02019R0461 — MT — 22.03.2019 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

►C1  REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/461

tat-30 ta' Jannar 2019

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/522 rigward tal-eżenzjoni tal-Bank tal-Ingilterra u t-Teżor tal-Maestà Tagħha mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ◄

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 080 22.3.2019, p. 10)


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 103, 12.4.2019, p.  61 (2019/461)




▼B

▼C1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/461

tat-30 ta' Jannar 2019

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/522 rigward tal-eżenzjoni tal-Bank tal-Ingilterra u t-Teżor tal-Maestà Tagħha mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

▼B

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2016/522 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-jum ta' wara dak li fih ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fih.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS




“ANNESS I

1. L-Awstralja:

 Il-Bank tar-Riżerva tal-Awstralja;

 L-Uffiċċju Awstraljan tal-Ġestjoni Finanzjarja;

2. Il-Brażil:

 Il-Bank Ċentrali tal-Brażil;

 It-Teżor Nazzjonali tal-Brażil;

3. Il-Kanada:

 Il-Bank tal-Kanada;

 Id-Dipartiment tal-Finanzi tal-Kanada;

4. Iċ-Ċina:

 Il-Bank tal-Poplu taċ-Ċina;

5. Ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong;

 L-Awtorità Monetarja ta' Hong Kong;

 Is-Servizzi Finanzjarji u l-Uffiċċju tat-Teżor ta' Hong Kong;

6. L-Indja:

 Il-Bank tar-Riżerva tal-Indja;

7. Il-Ġappun:

 Il-Bank tal-Ġappun;

 Il-Ministeru tal-Finanzi tal-Ġappun;

8. Il-Messiku:

 Il-Bank tal-Messiku;

 Il-Ministeru tal-Finanzi u tal-Kreditu Pubbliku tal-Messiku;

9. Singapore:

 L-Awtorità Monetarja ta' Singapore;

10. Il-Korea t'Isfel:

 Il-Bank tal-Korea;

 Il-Ministeru tal-Istrateġija u tal-Finanzi tal-Korea;

11. L-Iżvizzera:

 Il-Bank Nazzjonali Żvizzeru;

 L-Amministrazzjoni Federali tal-Finanzi tal-Iżvizzera;

12. It-Turkija:

 Il-Bank Ċentrali tar-Repubblika tat-Turkija;

 Is-Sottosegretarjat tat-Teżor tar-Repubblika tat-Turkija;

▼C1

13. Ir-Renju Unit:

 il-Bank tal-Ingilterra;

 it-Teżor tal-Maestà Tagħha;

▼B

14. L-Istati Uniti:

 Is-Sistema ta' Riżerva Federali;

 Id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti”