02019R0787 — MT — 25.05.2021 — 001.003
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2019/787 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta' April 2019 (ĠU L 130 17.5.2019, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1096 tal-21 ta’ April 2021 |
L 238 |
1 |
6.7.2021 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1334 tas-27 ta’ Mejju 2021 |
L 289 |
1 |
12.8.2021 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1335 tas-27 ta’ Mejju 2021 |
L 289 |
4 |
12.8.2021 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1465 tas-6 ta’ Lulju 2021 |
L 321 |
12 |
13.9.2021 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2019/787 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta' April 2019
dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż, l-użu ta' alkoħol etiliku u distillati ta' oriġini agrikola f'xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008
KAPITOLU I
KAMP TA' APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U KATEGORIJI TA' XORB SPIRITUŻ
Artikolu 1
Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar:
Artikolu 2
Definizzjoni ta' u rekwiżiti għal xorb spirituż
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “xarba spirituża” hija xarba alkolħolika li tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
tkun intenzjonata għall-konsum mill-bniedem;
ikollha kwalitajiet organolettiċi partikolari;
ikollha qawwa alkoħolika minima ta' 15 % skont il-volum, bl-eċċezzjoni f'każ tax-xorb spirituż li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategorija 39 tal-Anness I;
tkun ġiet prodotta jew:
direttament bl-użu, individwalment jew f'kombinazzjoni, ta' kwalunkwe wieħed mill-metodi li ġejjin:
billi jiġi miżjud, individwalment jew f'kombinazzjoni, ma' xi wieħed minn dawn li ġejjin:
ma taqax fil-kodiċijiet NM 2203 , 2204 , 2205 , 2206 u 2207 ;
jekk ilma, li jista' jkun distillat, dimineralizzat, ippermutat jew imħaffef, ikun ġie miżjud fil-produzzjoni tiegħu:
il-qawwa alkoħolika tax-xarba spirituża, wara ż-żieda tal-ilma, tkun għadha konformi mal-qawwa alkoħolika minima skont il-volum prevista fil-punt (c) ta' dan l-Artikolu jew fil-kategorija rilevanti ta' xorb spirituż kif stabbilit fl-Anness I.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
“isem ġuridiku” tfisser l-isem li bih xarba spirituża titqiegħed fis-suq, skont it-tifsira tal-punt (n) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011;
“terminu kompost” tfisser, fir-rigward tad-deskrizzjoni, l-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xarba alkoħolika, il-kombinazzjoni ta' jew l-isem ġuridiku previst fil-kategoriji ta' xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I jew l-indikazzjoni ġeografika għal xarba spirituża, li minnha joriġina l-alkoħol kollu tal-prodott finali, b'wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
l-isem ta' prodott tal-ikel wieħed jew aktar ħlief xarba alkoħolika u ħlief oġġetti tal-ikel użati għall-produzzjoni ta' dik ix-xarba spirituża skont l-Anness I, jew aġġettivi li joħorġu minn dawk l-ismijiet;
it-terminu “likur” jew “krema”;
“allużjoni” tfisser ir-referenza diretta jew indiretta għal isem ġuridiku wieħed jew iktar previsti fil-kategoriji ta’ xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I, jew għal Indikazzjoni Ġeografika waħda jew iktar ta’ xorb spirituż, għajr għal referenza f’terminu kompost jew f’lista ta’ ingredjenti kif imsemmija fl-Artikolu 13(2) sa (4) fid-deskrizzjoni, l-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’:
oġġett tal-ikel li mhux xarba spirituża,
xarba spirituża li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategoriji 33 sa 40 tal-Anness I; jew
xarba spirituża li tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(3a);
“indikazzjoni ġeografika” tfisser indikazzjoni li tidentifika xarba spirituża oriġinarja ta' territorju ta' pajjiż, jew ta' reġjun jew lokalità f'dak it-territorju, fejn xi kwalità, reputazzjoni jew karatteristika partikolari oħra tax-xarba spirituża tkun essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha;
“speċifikazzjoni tal-prodott” tfisser fajl mehmuż mal-applikazzjoni għall-protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika, li fih l-ispeċifikazzjonijiet li magħhom ix-xorb spirituż għandu jkun konformi huma stabbiliti, u li kien imsemmi bħala “fajl tekniku” skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008;
“grupp” tfisser kwalunkwe assoċjazzjoni, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, li hija magħmula prinċipalment minn produtturi jew proċessuri li jaħdmu fix-xorb spirituż ikkonċernat;
“isem ġeneriku” tfisser isem ta' xarba spirituża li saret ġenerika u li, minkejja li tkun relatata mal-post jew ir-reġjun fejn il-prodott kien oriġinarjament manifatturat jew kummerċjalizzat, sar l-isem komuni ta' dik ix-xarba spirituża fl-Unjoni;
“kamp viżiv” tfisser il-linji viżivi kif definit fil-punt (k) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011;
“li tħallat” tfisser li tikkombina xarba spirituża li jew tappartjeni għal kategorija ta' xorb spirituż stabbilita fl-Anness I jew għal indikazzjoni ġeografika ma' waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
xorb spirituż ieħor li ma jappartjenix għall-istess kategorija ta' xorb spirituż stabbilita fl-Anness I;
distillati ta' oriġini agrikola;
alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola;
“taħlita” tfisser xarba spirituża li tkun ġiet suġġetta għal taħlit;
“blending” tfisser il-kombinazzjoni ta' żewġ xarbiet spiritużi jew aktar tal-istess kategorija li huma distinti minn xulxin biss permezz ta' differenzi żgħar fil-kompożizzjoni minħabba wieħed jew aktar mill-fatturi li ġejjin:
il-metodu tal-produzzjoni;
l-imqatar li jintużaw;
il-perjodu tal-maturazzjoni jew invekkjament;
iż-żona ġeografika tal-produzzjoni;
ix-xarba spirituża prodotta b'dan il-mod tappartjeni għall-istess kategorija tax-xorb spirituż bħax-xarbiet spiritużi oriġinali qabel il-blending;
“blend” tfisser xarba spirituża li tkun ġiet suġġetta għal blending.
Artikolu 4
Definizzjonijiet u rekwiżiti tekniċi
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi li ġejjin:
“deskrizzjoni” tfisser it-termini użati fit-tikkettar, fil-preżentazzjoni u fuq l-imballaġġ ta' xarba spirituża, fuq id-dokumenti li jakkumpanjaw it-trasport ta' xarba spirituża, fuq id-dokumenti kummerċjali, partikolarment il-fatturi u n-noti tal-kunsinna, u fir-reklamar ta' xarba spirituża;
“preżentazzjoni” tfisser it-termini użati fit-tikkettar u fuq l-imballaġġ, kif ukoll fir-reklamar u l-promozzjoni tal-bejgħ ta' prodott, fi stampi jew simili, kif ukoll fuq il-kontenitur, inkluż fuq il-flixkun jew l-għeluq;
“tikkettar” tfisser kwalunkwe kelma, partikolarità, trademark, isem ta' ditta, tpinġija jew simbolu relatati ma' prodott u mqegħdin fuq kwalunkwe imballaġġ, dokument, avviż, tikketta, anell jew kullar li jakkumpanja jew jirriferi għal tali prodott;
“tikketta” tfisser kwalunkwe tabella, ditta, marka, stampa jew materjal deskrittiv ieħor miktub, stampat, stensiljat, immarkat, ibbuzzat 'il barra jew imprimat fuq l-imballaġġ jew il-kontenitur tal-ikel, jew mehmuż miegħu;
“imballaġġ” tfisser it-tqartis protettiv, bħal kartun, kaxex, kontenituri u fliexken użati fit-trasport jew bejgħ ta' xorb spirituż;
“distillazzjoni” tfisser proċess ta' separazzjoni termali li jinvolvi stadju wieħed jew aktar ta' separazzjoni bil-ħsieb li jinkisbu ċerti proprjetajiet organolettiċi jew konċentrazzjoni alkoħolika ogħla jew it-tnejn, irrispettivament jekk tali passi jseħħux taħt pressjoni normali jew f'vakwu, minħabba l-apparat ta' distillazzjoni użat; u tista' tkun distillazzjoni jew distillazzjoni mill-ġdid singola jew multipla;
“distillat ta' oriġini agrikola” tfisser likwidu alkoħoliku li huwa r-riżultat tad-distillazzjoni, wara l-fermentazzjoni alkoħolika ta' prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat, li m'għandux il-proprjetajiet tal-alkoħol etiliku u li jżomm l-aroma u t-togħma tal-materja prima użata;
“dolċifikazzjoni” tfisser l-użu ta' prodott dolċifikanti wieħed jew aktar fil-produzzjoni ta' xorb spirituż;
“prodotti dolċifikanti” tfisser:
zokkor semiabjad, zokkor abjad, zokkor abjad ħafna, destrosju, fruttosju, xropp tal-glukożju, soluzzjoni taz-zokkor, soluzzjoni taz-zokkor invertit u xropp taz-zokkor invertit, kif definiti fil-Parti A tal-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE ( 3 );
għasir il-għeneb ikkonċentrat qabel ma jeħmer imsoff,i għasir il-għeneb ikkonċentrat qabel ma jeħmer u għasir il-għeneb frisk qabel ma jeħmer;
zokkor maħruq, li huwa l-prodott miksub esklussivament mit-tisħin ikkontrollat tas-sukrożju mingħajr bażijiet, aċidi minerali jew addittivi kimiċi oħrajn;
għasel kif definit fil-punt 1 tal-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE ( 4 );
ġulepp tal-ħarrub;
kwalunkwe sustanza karboidrata naturali oħra li jkollha effett simili bħall-prodotti msemmija fil-punti minn (a) sa (e);
“żieda ta' alkoħol” tfisser iż-żieda ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew ta' distillati ta' oriġini agrikola, jew tat-tnejn, ma' xorb spirituż; tali żieda ma tinkludix l-użu ta' alkoħol għad-dilwizzjoni jew għat-tħallil tal-kuluri, aromatizzanti jew kwalunkwe ingredjent awtorizzat ieħor użat fil-produzzjoni ta' xorb spirituż;
“maturazzjoni” jew “invekkjament” tfisser il-ħżin ta' xarba spirituża f'reċipjenti xierqa għal perjodu ta' żmien sabiex dan ix-xorb spirituż ikun jista' jgħaddi minn reazzjonijiet naturali li jagħtu karatteristiċi speċifiċi lil dik ix-xarba spirituża;
“li tagħti aroma” tfisser li żżid aromatizzanti jew oġġetti aromatizzanti tal-ikel fil-produzzjoni ta' xarba spirituża permezz ta' wieħed jew aktar mill-proċessi li ġejjin: iż-żieda, l-infużjoni, il-maċerazzjoni, il-fermentazzjoni alkoħolika jew id-distillazzjoni tal-alkoħol fil-preżenza tal-aromatizzanti jew tal-oġġetti aromatizzanti tal-ikel;
“aromatizzanti” tfisser aromatizzanti kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008;
“sustanza aromatizzanti” tfisser sustanza aromatizzanti kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008;
“sustanza aromatizzanti naturali” tfisser sustanza aromatizzanti naturali kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008;
“preparazzjoni aromatizzanti” tfisser preparazzjoni aromatizzanti kif definit fil-punt (d) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008;
“aromatizzanti oħra” tfisser aromatizzanti oħra kif definit fil-punt (h) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008;
“oġġetti aromatizzanti tal-ikel” tfisser oġġetti aromatizzanti tal-ikel kif iddefiniti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) u li jintużaw fil-produzzjoni ta' xorb spirituż bl-għan ewlieni li jaromatizzaw ix-xorb spirituż;
“ikkulurar” tfisser l-użu ta' kulur wieħed jew aktar fil-produzzjoni ta' xarba spirituża;
“kuluri” tfisser kuluri kif definit fil-punt 2 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008;
“karamella” tfisser addittiv tal-ikel li jikkorrispondi għan-numri E 150a, E 150b, E 150c jew E 150d u relatat ma' prodotti ta' kulur bejn wieħed u ieħor kannella intens li huma maħsuba għall-ikkulurar, kif imsemmi fil-Parti B tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008; dan ma jikkorrispondix mal-prodott aromatiku taz-zokkor miksub mit-tisħin taz-zokkor u li jintuża għal finijiet ta' aromatizzanti;
“ingredjenti awtorizzati oħrajn” tfisser ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 u addittivi tal-ikel għajr kuluri awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008;
“qawwa alkoħolika skont il-volum” tfisser il-proporzjon tal-volum ta' alkoħol pur preżenti fi prodott f'temperatura ta' 20 C għall-volum totali ta' dak il-prodott fl-istess temperatura;
“kontenut ta' sustanzi volatili” tfisser il-kwantità ta' sustanzi volatili għajr l-alkoħol etiliku u l-metanol, li jkun fiha x-xarba spirituża li tkun prodotta esklussivament bid-distillazzjoni.
Artikolu 5
Definizzjoni ta' u rekwiżiti għall-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola huwa likwidu li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
ikun inkiseb esklussivament minn prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat;
ma jkollu l-ebda togħma perċettibbli għajr dik tal-materja prima użata fil-produzzjoni tiegħu;
is-saħħa alkoħolika minima bil-volum tiegħu tkun ta' 96,0 %.
il-livelli massimi ta' residwi tiegħu ma jeċċedux dan li ġej:
aċidità totali (espressa f'aċidu aċetiku): 1,5 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;
esteri (espressi f'aċetat etiliku): 1,3 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;
aldeidi (espressi f'aċetaldeida): 0,5 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;
alkoħols ogħla (espress f'metil2 propanol1): 0,5 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;
metanol: 30 gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;
estratt niexef: 1,5 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;
bażijiet volatili li fihom in-nitroġenu (espressi f'nitroġenu): 0,1 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;
furfural: imperċettibbli.
Artikolu 6
Alkoħol etiliku u distillati użati f'xorb alkoħoliku
Artikolu 7
Kategoriji ta' xorb spirituż
Mingħajr ħsara għar-regoli speċifiċi stabbiliti għal kull waħda mill-kategoriji ta' xorb spirituż 1 sa 14 tal-Anness I, ix-xorb spirituż ta' dawk il-kategoriji:
jiġi prodott permezz ta' ermentazzjoni u distillazzjoni u miksub esklussivament mill-materja prima prevista fil-kategorija korrispondenti ta' xorb spirituż fl-Anness I;
m'għandux ikollu żieda ta' alkoħol, sew jekk dilwit jew le;
m'għandux ikun aromatizzat;
m'għandu jkun ikkulurit b'xejn ħlief karamella użat esklussivament għall-aġġustament tal-kulur ta' dak ix-xorb spirituż;
m'għandux jiġi dolċifikat, ħlief sabiex tiġi mirquma t-togħma finali tal-prodott; il-kontenut massimu tal-prodotti dolċifikanti, espress f'zokkor invertit m'għandux jeċċedi l-limiti stabbiliti għal kull kategorija fl-Anness I;
m'għandux ikun fih żidiet oħrajn għajr unitajiet sħaħ mhux ipproċessati tal-materja prima li minnha jinkiseb l-alkoħol, u li huma prinċipalment użati għal skopijiet dekorattivi.
