02019R0833 — MT — 17.10.2023 — 005.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) 2019/833 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta' Mejju 2019 (ĠU L 141 28.5.2019, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT (UE) 2021/1231 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta’ Lulju 2021 |
L 274 |
32 |
30.7.2021 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1281 tal-4 ta’ Marzu 2022 |
L 195 |
21 |
22.7.2022 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2022/2037 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta’ Ottubru 2022 |
L 275 |
11 |
25.10.2022 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1090 tal-24 ta’ Jannar 2023 |
L 146 |
3 |
6.6.2023 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2023/2053 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Settembru 2023 |
L 238 |
1 |
27.9.2023 |
|
REGOLAMENT (UE) 2019/833 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta' Mejju 2019
li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral, li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1627 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 u (KE) Nru 1386/2007
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Artikolu 2
Suġġett
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“il-Konvenzjoni” tfisser il-Konvenzjoni tal-1979 dwar il-Kooperazzjoni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral, kif emendata minn żmien għall-ieħor;
“iż-Żona tal-Konvenzjoni” tfisser iż-żona li għaliha tapplika l-Konvenzjoni, kif deskritta fl-Artikolu IV, il-paragrafu 1 tagħha. Iż-Żona tal-Konvenzjoni hija maqsuma f'Subżoni, f'Diviżjonijiet u f'Subdiviżjonijiet xjentifiċi u statistiċi li huma mniżżlin fl-Anness I għall-Konvenzjoni;
“iż-Żona Regolatorja” tfisser dik il-parti taż-Żona tal-Konvenzjoni li tinsab lil hinn mill-ġurisdizzjoni nazzjonali;
“riżorsi tas-sajd” tfisser il-ħut, il-molluski u l-krustaċji kollha fiż-Żona tal-Konvenzjoni minbarra:
l-ispeċijiet sedentarji li fuqhom l-Istati kostali jistgħu jeżerċitaw drittijiet sovrani skont l-Artikolu 77 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar; u
l-istokkijiet anadromi u katadromi u l-ispeċijiet li jpassu ħafna mniżżlin fl-Anness I għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, safejn ikunu ġestiti abbażi ta' trattati internazzjonali oħrajn;
“attivitajiet tas-sajd” tfisser il-ġbir tar-riżorsi tas-sajd jew l-ipproċessar tagħhom, il-ħatt l-art tar-riżorsi tas-sajd jew ta' prodotti li ġejjin mir-riżorsi tas-sajd jew it-trażbord tagħhom, jew kull attività oħra bi tħejjija għall-ġbir tar-riżorsi tas-sajd fiż-Żona Regolatorja jew biex tappoġġah, jew li ssir b'rabta miegħu, fosthom:
it-tentattivi biex jitfittxu jew jinqabdu r-riżorsi tas-sajd, jew it-tiftix jew il-qbid tagħhom fir-realtà;
kull attività li, b'mod raġonevoli, wieħed jista' jistenna li se tirriżulta fil-lokalizzazzjoni, il-qbid jew il-ġbir tar-riżorsi tas-sajd għal kwalunkwe għan; u
kull ħidma fuq il-baħar li ssir b'appoġġ jew bi tħejjija għal kull attività deskritta f'din id-definizzjoni iżda li ma tinkludix il-ħidmiet relatati ma' emerġenza li jinvolvu s-saħħa u s-sikurezza tal-membri tal-ekwipaġġ jew is-sikurezza ta' bastiment;
“bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment tal-Unjoni li jkun mgħammar biex iwettaq l-attivitajiet tas-sajd jew li jkun maħsub għal dan il-għan jew li jkun involut fl-attivitajiet tas-sajd, inkluż l-ipproċessar tal-ħut, it-trażbord jew f’kull attività oħra bi tħejjija għall-attivitajiet tas-sajd jew b’rabta magħhom, inkluż l-attivitajiet tas-sajd sperimentali jew esploratorju;
“bastiment tar-riċerka” tfisser bastiment li jintuża b'mod permanenti għar-riċerka jew bastiment li s-soltu jintuża għall-attivitajiet tas-sajd jew għal attivitajiet li jappoġġaw is-sajd iżda li qed jintuża b'mod temporanju għar-riċerka dwar is-sajd;
“CEM” tfisser il-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar fis-seħħ kif adottati mill-Kummissjoni NAFO;
“opportunitajiet tas-sajd” tfisser il-kwoti tas-sajd allokati lil Stat Membru permezz ta' att tal-Unjoni fis-seħħ għaż-Żona Regolatorja;
“EFCA” tfisser l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd hekk kif stabbilita bir-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );
“jum tas-sajd” tfisser kull jum tal-kalendarju, jew kull parti minnu, li matulu bastiment tas-sajd ikun jinsab fi kwalunkwe Diviżjoni taż-Żona Regolatorja;
“port” tfisser, fost oħrajn, it-terminals lil hinn mill-kosta u installazzjonijiet oħrajn għall-ħatt l-art, għat-trażbord, għall-ippakkjar, għall-ipproċessar, għall-forniment mill-ġdid ta' karburant jew ta' provvisti;
“bastiment ta' parti li mhix Parti Kontraenti” tfisser bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat li mhuwiex Parti Kontraenti tan-NAFO jew li mhuwiex Stat Membru, jew bastiment li hemm suspett li ma hu rreġistrat fl-ebda pajjiż;
“trażbord” tfisser it-trasferiment tar-riżorsi tas-sajd jew tal-prodotti tas-sajd minn fuq bastiment tas-sajd għal ieħor, mill-ġenb tal-bastiment;
“xibka tat-tkarkir tan-nofs fond” tfisser xibka tat-tkarkir maħsuba għas-sajd għall-ispeċijiet pelaġiċi li l-ebda parti minnha ma hi maħsuba biex tmiss il-qiegħ jew ma titħaddem b'tali mod li tmissu fi kwalunkwe ħin. Ix-xibka ma għandux ikollha diski, bobini jew rombli mal-kalament taċ-ċomb tagħha, jew kwalunkwe aċċessorju ieħor li jkun maħsub biex imiss il-qiegħ, iżda jista' jkollha inforr tat-taħkik;
“ekosistemi vulnerabbli tal-baħar” jew “VMEs” tfisser l-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar li jissemmew fil-paragrafi 42 u 43 tal-Linji Gwida Internazzjonali tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) għall-Ġestjoni tas-Sajd fil-Baħar Fond fl-Ibħra Internazzjonali;
“impronta”, li hija magħrufa wkoll bħala “żoni eżistenti tas-sajd tal-qiegħ”, tfisser dik il-parti miż-Żona Regolatorja fejn, b'mod storiku, kien isir is-sajd tal-qiegħ, u li hija definita mill-koordinati mogħtija fit-Tabella 4 u murija fl-Istampa 2 tas-CEM imsemmija fil-punti 1 u 2 tal-Anness għal dan ir-Regolament;
“attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ” tfisser kull attività li matulha l-irkaptu tas-sajd imiss ma' qiegħ il-baħar jew li x'aktarx ikun se jmiss miegħu matul l-andament normali tal-ħidmiet tas-sajd;
“ħut ipproċessat” tfisser kull organiżmu tal-baħar li jkun inbidel fiżikament minn x'ħin inqabad, fosthom ħut li jkun tqatta' fi fletti, ġie msewwi, ġie ppakkjat, tqiegħed fil-bottijiet, ġie ffriżat, ġie affumikat, tmellaħ, issajjar, tqiegħed fis-salmura, ġie mnixxef jew li jkun tlesta għas-suq bi kwalunkwe mod ieħor;
“attivitajiet tas-sajd esploratorju tal-qiegħ” tfisser attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ li jitwettqu 'l barra mill-impronta, jew li jitwettqu fl-impronta b'tibdil sinifikanti fil-mod kif jitwettaq is-sajd jew fit-teknoloġija li tintuża matulu;
“speċijiet indikatur ta' VME” tfisser l-ispeċijiet li juru li hemm VMEs, kif speċifikat fil-Parti VI tal-Anness I.E għas-CME imsemmija fil-punt 3 tal-Anness għal dan ir-Regolament;
“numru tal-OMI” tfisser numru magħmul minn seba' ċifri li jingħata lil bastiment taħt l-awtorità tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali;
“spettur”, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, tfisser spettur tas-servizzi ta' kontroll tas-sajd ta' Parti Kontraenti tan-NAFO li jkun assenjat għall-Iskema Konġunta ta' Spezzjoni u ta' Sorveljanza msemmija fil-Kapitolu VII;
“sajd IUU” tfisser l-attivitajiet deskritti fil-Pjan ta' Azzjoni Internazzjonali tal-FAO biex is-Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Iddikjarat Ikun Prevenut, Skoraġġut u Eliminat adottat mill-FAO;
“vjaġġ tas-sajd” għal bastiment tas-sajd jinkludi l-ħin mid-dħul tiegħu sat-tluq tiegħu miż-Żona Regolatorja u jkompli sal-ħatt l-art jew it-trażbord tal-ħut kollu abbord li jkun inqabad miż-Żona Regolatorja;
“ĊMS” tfisser ċentru tal-monitoraġġ tas-sajd li jinsab fuq l-art tal-Istat Membru tal-bandiera;
“lista tal-bastimenti IUU” tfisser il-lista stabbilita skont l-Artikoli 52 u 53 tas-CME;
“impatti negattivi sinifikanti” tfisser l-impatti negattivi sinifikanti li jissemmew fil-paragrafi 17 sa 20 tal-Linji Gwida Internazzjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fil-Fond fl-Ibħra Internazzjonali tal-FAO;
“element indikatur ta' ekosistema vulnerabbli tal-baħar” tfisser l-element indikatur ta' VME imsemmi fil-karatteristiċi topografiċi, idrofiżiċi jew ġeoloġiċi li jista' jkun li jappoġġaw il-VMEs, kif speċifikat fil-Parti VII tal-Anness I.E għas-CME imsemmi fil-punt 4 tal-Anness għal dan ir-Regolament;
“osservatur” tfisser persuna li hija awtorizzata u ċċertifikata minn Stat Membru jew minn Parti Kontraenti biex tosserva, timmonitorja u tiġbor informazzjoni abbord il-bastimenti tas-sajd;
“sit web tal-MCS” tfisser is-sit web tan-NAFO marbut mal-Monitoraġġ, mal-Kontroll u mas-Sorveljanza li fih informazzjoni rilevanti għall-ispezzjonijiet fuq il-baħar u għall-ispezzjonijiet fil-port.
KAPITOLU II
MIŻURI TA' KONSERVAZZJONI U TA' ĠESTJONI
Artikolu 4
Bastimenti tar-riċerka
Bastiment tar-riċerka ma għandux:
iwettaq attivitajiet tas-sajd li ma jkunux konsistenti mal-pjan tar-riċerka tiegħu; jew
jaqbad għadd ta' gambli tat-Tramuntana mid-Diviżjoni 3L li jkun aktar mill-għadd allokat tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment;
jieħu bakkaljaw mid-Diviżjoni 3M aktar minn 15-il tunnellata ta’ qabdiet tal-Unjoni f’sena kalendarja. Jekk il-qabda ta’ bastiment tar-riċerka taqbeż dan l-ammont, l-eċċess għandu jinqata’ mill-allokazzjoni lill-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment. Barra minn hekk, jekk l-allokazzjoni lill-Istat Membru għall-bakkaljaw mid-Diviżjoni 3M tkun eżawrita, l-Istat Membru ma għandux jawtorizza l-bastimenti tiegħu biex iwettqu aktar attivitajiet ta’ riċerka. Kwalunkwe attività ta’ riċerka li tkun għaddejja għandha titwaqqaf mill-Istat Membru tal-bandiera malli jinqabdu 15-il tunnellata mill-Unjoni; jew
jieħu gambli mid-Diviżjoni 3M aktar minn 10 tunnellati ta’ qabdiet tal-Unjoni f’sena kalendarja. L-Istat Membru rilevanti għandu jwaqqaf l-attivitajiet ta’ riċerka dwar il-gambli mid-Diviżjoni 3M ladarba l-Unjoni tkun qabdet 10 tunnellati.
▼M4 —————
Tal-inqas għaxart ijiem qabel ma jibda perijodu tar-riċerka tas-sajd, l-Istat Membru tal-bandiera għandu:
javża lill-Kummissjoni, b'mod elettroniku u fil-format preskritt fl-Anness II.C għas-CEM imsemmi fil-punt 5 tal-Anness għal dan ir-Regolament, bil-bastimenti kollha tar-riċerka li jtajru l-bandiera tiegħu li huwa jkun awtorizza biex iwettqu attivitajiet tar-riċerka fiż-Żona Regolatorja; u
jibgħat pjan tar-riċerka lill-Kummissjoni għall-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera tiegħu li jkunu awtorizzati jwettqu r-riċerka, inkluż l-għan, il-post u, għal bastimenti li jkunu qed iwettqu r-riċerka b'mod temporanju, id-dati li matulhom il-bastiment ser ikun qed jintuża bħala bastiment tar-riċerka.
Artikolu 5
Limiti tal-qbid u tal-isforz
Għall-istokkijiet identifikati fl-opportunitajiet tas-sajd fis-seħħ li jinqabdu fiż-Żona Regolatorja minn bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, kull Stat Membru tal-bandiera għandu:
jiżgura li l-ispeċijiet kollha mill-istokkijiet imniżżlin fl-opportunitajiet tas-sajd fis-seħħ maqbuda minn bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jitnaqqsu mill-kwota allokata lil dak l-Istat Membru, inklużi l-qabdiet aċċessorji tar-redfish mid-Diviżjoni 3M li jinqabdu bejn id-data li fiha jkun stmat li jkunu nqabdu 50 % mill-qabdiet totali permissibbli (TAC) għar-redfish fid-Diviżjoni 3M u l-1 ta' Lulju;
jiżgura li abbord il-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu ma jinżammx iktar redfish mid-Diviżjoni 3M wara d-data li fiha jkun stmat li jkunu nqabdu 100 % tat-TAC tar-redfish mid-Diviżjoni 3M, bl-eċċezzjoni tar-redfish mid-Diviżjoni 3M maqbud qabel l-għeluq;
jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-EFCA dwar l-ismijiet tal-bastimenti tal-Unjoni li jkun beħsiebhom jistadu għall-kwota “Oħrajn” tal-inqas 48 siegħa qabel kull dħul fiż-Żona Regolatorja, u wara minimu ta’ 48 siegħa mill-ħruġ miż-Żona Regolatorja. Jekk ikun possibbli, ma’ dik in-notifika għandha tintbagħat stima tal-qabda mistennija. Meta l-Kummissjoni tqis li jkunu ġew issodisfati l-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fis-CEM, hija għandha tgħarraf lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO.
