02019R1323 — MT — 23.08.2020 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1323 tat-2 ta' Awwissu 2019 dwar miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur fl-Italja (ĠU L 206 6.8.2019, p. 12) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1206 tad-19 ta’ Awwissu 2020 |
L 273 |
1 |
20.8.2020 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1323
tat-2 ta' Awwissu 2019
dwar miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur fl-Italja
Artikolu 1
L-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali ekwivalenti għal 50 % tan-nefqa mġarrba mill-Italja biex tappoġġa s-suq tal-bajd għat-tifqis, tal-bajd għall-konsum u tal-laħam tat-tjur li ġew affettwati serjament mill-45 tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 li ġew identifikati u nnotifikati mill-Italja bejn l-1 ta’ Ottubru 2017 u t-30 ta’ Ġunju 2018 u t-tifqigħat innotifikati mill-Italja bejn l-20 ta’ Lulju 2017 u t-28 ta’ Settembru 2017 li wasslu għall-għeluq obbligatorju tal-azjendi wara t-28 ta’ Settembru 2017.
Artikolu 2
In-nefqa li ġarrbet l-Italja għandha tkun eliġibbli għall-finanzjament parzjali mill-Unjoni biss:
għall-perjodu li matulu kienu applikati l-miżuri marbutin mas-saħħa tal-annimali u l-miżuri veterinarji msemmijin fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni u tal-Italja mniżżlin fl-Anness u marbutin mal-perjodu stabbilit fl-Artikolu 1; kif ukoll
għal dawk l-azjendi tat-tjur li jkunu ġew suġġetti għall-miżuri marbutin mas-saħħa tal-annimali u għall-miżuri veterinarji u li jinsabu fiż-żoni msemmijin fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni u tal-Italja mniżżlin fl-Anness (“iż-żoni regolati”); kif ukoll
jekk l-Italja tkun ħallsitha lill-benefiċjarji sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2020. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 ma għandux japplika; kif ukoll
jekk, għall-perjodu msemmi fil-punt (a), l-annimal jew il-prodott ma jkunx ibbenefika minn xi kumpens permezz tal-għajnuna mill-Istat jew tal-assigurazzjoni u għalih ma tkun ingħatat l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014.
Artikolu 3
1. L-ammont massimu tal-finanzjament parzjali mill-Unjoni għandu jkun ta' EUR 32 147 498 , kif ġej:
għat-telf fil-produzzjoni fis-settur tat-tjur fiż-żoni regolati għandhom japplikaw ir-rati fissi li ġejjin:
EUR 0,1050 għal kull bajda għat-tifqis li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0407 11 00 li tkun inqerdet, sa ammont massimu ta' 406 355 bajda;
EUR 0,07 għal kull bajda għat-tifqis li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0407 11 00 li tkun ġiet ipproċessata fi prodott tal-bajd, sa ammont massimu ta' 18 211 121 bajda;
EUR 0,0167 għal kull bajda għat-tifqis li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0407 11 00 li tkun ġiet ipproċessata fi prodott tal-bajd, sa ammont massimu ta' 28 730 220 bajda;
EUR 0,064 kull ġimgħa għal kull tiġieġa tas-simna li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 94 00 , sa ammont massimu ta' 50 390 617 -il annimal;
EUR 0,13 kull ġimgħa għal kull tiġieġa tal-bajd imrobbija fil-gaġeġ li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 94 00 , sa ammont massimu ta' 391 246 annimal;
EUR 0,17 kull ġimgħa għal kull tiġieġa tal-bajd tal-maqjel li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 94 00 , sa ammont massimu ta' 1 933 867 annimal;
EUR 0,045 kull ġimgħa għal kull għattuqa tal-gaġġa li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 94 00 , sa ammont massimu ta' 185 900 annimal;
EUR 0,055 kull ġimgħa għal kull għattuqa tal-maqjel li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 94 00 , sa ammont massimu ta' 265 136 annimal;
EUR 0,194 kull ġimgħa għal kull papra tas-simna li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 10 , sa ammont massimu ta' 140 000 annimal;
EUR 0,13 kull ġimgħa għal kull dundjana tas-simna li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 30 , sa ammont massimu ta' 3 263 749 annimal;
EUR 0,215 kull ġimgħa għal kull dundjan tas-simna li jidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 30 , sa ammont massimu ta' 6 140 730 annimal;