Mingħajr ħsara għar-regoli speċifiċi stabbiliti għal kull waħda mill-kategoriji ta' xorb spirituż 15 sa 44 tal-Anness I, ix-xorb spirituż ta' dawk il-kategoriji jista':
jiġu prodotti minn kwalunkwe materja prima agrikola elenkata fl-Anness I għat-Trattat;
ikollu żieda ta' alkoħol;
ikun fih sustanzi aromatizzanti, sustanzi aromatizzanti naturali, preparazzjonijiet aromatizzanti u oġġetti tal-ikel aromatizzanti;
ikun ikkulurit;
jiġi dolċifikat.
Mingħajr ħsara għar-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Anness II, xorb spirituż li ma jikkonformax mar-regoli speċifiċi stabbiliti għal kull waħda mill-kategoriji stipulati fl-Anness I jista':
jiġi prodott minn kwalunkwe materja prima agrikola elenkata fl-Anness I tat-Trattat jew minn kwalunkwe oġġett tal-ikel, jew mit-tnejn;
ikollu żieda ta' alkoħol;
ikun aromatizzat;
ikun ikkulurit;
jiġi dolċifikat.
Artikolu 8
Setgħat delegati u ta' implimentazzjoni
L-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu strettament limitati sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet dimostrattivi li jirriżultaw mid-domanda evolventi tal-konsumaturi, mill-progress teknoloġiku jew mill-ħtieġa ta' innovazzjoni tal-prodott;
Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat separat fir-rigward ta' kull definizzjoni jew rekwiżit tekniku msemmi fl-ewwel subparagrafu.
KAPITOLU II
ID-DESKRIZZJONI, IL-PREŻENTAZZJONI U T-TIKKETTAR TA' XORB SPIRITUŻ U L-UŻU TAL-ISMIJIET TA' XORB SPIRITUŻ FIL-PREŻENTAZZJONI U T-TIKKETTAR TA' OĠĠETTI TAL-IKEL OĦRA
Artikolu 9
Il-preżentazzjoni u t-tikkettar
Ix-xorb spirituż li jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-preżentazzjoni u t-tikkettar stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Ismijiet ġuridiċi tax-xorb spirituż
Ix-xorb spirituż għandu jkollu ismijiet ġuridiċi fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u t-tikkettar tiegħu.
Iismijiet ġuridiċi għandhom jintwerew b'mod ċar u viżibbli fuq it-tikketta tax-xorb spirituż u m'għandhomx jiġu sostitwiti jew jinbidlu.
Minkejja l-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, l-isem ġuridiku ta' xarba spirituża jista' jkun:
supplimentat jew sostitwit b'indikazzjoni ġeografika msemmija fil-Kapitolu III. F'dan il-każ, l-indikazzjoni ġeografika tista' tkun supplimentata aktar bi kwalunkwe terminu permess mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott rilevanti, sakemm dan ma jqarraqx bil-konsumatur; u
sostitwit b'terminu kompost li jinkludi l-kliem “likur” jew “krema”, sakemm il-prodott finali jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategorija 33 tal-Anness I.
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 u għar-regoli speċifiċi stabbiliti għall-kategoriji ta' xorb spirituż fl-Anness I għal dan ir-Regolament, l-isem ġuridiku ta' xarba sprituża jista' jiġi ssupplimentat:
b'isem jew referenza ġeografika previsti fil-liġijiet, fir-regolamenti u fid-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli fl-Istat Membru li fih ix-xarba spirituża titqiegħed fis-suq, sakemm din ma tqarraqx bil-konsumatur;
b'isem tradizzjonali kif definit fil-punt (o) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, sakemm dan ma jqarraqx bil-konsumatur;
b'terminu kompost jew allużjoni skont l-Artikoli 11 u 12;
bit-terminu “blend”, “blending” jew “blended”, sakemm ix-xarba spirituża tkun ġiet blended;
bit-terminu “taħlita”, “imħallta” jew “xarba spirituża mħallta”, sakemm ix-xarba spirituża tkun ġiet imħallta; jew
bit-terminu “xott” jew “dry”, ħlief fil-każ ta' xorb spirituż li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategorija 2 tal-Anness I, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti speċifiċi stipulati fil-kategoriji 20 sa 22 tal-Anness I, u bil-kundizzjoni li x-xorb spirituż ma jkunx ġie dolċifikat, lanqas biex tiġi mirquma t-togħma. Permezz ta' deroga mill-ewwel parti ta' dan il-punt, it-terminu “dry” jew “dry” jista' jissupplimenta l-isem ġuridiku ta' xorb spirituż li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategorija 33 u li għalhekk ġew dolċifikati.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(1), l-aromatizzanti li jimitaw xarba spirituża jew l-użu tagħhom fil-produzzjoni ta' oġġett tal-ikel għajr xarba jista' jkollhom fil-preżentazzjoni u fit-tikketti tagħhom, referenzi għall-ismijiet ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, sakemm dawn l-ismijiet ġuridiċi jiġu supplimentati bit-terminu “togħma” jew kwalunkwe terminu simili ieħor. L-indikazzjonijiet ġeografiċi m'għandhomx jintużaw sabiex jiddeskrivu dawn l-aromatizzanti.
Artikolu 11
Termini komposti
Fid-deskrizzjoni, l-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xarba alkoħolika, l-użu f'terminu kompost ta' isem ġuridiku previst fil-kategoriji ta' xorb spirituż stabbilita fl-Anness I jew ta' indikazzjoni ġeografika għax-xorb spirituż għandu jiġi awtorizzat bil-kundizzjoni li:
l-alkoħol użat fil-produzzjoni ta' xarba alkoħolika joriġina esklussivament mix-xarba spirituża msemmija fit-terminu kompost, għajr għall-alkoħol etiliku li jista' jkun preżenti f'aromatizzanti, koloranti jew ingredjenti awtorizzati oħrajn użati għall-produzzjoni ta' dik ix-xarba alkoħolika; u
ix-xarba spirituża użata ma tkunx ġiet dilwita biż-żieda ta' ilma biss, sabiex il-qawwa alkoħolika tagħhatkun anqas mill-qawwa minima prevista fil-kategorija rilevanti ta' xorb spirituż stabbilita fl-Anness I.
It-termini komposti li jiddeskrivu xarba alkoħolika għandhom:
jidhru b’karattri uniformi tal-istess tipa, daqs u kulur;
ma għandhomx jiġu interrotti b’xi element testwali jew ta’ stampi li ma jifformawx parti minnhom;
ma għandhomx jidhru f’daqs ta’ tipa akbar mid-daqs tat-tipa użata għall-isem tax-xarba alkoħolika; u
f’każijiet fejn ix-xarba alkoħolika tkun xarba spirituża, dejjem ikunu akkumpanjati mill-isem ġuridiku tax-xarba spirituża, li għandu jidher fl-istess kamp viżiv bħat-terminu kompost, sakemm l-isem ġuridiku ma jiġix sostitwit b’terminu kompost f’konformità mal-Artikolu 10(5), il-punt (b).
Artikolu 12
Allużjonijiet
B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 ( 6 ) u (UE) Nru 251/2014 ( 7 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, allużjoni fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xarba alkoħolika għajr xarba spirituża għall-ismijiet ġuridiċi previsti f'kategorija waħda jew aktar ta' xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament jew għall-indikazzjoni ġeografika waħda jew aktar għal xorb spirituż għandha tiġi awtorizzata bil-kundizzjoni li:
l-alkoħol miżjud joriġina esklussivament mix-xarba spirituża jew minn xorb spirituż imsemmi fl-allużjoni; u
il-proporzjon ta' kull ingredjent alkoħoliku jkun indikat mill-inqas darba fl-istess kamp viżiv bħall-allużjoni, f'ordni dixxendenti tal-kwantitajiet użati. Dak il-proporzjon għandu jkun ugwali għall-perċentwali bil-volum ta' alkoħol pur li huwa jirrappreżenta fil-kontenut ta' alkoħol pur totali bil-volum tal-prodott finali.
B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u mill-Artikolu 13(4), fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xarba spirituża li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategoriji 33 sa 40 tal-Anness I, l-allużjoni għall-ismijiet ġuridiċi previsti taħt kategorija waħda jew aktar ta' xorb spirituż stabbilita f'dak l-Anness jew għall-indikazzjoni ġeografika waħda jew aktar għal xorb spirituż għandha tiġi awtorizzata bil-kundizzjoni li:
l-alkoħol miżjud joriġina esklussivament mix-xarba spirituża jew minn xorb spirituż imsemmi fl-allużjoni;
il-proporzjon ta' kull ingredjent alkoħoliku jkun indikat mill-inqas darba fl-istess kamp viżiv bħall-allużjoni, f'ordni dixxendenti tal-kwantitajiet użati. Dak il-proporzjon għandu jkun ugwali għall-perċentwali bil-volum ta' alkoħol pur li huwa jirrappreżenta fil-kontenut ta' alkoħol pur totali bil-volum tal-prodott finali; u
it-terminu “cream” ma jidhirx fl-isem ġuridiku ta' xarba spirituża li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategoriji 33 sa 40 tal-Anness I jew fl-isem ġuridiku tax-xarba spirituża jew tax-xorb spirituż imsemmija fl-allużjoni.
B’deroga mill-paragrafu 1, fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xarba spirituża għajr xorb spirituż li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategoriji 33 sa 40 tal-Anness I, l-allużjoni għal isem ġuridiku previst f’kategorija ta’ xorb spirituż stabbilita f’dak l-Anness jew għal Indikazzjoni Ġeografika ta’ xorb spirituż għandha tkun permessa bil-kundizzjoni li:
ix-xarba spirituża msemmija fl-allużjoni:
tkun intużat bħala l-bażi alkoħolika unika għall-produzzjoni tax-xarba spirituża finali, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ kategorija ta’ xorb spirituż stipulata fl-Anness I,
ma tkunx ġiet ikkombinata ma’ xi oġġetti tal-ikel għajr l-oġġetti tal-ikel użati għall-produzzjoni tagħha jew il-produzzjoni tax-xarba spirituża finali, f’konformità mal-Anness I jew l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott rilevanti, u
ma tkunx ġiet dilwita bl-ilma sabiex il-qawwa alkoħolika tagħha tkun taħt il-qawwa minima prevista fil-kategorija ta’ xorb spirituż stabbilita fl-Anness I jew l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-Indikazzjoni Ġeografika li tkun tappartjeni għaliha x-xarba spirituża msemmija fl-allużjoni; jew
ix-xarba spirituża tkun inħażnet għall-perjodu sħiħ ta’ maturazzjoni jew parti minnu f’bettija tal-injam li qabel tkun intużat biex timmatura x-xarba spirituża msemmija fl-allużjoni, bil-kundizzjoni li:
il-bettija tal-injam tkun tbattlet mill-kontenut preċedenti tagħha għal dawk il-kategoriji ta’ xorb spirituż jew Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż li għalihom iż-żieda ta’ alkoħol, dilwit jew mhux, hija pprojbita,
l-allużjoni ssir fid-deskrizzjoni tal-bettija użata biex timmatura x-xarba spirituża li tirriżulta,
l-allużjoni tidher b’mod inqas prominenti mill-isem ġuridiku tax-xarba spirituża jew kwalunkwe terminu kompost użat, u
b’deroga mill-paragrafu 4, punt (b), l-allużjoni tidher b’tipa ta’ daqs mhux akbar mid-daqs tat-tipa użat għall-isem ġuridiku tax-xarba spirituża jew kwalunkwe terminu kompost użat.
L-allużjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2, 3 u 3a għandhom:
ma għandhomx ikunu fuq l-istess linja bħall-isem tax-xarba alkoħolika; u
għandhom jidhru b’tipa ta’ daqs li ma jkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għall-isem tax-xarba alkoħolika u, fejn jintużaw termini komposti, b’tipa ta’ daqs li ma jkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għal tali termini komposti, f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 11(3); u
fil-każ ta’ allużjonijiet fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ xorb spirituż, dawn jiġu akkumpanjati dejjem bl-isem ġuridiku tax-xarba spirituża, li għandu jidher fl-istess kamp viżiv tal-allużjoni.
Artikolu 13
Regoli addizzjonali dwar id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar
Fil-każ imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi għandha tkun akkumpanjata b’tal-inqas wieħed mit-termini msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 10(6). Kemm il-lista tal-ingredjenti alkoħoliċi kif ukoll it-terminu ta’ akkumpanjament għandhom jidhru fl-istess kamp viżiv bħall-isem ġuridiku tat-taħlita, b’karattri uniformi tal-istess tipa u kulur u b’tipa ta’ daqs li ma tkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għall-isem ġuridiku.
Barra minn hekk, il-proporzjon ta’ kull ingredjent alkoħoliku fil-lista tal-ingredjenti alkoħoliċi għandu jiġi espress mill-inqas darba bħala perċentwal, f’ordni dixxendenti tal-kwantitajiet użati. Dak il-proporzjon għandu jkun ugwali għall-perċentwali bil-volum ta’ alkoħol pur li huwa jirrappreżenta fil-kontenut ta’ alkoħol pur totali bil-volum tat-taħlita.
Fil-każ ta’ blends li jkunu irriżultaw mill-kombinazzjoni ta’ xorb spirituż li jkun jappartjeni għal Indikazzjonijiet ġeografiċi differenti jew mill-kombinazzjoni ta’ xorb spirituż li jkun jappartjeni għal Indikazzjonijiet Ġeografiċi b’xorb spirituż li ma jkun jappartjeni għall-ebda Indikazzjoni Ġeografika, japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
id-deskrizzjoni, l-preżentazzjoni jew it-tikkettar tal-blend jistgħu jinkludu l-isem ġuridiku stabbiliti fl-Anness I, jew l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi li jikkorrispondu għax-xorb spirituż li jkunu ħarġu minn blend, diment li dawn l-ismijiet jidhru:
biss f’lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi kollha li jinsabu bil-blend, u fl-istess kamp viżiv bħall-isem ġuridiku tat-taħlita, b’karattri uniformi tal-istess tipa u kulur u b’tipa ta’ daqs li ma tkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għall-isem ġuridiku; u
tal-inqas darba fl-istess kamp viżiv tal-isem ġuridiku tal-blend;
il-lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi għandha tkun akkumpanjata b’tal-inqas wieħed mit-termini msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 10(6);
il-proporzjon ta’ kull ingredjent alkoħoliku fil-lista tal-ingredjenti alkoħoliċi għandu jiġi espress mill-inqas darba bħala perċentwal, f’ordni dixxendenti tal-kwantitajiet użati. Dak il-proporzjon għandu jkun ugwali għall-perċentwal bil-volum ta’ alkoħol pur li jirrappreżenta fil-kontenut ta’ alkoħol pur totali bil-volum tal-blend.