Artikolu 6
Għeluq tas-sajd
Kull Stat Membru għandu:
jagħlaq is-sajd għall-istokkijiet imniżżlin fl-opportunitajiet tas-sajd fis-seħħ fiż-Żona Regolatorja fid-data li fiha d-data disponibbli tindika li tkun se tintuża l-kwota kollha allokata lil dak l-Istat Membru għall-istokkijiet ikkonċernati; inkluż l-istima tal-kwantità li tkun se tinqabad qabel ma jingħalaq is-sajd, il-qbid skartat u l-istima tal-qabdiet mhux irrappurtati tal-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera ta' dak l-Istat Membru,
jiżgura li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jwaqqfu mill-ewwel l-attivitajiet tas-sajd tagħhom li jistgħu jwasslu għall-qabdiet meta l-Kummissjoni tinnotifikah, skont il-paragrafu 3, li l-kwota allokata lil dak l-Istati Membru tkun intużat kollha. Jekk l-Istat Membru jista' juri li jkun għad baqagħlu ammont tal-kwota disponibbli għal dak l-istokk skont il-paragrafu 2, il-bastimenti ta' dak l-Istat Membru jistgħu jerġgħu jibdew jistadu għal dak l-istokk;
jagħlaq is-sajd għall-gambli tat-Tramuntana fid-Diviżjoni 3M meta jkun intlaħaq l-għadd ta' jiem tas-sajd li jkun ġie allokat lil dak l-Istat Membru. L-għadd ta' jiem tas-sajd għal kull bastiment għandu jiġi stabbilit billi tintuża d-data tal-VMS dwar il-pożizzjoni fid-Diviżjoni 3M b'kull parti minn jum titqies bħala jum sħiħ;
jagħlaq is-sajd dirett għar-redfish fid-Diviżjoni 3M bejn 24:00 UTC tal-jum li fih ikun stmat li l-qabda totali rrappurtata tkun laħqet il-50 % tat-TAC għar-redfish fid-Diviżjoni 3M, kif innotifikat skont il-paragrafu 3, u l-1 ta’ Lulju;
jagħlaq is-sajd dirett għar-redfish fid-Diviżjoni 3M f’24:00 UTC tal-jum li fih ikun stmat li l-qabda totali rrappurtata tkun laħqet il-100 % tat-TAC għar-redfish fid-Diviżjoni 3M, kif innotifikat skont il-paragrafu 3;
jinnotifika lill-Kummissjoni minnufih bid-data tal-għeluq prevista fil-punti (a) sa (e);
jipprojbixxi lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu milli jkomplu jistadu b'mod dirett għal stokk partikolari fiż-Żona Regolatorja skont il-kwota “Oħrajn” minn ħamest ijiem wara n-notifika tas-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO, kif trasmess mill-Kummissjoni li huwa stmat li dik il-kwota partikolari “Oħrajn” intużat kollha skont il-paragrafu 3;
jiżgura li l-ebda bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu ma jibda jistad b'mod dirett għal stokk partikolari fiż-Żona Regolatorja skont il-kwota “Oħrajn” wara n-notifika tas-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO li huwa stmat li dik il-kwota partikolari intużat kollha, skont il-paragrafu 3;
wara li jagħlaq is-sajd tiegħu skont dan il-paragrafu, jiżgura li abbord il-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu ma jinżamm l-ebda ħut mill-istokk ikkonċernat sakemm dan ma jkunx awtorizzat mod ieħor permezz ta' dan ir-Regolament.
Is-sajd li jkun ingħalaq skont il-paragrafu 1 jista' jerġa' jinfetaħ fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika tal-Kummissjoni, wara komunikazzjoni mas-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO:
jekk is-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO jikkonferma li l-Kummissjoni tkun uriet li għad baqgħalha ammont tal-kwota disponibbli mill-allokazzjoni oriġinali tagħha; jew
jekk trasferiment tal-kwoti mingħand Parti Kontraenti oħra tan-NAFO skont l-opportunitajiet tas-sajd, twassal għal kwota addizzjonali għall-istokk partikolari li jkun soġġett għal għeluq.
Artikolu 7
Qabdiet aċċessorji li jinżammu abbord
Speċi mniżżla fl-opportunitajiet tas-sajd li jkunu fis-seħħ għandha tiġi kklassifikata bħala qabda aċċessorja meta tinqabad f'Diviżjoni li fiha jkun hemm xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
meta l-Unjoni ma tkun ingħatat l-ebda kwota għal dak l-istokk f’dik id-Diviżjoni, skont l-opportunitajiet tas-sajd li jkunu fis-seħħ.
meta jkun hemm projbizzjoni fis-seħħ fuq is-sajd għal dak l-istokk partikolari (moratorju); jew
meta l-kwota “Oħrajn” għal stokk partikolari tkun intużat għalkollox, wara notifika mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6.
Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd, inkluż ta' bastiment mikri f'konformità mal-Artikolu 23, għandu jiżgura li l-bastiment jillimita li jżomm abbord speċijiet ikklassifikati bħala qabdiet aċċessorji għall-ammonti massimi speċifikati hawn taħt:
għall-bakkaljaw fid-Diviżjoni 3M, għar-redfish fid-Diviżjoni 3LN u għall-barbun ilsien il-kelb fid-Diviżjoni 3NO: 1 250 kg jew 5 %, skont liema minnhom ikun l-ikbar;
għall-bakkaljaw fid-Diviżjonijiet 3NO: 1 000 kg jew 4 %, skont liema minnhom ikun l-ikbar;
għall-istokkijiet l-oħrajn kollha mniżżlin fl-opportunitajiet tas-sajd meta l-Istat Membru ma jkun ingħata l-ebda kwota speċifika għalihom: 2 500 kg jew 10 %, skont liema minnhom ikun l-ikbar;
fejn il-projbizzjoni fuq is-sajd (moratorja) jew fejn il-kwota “Oħrajn” miftuħa għal dak l-istokk tkun ittieħdet kompletament: 1 250 kg jew 5 %, skont liem hija l-ikbar, fir-rigward ta’ dawk il-Partijiet Kontraenti wara n-notifika tagħhom għall-użu tal-kwota “Oħrajn” f’konformità mal-Artikolu 6;
ladarba jingħalaq is-sajd dirett għar-redfish fid-Diviżjoni 3M skont il-punt (d) tal-Artikolu 6(1): 1 250 kg jew 5 %, skont liema minnhom ikun l-ikbar;
filwaqt li jitwettaq sajd dirett għall-barbun denbu isfar fid-Diviżjonijiet 3LNO: 15 % tal-barbun tat-tbajja' Amerikan; inkella għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar qabdiet aċċessorji stabbiliti fil-punt (d).
Artikolu 8
Qbiż tal-limiti tal-qabdiet aċċessorji fi ġbir wieħed
Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd għandu jiżgura li l-bastiment:
ma jwettaqx sajd b'mod dirett għall-ispeċijiet imsemmijin fl-Artikolu 7(2);
iħares ir-rekwiżiti li ġejjin meta, bl-eċċezzjoni ta' sajd dirett għal gambli tat-Tramuntana, il-piż ta' kull speċi soġġetta għal limiti tal-qabdiet aċċessorji jkun jaqbeż l-ikbar limitu minn fost dawk speċifikati fl-Artikolu 7(3) fi ġbir wieħed:
jersqu minnufih distanza minima ta' 10 mil nawtiku minn kull pożizzjoni tat-tkarkir/tal-kalata ta' qabel u jibqgħu f'dik il-pożizzjoni tul it-tkarkir/il-kalata ta' wara;
joħorġu mid-Diviżjoni u ma jerġgħux jidħlu fiha tal-inqas għal 60 siegħa jekk il-limiti tal-qabdiet aċċessorji speċifikati fl-Artikolu 7(3) jerġgħu jinqabżu wara l-ewwel tkarkir/kalata wara li jkunu resqu skont il-punt (i);
jagħmlu tkarkir bi prova għal durata massima ta' tliet sigħat qabel ma jibdew jistadu mill-ġdid wara li jkun ilhom neqsin għal tal-inqas 60 siegħa. Jekk l-istokkijiet li għalihom ikun hemm limiti tal-qabdiet aċċessorji jkunu jirrappreżentaw l-ogħla perċentwal, skont il-piż, tal-qabda totali li jkun hemm minn dak il-ġbir, dan is-sajd ma għandux jitqies bħala sajd dirett għal dawk l-istokkijiet, u l-bastiment għandu jibdel il-pożizzjoni tiegħu minnufih skont il-punti (i) u (ii); u
jidentifikaw kull tkarkir bi prova li jagħmlu skont il-punt (b) u jirreġistraw il-koordinati tal-pożizzjoni tal-bidu u tat-tmiem ta' kull tkarkir bi prova li jkunu għamlu fil-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd.
Artikolu 9
Gambli tat-Tramuntana
Artikolu 9a
Bakkaljaw fid-Diviżjoni 3M
Il-miżuri ta’ kontroll li ġejjin għandhom japplikaw għall-bastimenti b’aktar minn 1 250 kg ta’ qabdiet ta’ bakkaljaw mid-Diviżjoni 3M abbord:
il-bastimenti għandhom iħottu l-art jew jittrażbordaw il-qabdiet tal-bakkaljaw tagħhom mid-Diviżjoni 3M biss fil-portijiet magħżula skont l-Artikolu 39;
tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin mistenni tal-wasla tiegħu fil-port, bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu f’ismu, għandu javża lill-awtorità kompetenti tal-port bil-ħin mistenni tal-wasla tiegħu fil-port, bl-istima tal-kwantità ta’ qabdiet ta’ bakkaljaw mid-Diviżjoni 3M miżmum abbord, u bl-informazzjoni dwar id-Diviżjoni jew id-Diviżjonijiet li fihom ikun wettaq qabdiet oħra ta’ bakkaljaw li jkunu miżmuma abbord;
kull Stat Membru għandu jispezzjona fil-portijiet tiegħu mill-inqas 50 % tal-ħatt l-art jew tat-trażbord tal-qabdiet tal-bakkaljaw mid-Diviżjoni 3M u jħejji rapport tal-ispezzjoni fil-format preskritt fl-Anness IV.C tas-CEM imsemmi fil-punt 9 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, u jibagħtu lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO fi żmien 12-il jum tax-xogħol mid-data meta jkun temm l-ispezzjoni, u jibgħat kopja tiegħu lill-Kummissjoni u lill-EFCA. Dak ir-rapport għandu jidentifika u jipprovdi dettalji ta’ kwalunkwe ksur ta’ dan ir-Regolament li jkun ġie nnutat waqt l-ispezzjoni fil-port. Għandu jinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli b’rabta mal-każijiet ta’ ksur li jkunu ġew innutati fuq il-baħar waqt il-vjaġġ attwali tal-bastiment tas-sajd spezzjonat.
L-ispezzjonijiet tal-ħatt l-art jew tat-trażbord għandhom jitwettqu bir-rata ta’:
mill-inqas 50 % meta l-kwota totali tan-NAFO għall-bakkaljaw fid-Diviżjoni 3M f’opportunitajiet tas-sajd tkun inqas minn 6 000 tunnellata, u
mill-inqas 25 % meta l-kwota totali tan-NAFO għall-bakkaljaw fid-Diviżjoni 3M f’opportunitajiet tas-sajd tkun bejn 6 000 u 12 000 tunnellata.
Artikolu 10
Ħalibatt ta' Greenland
Il-miżuri li ġejjin japplikaw għall-bastimenti b'tul ta' 24 metru jew aktar u li jkunu qed jistadu għall-ħalibatt tal-Greenland fis-Subżona 2 u fid-Diviżjonijiet 3KLMNO:
kull Stat Membru għandu jqassam il-kwota tiegħu għall-ħalibatt ta' Greenland fost il-bastimenti awtorizzati tiegħu;
bastiment awtorizzat għandu jħott l-art il-qabdiet tiegħu tal-ħalibatt ta' Greenland f'port magħżul biss ta' Parti Kontraenti tan-NAFO. Għal dak il-għan, kull Stat Membru għandu jagħżel port wieħed jew iktar fit-territorju tiegħu fejn il-bastimenti awtorizzati jistgħu jħottu l-art il-ħalibatt ta' Greenland;
kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-isem ta’ kull port li jkun għażel għal dan il-għan, li għandha tibagħtu lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO. Kull bidla sussegwenti għal-lista għandha tintbagħat biex tissostitwixxi dik preċedenti mhux inqas minn 20 jum qabel ma tidħol fis-seħħ dik il-bidla;
tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin mistenni tal-wasla tiegħu fil-port, bastiment awtorizzat jew ir-rappreżentant tiegħu f'ismu, għandu javża lill-awtorità tal-kontroll tas-sajd kompetenti tal-port bil-ħin mistenni tal-wasla tiegħu fil-port, bl-istima tal-kwantità totali ta' ħalibatt ta' Greenland li għandu abbord, u l-informazzjoni dwar id-Diviżjoni jew id-Diviżjonijiet minn fejn ikun qabad dan il-ħut;
kull Stat Membru għandu jispezzjona fil-portijiet tiegħu il-ħatt l-art kollu tal-ħalibatt ta’ Greenland, jekk il-kwantità ta’ dak l-istokk abbord tkun tirrappreżenta jew iktar minn 5 % tal-qabda totali jew iktar minn 2 500 kg, u għandu jħejji rapport tal-ispezzjoni fil-format preskritt fl-Anness IV.C tas-CEM imsemmi fil-punt 9 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, u jibagħtu lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO fi żmien 14-il jum tax-xogħol mid-data meta jkun temm l-ispezzjoni, u jibgħat kopja tiegħu lill-Kummissjoni u lill-EFCA. Dak ir-rapport għandu jidentifika u jipprovdi dettalji ta’ kwalunkwe ksur ta’ dan ir-Regolament li jkun ġie nnutat waqt l-ispezzjoni fil-port. Għandu jinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli b’rabta mal-każijiet ta’ ksur li jkunu ġew innutati fuq il-baħar waqt il-vjaġġ attwali tal-bastiment tas-sajd spezzjonat.
Il-proċeduri li ġejjin għandhom japplikaw għall-bastimenti awtorizzati li jkollhom abbord ħut li b'kollox ikun jiżen iktar minn 50 tunnellata ta' piż ħaj li jkun inqabad 'il barra miż-Żona Regolatorja u li jkunu deħlin f'dik iż-żona biex jistadu għall-ħalibatt ta' Greenland:
tal-inqas 72 siegħa qabel ma l-bastiment jidħol fiż-Żona Regolatorja, il-kaptan tal-bastiment għandu javża lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO u liċ-ĊMS tal-bandiera tiegħu, b’ittra elettronika jew b’faks, bl-ammont ta’ ħut li jkollu abbord, bil-pożizzjoni skont il-latitudni u l-lonġitudni fejn huwa jkun beħsiebu jibda jistad, bil-ħin li fih mistenni jasal f’dik il-pożizzjoni u bl-informazzjoni ta’ kuntatt tal-bastiment tas-sajd (pereżempju d-dettalji tal-kuntatt bir-radju, it-telefown bis-satellita jew l-indirizz tal-posta elettronika tal-bastiment);
bastiment ta' spezzjoni li jkun beħsiebu jispezzjona bastiment tas-sajd qabel ma dan jibda jistad għall-ħalibatt ta' Greenland għandu javża lil dak il-bastiment tas-sajd u lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO bil-koordinati tal-post magħżul għall-ispezzjoni, li ma għandux ikun iktar minn 60 mil nawtiku 'l bogħod mill-pożizzjoni fejn il-kaptan tal-bastiment jistenna li l-bastiment ikun se jibda jistad, u għandu jgħarraf lill-bastimenti l-oħrajn ta' spezzjoni li jistgħu jkunu qed jaħdmu fiż-Żona Regolatorja b'dan kif xieraq;
bastiment tas-sajd li jkun irċieva notifika skont il-punt (b) għandu:
jipproċedi lejn il-punt ta' spezzjoni magħżul; u
jiżgura li l-pjan tal-istivar għall-qabda abbord mad-dħul fiż-Żona Regolatorja tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 25(5) u li jkun disponibbli għall-ispetturi meta jitolbuh;
bastiment tas-sajd ma jistax jibda jistad qabel ma jiġi spezzjonat skont dan l-Artikolu, sakemm:
huwa ma jirċievi l-ebda konferma dwar dan fi żmien 72 siegħa minn meta jkun bagħat in-notifika tiegħu skont il-punt (a); jew
fi żmien tliet sigħat mill-wasla fil-post magħżul għall-ispezzjoni, il-bastiment ta' spezzjoni ma jkunx beda l-ispezzjoni li kien beħsiebu jagħmel.
Artikolu 11
Klamar
Is-sajd għall-klamar bejn 00:01 UTC tal-1 ta' Jannar u 24:00 UTC tat-30 ta' Ġunju fis-Subżoni 3 u 4 għandu jkun ipprojbit.
Artikolu 12
Konservazzjoni u ġestjoni tal-klieb il-baħar
Għandu jkun ipprojbit li:
jitneħħew il-pinen tal-klieb il-baħar abbord il-bastimenti;
jinżammu abbord, jiġu trażbordati jew jinħattu l-art pinen tal-klieb il-baħar maqlugħin għalkollox minn mal-karkassa.
Meta possibbli, l-Istati Membri għandhom:
jagħmlu riċerka sabiex jidentifikaw modi kif l-irkaptu tas-sajd ikun iktar selettiv biex jitħarsu l-klieb il-baħar;
jagħmlu riċerka dwar il-parametri ewlenin bijoloġiċi u ekoloġiċi, dwar l-istorja ta' ħajjet il-klieb il-baħar, dwar l-imġiba u dwar ix-xejriet tal-migrazzjoni tagħhom, kif ukoll dwar l-identifikazzjoni tal-immappjar potenzjali tal-ispeċijiet ewlenin tal-klieb il-baħar u taż-żoni ta' twelid u ta' tkabbir tagħhom.
