajru partikolari, ikollu kwalifika nazzjonali tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni għal dak l-inġenju tal-ajru; u
ikollu awtorizzazzjoni maħruġa, b'mod alternattiv:
mill-awtorità kompetenti li ħarġet il-liċenzja skont l-Anness III (Parti-66);
jekk l-Anness III (Parti-66) ma jkunx applikabbli, mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-kwalifika nazzjonali tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni.
L-awtorizzazzjoni meħtieġa skont il-punt (c)(2) għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti meta:
l-awtorità kompetenti vvalutat li l-persuna għandha l-għarfien dwar il-partijiet ta' dan l-Anness rilevanti għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, it-twettiq tar-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u l-ħruġ tal-ARCs;
il-persuna tkun wettqet b'mod sodisfaċenti reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti.
Din l-awtorizzazzjoni għandha tibqa' valida għal durata ta' 5 snin dment li d-detentur ikun wettaq tal-anqas reviżjoni 1 tal-ajrunavigabbiltà kull 12-il xahar. Jekk dan ma jkunx il-każ, għandha ssir b'mod sodisfaċenti reviżjoni ġdida tal-ajrunavigabbiltà taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti.
Malli tiskadi l-validità tagħha, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi mġedda għal 5 snin oħra soġġetta għal konformità ġdida mal-punti (d)(1) u (d)(2). Ma hemm ebda limitu fuq in-numru ta' tiġdid.
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jżomm rekords tar-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà kollha mwettqa u għandu jqegħedhom għad-dispożizzjoni, fuq talba, ta' kwalunkwe awtorità kompetenti u ta' kwalunkwe sid tal-inġenju tal-ajru li għalihom ikun qed iwettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà.
Din l-awtorizzazzjoni tista' tiġi rrevokata mill-awtorità kompetenti fi kwalunkwe waqt jekk din ma tkunx sodisfatta bil-kompetenza tad-detentur jew bl-użu tat-tali awtorizzazzjoni.
ML.A.905 Trasferiment tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru fi ħdan l-Unjoni
Meta reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru tiġi trasferita fi ħdan l-Unjoni, l-applikant għandu:
l-ewwel, jipprovdi lill-eks Stat Membru bl-isem tal-Istat Membru li fih ser ikun irreġistrat l-inġenju tal-ajru;
u mbagħad japplika għall-ħruġ ta' ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ġdid f'konformità mal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 mill-Istat Membru l-ġdid.
Minkejja l-punt (a)(3) tal-punt ML.A.902, l-ARC preċedenti għandu jibqa' validu sad-data ta' skadenza tiegħu, ħlief meta l-ARC ikun inħareġ mill-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni li jkollu kwalifika nazzjonali tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni skont il-punt (b)(4) tal-punt ML.A.901, f'liema każ għandu jkun japplika l-punt ML.A.906.
Minkejja l-punti (a) u (b), f'dawk il-każijiet li fihom l-inġenju tal-ajru kien f'kundizzjoni mhux ajrunavigabbli fl-eks Stat Membru jew fejn l-istatus tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru ma jistax jiġi ddeterminat bl-użu tar-rekords eżistenti, għandu jkun japplika l-punt ML.A.906.
ML.A.906 Reviżjoni tan-navigabbiltà tal-inġenju tal-ajru importat fl-Unjoni
Meta jimporta inġenju tal-ajru minn pajjiż terz f'reġistru ta' Stat Membru, l-applikant għandu:
jitlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għall-ħruġ ta' ċertifikat tal-kapaċità li l-inġenju tal-ajru jintuża fl-ajru ġdid skont l-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;
għall-inġenji tal-ajru li mhumiex ġodda, għandha ssir reviżjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt ML.A.901;
titwettaq il-manutenzjoni kollha biex ikun konformi mal-AMP approvat jew iddikjarat.
Jekk l-inġenju tal-ajru jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti, l-awtorità kompetenti, is-CAMO jew is-CAO, l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni jew il-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni li jwettqu r-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, kif previst fil-punt (b) tal-punt ML.A.901, għandhom joħorġu ARC u għandhom jissottomettu kopja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru.
Is-sid għandu jkollu aċċess għall-inġenju tal-ajru għall-ispezzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.
Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ġdid għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru jekk l-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.
ML.A.907 Sejbiet
Is-sejbiet huma mqassma f'kategoriji kif ġej:
Sejba tal-Livell 1 hi kull sejba ta' nuqqas ta' konformità sinifikanti mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness li tbaxxi l-istandard tas-sikurezza u tipperikola serjament is-sikurezza tat-titjira.
Sejba tal-Livell 2 hi kull sejba ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness li tista' tbaxxi l-istandard tas-sikurezza u tista' tipperikola s-sikurezza tat-titjira.
Wara li tkun waslet in-notifika tas-sejbiet skont il-punt ML.B.903, il-persuna jew l-organizzazzjoni, li jkollha responsabbiltajiet skont il-punt ML.A.201, għandha tiddefinixxi u turi lill-awtorità kompetenti fi żmien perjodu maqbul ma' din l-awtorità pjan ta' azzjoni korrettiva, li jkollu l-għan li jipprevjeni l-okkorrenza mill-ġdid tas-sejba u l-għeruq ta' dak li jikkawżaha.
TAQSIMA B
PROĊEDURI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI
SOTTOPARTI A
ĠENERALI
ML.B.101 Kamp ta' applikazzjoni
Din it-Taqsima tistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet kompetenti li jieħdu ħsieb l-implimentazzjoni u l-infurzar tat-Taqsima A ta' dan l-Anness.
ML.B.102 Awtorità kompetenti
(a) Ġenerali
Stat Membru għandu jaħtar lil awtorità kompetenti b'responsabbiltajiet allokati għall-ħruġ, il-kontinwazzjoni, il-bidla, is-sospensjoni jew ir-revoka ta' ċertifikati u għas-sorveljanza tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà. Din l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri dokumentati u struttura organizzazzjonali.
(b) Riżorsi
In-numru tal-persunal għandu jkun xieraq biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kif spjegati f'din it-Taqsima.
(c) Kwalifika u taħriġ
Il-persunal kollu involut fl-attivitajiet koperti minn dan l-Anness għandu jkun kwalifikat kif xieraq u jkollu għarfien, esperjenza, taħriġ inizjali u taħriġ ta' kontinwazzjoni xierqa biex iwettaq il-kompiti allokati lilu.
(d) Proċeduri
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċedura li tispjega kif tintlaħaq konformità ma' dan l-Anness.
Il-proċeduri għandhom jiġu riveduti u emendati biex tiġi żgurata l-konformità kontinwata.
ML.B.104 Żamma tar-rekords
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta' żamma ta' rekords li tippermetti traċċabbiltà adegwata tal-proċess biex toħroġ, tissokta, tibdel, tissospendi jew tirrevoka kull ċertifikat u awtorizzazzjoni.
Ir-rekords għas-sorveljanza ta' kull inġenju tal-ajru għandhom jinkludu, tal-anqas, kopja ta':
iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru;
ARCs;
rapporti mir-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà mwettqa direttament mill-Istat Membru;
kull korrispondenza rilevanti relatata mal-inġenju tal-ajru;
dettalji dwar kull eżenzjoni u azzjoni(jiet) ta' infurzar;
kull dokument approvat mill-awtorità kompetenti skont dan l-Anness jew skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.
Ir-rekords speċifikati fil-punt (b) għandhom jinżammu sa sentejn (2) wara li l-inġenju tal-ajru jiġi rtirat b'mod permanenti mis-servizz.
Ir-rekords kollha speċifikati fil-punt ML.B.104 għandhom isiru disponibbli għal kwalunkwe Stat Membru ieħor jew għall-Aġenzija fuq talba tagħhom.
ML.B.105 Skambju reċiproku ta' informazzjoni
Biex jikkontribwixxu għat-titjib fis-sikurezza tal-avjazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipparteċipaw fi skambju reċiproku ta' kull informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 72 tar-Regolament (KE) 2018/1139.
Bla ħsara għall-kompetenzi tal-Istati Membri, fil-każ ta' theddida potenzjali għas-sikurezza li tinvolvi lil bosta Stati Membri, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jgħinu lil xulxin fit-twettiq tal-azzjoni ta' sorveljanza meħtieġa.
SOTTOPARTI B
RESPONSABBILTÀ
ML.B.201 Responsabbiltajiet
L-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (b) tal-punt ML.1 għandhom ikunu responsabbli li jwettqu spezzjonijiet u investigazzjonijiet biex jivverifikaw li hemm konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.
SOTTOPARTI C
IL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ
ML.B.302 Eżenzjonijiet
L-eżenzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) 2018/1139 għandhom jiġu reġistrati u miżmuma mill-awtorità kompetenti.
ML.B.303 Monitoraġġ tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru
L-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa programm ta' stħarriġ li jsegwi approċċ ibbażat fuq ir-riskji biex tissorvelja l-istatus tal-ajrunavigabbiltà tal-flotta tal-inġenji tal-ajru fir-reġistru tagħha.
Programm ta' stħarriġ għandu jinkludi kampjuni ta' stħarriġ fuq il-prodotti tal-inġenji tal-ajru u għandu jkopri l-aspetti kollha tal-elementi tar-riskji ewlenin tal-ajrunavigabbiltà.
Stħarriġ fuq il-prodotti għandu jieħu kampjuni tal-istandards tal-ajrunavigabbiltà miksubin, fuq il-bażi tar-rekwiżiti applikabbli, u għandu jidentifika kwalunkwe sejba.
Kwalunkwe sejba identifikata għandha tiġi kategorizzata skont il-punt ML.B.903 u kkonfermata bil-miktub lill-persuna jew lill-organizzazzjoni responsabbli skont il-punt ML.A.201. L-awtorità kompetenti għandu jkollha proċedura fis-seħħ biex tanalizza s-sejbiet għall-importanza tagħhom għas-sikurezza.
L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra s-sejbiet u l-azzjonijiet ta' għeluq kollha.
Jekk matul il-monitoraġġ tal-inġenju tal-ajru, tinstab evidenza li turi nuqqas ta' konformità ma' dan l-Anness jew ma' oħrajn, is-sejba għandha tiġi indirizzata kif previst fl-Anness rilevanti.
Jekk tkun meħtieġa tiżgura azzjoni xierqa ta' infurzar, l-awtorità kompetenti għandha tiskambja informazzjoni dwar nuqqasijiet ta' konformità identifikati skont il-punt (f) ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn.
ML.B.304 Ir-revoka, is-sospensjoni u l-limitazzjoni
L-awtorità kompetenti għandha:
tissospendi ARC għal raġunijiet validi fil-każ ta' theddida potenzjali għas-sikurezza; jew
tissospendi jew tirrevoka ARC skont il-punt (a) tal-punt ML.B.903.
L-awtorità kompetenti li ħarġet l-awtorizzazzjoni tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt (c) tal-punt ML.A.904 għall-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni għandha tirrevoka t-tali awtorizzazzjoni jekk id-detentur juri prestazzjoni batuta fir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jew juża t-tali awtorizzazzjoni b'mod mhux xieraq.
SOTTOPARTI I
ĊERTIFIKAT TAR-REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ (‘ARC’)
ML.B.902 Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà mill-awtorità kompetenti
Meta awtorità kompetenti twettaq ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ l-ARC stipulat fl-Appendiċi IV għal dan l-Anness (Formola 15c tal-EASA), l-awtorità kompetenti għandha twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà f'konformità mal-punt ML.A.903.
L-awtorità kompetenti għandu jkollha persunal adegwat għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà biex iwettaq ir-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà. Dan il-persunal għandu jkollu dawn kollha li ġejjin:
tal-anqas 3 snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà;
liċenzja xierqa f'konformità mal-Anness III (Parti 66) jew kwalifika tal-persunal ta' manutenzjoni rikonoxxuta f'livell nazzjonali xierqa għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru (fejn l-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jirreferi għar-regoli nazzjonali) jew lawrja ajrunawtika jew ekwivalenti;
taħriġ xieraq fil-manutenzjoni ajrunawtika;
kariga li tawtorizza lil dik il-persuna tiffirma f'isem l-awtorità kompetenti.
Minkejja l-punti (1) sa (4) hawn fuq, ir-rekwiżit tal-punt ML.B.902(b)(2) jista' jinbidel ma' erba' snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, b'żieda ma' dawk diġà meħtieġa mill-punt ML.B.902(b)(1).
L-awtorità kompetenti għandha żżomm rekord tal-persunal kollu tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, li għandu jinkludi d-dettalji ta' kwalunkwe kwalifika adegwata li jkollu l-persunal flimkien ma' sommarju tal-esperjenza u t-taħriġ rilevanti fil-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà.
Matul l-eżekuzzjoni tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, l-awtorità kompetenti għandu jkollha aċċess għad-data applikabbli kif speċifikat fil-punti ML.A.305, ML.A.306 u ML.A.401.
Il-persunal li jwettaq ir-reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-ajrunavigabbiltà għandu joħroġ ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (Formola 15c tal-EASA), kif stipulat fl-Appendiċi IV, wara t-tlestija sodisfaċenti tar-reviżjoni tal-avjazzjoni.
Kull fejn iċ-ċirkustanzi juru l-eżistenza ta' theddida potenzjali għas-sikurezza, l-awtorità kompetenti għandha twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ l-ARC hi stess.
ML.B.903 Sejbiet
Jekk waqt l-istħarriġ tal-inġenju tal-ajru jew permezz ta' mezzi oħra tinstab evidenza li hemm nuqqas ta' konformità mar-rekwiżit ta' dan l-Anness, l-awtorità kompetenti għandha:
għal sejbiet tal-Livell 1, teħtieġ it-teħid ta' azzjoni korrettiva xierqa qabel titjira ulterjuri, u minnufih tirrevoka jew tissospendi l-ARC; u
għal sejbiet tal-Livell 2, timponi l-azzjoni korrettiva xierqa għan-natura tas-sejba.
Appendiċi I
Kuntratt ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
Meta sid jagħti kuntratt skont il-punt ML.A.201 lil CAMO jew lil CAO biex twettaq kompiti tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, fuq talba tal-awtorità kompetenti, kopja tal-kuntratt iffirmat miż-żewġ partijiet għandha tintbagħat mis-sid lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru.
Il-kuntratt għandu jiġi żviluppat filwaqt li jqis ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness u għandu jiddefinixxi l-obbligi tal-firmatarji fir-rigward tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru.
Għandu jkollu tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
ir-reġistrazzjoni, it-tip u n-numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru;
l-isem tas-sid jew tal-lokatarju irreġistrat tal-inġenju tal-ajru jew id-dettalji tal-kumpanija, inkluż l-indirizz;
dettalji tas-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt, inkluż l-indirizz;
it-tip ta' operazzjoni.
Għandu jiddikjara dan li ġej:
‘Is-sid jinkariga lis-CAMO jew lis-CAO bil-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, l-iżvilupp u l-approvazzjoni ta' programm ta' manutenzjoni, u l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru skont it-tali programm ta' manutenzjoni.
Skont dan il-kuntratt, iż-żewġ firmatarji jintrabtu li jsegwu l-obbligi rispettivi ta' dan il-kuntratt.
Is-sid jiddikjara, skont l-aħjar għarfien tiegħu li l-informazzjoni kollha mogħtija lis-CAMO jew is-CAO dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru hi u se tkun preċiża u li l-inġenju tal-ajru mhux se jitbiddel mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tas-CAMO jew is-CAO.
F'każ ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità ma' dan il-kuntratt, minn xi wieħed mill-firmatarji, il-kuntratt isir null. F'tali każ, is-sid jibqa' responsabbli għal kull kompitu marbut mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, u fi żmien ġimagħtejn (2) jinforma lill-awtorità(jiet) kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru dwar it-terminazzjoni tal-kuntratt.’
Meta sid jagħti kuntratt lil CAMO jew CAO skont il-punt ML.A.201, l-obbligi ta' kull parti għandhom jiġu assenjati kif ġej:
Obbligi tas-CAMO jew is-CAO:
ikollha t-tip ta' inġenju tal-ajru inkluż fit-termini tal-approvazzjoni tagħha;
tirrispetta l-kundizzjonijiet kollha elenkati hawn taħt fir-rigward tal-manutenzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru:
tiżviluppa u tapprova l-AMP għall-inġenju tal-ajru;
ladarba dan jiġi approvat, tipprovdi lis-sid b'kopja tal-AMP, kif ukoll kopja tal-ġustifikazzjonijiet għal kwalunkwe devjazzjoni mir-rakkomandazzjonijiet tad-DAH;
torganizza spezzjoni li timla l-vojt billi tuża l-AMP preċedenti tal-inġenju tal-ajru;
torganizza b'mod li l-manutenzjoni kollha titwettaq minn organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni jew, jekk ikun permess, minn persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni;
torganizza b'mod li jiġu applikati l-ADs applikabbli kollha;
torganizza b'mod li d-difetti kollha li jkunu nkixfu matul il-manutenzjoni, reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà jew li jiġu rrapportati mis-sid jiġu kkoreġuti minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata jew, jekk ikun permess, minn persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni;
tikkoordina l-manutenzjoni skedata, l-applikazzjoni tal-ADs, il-bdil ta' partijiet li jistgħu jintużaw għal żmien limitat, u r-rekwiżiti ta' spezzjoni tal-komponenti;
tinforma lis-sid kull meta l-inġenju tal-ajru jkollu jinġieb għand organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata jew, jekk ikun permess, għand persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni;
timmaniġġja u tarkivja r-rekords tekniċi kollha;
torganizza l-approvazzjoni ta' kwalunkwe modifika fl-inġenju tal-ajru skont l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 (Parti-21) qabel ma tiġi inkorporata din il-modifika;
torganizza l-approvazzjoni ta' kwalunkwe tiswija fl-inġenju tal-ajru skont l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 (Parti-21) qabel ma titwettaq din it-tiswija;
tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta l-inġenju tal-ajru mis-sid għall-manutenzjoni kif mitlub mis-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt;
tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta dan il-kuntratt ma jkunx ġie rrispettat;
tiżgura li ssir ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, meta tkun neċessarja, u tiżgura li jinħareġ l-ARC;
tibgħat fi żmien 10 ijiem kopja ta' kull ARC maħruġ jew estiż lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru;
twettaq ir-rapportar ta' kull okkorrenza b'mandat mir-regolamenti applikabbli;
tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta dan il-kuntratt jiġi denunzjat minn kwalunkwe parti.