Fil-każ imsemmi fl-ewwel subparagrafu, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar tat-taħlita jistgħu juru l-ismijiet ġuridiċi stabbiliti fl-Anness I jew l-indikazzjonijiet ġeografiċi li jikkorrispondu max-xorb spirituż li jkun tħallat, sakemm dawk l-ismijiet jidhru:
esklussivament f'lista tal-ingredjenti alkoħoliċi kollha fit-taħlita li għandhom jidhru b'karattri uniformi tal-istess tipa u kulur u b'tipa ta' daqs li ma tkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għall-isem ġuridiku; u
fl-istess kamp viżiv tal-isem ġuridiku tat-taħlita tal-inqas darba.
Barra minn hekk, il-proporzjon ta' kull ingredjent alkoħoliku fil-lista tal-ingredjenti alkoħoliċi għandu jiġi espress mill-inqas darba bħala perċentwal, f'ordni dixxendenti tal-kwantitajiet użati. Dak il-proporzjon għandu jkun ugwali għall-perċentwali bil-volum ta' alkoħol pur li huwa jirrappreżenta fil-kontenut ta' alkoħol pur totali bil-volum tat-taħlita.
Artikolu 14
L-indikazzjoni tal-post ta' provenjenza
Artikolu 15
Il-lingwa użata għall-ismijiet ta' xorb spirituż
Artikolu 16
L-użu ta' simbolu tal-Unjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi
Is-simbolu tal-Unjoni għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti stabbilit skont l-Artikolu 12(7) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jista' jintuża fid-deskrizzjoni, għall-preżentazzjoni u għat-tikkettar ta' xorb spirituż li l-ismijiet tagħhom huma indikazzjonijiet ġeografiċi.
Artikolu 17
Projbizzjoni ta' kapsuli abbażi ta' ċomb u fojl abbażi ta' ċomb
M'għandux jinżamm xorb spirituż bil-ħsieb li jinbiegħ jew li jitqiegħed fis-suq f'kontenituri b'apparati ta' għeluq miksijin b'kapsuli abbażi ta' ċomb jew fojl abbażi ta' ċomb.
Artikolu 18
Metodi ta' analiżi ta' referenza tal-Unjoni
Metodi oħrajn ta' analiżi għandhom ikunu permessi, taħt ir-responsabbiltà tad-direttur tal-laboratorju, bil-kundizzjoni li l-eżattezza, ir-ripetibbiltà u r-riproduċibbiltà tal-metodi jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk tal-metodi ta' analiżi ta' referenza rilevanti tal-Unjoni.
Meta l-metodi ta' analiżi tal-Unjoni ma jkunx stabbiliti għall-kxif u l-kwantifikazzjoni tas-sustanzi li jkunu f'xarba spirituża partikolari, għandu jintuża wieħed jew aktar mill-metodi li ġejjin:
metodi ta' analiżi li ġew ivvalidati minn proċeduri rikonoxxuti internazzjonalment u li, b'mod partikolari, jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 );
metodi ta' analiżi li jikkonformaw mal-istandards rakkommandati tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istandardizzazzjoni (ISO);
metodi ta' analiżi rikonoxxuti u ppubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV); jew
fin-nuqqas ta' metodu kif imsemmi fil-punti (a), (b) jew (c), għar-raġuni tal-eżattezza, ripetibbiltà u reproduċibbiltà:
Artikolu 19
Setgħat delegati
Sabiex jitqies il-proċess ta' invekkjament dinamiku tradizzjonali għall-brandy fi Stati Membri li hu magħruf bħala “sistema criaderas y solera ” jew “sistema solera e criaderas ” kif stabbilit fl-Anness III, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 46, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi:
li jistabbilixxu derogi mill-Artikolu 13(6) rigward l-ispeċifikazzjoni tal-perjodu jew età tal-maturazzjoni fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar ta' tali brandy; u
tistabbilixxi mekkaniżmi ta' kontroll xierqa għal tali brandy.
Artikolu 20
Setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta:
ir-regoli meħtieġa għall-komunikazzjonijiet li għandhom isiru mill-Istati Membri fir-rigward tal-korpi maħtura biex jissorveljaw proċessi ta' invekkjament skont l-Artikolu 13(6);
regoli uniformi li jindikaw il-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar ta' xorb spirituż imsemmija fl-Artikolu 14;.
regoli dwar l-użu tas-simbolu tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 16 fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż;
regoli tekniċi dettaljati dwar il-metodi ta' referenza tal-analiżi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 18.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 47(2).
KAPITOLU III
INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI
Artikolu 21
Protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi
L-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti skont dan ir-Regolament għandhom ikunu protetti minn:
kwalunkwe użu kummerċjali, dirett jew indirett, ta' isem irreġistrat fir-rigward ta' prodotti mhux koperti mir-reġistrazzjoni fejn dawk il-prodotti jkunu komparabbli mal-prodotti rreġistrati b'dak l-isem jew fejn l-użu tal-isem ikun qed jisfrutta r-reputazzjoni tal-isem protett, inkluż meta dawk il-prodotti jintużaw bħala ingredjent;
kull użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodotti jew servizzi jkunu indikati jew jekk l-isem protett ikun tradott jew akkumpanjat minn espressjoni bħal “stil”, “tip”, “xorta”“metodu”, “kif prodott fi”, “imitazzjoni”, “togħma”, “bħal” jew xi espressjonijiet simili, inkluż meta dawk il-prodotti jintużaw bħala ingredjent;
kull indikazzjoni falza jew qarrieqa oħra fir-rigward tal-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar tal-prodott li x'aktarx tagħti impressjoni falza rigward l-oriġini tal-prodott;
kull prattika oħra li tista' tqarraq bil-konsumatur fir-rigward tal-oriġini vera tal-prodott.
Artikolu 22
Speċifikazzjoni tal-prodott
Indikazzjoni ġeografika protetta skont dan ir-Regolament għandha tkun konformi ma' speċifikazzjoni tal-prodott li għandu jkun fiha mill-inqas:
l-isem li għandu jiġi protett bħala indikazzjoni ġeografika, kif jintuża, kemm jekk fil-kummerċ kif ukoll jekk fil-lingwaġġ komuni, biss fil-lingwi li huma jew li kienu storikament użati biex jiddeskrivu l-prodott speċifiku fiż-żona ġeografika ddefinita, fil-kitba oriġinali u fit-traskrizzjoni Latina jekk tkun differenti;
il-kategorija tax-xorb spirituż jew it-terminu “xarba spirituża” jekk ix-xarba spirituża ma tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti għall-kategoriji ta' xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I;
deskrizzjoni tal-karatteristiċi tax-xarba spirituża, li tinkludi l-materja prima li minnha tkun prodotta, jekk ikun xieraq, kif ukoll il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi jew organolettiċi prinċipali tal-prodott u l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott imqabbla max-xorb spirituż tal-istess kategorija;
id-definizzjoni taż-żona ġeografika delimitata fir-rigward tar-rabta msemmija fil-punt (f);
deskrizzjoni tal-metodu tal-produzzjoni tax-xarba spirituża u, fejn ikun xieraq, tal-metodi ta' produzzjoni lokali awtentiċi u li ma jinbidlux;
dettalji li jistabbilixxu r-rabta bejn kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra speċifika tax-xorb spirituż u l-oriġini ġeografika tagħha;
l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti jew, jekk disponibbli, l-ismijiet u l-indirizzi tal-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 38 u l-kompiti speċifiċi tagħhom;
kwalunkwe regola ta' tikkettar speċifika għall-indikazzjoni ġeografika inkwistjoni.
Fejn ikun applikabbli, ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-imballaġġ għandhom jiddaħħlu fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, flimkien ma' ġustifikazzjoni li turi r-raġuni għaliex l-imballaġġ irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita biex tiġi salvagwardata l-kwalità, biex tkun żgurata l-oriġini jew ikun żgurat il-kontroll, b'kont meħud tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari il-liġi tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-forniment liberu tas-servizzi.
Artikolu 23
Kontenut tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika skont l-Artikolu 24(5) jew (8) għandha tinkludi mill-inqas:
l-isem u l-indirizz tal-grupp applikant u tal-awtoritajiet kompetenti jew, jekk disponibbli, il-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott;
l-ispeċifikazzjoni tal-prodott prevista fl-Artikolu 22;
dokument uniku li jistabbilixxi dan li ġej:
il-punti ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, inkluż l-isem li għandu jiġi protett, il-kategorija li għaliha tappartjeni x-xarba spirituża jew it-terminu “xarba spirituża”, il-metodu ta' produzzjoni, deskrizzjoni tal-karatteristiċi tax-xarba spirituża, definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika, u, fejn ikun xieraq, regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ u t-tikkettar;
deskrizzjoni tar-rabta bejn ix-xarba spirituża u l-oriġini ġeografika tagħha msemmija fil-punt (4) tal-Artikolu 3, inklużi, fejn ikun xieraq, l-elementi speċifiċi tad-deskrizzjoni tal-prodott jew tal-metodu tal-produzzjoni li jiġġustifikaw din ir-rabta.
Applikazzjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 24(8), għandu jkun fiha wkoll ir-referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u prova li isem il-prodott huwa protett fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu.
Id-dossier ta' applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(7) għandu jinkludi:
l-isem u l-indirizz tal-grupp applikant;
id-dokument uniku msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;
dikjarazzjoni mill-Istat Membru li huwa jqis li l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet adottati b'mod konformi miegħu;
ir-referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Artikolu 24
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika
Persuna fiżika jew ġuridika unika tista' titqies li tkun grupp għall-fini ta' dan il-Kapitolu jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
il-persuna kkonċernata tkun l-uniku produttur lest li jippreżenta applikazzjoni; u
iż-żona ġeografika definita jkollha karatteristiċi li jvarjaw b'mod sinifikanti minn dawk ta' żoni ġirien, il-karatteristiċi tax-xarba spirituża jkunu differenti minn dawk prodotti f'żoni ġirien jew ix-xarba spirituża jkollha kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra speċjali li tista' tiġi attribwita b'mod ċar għall-oriġini ġeografika tiegħu.
Meta tiġi ppreżentata applikazzjoni konġunta, din għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru kkonċernat, jew minn grupp applikant f'pajjiż terz ikkonċernat, direttament jew permezz tal-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż terz wara konsulta mal-awtoritajiet u l-gruppi applikanti kollha kkonċernati. L-applikazzjoni konġunta għandha tinkludi d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 23(2) mill-Istati Membri kkonċernati kollha. Ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 23 għandhom jiġu ssodisfati fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kkonċernati kollha.
Fil-każ ta' applikazzjonijiet konġunti, il-proċeduri ta' oppożizzjoni nazzjonali relatati għandhom jitwettqu fl-Istati Membri kkonċernati kollha.
L-Istat Membru għandu jiskrutinizza l-applikazzjoni b'mezzi xierqa sabiex jivverifika li hija rraġunata u li tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu.
L-Istat Membru għandu jeżamina l-ammissibbiltà ta' kwalunkwe oppożizzjoni li jirċievi f'konformità mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 28.
L-Istat Membru għandu jiżgura li meta jieħu deċiżjoni favorevoli skont l-ewwel subparagrafu tiġi ppubblikata u li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu jkollha l-opportunità li tappella.
L-Istat Membru għandu jiżgura li l-verżjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni favorevoli tiegħu tiġi ppubblikata, u għandu jipprovdi aċċess elettroniku għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
L-Istat Membru għandu jiżgura wkoll il-pubblikazzjoni adegwata tal-verżjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li dwarha l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha f'konformità mal-Artikolu 26(2).
Artikolu 25
Protezzjoni nazzjonali proviżorja
Artikolu 26
Skrutinju mill-Kummissjoni u pubblikazzjoni għal oppożizzjoni
Il-Kummissjoni għandha, għall-inqas kull xahar, tagħmel pubblika l-lista ta' ismijiet li għalihom ġew ippreżentati lilha applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni, kif ukoll id-data tal-preżentazzjoni tagħhom. Il-lista għandha tinkludi wkoll l-isem tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz minn fejn tkun ġiet l-applikazzjoni.
Artikolu 27
Proċedura ta' oppożizzjoni
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u residenti jew stabbilita fi Stat Membru ieħor għajr dak minn fejn tkun saret l-applikazzjoni, tista' tippreżenta notifika ta' oppożizzjoni lill-Istat Membru li fih dik il-persuna tkun residenti jew stabbilita fil-limiti ta' perjodu taż-żmien li jippermetti li tiġi ppreżentata oppożizzjoni skont l-ewwel subparagrafu.
Notifika ta' oppożizzjoni għandu jkun fiha dikjarazzjoni li l-applikazzjoni tista' tikser ir-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu.
Notifika ta' oppożizzjoni li ma jkunx fiha tali dikjarazzjoni għandha tkun nulla.
Il-Kummissjoni għandha tgħaddi n-notifika ta' oppożizzjoni mingħajr dewmien lill-awtorità jew korp li ppreżentaw l-applikazzjoni.
L-awtorità jew persuna li ppreżentaw l-oppożizzjoni u l-awtorità jew korp li ppreżentaw l-applikazzjoni għandhom jibdew dawn il-konsultazzjonijiet adegwati mingħajr dewmien żejjed. Huma għandhom jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni rilevanti biex jivvalutaw jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tikkonformax mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu. Jekk ma jintlaħaqx ftehim, dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta wkoll lill-Kummissjoni.
Meta l-partijiet interessati jilħqu ftehim, l-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz minn fejn ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-fatturi kollha li wasslu biex jintlaħaq il-ftehim, inkluż l-opinjonijiet tal-applikant u tal-awtoritajiet ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz, jew ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi oħra li jkunu ppreżentaw oppożizzjoni.
Irrispettivament minn jekk ikun intlaħaq ftehim kif ukoll jekk le, in-notifika lill-Kummissjoni għandha ssir fi żmien xahar minn tmiem il-konsultazzjonijiet.