Artikolu 13
Qisien tal-malji
L-ebda bastiment ma għandu jistad bi xbieki li jkollu daqs tal-malja li jkun iżgħar minn dak preskritt għal kull waħda mill-ispeċijiet li ġejjin:
40 mm għall-gambli, inkluż il-gamblu tat-Tramuntana (PRA);
60 mm għat-totlu (SQI);
280 mm fil-manka u 220 mm fil-partijiet l-oħrajn kollha fil-każ tax-xibka tat-tkarkir għar-rebekkini (SKA);
130 mm għall-ħut tal-qiegħ l-ieħor kollu, kif elenkat fl-Anness I.C tas-CEM imsemmi fil-punt 11 tal-Anness għal dan ir-Regolament;
100 mm għall-ispeċi pelaġika Sebastes mentella (REB) fis-Subżona 2 u fid-Diviżjonijiet 1F u 3K; u
90 mm għar-redfish (RED) għas-sajd bix-xbieki tat-tkarkir tan-nofs fond fid-Diviżjonijiet 3O, 3M u 3LN.
Artikolu 14
Użu tal-aċċessorji u mmarkar tal-irkaptu
L-ebda bastiment tas-sajd ma għandu:
juża rkaptu li ma jkunx immarkat skont l-istandards internazzjonali aċċettati b'mod ġenerali, b'mod partikulari skont il-Konvenzjoni tal-1967 dwar it-Twettiq tal-Ħidmiet tas-Sajd fl-Atlantiku tat-Tramuntana; jew
juża bagi ta' mmarkar jew oġġetti simili li jżommu f'wiċċ l-ilma u li jkunu maħsubin biex juru fejn ikun jinsab l-irkaptu fiss tas-sajd mingħajr ma jimmarkahom bin-numru tar-reġistrazzjoni tal-bastiment.
Artikolu 15
Irkaptu tas-sajd mitluf jew abbandunat, irkuprar tal-irkaptu tas-sajd
Il-kaptan tal-bastiment li jistad fiż-Żona Regolatorja għandu:
ikollu tagħmir abbord il-bastiment tas-sajd biex jirkupra l-irkaptu mitluf;
jekk l-irkaptu jew parti minnu jintilef, għandu jagħmel minn kollox biex jipprova jirkuprah malajr kemm jista' jkun; u
ma għandux jabbanduna l-irkaptu tas-sajd bi ħsieb, ħlief għal raġunijiet ta' sikurezza.
Jekk l-irkaptu mitluf ma jkunx jista' jiġi rkuprat, il-kaptan tal-bastiment għandu jgħarraf lill-Istat Membru tal-bandiera fi żmien 24 siegħa b'dan li ġej:
l-isem u s-sinjal tas-sejħa tal-bastiment;
it-tip ta' rkaptu mitluf;
il-kwantità ta' rkaptu mitluf;
il-ħin meta l-irkaptu ntilef;
il-pożizzjoni fejn intilef l-irkaptu; u
il-miżuri meħuda mill-bastiment biex jirkupra l-irkaptu mitluf.
Meta jiġi rkuprat irkaptu mitluf, il-kaptan tal-bastiment għandu jgħarraf lill-Istat Membru tal-bandiera fi żmien 24 siegħa b'dan li ġej:
l-isem u s-sinjal tas-sejħa tal-bastiment li jkun irkupra l-irkaptu;
l-isem u s-sinjal tas-sejħa tal-bastiment li jkun tilef l-irkaptu (jekk ikun magħruf);
it-tip ta' rkaptu li ġie rkuprat;
il-kwantità ta' rkaptu li ġie rkuprat;
il-ħin meta jkun ġie rkuprat l-irkaptu; u
il-pożizzjoni fejn ikun ġie rkuprat l-irkaptu.
Artikolu 16
Rekwiżiti marbutin mad-daqs minimu tal-ħut
KAPITOLU III
ĦARSIEN TAL-VMES FIŻ-ŻONA REGOLATORJA MILL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD TAL-QIEGĦ
Artikolu 17
Mappa tal-impronta (żoni eżistenti tas-sajd tal-qiegħ)
Il-mappa taż-żoni eżistenti tas-sajd tal-qiegħ fiż-Żona Regolatorja murija fl-Istampa 2 tas-CEM imsemmija fil-punt 2 tal-Anness għal dan ir-Regolament, hija delimitata mill-konfini taż-Żona Ekonomika Esklużiva tal-Kanada fuq in-naħa tal-Punent u mill-koordinati mogħtija fit-Tabella 4 tas-CEM imsemmijin fil-punt 1 tal-Anness għal dan ir-Regolament, fuq in-naħa tal-Lvant.
Artikolu 18
Restrizzjonijiet taż-żoni għall-attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ
Artikolu 19
Attivitajiet tas-sajd esploratorju tal-qiegħ
Għall-finijiet tal-evalwazzjoni, l-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jixtiequ jwettqu attivitajiet tas-sajd esploratorju tal-qiegħ għandhom:
jibagħtu lill-Kummissjoni n-“Notifika li beħsiebhom iwettqu sajd esploratorju tal-qiegħ” skont l-Anness I.E għas-CEM imsemmija fil-punt 21 tal-Anness għal dan ir-Regolament, flimkien mal-valutazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 20(1);
jibagħtu lill-Kummissjoni r-“Rapport tal-vjaġġ tas-sajd esploratorju tal-qiegħ” skont l-Anness I.E għas-CEM imsemmi fil-punt 22 tal-Anness għal dan ir-Regolament, fi żmien xahrejn minn meta jitlestew l-attivitajiet tas-sajd esploratorju tal-qiegħ.
Il-kaptan tal-bastiment għandu:
jibda l-attivitajiet tas-sajd esploratorju tal-qiegħ biss wara li jkunu ġew awtorizzati skont il-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar adottati mill-Kummissjoni tan-NAFO biex jiġu evitati l-impatti negattivi sinifikanti fuq il-VMEs mill-attivitajiet tas-sajd esploratorju;
jkollu osservatur xjentifiku abbord għad-durata tal-attività tas-sajd esploratorju tal-qiegħ.
Artikolu 20
Valutazzjoni preliminari tal-attivitajiet tas-sajd esploratorju tal-qiegħ proposti
Il-valutazzjoni preliminari msemmija fil-paragrafu 1 għandha:
tintbagħat lill-Kummissjoni tal-inqas ġimgħa qabel ma tibda l-laqgħa tal-Kunsill Xjentifiku tan-NAFO li ssir f'Ġunju;
tindirizza l-elementi għall-valutazzjoni tal-attivitajiet esploratorji tas-sajd tal-qiegħ proposti skont l-Anness I.E għas-CEM imsemmijin fil-punt 23 tal-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 21
Sejbiet ta' speċijiet indikaturi ta' VME
Jekk l-ammont ta' speċijiet indikaturi ta' VME li jinqabdu fil-ħidma tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 2 (bħat-tkarkir tax-xbieki jew sett bil-konzijiet jew bl-għeżula) ikun jaqbeż il-limitu massimu ddefinit fil-paragrafu 1, il-kaptan tal-bastiment għandu:
jirrapporta s-sejba mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera inkluż il-pożizzjoni li l-bastiment jipprovdi, jew il-punt ta' tmiem tat-tkarkir jew tal-kalata jew pożizzjoni oħra li tkun l-eqreb waħda għall-post eżatt tas-sejba, l-ispeċijiet indikaturi ta' VME li jkun sab, il-kwantità (f'kg) ta' dawn speċijiet indikaturi ta' VME li jkun sab; u
jieqaf mis-sajd u jersaq tal-inqas żewġ mili nawtiċi 'l bogħod mill-punt ta' tmiem tat-tkarkir/tal-kalata fid-direzzjoni li tkun l-inqas probabbli li twassal għal iktar sejbiet. Il-kaptan tal-bastiment għandu juża l-aħjar ġudizzju tiegħu abbażi tas-sorsi ta' informazzjoni kollha disponibbli.
Kull Stat Membru għandu jeżiġi li, għaż-żoni 'l barra mill-impronta, jintbagħat osservatur b'biżżejjed għarfien espert xjentifiku skont il-punt (b) tal-Artikolu 19(3), li għandu:
jidentifika l-qroll, l-isponoż u l-organiżmi l-oħrajn sal-inqas livell tassonomiku possibbli, bl-użu tal-“Formola għall-Ġbir tad-Data Dwar is-Sajd Esploratorju” skont l-Anness I.E għas-CEM imsemmija fil-punt 25 tal-Anness għal dan ir-Regolament; u
jagħti r-riżultati tat-tali identifikazzjoni lill-kaptan tal-bastiment sabiex jiffaċilita l-kwantifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
Kull Stat Membru għandu:
jibgħat l-informazzjoni rrappurtata mill-kaptan tal-bastiment dwar is-sejbiet lill-Kummissjoni mingħajr dewmien jekk l-ammont ta' speċijiet indikaturi ta' VME li jinqabdu f'ħidma tas-sajd (bħat-tkarkir, il-kalata ta' xbieki bil-konzijiet jew bl-għeżula) ikun jaqbeż il-limitu massimu ddefinit fil-paragrafu 1;
joħroġ twissija minnufih dwar din is-sejba għall-bastimenti tas-sajd kollha li jtajru l-bandiera tiegħu; u
jagħlaq b'mod temporanju, meta dan ikun possibbli, żona b'raġġ ta' żewġ mili madwar kull post fejn ikun ġie rrappurtat li nstab VME li jkun jinsab barra mill-impronta meta l-Kummissjoni tibgħat notifika dwar dan.
Il-Kummissjoni tista' terġa' tiftaħ, b'mod temporanju, iż-żoni magħluqin meta n-NAFO tibgħat notifika dwar dan.
KAPITOLU IV
REKWIŻITI MARBUTIN MAL-BASTIMENTI U L-KIRI
Artikolu 22
Rekwiżiti marbutin mal-bastimenti
Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'dan li ġej bl-użu ta' mezzi elettroniċi:
il-lista tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u li huwa jista' jawtorizza biex iwettqu l-attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja (“il-bastimenti nnotifikati”), fil-format preskritt fl-Anness II.C1 għas-CEM imsemmi fil-punt 25 tal-Anness għal dan ir-Regolament;
kull bastiment li jitħassar mil-lista tal-bastimenti nnotifikati, mingħajr dewmien, fil-format preskritt fl-Anness II.C2 għas-CEM imsemmi fil-punt 26 tal-Anness għal dan ir-Regolament.
L-ebda bastiment tas-sajd ma għandu jkun permess li jwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja sakemm:
ma jkunx imniżżel fil-lista bħala bastiment innotifikat;
ma jkunx inħariġlu numru tal-OMI; u
ma tkunx inħarġitlu awtorizzazzjoni mill-Istat Membru tal-bandiera sabiex iwettaq it-tali attivitajiet tas-sajd (“bastiment awtorizzat”).
Kull Stat Membru għandu jibgħat dan li ġej lill-Kummissjoni bl-użu ta' mezzi elettroniċi:
l-awtorizzazzjoni individwali ta' kull bastiment fuq il-lista tal-bastimenti nnotifikati li huwa jkun awtorizza biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja, fil-format speċifikat fl-Anness II.C3 sas-CEM imsemmi fil-punt 27 tal-Anness għal dan ir-Regolament u sa mhux aktar tard minn 40 jum qabel ma jibdew l-attivitajiet tas-sajd għal dik is-sena kalendarja.
Kull awtorizzazzjoni għandha tidentifika, b'mod partikolari, id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-validità tagħha u l-ispeċijiet li għalihom jista' jsir is-sajd dirett, sakemm dan ma jkunx eżentat skont l-Anness II.C3 għas-CEM imsemmi fil-punt 27 tal-Anness għal dan ir-Regolament. Jekk il-bastiment ikun beħsiebu jistad għal speċijiet regolati msemmijin fl-opportunitajiet tas-sajd fis-seħħ, l-identifikazzjoni għandha tirreferi għall-istokk meta l-ispeċi regolata tkun marbuta maż-żona kkonċernata;
is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni, fil-format preskritt fl-Anness II.C4 għas-CEM imsemmi fil-punt 28 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u mingħajr dewmien, f'każ li titneħħa l-awtorizzazzjoni kkonċernata jew issir modifika bi kwalunkwe mod il-kontenut tagħha, meta t-tneħħija jew il-modifika sseħħ matul il-perijodu ta' validità tagħha;
it-tkomplija tal-awtorizzazzjoni sospiża, mibgħuta skont il-proċedura stabbilita fil-punt (a).
L-ebda bastiment tas-sajd ma għandu jaħdem fiż-Żona Regolatorja mingħajr ma jkollu abbord dokumenti validi attwali maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera u li jkunu jistabbilixxu tal-inqas id-dettalji li ġejjin dwar il-bastiment:
ismu, jekk ikollu isem;
l-ittra jew l-ittri tal-port jew tad-distrett fejn huwa rreġistrat, jekk ikunu jeżistu;
in-numru jew in-numri li bih huwa rreġistrat;
in-numru tal-OMI;
is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tiegħu, jekk ikun jeżisti;
l-ismijiet u l-indirizzi tas-sid jew tas-sidien u, meta jkun japplika, tan-noleġġaturi;
it-tul totali tiegħu;
is-saħħa tal-magna tiegħu;
il-pjan ta' kapaċità msemmi fil-paragrafu 10; u
l-istima tal-kapaċità tal-iffriżar jew iċ-ċertifikazzjoni tas-sistema ta' tkessiħ.
Il-pjan ta' kapaċità għandu:
jkun fil-forma ta' tpinġija jew ta' deskrizzjoni tal-post għall-ħżin tal-ħut, inkluż il-kapaċità ta' ħżin ta' kull post għall-ħżin tal-ħut f'metri kubi, u t-tpinġija għandha tikkonsisti fit-taqsima lonġitudinali tal-bastiment, inkluż pjanta ta' kull gverta li fiha jkun hemm post għall-ħżin tal-ħut u tkun turi fejn jinsabu l-friżi;
juri b'mod partikolari fejn ikun jinsab kull bieb, bokkaport u kull aċċess ieħor għal dawn il-postijiet għall-ħżin tal-ħut, b'referenza għall-paratiji;
jindika d-dimensjonijiet ewlenin tat-tankijiet għall-ħżin tal-ħut (it-tankijiet għall-ilma baħar imkessaħ) u jindika, għal kull wieħed minnhom, l-ikkalibrar f'metri kubi f'intervalli ta' 10 cm; u
jagħti l-iskala vera, indikata biċ-ċar fuq it-tpinġija.
Artikolu 23
Arranġamenti tal-kiri
L-allokazzjoni kollha tas-sajd ta’ Parti Kontraenti li qed tikri, jew parti minnha, tista’ tinqabad bl-użu ta’ bastiment awtorizzat mikri (“bastiment mikri”) li jtajjar il-bandiera ta’ Parti Kontraenti oħra, bil-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-Parti Kontraenti li tkun l-Istat tal-bandiera tkun qablet bil-miktub mal-arranġament tal-kiri;
l-arranġament tal-kiri jkun limitat għal bastiment wieħed tas-sajd għal kull Parti Kontraenti li tkun l-Istat tal-bandiera f’kull sena kalendarja;
f’sena kalendarja, il-perijodu tal-ħidmiet tas-sajd skont l-arranġament tal-kiri ma jkunx jaqbeż is-sitt xhur meta jittieħed kollu f’daqqa; u
il-bastiment mikri ma jkunx bastiment li qabel kien ġie identifikat bħala bastiment li wettaq is-sajd IUU.
Qabel id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-arranġament tal-kiri, il-Parti Kontraenti li qed tikri għandha tibgħat l-informazzjoni li ġejja bil-miktub lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO u lill-bastiment mikri, li għandu dejjem iżomm kopja tagħha abbord:
l-isem, ir-reġistrazzjoni fl-Istat tal-bandiera, in-numru tal-OMI u l-Istat tal-bandiera tal-bastiment;
l-isem jew l-ismijiet u l-Istat jew l-Istati tal-bandiera preċedenti tal-bastiment, jekk kellu;
l-isem u l-indirizz tas-sid jew tas-sidien u tal-operaturi tal-bastiment;
kopja tal-arranġament tal-kiri u ta’ kull awtorizzazzjoni jew liċenzja tas-sajd li l-Parti Kontraenti li qed tikri tkun ħarġet lill-bastiment mikri; u
l-allokazzjoni mogħtija lill-bastiment.
Meta l-bastiment mikri jkun bastiment tas-sajd tal-Unjoni, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jgħarraf lill-Kummissjoni minnufih malli jseħħ xi wieħed mill-avvenimenti li ġejjin:
malli jinbdew il-ħidmiet tas-sajd skont l-arranġament tal-kiri;
malli jiġu sospiżi l-ħidmiet tas-sajd skont l-arranġament tal-kiri;
malli jerġgħu jinbdew il-ħidmiet tas-sajd skont arranġament tal-kiri li jkun ġie sospiż;
malli jintemmu l-ħidmiet tas-sajd skont l-arranġament tal-kiri.
KAPITOLU V
MONITORAĠĠ TAS-SAJD
Artikolu 24
Rekwiżiti marbutin mat-tikkettar tal-prodotti
Meta jiġu pproċessati, l-ispeċijiet kollha li jkunu nġabru miż-Żona Regolatorja għandhom jiġu ttikkettati b'tali mod li kull speċi u kull kategorija tal-prodott tkun tista' tiġi identifikata. L-ispeċijiet kollha jridu jiġu ttikkettati bl-użu tad-data li ġejja:
isem il-bastiment tal-qbid;
il-Kodiċi Alfa-3 għal kull speċi kif imniżżel fl-Anness I.C għas-CEM imsemmi fil-punt 11 tal-Anness għal dan ir-Regolament;
fil-każ tal-gambli tat-Tramuntana, id-data meta nqabdu;
iż-Żona Regolatorja u d-Diviżjoni fejn sar is-sajd; u
il-kodiċi tal-preżentazzjoni tal-forma tal-prodott kif imniżżel fl-Anness II.K għas-CEM imsemmi fil-punt 29 tal-Anness għal dan ir-Regolament.
Kull pakkett għandu jkun fih biss:
kategorija waħda tal-forma tal-prodott;
Diviżjoni waħda tal-qbid;
data waħda tal-qbid (fil-każ tal-gambli tat-Tramuntana); u
speċi waħda.
Artikolu 25
Monitoraġġ tal-qabda
Kull bastiment tas-sajd għandu jżomm ġurnal ta' abbord dwar is-sajd li jinżamm abbord għal mill-inqas 12-il xahar u skont l-Anness II.A għas-CEM imsemmi fil-punt 30 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u li:
fih jiġu rreġistrati b’mod preċiż il-qabdiet minn kull tkarkira jew minn kull kalata, imqassmin skont id-Diviżjoni;
fih jiġi indikat it-tqassim tal-qabdiet minn kull tkarkir jew minn kull kalata, fosthom l-ammont (f'kg ta' piż ħaj) ta' kull stokk li jkun inżamm abbord, li jkun ġie skartat jew li jkun ġie ttrażbordat matul il-vjaġġ tas-sajd attwali.
Kull bastiment tas-sajd għandu jżomm ġurnal ta' abbord tal-produzzjoni li għandu jinżamm abbord għal mill-inqas 12-il xahar u li fih:
tiġi rreġistrata l-produzzjoni ta' kuljum, meħuda kollha f'daqqa, li kien hemm bejn 00:01 f'UTC u 24:00 f'UTC tal-ġurnata ta' qabel għal kull speċi u għal kull tip ta' prodott f'kg;
tiġi rreġistrata l-produzzjoni ta’ kull speċi u ta’ kull tip ta’ prodott, imqassma skont id-Diviżjoni;
jitniżżlu l-fatturi ta' konverżjoni li jintużaw biex il-piż tal-produzzjoni ta' kull tip ta' prodott jinqaleb f'piż ħaj meta l-prodott jiġi rreġistrat fil-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd;
kull entrata tiġi rreġistrata skont l-Artikolu 24; u
meta l-produzzjoni tkun seħħet fil-jum tal-ispezzjoni, l-informazzjoni marbuta ma’ kull qabda pproċessata għal dak il-jum titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ spettur fuq talba.
Kull bastiment tas-sajd għandu jżomm pjan tal-istivar:
li juri biċ-ċar:
fejn tkun tinsab kull speċi f'kull stiva tal-ħut u l-kwantità tagħha, mogħti bħala piż tal-prodott f'kg;
fejn ikunu jinsabu l-gambli maqbuda fid-Diviżjoni 3L u fid-Diviżjoni 3M f'kull stiva, inkluż l-ammont ta' gambli, imqassam skont id-Diviżjoni minn fejn ikun inqabad, f'kg;
id-dehra minn fuq tal-prodotti f'kull stiva tal-ħut;
jiġi aġġornat ta' kuljum bl-informazzjoni għal bejn 00:01 f'UTC u 24:00 f'UTC tal-ġurnata ta' qabel; u
li jinżamm abbord sa ma l-qabdiet kollha jkunu nħattu għalkollox minn fuq il-bastiment.
Kull bastiment tas-sajd għandu jibgħat b'mod elettroniku u skont il-format u l-kontenut preskritti għal kull tip ta' rapport fl-Anness II.D u fl-Anness II.F għas-CEM imsemmijin fil-punti 31 u 32 tal-Anness għal dan ir-Regolament, rapporti dwar l-affarijiet li ġejjin liċ-ĊMS tiegħu:
il-qabda mad-dħul (COE): il-kwantità ta' qabdiet abbord il-bastiment, imqassmin skont l-ispeċi, mad-dħul tiegħu fiż-Żona Regolatorja, li għandha tintbagħat tal-inqas sitt sigħat qabel id-dħul tal-bastiment;
il-qabda mal-ħruġ (COX): il-kwantità ta' qabdiet abbord il-bastiment, imqassmin skont l-ispeċi, mal-ħruġ tiegħu miż-Żona Regolatorja, li għandha tintbagħat tal-inqas sitt sigħat qabel il-ħruġ tal-bastiment;
rapport tal-qabda (CAT): l-għadd ta’ ħut li nżamm u l-għadd ta’ ħut li ġie skartat skont l-ispeċi fil-jum ta’ qabel ir-rapport, skont id-Diviżjoni, inkluż is-sajd li matulu ma nqabad l-ebda ħut, li għandu jintbagħat ta’ kuljum qabel 12:00 UTC, sakemm ma jkunx intbagħat f’rapport COX; is-sajd li matulu ma jkun inqabad l-ebda ħut li nżamm jew li ġie skartat tal-ispeċijiet kollha għandu jiġi rrappurtat billi jintuża l-kodiċi alfa-3 MZZ (speċijiet tal-baħar mhux speċifikati) u l-kwantità bħala “0”, hekk kif juru l-eżempji li ġejjin (//CA/MZZ 0//u//RJ/MZZ 0//);
qabda abbord (COB): għandu jintbagħat qabel id-dħul fid-Diviżjoni 3L jew il-ħruġ minnha fil-każ ta' kull bastiment li jkun qed jistad għall-gambli tat-Tramuntana f'dik id-Diviżjoni, u għandu jintbagħat siegħa qabel ma l-bastiment jaqsam il-konfini ta' dik id-Diviżjoni;
it-trażbord (TRA):
il-bastiment li minn fuqu jkun qed jiġi ttrażbordat il-ħut għandu jibgħat dan ir-rapport tal-inqas 24 siegħa qabel ma jsir it-trażbord; u
il-bastiment li jkun qed jirċievi l-ħut għandu jibagħtu sa mhux aktar tard minn siegħa wara li jsir it-trażbord;
port tal-ħatt l-art (POR): il-bastiment li jkun irċieva l-ħut permezz tat-trażbord għandu jibgħat dan ir-rapport tal-inqas 24 siegħa qabel ma jħott il-ħut l-art.
Il-qabdiet għandhom jiġu rrappurtati fil-livell tal-ispeċi bil-kodiċi tal-alfa-3 li jikkorrispondi magħhom mogħti fl-Anness I.C għas-CEM imsemmi fil-punt 11 tal-Anness għal dan ir-Regolament jew, jekk ma jkunux inklużi fl-Anness I.C għas-CEM, għandu jintuża l-kodiċi mogħti fil-Lista tal-Ispeċijiet għall-Finijiet tal-Istatistika dwar is-Sajd tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-FAO dwar ix-Xjenza Akkwatika u s-Sajd. Il-piż stmat tal-klieb il-baħar maqbudin għal kull ġbir jew kalata tax-xbieki wkoll għandu jiġi rreġistrat.
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat javża lill-Kummissjoni minnufih li huwa jaqbel mat-tħassir tar-rapport min-naħa tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu.
Kull Stat Membru għandu:
jibgħat rapport dwar il-qabdiet provviżorji ta' kull xahar tiegħu, imqassmin skont l-ispeċi u skont iż-żona tal-istokk, u dwar il-jiem provviżorji tas-sajd ta' kull xahar tiegħu għall-gambli tat-Tramuntana fid-Diviżjoni 3M, kemm jekk ikollu kwota jew sforz allokati għalih għall-istokkijiet rilevanti u kemm jekk le; huwa għandu jibgħat dawk ir-rapporti lill-Kummissjoni fi żmien 20 jum minn tmiem ix-xahar kalendarju li fih ikunu saru l-qabdiet;
jiżgura li l-informazzjoni fil-ġurnal ta' abbord tintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien 60 jum minn meta jintemm kull vjaġġ tas-sajd jew fil-format tal-“Extensible Markup Language” (XML) jew bħala fajl tal-“Microsoft Excel”, u li din ikun fiha tal-inqas l-informazzjoni deskritta fl-Anness II.N għas-CEM imsemmi fil-punt 33 tal-Anness għal dan ir-Regolament.
Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika jekk il-qabdiet kollha jkunu ġew irrappurtati skont il-paragrafu 6.
Artikolu 26
Sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti (VMS)
Kull bastiment tas-sajd li jaħdem fiż-Żona Regolatorja għandu jkun mgħammar b'tagħmir għall-monitoraġġ bis-satellita li jkun kapaċi jittrażmetti, b'mod awtomatiku u kontinwu, il-pożizzjoni tiegħu liċ-ĊMS tiegħu li jkun jinsab fuq l-art, tal-inqas darba fis-siegħa, flimkien mad-data tas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti li ġejja:
l-identifikazzjoni tal-bastiment;
l-iktar pożizzjoni riċenti tal-bastiment, skont il-latitudni u l-lonġitudni, b'marġni ta' tolleranza tal-iżbalji ta' mhux iktar minn 500 metru u b'intervall ta' kunfidenza ta' 99 %;
id-data u l-ħin f'UTC meta ġiet stabbilita l-pożizzjoni; u
ir-rotta jew id-direzzjoni tal-bastiment u l-veloċità tiegħu.
Kull Stat Membru għandu jiżgura li ċ-ĊMS tiegħu:
jirċievi d-data dwar il-pożizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jirreġistraha bl-użu tal-kodiċijiet bi tliet ittri li ġejjin:
bil-kodiċi “ENT” fil-każ tal-ewwel pożizzjoni tal-VMS li kull bastiment jibgħat malli jidħol fiż-Żona Regolatorja;
bil-kodiċi “POS” fil-każ ta' kull pożizzjoni sussegwenti tal-VMS li kull bastiment jibgħat miż-Żona Regolatorja; u
bil-kodiċi “EXI” fil-każ tal-ewwel pożizzjoni tal-VMS li kull bastiment jibgħat malli joħroġ miż-Żona Regolatorja;
ikun mgħammar bil-hardware u bis-software tal-kompjuter għall-ipproċessar awtomatiku tad-data u għat-trażmissjoni elettronika tad-data u japplika proċeduri ta' riżerva u ta' rkupru, u jirreġistra d-data li jirċievi mingħand il-bastimenti tas-sajd f'forma li tista' tinqara mill-kompjuter u jżommha għal tal-inqas tliet snin; u
javża lill-Kummissjoni u lill-EFCA b'ismu, bl-indirizz tiegħu, bin-numru tat-telefon tiegħu, bl-indirizz tat-telex tiegħu, bl-indirizz tal-posta elettronika tiegħu jew bin-numru tal-fax tiegħu u b'kull tibdil sussegwenti fihom mingħajr dewmien.
L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura:
li ċ-ĊMS jibgħat id-data tal-VMS dwar il-pożizzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO, u jibgħat kopja tagħha lill-Kummissjoni u lill-EFCA, malajr kemm jista' jkun iżda mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jirċeviha, u huwa jista' jawtorizza lill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu jibagħtu d-data tal-VMS dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz tas-satellita, tal-posta elettronika, tar-radju, tal-fax jew tat-telex direttament lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO; u
li d-data tal-VMS dwar il-pożizzjoni li tintbagħat lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO tkun konformi mal-format għall-iskambju tad-data li jinsab fl-Anness II.E għas-CEM imsemmi fil-punt 34 tal-Anness għal dan ir-Regolament u deskritt f'aktar dettall fl-Anness II.D għas-CEM imsemmi fil-punt 31 tal-Anness għal dan ir-Regolament.
KAPITOLU VI
SKEMA TA' OSSERVAZZJONI
Artikolu 27
Programm ta' osservazzjoni
B'deroga mill-paragrafu 2, u dment li n-NAFO ma tkunx talbet livell ogħla ta' preżenza ta' osservaturi, Stat Membru jista' jippermetti lill-bastimenti tas-sajd li qed itajru l-bandiera tiegħu jġorru osservatur għal anqas minn 100 %, iżda mhux anqas minn 25 %, tal-vjaġġi tas-sajd li tagħmel il-flotta tiegħu, jew tal-jiem li l-bastimenti tas-sajd ikunu preżenti fiż-Żona Regolatorja matul is-sena, bil-kondizzjoni li l-Istat Membru tal-bandiera, għall-bastimenti li ma jkunux qed iġorru osservatur:
jiżgura li l-bastimenti kkonċernati jimmiraw speċijiet f'żoni fejn tkun mistennija sseħħ qabda aċċessorja negliġibbli ta' speċijiet oħrajn;
jiżgura li l-bastiment jikkonforma mar-rekwiżiti kollha ta' rappurtar f'ħin reali;
fiżikament jispezzjona jew jevalwa b'mod ieħor kif xieraq, wara valutazzjoni tar-riskju, kull ħatt l-art fil-portijiet tiegħu mill-bastiment ikkonċernat skont il-proċeduri nazzjonali ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza. Jekk jiġi identifikat u kkonfermat kwalunkwe ksur ta' dan ir-Regolament, għandu jħejji rapport ta' spezzjoni fil-format preskritt fl-Anness IV.C għas-CEM imsemmi fil-punt 9 tal-Anness għal dan ir-Regolament. u jibagħtu lill-Kummissjoni kemm jista' jkun malajr wara li l-ksur ikun ġie kkonfermat.
mill-aktar kmieni possibbli qabel il-vjaġġ tas-sajd, jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:
l-isem, in-numru tal-OMI, u s-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment;
il-fatturi li jappoġġaw id-deċiżjoni li tingħata d-deroga mill-preżenza ta' 100 %;
jippreżenta lill-Kummissjoni sal-15 ta' Frar ta' kull sena, għas-sena kalendarja ta' qabel, rapport li fih tqabbil tal-attivitajiet ta' sajd kollha rilevantili juru d-differenza bejn il-vjaġġi fejn il-bastiment kellu osservatur abbord u dawk fejn ma kienx hemm osservatur. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO sal-1 ta' Marzu ta' kull sena.
Kull Stat Membru għandu:
kull sena, qabel il-bastimenti jtajru l-bandiera tiegħu jibdew jistadu fiż-Żona Regolatorja, jibgħat lill-Kummissjoni lista aġġornata ta' osservaturi (isem u numru tal-identità jekk applikabbli) li beħsiebu jibgħat fuq il-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu li joperaw fiż-Żona Regolatorja;
jitlob lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu li jġorru osservatur mil-lista msemmija fil-punt (a), skont il-programm ta' osservazzjoni;
sa fejn prattikabbli, jiżgura li osservaturi individwali ma jintbagħtux fuq vjaġġi konsekuttivi fuq l-istess bastiment;
jiżgura li l-osservaturi jkunu mgħammra b'tagħmir indipendenti ta' komunikazzjoni f'żewġ direzzjonijiet fuq il-baħar;
jieħu l-azzjoni xierqa b'rabta mal-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu biex jiżgura kondizzjonijiet sikuri ta' xogħol, il-protezzjoni, is-sigurtà u l-ġid tal-osservaturi fit-twettiq ta' dmirijiethom, b'mod konsistenti ma' standards jew linji gwida internazzjonali;
jiżgura li l-osservaturi jittrattaw id-data u l-informazzjoni kollha marbuta mal-operazzjonijiet tas-sajd miġbura waqt li jkunu fuq il-bastimenti, inkluż l-immaġnijiet u filmati li jittieħdu, skont ir-rekwiżiti applikabbli ta' kunfidenzjalità;
jibgħat ir-rapport ta’ kuljum tal-osservatur imsemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 11 lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO b’mod elettroniku u mingħajr dewmien wara li jirċevih.