L-obbligi tas-sid:
ikollu fehim ġenerali dwar l-AMP;
ikollu fehim ġenerali dwar dan l-Anness;
jippreżenta l-inġenju tal-ajru għall-manutenzjoni kif ordnat mis-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt;
ma jagħmilx tibdiliet fl-inġenju tal-ajru mingħajr ma jikkonsulta minn qabel mas-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt;
jinforma lis-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt dwar il-manutenzjoni kollha mwettqa bħala eċċezzjoni mingħajr l-għarfien u l-kontroll tas-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt;
jirrapporta lis-CAMO jew is-CAO mogħtija kuntratt permezz tal-ġurnal ta' abbord id-difetti kollha misjuba matul l-operazzjonijiet;
għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta dan il-kuntratt jiġi denunzjat minn kwalunkwe parti;
jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru u s-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt kull meta jinbiegħ l-inġenju tal-ajru;
iwettaq ir-rapportar ta' kull okkorrenza b'mandat mir-regolamenti applikabbli;
jinforma fuq bażi regolari lis-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt dwar is-sigħat tat-titjir tal-inġenju tal-ajru u kwalunkwe data oħra dwar l-utilizzazzjoni, kif miftiehem mas-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt;
idaħħal is-CRS fil-ġurnali ta' abbord, kif imsemmi fil-punt ML.A.803(c), meta jwettaq manutenzjoni tal-pilota-sid;
jinforma lis-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt mhux aktar tard minn 30 jum wara t-tlestija ta' kwalunkwe kompitu ta' manutenzjoni tal-Pilota-Sid.
Appendiċi II
Manutenzjoni limitata tal-pilota-sid
Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Anness, il-pilota-sid għandu jikkonforma mal-prinċipji bażiċi li ġejjin qabel ma jwettaq kwalunkwe kompitu ta' manutenzjoni:
(a) Kompetenza u responsabbiltà
Il-pilota-sid dejjem għandu jkun responsabbli għal kull manutenzjoni li jwettaq.
Il-pilota-sid għandu jkollu livell sodisfaċenti ta' kompetenza biex iwettaq il-kompitu. Hi r-responsabbiltà ta' pilota-sid li jiffamiljarizza ruħu mal-prattiki standard ta' manutenzjoni għall-inġenju tal-ajru tiegħu u mal-AMP.
(b) Kompiti
Il-Pilota-Sid jista' jwettaq spezzjonijiet viżwali jew operazzjonijiet sempliċi biex jikkontrolla l-qafas tal-inġenju tal-ajru, il-magni, is-sistemi u l-komponenti għall-kundizzjoni ġenerali, ħsara evidenti u operazzjoni normali.
Kompitu ta' manutenzjoni m'għandux jitwettaq mill-pilota-sid jekk isseħħ xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
hu kompitu ta' manutenzjoni kritika;
jeħtieġ it-tneħħija ta' komponenti ewlenin jew armar ta' komponenti ewlenin;
jitwettaq f'konformità ma' AD jew oġġett ta' limitazzjoni tal-ajrunavigabbiltà (ALI) ħlief meta permess b'mod speċifiku fl-AD jew l-ALI;
jeħtieġ l-użu ta' għodod speċjali jew għodod kkalibrati (minbarra torque wrench u crimping tool);
jeħtieġ l-użu ta' tagħmir għat-testijiet jew testijiet speċjali (pereżempju ttestjar mhux qerriedi (NDT), testijiet tas-sistema jew testijiet operattivi ta' tagħmir avjoniku);
ikun kompost minn xi spezzjonijiet speċjali mhux skedati (pereżempju test ta' nżul f'daqqa);
jaffettwa sistemi essenzjali għall-operazzjonijiet skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR);
hu kompitu kumpless ta' manutenzjoni skont l-Appendiċi III, jew hu kompitu ta' manutenzjoni ta' komponenti skont il-punt (a) jew (b) tal-punt ML.A.502;
hu parti minn kontroll kull 100 siegħa/annwali (għal dawk il-każijiet li fihom il-kompitu ta' manutenzjoni jkun kombinat mar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà mwettqa mill-organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni jew mill-persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni).
Il-kriterji msemmija fil-punti (1) sa (9) ma jistgħux jingħelbu minn struzzjonijiet anqas restrittivi maħruġa skont l-AMP imsemmi fil-punt ML.A.302.
Kwalunkwe kompitu deskritt fil-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (jew manwali operazzjonali oħra), pereżempju t-tħejjija tal-inġenju tal-ajru għat-titjir (assemblaġġ tal-ġwienaħ tal-gliders, jew it-twettiq ta' spezzjoni ta' qabel it-titjira, l-assemblaġġ ta' kombinazzjoni ta' basket, berner, ċilindri tal-fjuwil u envelopp għal ballun tal-arja, eċċ.), ma jitqiesx bħala kompitu ta' manutenzjoni u, għalhekk, ma jeħtieġx CRS. Minkejja dan, il-persuna li tagħmel l-assemblaġġ ta dawk il-partijiet hi responsabbli biex tiżgura li dawk il-partijiet ikunu eliġibbli għall-installazzjoni u f'kundizzjoni tajba għall-użu.
(c) It-twettiq u r-rekords tal-kompiti ta' manutenzjoni tal-pilota-sid
Id-data tal-manutenzjoni kif speċifikata fil-punt ML.A.401 dejjem trid tkun disponibbli matul it-twettiq tal-manutenzjoni tal-pilota-sid u trid tkun sodisfatta. Id-dettalji tad-data msemmija fit-twettiq ta' manutenzjoni ta' pilota-sid iridu jkunu inklużi fis-CRS skont il-punt (d) tal-punt ML.A.803.
Il-pilota-sid irid jinforma lis-CAMO jew is-CAO mogħtija l-kuntratt (jekk jeżisti t-tali kuntratt) dwar it-tlestija tal-kompiti ta' manutenzjoni tal-pilota-sid mhux aktar tard minn 30 jum wara li jitlestew dawn il-kompiti skont il-punt (a) tal-punt ML.A.305.
Appendiċi III
Kompiti ta' manutenzjoni kumplessi li m'għandhomx jitwettqu mill-pilota-sid
Dawn kollha li ġejjin jikkostitwixxu l-kompiti ta' manutenzjoni kumplessi li, skont l-Appendiċi II, m'għandhomx jitwettqu mill-pilota-sid. Dawn il-kompiti għandhom jitwettqu mis-CAO jew minn persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni:
il-modifika, it-tiswija jew il-bdil permezz ta' rbattir, twaħħil, laminar, jew iwweldjar ta' kwalunkwe mill-partijiet tal-qafas tal-inġenju tal-ajru li ġejjin:
travu kwadru;
virga tal-ġewnaħ jew element tal-membratura;
spar;
flanġ tal-ispar;
element ta' travu kompost;
l-ispalla ta' travu;
element tal-propella jew tas-sinsla (chine) ta' buq ta' żgiċċ jew flowt;
element ta' kompressjoni ta' folja mmewġa;
kustilja prinċipali tal-ġewnaħ;
puntal tal-wiċċ tal-ġewnaħ jew tad-denb;
muntatura tal-magna;
longeron jew qafas ta' żaqq l-ajruplan;
element ta' puntal tal-ġenb, puntal orizzontali jew paratija;
brace jew brakit li tirfed is-siġġu;
sostituzzjoni tal-binarji tas-siġġijiet;
attrezzatura għall-inżul b'tirant jew puntal;
fus;
rota; u
ski jew pedestall ski, minbarra s-sostituzzjoni ta' kisja ta' frizzjoni baxxa;
il-modifika jew it-tiswija ta' kwalunkwe mill-partijiet li ġejjin:
kisja tal-inġenju tal-ajru, jew kisja tal-flowt tal-ajruplan, jekk ix-xogħol jeħtieġ l-użu ta' rfid, ġig jew attrezzatura;
kisja tal-inġenju tal-ajru li hi soġġetta għal tagħbijiet ta' pressurizzazzjoni jekk il-ħsara lill-kisja tkun akbar minn 15-il cm (sitt pulzieri) fi kwalunkwe direzzjoni;
parti soġġetta għat-tagħbija f'sistema ta' kontroll, inkluż kolonna ta' kontroll, pedala, xaft, kwadrant, krank qanpiena, tubu tat-torque, ħorn tal-kontroll u brakit fonduta, iżda esklużi:
it-tgħawwiġ ta' ċombar ta' tiswija jew iffittjar ta' kejbil; u
is-sostituzzjoni tal-agganċ terminali ta' tubu push-pull li jitwaħħal bl-irbattir;
kull struttura oħra, li mhix elenkata fil-punt (a), li manifattur identifika bħala struttura primarja fil-manwal ta' manutenzjoni tiegħu, il-manwal ta' tiswija strutturali jew l-istruzzjonijiet għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà;
it-twettiq tal-manutenzjoni kollha li ġejja fuq magna bil-pistuni:
iż-żarmar u l-armar mill-ġdid sussegwenti ta' magna bil-pistuni għajr:
biex jinkiseb aċċess għall-assemblaġġi tal-pistuni/ċilindri; jew
biex jitneħħa l-għatu tal-aċċessorji ta' wara għal spezzjoni u/jew il-bdil tal-immontaturi tal-pompa taż-żejt, fejn xogħol bħal dan ma jinvolvix it-tneħħija u t-twaħħil mill-ġdid ta' gerijiet interni;
żarmar u armar mill-ġdid sussegwenti ta' gerijiet ta' tnaqqis;
iwweldjar u bbrejżjar ta' ġonot, barra minn tiswijiet minuri bil-welding f'unitajiet tal-egżost imwettqa minn welder approvat jew awtorizzat kif jixraq imma mhux it-tibdil ta' komponenti;
it-taħwid ta' partijiet individwali ta' unitajiet li huma fornuti bħala unitajiet ittestjati fuq il-bank tax-xogħol, minbarra t-tibdil jew l-aġġustament ta' oġġetti li normalment jinbidlu jew ikunu aġġustati waqt l-użu;
l-ibbilanċjar tal-iskrun, ħlief:
għaċ-ċertifikazzjoni ta' bbilanċjar statiku fejn meħtieġ mill-manwal tal-manutenzjoni; u
ibbilanċjar dinamiku fuq skrejjen imwaħħla bl-użu ta' tagħmir għall-ibbilanċjar elettroniku fejn ikun permess mill-manwal tal-manutenzjoni jew data oħra tal-adegwatezza għall-avjazzjoni tal-ajrunavigabbiltà approvata;
kwalunkwe xogħol kompitu addizzjonali li jeħtieġ:
għodda, tagħmir jew faċilitajiet speċjalizzati; jew
proċeduri ta' koordinament sinifikanti minħabba ż-żmien imtawwal tax-xogħlijiet tal-kompiti u l-involviment ta' diversi persuni.
Appendiċi IV
Ċertifikat tar-Reviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà - Formola 15c tal-EASA
NOTA: persuni u organizzazzjonijiet li jwettqu r-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà flimkien mal-ispezzjoni kull 100 siegħa/annwali jistgħu jużaw il-faċċata l-oħra ta' din il-formola biex joħorġu s-CRS imsemmi fil-punt ML.A.801 li jikkorrispondi għall-ispezzjoni ta' kull 100 siegħa/annwali.
”
ANNESS VII
“ANNESS Vc
(Parti-CAMO)
|
WERREJ |
|
|
TAQSIMA A — REKWIŻITI TAL-ORGANIZZAZZJONI |
|
|
CAMO.A.005 |
Kamp ta' applikazzjoni |
|
CAMO.A.105 |
Awtorità kompetenti |
|
CAMO.A.115 |
Applikazzjoni għal ċertifikat ta' organizzazzjoni |
|
CAMO.A.120 |
Mezzi ta' konformità |
|
CAMO.A.125 |
Termini tal-approvazzjoni u privileġġi |
|
CAMO.A.130 |
Tibdiliet fl-organizzazzjoni |
|
CAMO.A.135 |
Validità kontinwa |
|
CAMO.A.140 |
Aċċess |
|
CAMO.A.150 |
Sejbiet |
|
CAMO.A.155 |
Reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza |
|
CAMO.A.160 |
Rapportar ta' okkorrenza |
|
CAMO.A.200 |
Is-sistema ta' ġestjoni |
|
CAMO.A.202 |
Skema ta' rapportar tas-sikurezza interna |
|
CAMO.A.205 |
Kuntrattar u sottokuntrattar |
|
CAMO.A.215 |
Faċilitajiet |
|
CAMO.A.220 |
Żamma tar-rekords |
|
CAMO.A.300 |
Espożizzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
|
CAMO.A.305 |
Rekwiżiti tal-persunal |
|
CAMO.A.310 |
Kwalifiki tal-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà |
|
CAMO.A.315 |
Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
|
CAMO.A.320 |
Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà |
|
CAMO.A.325 |
Data ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
|
TAQSIMA B — REKWIŻITI TAL-AWTORITÀ |
|
|
CAMO.B.005 |
Kamp ta' applikazzjoni |
|
CAMO.B.115 |
Dokumentazzjoni tas-superviżjoni |
|
CAMO.B.120 |
Mezzi ta' konformità |
|
CAMO.B.125 |
Informazzjoni lill-Aġenzija |
|
CAMO.B.135 |
Reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza |
|
CAMO.B.200 |
Is-sistema ta' ġestjoni |
|
CAMO.B.205 |
Allokazzjoni tal-kompiti lil entitajiet ikkwalifikati |
|
CAMO.B.210 |
Bidliet fis-sistema ta' ġestjoni |
|
CAMO.B.220 |
Żamma tar-rekords |
|
CAMO.B.300 |
Prinċipji ta' superviżjoni |
|
CAMO.B.305 |
Programm ta' superviżjoni |
|
CAMO.B.310 |
Proċedura ta' ċertifikazzjoni inizjali |
|
CAMO.B.330 |
Tibdiliet |
|
CAMO.B.350 |
Sejbiet u azzjonijiet korrettivi |
|
CAMO.B.355 |
Sospensjoni, limitazzjoni u revoka |
TAQSIMA A
REKWIŻITI TAL-ORGANIZZAZZJONI
CAMO.A.005 Kamp ta' applikazzjoni
Din it-Taqsima tistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati minn organizzazzjoni biex tikkwalifika għall-ħruġ jew għall-kontinwazzjoni ta' ċertifikat għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru u tal-komponenti għall-installazzjoni.
CAMO.A.105 Awtorità kompetenti
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, l-awtorità kompetenti għandha tkun:
l-awtorità maħtura mill-Istat Membru fejn hi lokalizzata s-sede prinċipali tal-organizzazzjoni, jekk l-approvazzjoni mhix inkluża fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru;
l-awtorità maħtura mill-Istat Membru tal-operatur jekk l-approvazzjoni hi inkluża f'ċertifikat tal-operatur tal-ajru;
l-Aġenzija, jekk is-sede prinċipali tal-organizzazzjoni tinsab f'pajjiż terz.
CAMO.A.115 Applikazzjoni għal ċertifikat ta' organizzazzjoni
L-applikazzjoni għal ċertifikat jew emenda għal ċertifikat eżistenti skont dan l-Anness għandha ssir b'forma u b'mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti, billi jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti applikabbli tal-Anness I (Parti-M), l-Anness Vb (Parti-ML) u dan l-Anness.
L-applikanti għal ċertifikat inizjali skont dan l-Anness għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti:
ir-riżultati ta' preawditu mwettaq mill-organizzazzjoni abbażi tar-rekwiżiti applikabbli previsti fl-Anness I (Parti-M), l-Anness Vb (Parti-ML) u dan l-Anness;
dokumentazzjoni li turi kif se jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Tali dokumentazzjoni għandha tinkludi, kif previst fil-punt CAMO.A.130, proċedura li tiddeskrivi kif il-bidliet li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel sejrin jiġu ġestiti u nnotifikati lill-awtorità kompetenti.
CAMO.A.120 Mezzi ta' konformità
Mezzi ta' konformità alternattivi għall-AMC adottati mill-Aġenzija jistgħu jintużaw minn organizzazzjoni biex tistabbilixxi l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.
Fejn organizzazzjoni tkun tixtieq tuża mezz alternattiv ta' konformità, qabel ma tużah, għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti b'deskrizzjoni sħiħa tal-mezz alternattiv ta' konformità. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi kwalunkwe reviżjoni fil-manwali jew fil-proċeduri li jistgħu jkunu rilevanti, kif ukoll valutazzjoni li turi konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.
L-organizzazzjoni tista' tuża dawn il-mezzi alternattivi ta' konformità soġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti, u meta din tirċievi n-notifika kif previst fil-punt CAMO.B.120.
CAMO.A.125 Termini tal-approvazzjoni u privileġġi tal-organizzazzjoni
L-approvazzjoni hi indikata fuq iċ-ċertifikat, li hu inkluż fl-Appendiċi I, u tinħareġ mill-awtorità kompetenti.
Minkejja l-punt (a), għat-trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja, skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, l-approvazzjoni għandha tkun parti miċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru maħruġ mill-awtorità kompetenti, għall-inġenju tal-ajru li qed jiġi operat.
L-ambitu tax-xogħol għandu jkun speċifikat fl-espożizzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (CAME) skont il-punt CAMO.A.300.
Organizzazzjoni approvata skont dan l-Anness tista':
tiġġestixxi l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru, ħlief għal dawk użati minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, kif imniżżel fiċ-ċertifikat;
tiġġestixxi l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru użati minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, meta dan ikun imniżżel kemm fiċ-ċertifikat tagħha kif ukoll fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru;
tirranġa biex twettaq kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà limitati ma' kwalunkwe organizzazzjoni mogħtija sottokuntratt, li tkun qiegħda taħdem skont is-sistema ta' ġestjoni tagħha, kif elenkat fiċ-ċertifikat;
testendi ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-kundizzjonijiet tal-punt (f) tal-punt M.A.901 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (Parti-ML), skont kif applikabbli.
Organizzazzjoni approvata skont dan l-Anness u li jkollha s-sede prinċipali tagħha f'wieħed mill-Istati Membri tista' tkun approvata wkoll biex tagħmel reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.901 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (Parti-ML) kif applikabbli, u:
toħroġ iċ-ċertifikat relatat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u testendih fi żmien xieraq skont il-kundizzjonijiet tal-punt (c)(2) tal-punt M.A.901 u l-punt (e)(2) tal-punt M.A.901 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (Parti-ML), skont kif applikabbli;
toħroġ rakkomandazzjoni għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru, skont il-kundizzjonijiet tal-punt (d) tal-punt M.A.901 jew il-punt (b) tal-punt M.A.904 tal-Anness I (Parti-M).
Organizzazzjoni li tkun id-detentur tal-privileġġi msemmija fil-punt (e) tista' tiġi approvata wkoll biex toħroġ permess għat-titjir skont il-punt (d) tal-punt 21.A.711 tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għall-inġenju tal-ajru partikolari li għalih l-organizzazzjoni tkun approvata toħroġ iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, meta l-organizzazzjoni tkun qed tattesta l-konformità mal-kundizzjonijiet approvati tat-titjir, soġġett għal proċedura adegwata fis-CAME imsemmija fil-punt CAMO.A.300.