Fi kwalunkwe waqt matul dawk it-tliet xhur, il-Kummissjoni tista', fuq talba tal-applikant, testendi l-iskadenza għall-konsultazzjonijiet b'massimu ta' tliet xhur.
Artikolu 28
Raġunijiet għal oppożizzjoni
Dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 27(2) għandha tkun ammissibbli biss jekk tasal għand il-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit f'dak l-Artikolu u jekk turi li:
l-indikazzjoni ġeografika proposta ma tikkonformax mad-definizzjoni fil-punt (4) tal-Artikolu 3 jew mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 22;
ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika proposta tmur kontra l-Artikolu 34 jew 35; jew
ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika proposta thedded l-eżistenza ta' isem jew ta' trademark li jkun kompletament jew parzjalment identiku jew l-eżistenza ta' prodotti li jkunu ilhom legalment fis-suq għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 26(2); jew
ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 31 u 32 ma jkunux ġew issodisfati.
Artikolu 29
Perjodi tranżitorji għall-użu ta' indikazzjonijiet ġeografiċi
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jagħtu perjodu tranżitorju ta' mhux aktar minn ħames snin biex jippermettu xorb spirituż li joriġina fi Stat Membru jew f'pajjiż terz, u li l-isem tiegħu jikser l-Artikolu 21(2), biex ikompli juża d-denominazzjoni li taħtha huma kienu ikkumerċjalizzati, bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni ammissibbli ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 24(6) jew l-Artikolu 27 turi li r-reġistrazzjoni tal-isem ma theddidx l-eżistenza ta':
isem identiku għalkollox jew ta' isem kompost, li terminu wieħed tiegħu ikun identiku għall-isem li għandu jiġi rreġistrat; jew
ismijiet oħra simili għall-isem la għandu jiġi rreġistrat li jirreferu għal xorb spirituż li jkun ilu fis-suq legalment sa mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 26(2).
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 47(2).
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 36, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jestendu l-perjodu tranżitorju mogħti skont il-paragrafu 1 sa massimu ta' 15-il sena, jew li jippermettu l-użu kontinwu sa massimu ta' 15-il sena f'każijiet debitament ġustifikati, sakemm jintwera li:
id-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun ilha tintuża legalment b'mod konsistenti u ġust għal mill-inqas 25 sena qabel ma l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tkun ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni;
l-iskop tal-użu tad-denominazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ma kienx, fl-ebda waqt, biex jinkiseb profitt mir-reputazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika reġistrata; u
il-konsumatur ma ġiex jew ma setax ġie mqarraq fir-rigward tal-oriġini vera tal-prodott.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 47(2).
Artikolu 30
Deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni
Jekk il-Kummissjoni tirċievi dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni ammissibbli, hija għandha, wara li jsiru l-konsultazzjonijiet adegwati msemmija fl-Artikolu 27(3), u b'kont meħud tar-riżultati tagħhom, jew:
jekk ikun intlaħaq ftehim, tirreġistra l-isem permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 47(2), u, jekk ikun meħtieġ, temenda l-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 26(2) sakemm dawn l-emendi ma jkunux sostanzjali; jew
jekk ma jintlaħaqx ftehim, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddeċiedu dwar ir-reġistrazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 47(2).
L-att ta' reġistrazzjoni għandu jagħti l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 21 għall-indikazzjoni ġeografika.
Artikolu 31
Emenda fi speċifikazzjoni ta' prodott
L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu u jagħtu raġunijiet għall-emendi mitlubin.
L-emendi għal speċifikazzjoni ta' prodott għandhom ikunu kklassifikati f'żewġ kategoriji f'dak li jirrigwarda l-importanza tagħhom:
emendi tal-Unjoni li jeħtieġu proċedura ta' oppożizzjoni fil-livell tal-Unjoni;
emendi standard li għandhom jiġu ttrattati fil-livell tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz.
Emenda għandha tkun ikkunsidrata bħala emenda tal-Unjoni jekk:
tkun tinkludi bidla fl-isem jew fi kwalunkwe parti tal-isem tal-indikazzjoni ġeografika rreġistrata skont dan ir-Regolament;
tkun tikkonsisti f'bidla fl-isem ġuridiku jew fil-kategorija tax-xorb spirituż;
toħloq riskju li tħassar il-kwalità, reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn partikulari tax-xarba spirituża li jkunu essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha; jew
tkun tinvolvi restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.
Kwalunkwe emenda oħra għandha tkun ikkunsidrata bħala emenda standard.
Emenda standard għandha tkun ukoll ikkunsidrata bħala emenda temporanja meta din tikkonċerna bidla temporanja fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li tirriżulta mill-impożizzjoni ta' miżuri obbligatorji sanitarji jew fitosanitarji mill-awtoritajiet pubbliċi jew hija marbuta ma' diżastri naturali jew kundizzjonijiet ta' temp avversi formalment rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 32
Kanċellazzjoni
Il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tikkanċella r-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika fi kwalunkwe waħda mill-każijiet li ġejjin:
meta ma tkunx tista' tiġi żgurata aktar il-konformità mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott;
meta l-ebda prodott ma jkun tqiegħed fuq is-suq bl-indikazzjoni ġeografika għal mill-inqas seba' snin konsekuttivi.
L-Artikoli 24, 26, 27, 28 u 30 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-proċedura ta' kanċellazzjoni.
Artikolu 33
Reġistru ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż
Għall-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati taħt dan il-Kapitolu, ir-reġistru għandu jipprovdi aċċess dirett għad-dokumenti singoli u għandu jkun fih ukoll ir-referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Għall-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati qabel it-8 ta' Ġunju 2019, ir-reġistru għandu jipprovdi aċċess dirett għall-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-fajl tekniku kif stabbilit fl-Artikolu 17(4) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 46 li jissupplimentaw dan il-paragrafu billi tistabbilixxi regoli dettaljati ulterjuri dwar il-forma u l-kontenut tar-reġistru.
Artikolu 34
Indikazzjonijiet ġeografiċi omonimi
Artikolu 35
Raġunijiet speċifiċi għal ċaħda tal-protezzjoni
Sabiex jiġi stabbilit jekk isem sarx ġeneriku jew le, għandha tingħata kunsiderazzjoni għall-fatturi kollha rilevanti, b'mod partikolari:
is-sitwazzjoni eżistenti fl-Unjoni, b'mod partikolari fl-oqsma tal-konsum;
il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali.
Artikolu 36
Relazzjoni bejn it-trademarks u l-indikazzjonijiet ġeografiċi
Artikolu 37
Indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati eżistenti
L-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż irreġistrati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, u b'hekk protetti taħt dak ir-Regolament għandhom ikunu protetti awtomatikament bħala indikazzjonijiet ġeografiċi skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha telenkahom fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 33 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 38
Verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
Fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li jindikaw xorb spiritiż li joriġina fl-Unjoni rreġistrati taħt dan ir-Regolament, il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmi fl-Artikolu 22, qabel it-tqegħid tal-prodott fis-suq, għandha titwettaq minn:
awtorità kompetenti waħda jew aktar imsemmija fl-Artikolu 43(1); jew
il-korpi ta' kontroll skont it-tifsira tal-punt 5 tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, li joperaw bħala entità taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti.
Fejn Stat Membru japplika l-Artikolu 24(2), verifika tal-konformità bl-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha tiġi żgurata minn awtorità oħra għajr dik meqjusa bħala grupp skont dak il-paragrafu.
Minkejja l-liġi nazzjonali tal-Istati Membri, l-ispejjeż ta' tali verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jistgħu jitħallsu mill-operaturili huma suġġetti għal dawk il-kontrolli.
Fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li jindikaw xorb spirituż li joriġina f'pajjiż terz irreġistrati taħt dan ir-Regolament, il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, qabel it-tqegħid tal-prodott fis-suq, għandha titwettaq minn:
awtorità kompetenti pubblika nnominata mill-pajjiż terz; jew
korp taċ-ċertifikazzjoni tal-prodott.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti u l-korpi msemmija fil-paragrafu 3 u għandha taġġorna dik l-informazzjoni b'mod regolari.
Artikolu 39
Sorveljanza tal-użu tal-ismijiet fis-suq
Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet li jkunu responsabbli li jieħdu dawk il-passi, f'konformità mal-proċeduri determinati minn kull Stat Membru individwali.
Dawk l-awtoritajiet għandhom joffru garanziji adegwati ta' oġġettività u imparzjalità, u għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom.
Artikolu 40
Proċedura u rekwiżiti, u ppjanar u rappurtar tal-attivitajiet ta' kontroll
Artikolu 41
Setgħat delegati
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 46 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu aktar kundizzjonijiet li għandhom jiġu segwiti, inkluż f'każijiet fejn żona ġeografika tinkludi aktar minn pajjiż wieħed, fir-rigward ta':
applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika kif imsemmija fl-Artikoli 23 u 24; u
proċeduri nazzjonali preliminari kif imsemmija fl-Artikolu 24, l-iskrutinju mill-Kummissjoni, il-proċedura ta' oġġezzjoni u l-kanċellazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi.
Artikolu 42
Setgħat ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar:
il-forma tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott msemmija fl-Artikolu 22 u l-miżuri dwar l-informazzjoni li għandha tingħata fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott fir-rigward tar-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-prodott finali kif imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 22(1);
il-proċeduri għal, il-forma u l-preżentazzjoni ta', l-oppożizzjonijiet kif imsemmija fl-Artikoli 27 u 28;
il-forma u l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal emendi tal-Unjoni u ta' komunikazzjonijiet li jikkonċernaw emendi standard u temporanji kif imsemmi fl-Artikolu 31(4) u (5) rispettivament;
il-proċeduri għal u l-forma tal-proċess ta' kanċellazzjoni imsemmija fl-Artikolu 32, kif ukoll dwar il-preżentazzjoni tat-talbiet għal kanċellazzjoni; u
il-kontrolli u l-verifika li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri, inkluż l-ittestjar, kif imsemmija fl-Artikolu 38.
KAPITOLU IV
KONTROLLI, SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI, LEĠIŻLAZZJONI TAL-ISTATI MEMBRI
Artikolu 43
Kontrolli tax-xorb spirituż
Artikolu 44
Skambju ta' informazzjoni
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 47(2).
Artikolu 45
Leġiżlazzjoni tal-Istati Membri
KAPITOLU V
DELEGA TA' SETGĦAT, DISPOŻIZZJONIJIET TA' IMPLIMENTAZZJONI,DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
TAQSIMA 1
Delega ta' setgħat u dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni
Artikolu 46
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 47
Proċedura tal-Kumitat
TAQSIMA 2
Derogi, dispozizzjonijiet tranżitorji u finali
Artikolu 48
Deroga mir-rekwiżiti ta' kwantitajiet nominali fid-Direttiva 2007/45/KE
B'deroga mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/45/KE, u mis-sitt ringiela tat-Taqsima 1 tal-Anness għal dik id-Direttiva, l-ispirtu ddistillat darba biss imsejjaħ “shochu” ( 12 ), li jsir b'lampik tat-tip “pot still” u jiġi bbottiljat fil-Ġappun, jista' jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet nominali ta' 720 ml u ta' 1 800 ml.
Artikolu 49
Tħassir
B'deroga mill-paragrafu 1:
l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandu jibqa' japplika sal-25 ta' Mejju 2021;
l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u, mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet l-oħra tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2013 ( 13 ), l-Artikolu 9 ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni għandu jibqa' japplika sat-tlestija tal-proċeduri previsti fl-Artikolu 9 ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni iżda, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard mill-25 ta' Mejju 2021; u
l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandu jibqa' japplika sakemm jiġi stabbilit ir-reġistru msemmi fl-Artikolu 33 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 50
Miżuri tranżitorji
L-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu strettament limitati biex jissodisfaw ħtiġijiet dimostrattivi li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi tas-suq.
Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat separat fir-rigward ta' kull definizzjoni, definizzjoni teknika jew rekwiżit fid-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu.
Id-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura ta' oppożizzjoni msemmija fl-Artikoli 27, 28 u 29 ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għall-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni jew għall-applikazzjonijiet għall-emendar, li fir-rigward tagħhom l-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-fajl tekniku jew applikazzjoni għall-emendar, rispettivament, diġà ġew ippubblikati għal oppożizzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-8 ta' Ġunju 2019. l-Artikolu 17(7) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandu jkompli japplika għal tali applikazzjonijiet.
Id-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura ta' oppożizzjoni msemmija fl-Artikoli 27, 28 u 29 ta' dan ir-Regolament ma għandhom japplikaw għal talba għall-kanċellazzjoni li hija pendenti fit-8 ta' Ġunju 2019. L-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandu jkompli japplika għal talbiet għal kanċellazzjoni.
Artikolu 51
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Għandu japplika mill-25 ta' Mejju 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
KATEGORIJI TA' XORB SPIRITUŻ
1. Rum
Ir-rum huwa xarba spirituża prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni tal-prodott miksub mill-fermentazzjoni alkoħolika tal-melassi jew ġulepp prodott waqt il-manifattura taz-zokkor tal-kannamieli jew tal-meraq tal-kannamieli nnifsu, distillat f'anqas minn 96 % vol., sabiex id-distillat ikollu l-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi li jistgħu jingħarfu tar-rum.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tar-rum għandha tkun ta' 37,5 %.
M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.
Ir-rum m'għandux ikun miżjud b'aromattizzanti.
Ir-rum jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.
Ir-rum jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.
Fil-każ ta' indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati taħt dan ir-Regolament, l-isem ġuridiku tar-rum jista' jiġi ssupplimentat minn:
it-terminu “traditionnel” jew “tradicional”, sakemm ir-rum in kwistjoni:
it-terminu “agrikolu”, bil-kundizzjoni li r-rum in kwistjoni li jkun konformi mar-rekwiżiti fil-punt (i) u ikun ġie prodott esklussivament permezz tad-distillazzjoni wara l-fermentazzjoni alkoħolika tal-meraq tal-kannamieli. It-terminu “agrikolu” jista' jintuża biss fil-każ ta' indikazzjoni ġeografika ta' Dipartiment Franċiż extra-Ewropew jew ir-Reġjun Awtonomu ta' Madeira.
Dan il-punt (g) għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-użu tat-terminu “agrikolu”, “traditionnel” jew “tradicional” f'konnessjoni ma' kwalunkwe prodott li m'humiex koperti b'din il-kategorija, skont il-kriterji speċifiċi tagħhom.