Mal-wasla tar-rapport tal-osservatur minn osservatur li jirrapporta diskrepanzi mas-CEM jew inċident, inkluż kull każ ta' xkiel, intimidazzjoni, interferenza, jew prevenzjoni b'mod ieħor biex l-osservatur ma jkunx jista' jwettaq dmirijietu, b'rabta ma' bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, Stat Membru għandu:
jittratta r-rapport bl-akbar sensittività u diskrezzjoni, f'konformità mar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità applikabbli;
jivvaluta d-diskrepanzi identifikati fir-rapport tal-osservatur u jieħu kwalunkwe azzjoni ta' segwitu li titqies xierqa;
joħloq rapport dwar l-azzjonijiet ta' segwitu u jippreżentah lill-Kummissjoni.
Kull Stat Membru għandu jipprovdi:
▼M4 —————
fi żmien 20 jum minn meta l-bastiment jasal fil-port, ir-rapport tal-osservatur dwar il-vjaġġ imsemmi fil-paragrafu 11;
sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena, rapport dwar il-konformità tiegħu mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu b’rabta mas-sena kalendarja ta’ qabel.
Osservatur li jkun fuq bastiment għandu, bħala minimu, iwettaq id-dmirijiet elenkati hawn taħt:
jirreġistra għal kull ġbir/kalata, fil-format indikat fl-Anness II.M għas-CEM imsemmi fil-punt 35 tal-Anness ta' dan ir-Regolament(“ir-rapport tal-osservatur dwar il-vjaġġ”):
il-kwantità tal-qabda kollha, skont l-ispeċi, inkluż għall-qbid skartat u l-indikatur tal-ispeċijiet ta' VME kif imsemmij fl-Anness I.E għas-CEM imsemmi fil-punt 3 tal-Anness għal dan ir-Regolament:
kwalunkwe diskrepanza identifikata bejn is-sorsi differenti ta' data dwar il-qabda;
it-tip ta' rkaptu, id-daqs tal-malji tax-xibka, l-aċċessorji;
data dwar l-isforz;
il-lonġitudni u l-latitudni, il-fond tas-sajd;
fil-każ ta' sajd bit-tkarkir, il-ħin minn tmiem il-kalata sal-bidu tal-irfigħ tal-irkaptu. Fi kwalunkwe każ ieħor, il-bidu tal-kalata u tmiem l-irfigħ;
iwettaq monitoraġġ tal-pjan tal-istivar tal-bastiment imsemmi fl-Artikolu 25, u jirreġistra fir-rapport tal-osservatur kwalunkwe diskrepanza identifikata;
jirreġistra kwalunkwe interruzzjoni ta' jew interferenza osservata fil-VMS;
jiffissa l-istrumenti tal-bastiment biss bil-qbil tal-kaptan tal-bastiment;
kuljum jibagħt, sew jekk il-bastiment ikun qed jistad u sew jekk le, qabel 12:00 UTC liċ-ĊMS tal-Istat Membru tal-bandiera, skont l-Anness II.G għas-CEM imsemmi fil-punt 36 tal-Anness għal dan ir-Regolament, ir-rapport tal-osservatur, skont id-Diviżjoni;
iwettaq din il-ħidma, inkluż għal skopijiet xjentifiċi, li tista' titlob in-NAFO;
jippreżenta r-rapport tal-osservatur, f'forma li tinqara minn kompjuter, fejn possibbli bl-immaġnijiet assoċjati meħuda mill-osservatur mehmuża:
kemm jista' jkun malajr wara t-tluq miż-Żona Regolatorja u mhux aktar tard mill-wasla tal-bastiment fil-port, lill-Istat Membru tal-bandiera;
minnufih mal-wasla fil-port, lill-awtorità lokali ta' spezzjoni tal-portijiet jekk issir spezzjoni fil-port;
ikun disponibbli għall-ispetturi fuq il-baħar, jew fil-port mal-wasla tal-bastiment, għal skopijiet ta' investigazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment;
b'referenza għal kull inċident ta' nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament:
jirrapporta mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment, kwalunkwe diskrepanza mar-Regolament, inkluż kwalunkwe każ ta' xkiel, intimidazzjoni, interferenza jew prevenzjoni b'mod ieħor biex l-osservatur ma jkunx jista' jwettaq dmirijietu, bl-użu tat-tagħmir indipendenti ta' komunikazzjoni f'żewġ direzzjonijiet, u
iżomm rekords dettaljati, inkluż immaġnijiet rilevanti u filmati, ta' kwalunkwe ċirkostanza u informazzjoni marbuta ma' kwalunkwe każ ta' diskrepanzi ma' dan ir-Regolament, biex jintbagħtu liċ-ĊMS tal-Istat Membru tal-bandiera kemm jista' jkun kmieni, u mhux aktar tard mill-wasla tal-bastiment fil-port;
Il-kaptani tal-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru għandhom:
jikkooperaw mal-osservatur u jgħinuhom kif ikun hemm bżonn sabiex l-osservaturi jkunu jistgħu jwettqu dmirijiethom. Din il-kooperazzjoni għandha tinkludi l-fatt li l-osservatur jingħata l-aċċess li jista' jkun meħtieġ għall-qabda, fosthom dawk li l-bastiment jista' jkun beħsiebu jiskarta;
jipprovdu lill-osservatur b'akkomodazzjoni u ikel li ma jkunux ta' standard inqas minn dawk ipprovduti lill-uffiċjali abbord. Jekk ma tkunx disponibbli akkomodazzjoni tal-uffiċjali, l-osservatur għandu jiġi pprovdut akkomodazzjoni ta' standard kemm jista' jkun qrib dik tal-uffiċjali iżda mhux inqas minn dik ipprovduta lill-ekwipaġġ;
jipprovdu aċċess għaż-żoni operazzjonali kollha tal-bastiment meħtieġa biex l-osservatur jaqdi dmirijietu, inkluż l-istiva/i, iż-żona/i ta' produzzjoni, il-pont, it-tagħmir tal-ipproċessar taż-żibel u t-tagħmir ta' navigazzjoni u ta' komunikazzjoni tal-bastiment;
ma jxekklux, ma jintimidawx, ma jinterferixxux, ma jxaħħmux jew ma jippruvawx ixaħħmu osservatur fit-twettiq ta' dmirijietu;
jinkludu lill-osservaturi fl-eżerċizzji kollha ta' simulazzjoni ta' emerġenza li jsiru abbord; u
jinnotifikaw lill-osservatur meta tim ta' spezzjoni jkun wera l-intenzjoni tiegħu li jitla' fuq il-bastiment.
KAPITOLU VII
SKEMA KONĠUNTA TA' SPEZZJONI U TA' SORVELJANZA
Artikolu 28
Dispożizzjonijiet Ġenerali
Meta fiż-Żona Regolatorja jkun hemm iktar minn 15-il bastiment tas-sajd tal-Istati Membri fl-istess ħin, l-EFCA u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, matul dak il-perijodu:
fiż-Żona Regolatorja jkun hemm spettur jew awtorità kompetenti oħra; jew
li, fit-territorju ta' Parti Kontraenti tan-NAFO li jkun imiss maż-Żona tal-Konvenzjoni, ikun hemm awtorità kompetenti;
li l-Istati Membri jwieġbu mingħajr dewmien għal kull avviż ta' każ ta' ksur fiż-Żona Regolatorja minn bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tagħhom.
Meta Stat Membru jkun qed jieħu sehem fl-Iskema, għandu jiżgura dan li ġej b'rabta mal-ispetturi u mal-ispetturi li jkun għadhom qed jitħarrġu li jkunu assenjati għal din l-Iskema, ħlief meta dawn ikunu qed jispezzjonaw bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tiegħu skont il-liġi domestika tiegħu:
li dawn jibqgħu taħt il-kontroll operattiv tiegħu;
li huma jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-Iskema;
li huma ma jġorrux armi fuqhom meta jitilgħu abbord il-bastiment;
li huma joqogħdu lura milli jinfurzaw il-liġijiet u r-regolamenti marbutin mal-ibħra tal-Unjoni;
li huma jħarsu r-regolamenti, il-proċeduri u l-prattiki internazzjonali aċċettati b'mod ġenerali b'rabta mas-sikurezza tal-bastiment li qed jiġi spezzjonat u tal-ekwipaġġ tiegħu;
li huma ma jfixklux l-attivitajiet tas-sajd jew l-istivar tal-prodotti tas-sajd u, safejn ikun fattibbli, li huma jevitaw li jieħdu azzjonijiet li jistgħu jaffettwaw ħażin il-kwalità tal-qabda li jkun hemm abbord; u
li huma jiftħu l-kontenituri b'tali mod li jiffaċilita l-issiġillar mill-ġdid, l-ippakkjar mill-ġdid u, eventwalment, il-ħżin mill-ġdid fil-pront tagħhom.
Artikolu 29
Rekwiżiti ta' notifika
Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Novembru ta’ kull sena, kull Stat Membru għandu jibgħat l-informazzjoni li ġejja lill-EFCA (u kopja tagħha lill-Kummissjoni), li għandha tiżgura li dik l-informazzjoni tintbagħat lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO:
id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti li għandha taġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt għall-finijiet tan-notifika mill-ewwel ta’ ksur fiż-Żona Regolatorja, u kwalunkwe tibdil sussegwenti għal dik l-informazzjoni, mill-inqas 15-il jum qabel ma jidħol fis-seħħ dak it-tibdil;
l-ismijiet tal-ispetturi u tal-ispetturi li jkun għadhom qed jitħarrġu u isem kull pjattaforma ta’ spezzjoni li huwa jkun assenja għall-Iskema, kif ukoll is-sinjal tas-sejħa bir-radju tagħha u d-dettalji ta’ kuntatt għall-komunikazzjoni magħha. Huwa għandu jagħti notifika tat-tibdil fid-dettalji nnotifikati b’dan il-mod tal-inqas 60 jum minn qabel kull meta dan ikun possibbli.
Artikolu 30
Proċeduri ta' sorveljanza
Meta spettur jinnota bastiment tas-sajd fiż-Żona Regolatorja li jtajjar il-bandiera ta' Parti Kontraenti tan-NAFO u li dwaru jkun hemm raġunijiet biex jissuspetta li qed jikser dan ir-Regolament, u meta ma jkunx prattiku li ssir spezzjoni minnufih, l-ispettur għandu:
jimla l-Formola tar-Rapport ta' Sorveljanza f'konformità mal-Anness IV.A tas-CEM imsemmi fil-punt 38 tal-Anness għal dan ir-Regolament. Jekk l-ispettur ikun għamel evalwazzjoni volumetrika jew tal-kompożizzjoni tal-qabda tal-kontenut ta' ġbir, fir-rapport ta' sorveljanza għandha tingħata l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-kompożizzjoni tat-tkarkir u għandha ssir referenza għall-metodu użat għall-evalwazzjoni volumetrika;
jieħu immaġnijiet tal-bastiment u jirreġistra l-pożizzjoni, id-data u l-ħin meta ġiet irreġistrata l-immaġni; u
jibgħat ir-rapport ta' sorveljanza u l-immaġnijiet lill-awtorità kompetenti tiegħu minnufih b'mod elettroniku.
Minnufih, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li tirċievi t-tali rapport ta' sorveljanza għandha:
tibgħat ir-rapport ta’ sorveljanza lill-EFCA, li għandha tibagħtu lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO mingħajr dewmien biex dan jibgħatu lill-Parti Kontraenti li tkun l-Istat tal-bandiera tal-bastiment;
tibgħat kopja tal-immaġnijiet irreġistrati lill-EFCA li, min-naħa tagħha, għandha tibgħathom lill-Parti Kontraenti li tkun l-Istat tal-bandiera tal-bastiment jew lill-Istat Membru tal-bandiera jekk dan ikun differenti mill-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-ispezzjoni;
tiżgura s-sigurtà u l-kontinwità tal-evidenza għall-ispezzjonijiet ta' wara.
Artikolu 31
Proċeduri tat-tlugħ abbord u ta' spezzjoni għall-Partijiet Kontraenti
Kull Stat Membru għandu jiżgura li, fil-każ ta' spezzjoni mwettqa skont l-Iskema, l-ispetturi tiegħu:
jgħarrfu lill-bastiment tas-sajd bir-radju b'isem il-pjattaforma ta' spezzjoni, billi jużaw il-Kodiċi Internazzjonali tas-Sinjali, qabel ma jitilgħu abbord;
juru, fuq il-bastiment ta' spezzjoni u fuq il-bastiment ta' tlugħ abbord, il-bandiera murija fl-Anness IV.E għas-CEM imsemmi fil-punt 39 tal-Anness għal dan ir-Regolament;
jiżguraw li, waqt it-tlugħ abbord, il-bastiment ta' spezzjoni jżomm distanza sikura mill-bastimenti tas-sajd;
ma jeżiġux lill-bastiment tas-sajd jieqaf jew jimmanuvra waqt li jkun qed ikala x-xbieki, waqt li jkun qed ikarkru jew waqt li jkun qed itellgħu mill-baħar;
jillimitaw kull tim tal-ispezzjoni għal massimu ta' erba' spetturi, inkluż kull spettur li jkun għadu qed jitħarreġ li jista' jakkumpanja lit-tim tal-ispezzjoni għal raġunijiet ta' taħriġ biss. Meta l-ispetturi jkollhom magħhom spettur li jkun għadu qed jitħarreġ, malli jitilgħu abbord, l-ispetturi għandhom jgħidu lill-kaptan tal-bastiment liema hu l-ispettur li jkun għadu qed jitħarreġ. L-ispettur li jkun għadu qed jitħarreġ għandu biss josserva l-ħidma ta' spezzjoni li jwettqu l-ispetturi awtorizzati u ma għandu bl-ebda mod jinterferixxi fl-attivitajiet tal-bastiment tas-sajd;
jippreżentaw id-dokumenti ta' identità tagħhom tan-NAFO maħruġin mis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO skont l-Artikolu 32.3(b) tas-CEM lill-kaptan tal-bastiment malli jitilgħu abbord;
jillimitaw l-ispezzjonijiet għal erba' sigħat jew għall-ħin meħtieġ biex ix-xibka tittella' mill-baħar u x-xibka u l-qabda jiġu spezzjonati, skont liema minnhom ikun l-itwal, ħlief fil-każijiet li ġejjin:
fil-każ ta' ksur; jew
meta, skont l-istimi tal-ispetturi, l-ammont tal-qabdiet abbord ikun differenti mill-ammont tal-qabdiet irreġistrat fil-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd, f'liema każ l-ispetturi se jillimitaw l-ispezzjoni għal siegħa oħra sabiex jivverifikaw il-kalkoli u l-proċeduri u sabiex jerġgħu jeżaminaw id-dokumenti rilevanti li jkunu ntużaw biex jiġu kkalkulati l-qabdiet li saru fiż-Żona Regolatorja u l-qabdiet abbord il-bastiment;
jiġbru kull informazzjoni rilevanti użata biex tiġi identifikata l-konformità ma' dan ir-Regolament li jipprovdi osservatur.