CAMO.A.130 Tibdiliet fl-organizzazzjoni
It-tibdiliet li ġejjin fl-organizzazzjoni għandhom ikunu jeħtieġu approvazzjoni minn qabel:
tibdiliet li jaffettwaw l-ambitu taċ-ċertifikat jew it-termini tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni;
tibdiliet fil-persunal nominat skont il-punti (a)(3) sa (a)(5) u (b)(2) tal-punt CAMO.A.305;
tibdiliet fil-linji ta' rapportar bejn il-persunal nominat skont il-punti (a)(3) sa (a)(5) u (b)(2) tal-punt CAMO.A.305, u l-maniġer responsabbli;
il-proċedura rigward it-tibdiliet li ma jeħtiġux approvazzjoni minn qabel imsemmija fil-punt (c).
Għal kwalunkwe bidla li teħtieġ l-approvazzjoni minn qabel skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, l-organizzazzjoni għandha tapplika għal approvazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti, u tiksibha. L-applikazzjoni għandha titressaq qabel ma ssir il-bidla, biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tiddetermina t-tkomplija tal-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, u biex temenda, jekk ikun meħtieġ, iċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni u t-termini tal-approvazzjoni relatati mehmuża miegħu.
L-organizzazzjoni għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti.
Il-bidla għandha tkun implimentata biss mal-wasla tal-approvazzjoni formali mill-awtorità kompetenti skont il-punt CAMO.B.330.
L-organizzazzjoni għandha topera skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti matul it-tibdiliet, skont kif applikabbli.
It-tibdiliet kollha li ma jeħtiġux approvazzjoni minn qabel għandhom jiġu ġestiti u notifikati lill-awtorità kompetenti kif definit fil-proċedura msemmija fil-punt (b) tal-punt CAMO.A.115 u approvata mill-awtorità kompetenti skont il-punt (h) tal-punt CAMO.B.310.
CAMO.A.135 Validità kontinwa
Iċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni għandu jibqa' validu soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-organizzazzjoni tibqa' konformi mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet relatati għat-trattament ta' sejbiet kif speċifikat taħt il-punt CAMO.B.350;
l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni kif speċifikat fil-punt CAMO.A.140;
iċ-ċertifikat ma jiġix ċedut jew irrevokat.
Għall-operaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, it-terminazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru awtomatikament tinvalida ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni b'rabta mar-reġistrazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru speċifikati fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru, sakemm ma jkunx stipulat espliċitament mod ieħor mill-awtorità kompetenti.
Meta jingħata lura jew jitħassar, iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.
CAMO.A.140 Aċċess
Biex tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, l-organizzazzjoni għandha tagħti aċċess, fi kwalunkwe ħin, għal kwalunkwe faċilità, inġenju tal-ajru, dokument, rekord, data, proċedura jew kwalunkwe materjal ieħor li hu rilevanti għall-attività tiegħu li hi soġġetta għaċ-ċertifikazzjoni, kemm jekk din hi mogħtija b'kuntratt/sottokuntratt kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna awtorizzata minn waħda mill-awtoritajiet li ġejjin:
l-awtorità kompetenti ddefinita fil-punt CAMO.A.105;
l-awtorità li taġixxi skont id-dispożizzjonijiet tal-punt (d) tal-punt CAMO.B.300 jew il-punt (e) tal-punt CAMO.B.300.
CAMO.A.150 Sejbiet
Wara li tkun irċeviet notifika ta' sejbiet skont il-punt CAMO.B.350, l-organizzazzjoni għandha:
tidentifika l-kawża jew il-kawżi li jwasslu u l-fatturi li jikkontribwixxu għan-nuqqas ta' konformità;
tfassal pjan ta' azzjoni korrettiva;
turi li implimentat l-azzjoni korrettiva b'mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti.
L-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a)(1), (a)(2) u (a)(3) għandhom jitwettqu fi ħdan il-perjodu miftiehem ma' dik l-awtorità kompetenti kif definit fil-punt CAMO.B.350.
CAMO.A.155 Reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza
L-organizzazzjoni għandha timplimenta:
kwalunkwe miżuri ta' sikurezza li l-awtorità kompetenti awtorizzat skont il-punt CAMO.B.135;
kwalunkwe informazzjoni ta' sikurezza obbligatorja maħruġa mill-Aġenzija.
CAMO.A.160 Rapportar ta' okkorrenza
Bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni tagħha, l-organizzazzjoni għandha timplimenta sistema ta' rapportar tal-okkorrenzi li tissodisfa r-rekwiżiti definiti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1018 ( *4 ).
Mingħajr ħsara għall-punt (a), l-organizzazzjoni għandha tiżgura li kwalunkwe inċident, ħsara teknika, difett tekniku, qbiż tal-limiti tekniċi, jew okkorrenza li jistgħu jitfgħu dawl fuq informazzjoni skorretta, mhux kompleta jew ambigwa inkluża fid-data stabbiliti skont l-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, jew ċirkostanza irregolari oħra li tkun jew setgħet ipperikolat l-operat sikur tal-inġenju tal-ajru, u li ma tkunx irriżultat f'aċċident jew inċident serju, jiġu rrapportati lill-awtorità kompetenti u lill-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn tal-inġenju tal-ajru.
Mingħajr ħsara għar-Regolament (UE) Nru 376/2014, u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1018, ir-rapporti msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom isiru f'forma u f'mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti, u għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha pertinenti dwar il-kundizzjoni magħrufa mill-organizzazzjoni.
Ir-rapporti għandhom isiru kemm jista' jkun malajr, iżda dejjem fi żmien 72 siegħa minn meta l-organizzazzjoni tkun identifikat il-kundizzjoni li dwarha jkun ir-rapport, sakemm dan ma jiġix ipprevjenut minn ċirkostanzi ta' eċċezzjoni.
Fejn rilevanti, l-organizzazzjoni għandha tipproduċi rapport ta' segwitu biex tipprovdi d-dettalji tal-azzjonijiet li tkun beħsiebha tieħu biex tipprevjeni okkorrenzi simili fil-ġejjieni, hekk kif dawn l-azzjonijiet ikunu ġew identifikati. Dan ir-rapport għandu jsir fil-forma u fil-mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti.
CAMO.A.200 Is-sistema ta' ġestjoni
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm sistema ta' ġestjoni li tinkludi:
linji ta' responsabbiltà u obbligu ta' rendikont fl-organizzazzjoni definiti b'mod ċar, inkluż ir-rendikont dirett fir-rigward tas-sikurezza, min-naħa tal-maniġer responsabbli;
deskrizzjoni tal-filosofiji u l-prinċipji ġenerali tal-organizzazzjoni fir-rigward tas-sikurezza, magħrufa bħala l-politika ta' sikurezza;
l-identifikazzjoni ta' perikli għas-sikurezza tal-avjazzjoni li jistgħu jiġu kkawżati mill-attivitajiet tal-organizzazzjoni, il-valutazzjoni tagħhom u l-ġestjoni tar-riskji assoċjati, inkluż it-teħid ta' azzjonijiet biex jittaffew ir-riskji u biex tiġi vverifikata l-effiċjenza tagħhom;
iż-żamma ta' persunal imħarreġ u kompetenti biex jaqdi l-kompiti tiegħu;
id-dokumenti tal-proċessi ewlenin kollha tas-sistema ta' ġestjoni, inkluż proċess biex il-membri tal-persunal ikunu jafu r-responsabbiltajiet tagħhom, u l-proċedura għall-emendar ta' dawn id-dokumenti;
funzjoni biex tkun sorveljata l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti rilevanti. Il-monitoraġġ tal-konformità għandu jinkludi sistema ta' rispons għas-sejbiet lill-maniġer responsabbli biex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijiet korrettivi hekk kif ikun meħtieġ;
kwalunkwe rekwiżit addizzjonali li hu stabbilit f'dan ir-Regolament.
Is-sistema ta' ġestjoni għandha tikkorrispondi għad-daqs tal-organizzazzjoni u n-natura u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, b'kunsiderazzjoni għall-perikli u r-riskji assoċjati inerenti f'dawn l-attivitajiet.
Meta l-organizzazzjoni jkollha ċertifikat tal-organizzazzjoni addizzjonali wieħed jew aktar fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, is-sistema ta' ġestjoni tista' tiġi integrata ma' dik meħtieġa skont iċ-ċertifikat(i) addizzjonali miżmum(a).
Minkejja l-punt (c), għal operaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, is-sistema ta' ġestjoni prevista f'dan l-Anness għandha tkun parti integrata mis-sistema ta' ġestjoni tal-operatur.
CAMO.A.202 Skema ta' rapportar tas-sikurezza interna
Bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni tagħha, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi skema ta' rapportar tas-sikurezza interna biex ikunu jistgħu jinġabru u jiġu evalwati t-tali okkorrenzi li għandhom jiġu rapportati skont il-punt CAMO.A.160.
L-iskema għandha tippermetti wkoll il-ġbir u l-evalwazzjoni ta' dawk l-iżbalji, il-kważi aċċidenti, u l-perikli rapportati internament li ma jaqgħux taħt il-punt (a).
Permezz ta' din l-iskema, l-organizzazzjoni għandha:
tidentifika l-kawżi ta' u l-fatturi li jikkontribwixxu għal kwalunkwe żball, kważi aċċident u periklu rrapportat u tindirizzahom bħala parti mill-ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza skont il-punt (a)(3) tal-punt CAMO.A.200;
tiżgura l-evalwazzjoni tal-informazzjoni rilevanti u magħrufa kollha relatata mal-iżbalji, man-nuqqas ta' ħila biex jiġu segwiti l-proċeduri, mal-kważi aċċidenti, u mal-perikli, u metodu biex l-informazzjoni tiġi ċċirkolata kif ikun hemm bżonn.
L-organizzazzjoni għandha tipprovdi aċċess għall-iskema ta' rapportar tas-sikurezza interna tagħha lil kwalunkwe organizzazzjoni mogħtija sottokuntratt.
L-organizzazzjoni għandha tikkoopera fl-investigazzjonijiet tas-sikurezza ma' kwalunkwe organizzazzjoni oħra li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għas-sikurezza tal-attivitajiet ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tagħha stess.
CAMO.A.205 Kuntrattar u sottokuntrattar
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li meta tagħti b'kuntratt kompiti ta' manutenzjoni jew meta tagħti b'sottokuntratt kwalunkwe parti mill-attivitajiet ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tagħha:
dawn l-attivitajiet ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli; u
kwalunkwe periklu relatat mas-sikurezza tal-avjazzjoni assoċjat mat-tali kuntrattar jew sottokuntrattar jitqies bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni tal-organizzazzjoni.
Meta l-organizzazzjoni tagħti b'sottokuntratt kwalunkwe parti mill-attivitajiet ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tagħha lil organizzazzjoni oħra, l-organizzazzjoni mogħtija sottokuntratt għandha taħdem soġġett għall-approvazzjoni tal-organizzazzjoni. L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni li tkun ingħatat is-sottokuntratt, biex tistabbilixxi l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli.
CAMO.A.215 Faċilitajiet
L-organizzazzjoni għandha tipprovdi akkomodazzjoni tal-uffiċċju xierqa f'postijiet xierqa għall-persunal speċifikat fil-punt CAMO.A.305.
CAMO.A.220 Żamma tar-rekords
Rekords tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li jinżammu r-rekords meħtieġa mill-punti M.A.305, ML.A.305 u, jekk applikabbli, mill-punt M.A.306.
L-organizzazzjoni għandha tirreġistra d-dettalji kollha tal-ħidma mwettqa.
Jekk l-organizzazzjoni jkollha l-privileġġ imsemmi fil-punt (e) tal-punt CAMO.A.125, hi għandha żżomm kopja ta' kull ċertifikat u rakkomandazzjoni ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà maħruġ jew, skont kif applikabbli, estiż, flimkien mad-dokumenti ta' sostenn kollha. Barra minn hekk, l-organizzazzjoni għandha żżomm kopja ta' kull ċertifikat tal-ġestjoni tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li tkun estendiet bil-privileġġ imsemmi fil-punt (d)(4) tal-punt CAMO.A.125.
Biex l-organizzazzjoni jkollha l-privileġġ imsemmi fil-punt (f) tal-punt CAMO.A.125, għandha żżomm kopja ta' kull permess għat-titjir maħruġ skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 21.A.729 tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.
L-organizzazzjoni għandha żżomm kopja tar-rekords kollha msemmija fil-punti (a)(2) sa (a)(4) sa 3 snin wara li r-responsabbiltà għall-inġenju tal-ajru skont il-punti M.A.201 jew ML.A.201 tkun ġiet trasferita b'mod permanenti lil persuna jew organizzazzjoni oħra.
Meta l-organizzazzjoni ttemm l-operazzjoni tagħha, ir-rekords miżmuma kollha għandhom jiġu ttrasferiti lis-sid tal-inġenju tal-ajru.
Is-sistema ta' ġestjoni, ir-rekords tal-kuntrattar u tas-sottokuntrattar
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li jinżammu r-rekords li ġejjin:
ir-rekords tal-proċessi ewlenin tas-sistema ta' ġestjoni kif definiti fil-punt CAMO.A.200;
il-kuntratti, kemm għall-kuntrattar kif ukoll għas-sottokuntrattar, kif definiti fil-punt CAMO.A.205;
Ir-rekords tas-sistema ta' ġestjoni, kif ukoll kwalunkwe kuntratt skont il-punt CAMO.A.205, għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta' 5 snin.
Rekords tal-persunal
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li jinżammu r-rekords li ġejjin:
rekords tal-kwalifika u l-esperjenza tal-persunal involut fil-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, il-monitoraġġ tal-konformità u l-ġestjoni tas-sikurezza;
rekords tal-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal kollu tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, kif ukoll tal-persunal li joħroġ rakkomandazzjonijiet u permessi għat-titjir.
Ir-rekords tal-persunal kollu tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, tal-persunal li joħroġ rakkomandazzjonijiet u tal-persunal li joħroġ permessi għat-titjir għandhom jinkludu dettalji ta' kwalunkwe kwalifika xierqa miżmuma flimkien ma' sommarju tal-esperjenza u t-taħriġ rilevanti fil-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u kopja tal-awtorizzazzjoni.
Ir-rekords tal-persunal għandhom jinżammu sakemm il-persuna tibqa' taħdem mal-organizzazzjoni, u għandhom jinżammu sa 3 snin wara li l-persuna titlaq mill-organizzazzjoni.
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi sistema ta' żamma tar-rekords li tippermetti ħażna xierqa u traċċabbiltà affidabbli tal-attivitajiet żviluppati kollha.
Il-format tar-rekords għandu jkun speċifikat fil-proċeduri tal-organizzazzjoni.
Ir-rekords għandhom jinħażnu b'mod li jiżgura l-protezzjoni mill-ħsara, mill-modifiki u mis-serq.
CAMO.A.300 Espożizzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (CAME)
L-organizzazzjoni għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti b'CAME u, fejn applikabbli, bi kwalunkwe manwal u proċedura assoċjati referenzjati, li jkun fihom l-informazzjoni kollha li ġejja:
dikjarazzjoni ffirmata mill-maniġer responsabbli li tikkonferma li l-organizzazzjoni f'kull ħin se taħdem skont dan l-Anness, l-Anness I (Parti-M) u l-Anness Vb (Parti-ML), kif applikabbli, u skont is-CAME approvata. Meta maniġer responsabbli ma jkunx l-uffiċjal kap eżekuttiv tal-organizzazzjoni, tali uffiċjal kap eżekuttiv għandu jikkontrofirma d-dikjarazzjoni;
il-politika tas-sikurezza tal-organizzazzjoni kif definita fil-punt (a)(2) tal-punt CAMO.A.200;
l-ambitu tax-xogħol tal-organizzazzjoni rilevanti għat-termini tal-approvazzjoni;
deskrizzjoni ġenerali tar-riżorsi tal-forza tax-xogħol u tas-sistema fis-seħħ biex tiġi ppjanata d-disponibbiltà tal-persunal kif meħtieġ mill-punt (d) tal-punt CAMO.A.305;
il-kariga/i u l-isem/ismijiet tal-persuna/i responsabbli msemmija fil-punti (a)(3) sa (a)(5), (b)(2) u (f) tal-punt CAMO.A.305;
id-dmirijiet, l-obbligi ta' rendikont, ir-responsabbiltajiet u l-awtoritajiet tal-persuni nominati skont il-punti (a)(3) sa (a)(5), (b)(2), (e) u (f) tal-punt CAMO.A.305;
organigramma li turi l-ktajjen assoċjati tal-obbligu ta' rendikont u tar-responsabbiltà bejn il-persuna/i kollha msemmija fil-punti (a)(3) sa (a)(5), (b)(2), (e) u (f) tal-punt CAMO.A.305, u relatati mal-punt (a)(1) tal-punt CAMO.A.200;
lista tal-persunal awtorizzat biex joħroġ ċertifikati jew rakkomandazzjonijiet tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt (e) tal-punt CAMO.A.305, li jispeċifikaw, fejn applikabbli, il-persunal awtorizzat biex joħroġ permessi għat-titjir skont il-punt (c) tal-punt CAMO.A.125;
deskrizzjoni ġenerali tal-faċilitajiet u l-post fejn jinsabu;
id-deskrizzjoni tal-iskema ta' rapportar tas-sikurezza interna kif meħtieġa mill-punt CAMO.A.202;
il-proċeduri li jispeċifikaw kif l-organizzazzjoni tiżgura l-konformità ma' dan l-Anness, l-Anness I (Parti-M) u l-Anness Vb (Parti-ML), kif applikabbli, inklużi b'mod partikolari:
id-dokumentazzjoni tal-proċessi ewlenin tas-sistema ta' ġestjoni kif meħtieġ mill-punt CAMO.A.200;
il-proċeduri li jiddefinixxu kif l-organizzazzjoni tikkontrolla kwalunkwe attività mogħtija b'kuntratt u b'sottokuntratt kif meħtieġ mill-punt CAMO.A.205 u l-punt (c) tal-punt CAMO.A.315);
il-proċeduri tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u l-permess għat-titjir, kif applikabbli;
il-proċedura li tiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni tat-tibdiliet li ma jeħtiġux approvazzjoni minn qabel u li jiddeskrivu kif it-tali tibdil se jiġi ġestiti u notifikat, kif meħtieġ mill-punt (b) tal-punt CAMO.A.115 u l-punt (c) tal-punt CAMO.A.130;
il-proċeduri ta' emendar tas-CAME.
il-lista ta' programmi approvati ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru għal dawk l-inġenji tal-ajru li għalihom jeżisti kuntratt għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.201 jew ML.A.201;
il-lista ta' kuntratti ta' manutenzjoni skont il-punt (c) tal-punt CAMO.A.315;
il-lista ta' mezzi alternattivi ta' konformità approvati bħalissa.