2. Whisky jew whiskey
Il-whisky jew whiskey huwa xarba spirituża prodotta esklussivament bit-twettiq tal-operazzjonijiet ta' produzzjoni kollha li ġejjin:
distillazzjoni ta' maxx magħmul minn ċereali mmaltjati, flimkien ma' żrieragħ integrali ta' ċereali mhux immaltjati oħra jew mingħajrhom, li jkun ġie:
kull distillazzjoni tkun twettqet f'anqas minn 94,8 % vol., sabiex id-distillat ikollu l-aroma u t-togħma miġjuba mill-materja prima użata;
maturazzjoni tad-distillat finali għal tal-anqas tliet snin f'bittijat tal-injam li ma jesgħux aktar minn 700 litru.
Id-distillat finali, li miegħu jistgħu jiżdiedu biss l-ilma u l-karamella ordinarja (għall-kulur), għandu jżomm il-kulur, l-aroma u t-togħma miġjuba minnu mill-proċess ta' produzzjoni msemmi fil-punti (i), (ii) u (iii).
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-whisky jew tal-whiskey għandha tkun ta' 40 %.
M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.
Il-whisky jew whiskey m'għandux ikun miżjud b'sustanzi dolċifikanti, lanqas biex tiġi mirquma t-togħma, jew aromatizzat, jew ikun fih addittivi għajr karamella ordinarja (E 150a) użata għall-aġġustament tal-kulur.
L-isem ġuridiku tal-“whisky” jew “whiskey” jista' jkun issupplimentat bit-terminu “single malt” biss jekk ikun ġie ddistillat esklussivament minn xgħir immaltjat f'distillerija waħda.
3. Spirtu taċ-ċereali
L-ispirtu taċ-ċereali huwa xarba spirituża prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni ta' maxx fermentat ta' ċereali integrali u li jkollu karatteristiċi organolettiċi miġjuba mill-materja prima użata.
Bl-eċċezzjoni tal-Korn, il-qawwa alkoħolika minima bil-volum tal-ispirtu taċ-ċereali għandha tkun ta' 35 %.
M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.
L-ispirtu taċ-ċereali m'għandux ikun aromatizzat.
L-ispirtu taċ-ċereali jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.
L-ispirtu taċ-ċereali jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 10 grammi ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.
Sabiex spirtu taċ-ċereali jkollu l-isem ġuridiku “brandy taċ-ċereali”, dan għandu jkun ġie prodott permezz ta' distillazzjoni ta' anqas minn 95 % vol. minn maxx fermentat ta' ċereali integrali, u jippreżenta karatteristiċi organolettiċi miġjuba mill-materja prima użata.
Fl-isem ġuridiku “spirtu taċ-ċereali” jew “brandy taċ-ċereali”, il-kelma “ċereali” tista' tinbidel bl-isem taċ-ċereali użati esklussivament fil-produzzjoni tax-xarba spirituża.
4. Spirtu tal-inbid
L-ispirtu tal-inbid tal-frott magħsur huwa xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
hija prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni f’anqas minn 86 % vol. ta’ nbid, inbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni jew distillat tal-inbid;
fiha kontenut ta' sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-125 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol;
fiha kontenut massimu ta' metanol ta' 200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-inbid għandha tkun ta' 37,5 %.
M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.
L-ispirtu tal-inbid m'għandux ikun aromatizzat. Dan m'għandux jipprekludi metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.
L-ispirtu tal-inbid jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.
L-ispirtu tal-inbid jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.
Meta spirtu tal-inbid ikun ġie mmaturat, jista' jibqa' jitqiegħed fis-suq bħala “spirtu tal-inbid” bil-kundizzjoni li jkun ġie mmaturat għal mill-inqas il-perjodu previst fir-rigward ta' xarba spirituża definita fil-kategorija 5.
Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-użu tat-terminu “Branntwein” flimkien mat-terminu “essig” fil-preżentazzjoni u t-tikkettjar tal-ħall.
5. Brandy jew Weinbrand
Il-Brandy jew Weinbrand huwa xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
hija prodotta mill-ispirtu tal-inbid li magħha jista' jiġi miżjud distillat, bil-kundizzjoni li dak id-distillat tal-inbid ikun ġie distillat f'inqas minn 94,8 % vol. u ma jaqbiżx il-massimu ta' 50 % tal-kontenut alkoħoliku tal-prodott finali;
hija immaturata għal mhux anqas minn:
fiha kontenut ta' sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-125 gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol., u tkun miġjuba mid-distillazzjoni tal-materja prima użata;
fiha kontenut massimu ta' metanol ta' 200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-brandy jew tal-Weinbrand għandha tkun ta' 36 %.
M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.
Il-Brandy jew Weinbrand m'għandux ikun aromatizzat. Dan m'għandux jeskludi metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.
Il-Brandy jew Weinbrand jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.
Il-Brandy jew Weinbrand jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 35 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.
6. Karfa tal-għeneb magħsur jew spirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur
Il-karfa tal-għeneb magħsur jew l-ispirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur hija xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
hija prodotta esklussivament mill-karfa tal-għeneb magħsur fermentata u distillata, sew direttament permezz tal-fwar tal-ilma jew wara li jkun inżied l-ilma u jkunu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
kwantità ta' residwu tal-fond tista' tiżdied mal-karfa tal-għeneb magħsur li ma taqbiżx il-25 kg ta' residwu tal-fond għal kull 100 kg ta' karfa tal-għeneb magħsur użat;
il-kwantità tal-alkoħol miksuba mir-residwu tal-fond m'għandhiex taqbeż il-35 % tal-kwantità totali tal-alkoħol fil-prodott finali;
fiha kontenut ta' sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-140 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol, u jkollha massimu ta' kontenut ta' metanol ta' 1 000 gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur jew tal-karfa tal-għeneb magħsur għandha tkun ta' 37,5 %.
M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.
L-ispirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur jew il-karfa tal-għeneb magħsur m'għandhomx ikunu aromatizzati. Dan m'għandux jipprekludi metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.
Il-karfa tal-għeneb magħsur jew l-ispirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.
Il-karfa tal-għeneb magħsur jew l-ispirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.
7. Spirtu tal-karfa tal-frott magħsur
L-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur hija xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
huwa prodott esklussivament permezz tal-fermentazzjoni u d-distillazzjoni tal-karfa tal-frott magħsur ħlief karfa ta' għeneb magħsur u jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
fih kontenut ta' sustanzi volatili ta' 200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol;
il-kontenut massimu ta' metanol għandu jkun ta' 1 500 gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;
il-kontenut massimu ta' aċidu idroċijaniku għandu jkun ta' 7 grammi għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol fil-każ ta' spirtu tal-karfa tal-frott tal-għadma magħsur.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur għandha tkun ta' 37,5 %.
M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.
L-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur m'għandux ikun aromatizzat.
L-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.
L-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 a ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.
L-isem ġuridiku għandu jikkonsisti mill-isem tal-frotta segwit bi “spirtu tal-karfa”. Jekk jintużaw karfiet ta' għadd ta' frott, l-isem ġuridiku għandu jkun “spirtu tal-karfa tal-frott” u jista' jiġi ssupplimentat bl-isem ta' kull frotta f'ordni dejjem tonqos tal-kwantità użata.
8. Spirtu taż-żbib jew brandy taż-żbib
L-ispirtu taż-żbib jew brandy taż-żbib huwa xarba spirituża prodotta permezz tad-distillazzjoni tal-prodott miksub mill-fermentazzjoni alkoħolika tal-estratt ta' għeneb imnixxef tal-varjetajiet “Corinth Black” jew Moscatel tal-varjetajiet ta' Alessandrija, distillati f'anqas minn 94,5 % vol., sabiex id-distillat ikollu aroma u togħma miġjuba mill-materja prima użata.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu taż-żbib jew brandy taż-żbib għandha tkun ta' 37,5 %.
M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.
L-ispirtu taż-żbib jew brandy taż-żbib m'għandux ikun aromatizzat.
L-ispirtu taż-żbib jew brandy taż-żbib jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.
L-ispirtu taż-żbib jew brandy taż-żbib jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.
9. Spirtu tal-Frott
L-ispirtu tal-frott magħsur huwa xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
huwa prodott esklussivament permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika u d-distillazzjoni, bl-għadam jew mingħajru, ta' frott frisk u imlaħħam, inkluża l-banana, jew l-għasir ta' tali frott, berries jew ħxejjex;
kull distillazzjoni għandha titwettaq f'anqas minn 86 % vol., sabiex id-distillat ikollu l-aroma u t-togħma miġjuba mill-materja prima distillata;
fih kontenut ta' sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol;
fil-każ ta' xorb spirituż tal-frott bl-għadma, ikollha kontenut ta' aċidu idroċjaniku li ma jaqbiżx is-7 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.
Il-kontenut massimu ta' metanol tal-ispirtu tal-frott għandu jkun ta' 1 000 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol, ħlief:
fil-każ ta' spirti tal-frott prodott mill-frott jew berries li ġejjin, u li għalihom il-kontenut massimu ta' metanol għandu jkun ta' 1 200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol:
fil-każ ta' spirti tal-frott prodott mill-frott jew berries li ġejjin, u li għalihom il-kontenut massimu ta' metanol għandu jkun ta' 1 350 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol:
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-frott għandha tkun ta' 37,5 %.
L-ispirtu tal-frott m'għandux ikun ikkulurit.
Minkejja l-punt (d) ta' din il-kategorija u b'deroga mill-kategorika tal-ikel 14.2.6 tal-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, il-karamella tista' tintuża biex jiġi aġġustat il-kulur ta' spirti tal-frott li jkunu ġew invekkjati għal perjodu ta' mill-inqas sena f'kuntatt mal-injam.
M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.
L-ispirtu tal-frott m'għandux ikun aromatizzat.
L-ispirtu tal-frott jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 18-il gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.
L-isem ġuridiku ta' spirtu tal-frott għandu jkun “spirtu ta'” flimkien mal-isem tal-frotta, berry jew ħaxixa. Fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Ġrieġa, Kroata, Pollakka, Rumena, Slovakka u Slovena, l-isem ġuridiku jista' jiġi espress permezz tal-isem tal-frotta, tal-berry jew tal-ħaxixa, issupplimentata b'suffiss.
Alternattivament:
l-isem ġuridiku msemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jkun “wasser”, użat flimkien ma' isem il-frotta; jew
l-ismijiet ġuridiċi li ġejjin jistgħu jintużaw fil-każijiet li ġejjin:
L-isem “ Williams ” jew “williams” jista' jintuża biss għat-tpoġġija fis-suq tal-ispirtu tal-lanġas prodott biss mil-lanġas tal-varjetà “Williams”.
Jekk ikun hemm ir-riskju li l-konsumatur finali ma jifhimx faċilment waħda mill-ismijiet ġuridiċi tal-bejgħ li ma jinkludux il-kelma “spirtu”, msemmija f'dan il-punt, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar għandhom jinkludu l-kelma “spirtu”, possibbilment issupplimentata bi spjegazzjoni.
Kull meta żewġ frottiet, berries jew ħxejjex jew aktar jiġu distillati flimkien, il-prodott għandu jitqiegħed fis-suq bl-isem ġuridiku:
L-isem ġuridiku jista' jkun issupplimentat minn dak ta' kull frotta, berry jew ħaxixa, f'ordni li tonqos skont il-kwantità użata.
10. Spirtu tas-sidru, spirtu tal-perry u spirtu tas-sidru u tal-perry
L-ispirtu tas-sidru, l-ispirtu tal-perry u l-ispirtu tas-sidru u tal-perry huma xarbiet spiritużi li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
ikunu prodotti esklussivament permezz tad-distillazzjoni tas-sidru jew tal-perry f'anqas minn 86 % vol. sabiex id-distillat ikollu l-aroma u t-togħma miġjuba mill-frott;
ikun fihom kontenut ta' sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol;
ikun fihom kontenut massimu ta' metanol ta' 1 000 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tas-sidru, tal-spirtu tal-perry u l-ispirtu tas-sidru u tal-perry għandha tkun ta' 37,5 %.
M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.
L-ispirtu tas-sidru, spirtu tal-perry u spirtu tas-sidru u tal-perry m'għandhomx ikunu aromatizzati. Dan m'għandux jipprekludi metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.
L-ispirtu tas-sidru, l-ispirtu tal-perry u l-ispirtu tas-sidru u tal-perry jista' jkollhom miżjud fihom biss karamella, bħala mezz ta'aġġustament tal-kulur.
L-ispirtu tas-sidru, l-ispirtu tal-perry u l-ispirtu tas-sidru u tal-perry jistgħu jiġu dolċifikati sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 15-il gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.
L-isem ġuridiku għandu jkun:
11. Spirtu tal-għasel
L-ispirtu tal-għasel huwa xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
hija prodotta permezz tal-fermentazzjoni u d-distillazzjoni tal-maxx tal-għasel;
hija distillata f'inqas minn 86 % vol. sabiex id-distillat ikollu l-karatteristiċi organolettiċi miġjuba mill-materja prima użata.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-għasel għandha tkun ta' 35 % vol.
M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.
L-ispirtu tal-għasel m'għandux ikun aromatizzat.
L-ispirtu tal-għasel jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.
L-ispirtu tal-għasel jista' jiġi dolċifikat biss bl-għasel sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta' għasel għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.
12. Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond
Il-Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond huwa xarba spirituża prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol. tar-residwu tal-fond tal-inbid, tar-residwu tal-fond tal-birra jew residwu tal-fond ta' frott fermentat.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-Hefebrand jew tal-ispirtu tar-residwu tal-fond għandha tkun ta' 38 %.
M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.
Il-Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond m'għandux ikun aromatizzat.
Il-Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.
Il-Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.
L-isem ġuridiku “Hefebrand” jew “spirtu tar-residwu tal-fond” għandu jkun issupplimentat bl-isem tal-materja prima użata.
13. Spirtu tal-birra
L-ispirtu tal-birra huwa xarba spirituża prodotta permezz tad-distillazzjoni diretta taħt pressjoni normali ta' birra friska ta' qawwa alkoħolika skont il-volum ta' anqas minn 86 %, b'tali mod li d-distillat li jirriżulta jkollu karatteristiċi organolettiċi li jidderivaw mill-birra.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-birra għandha tkun ta' 38 %.
M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.
L-ispirtu tal-birra m'għandux ikun aromatizzat.
L-ispirtu tal-birra jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.
L-ispirtu tal-birra jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.
14. Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm
It-Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm huwa xarba spirituża prodotta permezz tal-fermentazzjoni u d-distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol. ta' tuberi tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm (Helianthus tuberosus L.).