Artikolu 32
Obbligi tal-kaptan tal-bastiment waqt l-ispezzjoni
Kull kaptan tal-bastiment għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiffaċilita l-ispezzjoni billi:
meta bastiment ta' spezzjoni jkun avżah li ser tibda spezzjoni, jiżgura li kull xibka li tkun ser tittella' mill-baħar ma tittellax għal mill-inqas 30 minuta wara li jirċievi l-avviż mingħand il-bastiment ta' spezzjoni;
fuq talba tal-pjattaforma ta' spezzjoni u sa fejn ikun kompatibbli mal-prinċipji ta' tbaħħir tajjeb, jiffaċilita t-tlugħ abbord tal-ispetturi;
jipprovdi sellum għat-tlugħ abbord skont l-Anness IV.G għas-CEM imsemmi fil-punt 40 tal-Anness għal dan ir-Regolament;
jiżgura li kull parank mekkaniku għall-imbark tal-pilota jkun adattat għall-użu b'mod sikur, fosthom l-aċċess sikur bejn il-parank u l-gverta;
jipprovdi aċċess lill-ispetturi għaż-żoni, għall-gverti u għall-kmamar kollha rilevanti, għall-qabdiet ipproċessati u mhux ipproċessati, għax-xbieki u għall-irkaptu l-ieħor, għat-tagħmir u għal kull dokument rilevanti li huma jqisu li huwa meħtieġ biex jivverifikaw il-konformità ma' dan ir-Regolament;
jirreġistra l-koordinati marbutin mal-pożizzjoni fil-bidu u fi tmiem kull tkarkir bi prova mwettaq f'konformità mal-punt (iii) tal-punt (b) tal-Artikolu 8(1) u jgħaddihom lill-ispetturi jekk dawn jitolbuhomlu;
fuq talba tal-ispetturi, jipprovdilhom id-dokumenti ta' reġistrazzjoni, tpinġijiet jew deskrizzjonijiet tal-kmamar fejn jinżamm il-ħut, il-ġurnali ta' abbord tal-produzzjoni u l-pjanijiet tal-istivar, u jagħtihom kull għajnuna li jkollhom bżonn b'mod raġonevoli biex jiżguraw ruħhom li l-istivar reali tal-ħut jaqbel mal-pjan tal-istivar;
joqgħod lura milli jinterferixxi fi kwalunkwe kuntatt bejn l-ispetturi u l-osservatur inkluż li jirrispetta l-privatezza meħtieġa sabiex l-ispetturi u l-osservatur iwettqu dmirijiethom;
jiffaċilita t-teħid ta' kampjuni ta' ħut ipproċessat mill-ispetturi, għall-iskop tal-identifikazzjoni tal-ispeċijiet permezz ta' analiżi tad-DNA;
jieħu kull azzjoni li tista' tkun meħtieġa sabiex jippreserva l-integrità ta' kull siġill li l-ispetturi jkunu waħħlu u ta' kull evidenza li jkun għad hemm abbord, sakemm l-Istat tal-bandiera ma jagħtihx ordnijiet mod ieħor;
jiffirma t-taqsima rilevanti tar-rapport ta' spezzjoni u b'hekk jirrikonoxxi li twaħħlu s-siġilli, sabiex jiżgura l-kontinwità tal-evidenza meta jkunu twaħħlu siġilli u/jew meta l-evidenza tkun tpoġġiet taħt sigurtà;
jieqaf mis-sajd meta l-ispetturi jitolbuh jagħmel dan skont il-punt (b) tal-Artikolu 35(2);
meta jintalab dan, iħalli lill-ispetturi jużaw it-tagħmir ta' komunikazzjoni tal-bastiment u l-operatur ta' dan it-tagħmir sabiex dawn ikunu jistgħu jibagħtu u jirċievu l-messaġġi;
meta l-ispetturi jitolbuh jagħmel dan, ineħħi kull parti tal-irkaptu tas-sajd li tkun tidher li ma tkunx awtorizzata skont dan ir-Regolament;
meta l-ispetturi jkunu daħħlu xi entrata fil-ġurnali ta' abbord, jagħtihom kopja ta' kull paġna fejn ikun hemm it-tali entrati u, meta jitolbuh jagħmel dan, jiffirma kull paġna biex jikkonferma li hija kopja vera; u
meta jintalab jieqaf mis-sajd, ma jerġax jibda jistad qabel ma:
l-ispetturi jkunu lestew l-ispezzjoni u jkunu poġġew taħt sigurtà l-evidenza; u
il-kaptan tal-bastiment ikun iffirma t-taqsima rilevanti tar-rapport ta' spezzjoni kif imsemmi fil-punt (k).
Artikolu 33
Rapport tal-ispezzjoni u segwitu għalih
Għall-finijiet tar-rapport tal-ispezzjoni:
vjaġġ tas-sajd għandu jitqies li huwa vjaġġ attwali meta l-bastiment spezzjonat ikollu qabdiet abbord li jkunu nġabru miż-Żona Regolatorja matul il-vjaġġ;
meta jkunu qed iqabblu l-entrati tal-ġurnal ta' abbord tal-produzzjoni ma' dawk tal-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd, l-ispetturi għandhom jaqilbu l-piż tal-produzzjoni f'piż ħaj iggwidati mill-fatturi ta' konverżjoni stabbiliti fl-Annessi XIII, XIV u XV għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 ( 5 ) għall- bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fir-rigward ta' speċijiet u preżentazzjonijiet koperti minn dawk l-Annessi u mill-fatturi ta' konverżjoni użati mill-kaptan tal-bastiment f'każijiet oħrajn;
l-ispetturi għandhom:
jiġbru fil-qosor il-qabdiet tal-bastiment fiż-Żona Regolatorja għall-vjaġġ tas-sajd attwali skont l-ispeċi u skont id-Diviżjoni mir-reġistri tal-ġurnali ta' abbord;
jirreġistraw is-sommarji kif ukoll id-differenzi bejn il-qabdiet irreġistrati u l-istimi tagħhom tal-qabdiet abbord fit-taqsimiet xierqa tar-rapport tal-ispezzjoni;
jiffirmaw ir-rapport tal-ispezzjoni malli jlestu l-ispezzjoni u jgħadduh lill-kaptan tal-bastiment biex dan jiffirmah u jikteb kull kumment li jista' jkollu, u lil kull xhud li jkun jixtieq jagħmel xi dikjarazzjoni;
jgħarrfu mill-ewwel lill-awtorità kompetenti tagħhom b'dan u jibagħtulha l-informazzjoni u l-immaġnijiet fi żmien 24 siegħa jew mill-aktar fis possibbli; u
jagħtu kopja tar-rapport lill-kaptan tal-bastiment u jniżżlu, kif xieraq, il-fatt li l-kaptan tal-bastiment ikun irrifjuta li jirrikonoxxi li rċevih fit-taqsima rilevanti tar-rapport ta' spezzjoni, jekk dan ikun il-każ.
L-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-ispezzjoni għandu:
jibgħat ir-rapport tal-ispezzjoni fuq il-baħar lill-EFCA, jekk jista’ jkun fi żmien 20 jum minn meta ssir l-ispezzjoni, li min-naħa tagħha għandha tibagħtu lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO;
iħares il-proċedura msemmija fl-Artikolu 34(2) wara li l-ispetturi joħorġu avviż ta' każ ta' ksur.
Artikolu 34
Proċeduri marbutin mal-każijiet ta' ksur
Kull Stat Membru li jkun qed iwettaq l-ispezzjoni għandu jiżgura li, malli l-ispetturi tiegħu jindunaw bi ksur ta' dan ir-Regolament, huma:
jirreġistraw il-każ ta' ksur fir-rapport tal-ispezzjoni;
idaħħlu entrata fil-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd jew f'dokument ieħor rilevanti tal-bastiment spezzjonat li fiha jiktbu d-data, il-koordinati ġeografiċi u n-natura tal-ksur u jiffirmawha, u jagħmlu kopja ta' kull entrata rilevanti u jitolbu lill-kaptan tal-bastiment jiffirma kull paġna biex jivverifika li hija kopja vera tal-oriġinal;
jieħdu immaġnijiet tal-irkaptu, tal-qabdiet jew ta' kull evidenza oħra li huma jqisu li huma meħtieġa b'rabta mal-każ ta' ksur;
iwaħħlu b'mod sikur is-siġill tal-ispezzjoni muri fis-Siġill tal-Ispezzjoni tan-NAFO mogħti fl-Anness IV.F għas-CEM imsemmi fil-punt 42 tal-Anness għal dan ir-Regolament, kif ikun xieraq, u jniżżlu l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu u n-numru tas-serje ta' kull siġill fir-rapport tal-ispezzjoni;
jitolbu lill-kaptan tal-bastiment:
jiffirma t-taqsima rilevanti tar-rapport ta' spezzjoni u b'hekk jirrikonoxxi li twaħħlu s-siġilli, sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-evidenza; u
jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub fit-taqsima rilevanti tar-rapport ta' spezzjoni;
jitolbu lill-kaptan tal-bastiment ineħħi kull parti mill-irkaptu tas-sajd li tkun tidher li ma tkunx awtorizzata skont dan ir-Regolament; u
jgħarrfu lil kwalunkwe osservatur li jkun abbord bil-każ ta’ ksur.
L-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-ispezzjoni għandu:
jibgħat notifika bil-miktub lill-Kummissjoni u lill-EFCA dwar il-każ ta’ ksur irrappurtat mill-ispetturi tiegħu fi żmien 24 siegħa minn x’ħin jinstab il-ksur u, min-naħa tagħha, l-EFCA għandha tibgħat din in-notifika lill-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti li tkun l-Istat tal-bandiera jew tal-Istat Membru tal-bandiera, jekk dan ikun differenti mill-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-ispezzjoni, u lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO. In-notifika bil-miktub għandu jkun fiha l-informazzjoni mdaħħla fit-taqsima dwar il-ksur tar-rapport tal-ispezzjoni fl-Anness IV.B għas-CEM imsemmi fil-punt 41 tal-Anness għal dan ir-Regolament, għandha ssemmi l-miżuri rilevanti u tiddeskrivi fid-dettall il-bażi għall-ħruġ tal-avviż ta’ każ ta’ ksur, u l-evidenza li tappoġġa l-avviż; u meta dan ikun possibbli, għandu jkollha magħha l-immaġnijiet tal-irkaptu, tal-qabdiet jew ta’ kull evidenza oħra marbuta mal-każ ta’ ksur imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;
jibgħat ir-rapport tal-ispezzjoni lill-Kummissjoni u lill-EFCA fi żmien ħamest ijiem minn meta l-bastiment ta' spezzjoni jerġa' lura fil-port;
L-EFCA għandha tibgħat ir-rapport tal-ispezzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO.
Artikolu 35
Proċeduri addizzjonali għall-każijiet ta' ksur serju
Kull wieħed mill-każijiet ta' ksur li ġejjin jikkostitwixxi ksur serju, fit-tifsira tal-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009:
is-sajd għall-kwota “Oħrajn” mingħajr ma l-Kummissjoni u l-EFCA jiġu avżati bil-quddiem b’dan, bi ksur tal-Artikolu 5;
is-sajd għall-istokkijiet skont il-kwota “għal stokkijiet oħrajn” iktar minn ħamest ijiem ta' xogħol wara li jingħalaq dak is-sajd bi ksur tal-Artikolu 5;
is-sajd dirett gћal stokk li fuqu hemm moratorju jew li s-sajd għalih huwa pprojbit mod ieħor bi ksur tal-Artikolu 6;
is-sajd dirett gћal stokkijiet jew gћal speċijiet wara d-data tal-għeluq tas-sajd min-naħa tal-Istat Membru tal-bandiera nnotifikata lill-Kummissjoni bi ksur tal-Artikolu 6;
is-sajd f’żona magħluqa, bi ksur tal-Artikolu 9(5) jew l-Artikolu 18;
is-sajd b'irkaptu tas-sajd tal-qiegħ f'żona magħluqa għall-attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ bi ksur tal-Kapitolu III;
is-sajd b’daqs tal-malja, b’għeriebel jew bi gradilji distanzjati mhux awtorizzati, jew mingħajr l-użu ta’ għeriebel jew gradilji tal-għażla bi ksur tal-Artikolu 13 jew l-Artikolu 14;
is-sajd mingħajr awtorizzazzjoni valida;
ir-reġistrazzjoni ħażina tal-qabdiet bi ksur tal-Artikolu 25;
in-nuqqas li bastiment ikollu abbord sistema ta' monitoraġġ bis-satellita jew it-tbagħbis fit-tħaddim tagħha bi ksur tal-Artikolu 26;
in-nuqqas li jintbagħtu messaġġi dwar il-qabdiet bi ksur tal-Artikolu 12(1) jew l-Artikolu 25;
il-fatt li l-ispetturi jew l-osservaturi jiġu mfixkla milli jwettqu dmirijiethom jew li jiġu intimidati, jew li jkun hemm indħil waqt li dawn ikunu qed iwettqu dmirijiethom jew li dawn ma jitħallewx iwettqu dmirijiethom b'xi mod ieħor, jew li ssir kull forma oħra ta' pressjoni indiretta;
it-twettiq ta' ksur meta ma jkunx hemm osservatur abbord il-bastiment;
il-ħabi, it-tbagħbis jew it-twarrib tal-evidenza marbuta ma' investigazzjoni, fosthom il-ksur jew it-tbagħbis tas-siġilli jew il-kisba ta' aċċess għal żoni magħluqin;
il-preżentazzjoni ta' dokumenti ffalsifikati lil spettur jew l-għoti ta' informazzjoni falza lilu li jwasslu biex ksur serju ma jiġix innutat;
il-ħatt l-art, it-trażbord jew l-użu ta' servizzi portwarji oħrajn:
f'port li ma jkunx magħżul skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 39(1); jew
mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Istat tal-port imsemmija fl-Artikolu 39(6);
in-nuqqas ta' ħarsien tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 41(1);
in-nuqqas li jkun hemm osservatur, jekk dan ikun meħtieġ.
Meta l-ispettur iħarrek bastiment talli jkun wettaq ksur serju, huwa għandu:
jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura s-sigurtà u l-kontinwità tal-evidenza, fosthom billi jissiġilla l-istiva tal-bastiment u/jew l-irkaptu tas-sajd tiegħu għal iktar spezzjonijiet, kif ikun xieraq;
jitlob lill-kaptan tal-bastiment iwaqqaf l-attivitajiet kollha tas-sajd li jkunu jidhru li jikkostitwixxu ksur serju; u
jgħarraf mill-ewwel lill-awtorità kompetenti tiegħu u jibagħtilha l-informazzjoni rilevanti u, meta dan ikun possibbli, l-immaġnijiet, fi żmien 24 siegħa. L-awtorità kompetenti li tirċievi din l-informazzjoni għandha tgħarraf lill-Parti Kontraenti li tkun l-Istat tal-bandiera jew lill-Istat Membru tal-bandiera jekk dan ikun differenti mill-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-ispezzjoni, skont l-Artikolu 34.
Fil-każ ta' ksur serju min-naħa ta' bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, l-Istat Membru tal-bandiera għandu:
jirrikonoxxi mingħajr dewmien li rċieva l-informazzjoni u l-immaġnijiet relatati ma' dan il-ksur;
jiżgura li l-bastiment spezzjonat ma jerġax jibda jistad qabel ma jingħata notifika oħra dwar dan;
jeżamina l-każ bl-użu tal-informazzjoni kollha u tal-materjal kollu li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu u, fi żmien 72 siegħa jitlob lill-bastiment jidħol minnufih f'port biex issirlu spezzjoni sħiħa taħt l-awtorità tiegħu jekk ikun jidher li jkun hemm xi wieħed mill-każijiet ta' ksur serju li ġejjin:
is-sajd dirett gћal stokk li fuqu hemm moratorju;
is-sajd dirett gћal stokk li s-sajd għalih huwa pprojbit skont l-Artikolu 6;
ir-reġistrazzjoni ħażina tal-qabdiet, bi ksur tal-Artikolu 25; jew
ir-repetizzjoni tal-istess każ ta' ksur serju fuq perijodu ta' sitt xhur.
Jekk ma jkunx japplika l-punt (c) tal-paragrafu 3, l-Istat Membru tal-bandiera għandu:
jew jippermetti lill-bastiment jerġa' jibda jistad. F'dan il-każ, sa mhux iktar tard minn jumejn wara l-avviż tal-każ ta' ksur, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat ġustifikazzjoni bil-miktub lill-Kummissjoni dwar ir-raġuni għaliex il-bastiment ma ġiex ordnat jidħol fil-port. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din il-ġustifikazzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO; jew
jew inkella jitlob lill-bastiment jidħol minnufih f'port biex issirlu spezzjoni fiżika sħiħa taħt l-awtorità tiegħu.