Il-ħarġa inizjali tas-CAME għandha tkun approvata mill-awtorità kompetenti. Għandha tiġi emendata kif ikun hemm bżonn biex tibqa' deskrizzjoni aġġornata tal-organizzazzjoni.
L-emendi għas-CAME għandhom jiġu ġestiti kif definit fil-proċedura msemmija fil-punt (11)(iv). Kwalunkwe emenda mhux inkluża fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-proċedura, kif ukoll emendi relatati mat-tibdiliet elenkati fil-punt (a) tal-punt CAMO.A.130, għandhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti.
CAMO.A.305 Rekwiżiti tal-persunal
L-organizzazzjoni għandha taħtar maniġer responsabbli, li jkollu awtorità korporattiva biex jiżgura li l-attivitajiet kollha ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jkunu jistgħu jiġu ffinanzjati u mwettqa skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati fuq il-bażi tiegħu. Il-maniġer responsabbli għandu:
jiżgura li r-riżorsi neċessarji kollha jkunu disponibbli għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont dan l-Anness, l-Anness I (Parti-M) u l-Anness Vb (Parti-ML), kif applikabbli, bħala sostenn għaċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tal-organizzazzjoni;
jistabbilixxi u jippromwovi l-politika dwar is-sikurezza speċifikata fil-punt CAMO.A.200;
jinnomina persuna jew grupp ta' persuni bir-responsabbiltà li jiżguraw li l-organizzazzjoni dejjem tkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u l-permess għat-titjir ta' dan l-Anness, l-Anness I (Parti-M) u l-Anness Vb (Parti-ML);
jinnomina persuna jew grupp ta' persuni bir-responsabbiltà li jimmaniġġjaw il-funzjoni ta' monitoraġġ tal-konformità bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni;
jinnomina persuna jew grupp ta' persuni bir-responsabbiltà li jimmaniġġjaw l-iżvilupp, l-amministrazzjoni u ż-żamma ta' proċessi effettivi ta' ġestjoni tas-sikurezza bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni;
jiżgura li l-persuna jew il-grupp ta' persuni nominati skont il-punti (a)(3) sa (a)(5) u (b)(2) tal-punt CAMO.A.305 ikollhom aċċess dirett biex iżommuh informat kif xieraq dwar il-kwistjonijiet relatati mal-konformità u mas-sikurezza;
juri għarfien ġenerali ta' dan ir-Regolament.
Għall-organizzazzjonijiet approvati wkoll bħala operaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, il-maniġer responsabbli barra minn hekk għandu:
ikun il-persuna maħtura bħala maniġer responsabbli għall-operatur tal-ajru kif meħtieġ mill-punt (a) tal-punt ORO.GEN.210 tal-Anness III (Parti-ORO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012;
jinnomina persuna responsabbli għall-ġestjoni u għas-superviżjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, li m'għandhiex tkun impjegata minn organizzazzjoni approvata skont l-Anness II (Parti-145) taħt kuntratt mal-operatur, sakemm dan ma jkunx maqbul b'mod speċifiku mill-awtorità kompetenti.
Il-persuna jew il-persuni nominati skont il-punti (a)(3) sa (a)(5) u (b)(2) tal-punt CAMO.A.305 għandhom ikunu kapaċi juru għarfien, sfond u esperjenza sodisfaċenti rilevanti b'rabta mal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru u juru għarfien operazzjonali ta' dan ir-Regolament. Finalment, tali persuna/i għandha/għandhom taqa'/jaqgħu taħt l-awtorità tal-maniġer responsabbli.
L-organizzazzjoni għandu jkollha fis-seħħ sistema biex tippjana d-disponibbiltà tal-persunal bl-għan li tiżgura li l-organizzazzjoni jkollha biżżejjed persunal kwalifikat kif xieraq biex jippjana, iwettaq, jissorvelja, jispezzjona u jwettaq il-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni skont it-termini tal-approvazzjoni.
Biex tkun approvata sabiex twettaq ir-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà jew ir-rakkomandazzjonijiet skont il-punt (e) tal-punt CAMO.A.125 u, jekk applikabbli, toħroġ permessi għat-titjir skont il-punt (f) tal-punt CAMO.A.125, l-organizzazzjoni għandu jkollha persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà kwalifikat u awtorizzat skont il-punt CAMO.A.310.
Għall-organizzazzjonijiet li jestendu ċ-ċertifikati tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt (d)(4) tal-punt CAMO.A.125, l-organizzazzjoni għandha tinnomina l-persuni awtorizzati biex jagħmlu dan.
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u tikkontrolla l-kompetenza tal-persunal involut fil-monitoraġġ tal-konformità, il-ġestjoni tas-sikurezza, il-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, ir-reviżjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà, u, jekk applikabbli, il-ħruġ tal-permessi għat-titjir, skont proċedura u standard miftiehma mill-awtorità kompetenti. Barra mill-ispeċjalizzazzjoni meħtieġa marbuta mal-funzjoni tal-impjieg, il-kompetenza trid tinkludi għarfien dwar il-ġestjoni tas-sikurezza u l-prinċipji tal-fatturi umani xierqa għall-funzjoni u r-responsabbiltajiet ta' dik il-persuna fl-organizzazzjoni.
CAMO.A.310 Kwalifiki tal-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà
Il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li joħroġ iċ-ċertifikati tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jew ir-rakkomandazzjonijiet skont il-punt (e) tal-punt CAMO.A.125 u, jekk applikabbli, li joħroġ permessi għat-titjir skont il-punt (f) tal-punt CAMO.A.125 għandu:
ikollu tal-inqas ħames snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà;
ikun kiseb liċenzja xierqa konformi mal-Anness (III) Parti-66 jew grad ajrunawtiku jew ekwivalenti;
ikun irċieva taħriġ formali fil-manutenzjoni ajrunawtika;
ikun okkupa kariga fl-organizzazzjoni approvata b'responsabbiltajiet xierqa.
Minkejja l-punti (a)(1), (a)(3) u (a)(4), ir-rekwiżit stabbilit fil-punt (a)(2) jista' jinbidel ma' ħames snin esperjenza fil-manutenzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà b'żieda ma' dawk diġà meħtieġa mill-punt (a)(1).
Il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà nominat mill-organizzazzjoni tista' tinħariġlu biss awtorizzazzjoni minn dik l-organizzazzjoni meta tiġi aċċettata formalment mill-awtorità kompetenti wara t-tlestija sodisfaċenti ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti, jew taħt is-superviżjoni tal-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà awtorizzat tal-organizzazzjoni, skont proċedura approvata mill-awtorità kompetenti bħala parti mis-CAME.
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-persunal għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru jista' juri esperjenza ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà riċenti xierqa.
CAMO.A.315 Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-ġestjoni kollha tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà titwettaq skont it-Taqsima A, Sottoparti C tal-Anness I (Parti-M), jew it-Taqsima A Sottoparti C tal-Anness Vb (Parti-ML), skont kif applikabbli.
Għal kull inġenju tal-ajru ġestit, l-organizzazzjoni għandha b'mod partikolari:
tiżgura li jiġi żviluppat u kkontrollat programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru li jinkludi kwalunkwe programm tal-affidabbiltà applikabbli, kif meħtieġ mill-punt M.A.302 jew ML.A.302 kif applikabbli;
għal inġenju tal-ajru li ma jintużax minn operaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, tipprovdi kopja tal-programm ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru lis-sid jew lill-operatur responsabbli skont il-punt M.A.201 jew ML.A.201, kif applikabbli;
tiżgura li d-data użata għal kwalunkwe modifika u tiswija tikkonforma mal-punti M.A.304 jew ML.A.304 kif applikabbli;
għal kull inġenju tal-ajru motorizzat kumpless jew inġenju tal-ajru użat minn operaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, tistabbilixxi proċedura għall-valutazzjoni ta' modifiki u/jew spezzjonijiet mhux obbligatorji u tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni tagħhom, filwaqt li tuża l-proċess ta' ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza tal-organizzazzjoni kif meħtieġ mill-punt (a)(3) tal-punt CAMO.A.200;
tiżgura li l-inġenju tal-ajru, il-magna/i, l-iskrun/skrejjen u l-komponenti tagħhom jittieħdu għand organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata kif xieraq imsemmija fis-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M), l-Anness II (Parti-145) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), kull meta dan ikun neċessarju;
tordna manutenzjoni, tissorvelja attivitajiet, u tikkoordina deċiżjonijiet relatati biex tiżgura li kwalunkwe manutenzjoni titwettaq kif xieraq u tiġi rilaxxata kif xieraq għad-determinazzjoni tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru.
Meta l-organizzazzjoni ma tkunx approvata kif xieraq skont is-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M), l-Anness II (Parti-145) jew l-Anness Vd (Parti-CAO), din, f'konsultazzjoni mal-operatur, għandha tiġġestixxi l-kuntratti ta' manutenzjoni bil-miktub meħtieġa mill-punti (e)(3), (f)(3), (g)(3) u (h)(3) ta' M.A.201 jew il-punt ML.A.201 biex tiżgura li:
il-manutenzjoni kollha finalment titwettaq minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata kif xieraq;
il-funzjonijiet meħtieġa fil-punti (a)(2), (a)(3), (a)(6) u (a)(7) tal-punt M.A.301 jew il-punt ML.A.301, kif applikabbli, jkunu speċifikati b'mod ċar.
Minkejja l-punt (c), il-kuntratt jista' jkun fil-forma ta' ordnijiet tax-xogħol individwali indirizzati lill-organizzazzjoni tal-manutenzjoni fil-każ ta':
inġenju tal-ajru li jeħtieġ manutenzjoni bil-linja mhux skedata;
manutenzjoni ta' komponent, li tinkludi manutenzjoni tal-magna u tal-iskrun, kif applikabbli.
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-fatturi umani u l-limitazzjonijiet tal-prestazzjoni umana jitqiesu matul il-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, inklużi l-attivitajiet kollha mogħtija b'kuntratt jew b'sottokuntratt.
CAMO.A.320 Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà
Meta l-organizzazzjoni approvata skont il-punt (e) tal-punt CAMO.A.125 twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà, dawn għandhom jitwettqu skont il-punt M.A.901 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (Parti-ML), kif applikabbli.
CAMO.A.325 Data ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
L-organizzazzjoni għandha żżomm u tuża data kurrenti applikabbli dwar il-manutenzjoni skont il-punt M.A.401 tal-Anness I (Parti-M) għat-twettiq tal-kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt CAMO.A.315. Din id-data għandha tkun ipprovduta mis-sid jew mill-operatur, sakemm kuntratt xieraq ikun stabbilit ma' dan is-sid jew l-operatur. F'każ bħal dan, l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandha żżomm din id-data għat-tul tal-kuntratt biss, minbarra meta mitlub mod ieħor mill-punt (a) tal-punt CAMO.A.220.
TAQSIMA B
REKWIŻITI TAL-AWTORITÀ
CAMO.B.005 Kamp ta' applikazzjoni
Din it-Taqsima tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-sistemi amministrattivi u ta' ġestjoni li għandhom jiġu segwiti mill-awtorità kompetenti responsabbli mill-implimentazzjoni u l-infurzar tat-Taqsima A ta' dan l-Anness.
CAMO.B.115 Dokumentazzjoni tas-superviżjoni
L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-atti leġiżlattivi, l-istandards, ir-regoli, il-pubblikazzjonijiet tekniċi u d-dokumenti relatati kollha lill-persunal rilevanti sabiex dawn ikunu jistgħu jaqdu l-kompiti tagħhom u jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom.
CAMO.B.120 Mezzi ta' konformità
L-Aġenzija għandha tiżviluppa Mezzi Aċċettabbli ta' Konformità (AMC) li jistgħu jintużaw biex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.
Mezzi alternattivi ta' konformità jistgħu jintużaw biex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema biex tevalwa b'mod konsistenti li l-mezzi alternattivi kollha ta' konformità użati minnha jew minn organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt is-sorveljanza tagħha jippermettu li tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.
L-awtorità kompetenti għandha tevalwa l-mezzi alternattivi ta' konformità kollha proposti minn organizzazzjoni skont il-punt CAMO.A.120, billi tanalizza d-dokumentazzjoni pprovduta u, jekk ikun meqjus neċessarju, billi tagħmel spezzjoni tal-organizzazzjoni.
Meta l-awtorità kompetenti ssib li l-mezzi alternattivi ta' konformità huma skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, din għandha, mingħajr dewmien żejjed:
tinnotifika lill-applikant li l-mezzi alternattivi ta' konformità jistgħu jiġu implimentati u, jekk ikun applikabbli, temenda l-approvazzjoni jew iċ-ċertifikat tal-applikant kif meħtieġ;
tinnotifika lill-Aġenzija bil-kontenut tagħhom, u tinkludi kopji tad-dokumentazzjoni rilevanti kollha.
Meta l-awtorità kompetenti stess tuża mezzi alternattivi ta' konformità biex tikseb konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, din għandha:
tagħmilhom disponibbli għall-organizzazzjonijiet u l-persuni kollha li jkunu taħt is-superviżjoni tagħha;
tavża lill-Aġenzija b'dan mingħajr dewmien żejjed.
L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija b'deskrizzjoni sħiħa tal-mezzi alternattivi ta' konformità, inkluż bi kwalunkwe reviżjoni għall-proċeduri li jistgħu jkunu rilevanti, kif ukoll b'valutazzjoni li turi li dawn jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.
CAMO.B.125 Informazzjoni lill-Aġenzija
L-awtorità kompetenti għandha tavża lill-Aġenzija, mingħajr dewmien żejjed, f'każ ta' xi problema sinifikanti bl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.
L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija bl-informazzjoni sinifikanti għas-sikurezza li toħroġ mir-rapporti ta' okkorrenza li tkun irċeviet skont il-punt CAMO.A.160.
CAMO.B.135 Reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza
Mingħajr ħsara għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1018 ( *5 ), l-awtorità kompetenti għandha timplimenta sistema biex tiġbor, tanalizza u xxerred informazzjoni ta' sikurezza b'mod xieraq.
L-Aġenzija għandha timplimenta sistema biex tanalizza b'mod xieraq kwalunkwe informazzjoni rilevanti marbuta mas-sikurezza li din tkun irċeviet u biex tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed, bi kwalunkwe informazzjoni, inklużi rakkomandazzjonijiet jew azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu, li huma jkunu jeħtieġu biex jirreaġixxu fil-ħin għal problema tas-sikurezza li tkun tinvolvi prodotti, partijiet, apparat, persuni jew organizzazzjonijiet li huma soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 u għall-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.
Hekk kif tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b), l-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri adegwati biex tindirizza l-problema tas-sikurezza.
Il-miżuri meħuda skont il-punt (c) għandhom jiġu nnotifikati minnufih lill-persuni jew lill-organizzazzjonijiet kollha li jeħtieġ li jkunu konformi magħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika wkoll dawk il-miżuri lill-Aġenzija u, meta tkun meħtieġa azzjoni kkombinata, lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati.
CAMO.B.200 Is-sistema ta' ġestjoni
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u tmantni sistema ta' ġestjoni, li tkun tinkludi mill-anqas:
politiki u proċeduri ddokumentati biex jiddeskrivu l-organizzazzjoni tagħha, il-mezzi u l-metodi biex ikun hemm konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. Il-proċeduri għandhom jinżammu aġġornati u għandhom iservu bħala d-dokumenti bażiċi ta' ħidma f'dik l-awtorità kompetenti għall-kompiti relatati kollha;
numru suffiċjenti ta' persunal biex jaqdu l-kompiti tagħha u jwettqu r-responsabbiltajiet tagħha. Għandu jkun hemm sistema fis-seħħ biex tkun tista' tiġi ppjanata d-disponibbiltà tal-persunal, biex ikun żgurat it-twettiq xieraq tal-kompiti kollha;
persunal kwalifikat biex iwettaq il-kompiti allokati lilu u jkollu l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa, kif ukoll it-taħriġ inizjali u rikorrenti meħtieġ biex jiżgura kompetenza kontinwa;
faċilitajiet u akkomodazzjoni tal-uffiċċju adegwati għat-twettiq tal-kompiti allokati;
funzjoni għas-sorveljanza tal-konformità tas-sistema ta' ġestjoni mar-rekwiżiti rilevanti u l-adegwatezza tal-proċeduri, inkluż it-tfassil ta' proċess tal-awditjar intern u proċess ta' ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza. Il-monitoraġġ tal-konformità għandu jinkludi sistema ta' feedback tas-sejbiet tal-awditjar lill-maniġment superjuri tal-awtorità kompetenti biex jiżgura l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi kif ikun il-bżonn;
persuna jew grupp ta' persuni li jkunu responsabbli għall-funzjoni ta' monitoraġġ tal-konformità u li fl-aħħar mill-aħħar iwieġbu biss lill-maniġment superjuri tal-awtorità kompetenti b'rabta ma' dan.
L-awtorità kompetenti għandha, għal kull qasam ta' attività, inkluża s-sistema ta' ġestjoni, taħtar persuna waħda jew iktar li tkun/ikunu responsabbli b'mod ġenerali għall-ġestjoni tal-kompitu(i) rilevanti.
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri għall-parteċipazzjoni fi skambju reċiproku tal-informazzjoni u l-għajnuna kollha meħtieġa ma' awtoritajiet kompetenti oħra kkonċernati, inkluż skambju dwar is-sejbiet kollha identifikati u l-azzjonijiet kollha ta' segwitu mwettqa bħala riżultat tas-sorveljanza ta' persuni u organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet fit-territorju ta' Stat Membru, iżda li jkunu ċċertifikati mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor jew mill-Aġenzija.
Kopja tal-proċeduri marbutin mas-sistema ta' ġestjoni u tal-emendi tagħhom għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija għall-għanijiet tal-istandardizzazzjoni u tal-organizzazzjonijiet soġġetti għal dan ir-Regolament, jekk jintalab hekk.
CAMO.B.205 Allokazzjoni tal-kompiti lil entitajiet ikkwalifikati
Il-kompiti marbutin maċ-ċertifikazzjoni inizjali jew mas-sorveljanza kontinwa tal-persuni jew tal-organizzazzjonijiet soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 u għall-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu jistgħu jiġu allokati mill-Istati Membri biss lil entitajiet ikkwalifikati. Meta talloka l-kompiti, l-awtorità kompetenti għandha tiżġura:
li tkun daħħlet fis-seħħ sistema biex tivverifika, fil-bidu u b'mod kontinwu, li l-entità kkwalifikata hi konformi mal-Anness VI ‘Rekwiżiti essenzjali għall-entitajiet ikkwalifikati’ tar-Regolament (UE) 2018/1139. Din is-sistema u r-riżultati tal-valutazzjonijiet għandhom jiġu ddokumentati;
li hi tkun stabbiliet ftehim iddokumentat mal-entità kkwalifikata, li jkun approvat miż-żewġ partijiet fil-livell maniġerjali xieraq, li jiddefinixxi b'mod ċar:
il-kompiti li għandhom jitwettqu;
id-dikjarazzjonijiet, ir-rapporti u r-rekords li għandhom jiġu pprovduti;
il-kundizzjonijiet tekniċi li jridu jiġu ssodisfati fit-twettiq ta' dawn il-kompiti;
il-kopertura tar-responsabbiltà relatata;
il-protezzjoni mogħtija lill-informazzjoni miksuba huma u jitwettqu t-tali kompiti.
