02019R0331 — MT — 01.01.2024 — 001.005
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/331 tad-19 ta' Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 059 27.2.2019, p. 8) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/873 tat-30 ta’ Jannar 2024 |
L 873 |
1 |
4.4.2024 |
|
Ikkoreġut bi:
|
Rettifika, ĠU L 90242, 17.4.2024, p. 1 ((UE) 2024/8732024/873) |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/331
tad-19 ta' Diċembru 2018
li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Kamp ta' Applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet taħt il-Kapitolu III (Installazzjonijiet stazzjonarji) tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-perjodi ta' allokazzjoni mill-2021, bl-eċċezzjoni tal-allokazzjoni tranżizzjonali bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-immodernizzar tal-ġenerazzjoni tal-elettriku skont l-Artikolu 10c tad-Direttiva 2003/87/KE.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“installazzjoni eżistenti” tfisser kwalunkwe installazzjoni li twettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE jew xi attività inkluża fl-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EU ETS) għall-ewwel darba skont l-Artikolu 24 ta' dik id-Direttiva, li kisbet permess għal emissjonijiet tal-gassijiet serra qabel jew:
fit-30 ta' Ġunju 2019 għall-perjodu 2021-2025,
fit-30 ta' Ġunju 2024 għall-perjodu 2026-2030;
“subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott” tfisser id-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet korrispondenti relatati mal-produzzjoni ta' prodott li għalih ġie stabbilit parametru referenzjarju fl-Anness I;
“subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tas-sħana“ tfisser inputs, outputs u emissjonijiet korrispondenti mhux koperti minn subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott relatati mal-produzzjoni ta’ sħana li titkejjel jew l-importazzjoni ta’ sħana li titkejjel minn installazzjoni koperta mill-EU ETS għajr installazzjonijiet koperti mill-EU ETS biss għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE, jew it-tnejn, li hija:
ikkunsmata fil-konfini tal-installazzjoni għall-produzzjoni ta’ prodotti, għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika minbarra dik li tintuża għall-produzzjoni tal-elettriku, għat-tisħin jew għat-tkessiħ minbarra għall-konsum għall-produzzjoni tal-elettriku, jew
esportata lejn installazzjoni jew entità oħra li ma hijiex koperta mill-EU ETS minbarra tisħin distrettwali bl-eċċezzjoni tal-esportazzjoni għall-produzzjoni tal-elettriku;
“tisħin distrettwali” tfisser id-distribuzzjoni ta' sħana li titkejjel għall-fini tat-tisħin jew tkessiħ ta' spazju jew tal-produzzjoni ta' misħun domestiku, permezz ta' netwerk, għal bini jew siti li mhumiex koperti mill-EU ETS bl-eċċezzjoni ta' sħana li titkejjel li tintuża għall-produzzjoni ta' prodotti u attivitajiet relatati jew il-produzzjoni tal-elettriku;
“subinstallazzjoni ta' tisħin distrettwali” tfisser id-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet korrispondenti li mhumiex koperti minn subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott relatata mal-produzzjoni, l-importazzjoni minn installazzjoni li mhijiex koperta mill-EU ETS, jew mit-tnejn li huma, ta' sħana li titkejjel li tiġi esportata għall-fini ta' tisħin distrettwali;
“subinstallazzjoni ta” parametru referenzjarju tal-fjuwil’ tfisser inputs, outputs u emissjonijiet korrispondenti li ma humiex koperti minn subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott, relatata mal-produzzjoni ta’ sħana li ma titkejjilx, permezz ta’ kombustjoni tal-fjuwil jew mill-elettriku, bil-fini primarju tal-ġenerazzjoni tas-sħana, ikkunsmata għall-produzzjoni ta’ prodotti, għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika minbarra dik li tintuża għall-produzzjoni tal-elettriku, għat-tisħin jew għat-tkessiħ minbarra għall-konsum għall-produzzjoni tal-elettriku u inkluż l-ivvampjar għas-sikurezza;
“sħana li titkejjel” tfisser fluss ta' sħana netta ttrasportata permezz ta' pajpijiet jew tubi identifikabbli li jużaw mezz ta' trasferiment tas-sħana, bħal, kienu b'mod partikolari, il-fwar, l-arja sħuna, l-ilma, iż-żejt, il-metalli likwidi u l-imluħ, li għalih hemm jew jista' jiġi installat miter tas-sħana;
“miter tas-sħana” tfisser miter tal-enerġija termali (MI-004) fi ħdan it-tifsira tal-Anness VI tad-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) jew kwalunkwe apparat ieħor li jkejjel u jirreġistra l-ammont ta' enerġija termali prodotta fuq bażi tal-volumi u t-temperaturi tal-flussi;
“sħana li ma titkejjilx” tfisser is-sħana l-oħra kollha għajr is-sħana li titkejjel;