Artikolu 36
Azzjonijiet ta' segwitu għall-każijiet ta' ksur
Fil-każ ta' ksur min-naħa ta' bastiment li jkollu d-dritt itajjar il-bandiera tiegħu, l-Istat Membru għandu:
jinvestiga l-każ bis-sħiħ, fosthom billi jispezzjona l-bastiment tas-sajd b'mod fiżiku mill-aktar fis possibbli jekk ikun hemm bżonn;
jikkoopera mal-Parti Kontraenti tan-NAFO li tkun qed twettaq l-ispezzjoni jew mal-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-ispezzjoni jekk dan ikun differenti minnu, sabiex l-evidenza u l-katina tal-kustodja jiġu ppreservati f'forma li tiffaċilita l-proċedimenti skont il-liġijiet tiegħu;
jieħu azzjonijiet ġudizzjarji jew amministrattivi minnufih kontra l-persuni li huma responsabbli għall-bastiment, skont il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu; u
jiżgura li s-sanzjonijiet applikabbli fir-rigward tal-ksur, u sa fejn hu possibbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali għal ksur serju ripetut, b’mod partikolari dak identifikat taħt l-Artikolu 35(3), il-punt (c) (iii) u (iv), ikunu adegwati fis-severità biex ikunu effettivi biex jiżguraw konformità, iwaqqfu milli jsir ksur ieħor jew milli jirrepeti ruħu, u jċaħħad lill-awturi tar-reati milli jgawdi l-benefiċċji li jokkorru mill-ksur.
Skont il-gravità tal-każ u skont il-liġi domestika, l-azzjonijiet ġudizzjarji jew amministrattivi u s-sanzjonijiet imsemmijin fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1 jistgħu jinkludu l-affarijiet li ġejjin, iżda m'għandhomx ikunu limitati għalihom biss:
il-multi;
is-sekwestru tal-bastiment, tal-irkaptu illegali tas-sajd u tal-qabdiet illegali;
is-sospensjoni jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni biex jitwettqu l-attivitajiet tas-sajd; u
it-tnaqqis jew it-tħassir tal-allokazzjonijiet tas-sajd;
rekwiżiti ta’ rappurtar miżjuda jew addizzjonali, bħal rappurtar iktar frekwenti jew data addizzjonali li għandha tiġi rrapportata; u
rekwiżiti ta’ monitoraġġ miżjuda jew addizzjonali, bħal l-użu ta’ osservatur jew ta’ spettur abbord jew l-installazzjoni ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti għall-bastimenti tas-sajd li joperaw fiż-Żona Regolatorja.
L-Istat Membru tal-bandiera u l-Istat Membru tal-port għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih bl-affarijiet li ġejjin:
bl-azzjonijiet ġudizzjarji jew amministrattivi u bis-sanzjonijiet imsemmijin fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1;
malajr kemm jista' jkun mil-lat prattiku iżda mhux aktar tard minn erba' xhur wara li jseħħ ksur serju, b'rapport dwar il-progress li jkun qed isir fl-investigazzjoni, fosthom id-dettalji dwar kull azzjoni li jkunu ħadu jew li jkunu bdew jieħdu b'rabta mal-kaz ta' ksur; u
malli jlestu l-investigazzjoni tagħhom, b'rapport dwar l-eżitu finali.
Artikolu 37
Rapporti tal-Istati Membri dwar l-ispezzjoni, is-sorveljanza u l-każijiet ta' ksur
Kull Stat Membru għandu jibgħat rapport lill-Kummissjoni u lill-EFCA sal-1 ta' Frar ta' kull sena, skont l-Iskema, u li jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
l-għadd ta' spezzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu u tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Parti Kontraenti oħra tan-NAFO li jkunu twettqu matul is-sena kalendarja ta' qabel;
isem kull bastiment tas-sajd li dwaru l-ispetturi tagħha jkunu ħarġu avviż ta' każ ta' ksur, fosthom id-data u l-pożizzjoni tal-ispezzjoni u n-natura tal-ksur;
l-għadd ta' sigħat li l-inġenji tal-ajru tas-sorveljanza tagħha jkunu taru fuq pattulja, l-għadd ta' lemħ li dawn għamlu, l-għadd ta' rapporti ta' sorveljanza li hija tkun bagħtet u, għal kull rapport ta' dan it-tip, id-data, il-ħin u l-pożizzjoni tal-lemħ;
l-azzjonijiet li tkun ħadet matul is-sena ta' qabel, fosthom deskrizzjoni tat-termini speċifiċi ta' kull azzjoni ġudizzjarja jew amministrattiva jew ta' kull sanzjoni imposta (pereżempju l-ammont tal-multi, il-valur tal-ħut u/jew tal-irkaptu kkonfiskat u t-twissijiet bil-miktub li tkun ħarġet), b'rabta ma':
kull ksur li spettur ikun semmilha b'rabta mal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħha; u
kull rapport ta' sorveljanza li tkun irċeviet.
Sal-1 ta' Marzu ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fil-ewwel subparagrafu lis-Segretarju Eżekuttiv tal-NAFO.
KAPITOLU VIII
KONTROLL MILL-ISTAT TAL-PORT TA' BASTIMENTI LI JTAJRU L-BANDIERA TA' PARTI KONTRAENTI OĦRA
Artikolu 38
Kamp ta' applikazzjoni
Dan il-Kapitolu japplika għall-ħatt l-art u għat-trażbord fil-portijiet tal-Istati Membri min-naħa ta' bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Parti Kontraenti oħra tan-NAFO u li jkunu qed iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja, u għall-użu tat-tali portijiet min-naħa ta' dawn il-bastimenti. Dan il-Kapitolu japplika għal bastimenti li jġorru qabdiet fiż-Żona Regolatorja, jew għall-prodotti tal-ħut li jkunu ġejjin mit-tali qabdiet li ma jkunux inħattu l-art jew ġew ittrażbordati f'port qabel.
Artikolu 39
Dmirijiet tal-Istat Membru tal-port
B'deroga mill-paragrafu 6, jekk ma tkunx waslet il-konferma msemmija f'dak il-paragrafu l-Istat Membru tal-port jista' jawtorizza l-ħatt l-art tal-ħut kollu, jew ta' parti minnu, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-ħut ikkonċernat għandu jinħażen taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti;
il-ħut jista' jiġi rrilaxxat biex jinbiegħ, biex jingħata lil ħaddieħor, biex jiġi prodott jew biex jiġi ttrasportat biss ladarba tkun waslet il-konferma msemmija fil-paragrafu 6;
jekk il-konferma ma tasalx fi żmien 14-il jum mit-tmiem tal-operazzjonijiet ta' ħatt l-art, l-Istat Membru tal-port jista' jikkonfiska l-ħut u jiddisponi minnu skont ir-regoli nazzjonali.
Sakemm ma jkunx meħtieġ mod ieħor fi pjan ta' rkupru, l-Istat Membru tal-port għandu jwettaq spezzjonijiet tal-inqas fuq 15 % mill-ħatt l-art jew mit-trażbord kollu ta' dan it-tip matul kull sena tar-rappurtar. Huwa u jiddeċiedi liema bastimenti ser jispezzjona, l-Istat Membru tal-port għandu jagħti prijorità:
lill-bastimenti li ma jkunux ġew awtorizzati jidħlu f'port jew jużawh qabel skont dan il-Kapitolu jew skont kull dispożizzjoni oħra ta' dan ir-Regolament; u
lit-talbiet mingħand Partijiet Kontraenti oħrajn tan-NAFO, mingħand Stati oħrajn jew mingħand organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd (RMFOs) li bastiment partikolari għandu jiġi spezzjonat.
Kull spezzjoni fil-port għandha tinkludi l-monitoraġġ tal-ħatt l-art jew tat-trażbord kollu tar-riżorsi tas-sajd f'dak il-port. Matul kull spezzjoni ta' dan it-tip, l-ispettur tal-Istat Membru tal-port għandu, bħala minimu:
iqabbel mal-ammonti ta' kull speċi li tkun inħattet l-art jew li tkun ġiet ittrażbordata:
l-ammonti rreġistrati fil-ġurnal ta' abbord, imqassmin skont l-ispeċi;
ir-rapporti dwar l-attivitajiet u dwar il-qabdiet; u
l-informazzjoni kollha dwar il-qabdiet li tkun ingħatat fil-Formoli għat-talba minn qabel marbuta mal-kontroll mill-Istat tal-port kif tinsab fl-Anness II.L għas-CEM imsemmija fil-punt 43 tal-Anness għal dan ir-Regolament, li jkunu ntbagħtu minn qabel;
jivverifika l-ammonti tal-qabdiet li jkun għad baqa' abbord il-bastiment meta jitlesta l-ħatt l-art jew it-trażbord, imqassmin skont l-ispeċi, u jirreġistrahom;
jivverifika kull informazzjoni li tkun ħarġet mill-ispezzjonijiet li jkunu twettqu skont il-Kapitolu VII;
jivverifika x-xbieki kollha abbord il-bastiment u jirreġistra l-kejl tad-daqs tal-malji;
jivverifika d-daqs tal-ħut għall-konformità mar-rekwiżiti marbutin mad-daqs minimu;
fejn ikun rilevanti, jivverifika l-ispeċijiet għal konformità mal-preċiżjoni tad-dikjarazzjoni tal-qabda.
Kull spezzjoni għandha tiġi ddokumentata billi timtela l-formola msejħa “PSC 3” (il-Formola tal-ispezzjoni marbuta mal-kontroll mill-Istat tal-port) kif tinsab fl-Anness IV.C għas-CEM imsemmija fil-punt 9 tal-Anness għal dan ir-Regolament. Il-proċess biex jimtela r-rapport dwar l-ispezzjoni marbuta mal-kontroll mill-Istat tal-port u biex dan il-proċess jiġi ttrattat għandu jinkludi dan li ġej:
l-ispetturi għandhom jidentifikaw kull każ ta' ksur ta' dan ir-Regolament li jkun ġie nnutat waqt l-ispezzjoni fil-port u għandhom jagħtu d-dettalji dwaru. Dawn id-dettalji għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha li tkun disponibbli b'rabta mal-każijiet ta' ksur li jkunu ġew innutati fuq il-baħar waqt il-vjaġġ attwali tal-bastiment tas-sajd spezzjonat;
l-ispetturi jistgħu jżidu kull kumment li jqisu li jkun rilevanti;
il-kaptan tal-bastiment għandu jingħata ċ-ċans iżid il-kummenti tiegħu jew l-oġġezzjonijiet tiegħu għar-rapport u jikkuntattja lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat tal-bandiera kif ikun xieraq, b'mod partikolari meta huwa jkollu diffikultajiet serji biex jifhem il-kontenut tar-rapport;
l-ispetturi għandhom jiffirmaw ir-rapport u għandhom jitolbu lill-kaptan tal-bastiment jiffirmah. Il-firma tal-kaptan tal-bastiment fuq ir-rapport għandha sservi biss biex turi li rċieva kopja tiegħu;
il-kaptan tal-bastiment għandu jingħata kopja tar-rapport li jkun fih ir-riżultat tal-ispezzjoni, fosthom il-miżuri possibbli li jistgħu jittieħdu.
Artikolu 40
Dmirijiet tal-Istat Membru tal-bandiera
L-Istat Membru ta' bastiment tas-sajd li jkun beħsiebu jħott il-ħut l-art jew jittrażbordah jew juża servizzi portwarji oħrajn, jew li jkun wettaq ħidmiet ta' trażbord 'il barra minn port, għandu jikkonferma dan billi jibgħat lura kopja tal-Formola għat-talba minn qabel marbuta mal-kontroll mill-istat tal-port stabbilita fl-Anness II.L għas-CEM imsemmija fil-punt 43 tal-Anness għal dan ir-Regolament, mibgħuta skont l-Artikolu 39(5) bil-Parti B mimlija kif xieraq, li fiha jistqarr dan li ġej:
li l-bastiment tas-sajd iddikjarat li qabad il-ħut kellu biżżejjed kwota għall-ispeċijiet iddikjarati;
li l-ammont ta' ħut iddikjarat abbord ġie rrappurtat kif xieraq skont l-ispeċi u tqies fil-kalkolu ta' kull limitu tal-qbid jew tal-isforz li jista' jkun applikabbli;
li l-bastiment tas-sajd iddikjarat li qabad il-ħut kien awtorizzat jistad fiż-żoni ddikjarati; u
li l-preżenza tal-bastiment fiż-żona li minnha ddikjara li qabad il-ħut ġiet ivverifikata permezz tad-data tas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti.
Artikolu 41
Obbligi tal-kaptan tal-bastiment
Il-kaptan jew l-aġent ta' bastiment tas-sajd li jkun beħsiebu jidħol fil-port għandu jgħaddi t-talba għad-dħul lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-port fil-perijodu għat-talba msemmi fl-Artikolu 39(2). Mat-tali talba għandha tintbagħat il-Formola għat-talba minn qabel marbuta mal-kontroll mill-istat tal-port, stabbilita fl-Anness II.L għas-CEM, imsemmija fil-punt 43 tal-Anness għal dan ir-Regolament, mimlija kif xieraq, kif ġej:
meta l-bastiment ikollu abbord il-qabda tiegħu stess jew ikun ser iħott l-art jew jittrażborda t-tali qabda, għandha tintuża l-Formola għat-talba minn qabel marbuta mal-kontroll mill-Istat tal-port imsejħa “PSC 1”, imsemmija fl-Anness II.L.A għas-CEM; u
meta l-bastiment ikun wettaq ħidmiet ta' trażbord, għandha tintuża l-Formola għat-talba minn qabel marbuta mal-kontroll mill-istat tal-port imsejħa “PSC 2”, imsemmija fl-Anness II.L.B għas-CEM. Għandha tintuża formola separata għal kull bastiment li minn fuqu jkun ġie ttrażbordat il-ħut;
il-formoli msejħin “PSC 1” u “PSC 2” it-tnejn għandhom jimtlew f'każ li l-bastiment ikollu abbord il-qabda tiegħu stess u qabda li jkun irċieva permezz tat-trażbord jew inkella f'każ li dan ikun qed iħott l-art jew jittrażborda t-tali qabdiet.
Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd:
għandu jikkoopera u jgħin fl-ispezzjoni tal-bastiment tas-sajd li titwettaq skont dawn il-proċeduri, u ma għandux ifixkel lill-ispetturi tal-Istat tal-port waqt li dawn ikunu qed iwettqu dmirijiethom jew jintimidahom jew jindaħlilhom waqt li jkunu qed jagħmlu dan;
għandu jipprovdi aċċess għal kull żona, gverta, kamra, qabda, xibka jew irkaptu ieħor jew tagħmir, u għandu jagħti lill-ispetturi tal-Istat tal-port kull informazzjoni rilevanti li huma jitolbuh, fosthom kopji ta' kull dokument rilevanti.
Artikolu 42
Każijiet ta' ksur li jkunu ġew innutati waqt l-ispezzjonijiet fil-port
Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 34 sa 37 għandhom japplikaw meta jiġi nnutat każ ta' ksur waqt spezzjoni fil-port.
Artikolu 43
Kunfidenzjalità
L-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi, il-kaptani tal-bastimenti u l-ekwipaġġ għandhom jittrattaw ir-rapporti kollha ta' spezzjoni u ta' investigazzjoni u l-immaġnijiet u l-evidenza kollha assoċjati magħhom u l-formoli msemmijin f'dan il-Kapitolu bħala kunfidenzjali skont ir-regoli dwar il-kunfidenzjalità stabbiliti fl-Anness II.B għas-CEM imsemmi fil-punt 37 tal-Anness għal dan ir-Regolament.
KAPITOLU IX
PARTI LI MHIX PARTI KONTRAENTI
Artikolu 44
Suppożizzjoni ta' sajd IUU
Bastiment ta' parti li mhix Parti Kontraenti għandu jitqies li jkun xekkel l-effettività ta' dan ir-Regolament u li jkun wettaq sajd IUU:
jekk ikun intlemaħ iwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja jew jekk ikun ġie identifikat jagħmel dan b'mod ieħor;
jekk ikun involut fit-trażbord ma' bastiment ieħor ta' parti li mhix Parti Kontraenti li jkun intlemaħ jew ġie identifikat iwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja jew 'il barra minnha; u/jew
jekk ikun imniżżel fil-lista tal-IUU tal-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) ( 6 ).
Artikolu 45
Lemħ u spezzjoni fiż-Żona Regolatorja ta’ bastimenti ta’ parti li mhix Parti Kontraenti
L-Istati Membri kollha, jew l-EFCA, meta dan ikun xieraq, li jkunu qed iwettqu spezzjoni u/jew sorveljanza fiż-Żona Regolatorja awtorizzati skont l-Iskema Konġunta ta’ Spezzjoni u ta’ Sorveljanza li jilmħu jew li jidentifikaw bastiment ta’ parti li mhix Parti Kontraenti jwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja għandhom:
jibgħatu l-informazzjoni lill-Kummissjoni minnufih billi jużaw il-format tar-rapport ta’ sorveljanza stabbilit fl-Anness IV.A għas-CEM imsemmi fil-punt 38 tal-Anness għal dan ir-Regolament;
jippruvaw jinfurmaw lill-kaptan tal-bastiment li l-bastiment qed jitqies li qed iwettaq sajd IUU u li din l-informazzjoni ser tintbagħat lill-Partijiet Kontraenti kollha, lill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd rilevanti u lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment;
jitolbu permess lill-kaptan tal-bastiment biex jitilgħu abbord il-bastiment għall-ispezzjoni, jekk dan ikun xieraq; u
meta l-kaptan tal-bastiment jaqbel li ssir din l-ispezzjoni:
jibgħatu s-sejbiet tal-ispettur lill-Kummissjoni minnufih billi jużaw il-formola tar-rapport tal-ispezzjoni stabbilita fl-Anness IV.B għas-CEM imsemmi fil-punt 41 tal-Anness għal dan ir-Regolament; u
jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment.
Artikolu 46
Dħul fil-port u spezzjoni ta' bastimenti ta' parti li mhix Parti Kontraenti
Kull Stat Membru tal-port għandu:
jibgħat l-informazzjoni li jkun irċieva skont l-Artikolu 41 minnufih lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment u lill-Kummissjoni;
jirrifjuta d-dħul fil-port lil kull bastiment ta' parti li mhix Parti Kontraenti meta:
il-kaptan tal-bastiment ma jkunx issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 41(1); jew
l-Istat tal-bandiera ma jkunx ikkonferma l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment skont l-Artikolu 40(2);
jgħarraf lill-kaptan tal-bastiment jew lill-aġent, lill-Istat tal-bandiera ta' dak il-bastiment u lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li jirrifjuta d-dħul fil-port, il-ħatt l-art, it-trażbord jew xi użu ieħor tal-port għal bastiment ta' parti li mhix Parti Kontraenti;
jirtira r-rifjut tad-dħul fil-port biss jekk huwa jkun stabbilixxa li hemm biżżejjed provi li r-raġunijiet għaliex kien ġie rrifjutat id-dħul fil-port ma kinux adegwati jew kienu żbaljati, jew li t-tali raġunijiet ma għadhomx japplikaw;
jgħarraf lill-kaptan tal-bastiment jew lill-aġent, lill-Istat tal-bandiera ta' dak il-bastiment u lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li jirtira r-rifjut tad-dħul fil-port, tal-ħatt l-art, tat-trażbord jew ta' xi użu ieħor tal-port għal bastiment ta' kwalunkwe parti li mhix Parti Kontraenti;
jiżgura, meta jippermetti d-dħul, li l-bastiment jiġi spezzjonat minn uffiċjali awtorizzati kif xieraq li jkunu jifhmu f'dan ir-Regolament u li l-ispezzjoni titwettaq skont l-Artikolu 39(11) sa (17); u
jibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni u d-dettalji dwar kull azzjoni sussegwenti li jkun ħa lill-Kummissjoni minnufih.
Artikolu 47
Lista provviżorja ta' bastimenti li jwettqu sajd IUU
Artikolu 48
Azzjonijiet kontra l-bastimenti mniżżlin fil-lista tal-bastimenti li jwettqu sajd IUU
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiskoraġġixxi, biex jipprevjeni u biex jelimina s-sajd IUU b'rabta ma' kull bastiment imniżżel fil-lista tal-bastimenti li jwettqu sajd IUU, fosthom:
li jipprojbixxi lil kull bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu milli jieħu sehem f'attivitajiet tas-sajd mat-tali bastimenti, inkluż, iżda mhux biss, il-ħidmiet konġunti tas-sajd magħhom, ħlief f'każijiet ta' forza maġġuri;
li jipprojbixxi l-forniment ta' provvisti, ta' karburant jew ta' servizzi oħrajn lit-tali bastimenti;
li jipprojbixxi d-dħul fil-portijiet tiegħu għat-tali bastimenti u, jekk it-tali bastimenti jkunu fil-port, li jipprojbixxi l-użu tal-port min-naħa tagħhom, ħlief f'każijiet ta' forza maġġuri jew ta' periklu, għall-finijiet ta' spezzjoni, jew biex jittieħdu l-azzjonijiet xierqa ta' nfurzar;
li jipprojbixxi li jinbidel l-ekwipaġġ, ħlief kif ikun meħtieġ b'rabta ma' każ ta' forza maġġuri;
li jirrifjuta li jawtorizza lit-tali bastimenti jistadu fl-ibħra li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali tiegħu;
li jipprojbixxi l-kiri tat-tali bastimenti;
li jirrifjuta li jagħti d-dritt lit-tali bastimenti jtajru l-bandiera tiegħu;
li jipprojbixxi l-ħatt l-art u l-importazzjoni tal-ħut minn fuq it-tali bastimenti jew il-ħut li jkun jista' jiġi ttraċċat għat-tali bastimenti;
li jinkoraġġixxi lill-importaturi, lit-trasportaturi u lis-setturi kkonċernati l-oħrajn joqogħdu lura milli jinnegozjaw it-trażbord tal-ħut mat-tali bastimenti; u
li jiġbor l-informazzjoni xierqa dwar it-tali bastimenti u jaqsamha mal-Partijiet Kontraenti l-oħrajn, ma' partijiet li mhumiex Partijiet Kontraenti u mal-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd bil-għan li jiġi nnutat, skoraġġut u pprevenut l-użu ta' ċertifikati foloz tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni b'rabta mal-ħut jew mal-prodotti tal-ħut mit-tali bastimenti.
KAPITOLU X
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 49
Kunfidenzjalità
Minbarra l-obbligi stipulati fl-Artikoli 112 u 113 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rapporti u l-messaġġi elettroniċi li jintbagħtu lin-NAFO u li jaslu mingħandha skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(2), l-Artikolu 4(6), il-punt (c) tal-Artikolu 5(3), l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 15(4), l-Artikolu 22(1), (5) u (6), l-Artikolu 23(6), l-Artikolu 25(8), l-Artikolu 26(9), l-Artikolu 27(3), (5), (6), (7) u (15), l-Artikolu 29(1) u (2), l-Artikolu 34(2), l-Artikolu 36(4), l-Artikolu 37(1) u l-Artikolu 39(8) jiġu ttrattati b'mod kunfidenzjali.
Artikolu 50
Proċedura għall-emendi
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51 li jemendaw dan ir-Regolament sabiex jadattawh għall-miżuri adottati min-NAFO li jorbtu lill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha dwar:
il-lista ta' attivitajiet tal-bastimenti tar-riċerka msemmija fl-Artikolu 4(1);
il-miżuri marbutin maż-żoni tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana previsti fl-Artikolu 9; ir-rappurtar rilevanti, il-bidliet fis-sajd, il-fond tas-sajd u r-referenzi għaż-żoni ristretti jew għaż-żoni magħluqin;
il-proċeduri li jikkonċernaw bastimenti b’ qabda totali abbord ta’ aktar minn 50 tunnellata ta’ piż ħaj, li jidħlu fiż-Żona Regolatorja biex jistadu għall-ħalibatt ta’ Greenland fir-rigward tal-kontenut tan-notifiki previsti fl-Artikolu 10(2), fil-punti (a) u (b), tal-kondizzjonijiet għall-bidu tas-sajd previsti fl-Artikolu 10(2), il-punt (d) u tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħatt l-art u l-ispezzjonijiet għall-ħalibatt ta’ Greenland previsti fl-Artikolu 10(1), il-punt (e);
il-kontenut tat-trażmissjoni elettronika stabbilit fl-Artikolu 22(5), il-lista tad-dokumenti validi li jridu jinġarru abbord ta' bastiment f'konformità mal-Artikolu 22(8) u l-kontenut tal-pjan ta' kapaċità deskritt fl-Artikolu 22(10);
id-dokumenti li jridu jinġarru abbord il-bastiment mikri skont l-Artikolu 23(9);
id-data tal-VMS li trid tiġi trażmessa b'mod awtomatiku u kontinwu kif stabbilit fl-Artikolu 26(1), kif ukoll dmirijiet marbutin maċ-ĊMS kif stabbilit fl-Artikolu 26(2) u (9);
ir-rati perċentwali għall-preżenza ta' osservatur kif stabbilit fl-Artikolu 27(3), ir-rappurtar mill-Istati Membri kif stabbilit fl-Artikolu 27(7), id-dmirijiet ta' osservatur kif stabbilit fl-Artikolu 27(11), u d-dmirijiet tal-kaptan tal-bastiment kif stabbilit fl-Artikolu 27(12);
l-obbligi tal-kaptan tal-bastiment waqt l-ispezzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 32;
id-daqs tal-malji stabbilit fl-Artikolu 13(2);
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Artikolu 14(2) għall-għeriebel, għall-gradilji u għall-ktajjen bil-kuċinilli li jintużaw fis-sajd għall-gambli tat-Tramuntana kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-għeriebel jew għall-aċċessorji stabbiliti fl-Artikolu 14(3) jew (3a);
ir-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18 fuq iż-żoni jew fuq il-perijodi fejn jistgħu jsiru l-attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ;
miżuri ta’ kontroll għall-bakkaljaw fid-Diviżjoni 3M kif previst fl-Artikolu 9a.
Artikolu 51
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 52
Tħassir
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1386/2007 huma b'dan imħassra.
▼M5 —————
Artikolu 54
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 53 għandu japplika mill-21 ta' Ġunju 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
It-Tabella 4 tas-CEM imsemmija fil-punt 17 tal-Artikolu 3 u fl-Artikolu 17;
Il-Figura 2 tas-CEM imsemmija fil-punt 17 tal-Artikolu 3 u fl-Artikolu 17;
Il-Parti VI tal-Anness I.E għas-CEM imsemmija fil-punt 21 tal-Artikolu 3, fl-Artikolu 21(2) u fil-punt (i) tal-punt (a) tal-Artikolu 27(11);
Il-Parti VII tal-Anness I.E għas-CEM imsemmija fil-punt 29 tal-Artikolu 3;
Il-Format preskritt fl-Anness II.C għas-CEM imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 4(2);
It-Tabella 1 u l-Figura 1(1) tas-CEM imsemmijin fl-Artikolu 9(1);
It-Tabella 2 u l-Figura 1(2) tas-CEM imsemmija fl-Artikolu 9(4);
It-Tabella 3 u l-Figura 1(3) tas-CEM imsemmija fl-Artikolu 9(5);
Il-Format preskritt fl-Anness IV.C għas-CEM imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 10(1), il-punt (c) tal-Artikolu 27(3) u l-Artikolu 39(16);
L-Anness III.A għas-CEM imsemmi fl-Artikolu 13(1);
L-Anness I.C għas-CEM imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 13(2), fil-punt (b) tal-Artikolu 24(1) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(6);
L-Anness III.B għas-CEM imsemmi fl-Artikolu 14(2) u (3);
L-Anness I.D għas-CEM imsemmi fl-Artikolu 16(1) u (2);
Il-Figura 3 tas-CEM imsemmija fl-Artikolu 18(1);
It-Tabella 5 tas-CEM imsemmija fl-Artikolu 18(1);
Il-Figura 4 tas-CEM imsemmija fl-Artikolu 18(2);
It-Tabella 6 tas-CEM imsemmija fl-Artikolu 18(2);
Il-Figura 5 tas-CEM imsemmija fl-Artikolu 18(3) u (4);
It-Tabella 7 tas-CEM imsemmija fl-Artikolu 18(3) u (4);
Il-Protokoll esploratorju fl-Anness I.E għas-CEM imsemmi fl-Artikolu 19(1);
In-Notifika li beħsiebhom iwettqu sajd esploratorju tal-qiegħ fl-Anness I.E għas-CEM imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 19(2);
Ir-Rapport tal-vjaġġ tas-sajd esploratorju tal-qiegħ fl-Anness I.E għas-CEM imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 19(2);
L-Elementi għall-valutazzjoni tal-attivitajiet esploratorji tas-sajd tal-qiegħ proposti fl-Anness I.E tas-CEM imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 20(2);
Il-Formola tal-Ġbir tad-Data tas-Sajd Esploratorju fl-Anness I.E għas-CEM imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 21(4);
Il-Format preskritt għal-lista ta' bastimenti fl-Anness II.C1 għas-CEM imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 22(1);
Il-Format preskritt għat-tħassir mil-lista ta' bastimenti fl-Anness II.C2 għas-CEM imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 22(1);
Il-Format speċifikat għal awtorizzazzjoni individwali għal kull bastiment fl-Anness II.C3 tas-CEM imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 22(5);
Il-Format preskritt għas-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni fl-Anness II.C4 għas-CEM imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 22(5);
Il-Lista ta' kodiċijiet ta' formoli ta' preżentazzjoni fl-Anness II.K għas-CEM imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 24(1);
Il-Mudell għall-ġurnal ta' abbord tas-sajd fl-Anness II.A għas-CEM imsemmi fl-Artikolu 25(2);
Il-Format għar-rapport dwar il-qbid fl-Anness II.D għas-CEM imsemmi fl-Artikolu 25(6) u (8) u fil-punt (b) tal-Artikolu 26(9);
Il-Format għall-kanċellazzjoni tar-rapport tal-qbid fl-Anness II.F għas-CEM imsemmi fl-Artikolu 25(6) u (7);
L-Anness II.N għas-CEM imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 25(9);
Il-Format għall-iskambju tad-data fl-Anness II.E għas-CEM imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 26(9);
Ir-Rapport tal-Osservatur fl-Anness II.M għas-CEM imsemmi fil-punt (a) Artikolu 27(11);
Ir-Rapport fl-Anness II.G għas-CEM mibgħut kuljum mill-osservatur kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 27(11);
Ir-Regoli dwar il-kunfidenzjalità fl-Anness II.B għas-CEM imsemmija fl-Artikolu 28(10) u fl-Artikolu 43;
Il-Formola ta' Rapport ta' Sorveljanza fl-Anness IV.A għas-CEM imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 30(1) u fil-punt (a) tal-Artikolu 45;
L-Immaġni ta' bandiera fl-Anness IV.E għas-CEM imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 31;
Ir-Regoli dwar il-forniment ta' sellum għat-tlugħ abbord fl-Anness IV.G għas-CEM imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 32;
Ir-Rapport ta' spezzjoni fl-Anness IV.B għas-CEM imsemmi fl-Artikolu 33(1), fil-punt (a) tal-Artikolu 34(2) u fil-punt (d) tal-Artikolu 45;
Is-Siġill ta' Spezzjoni tan-NAFO fl-Anness IV.F għas-CEM imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 34(1);
Il-Formola ta' Talba għal Kontroll minn Qabel mill-Istat tal-Port fl-Anness II.L għas-CEM imsemmija fl-Artikolu 39(8) u fil-punt (iii) tal-punt (a) tal-Artikolu 39(13), l-Artikolu 40(2) u l-Artikolu 41(1) u (2);
L-Anness IV.H għas-CEM dwar l-ispezzjonijiet imsemmi fl-Artikolu 39(11);
L-Anness II.H għas-CEM dwar il-proċedura biex jingħata aċċess għas-Sit web tal-MCS lil individwi fil-Partijiet Kontraenti.
( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 81).
( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
( 4 ) Ir-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (ĠU L 83, 25.3.2019, p. 18).
( 5 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1).
( 6 ) Il-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal, li ġiet iffirmata f'Londra fit-18 ta' Novembru 1980 u li daħlet fis-seħħ fis-17 ta' Marzu 1982, li l-Komunità Ewropea ssieħbet fiha fit-13 ta' Lulju 1981 (ĠU L 227, 12.8.1981, p. 22).