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-proċess ta' verifika interna u l-proċess ta' ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza, li huma meħtieġa mill-punt (a)(5) tal-punt CAMO.B.200 ikopru l-kompiti kollha ta' ċertifikazzjoni jew ta' sorveljanza kontinwa li jitwettqu f'isimha.
CAMO.B.210 Bidliet fis-sistema ta' ġestjoni
L-awtorità kompetenti għandu jkollha sistema fis-seħħ sabiex tidentifika l-bidliet li jaffettwaw il-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha kif iddefinit fir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. Din is-sistema għandha tippermettilha tieħu azzjoni xierqa biex tiżgura li s-sistema ta' ġestjoni tagħha tibqa' adegwata u effettiva.
L-awtorità kompetenti għandha taġġorna s-sistema ta' ġestjoni tagħha biex tirrifletti kwalunkwe bidla fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fl-atti ta' implimentazzjoni tiegħu fil-ħin, biex tiżgura implimentazzjoni effettiva tagħhom.
L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-Aġenzija bi kwalunkwe tibdil li jaffettwa l-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha kif iddefinit fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fl-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.
CAMO.B.220 Żamma tar-rekords
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta' żamma tar-rekords li tippermetti l-ħażna adegwata, l-aċċessibbiltà u t-traċċabbiltà affidabbli:
tal-politiki u l-proċeduri ddokumentati tas-sistema ta' mmaniġġjar;
tat-taħriġ, il-kwalifiki u l-awtorizzazzjoni tal-persunal tagħha;
tal-allokazzjoni tal-kompiti, li tkopri l-elementi meħtieġa skont il-punt CAMO.B.205, kif ukoll id-dettalji tal-kompiti allokati;
tal-proċessi ta' ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza kontinwa tal-organizzazzjonijiet iċċertifikati, inklużi:
l-applikazzjoni għal ċertifikat ta' organizzazzjoni;
il-programm ta' sorveljanza kontinwa tal-awtorità kompetenti, inklużi r-rekords kollha tal-valutazzjonijiet, tal-awditjar u tal-ispezzjonijiet;
iċ-ċertifikat ta' organizzazzjoni inkluż kwalunkwe tibdil li jsirlu;
kopja tal-programm ta' sorveljanza li jelenka d-dati meta jmisshom isiru l-verifiki u meta twettqu l-verifiki;
kopji tal-korrispondenza formali kollha;
dettalji tas-sejbiet, tal-azzjonijiet korrettivi, tad-data tal-għeluq tal-azzjoni, ta' kwalunkwe azzjoni ta' eżenzjoni u ta' infurzar;
kwalunkwe rapport ta' valutazzjoni, tal-awditjar u ta' spezzjoni maħruġ minn awtorità kompetenti oħra skont il-punt (d) tal-punt CAMO.B.300;
kopji tas-CAMEs jew tal-manwali kollha tal-organizzazzjoni u tal-emendi għal dawn;
kopji ta' kull dokument ieħor approvat mill-awtorità kompetenti;
l-evalwazzjoni u n-notifika lill-Aġenzija ta' mezzi alternattivi ta' konformità proposti minn organizzazzjonijiet u l-valutazzjoni tal-mezzi alternattivi ta' konformità użati mill-awtorità kompetenti nfisha;
informazzjoni dwar is-sikurezza u miżuri ta' segwitu skont il-punt CAMO.B.125;
l-użu tad-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.
L-awtorità kompetenti għandha żżomm lista taċ-ċertifikati kollha tal-organizzazzjonijiet li tkun ħarġet.
Ir-rekords kollha msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta' 5 snin soġġett għal-liġi nazzjonali applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.
Ir-rekords kollha msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fuq talba lil awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor jew lill-Aġenzija.
CAMO.B.300 Prinċipji ta' superviżjoni
L-awtorità kompetenti għandha tivverifika:
il-konformità tal-organizzazzjonijiet mar-rekwiżiti applikabbli għalihom qabel ma toħroġ ċertifikat tal-organizzazzjoni, skont kif applikabbli;
il-konformità kontinwa tal-organizzazzjonijiet li tkun iċċertifikat mar-rekwiżiti applikabbli għalihom;
l-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sikurezza xierqa awtorizzati mill-awtorità kompetenti kif iddefinit fil-punti (c) u (d) tal-punt CAMO.B.135.
Din il-verifika għandha:
tkun appoġġata minn dokumentazzjoni li tkun maħsuba speċifikament biex tipprovdi lill-persunal responsabbli għas-sorveljanza tas-sikurezza bi gwida dwar kif għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu;
tipprovdi lill-organizzazzjonijiet ikkonċernati bir-riżultati tal-attività tas-sorveljanza tas-sikurezza;
tkun ibbażata fuq valutazzjonijiet, awditi u spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet mhux imħabbra;
tipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-evidenza meħtieġa f'każ li tkun meħtieġa aktar azzjoni, inklużi l-miżuri previsti fil-punt CAMO.B.350 ‘Sejbiet u azzjonijiet korrettivi’.
Il-kamp ta' applikazzjoni tas-sorveljanza ddefinita fil-punti (a) u (b) għandu jqis ir-riżultati tal-attivitajiet tas-sorveljanza tal-imgħoddi, kif ukoll il-prijoritajiet tas-sikurezza.
Meta l-faċilitajiet tal-organizzazzjoni jkunu jinsabu f'aktar minn Stat wieħed, l-awtorità kompetenti kif definita fil-punt CAMO.A.105 tista' taqbel li l-kompiti ta' sorveljanza jitwettqu mill-awtorità(jiet) kompetenti tal-Istat(i) Membru fejn jinsabu l-faċilitajiet, jew mill-Aġenzija għall-faċilitajiet li jinsabu f'pajjiż terz. Kwalunkwe organizzazzjoni li tkun ikkonċernata minn ftehim bħal dan għandha tiġi infurmata dwar l-eżistenza u l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu.
Għas-sorveljanza mwettqa f'faċilitajiet li jinsabu fi Stat ieħor, l-awtorità kompetenti kif definita fil-punt CAMO.A.105 għandha tinforma lill-awtorità kompetenti dwar it-tali Stat, jew l-Aġenzija għall-faċilitajiet tal-organizzazzjonijiet li jkollhom is-sede prinċipali f'pajjiż terz, qabel ma jitwettqu awditu jew spezzjoni fuq il-post tat-tali faċilitajiet.
L-awtorità kompetenti għandha tiġbor u tipproċessa kwalunkwe informazzjoni meqjusa bħala utli għas-sorveljanza, inkluża dik għall-ispezzjonijiet mhux imħabbra.
CAMO.B.305 Programm ta' superviżjoni
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm programm ta' superviżjoni li jkopri l-attivitajiet ta' superviżjoni meħtieġa skont il-punt CAMO.B.300.
Il-programm ta' superviżjoni għandu jiġi żviluppat billi jitqiesu n-natura speċifika tal-organizzazzjoni, il-kumplessità tal-attivitajiet tagħha u r-riżultati ta' attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u/jew superviżjoni fil-passat, u għandu jissejjes fuq il-valutazzjoni tar-riskji assoċjati. F'kull ċiklu ta' ppjanar tas-sorveljanza, dan għandu jinkludi:
valutazzjonijiet, awditi u spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet mhux imħabbra u, kif applikabbli:
valutazzjonijiet tas-sistemi ta' ġestjoni u awditi tal-proċessi;
awditi tal-prodotti ta' kampjun rilevanti ta' inġenji tal-ajru ġestiti mill-organizzazzjoni;
kampjunar tar-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà mwettqa;
kampjunar tal-permessi għat-titjir maħruġa;
laqgħat bejn il-maniġer responsabbli u l-awtorità kompetenti biex ikun żgurat li t-tnejn li huma jibqgħu jkunu infurmati dwar kwistjonijiet sinifikanti.
Għall-organizzazzjonijiet iċċertifikati mill-awtorità kompetenti, għandu jiġi applikat ċiklu ta' ppjanar tas-sorveljanza li ma jaqbiżx l-24 xahar.
Minkejja l-punt (c), iċ-ċiklu ta' ppjanar tas-sorveljanza jista' jiġi estiż sa 36 xahar, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet li matul l-24 xahar ta' qabel:
l-organizzazzjoni tkun uriet identifikazzjoni effettiva tal-perikli tas-sikurezza tal-avjazzjoni u ġestjoni tar-riskji assoċjati;
l-organizzazzjoni tkun uriet, b'mod kontinwu, skont il-punt CAMO.A.130, li hija għandha kontroll sħiħ fuq il-bidliet kollha;
ma tkun inħarġet ebda sejba tal-livell 1;
l-azzjonijiet korrettivi kollha ġew implimentati fi ħdan il-perjodu ta' żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti kif definit fil-punt CAMO.B.350.
Minkejja l-punt (c), iċ-ċiklu ta' ppjanar għas-superviżjoni jista' jerġa' jiġi estiż sa massimu ta' 48 xahar jekk, flimkien mal-kundizzjonijiet previsti fil-punti (1) sa (4) tal-ewwel subparagrafu, l-organizzazzjoni tkun stabbiliet, u l-awtorità kompetenti tkun approvat, sistema effettiva ta' rapportar kontinwu lill-awtorità kompetenti dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza u l-konformità regolatorja tal-organizzazzjoni nfisha.
Iċ-ċiklu ta' ppjanar tas-sorveljanza jista' jitqassar jekk ikun hemm evidenza li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni tkun naqset.
Il-programm ta' sorveljanza għandu jinkludi rekords tad-dati meta jmisshom isiru l-awditi, l-ispezzjonijiet u l-laqgħat u tad-dati meta jkunu saru t-tali verifiki, spezzjonijiet u laqgħat.
Malli jitlesta kull ċiklu ta' ppjanar ta' sorveljanza, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ rapport ta' rakkomandazzjoni dwar it-tkomplija tal-approvazzjoni li jirrifletti r-riżultati tas-sorveljanza.
CAMO.B.310 Proċedura ta' ċertifikazzjoni inizjali
Meta tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ inizjali ta' ċertifikat għal organizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli.
Laqgħa mal-maniġer responsabbli tal-organizzazzjoni għandha ssir tal-anqas darba matul l-investigazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni inizjali biex jiġi żgurat li dan jifhem bis-sħiħ is-sinifikat tal-proċess ta' ċertifikazzjoni u r-raġuni għall-iffirmar tad-dikjarazzjoni tal-organizzazzjoni biex tinżamm konformità mal-proċeduri speċifikati fis-CAME.
L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra s-sejbiet, l-azzjonijiet ta' għeluq (azzjonijiet meħtieġa biex tingħalaq sejba) u r-rakkomandazzjonijiet kollha.
L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma bil-miktub is-sejbiet kollha mqajma matul il-verifika mal-organizzazzjoni. Għaċ-ċertifikazzjoni inizjali, is-sejbiet kollha jridu jkunu ġew ikkoreġuti b'mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti qabel ma jkun jista' jinħareġ iċ-ċertifikat.
Meta tkun sodisfatta li l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha:
toħroġ iċ-ċertifikat kif stabbilit fl-Appendiċi I ‘Formola 14 tal-EASA’ għal dan l-Anness;
tapprova s-CAME b'mod formali.
In-numru ta' referenza taċ-ċertifikat għandu jiġi inkluż fiċ-ċertifikat tal-Formola 14 tal-EASA bil-mod speċifikat mill-Aġenzija.
Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ għal perjodu mhux limitat. Il-privileġġi, l-ambitu tal-attivitajiet li l-organizzazzjoni tkun approvata twettaq, inkluża kwalunkwe limitazzjonijiet skont kif applikabbli, għandhom jiġu speċifikati fit-termini tal-approvazzjoni mehmużin maċ-ċertifikat.
Biex l-organizzazzjoni tkun tista' timplimenta bidliet mingħajr approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti skont il-punt (c) tal-punt CAMO.A.130, l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-proċedura rilevanti tas-CAME li tiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni tat-tali bidliet u tiddeskrivi kif dawn se jiġu ġestiti u nnotifikati.
CAMO.B.330 Tibdiliet
Meta tirċievi applikazzjoni għal bidla li tkun teħtieġ approvazzjoni minn qabel, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli qabel ma toħroġ l-approvazzjoni.
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom l-organizzazzjoni tista' tiffunzjona matul it-tibdil, sakemm ma tistabbilixxix li ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni jeħtieġ li jiġi sospiż.
Meta tkun issodisfata li l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha tapprova t-tibdil.
Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura oħra ta' infurzar, meta l-organizzazzjoni timplimenta tibdiliet li jeħtieġu approvazzjoni minn qabel mingħajr ma tkun irċeviet l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti skont il-punt (c), l-awtorità kompetenti għandha tissospendi, tillimita jew tirrevoka ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni.
Għal tibdiliet li ma jkunux jeħtieġu approvazzjoni minn qabel, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta fin-notifika mibgħuta mill-organizzazzjoni skont il-punt (c) tal-punt CAMO.A.130 biex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli. F'każ li jkun hemm xi nuqqas ta' konformità, l-awtorità kompetenti għandha:
tinnotifika lill-organizzazzjoni dwar in-nuqqas ta' konformità u titlob li jsiru aktar tibdiliet;
fil-każ ta' sejbiet tal-livell 1 jew 2, taġixxi skont il-punt CAMO.B.350.
CAMO.B.350 Sejbiet u azzjonijiet korrettivi
L-awtorità kompetenti għandu jkollha sistema biex tanalizza s-sejbiet fir-rigward tas-sinifikat tas-sikurezza tagħhom.
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sejba tal-livell 1 meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas sinifikanti ta' konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni jew mat-termini tal-approvazzjoni jew taċ-ċertifikat li jbaxxu l-livell ta' sikurezza jew li jipperikolaw b'mod serju s-sikurezza tat-titjira.
Is-sejbiet tal-livell 1 għandhom jinkludu:
in-nuqqas ta' għoti ta' aċċess lill-awtorità kompetenti għall-faċilitajiet tal-organizzazzjoni kif iddefinit fil-punt CAMO.A.140 matul il-ħinijiet normali tax-xogħol u wara żewġ talbiet bil-miktub;
il-kisba jew iż-żamma tal-validità taċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni permezz tal-falsifikazzjoni tal-evidenza dokumentata ppreżentata;
evidenza ta' prattika ħażina jew ta' użu qarrieqi taċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni;
in-nuqqas ta' maniġer responsabbli.
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sejba tal-livell 2 meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mar-Regoli ta' Implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni jew mat-termini tal-approvazzjoni jew taċ-ċertifikat li jistgħu jbaxxu l-livell ta' sikurezza jew jipperikolaw is-sikurezza tat-titjira.
Meta tiġi stabbilita sejba waqt is-sorveljanza jew permezz ta' mezzi oħrajn, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr ħsara għal kwalunkwe azzjoni oħra meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, tikkomunika s-sejba lill-organizzazzjoni bil-miktub u titlob għal azzjoni korrettiva biex jiġi/jiġu indirizzat(i) in-nuqqas(ijiet) ta' konformità identifikat(i). Meta sejba tkun direttament relatata ma' inġenju tal-ajru, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Istat li fih ikun reġistrat l-inġenju tal-ajru.
Fil-każ ta' sejbiet tal-livell 1, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni immedjata u xierqa biex twaqqaf jew tillimita l-attivitajiet u, jekk ikun xieraq, għandha tieħu azzjoni biex tirrevoka ċ-ċertifikat jew biex tillimitahom jew tissospendihom kompletament jew parzjalment, skont l-estent tas-sejba tal-livell 1, sa ma l-organizzazzjoni tieħu azzjoni korrettiva b'suċċess.
Fil-każ ta' sejbiet tal-livell 2, l-awtorità kompetenti għandha:
tagħti lill-organizzazzjoni perjodu ta' implimentazzjoni għal azzjoni korrettiva li jkun xieraq għan-natura tas-sejba li, fi kwalunkwe każ, fil-bidu m'għandux ikun iżjed minn 3 xhur. Dan għandu jibda mid-data tal-komunikazzjoni bil-miktub tas-sejba lill-organizzazzjoni, li titlob azzjoni korrettiva għall-indirizzar tan-nuqqas ta' konformità identifikat. Fi tmiem dak il-perjodu, u skont in-natura tas-sejba u l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni fil-passat, l-awtorità kompetenti tista' testendi l-perjodu ta' 3 xhur soġġett għal pjan ta' azzjoni korrettiva sodisfaċenti miftiehem mal-awtorità kompetenti;
tivvaluta l-azzjoni korrettiva u l-pjan ta' implimentazzjoni proposti mill-organizzazzjoni u, jekk il-valutazzjoni tikkonkludi li dawn ikunu biżżejjed biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' konformità, din għandha taċċettahom.
Meta organizzazzjoni tonqos milli tissottometti pjan aċċettabbli ta' azzjoni korrettiva, jew milli twettaq l-azzjoni korrettiva fil-perjodu taż-żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti, is-sejba għandha tittella' għal waħda tal-livell 1 u għandha tittieħed azzjoni skont kif stabbilit fil-punt (d)(1).
L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra s-sejbiet kollha li tkun stabbiliet jew li jkunu ġew ikkomunikati lilha skont il-punt (e) u, fejn ikun japplika, il-miżuri ta' infurzar li tkun applikat, kif ukoll l-azzjonijiet korrettivi kollha u d-data tal-għeluq tal-azzjoni għas-sejbiet.
Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura ta' infurzar oħra, meta l-awtorità ta' Stat Membru li tkun qed taġixxi skont id-dispożizzjonijiet tal-punt (d) tal-punt CAMO.B.300 tidentifika kwalunkwe nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu min-naħa ta' organizzazzjoni ċċertifikata mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor jew mill-Aġenzija, din għandha tinforma lil dik l-awtorità kompetenti u tagħtiha indikazzjoni dwar il-livell tas-sejba.
CAMO.B.355 Sospensjoni, limitazzjoni u revoka
L-awtorità kompetenti għandha:
tissospendi ċertifikat għal raġunijiet validi fil-każ ta' theddida potenzjali għas-sikurezza;
tissospendi, tirrevoka jew tillimita ċertifikat skont il-punt CAMO.B.350;
tissospendi ċertifikat f'każ li l-ispetturi tal-awtorità kompetenti ma jkunux jistgħu jirrilaxxaw, tul perjodu ta' 24 xahar, ir-responsabbiltajiet ta' sorveljanza tagħhom permezz tal-awditu/i fuq il-post minħabba s-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Istat fejn jinsabu l-faċilitajiet.
