02019R1259 — MT — 20.01.2023 — 001.003


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1259

tal-24 ta' Lulju 2019

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli u ta' ħadid fondut bil-grafit sferojdali, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja, wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 197 25.7.2019, p. 2)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/131 tat-18 ta’ Jannar 2023

  L 17

84

19.1.2023

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2202 tas-16 ta’ Ottubru 2023

  L 

1

17.10.2023




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1259

tal-24 ta' Lulju 2019

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli u ta' ħadid fondut bil-grafit sferojdali, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja, wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill



Artikolu 1

▼M2

1.  
Huwa impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli u ħadid fondut bil-grafit sferojdali, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7307 19 10 (il-kodiċijiet TARIC 7307 19 10 10 u 7307 19 10 20) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja.

Il-prodotti li ġejjin huma esklużi: korpi ta’ fittings ta’ kompressjoni bl-użu tal-kamin metriku ISO DIN 13; kaxxi tal-ħadid malleabbli bil-kamin ċirkolari mingħajr għatu fejn jingħaqdu l-kejbils; tees li jikklampjaw tal-ħadid duttili bl-issiġillar tal-lastiku u toqba tal-iżbokk; tappijiet tal-ħadid duttili skanalati għall-użu fuq pajpijiet tal-azzar skanalati bi żbokk bil-kamin; riduċenti tal-ħadid duttili bil-kamin fit-tarf; tees riduċenti tal-ħadid duttili skanalati bi żbokk bil-kamin; kullari tal-ħadid duttili għall-ibblankjar tal-pajpijiet mingħajr żbokki bil-kamin użati biex jissiġillaw toqba f’tubu jew pajp.

▼B

2.  

Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:



Pajjiż

Kumpanija

Dazju (%)

Kodiċi Addizzjonali TARIC

Ir-RPĊ

Hebei Jianzhi Casting Group Ltd – Yutian County

57,8

B335

Jinan Meide Casting Co., Ltd - Jinan

39,2

B336

Qingdao Madison Industrial Co., Ltd - Qingdao

24,6

B337

Hebei XinJia Casting Co., Ltd – XuShui County

41,1

B338

Shijiazhuang Donghuan Malleable Iron Castings Co., Ltd – Xizhaotong Town

41,1

B339

Linyi Oriental Pipe Fittings Co., Ltd – Linyi City

41,1

B340

China Shanxi Taigu County Jingu Cast Co., Ltd – Taigu County

41,1

B341

Yutian Yongli Casting Factory Co., Ltd – Yutian County

41,1

B342

Langfang Pannext Pipe Fitting Co., Ltd – LangFang, Hebei

41,1

B343

Tangshan Daocheng Casting Co., Ltd – Hongqiao Town, Yutian County

41,1

B344

Tangshan Fangyuan Malleable Steel Co., Ltd - Tangshan

41,1

B345

Taigu Tongde Casting Co., Ltd – Nanyang Village, Taigu

41,1

B346

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

57,8

B999

It-Tajlandja

BIS Pipe Fitting Industry Co. Ltd - Samutsakorn

15,5

B347

Siam Fittings Co., Ltd – Samutsakorn

14,9

B348

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

15,5

B999

3.  
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
4.  

Il-Kummissjoni tista' temenda l-paragrafu 2 biex dan jinkludi produttur esportatur ġdid u tattribwixxi għal dak il-produttur ir-rata tad-dazju anti-dumping medja ponderata xierqa applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali, fejn produttur esportatur ġdid fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew fit-Tajlandja jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:

(a) 

hu ma esportax il-prodott deskritt fil-paragrafu 1 lejn l-Unjoni fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2011 u l-31 ta' Diċembru 2011 (il-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali),

(b) 

hu mhuwiex relatat ma' xi esportatur jew produttur ieħor fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew tat-Tajlandja li hu soġġett għall-miżuri anti-dumping imposti b'dan ir-Regolament, u

(c) 

hu effettivament esporta l-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni jew inkella daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

5.  
L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju anti-dumping individwali speċifikati għall-kumpaniji elenkati fil-paragrafu 2 għandha tkun kundizzjonali għall-preżentazzjoni ta' fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Fuq il-fattura kummerċjali għandu jkun hemm dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ it-tali fattura, identifikat bl-isem u l-kariga tiegħu/tagħha, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) ta' fittings fonduti ta' tubi jew ta' pajpijiet, ta' ħadid fondut malleabbli jew ta' ħadid fondut bil-grafit sferojdali, mibjugħa biex jiġu esportati lejn l-Unjoni Ewropea koperti minn din il-fattura ġew manifatturati minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (pajjiż ikkonċernat). Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hi sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandha tapplika r-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

▼M1

6.  

Il-kodiċijiet u d-deskrizzjonijiet TARIC ġodda li ġejjin għandhom jinħolqu għall-prodotti indikati:



 

- - - - Bil-kamin

 

- - - - - Ta’ ħadid fondut malleabbli

7307191003

- - - - - - Korpi ta’ fittings ta’ kompressjoni bl-użu tal-kamin metriku ISO DIN 13

7307191005

- - - - - - Kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils ċirkolari mingħajr ma jkollhom għatu

 

- - - - - Ta’ ħadid fondut bil-grafit sferojdali

7307191013

- - - - - - Korpi ta’ fittings ta’ kompressjoni bl-użu tal-kamin metriku ISO DIN 13

7307191030

- - - - - Oħrajn

 

- - - - - Mingħajr kamin

7307191035

- - - - - Ta’ ħadid fondut malleabbli

7307191040

- - - - - Ta’ ħadid fondut bil-grafit sferojdali

7307191045

- - - - - Oħrajn

7.  

Id-deskrizzjonijiet il-ġodda li ġejjin għandhom jiġu attribwiti lill-kodiċijiet TARIC indikati:



7307191010

- - - - - Oħrajn

7307191020

- - - - - - Oħrajn

▼B

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.