EUR 0,1475 kull ġimgħa għal kull farawni li jidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 50 , sa ammont massimu ta' 392 869 annimal;
għat-telf marbut mal-aġġustament tal-perjodu tat-trobbija minħabba l-projbizzjoni fuq it-trasferimenti fiż-żoni regolati għandhom japplikaw ir-rati fissi li ġejjin għal kull annimal:
EUR 0,115 kull ġimgħa għal kull għattuqa standard li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 94 00 , sa ammont massimu ta' 323 784 annimal;
EUR 0,12 kull ġimgħa għal kull tiġieġa tas-simna standard li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 94 00 , sa ammont massimu ta' 5 600 annimal;
EUR 3,06 għal kull ħasi oħxon iżżejjed li jidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 94 00 , sa ammont massimu ta' 2 000 annimal;
EUR 1,0534 għal kull dundjan li jidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 30 , sa ammont massimu ta' 11 021 annimal,
EUR 0,5627 kull ġimgħa għal kull dundjan oħxon iżżejjed ta' età żgħira li jidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 30 , sa ammont massimu ta' 12 662 annimal;
għall-qtil tat-tjur fiż-żoni regolati għandhom japplikaw ir-rati fissi li ġejjin għal kull annimal:
EUR 0,19 għal kull tiġieġa li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 11 19 , sa ammont massimu ta' 40 908 annimal,
EUR 0,2015 għal kull tiġieġa tal-azjendi rurali li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 11 19 , sa ammont massimu ta' 1 455 308 annimali;
EUR 0,565 għal kull dundjana li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 12 00 , għal ammont massimu ta' 847 257 annimal;
EUR 1,03 għal kull dundjan li jidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 12 00 , għal ammont massimu ta' 586 923 annimal;
għat-telf fil-produzzjoni b'rabta mal-annimali għat-tnissil fiż-żoni regolati għandhom japplikaw ir-rati fissi li ġejjin għal kull annimal:
EUR 0,135 kull ġimgħa għal kull tiġieġa tas-simna li tidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 94 00 , sa ammont massimu ta' 1 621 820 annimal;
EUR 1,185 kull ġimgħa għal kull dundjan li jidħol fil-kodiċi tan-NM 0105 99 30 , għal ammont massimu ta' 128 689 annimal.
2. Meta l-għadd ta' bajd jew annimali eliġibbli għall-kumpens ikun jaqbeż l-għadd massimu ta' bajd jew ta' annimali għal kull kategorija li huwa stabbilit fil-paragrafu 1, in-nefqa eliġibbli għall-finanzjament parzjali mill-Unjoni tista' tiġi aġġustata għal kull kategorija u tkun taqbeż l-ammonti li jiġu mill-applikazzjoni tal-għadd massimu għal kull kategorija, dejjem jekk l-għadd totali tal-aġġustamenti ma jkunx jaqbeż l-10 % tal-ammont massimu tan-nefqa ffinanzjata b'mod parzjali mill-Unjoni li huwa msemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 4
L-Italja għandha twettaq verifiki amministrattivi u fiżiċi skont l-Artikoli 58 u 59 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).
B'mod partikolari, l-Italja għandha tivverifika:
l-eliġibbiltà tal-applikant li jkun bagħat it-talba għall-appoġġ;
għal kull applikant eliġibbli: l-eliġibbiltà, il-kwantità u l-valur tat-telf reali ta' produzzjoni;
li kull applikant eliġibbli ma jkunx irċieva finanzjament minn sorsi oħrajn bħala kumpens għat-telf imsemmi fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.
Għall-applikanti eliġibbli li jkunu sarulhom il-verifiki amministrattivi, l-għajnuna tista' tingħata mingħajr ma wieħed joqgħod jistenna li jsiru l-verifiki kollha, b'mod partikolari dawk fuq l-applikanti li jkunu ntgħażlu għall-verifiki fuq il-post.
F'każijiet fejn ma tkunx ġiet ikkonfermata l-eliġibbiltà tal-applikant, l-għajnuna għandha tiġi rkuprata u għandhom jiġu applikati s-sanzjonijiet.
Artikolu 5
L-Italja għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bl-approvazzjoni tal-pagamenti.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Żoni regolati u perjodi msemmijin fl-Artikolu 2
Il-partijiet mit-territorju Taljan u l-perjodi stabbiliti skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE u ddefiniti fl-atti leġiżlattivi li ġejjin:
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).