Appendiċi I
Ċertifikat tal-Organizzazzjoni ta' Ġestjoni tal-Kontinwità tal-Ajrunavigabbiltà - Formola 14 tal-EASA
”
ANNESS VIII
“ANNESS Vd
(Parti-CAO)
|
WERREJ |
|
|
CAO.1 |
Ġenerali |
|
TAQSIMA A — REKWIŻITI TAL-ORGANIZZAZZJONI |
|
|
CAO.A.010 |
Kamp ta' applikazzjoni |
|
CAO.A.015 |
Applikazzjoni |
|
CAO.A.017 |
Mezzi ta' konformità |
|
CAO.A.020 |
Termini tal-approvazzjoni |
|
CAO.A.025 |
Espożizzjoni tal-ajrunavigabbiltà kombinata |
|
CAO.A.030 |
Faċilitajiet |
|
CAO.A.035 |
Rekwiżiti tal-persunal |
|
CAO.A.040 |
Persunal taċ-ċertifikazzjoni |
|
CAO.A.045 |
Persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà |
|
CAO.A.050 |
Komponenti, tagħmir u għodod |
|
CAO.A.055 |
Data tal-manutenzjoni u ordnijiet ta' xogħol |
|
CAO.A.060 |
Standards tal-manutenzjoni |
|
CAO.A.065 |
Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru |
|
CAO.A.070 |
Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-komponenti |
|
CAO.A.075 |
Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
|
CAO.A.080 |
Data ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà |
|
CAO.A.085 |
Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà |
|
CAO.A.090 |
Żamma tar-rekords |
|
CAO.A.095 |
Privileġġi tal-organizzazzjoni |
|
CAO.A.100 |
Reviżjoni tas-sistema tal-kwalità u organizzazzjonali |
|
CAO.A.105 |
Tibdiliet fl-organizzazzjoni |
|
CAO.A.110 |
Validità kontinwa |
|
CAO.A.115 |
Sejbiet |
|
TAQSIMA B — REKWIŻITI TAL-AWTORITÀ |
|
|
CAO.B.010 |
Kamp ta' applikazzjoni |
|
CAO.B.015 |
Awtorità kompetenti |
|
CAO.B.017 |
Mezzi ta' konformità |
|
CAO.B.020 |
Żamma tar-rekords |
|
CAO.B.025 |
Skambju reċiproku ta' informazzjoni |
|
CAO.B.030 |
Responsabbiltajiet |
|
CAO.B.035 |
Eżenzjonijiet |
|
CAO.B.040 |
Applikazzjoni |
|
CAO.B.045 |
Approvazzjoni inizjali |
|
CAO.B.050 |
Ħruġ tal-approvazzjoni |
|
CAO.B.055 |
Superviżjoni kontinwa |
|
CAO.B.060 |
Sejbiet |
|
CAO.B.065 |
Tibdiliet |
|
CAO.B.070 |
Sospensjoni, limitazzjoni u revoka |
|
Appendiċi I — Ċertifikat tal-organizzazzjoni tal-ajrunavigabbiltà kombinata (CAO) |
|
CAO.1 Ġenerali
Għall-finijiet ta' dan l-Anness (Parti-CAO):
l-awtorità kompetenti għandha tkun:
għal organizzazzjonijiet li s-sede prinċipali tagħhom tinsab fi Stat Membru, l-awtorità maħtura mill-istess Stat Membru;
għal organizzazzjonijiet li s-sede prinċipali tagħhom tinsab f'pajjiż terz, l-Aġenzija.
‘sid’ tfisser il-persuna responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, li tinkludi l-persuni li ġejjin:
is-sid reġistrat tal-inġenju tal-ajru;
il-lokatarju fil-każ ta' kuntratt ta' lokazzjoni;
l-operatur.
TAQSIMA A
REKWIŻITI TAL-ORGANIZZAZZJONI
CAO.A.010 Kamp ta' applikazzjoni
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati minn organizzazzjoni tal-ajrunavigabbiltà kombinata (CAO) biex tinħareġ, wara applikazzjoni, approvazzjoni għall-manutenzjoni u għall-kontinwità tal-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u ta' komponenti għall-installazzjoni fuqhom, u biex ikomplu jitwettqu dawk l-attivitajiet, fejn it-tali inġenji tal-ajru ma jkunux klassifikati bħala inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni u ma jkunux elenkati fiċ-ċertifikat ta' operatur tal-ajru ta' operatur tal-ajru li ngħata l-liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008.
CAO.A.015 Applikazzjoni
Is-CAOs għandhom japplikaw għall-ħruġ ta' approvazzjoni tas-CAO, jew għat-tibdil ta' din, mal-awtorità kompetenti f'forma u b'mod stabbiliti minn dik l-awtorità.
CAO.A.017 Mezzi ta' konformità
Mezzi ta' konformità alternattivi għall-Mezzi Aċċettati ta' Konformità adottati mill-Aġenzija jistgħu jintużaw minn organizzazzjoni biex turi l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.
Fejn organizzazzjoni tkun tixtieq tuża mezzi alternattivi ta' konformità, qabel ma tużahom, għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti b'deskrizzjoni sħiħa ta' dawk il-mezzi alternattivi ta' konformità. Dik id-deskrizzjoni għandha tinkludi valutazzjoni li turi l-konformità tal-mezzi alternattivi ta' konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.
L-organizzazzjoni tista' tuża dawk il-mezzi alternattivi ta' konformità soġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti, u meta din tirċievi n-notifika kif previst fil-punt CAO.B.017.
CAO.A.020 Termini tal-approvazzjoni
Is-CAO għandha tispeċifika l-ambitu tal-ħidma approvat fl-espożizzjoni tal-ajrunavigabbiltà kombinata (CAE) tagħha, kif previst fil-punt CAO.A.025.
Għal ajruplani b'massa massima waqt it-tlugħ (MTOM) ta' 2 730 kg u għal ħelikopters b'MTOM ta' aktar minn 1 200 kg jew iċċertifikati għal aktar minn 4 okkupanti, l-ambitu tax-xogħol għandu jindika t-tipi ta' inġenji tal-ajru partikolari. Tibdiliet f'dan l-ambitu tax-xogħol għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti skont il-punt (a) tal-punt CAO.A.105 u l-punt (a) tal-punt CAO.B.065.
Għal magni bit-turbini kompluti, l-ambitu tax-xogħol għandu jindika l-manifattur jew il-grupp jew is-sensiela jew it-tip tal-magna jew il-kompitu/i ta' manutenzjoni. Tibdiliet f'dan l-ambitu tax-xogħol għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti skont il-punt (a) tal-punt CAO.A.105 u l-punt (a) tal-punt CAO.B.065.
CAO li tħaddem biss persuna waħda kemm għall-ippjanar kif ukoll għat-twettiq tal-kompiti ta' manutenzjoni kollha ma jistax ikollha privileġġi għall-manutenzjoni ta':
ajruplani mgħammra b'magna bit-turbini (fil-każ ta' organizzazzjonijiet klassifikati għall-inġenji tal-ajru);
ħelikopters mgħammra b'magna bit-turbini jew b'aktar minn magna bil-pistuni waħda (fil-każ ta' organizzazzjonijiet klassifikati għall-inġenji tal-ajru);
magni kompluti bil-pistuni ta' 450 HP u aktar (fil-każ ta' organizzazzjonijiet klassifikati għall-magni); u
magni bit-turbini kompluti (fil-każ ta' organizzazzjonijiet klassifikati għall-magni).
Għal inġenji tal-ajru li mhumiex dawk imsemmija fil-punt (1), għal komponenti differenti minn magni bit-turbini kompluti u għal servizzi speċjalizzati b'test mhux distruttiv (NDT), l-ambitu tax-xogħol għandu jkun ikkontrollat mis-CAO skont il-proċedura stabbilita fil-punt (a)(11) tal-punt CAO.A.025. Għall-manutenzjoni ta' komponenti differenti minn magni kompluti, l-ambitu tax-xogħol għandu jiġi kklassifikat skont il-klassifikazzjonijiet li ġejjin tas-sistemi:
C1: kundizzjonament u pressurizzazzjoni tal-arja;
C2: pilota awtomatiku;
C3: komunikazzjonijiet u navigazzjoni;
C4: bibien u sportelli;
C5: enerġija elettrika u dwal;
C6: tagħmir;
C7: magna;
C8: kontrolli tat-titjira;
C9: fjuwil;
C10: ħelikopter u rotors;
C11: trażmissjoni tal-ħelikopter;
C12: enerġija idrawlika;
C13: sistema ta' indikazzjoni u ta' reġistrazzjoni;
C14: attrezzatura għall-inżul;
C15: ossiġenu;
C16: skrejjen;
C17: sistemi pnewmatiċi u tal-vakwu;
C18: protezzjoni kontra silġ/xita/nirien;
C19: twieqi;
C20: strutturali;
C21: saborra tal-ilma; u
C22: żieda fil-propulsjoni.
Organizzazzjonijiet li jiksbu approvazzjoni skont dan l-Anness fuq il-bażi ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni eżistenti maħruġa skont is-Sottoparti G jew is-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M) jew l-Anness II (Parti-145) skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 4, għandhom jinkludu fl-ambitu tax-xogħol id-dettalji neċessarji kollha biex jiżguraw li l-privileġġi jkunu l-istess bħal dawk inklużi fl-approvazzjoni eżistenti.
L-approvazzjoni tas-CAO għandha tinħareġ fuq il-bażi tal-mudell stabbilit fl-Appendiċi I għal dan l-Anness.
CAO tista' tiffabbrika, f'konformità mad-data tal-manutenzjoni, firxa ristretta ta' partijiet għall-użu matul it-twettiq tal-ħidma fi ħdan il-faċilitajiet tagħha stess, kif indikat fis-CAE tagħha.
CAO.A.025 Espożizzjoni tal-ajrunavigabbiltà kombinata
Is-CAO għandha tipprovdi manwal li jkun fih tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
dikjarazzjoni ffirmata mill-maniġer responsabbli li tikkonferma li l-organizzazzjoni f'kull ħin se taħdem skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness u s-CAE;
l-ambitu tax-xogħol tas-CAE;
il-kariga/i u l-isem/ismijiet tal-persuna/i responsabbli msemmija fil-punti (a) u (b) tal-punt CAO.A.035;
organigramma li turi l-ktajjen ta' responsabbiltà bejn il-persuna/i msemmija fil-punti (a) u (b) ta' CAO.A.035;
lista tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni bl-ambitu tal-approvazzjoni tiegħu, jekk jeżisti t-tali persunal;
lista tal-persunal responsabbli għall-iżvilupp u l-approvazzjoni tal-programmi ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru (AMPs) bl-ambitu tal-approvazzjoni tiegħu, jekk jeżisti t-tali persunal;
lista tal-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà bl-ambitu tal-approvazzjoni tiegħu, jekk jeżisti t-tali persunal;
lista tal-persunal responsabbli għall-ħruġ tal-permessi għat-titjir, jekk jeżisti t-tali persunal;
deskrizzjoni ġenerali tal-faċilitajiet u l-post fejn jinsabu;
proċeduri li jispeċifikaw kif is-CAO għandha tiżgura konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness;
il-proċedura ta' emendar tas-CAE, kif previst fil-punt (b) tal-punt CAO.A.105.
Is-CAE inizjali għandha tkun approvata mill-awtorità kompetenti.
L-emendi għas-CAE għandhom jiġu mmaniġġjati skont il-punt CAO.A.105.
CAO.A.030 Faċilitajiet
Is-CAO għandha tiżgura li l-faċilitajiet neċessarji kollha, li jinkludu akkomodazzjoni adegwata tal-uffiċċju, ikunu pprovduti biex hi tkun tista' twettaq il-ħidma ppjanata kollha.
Barra minn hekk, fejn l-ambitu tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni jkun jinkludi attivitajiet ta' manutenzjoni, is-CAO għandha tiżgura li:
workshops, ħangars u bays speċjalizzati jipprovdu protezzjoni adegwata kontra kontaminazzjoni u l-ambjent;
huma pprovduti faċilitajiet ta' ħżin siguri għal komponenti, tagħmir, għodod u materjali, f'kundizzjonijiet li jiżguraw li komponenti u materjali li ma jistgħux jintużaw jiġu ssegregati mill-komponenti, il-materjali, it-tagħmir u l-għodod l-oħra kollha, li l-istruzzjonijiet tal-manifattur għall-ħżin jiġu rrispettati u li l-aċċess għall-faċilitajiet ta' ħżin ikun ristrett għal persunal awtorizzat.
CAO.A.035 Rekwiżiti tal-persunal
Is-CAO għandha taħtar maniġer responsabbli, li għandu jkollu awtorità li jiżgura li l-attivitajiet kollha tal-organizzazzjoni jkunu jistgħu jiġu ffinanzjati b'tali mod li dawk l-attivitajiet jitwettqu skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness.
Il-maniġer responsabbli għandu jinnomina persuna jew grupp ta' persuni li għandhom ikunu responsabbli għall-iżgurar li s-CAO dejjem tkun konformi mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness. Dik/dawk il-persuna/i għandha/għandhom fl-aħħar mill-aħħar taqa'/jaqgħu taħt l-awtorità tal-maniġer responsabbli.
Il-persuni kollha msemmija fil-punt (b) għandu jkollhom l-għarfien, l-isfond u l-esperjenza rilevanti relatati mal-kontinwità tal-ġestjoni jew tal-manutenzjoni tal-ajrunavigabbiltà, kif ikun xieraq għall-funzjonijiet tagħhom.
Is-CAO għandu jkollha biżżejjed persunal kwalifikat kif xieraq biex tkun tista' twettaq il-ħidma ppjanata. Is-CAO għandha tkun intitolata tuża persunal sottokuntrattat b'mod temporanju.
Is-CAO għandha tivvaluta u tirreġistra l-kwalifiki tal-persunal kollu.
Il-persunal li jwettaq kompiti speċjalizzati bħalma hu l-iwweldjar jew spezzjoni b'test mhux distruttiv (‘NDT’) ħlief għall-ispezzjonijiet tal-kuntrast tal-kuluri għandu jkun kwalifikat f'konformità mal-istandard uffiċjalment rikonoxxut
CAO.A.040 Persunal taċ-ċertifikazzjoni
Il-persunal taċ-ċertifikazzjoni għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5. Dan għandu jeżerċita l-privileġġi tiegħu ta' rilaxx tal-manutenzjoni biss jekk is-CAO tkun żgurat:
li dan il-persunal taċ-ċertifikazzjoni jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt (b) tal-punt 66.A.20 tal-Anness III (Parti-66) ħlief meta l-paragrafu 6 tal-Artikolu 5 jirreferi għal regolament nazzjonali ta' Stat Membru, f'liema każ dan għandu jkun jissodisfa r-rekwiżiti tat-tali regolament;
li dan il-persunal taċ-ċertifikazzjoni jkollu għarfien adegwat dwar l-inġenju tal-ajru jew il-komponent(i) tal-inġenju tal-ajru rilevanti li jkunu se jiġu mantnuti, jew dwar it-tnejn, kif ukoll dwar il-proċeduri ta' organizzazzjoni meħtieġa biex issir it-tali manutenzjoni.
B'deroga mill-punt (a), f'ċirkustanzi mhux previsti li fihom inġenju tal-ajru jinżamm milli jtir f'post differenti mill-bażi prinċipali fejn ma jkun hemm ebda persunal taċ-ċertifikazzjoni xieraq disponibbli, is-CAO mogħtija l-kuntratt biex tipprovdi appoġġ għall-manutenzjoni tista' toħroġ awtorizzazzjoni ta' ċertifikazzjoni ta' darba, b'mod alternattiv:
lil wieħed mill-impjegati tagħha li jkollu l-kwalifiki tat-tip għal inġenju tal-ajru b'teknoloġija, kostruzzjoni u sistemi simili;
lil kwalunkwe persuna b'mhux anqas minn 3 snin esperjenza fil-manutenzjoni u li jkollha liċenzja valida tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru tal-ICAO ikklassifikata għat-tip ta' inġenju tal-ajru li jeħtieġ iċ-ċertifikazzjoni, dment li ma jkun hemm ebda organizzazzjoni approvata skont dan l-Anness f'dak il-post u s-CAO mogħtija l-kuntratt tikseb u jkollha evidenza fil-fajl tal-esperjenza u l-liċenzja ta' dik il-persuna.
Il-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' ċertifikazzjoni ta' darba għandu jiġi rrapportat mis-CAO lill-awtorità kompetenti fi żmien 7 ijiem mill-ħruġ. Is-CAO li toħroġ l-awtorizzazzjoni ta' ċertifikazzjoni ta' darba għandha tiżgura li kwalunkwe manutenzjoni ta' dan it-tip li tista' taffettwa s-sigurtà tat-titjira terġa' tiġi verifikata.
Permezz ta' deroga mill-punt (a), is-CAO tista' tuża persunal taċ-ċertifikazzjoni kkwalifikat skont ir-rekwiżiti li ġejjin meta tipprovdi appoġġ ta' manutenzjoni lil operaturi involuti f'operazzjonijiet kummerċjali, soġġett għal proċeduri xierqa li għandhom jiġu approvati bħala parti mis-CAE:
għal direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà (AD) ta' qabel it-titjira ripetittiva li tiddikjara b'mod speċifiku li l-ekwipaġġ tat-titjira jista' jwettaq AD bħal din, is-CAO tista' toħroġ awtorizzazzjoni limitata ta' persunal taċ-ċertifikazzjoni lill-bdot fil-kmand fuq il-bażi tal-liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira miżmuma, dment li s-CAO tiżgura li jkun ġie riċevut taħriġ prattiku suffiċjenti mill-bdot fil-kmand biex hu jkun jista' jwettaq l-AD sal-istandard meħtieġ;
fil-każ ta' inġenju tal-ajru li jopera lil hinn minn post appoġġjat, is-CAO tista' toħroġ awtorizzazzjoni limitata ta' persunal taċ-ċertifikazzjoni lill-bdot fil-kmand, fuq il-bażi tal-liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira miżmuma, dment li l-organizzazzjoni tiżgura li jkun ingħata biżżejjed taħriġ prattiku biex it-tali kmandant ikun jista' jwettaq il-kompitu skont l-istandard meħtieġ.
Is-CAO għandha tirreġistra d-dettalji li jikkonċernaw il-persunal taċ-ċertifikazzjoni u żżomm lista aġġornata tal-persunal taċ-ċertifikazzjoni kollu, flimkien mad-dettalji dwar l-ambitu tal-approvazzjoni tiegħu, bħala parti mill-espożizzjoni tal-organizzazzjoni.
CAO.A.045 Persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà
Biex tkun approvata twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u, jekk applikabbli, toħroġ permessi għat-titjir, CAO għandu jkollha persunal xieraq tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
ikun kiseb tal-anqas sena (1) esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għal gliders u blalen tal-arja u tal-anqas 3 snin esperjenza għal kull inġenju tal-ajru ieħor;
ikollu liċenzja xierqa maħruġa skont l-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament jew lawrja ajrunawtika jew ekwivalenti jew tal-anqas sentejn (2) esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà minbarra dik imsemmija fil-punt (1) għal gliders u blalen tal-arja u tal-anqas 4 snin esperjenza għal kull inġenju tal-ajru ieħor;
ikun kiseb taħriġ xieraq fil-manutenzjoni ajrunawtika.
Qabel ma s-CAO toħroġ awtorizzazzjoni lil persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, is-CAO għandha tinnomina lill-persuna li tkun se twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti jew taħt is-superviżjoni ta' persuna diġà awtorizzata bħala persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tas-CAO. Jekk din is-superviżjoni tkun sodisfaċenti, l-awtorità kompetenti għandha taċċetta formalment lill-persunal bħala persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà.
Is-CAO għandha tiżgura li l-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tagħha jista' juri esperjenza riċenti xierqa fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà.
Kull membru tal-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għandu jkun identifikat fis-CAE f'lista li jkun fiha l-awtorizzazzjoni tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt (b).
Is-CAO għandha żżomm rekord tal-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà kollu tagħha, li għandu jinkludi dettalji ta' kwalunkwe kwalifika xierqa u sommarju tal-esperjenza u t-taħriġ rilevanti fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-persuna kkonċernata, kif ukoll kopja tal-awtorizzazzjoni tagħha. Għandha żżomm dak ir-rekord għal perjodu minimu ta' sentejn (2) wara d-data li fiha l-persuna kkonċernata ma tibqax taħdem għas-CAO.
CAO.A.050 Komponenti, tagħmir u għodod
Is-CAO:
għandha żżomm it-tagħmir u l-għodod speċifikati fid-data tal-manutenzjoni pprovduta fil-punt CAO.A.055, jew l-ekwivalenti vverifikati kif elenkati fis-CAE, kif ikun meħtieġ għall-manutenzjoni ta' kuljum fl-ambitu tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni;
għandu jkollha proċedura biex tiżgura li jkollha aċċess għal kull tagħmir u għodda oħrajn neċessarji biex twettaq ħidmietha, użati biss fuq bażi okkażjonali, fejn ikun hemm bżonn.
Is-CAO għandha tiżgura li l-għodod u t-tagħmir li tuża jkunu kkontrollati u kkalibrati skont standard rikonoxxut b'mod uffiċjali. Għandha żżomm rekords tat-tali kalibrar u l-istandards użati u tikkonforma mal-punt CAO.A.090.
Is-CAO għandha tispezzjona, tikklassifika u tissegrega kif xieraq kull komponent li jidħol skont il-punti M.A.501 u M.A.504 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punti ML.A.501 u ML.A.504 tal-Anness Vb (Parti-ML), kif applikabbli.
CAO.A.055 Data tal-manutenzjoni u ordnijiet ta' xogħol
Is-CAO għandha żżomm u tuża data kurrenti applikabbli tal-manutenzjoni speċifikata fil-punt M.A.401 tal-Anness I (Parti-M) jew fil-punt ML.A.401 tal-Anness Vb (Parti-ML), kif ikun applikabbli, fit-twettiq tal-manutenzjoni, inklużi l-modifiki u t-tiswijiet. Madankollu, fil-każ ta' data tal-manutenzjoni pprovduta mill-klijenti, din għandha tkun meħtieġa żżomm it-tali data biss waqt li tkun għaddejja l-ħidma.
Qabel tibda l-manutenzjoni, għandha tkun miftehma ordni ta' xogħol bil-miktub bejn is-CAO u l-persuna jew l-organizzazzjoni li titlob il-manutenzjoni, b'mod li tkun stabbilita b'mod ċar il-manutenzjoni li għandha ssir.
CAO.A.060 Standards tal-manutenzjoni
Meta tagħmel il-manutenzjoni, is-CAO għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
tiżgura li kwalunkwe persuna li twettaq il-manutenzjoni tkun kwalifikata skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness;
tiżgura li l-erja li fiha titwettaq il-manutenzjoni tkun organizzata sewwa u nadifa (b'ebda ħmieġ jew kontaminazzjoni);
tuża l-metodi, it-tekniki, l-istandards u l-istruzzjonijiet speċifikati fid-data tal-manutenzjoni u l-ordnijiet ta' xogħol msemmija fil-punt CAO.A.055;
tuża l-għodod, it-tagħmir u l-materjal speċifikati fil-punt CAO.A.050;
tiżgura li l-manutenzjoni titwettaq skont kwalunkwe limitazzjoni ambjentali speċifikata fid-data dwar il-manutenzjoni msemmija fil-punt CAO.A.055;
tiżgura li l-faċilitajiet xierqa jintużaw f'każ ta' temp ħażin u jew manutenzjoni twila;
tiżgura li jiġu minimizzati r-riskju ta' żbalji multipli matul il-manutenzjoni u r-riskju li l-iżbalji jiġu ripetuti f'kompiti ta' manutenzjoni identiċi;
tiżgura li jiġi implimentat metodu li jaqbad l-iżbalji wara t-twettiq ta' kwalunkwe kompitu kritiku ta' manutenzjoni;
twettaq verifika ġenerali, wara li titlesta l-manutenzjoni, biex tiżgura li l-inġenju tal-ajru jew il-komponent ma għandu l-ebda għodda, tagħmir u kwalunkwe part u materjal estranju u li l-pannelli kollha ta' aċċess maqlugħin ikunu twaħħlu mill-ġdid;
tiżgura li l-manutenzjoni mwettqa kollha tkun reġistrata u dokumentata kif xieraq.
CAO.A.065 Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru
Meta titlesta kwalunkwe manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru mwettqa skont dan l-Anness, għandu jinħareġ CRS ta' inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.801 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt ML.A.801 tal-Anness Vb (Parti-ML), kif ikun applikabbli.
CAO.A.070 Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-komponenti
Meta titlesta l-manutenzjoni tal-komponenti kollha skont dan l-Anness, għandu jinħareġ CRS ta' inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.802 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt ML.A.802 tal-Anness Vb (Parti-ML), kif ikun applikabbli. Għandha tinħareġ Formola 1 tal-EASA skont l-Appendiċi II għall-Anness I (Parti-M), ħlief kif previst fil-punti (b) jew (d) tal-punt M.A.502 jew M.A.502 tal-Anness I (Parti-M) u l-punt ML.A.502 tal-Anness Vb (Parti-ML) u għall-komponenti ffabrikati skont il-punt (c) tal-punt CAO.A.020.
Il-Formola 1 tal-EASA msemmija fil-punt (a) tista' tiġi ġġenerata minn bażi ta' data kompjuterizzata.
CAO.A.075 Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
Il-ġestjoni kollha tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandha titwettaq skont ir-rekwiżiti tas-Sottoparti Ċ tal-Anness I (Parti-M) jew is-Sottoparti Ċ tal-Anness Vb (Parti-ML), kif ikun applikabbli.
Għal kull inġenju tal-ajru ġestit, is-CAO għandha:
tiżviluppa u tikkontrolla l-AMP għall-inġenju tal-ajru ġestit u:
fil-każ ta' inġenju tal-ajru li jikkonforma mal-Anness Vb (Parti-ML), tapprova l-AMP u l-emendi tiegħu, jew
fil-każ ta' inġenju tal-ajru li jikkonforma mal-Anness I (Parti-M), tippreżenta l-AMP u l-emendi tiegħu lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni, sakemm l-approvazzjoni ma tkunx koperta minn proċedura ta' approvazzjoni indiretta skont il-punt (c) tal-punt M.A.302 tal-Anness I (Parti-M);
tipprovdi kopja tal-AMP lis-sid;
tiżgura li d-data użata għal kwalunkwe modifika u tiswija tikkonforma mal-punti M.A.304 jew ML.A.304, kif ikun applikabbli;
tiżgura li l-manutenzjoni kollha titwettaq skont l-AMP u tiġi rilaxxata skont it-Taqsima A, Sottoparti H tal-Anness I (Parti-M), it-Taqsima A tal-Anness II (Part-145) jew it-Taqsima A, Sottoparti H tal-Anness Vb (Parti-ML), kif ikun applikabbli;
tiżgura li jiġu implimentati l-ADs applikabbli kollha u d-direttivi operazzjonali kollha b'impatt fuq il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà;
tiżgura li d-difetti kollha li jkunu nkixfu matul manutenzjoni jew irrapportati jiġu kkoreġuti minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata kif xieraq jew minn persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni;
tiżgura li l-inġenju tal-ajru jinġieb għall-manutenzjoni għand organizzazzjoni approvata kif xieraq jew għand persunal indipendenti taċ-ċertifikazzjoni, kull meta jkun hemm bżonn;
tikkoordina l-manutenzjoni skedata, l-applikazzjoni tal-ADs, il-bdil ta' partijiet li jistgħu jintużaw għal żmien limitat u l-ispezzjoni tal-komponenti biex tiżgura li l-ħidma ssir kif xieraq;
timmaniġġja u tarkivja kull rekord dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u, jekk applikabbli, ir-reġistrazzjoni teknika tal-inġenju tal-ajru;
tiżgura li d-dikjarazzjoni dwar il-massa u l-bilanċ tirrifletti l-istat attwali tal-inġenju tal-ajru.
CAO.A.080 Data ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà
Is-CAO għandha żżomm u tuża data kurrenti applikabbli tal-manutenzjoni speċifikata fil-punt M.A.401 tal-Anness I (Parti-M) jew fil-punt ML.A.401 tal-Anness Vb (Parti-ML), kif ikun applikabbli, għat-twettiq tal-kompiti tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punti CAMO.A.315 u CAO.A.075, rispettivament. Din id-data tista' tiġi pprovduta mis-sid, soġġett għal kuntratt kif imsemmi fil-punti (h)(2), (i)(1), (e) jew (f) tal-punt M.A.201, f'liema każ is-CAO jkollha bżonn iżżomm it-tali data biss għad-durata tal-kuntratt, ħlief fejn ikollha bżonn iżżomm id-data skont il-punt (b) tal-punt CAO.A.090.
CAO.A.085 Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà
Is-CAO għandha twettaq kwalunkwe reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.903 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (Parti-ML), kif ikun applikabbli.
CAO.A.090 Żamma tar-rekords
Is-CAO għandha żżomm ir-rekords li ġejjin:
ir-rekords tal-manutenzjoni neċessarji biex jintwera li r-rekwiżiti kollha ta' dan l-Anness ġew issodisfati għall-ħruġ tas-CRS, inklużi d-dokumenti tar-rilaxx tas-sottokuntrattur; is-CAO għandha tipprovdi kopja ta' kull CRS lis-sid tal-inġenju tal-ajru, flimkien ma' kopja ta' kwalunkwe data speċifika tat-tiswija jew tal-modifika użata għat-tiswijiet jew għall-modifiki mwettqa;
ir-rekords dwar il-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà meħtieġa minn kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
il-punt M.A.305 u, jekk applikabbli, il-punt M.A.306 tal-Anness I (Parti-M);
il-punt ML.A.305 tal-Anness Vb (Parti-ML);
meta s-CAO jkollha l-privileġġ imsemmi fil-punt (c) tal-punt CAO.A.095, hi għandha żżomm kopja ta' kull ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (ARC) maħruġ skont il-punt (a) tal-punt ML.A.901 tal-Anness Vb (Parti-ML) u rakkomandazzjoni maħruġa jew, jekk ikun applikabbli, estiża, flimkien mad-dokumenti ta' sostenn kollha;
meta s-CAO jkollha l-privileġġ imsemmi fil-punt (d) tal-punt CAO.A.095, għandha żżomm kopja ta' kull permess għat-titjir maħruġ skont il-punt 21.A.729 tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.
Is-CAO għandha żżomm kopja tar-rekords deskritti fil-punt (a)(1), u kwalunkwe data tal-manutenzjoni assoċjata, għal perjodu ta' 3 snin mid-data li fiha din tkun irrilaxxat għas-servizz l-inġenju tal-ajru jew il-komponent tal-inġenju tal-ajru li miegħu tkun relatata l-ħidma.
Is-CAO għandha żżomm kopja tar-rekords imsemmija fil-punti (a)(2) sa (a)(4) għal perjodu ta' sentejn (2) mid-data li fiha l-inġenju tal-ajru jkun ġie rtirat b'mod permanenti mis-servizz.
Ir-rekords kollha għandhom jinħażnu b'tali mod li jiżgura li jitħarsu mill-ħsara, it-tibdil jew is-serq.
Kull ħardwer tal-kompjuter użat għal kopja ta' riżerva tar-rekords tal-manutenzjoni għandu jinħażen f'post differenti minn dak li fih dik id-data u f'ambjent li jiżgura li jibqa' f'kundizzjoni tajba.
Meta l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru tiġi ttrasferita lil organizzazzjoni jew persuna oħra, ir-rekords kollha miżmuma skont il-punti (a)(2) sa (a)(4) għandhom jiġu ttrasferiti lil dik l-organizzazzjoni jew il-persuna. Mill-mument tat-trasferiment, il-punti (b) u (c) għandhom japplikaw għal dik l-organizzazzjoni jew il-persuna.
Meta s-CAO ttemm l-operazzjoni tagħha, ir-rekords miżmuma kollha għandhom jiġu ttrasferiti kif ġej:
ir-rekords imsemmija fil-punt (a)(1) għandhom jiġu ttrasferiti lill-aħħar sid jew klijent tal-inġenju tal-ajru jew tal-komponent rispettiv jew għandhom jinħażnu kif speċifikat mill-awtorità kompetenti;
ir-rekords imsemmija fil-punt (a)(2) sa (a)(4) għandhom jiġu ttrasferiti lil sid l-inġenju tal-ajru.
CAO.A.095 Privileġġi tal-organizzazzjoni
Is-CAO għandu jkollha l-privileġġi li ġejjin:
Manutenzjoni
Tmantni kwalunkwe inġenju tal-ajru jew komponent li għalih tkun approvata fil-postijiet speċifikati fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni u s-CAE.
Torganizza t-twettiq ta' servizzi speċjalizzati f'organizzazzjoni oħra kwalifikata kif xieraq taħt il-kontroll tas-CAO, skont il-proċeduri xierqa stabbiliti fis-CAE u approvati mill-awtorità kompetenti.
Tmantni kwalunkwe inġenju tal-ajru jew komponent li għalih tkun approvata fi kwalunkwe post, fejn il-ħtieġa għal din il-manutenzjoni tirriżulta jew minn qagħda fejn l-inġenju tal-ajru ma jkunx jista' jissewwa jew mill-ħtieġa ta' sostenn għal manutenzjoni okkażjonali, skont il-kundizzjonijiet speċifikati fis-CAE.
Toħroġ ċertifikati ta' ħruġ għall-użu mat-tlestija tal-manutenzjoni, skont il-punt CAO.A.065 jew CAO.A.070.
Ġestjoni tal-kontinwità tan-navigabbiltà
Timmaniġġja l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' kwalunkwe inġenju tal-ajru li tkun approvata għalih.
Tapprova l-AMP, skont il-punt (b)(2) tal-punt ML.A.302, għal inġenji tal-ajru ġestiti skont l-Anness Vb (Parti-ML).
Twettaq kompiti limitati tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ma' kwalunkwe organizzazzjoni mogħtija l-kuntratt li tkun qiegħda taħdem taħt is-sistema tal-kwalità tagħha, kif elenkat fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni.
Testendi, skont il-punt (f) tal-punt M.A.901 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt (c) tal-punt ML.A.901 tal-Anness Vb (Parti-ML), ARC li jkun inħareġ mill-awtorità kompetenti, CAO oħra jew CAMO.
Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà:
CAO bis-sede prinċipali tagħha f'wieħed mill-Istati Membri, li l-approvazzjoni tagħha tkun tinkludi l-privileġġi msemmija fil-punt (b), tista' tkun approvata biex twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.901 tal-Anness I (Parti-M) jew il-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (Parti-ML), skont kif applikabbli, u:
toħroġ l-ARC relatat jew ir-rakkomandazzjoni għall-ħruġ tal-ARC;
testendi l-validità ta' ARC eżistenti.
CAO bis-sede prinċipali tagħha f'wieħed mill-Istati Membri, li l-approvazzjoni tagħha tkun tinkludi l-privileġġi msemmija fil-punt (a), tista' tkun approvata biex twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt ML.A.903 tal-Anness Vb (Parti-ML) u toħroġ l-ARC relatat.
Permess għat-titjir
CAO bis-sede prinċipali tagħha f'wieħed mill-Istati Membri, li l-approvazzjoni tagħha tinkludi l-privileġġi msemmija fil-punt (c), tista' tkun approvata toħroġ permess għat-titjir skont il-punt (d) tal-punt 21.A.711 tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għal dawk l-inġenji tal-ajru li għalihom hi tista' toħroġ l-ARC meta tattesta l-konformità mal-kundizzjonijiet tat-titjira approvati, skont proċedura adegwata prevista fis-CAE.
CAO tista' tkun approvata għal privileġġ wieħed jew aktar.
CAO.A.100 Reviżjoni tas-sistema tal-kwalità u organizzazzjonali
Biex tiżgura li s-CAO tkompli tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan l-Anness, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi sistema tal-kwalità u tqabbad maniġer tal-kwalità.
Is-sistema tal-kwalità għandha tissorvelja t-twettiq tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni koperti minn dan l-Anness. B'mod partikolari, din għandha tissorvelja:
li dawk l-attivitajiet kollha jitwettqu skont il-proċeduri approvati;
li l-kompiti ta' manutenzjoni kollha mogħtija b'kuntratt jitwettqu skont il-kuntratt;
li l-organizzazzjoni tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.
Għandhom jinżammu rekords ta' dak il-monitoraġġ tal-anqas għas-sentejn (2) preċedenti.
Meta l-organizzazzjoni li jkollha approvazzjoni tas-CAO tiġi approvata wkoll skont Anness li ma jkunx dan l-Anness, is-sistema tal-kwalità tista' tiġi kombinata ma' dik meħtieġa mill-Anness l-ieħor.
CAO tista' titqies CAO żgħira meta tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-ambitu tas-CAO ma jkunx fiha biss inġenji tal-ajru koperti mill-Parti-ML.
Is-CAO ma taqbiżx l-10 membri tal-persunal ekwivalenti għal full-time involuti fil-manutenzjoni.
Is-CAO ma taqbiżx il-5 membri tal-persunal ekwivalenti għal full-time involuti fil-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà.
Fil-każ ta' CAO żgħira, is-sistema tal-kwalità tista' tiġi ssostitwita minn reviżjonijiet organizzazzjonali regolari, soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti. F'dak il-każ, is-CAO m'għandhiex tagħti b'kuntratt kompiti tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà lil partijiet oħra.
CAO.A.105 Tibdiliet fl-organizzazzjoni
Biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tiddetermina l-konformità kontinwata ma' din il-Parti, l-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni għandha tavżaha b'xi proposta biex twettaq it-tibdiliet li ġejjin, qabel tali tibdiliet iseħħu:
tibdiliet li jaffettwaw l-informazzjoni li tinsab fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni stabbilit fl-Appendiċi I u t-termini tal-approvazzjoni ta' dan l-Anness;
tibdiliet fil-persuni msemmija fil-punti CAO.A.035 (a) u (b);
tibdiliet fit-tipi ta' inġenji tal-ajru koperti mill-ambitu tax-xogħol imsemmi fil-punt (a)(1) tal-punt CAO.A.020 fil-każ ta' ajruplani b'massa massima waqt it-tlugħ (MTOM) ta' aktar minn 2 730 kg u fil-każ ta' ħelikopters b'MTOM ta' aktar minn 1 200 kg jew iċċertifikati għal aktar minn 4 okkupanti;
tibdiliet fl-ambitu tax-xogħol imsemmija fil-punt (a)(2) ta' CAO.A.020 fil-każ ta' magni bit-turbini kompluti;
tibdiliet fil-proċedura ta' kontroll stabbilita fil-punt (b) tal-punt CAO.A.105.
Kwalunkwe tibdil ieħor fil-postijiet, il-faċilitajiet, it-tagħmir, l-għodod, il-materjal, il-proċeduri, l-ambitu tax-xogħol u l-persunal għandu jkun ikkontrollat mis-CAO permezz ta' proċedura ta' kontroll prevista fis-CAE. Is-CAO għandha tissottometti deskrizzjoni ta' dawk it-tibdiliet u l-emendi korrispondenti tas-CAE lill-awtorità kompetenti fi żmien 15-il jum mill-jum li fih iseħħ it-tibdil.
CAO.A.110 Validità kontinwa
Approvazzjoni għandha tinħareġ għal durata illimitata u għandha tibqa' valida soġġetta għal dawn il-kundizzjonijiet:
l-organizzazzjoni tibqa' konformi mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness, b'mod partikolari kif inhuma mmaniġġjati s-sejbiet skont il-punt CAO.A.115;
l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni biex tiddetermina l-kontinwità tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness;
l-awtorità kompetenti ma tkunx ċediet jew irrevokat l-approvazzjoni.
Malli ċċedi jew tirrevoka l-approvazzjoni, l-organizzazzjoni għandha tirritorna ċ-ċertifikat tal-approvazzjoni lill-awtorità kompetenti.
CAO.A.115 Sejbiet
Sejba ta' Livell 1 hi kull nuqqas ta' konformità sinifikanti mar-rekwiżiti tal-Parti-CAO li jbaxxi l-istandard tas-sikurezza u jipperikola s-sigurtà tat-titjira serjament.
Sejba tal-Livell 2 hi kwalunkwe nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-Parti-CAO li jista' jnaqqas l-istandard ta' sikurezza u possibilment jipperikola s-sigurtà tat-titjira.
Wara li tirċievi notifika ta' sejba skont il-punt CAO.B.060, is-CAO għandha tadotta pjan ta' azzjoni korrettiva u turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li hi tkun ħadet l-azzjoni korrettiva neċessarja biex tindirizza s-sejba fi ħdan il-perjodu ta' żmien stabbilit minn dik l-awtorità.
TAQSIMA B
REKWIŻITI TAL-AWTORITÀ
CAO.B.010 Kamp ta' applikazzjoni
Din it-Taqsima tistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi li għandhom jiġu ssodisfati mill-awtoritajiet kompetenti b'rabta mar-rekwiżiti għall-organizzazzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima A.
CAO.B.017 Mezzi ta' konformità
L-Aġenzija għandha tiżviluppa Mezzi Aċċettabbli ta' Konformità (AMC) li jistgħu jintużaw biex tintwera l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.
Mezzi alternattivi ta' konformità jistgħu jintużaw biex tintwera l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema biex tevalwa b'mod konsistenti li l-mezzi alternattivi kollha ta' konformità użati minn organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt is-sorveljanza tagħha jippermettu li tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) Nru 2018/1139 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.
L-awtorità kompetenti għandha tevalwa l-mezzi alternattivi ta' konformità kollha proposti minn organizzazzjoni skont il-punt CAO.A.017, billi tanalizza d-dokumentazzjoni pprovduta u, jekk ikun meqjus neċessarju, billi tagħmel spezzjoni tal-organizzazzjoni.
Meta l-awtorità kompetenti ssib li l-mezzi alternattivi ta' konformità huma skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu, din għandha, mingħajr dewmien żejjed:
tgħarraf lill-applikant li l-mezzi alternattivi ta' konformità jistgħu jintużaw u, jekk ikun applikabbli, temenda l-approvazzjoni jew iċ-ċertifikat tal-applikant kif meħtieġ;
tinnotifika lill-Aġenzija bil-kontenut tagħhom, inklużi kopji tad-dokumentazzjoni rilevanti kollha.
CAO.B.020 Żamma tar-rekords
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta' żamma ta' rekords li tippermetti traċċabbiltà adegwata tal-proċess ta' żamma tar-rekords biex toħroġ, tissokta, tibdel, tissospendi jew tirrevoka kull ċertifikat maħruġ.
Ir-rekords tal-awtorità kompetenti għas-sorveljanza tal-organizzazzjonijiet approvati skont dan l-Anness għandhom jinkludu, bħala minimu:
l-applikazzjoni għal approvazzjoni ta' organizzazzjoni;
iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni ta' organizzazzjoni, inkluż kwalunkwe tibdil fih;
kopja tal-programm tal-awditjar tal-organizzazzjoni, li telenka d-dati li fihom twettqu l-awditi u meta ser isiru;
ir-rekords tal-kontinwità tas-sorveljanza, inklużi r-rekords tal-awditjar kollha, kif previst fil-punt CAO.B.055;
is-sejbiet kollha, l-azzjonijiet meħtieġa biex jingħalqu s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet;
kopji tal-korrispondenza rilevanti kollha mal-organizzazzjoni;
dettalji ta' kwalunkwe eżenzjoni skont il-punt CAO.B.035 u l-azzjonijiet ta' infurzar;
kwalunkwe rapport minn awtoritajiet kompetenti oħra relatat mas-sorveljanza tal-organizzazzjoni;
is-CAE u l-emendi għalih;
kopji ta' kull dokument ieħor approvat mill-awtorità kompetenti.
Il-perjodu ta' żamma għar-rekords elenkati taħt il-punt (b) għandu jkun tal-anqas ta' 5 snin.
Ir-rekords kollha għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor jew lill-Aġenzija fuq talba.
CAO.B.025 Skambju reċiproku ta' informazzjoni
Fejn ikun hemm għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw informazzjoni.
Fil-każ ta' theddida potenzjali għas-sikurezza li tinvolvi lil bosta Stati Membri, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jgħinu lil xulxin fit-twettiq tal-azzjoni ta' sorveljanza meħtieġa.
CAO.B.030 Responsabbiltajiet
L-awtorità kompetenti għandha twettaq l-ispezzjonijiet u l-investigazzjonijiet neċessarji biex tivverifika u tiżgura li l-organizzazzjonijiet li għalihom hi responsabbli skont il-punt CAO.1 jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Taqsima A ta' dan l-Anness.
CAO.B.035 Eżenzjonijiet
Meta Stat Membru jagħti eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' dan l-Anness skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1139, l-awtorità kompetenti għandha żżomm rekord tal-eżenzjoni. Għandha tikseb dawk ir-rekords kif previst fil-punt (b)(6) tal-punt CAO.B.020.
CAO.B.040 Applikazzjoni
Meta faċilitajiet tas-CAO jkunu jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed, il-proċedura ta' ċertifikazzjoni inizjali u s-sorveljanza kontinwata tal-approvazzjoni għandhom jitwettqu f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri li fit-territorju tagħhom jinsabu l-faċilitajiet l-oħra. M.B.
CAO.B.045 Proċedura ta' ċertifikazzjoni inizjali
Meta jkun ġie stabbilit li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta' CAO.A.035, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika b'mod formali lill-applikant dwar l-aċċettazzjoni tal-persunal.
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-proċeduri speċifikati fis-CAE jikkonformaw mat-Taqsima A, u li l-maniġer responsabbli ffirma d-dikjarazzjoni ta' impenn imsemmija fil-punt (a)(1) ta' CAO.A.025.
L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-organizzazzjoni tikkonforma mat-Taqsima A.
L-awtorità kompetenti għandha torganizza laqgħa mal-maniġer responsabbli tal-anqas darba matul l-investigazzjoni għall-approvazzjoni biex tiżgura li hu jkun jifhem bis-sħiħ is-sinifikat tal-approvazzjoni u d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (a)(1) ta' CAO.A.025
Is-sejbiet kollha skont il-punt CAO.B.060 għandhom jiġu kkonfermati bil-miktub lill-organizzazzjoni applikanti.
Qabel ma toħroġ l-approvazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tagħlaq is-sejbiet kollha wara li l-organizzazzjoni tkun ikkoreġiethom.
Permezz ta' deroga mill-punti (a) sa (g) u mill-punt (a) tal-punt CAO.B.50, għal organizzazzjonijiet li japplikaw għal approvazzjoni skont dan l-Anness fuq il-bażi ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni eżistenti maħruġa skont is-Sottoparti F jew is-Sottoparti G tal-Anness I (Parti-M) jew l-Anness II (Parti-145), skont il-punt (4) tal-Artikolu 4, l-awtorità kompetenti għandha:
toħroġ approvazzjoni skont dan l-Anness billi tuża l-Formola 3-CAO tal-EASA stabbilita fl-Appendiċi I għal dan l-Anness;
fi żmien sentejn (2) mid-data li fiha tkun ħarġet l-approvazzjoni msemmija fil-punt (1), tivverifika li l-organizzazzjoni kkonċernata tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness għall-privileġġi miżmuma.
CAO.B.050 Ħruġ taċ-ċertifikat inizjali
Meta l-awtorità kompetenti tkun stabbilixxiet li l-applikant jikkonforma ma' CAO.B.45, din għandha toħroġ iċ-ċertifikat, billi tuża l-mudell tal-Formola 3-CAO tal-EASA stabbilit fl-Appendiċi I u tispeċifika t-termini tal-approvazzjoni.
L-awtorità kompetenti għandha tinkludi n-numru ta' referenza tas-CAO kif speċifikat fil-mudell tal-Formola 3-CAO tal-EASA stabbilit fl-Appendiċi I.
CAO.B.055 Superviżjoni kontinwa
L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornat programm ta' sorveljanza li jispeċifika s-CAOs kollha li għalihom hi tkun ħarġet ċertifikat u d-dati li fihom hi tkun awditjat u hi skedata li tawditja dawk is-CAOs.
L-awtorità kompetenti għandha tawditja, f'perjodi li ma jaqbżux l-24 xahar, lil kull CAO li għaliha tkun ħarġet approvazzjoni. Dawk l-awditi għandhom jikkonċentraw, b'mod partikolari, fuq it-tibdiliet fl-organizzazzjoni nnotifikati lilha skont il-proċedura speċifikata fil-punt (b) tal-punt CAO.A.105.
Kampjun rilevanti tal-inġenju tal-ajru ġestit mis-CAO, jekk l-organizzazzjoni tkun approvata tagħmel dan, għandu jkun mistħarreġ f'kull perjodu ta' 24 xahar. Id-daqs tal-kampjun għandu jiġi deċiż mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi tar-riżultat tal-awditi preċedenti u l-istħarriġiet dwar il-prodotti li twettqu qabel.
L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma bil-miktub kwalunkwe sejba matul dawk l-awditi lis-CAO.
L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra kwalunkwe sejba matul dawk l-awditi, kwalunkwe azzjoni meħtieġa biex jingħalqu s-sejbiet u kwalunkwe rakkomandazzjoni maħruġa.
L-awtorità kompetenti għandha torganizza laqgħa mal-maniġer responsabbli tas-CAO tal-anqas kull 24 xahar.
CAO.B.060 Sejbiet
Meta waqt l-awditi jew b'xi mezz ieħor, tinstab evidenza li turi nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-Parti-CAO, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:
għal sejbiet ta' Livell 1, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni immedjata biex tirrevoka, tillimita jew tissospendi kompletament jew parzjalment, skont il-firxa tas-sejba ta' Livell 1, l-approvazzjoni tas-CAO, sakemm l-organizzazzjoni jirnexxilha tieħu azzjoni korrettiva; u
għal sejbiet ta' Livell 2, l-awtorità kompetenti għandha tagħti perjodu ta' azzjoni korrettiva ta' mhux aktar minn 3 xhur, adattat skont in-natura tas-sejba — f'ċerti ċirkustanzi, fi tmiem dan l-ewwel perjodu u soġġetta għan-natura tas-sejba, l-awtorità kompetenti tista' testendi dan il-perjodu ta' 3 xhur soġġetta għal pjan ta' azzjoni korrettiva sodisfaċenti.
L-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni biex tissospendi l-approvazzjoni kollha, jew parti minnha, f'każ li ma tiġix rispettata l-iskeda ta' żmien stabbilita mill-awtorità kompetenti.
CAO.B.065 Tibdiliet
Meta tirċievi applikazzjoni għal tibdil skont il-punt (a) tal-punt CAO.A.105, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti applikabbli qabel ma toħroġ l-approvazzjoni tat-tibdil.
L-awtorità kompetenti tista' tindika l-kundizzjonijiet li bihom is-CAO għandha topera matul it-tibdil, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeterminax li ċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni għandu jiġi sospiż minħabba n-natura jew il-firxa tat-tibdiliet.
Għal tibdiliet li ma jeħtiġux approvazzjoni minn qabel, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta matul l-attivitajiet ta' sorveljanza li s-CAO tikkonforma mal-proċedura ta' kontroll approvata prevista fil-punt (b) tal-punt CAO.A.105 u tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli.
CAO.B.070 Sospensjoni, limitazzjoni u revoka
L-awtorità kompetenti għandha:
tissospendi approvazzjoni għal raġunijiet validi fil-każ ta' theddida potenzjali għas-sikurezza; jew
tissospendi, tirrevoka jew tillimita approvazzjoni skont il-punt CAO.B.060.
Appendiċi I
Ċertifikat tal-organizzazzjoni tal-ajrunavigabbiltà kombinata (CAO) – Formola 3-CAO tal-EASO
Fi ħdan il-klassi(jiet) ta' approvazzjoni u l-klassifikazzjoni(jiet) stabbiliti mill-awtorità kompetenti, l-ambitu tax-xogħol speċifikat fis-CAE jiddefinixxi l-limiti eżatti tal-approvazzjoni. Huwa għalhekk essenzjali li l-klassi(jiet) u l-valutazzjoni(jiet) tal-approvazzjoni u l-ambitu tax-xogħol tal-organizzazzjonijiet ikunu jaqblu.
Klassifikazzjoni għal inġenju tal-ajru, b'rabta mal-privileġġi ta' manutenzjoni, tfisser li s-CAO tista' twettaq manutenzjoni fuq inġenji tal-ajru u kwalunkwe komponent (inklużi magni) skont id-data tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru jew, bi qbil mal-awtorità kompetenti, skont id-data tal-manutenzjoni tal-komponenti, biss sakemm dawn il-komponenti jkunu mmuntati fuq l-inġenju tal-ajru. Madanakollu, it-tali CAOs ikklassifikati skont l-inġenju tal-ajru jistgħu jneħħu temporanjament komponent għall-manutenzjoni biex itejbu l-aċċess għal dak il-komponent ħlief għal meta din it-tneħħija toħloq il-ħtieġa ta' manutenzjoni addizzjonali li ma tkunx eliġibbli għar-rekwiżiti tal-punt (b). Dan ikun soġġett għal proċedura ta' kontroll fis-CAE li għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti.
Klassifikazzjoni għal magna (magna bit-turbini, b'pistuni jew elettrika) tfisser li s-CAO tista' twettaq manutenzjoni fuq il-magna mhux installata u fuq il-komponenti tal-magna mhux installati, skont id-data tal-manutenzjoni tal-magna jew, bi qbil mal-awtorità kompetenti, skont id-data tal-manutenzjoni tal-komponenti, biss sakemm dawn il-komponenti jkunu mmuntati fuq il-magna. Madanakollu, it-tali CAOs ikklassifikati skont il-magna jistgħu jneħħu temporanjament komponent għall-manutenzjoni biex itejbu l-aċċess għal dak il-komponent ħlief għal meta din it-tneħħija toħloq il-ħtieġa ta' manutenzjoni addizzjonali li ma tkunx eliġibbli għar-rekwiżiti tal-punt (c). CAO ikklassifikata skont il-magna tista' twettaq ukoll manutenzjoni fuq magna installata matul il-manutenzjoni bażi u tal-linja soġġetta għal proċedura ta' kontroll fis-CAE li għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti.
Klassifikazzjoni għal komponenti (għajr magni kompluti) tfisser li s-CAO tista' twettaq manutenzjoni fuq komponenti mhux installati (esklużi magni kompluti) maħsuba għat-twaħħil fuq l-inġenji tal-ajru jew il-magna. Din is-CAO tista' twettaq ukoll manutenzjoni fuq komponent installat (għajr magni kompluti) matul il-manutenzjoni bażi u tal-linja jew f'faċilità ta' manutenzjoni tal-magni soġġett għal proċedura ta' kontroll fis-CAE li għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti.
Klassifikazzjoni għal test mhux distruttiv (NDT) hi klassifikazzjoni awtonoma li mhux bilfors tkun relatata ma' inġenju tal-ajru, magna jew komponent ieħor speċifiċi. Il-klassifikazzjoni għal NDT hi neċessarja biss għal CAO li twettaq NDT bħala kompitu partikolari għal organizzazzjoni oħra. CAO approvata bi klassifikazzjoni għal inġenju tal-ajru, magna jew komponent tista' twettaq NDT fuq prodotti li tkun qed tmantni soġġetta għas-CAE li jkun fih il-proċeduri tal-NDT, mingħajr il-bżonn ta' klassifikazzjoni għal NDT.
”
( *1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta' inġenji tal-ajru u ta' prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).”;
( *2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4).”;
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).
( *3 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 tal-14 ta' Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat ta' gliders skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 326, 20.12.2018, p. 64)
( *4 ) Ir-Regolament (UE) 2015/1018 tad-29 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi lista ta' klassifikazzjoni tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li għandhom jiġu rapportati b'mod mandatorju skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 30.6.2015, p. 1).
( *5 ) Ir-Regolament (UE) 2015/1018 tad-29 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi lista ta' klassifikazzjoni tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li għandhom jiġu rapportati b'mod mandatorju skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 30.6.2015, p. 1).