“subinstallazzjoni ta' emissjonijiet minn proċess” tfisser l-emissjonijiet tal-gassijiet serra elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE għajr id-diossidu tal-karbonju, li jseħħu 'l barra mill-konfini tas-sistema ta' parametru referenzjarju ta' prodott elenkat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, jew l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju, li jseħħu 'l barra mill-konfini tas-sistema ta' parametru referenzjarju ta' prodott elenkat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, bħala riżultat ta' xi wieħed mill-proċessi li ġejjin u l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-kombustjoni ta' gassijiet ta' skart għall-iskop tal-produzzjoni ta' sħana li titkejjel, sħana li ma titkejjilx jew l-elettriku, sakemm jiġu mnaqqsa l-emissjonijiet li kieku kienu jirriżultaw mill-kombustjoni ta' ammont ta' gass naturali, ekwivalenti għall-kontenut tal-enerġija li tista' teknikament tintuża tal-karbonju maħruq mhux ossidizzat kompletament:
ir-riduzzjoni kimika, elettrolitika jew pirometallurġika tal-komposti tal-metali f'minerali, konċentrati u materjali sekondarji għal skop primarju għajr il-ġenerazzjoni tas-sħana;
it-tneħħija tal-impuritajiet minn metalli u komposti tal-metalli għal skop primarju li mhuwiex dak tal-ġenerazzjoni tas-sħana;
id-dekompożizzjoni tal-karbonati, minbarra dawk għal tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija għal skop primarju li mhuwiex dak tal-ġenerazzjoni tas-sħana;
is-sinteżi kimika tal-prodotti u tal-prodotti intermedji fejn il-materjal bil-karbonju jipparteċipa fir-reazzjoni, għal skop primarju li mhuwiex il-ġenerazzjoni tas-sħana;
l-użu ta' karbonju li fih additivi jew materja prima għal skop primarju li mhuwiex dak tal-ġenerazzjoni tas-sħana;
ir-riduzzjoni kimika jew elettrolitika ta' ossidi metallojdi jew ossidi mhux tal-metalli bħal ossidi tas-siliċju u fosfati tas-siliċju għal skop primarju li mhuwiex dak tal-ġenerazzjoni tas-sħana;
“gass ta' skart” tfisser gass li fih karbonju mhux ossidizzat kompletament fi stat gassuż f'kondizzjonijiet standard li huwa riżultat ta' xi wieħed mill-proċessi elenkati fil-punt (10), fejn “kondizzjonijiet standard” tfisser temperatura ta' 273,15 K u kondizzjonijiet tal-pressjoni ta' 101 325 Pa li jiddefinixxu metri kubiċi normali (Nm3) skont l-Artikolu 3(50) tar-Regolament (UE) Nru 601/2012;
“ ►C1 bidu tal-operazzjoni normali ◄ ” tfisser l-ewwel jum tal-operazzjonijiet;
“ivvampjar għas-sikurezza” tfisser il-kombustjoni ta' fjuwils pilota u ta' ammonti li jvarjaw ħafna ta' gassijiet tal-proċess jew gassijiet residwi f'unità miftuħa għal disturbi atmosferiċi, espliċitament meħtieġa għal raġunijiet ta' sikurezza permezz ta' permessi rilevanti għall-installazzjoni;
“perjodu tal-linja bażi” tfisser il-ħames snin kalendarji li jippreċedu l-limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni tad-data lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE;
“perjodu ta' allokazzjoni” tfisser il-perjodu ta' ħames snin li jibda mill-1 ta' Jannar 2021 u kull perjodu sussegwenti ta' ħames snin;
“inċertezza” tfisser parametru, assoċjat mar-riżultat tad-determinazzjoni ta' kwantità, li jikkaratterizza d-dispersjoni tal-valuri li jkunu jistgħu jiġu attribwiti b'mod raġonevoli lill-kwantità partikolari, inklużi l-effetti ta' fatturi sistematiċi kif ukoll ta' fatturi aleatorji, espressi f'perċentwal, u jiddeskrivi intervall ta' kunfidenza madwar il-valur medju li fih hemm inklużi 95 % tal-valuri dedotti b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe asimmetrija tad-distribuzzjoni tal-valuri;
“fużjoni” tfisser fużjoni ta' żewġ installazzjonijiet jew aktar li diġà għandhom permessi tal-gassijiet serra diment li dawn jiġu konnessi teknikament, joperaw fuq l-istess sit u l-installazzjoni li tirriżulta tkun koperta minn permess wieħed tal-gassijiet serra;
“qsim” tfisser diviżjoni ta' installazzjoni f'żewġ installazzjonijiet jew aktar li huma koperti minn permessi tal-gassijiet serra separati u li jitmexxew minn operaturi differenti.
Artikolu 3
Arranġamenti amministrattivi nazzjonali
Minbarra l-ħatra ta' awtorità jew awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti amministrattivi nazzjonali għall-implimentazzjoni tar-regoli ta' dan ir-Regolament.
IL-KAPITOLU II
Regoli dwar l-Applikazzjoni, ir-Rappurtar tad-Data u l-Monitoraġġ
Artikolu 4
Applikazzjoni għal allokazzjoni bla ħlas minn operaturi ta' installazzjonijiet eżistenti
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu ta' żmien alternattiv għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet bħal dawn, li, madankollu, ma jistax ikun aktar tard jew qabel xahar meta mqabbel mal-limitu ta' żmien previst fl-ewwel subparagrafu.