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tat-topinambur jew tal-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm għandha tkun ta' 38 %.
M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.
It-Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm m'għandux ikun aromatizzat.
It-Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.
It-Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.
15. Vodka
Il-vodka hija xarba spirituża prodotta mill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola li tinkiseb wara fermentazzjoni bil-ħmira ta' jew:
distillata sabiex il-karatteristiċi organolettiċi tal-materja prima użata u tal-prodotti sekondarji fformati waqt il-fermentazzjoni jitnaqqsu b'mod selettiv.
Danjista' jiġi segwit b'distillazzjoni jew bi trattament addizzjonali permezz ta' assistenzi xierqa għall-ipproċessar, jew bit-tnejn li huma, inkluż it-trattament bil-karbonju attivat, sabiex ix-xarba tingħata karatteristiċi organolettiċi speċjali.
Il-livelli massimi tar-residwu tal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola użati biex jipproduċu l-vodka għandhom jissodisfaw dawk il-livelli stabbiliti fil-punt (d) fl-Artikolu 5, għajr li l-kontenut ta' metanol għandu jkun ta' 10 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-vodka għandha tkun ta' 37,5 %.
L-uniċi aromatizzanti li jistgħu jiżdiedu huma s-sustanzi aromatizzanti naturali jew il-preparazzjonijiet aromatizzanti li huma preżenti fid-distillat miksub mill-materjali prima ffermentati. Barra minn hekk, il-prodott jista' jingħata karatteristiċi organolettiċi speċjali, sakemm ma jkunux it-togħma predominanti.
Il-vodka m'għandhiex tkun ikkulurita.
Il-vodka tista' tiġi miżjuda b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 8 grammita' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.
Id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar tal-vodka li mhix manifatturata esklussivament minn patata jew ċereali jew mit-tnejn għandhom juru b'mod prominenti l-indikazzjoni “magħmula minn …”, supplimentata bl-isem tal-materja prima utilizzata fil-produzzjoni tal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola. Din l-indikazzjoni għandha tidher fl-istess kamp viżiv bħall-isem ġuridiku.
L-isem ġuridiku jista' jkun “vodka” fi kwalunkwe Stat Membru.
16. Spirtu ta' (supplimentat bl-isem tal-frotta, berries jew lewż) miksub permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni
L-ispirtu (supplimentat b'isem il-frotta, berries jew lewż) miksub permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni huwa xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
tkun ġiet prodotta bi:
huwa prodott mill-frott, berries jew lewż li ġejjin:
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' spirtu (supplimentat b'isem il-frotta, berries jew lewż) miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni għandha tkun ta' 37,5 %.
L-ispirtu ta' (supplimentat b'isem il-frotta, berries jew lewż) miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni m'għandux ikun aromatizzat.
L-ispirtu (supplimentat b'isem il-frotta, berries jew lewż) miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni m'għandux ikun ikkulurit.
Minkejja l-punt (d) u b'deroga mill-kategorija tal-ikel 14.2.6 tal-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, il-karamella tista' tintuża biex jiġi aġġustat il-kulur tal-ispirtu (supplimentat bl-isem tal-frotta, berries jew lewż) miksub permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni li jkun ġie invekkjat mill-inqas sena f'kuntatt ma' injam.
L-ispirtu (supplimentat b'isem il-frotta, berries jew lewż) miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni jista' jiġi dolċifikat sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 18-il gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.
Rigward id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' spirtu (supplimentat b'isem il-frotta, berries jew lewż) miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni, il-kliem “miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni” għandhom jidhru fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew it-tikkettar b'tipa tal-istess font, daqs u kulur, u fuq l-istess kamp viżiv bħall-kliem “spirtu (supplimentat b'isem il-frotta, berries jew lewż)” u, fil-każ ta' fliexken, fuq it-tikketta ta' quddiem.
17. Geist (supplimentat b'isem il-frotta jew tal-materja prima użata)
Geist (supplimentat b'isem il-frotta jew tal-materja prima użata) huwa xarba spirituża prodotta permezz tal-maċerazzjoni ta' frott u berries mhux fermentati elenkati fil-punt (a) (ii) tal-kategorija 16 jew ħxejjex, lewż,jew materjali ta' pjanti oħra, bħal ħxejjex aromatiċi (herbs) jew petali tal-ward, jew faqqiegħ f'alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, segwita b'distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-Geist (supplimentat b'isem il-frotta jew tal-materja prima użata) għandha tkun ta' 37,5 %.
Geist (supplimentat b'isem il-frotta jew tal-materja prima użata) m'għandux ikun miżjud b'aromattizzanti.
Geist (supplimentat bl-isem tal-frotta jew tal-materja prima użata) m'għandux ikun ikkulurit.
Geist (supplimentat bl-isem tal-frotta jew tal-materja prima użata) jista' jiġi dolċifikat sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 10 grammi ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.
It-terminu “- geist” preċedut minn terminu li mhuwiex l-isem ta' frotta, pjanta jew materja prima oħra jista' jissupplimenta l-isem ġuridiku ta' xorb spirituż ieħor u xorb alkoħoliku, sakemm tali użu ma jqarraqx bil-konsumatur.
18. Spirtu tal-ġenzjana
L-ispirtu tal-ġenzjana huwa xarba spirituża prodotta minn distillat tal-ġenzjana, li jinkiseb permezz tal-fermentazzjoni ta' għerq il-ġenzjana biż-żieda jew mingħajrha ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' ġenzjana għandha tkun ta' 37,5 %.
Il-ġenzjana m'għandhiex tkun aromatizzata.
19. Xarba spirituża bit-togħma tal-ġnibru
Xarba spirituża bit-togħma tal-ġnibru hija xarba spirituża prodotta billi tingħata t-togħma bil-frott tal-ġnibru (Juniperus communis L. jew Juniperus oxicedrus L.) lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew spirtu taċ-ċereali jew distillat taċ-ċereali, jew lil kombinazzjoni tagħhom.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tax-xarba spirituża bit-togħma tal-ġnibru għandha tkun ta' 30 %.
Is-sustanzi aromatizzanti, il-preparazzjonijiet aromatizzanti, il-pjantibi proprjetajiet aromatizzanti jewpjanti bi proprjetajiet aromatizzanti, jew kombinazzjoni tagħhom, jistgħu jintużaw bħala żieda għall-frott tal-ġnibru, imma l-karatteristiċi organolettiċi tal-ġnibru jridu jkunu dixxernibbli, anki jekk xi kultant ikunu mdgħajfa.
Xarba spirituża bit-togħma tal-ġnibru jista' jkollha l-isem ġuridiku “Wacholder” jew “genebra”.
20. Gin
Il-gin huwa xarba spirituża bit-togħma tal-ġnibru prodotta billi tingħata t-togħma tal-frott tal-ġnibru (Juniperus communis L.) lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-gin għandha tkun ta' 37,5 %.
Sustanzi ta' taħwir jew preparazzjonijiet ta' taħwir biss għandhom jintużaw għall-produzzjoni tal-gin sabiex it-togħma tkun prinċipalment tal-ġnibru.
It-terminu “gin” jista' jiġi ssupplimentat bit-terminu “dry” jekk ma jkunx fih dolċifikanti miżjudin aktar minn 0,1 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru tal-prodott final, espress bħala zokkor invertit.
21. Gin distillat
Il-gin distillat jista' jkun wieħed minn dawn li ġejjin:
xarba spirituża bit-togħma tal-ġnibru prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni ta' alkoħol etilikub'qawwa alkoħolika inizjali ta' mhux anqas minn 96 % vol., fil-preżenza ta' frott tal-ġnibru (Juniperus communis L.) u materjali botaniċi naturali oħrajn, sakemm it-togħma tal-ġnibru tkun predominanti;
il-kombinazzjoni tal-prodott ta' tali distillazzjoni u l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola tal-istess kompożizzjoni, purità u qawwa alkoħolika; is-sustanzi ta' taħwir jew il-preparazzjonijiet ta' taħwir kif speċifikati fil-punt (c) tal-kategorija 20 jistgħu jintużaw ukoll sabiex jaromatizzaw il-ġin iddistillat.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' gin distillat għandha tkun ta' 37,5 %.
Il-gin prodott sempliċiment biż-żieda ta' essenzi jew aromatizzanti mal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola m'għandux jiġi kkunsidrat gin distillat.
It-terminu “gin distillat” jista' jiġi ssupplimentat bit-terminu “dry” jew ikun jinkorpora dan it-terminu jekk ma jkunx fih dolċifikanti miżjudin aktar minn 0,1 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit.
22. London gin
London gin huwagin distillat li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
huwa prodott minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, b'kontenut massimu ta' metanol ta' 5 grammi għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol, li t-togħma tiegħu tgħaddi esklussivament permezz ta' distillazzjoni ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola fil-preżenza tal-materjali naturali mill-pjanti kollha użati;
id-distillat li jirriżultajkun fih tal-anqas volum ta' alkoħol ta' 70 %;
kwalunkwe alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola li jiġi miżjud għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 iżda b'kontenut massimu ta' metanol ta' 5 grammi għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol;
m'huwiexkolorat;
ma jiġix dolċifikat aktar minn 0,1 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit;
ma fih ebda ingredjent ieħorgħajr l-ingredjenti msemmija fil-punti (i), (iii) u (v), u l-ilma.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-London gin għandha tkun ta' 37,5 %.
It-terminu London gin jista' jkun issupplimentat bit-terminu “dry” jew ikun jinkorpora dan it-terminu.
23. Xarba spirituża bit-togħma tal-ħlewwa jew Kümmel
Xarba spirituża bit-togħma tal-ħlewwa jew Kümmel hija xarba spirituża prodotta billi tingħata t-togħma tal-ħlewwa (Carum carvi L.) lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' xarba spirituża bit-togħma tal-ħlewwa jew Kümmel għandha tkun ta' 30 %.
Is-sustanzi ta' taħwir jew il-preparazzjonijiet ta' taħwir, jew it-tnejn li huma, jistgħu jintużaw addizzjonalment, imma għandu jkun hemm togħma predominanti ta' ħlewwa.
24. Akvavit jew aquavit
L-akvavit jew aquavit huwa xarba spirituża bit-togħma tal-ħlewwa jew taż-żerriegħa tax-xibt, jew tat-tnejn li huma, prodotta permezz tal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola aromatizzata b'distillat ta' pjanti jew ħwawar.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-akvavit jew aquavit għandha tkun ta' 37,5 %.
Jistgħu jintużaw sustanzi ta' taħwir naturali u preparazzjonijiet ta' taħwir naturali, jew it-tnejn li huma, iżda t-togħma ta' dawn ix-xarbiet għandha tibqa' attribwita l-aktar għad-distillati tal-ħlewwa (Carum carvi L.) jew żerriegħa tax-xibt (Anethum graveolens L.), jew tat-tnejn li huma, filwaqt li l-użu taż-żjut tal-essenza huwa pprojbit.
Is-sustanzi morri m'għandhomx jiddominaw it-togħma b'mod ovvju; il-kontenut tal-estratt niexef m'għandux jaqbeż il-1,5 grammi għal kull 100 millilitru.
25. Xarba spirituża bit-togħma tal-aniżetta
Xarba spirituża bit-togħma tal-aniżetta hija xarba spirituża prodotta billi tingħata t-togħma lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola permezz ta' estratti naturali tal-anisi stellata (Illicium verum Hook f.), l-anisi (Pimpinella anisum L.), il-bużbież (Foeniculum vulgare Mill.), jew kwalunkwe pjanta oħra li fiha l-istess kostitwent aromatiku prinċipali, bl-użu ta' wieħed minn dawn il-proċessi li ġejjin jew il-kombinazzjoni tagħhom:
maċerazzjoni jew distillazzjoni, jew it-tnejn li huma;
distillazzjoni tal-alkoħol fil-preżenza taż-żrieragħ jew partijiet oħra tal-pjanti speċifikati hawn fuq;
żieda ta' estratti distillati naturali ta' pjanti bit-togħma tal-aniżetta.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' xarba spirituża bit-togħma tal-aniżetta għandha tkun ta' 15 %.
Xarba spirituża bit-togħma tal-aniżetta tista' tiġi aromatizzata biss bi preparazzjonijiet aromatizzanti u b' sustanzi aromatizzanti naturali.
Estratti jew żrieragħ aromatiċi minn pjanti naturali oħrajn jistgħu jintużaw ukoll, iżda t-togħma tal-aniżetta għandha tibqa' predominanti.
26. Il-Pastis
Il-pastis huwa xarba spirituża bit-togħma tal-aniżetta li fiha wkoll estratti naturali ta' għerq il-likorizja (Glycyrrhiza spp.), li jimplika l-preżenza tal-koloranti magħrufa bħala “chalcones” kif ukoll l-aċidu glikoċirriżiku, li l-livelli minimi u massimi tiegħu għandhom ikunu ta' 0,05 u 0,5 ta' gramma għal kull litru rispettivament.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-pastis għandha tkun ta' 40 %.
Il-pastis jista' jingħata togħma biss bi preparazzjonijiet aromatizzanti u b'sustanzi aromatizzanti naturali.
Il-pastis għandu jkun fih anqas minn 100 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espressi bħala zokkor invertit, u jkollu livell minimu u massimu ta' anetolu ta' 1,5 u 2 grammi għal kull litru, rispettivament.
27. Il-Pastis de Marseille
Il-pastis de Marseille huwa pastis b'togħma qawwija ta' aniżetta b'kontenut ta' anetolu ta' bejn 1,9 u 2,1 grammi għal kull litru.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-pastis de Marseille għandha tkun ta' 45 %.
Il-pastis de Marseille jista' jiġi aromattizzat biss bi preparazzjonijiet aromatizzanti usustanzi aromatizzanti naturali.
28. L-anis jew janeževec
L-anis jew janeževec hija xarba spirituża bit-togħma tal-aniżetta li t-togħma karatteristika tagħha tiġi mill-anisi (Pimpinella anisum L.), l-anisi stellata (Illicium verum Hook f.) jew il-bużbież (Foeniculum vulgare Mill.) jew kombinazzjoni tagħhom.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-anis jew tal-janeževec għandha tkun ta' 35 %.
L-anis jew janeževec jista' jingħata togħma biss bi preparazzjonijiet aromatizzanti u b'sustanzi aromatizzanti naturali.
29. L-anis distillat
L-anis distillat huwa anis li fih alkoħol distillat fil-preżenza taż-żrieragħ imsemmijin fil-punt (a) tal-kategorija 28 u, fil-każ ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, żrieragħ mastiċi u żrieragħ, pjanti jew frott aromatiċi oħrajn, bil-kundizzjoni li tali alkoħol jikkostitwixxi tal-anqas 20 % tal-qawwa alkoħolika tal-anis distillat.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-anis distillat għandha tkun ta' 35 %.
L-anis distillat jista' jingħata togħma biss bi preparazzjonijiet aromatizzanti u b' sustanzi aromatizzanti naturali.
30. Xarba spirituża b'togħma morra jew bitter
Xarba spirituża b'togħma morra jew il-bitter fil-biċċa l-kbira hija xarba spirituża b'togħma morra prodotta billi l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew distillati ta' oriġini agrikola jew it-tnejn jitħawwar b'sustanzi aromatizzanti jew preparazzjonijiet aromatizzanti jew it-tnejn.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' xarba spirituża b'togħma morra jew bitter għandha tkun ta' 15 %.
Mingħajr preġudizzju għall-użu ta' termini bħal dawn fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel minbarra xorb spirituż, xarba spirituża b'togħma morra jew il-bitter jista' jitqiegħed fis-suq ukoll taħt l-ismijiet “morr” jew “bitter” flimkien ma' terminu ieħor jew mingħajru.
Minkejja l-punt (c), it-terminu “morr” jew “bitter” jistgħu jintużaw fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikketti tal-likuri b'togħma morra.
31. Vodka aromatizzata
Il-vodka aromatizzata hija vodka li tkun ingħatat togħma predominanti differenti minn dik tal-materja prima użata biex tiġi prodotta l-vodka.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-vodka aromatizzata, għandha tkun ta' 37,5 %.
Il-vodka aromatizzata tista' tiġi dolċifikata, blended, mogħtija t-togħma, maturata jew ikkulurita.
Meta l-vodka aromatizzata tiġi dolċifikata, il-prodott finali għandu jkun fih inqas minn 100 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit ekwivalenti.
L-isem ġuridiku ta' vodka aromatizzata jista' jkun ukolll-isem ta' kwalunkwe togħma predominanti kkombinat mal-kelma “vodka”. It-terminu “vodka” f'kull lingwa uffiċjali tal-Unjoni jista' jiġi sostitwit b'“vodka”.
32. Xorb spirituż mill-pruna salvaġġa jew pacharán
Xarba spirituża mill-pruna salvaġġa jew pacharán hija xarba spirituża li jkollha togħma qawwija ta' pruna salvaġġa u prodotta bil-maċerazzjoni tal-pruna salvaġġa (Prunus spinosa) f'alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, biż-żieda ta' estratti naturali tal-anisi jew distillati tal-anisi, jew tat-tnejn li huma.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' xarba spirituża mill-pruna salvaġġa jew pacharán għandha tkun ta' 25 %.
Għall-produzzjoni tax-xarba spirituża mill-pruna salvaġġa jew pacharán, għandha tintuża kwantità minima ta' 125 gramma ta' pruna għal kull litru tal-prodott aħħari.
Xarba spirituża mill-pruna salvaġġa jew pacharán għandu jkollha kontenut ta' prodotti dolċifikanti, espress bħala zokkor invertit, bejn 80 g u 250 g għal kull litru tal-prodott aħħari.
Il-karatteristiċi organolettiċi, il-kulur u t-togħma ta' xarba spirituża mill-pruna salvaġġa jew pacharán għandhom jkunu prodotti esklussivament mill-frotta użata u mill-anisi.
It-terminu “pacharán” jista' jintuża bħala isem ġuridiku biss meta l-prodott ikun sar fi Spanja. Meta l-prodott isir barra minn Spanja, “pacharán” jista' jintuża biss biex jissupplimenta l-isem ġuridiku “xorb spirituż mill-pruna salvaġġa”, dment li magħha jiżdied il-kliem: “magħmul fi …” u jissemma l-Istat Membru jew il-pajjiż terz tal-produzzjoni.
33. Likur
Il-likur huwa xarba spirituża:
li għandha kontenut minimuta' prodotti dolċifikanti, espress bħala zokkor invertit, ta':
prodotta bl-użu ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew distillat ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż wieħed jew aktar jew kombinazzjoni tagħhom, li jkun dolċifikat u miżjud b'togħma, prodott ta' oriġini agrikola jew oġġett tal-ikel wieħed jew aktar.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' likur għandha tkun ta' 15 %.
Sustanzi ta' taħwir u preparazzjonijiet ta' taħwir jistgħu jintużaw fil-produzzjoni tal-likur.
Madankollu, il-likuri li ġejjin jistgħu jingħataw togħma biss b'oġġetti tal-ikel aromatizzanti, preparazzjonijiet aromatizzanti u sustanzi aromatizzanti naturali:
likuri tal-frott:
likuri tal-pjanti:
L-isem ġuridiku jista' jkun “likur” fi kwalunkwe Stat Membru u:
It-termini komposti li ġejjin jistgħu jintużaw fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar tal-likuri prodotti fl-Unjoni, fejn l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew distillati ta' oriġini agrikola jintuża sabiex jirrifletti metodi ta' produzzjoni stabbiliti:
Fir-rigward tad-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettartal-likuri msemmija f'dan il-punt, it-terminu kompost għandu jidherf'linja waħda b'tipa uniformi bl-istess font u kulur u l-kelma “likur” għandha tidher fil-qrib immedjat b'tipa li ma tkunx iċken minn dak il-font. Jekk l-alkoħol ma jkunx ġej mix-xarba spirituża indikata, l-oriġini tiegħu għandu jintwera fuq it-tikketta fl-istess kamp viżiv bħat-terminu kompost u l-kelma “likur” billi jiġi ddikjarat it-tip ta' alkoħol agrikolu jew permezz tal-kliem “alkoħol agrikolu” preċedut kull darba minn “magħmul minn” jew “magħmul bl-użu ta'”.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 11, 12 u 13(4), l-isem ġuridiku “likur” jista' jiġi ssupplimentat mill-isem ta' aromatizzant jew ta' oġġetti tal-ikel li jagħti t-togħma predominanti tax-xarba spirituża, sakemm it-togħma tingħata lix-xorb spirituż minn oġġetti tal-ikel aromatizzanti, preparazzjonijiet aromatizzanti u sustanzi aromatizzanti naturali, derivati mill-materja prima msemmija fl-isem tal-aromatizzant jew tal-oġġett tal-ikel, issupplimentati biss minn sustanzi aromatizzanti fejn meħtieġ biex tissaħħaħ it-togħma ta' dik il-materja prima.
34. Crème de (supplimentat bl-isem ta' frotta jew tal-materja prima oħra użata)
Crème de (supplimentati b'isem ta' frotta jew materja prima oħra użata) huwav likur b'kontenut minimuta' prodotti dolċifikanti ta' 250 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' crème de (supplimentata bl-isem ta' frotta jew ta' materja prima oħra użata) għandha tkun ta' 15 %.
Ir-regoli dwar is-sustanzi tat-taħwir u l-preparazzjonijiet ta' taħwir għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 33 għandhom japplikaw għal din ix-xarba spirituża.
Il-materja prima użata għandha teskludi l-ħalib u prodotti tal-ħalib.
Il-frott jew kwalunkwe materja prima oħra użata fl-isem ġuridiku għandhom ikunu l-frott jew il-materja prima li tagħti lil dik ix-xarba spirituża it-togħma predominanti tagħha.
L-isem ġuridiku jista' jiġi supplimentat bit-terminu “likur”.
L-isem ġuridiku “crème de cassis” jista' jintuża biss għal likuri prodotti mir-ribes iswed, li jkollhom kontenut ta' prodotti dolċifikanti ta' aktar minn 400 gramma għal kull litru espressi bħala zokkor invertit.
35. Sloe gin
Is-sloe gin (ġinn tal-pruna salvaġġa) huwa likur prodott permezz tal-maċerazzjoni ta' prun salvaġġ fil-gin bil-possibbiltà ta' żieda ta' prun salvaġġ magħsur.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tas-sloe gin għandha tkun ta' 25 %.
Sustanzi ta' taħwir naturali u preparazzjonijiet ta' taħwir naturali biss jistgħu jintużaw fil-produzzjoni tas-sloe gin.
L-isem ġuridiku jista' jiġi supplimentat bit-terminu “likur”.
36. Sambuca
Is-sambuca huwa likur bla kulur b'togħma tal-aniżetta li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
ikun fih distillati tal-anisi (Pimpinella anisum L.), l-anisi stellata (Illicium verum L.) jew ħxejjex aromatiċi oħra;
ikollu kontenut minimu ta' prodotti dolċifikanti ta' 350 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit;
ikollu kontenut ta' anetolu naturali ta' mhux anqas minn 1 gramma u mhux aktar minn 2 grammi kull litru.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tas-sambuca għandha tkun ta' 38 %.
Ir-regoli dwar is-sustanzi aromatizzanti u l-preparazzjonijiet aromatizzanti għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 33 għandhom japplikaw għas-sambuca.
Is-Sambuca m'għandhiex tkun ikkulurita.
L-isem ġuridiku jista' jiġi supplimentat bit-terminu “likur”.
37. Maraschino, marrasquino jew maraskino
Il-maraschino, marrasquino jew maraskino huwa likur bla kulur li togħmtu tiġi prinċipalment minn distillat taċ-ċirasa maraskina jew tal-prodott prodott mill-maċerazzjoni taċ-ċirasa jew partijiet taċ-ċirasa f'alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew f'distillat taċ-ċirasa maraskina b'kontenut minimu ta' prodotti dolċifikanti ta' 250 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-maraschino, marrasquino jew maraskino għandha tkun ta' 24 %.
Ir-regoli dwar is-sustanzi tat-taħwir u l-preparazzjonijiet ta' taħwir għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 33 għandhom japplikaw għall-maraschino, marrasquino jew maraskino.
Maraschino, marrasquino jew maraskino m'għandux ikun ikkulurit.
L-isem ġuridiku jista' jiġi supplimentat bit-terminu “likur”.
38. Nocino jew orehovec
Nocino jew orehovec huwa likur li togħmtu tiġi prinċipalment permezz tal-maċerazzjoni, jew permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni, tal-ġewż aħdar (Juglans regia L.), b'kontenut minimu ta' prodotti dolċifikanti ta' 100 gramma għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tan-nocino jew tal-orehovec għandha tkun ta' 30 %.
Ir-regoli dwar is-sustanzi aromatizzanti u l-preparazzjonijiet aromatizzanti għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 33 għandhom japplikaw għan-nocino jew orehovec.
L-isem ġuridiku jista' jiġi supplimentat bit-terminu “likur”.
39. Likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat
Il-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat huwa likur, sew aromatizzat jew le, prodott minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillat ta' oriġini agrikola jew xarba spirituża, jew kombinazzjoni tagħhom, u li l-ingredjenti tiegħu huma l-isfar tal-bajd, l-abjad tal-bajd, iz-zokkor jew l-għasel ta' kwalità jew it-tnejn. Il-kontenut minimu ta' zokkor jew għasel għandu jkun ta' 150 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit. Il-kontenut minimu ta' isfar tal-bajd pur għandu jkun ta' 140 gramma għal kull litru tal-prodott finali. Fil-każ li jintuża bajd ġej minn tiġieġ li ma jkunx tal-ġeneru Gallus gallus, dan għandu jiġi indikat fit-tikketta.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat hija ta' 14 %.
Oġġetti tal-ikel aromatizzanti, sustanzi aromatizzanti u preparazzjonijiet aromatizzanti biss jistgħu jintużaw fil-produzzjoni tal-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat.
Fil-produzzjoni ta’ likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat jistgħu jintużaw il-ħalib u prodotti tal-ħalib.
40. Likur bil-bajd
Il-likur bil-bajd huwa likur, sew aromatizzat jew le, prodott minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillat ta' oriġini agrikola jew xarba spirituża, jew kombinazzjoni tagħhom, li l-ingredjenti karatteristiċi tiegħu huma l-isfar tal-bajd, l-abjad tal-bajd u z-zokkor jew l-għasel ta' kwalità jew it-tnejn. Il-kontenut minimu ta' zokkor jew għasel għandu jkun ta' 150 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit. Il-kontenut minimu ta' isfar tal-bajd għandu jkun ta' 70 gramma għal kull litru tal-prodott finali.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-likur bil-bajd għandha tkun ta' 15 %.
Oġġetti tal-ikel aromatizzanti, sustanzi aromatizzanti naturali u preparazzjonijiet aromatizzanti biss jistgħu jintużaw fil-produzzjoni ta' likur bil-bajd.
Fil-produzzjoni ta’ likur bil-bajd jistgħu jintużaw il-ħalib u prodotti tal-ħalib.
41. Mistrà
Il-mistrà huwa xarba spirituża bla kulur mogħtija t-togħma bl-aniżetta jew bl-anetolu naturali li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
ikollha kontenut ta' anetolu ta' mhux anqas minn 1 gramma u mhux aktar minn 2 grammi kull litru;
jista' jkun fiha wkoll distillat ta' ħxejjex aromatiċi;
ma tkunx ġiet iddolċifikata.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-mistrà għandha tkun ta' 40 % u l-qawwa alkoħolika massima skont il-volum għandha tkun ta' 47 %.
Il-Mistrà jista' jingħata togħma biss bi preparazzjonijiet aromatizzanti u b' sustanzi aromatizzanti naturali.
Il-Mistrà m'għandhiex tkun ikkulurita.
42. Väkevä glögi jew spritglögg
Il-väkevä glögi jew spritglögg huwa xarba spirituża magħmula billi tingħata t-togħma lill-inbid jew prodotti tal-inbid u lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola permezz tal-imsiemer tal-qronfol jew il-kannella, jew it-tnejn li huma, permezz ta' wieħed minn dawn il-proċessi li ġejjin:
il-maċerazzjoni jew id-distillazzjoni,
id-distillazzjoni tal-alkoħol fil-preżenza tal-partijiet tal-pjanti msemmija hawn fuq,
l-addizzjoni ta' sustanzi aromatizzanti naturali tal-imsiemer tal-qronfol jew il-kannella.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-väkevä glögi jew spritglögg għandha tkun ta' 15 %.
Väkevä glögi jew spritglögg jista' jingħata togħma biss b'sustanzi aromatizzanti, bi preparazzjonijiet aromatizzanti, jew b'aromatizzanti oħrajn iżda t-togħma predominanti għandha tkun dik tal-ħwawar speċifikati fil-punt (a).
Il-kontenut ta' nbid jew prodotti tal-inbid m'għandux ikun ta' aktar minn 50 % tal-prodott finali.
43. Berenburg jew Beerenburg
Il-Berenburg jew Beerenburg huwa xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
hija prodotta bl-użu tal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola;
hija prodotta permezz tal-maċerazzjoni ta' frott jew pjanti jew partijiet minnhom;
fiha bħala togħma speċifika d-distillat ta' għerq il-ġenzjana (Gentiana lutea L.), ta' frott tal-ġnibru (Juniperus communis L.) u tal-weraq tar-rand (Laurus nobilis L.);
tvarja fil-kulur minn kannella ċar sa skur;
tista' tiġi dolċifikata sa massimu ta' 20 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru espress bħala zokkor invertit.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-Berenburg jew Beerenburg għandha tkun ta' 30 %.
Il-Berenburg jew Beerenburg jista' jingħata togħma biss bi preparazzjonijiet aromatizzanti u b'sustanzi aromatizzanti naturali.
44. Nektar tal-għasel jew nektar tal-mead
In-nektar tal-għasel jew in-nektar tal-mead huwa xarba spirituża prodotta billi tingħata t-togħma lil taħlita ta' maxx tal-għasel fermentat u distillat tal-għasel jew alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, jew tat-tnejn li huma, li fiha mill-inqas 30 % vol. ta' maxx tal-għasel fermentat.
Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tan-nektar tal-għasel jew tan-nektar tal-mead għandha tkun ta' 22 %.
In-nektar tal-għasel jew tal-mead jista' jingħata togħma biss bi preparazzjonijiet aromatizzanti u sustanzi aromatizzanti naturali, bil-kundizzjoni li tippredomina t-togħma tal-għasel.
In-nektar tal-għasel jew in-nektar tal-mead jista' biss jiġi dolċifikat bl-għasel.
ANNESS II
REGOLI SPEĊIFIĊI DWAR ĊERTU XORB SPIRITUŻ
1. |
Ir-Rum-Verschnitt huwa prodott fil-Ġermanja u jinkiseb billi jitħalltu r-rum u l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, b'tali mod li proporzjon minimu ta' 5 % tal-alkoħol kontenut fil-prodott finali għandu jiġi mir-rum. Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tar-Rum-Verschnitt għandha tkun ta' 37,5 %. Il-kelma “ Verschnitt ” għandha tidher fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar b'karattri tal-istess tipa, daqs u kulur, u fuq l-istess linja, tal-kelma “ Rum ” u, fil-każ tal-fliexken, fuq it-tikketta ta' quddiem. L-isem ġuridiku tal-bejgħ ta' dan il-prodott għandu jkun “xorb spirituż”. Meta Rum-Verschnitt jitqiegħed fis-suq barra mill-Ġermanja, il-kompożizzjoni alkoħolika tiegħu għandha tintwera fuq it-tikketta. |
2. |
Is-Slivovice huwa prodott miċ-Ċekja u jinkiseb permezz taż-żieda mad-distillat tal-għanbaqar, qabel id-distillazzjoni aħħarija, ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, b'tali mod li proporzjon minimu ta' 70 % tal-alkoħol fil-prodott finali għandu jiġi minn mad-distillat tal-għanbaqar. L-isem ġuridiku tal-bejgħ ta' dan il-prodott għandu jkun “xorb spirituż”. L-isem “ slivovice ” jista' jiżdied jekk jidher fl-istess kamp viżiv fuq it-tikketta ta' quddiem. Jekk dan is-slivovice jitqiegħed fis-suq barra miċ-Ċekja, il-kompożizzjoni alkoħolika tiegħu għandha tintwera fuq it-tikketta. Din id-dispożizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-użu tal-ismijiet ġuridiċi għal spirti fil-kategorija 9 tal-Anness I. |
3. |
Il-Guignolet Kirsch huwa prodott fi Franza u jinkiseb billi jitħalltu l-guignolet u l-kirsch, b'tali mod li proporzjon minimu ta' 3 % tal-alkoħol pur totali fil-prodott finali jiġi mill-kirsch. Il-kelma “ guignolet ” trid tidher fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar b'karattri tal-istess tipa, daqs u kulur, u fuq l-istess linja tal-kelma “ kirsch ” u, fil-każ tal-fliexken, fuq it-tikketta ta' quddiem. L-isem ġuridiku ta' dan il-prodott għandu jkun “likur”. Il-kompożizzjoni alkoħolika tiegħu għandha tindika l-perċentwal skont il-volum ta' alkoħol pur li l-guignolet u l-“ kirsch ” jirrappreżentaw fil-kontenut ta' alkoħol pur totali skont il-volum tal-guignolet kirsch. |
ANNESS III
METODU TA' INVEKKJAMENT DINAMIKU JEW “ CRIADERAS Y SOLERA ” JEW “ SOLERA E CRIADERAS ”
Il-metodu ta' invekkjament dinamiku magħruf bħala “ criaderas y solera ” jew “ solera e criaderas ” jikkonsisti fit-twettiq ta' estrazzjonijiet perjodiċi ta' porzjon tal-brandy li jinsab f'kull wieħed mill-btieti u l-kontenituri tal-ballut li jiffurmaw skala ta' invekkjament u r-rifornimenti korrispondenti bil-brandy estratt mill-iskala ta' invekkjament preċedenti.
Definizzjonijiet
L-invekkjament medju tal-brandy meħud mis-solera għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-formula li ġejja: t = Vt/Ve, li fih:
Fil-każ ta' btieti u kontenituri tal-ballut ta' inqas minn 1 000 litru, l-għadd tal-estrazzjonijiet u r-rifornimenti annwali għandu jkun daqs jew inqas mid-doppju tan-numru tal-iskali fil-metodu, sabiex jiġi żgurat li l-komponent l-inqas matur ikollu età ugwali għal sitt xhur jew akbar.
Fil-każ ta' btieti u kontenituri tal-ballut ta' 1 000 litru jew aktar, l-għadd tal-estrazzjonijiet u r-rifornimenti annwali għandu jkun daqs jew inqas min-numru tal-iskali fis-sistema, sabiex jiġi żgurat li l-komponent l-anqas matur ikollu età ta' sena jew aktar.
ANNESS IV
Tabella ta' korrelazzjoni
Dan ir-Regolament |
Regolament (KE) Nru 110/2008 |
Artikolu 1(1) u (2) |
Artikolu 1(1) u (2) |
Artikolu 2, punti (a) sa (d) |
Artikolu 2(1) u (3) |
Artikolu 2, punt (e) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2, punt (f) |
Anness I, punt 6 |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 8 |
Artikolu 3(2) u (3) |
Artikolu 10 |
Artikolu 3(4) |
Artikolu 15(1) |
Artikolu 3(5) |
— |
Artikolu 3(6) |
— |
Artikolu 3(7) |
Artikolu 15(3), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 3(8) |
— |
Artikolu 3(9) u (10) |
Artikolu 11(2) u Anness I, punt 4 |
Artikolu 3(11) u (12) |
Anness I, punt (7) |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 7 u Anness I, punt (14) |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 7 u Anness I, punt (15) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 7 u Anness I, punt (16) |
Artikolu 4(4) |
— |
Artikolu 4(5) |
Anness I, punt (17) |
Artikolu 4(6) |
— |
Artikolu 4(7) |
Anness I, punt (2) |
Artikolu 4(8) |
Anness I, punt (3) |
Artikolu 4(9) |
Anness I, punt (3) |
Artikolu 4(10) |
Anness I, punt (5) |
Artikolu 4(11) |
Anness I, punt (8) |
Artikolu 4(12) |
Anness I, punt (9) |
Artikolu 4(13) |
— |
Artikolu 4(14) |
— |
Artikolu 4(15) |
— |
Artikolu 4(16) |
— |
Artikolu 4(17) |
— |
Artikolu 4(18) |
— |
Artikolu 4(19) u (20) |
Anness I, punt (10) |
Artikolu 4(21) |
— |
Artikolu 4(22) |
— |
Artikolu 4(23) |
Anness I, punt (11) |
Artikolu 4(24) |
Anness I, punt (12) |
Artikolu 5 |
Anness I, punt (1) |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 6(3) |
Artikolu 3(4) |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 4 |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 7(3) |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 7(4) |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 26 |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 8(3) |
— |
Artikolu 8(4) |
— |
Artikolu 9 |
— |
Artikolu 10(1) |
— |
Artikolu 10(2) |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 10(3) |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 10(4) |
Artikolu 9(3) |
Artikolu 10(5) |
Artikolu 9(5) u (6) |
Artikolu 10(6), punti (a) sa (c), (e) u (f) |
— |
Artikolu 10(6)(d) |
Artikolu 12(2) |
Artikolu 10(7), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 9(4) u (7) |
Artikolu 10(7), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 10(1) u (2) |
Artikolu 11(2) u (3) |
— |
Artikolu 12(1) |
Artikolu 10(1) |
Artikolu 12(2),(3) u (4) |
— |
Artikolu 13(1) |
Artikolu 12(1) |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 9(9) |
Artikolu 13(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafu |
Artikolu 11(4) |
Artikolu 13(3), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 11(5) |
Artikolu 13(3), ir-raba' subparagrafu |
— |
Artikolu 13(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 11(3) |
Artikolu 13(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 11(4) |
Artikolu 13(4), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 11(5) |
Artikolu 13(5) |
— |
Artikolu 13(6) |
Artikolu 12(3) |
Artikolu 13(7) |
— |
Artikolu 14(1) |
Anness I, punt (13) |
Artikolu 14(2) |
— |
Artikolu 15(1) |
Artikolu 14(2) |
Artikolu 15(2) |
— |
Artikolu 16 |
— |
Artikolu 17 |
Artikolu 13 |
Artikolu 18 |
— |
Artikolu 19(1) |
Artikolu 12(3) |
Artikolu 19(2) |
— |
Artikolu 20, punt (a) |
— |
Artikolu 20, punt (b) |
Artikolu 28(2) |
Artikolu 20, punt (c) |
— |
Artikolu 20, punt (d) |
— |
Artikolu 21(1) |
— |
Artikolu 21(2) |
Artikolu 16 |
Artikolu 21(3) |
Artikolu 15(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 21(4) |
— |
Artikolu 22(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 17(4) |
Artikolu 22(1), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 22(2) |
— |
Artikolu 23(1), kliem introduttorju u punti (a), (b) u (c) |
— |
Artikolu 23(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 17(3) |
Artikolu 23(2) |
Artikolu 17(1), it-tieni sentenza |
Artikolu 24(1) sa (4) |
— |
Artikolu 24(5), (6) u (7) |
Artikolu 17(2) |
Artikolu 24(8) |
Artikolu 17(3) |
Artikolu 24(9) |
Artikolu 17(1), l-ewwel sentenza |
Artikolu 25 |
— |
Artikolu 26(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 17(5) |
Artikolu 26(1), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 26(2) |
Artikolu 17(6) |
Artikolu 27(1) |
Artikolu 17(7), l-ewwel sentenza |
Artikolu 27(2), (3) u (4) |
— |
Artikolu 27(5) |
Artikolu 17(7), it-tieni sentenza |
Artikolu 28 |
— |
Artikolu 29 |
— |
Artikolu 30(1), (2) u (3) |
Artikolu 17(8), l-ewwel sentenza |
Artikolu 30(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 17(8), it-tieni sentenza |
Artikolu 30(4), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 31 |
Artikolu 21 |
Artikolu 32 |
Artikolu 18 |
Artikolu 33(1) |
Artikolu 15(2) |
Artikolu 33(2) u (3) |
— |
Artikolu 34(1), (2) u (3) |
Artikolu 19 |
Artikolu 34(4) |
— |
Artikolu 35(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 15(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 35(1), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 35(2) |
Artikolu 23(3) |
Artikolu 35(3) |
— |
Artikolu 36(1) |
Artikolu 23(1) |
Artikolu 36(2) |
Artikolu 23(2) |
Artikolu 37 |
— |
Artikolu 38(1) |
— |
Artikolu 38(2) |
Artikolu 22(1) |
Artikolu 38(3) |
Artikolu 22(2) |
Artikolu 38(4) |
— |
Artikolu 38(5) |
Artikolu 22(3) |
Artikolu 38(6) |
Artikolu 22(4) |
Artikolu 39(1) |
— |
Artikolu 39(2) u (3) |
— |
Artikolu 40 |
— |
Artikolu 41 |
— |
Artikolu 42 |
— |
Artikolu 43(1) |
Artikolu 24(1) |
Artikolu 43(2) |
Artikolu 24(3) |
Artikolu 44(1) |
Artikolu 24(2) |
Artikolu 44(2) |
— |
Artikolu 45 |
Artikolu 6 |
Artikolu 46 |
— |
Artikolu 47 |
Artikolu 25 |
Artikolu 48 |
— |
Artikolu 49 |
Artikolu 29 |
Artikolu 50 |
Artikolu 28 |
Artikolu 51 |
Artikolu 30 |
Anness I, kategoriji 1 sa 31 |
Anness II, kategoriji 1 sa 31 |
Anness I, kategorija 32 |
Anness II, kategorija 37a |
Anness I, kategorija 33 |
Anness II, kategorija 32 |
Anness I, kategorija 34 |
Anness II, kategorija 33 |
Anness I, kategorija 35 |
Anness II, kategorija 37 |
Anness I, kategorija 36 |
Anness II, kategorija 38 |
Anness I, kategorija 37 |
Anness II, kategorija 39 |
Anness I, kategorija 38 |
Anness II, kategorija 40 |
Anness I, kategorija 39 |
Anness II, kategorija 41 |
Anness I, kategorija 40 |
Anness II, kategorija 42 |
Anness I, kategorija 41 |
Anness II, kategorija 43 |
Anness I, kategorija 42 |
Anness II, kategorija 44 |
Anness I, kategorija 43 |
Anness II, kategorija 45 |
Anness I, kategorija 44 |
Anness II, kategorija 46 |
Anness II |
Anness II, parti taħt it-Titolu “Xorb spirituż ieħor” |
Anness III |
— |
Anness IV |
— |
( 1 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).
( 2 ) Id-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta' ilmijiet minerali naturali (ĠU L 164, 26.6.2009, p. 45).
( 3 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li għandha x'taqsam ma' ċerti tipi ta' zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 53).
( 4 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47).
( 5 ) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
( 6 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
( 7 ) ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14).
( 8 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward tal-proċeduri kompjuterizzati għall-moviment ta' prodotti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 24).
( 9 ) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
( 10 ) Id-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trademarks (ĠU L 336, 23.12.2015, p. 1).
( 11 ) Ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1).
( 12 ) Kif imsemmi fl-Anness 2-D tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika.
( 13 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2013 tal-25 ta' Lulju 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż (ĠU L 201, 26.7.2013, p. 21).