L-applikazzjoni għall-allokazzjoni bla ħlas ippreżentata skont il-paragrafu 1 għandha tiġi akkumpanjata mill-partikolaritajiet li ġejjin:
rapport tad-data fil-linja bażi vverifikat bħala sodisfaċenti skont il-miżuri adottati skont l-Artikou 15 tad-Direttiva 2003/87/KE li jkun fih data għall-installazzjoni, u s-subinstallazzjonijiet tiegħu kif speċifikat fl-Artikolu 10 u fl-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament, meta jitqies, għall-kalkolu ta' livelli ta' attività storika għal parametri referenzjarji ta' prodott speċifiċi, l-Anness III ta' dan ir-Regolament, li jkun fih kull parametru elenkat fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament u li jkopri l-perjodu tal-linja bażi relatat mal-perjodu ta' allokazzjoni li tirrelata miegħu l-applikazzjoni;
il-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ li fforma l-bażi għar-rapport tad-data fil-linja bażi u r-rapport ta' verifika, skont l-Anness VI;
fejn rilevanti, il-pjan tan-newtralità klimatika f’konformità mal-Artikolu 10a(1), il-ħames subparagrafu, u l-Artikolu 10b(4) tad-Direttiva 2003/87/KE;
rapport ta’ verifika maħruġ f’konformità mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/87/KE dwar ir-rapport ta’ bażi ta’ data.
Artikolu 5
Applikazzjoni għal allokazzjoni bla ħlas minn min jidħol ġdid
Artikolu 6
L-operatur ta’ installazzjoni, li japplika għal allokazzjoni bla ħlas jew jirċiviha skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE għandu jimmonitorja d-data li għandha tiġi sottomessa kif elenkat fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament, abbażi ta’ pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti.
Artikolu 7
Prinċipji ta' monitoraġġ
B'deroga mill-paragrafu 1, l-operatur jista' juża sorsi tad-data oħra f'konformità mat-taqsimiet 4.4 sa 4.6 tal-Anness VII, jekk tiġi ssodisfata xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-użu tal-aktar sorsi tad-data preċiżi skont it-taqsima 4 tal-Anness VII teknikament mhuwiex affidabbli;
l-użu tal-aktar sorsi tad-data preċiżi skont it-taqsima 4 tal-Anness VII iġarrab spejjeż mhux raġonevoli;
ibbażat fuq valutazzjoni ta' inċertezza simplifikata li tidentifika s-sorsi ewlenin ta' inċertezza u tistma l-livelli assoċjati tagħhom ta' inċertezza, l-operatura juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-livell assoċjat ta' preċiżjoni tas-sors tad-data propost mill-operatur huwa ekwivalenti għal jew aħjar mil-livell ta' preċiżjoni tal-aktar sorsi tad-data preċiżi skont it-taqsima 4 tal-Anness VII.
Artikolu 8
Kontenut u preżentazzjoni tal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ
Artikolu 9
Tibdil fil-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ
L-operatur għandu jivverifika l-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
livelli ġodda ta' emissjonijiet jew ta' attività jseħħu minħabba l-attivitajiet il-ġodda li jsiru jew minħabba l-użu ta' fjuwils jew materjali ġodda li għadhom mhux inklużi fil-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ;
l-użu ta' tipi ta' strumenti tal-kejl ġodda, metodi ta' kampjunar jew ta' analiżi ġodda jew sorsi tad-data ġodda, jew fatturi oħra, li jwasslu għal preċiżjoni ogħla fid-determinazzjoni tad-data rrappurtata;
ikun instab li d-data li tirriżulta minn metodoloġija tal-monitoraġġ applikata preċedentement mhijiex korretta;
il-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ mhuwiex, jew m'għadux, f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;
huwa meħtieġ li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet għal titjib tal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ li jinsabu f'rapport ta' verifika.
Il-modifiki li ġejjin tal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ ta' installazzjoni għandhom jitqiesu bħala sinifikanti:
modifiki li jirriżultaw minn tibdil lill-installazzjoni, b'mod partikolari subinstallazzjonijiet ġodda, tibdil fil-konfini ta' subinstallazzjonijiet eżistenti jew għeluq ta' subinstallazzjonijiet;
qlib minn metodoloġija tal-monitoraġġ stipulata fit-taqsimiet 4.4 sa 4.6 tal-Anness VII għal metodoloġija oħra stipulata f'dawk it-taqsimiet;
il-bidla ta' valur prestabbilit jew ta' metodu ta' stima stipulat fil-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ;
tibdil mitlub mill-awtorità kompetenti sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
L-operatur għandu jżomm rekords tal-modifiki kollha tal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ. F'kull rekord, għandu jiġi speċifikat dan li ġej:
deskrizzjoni trasparenti tal-modifika;
ġustifikazzjoni għall-modifika;
id-data tan-notifika tal-modifika maħsuba lill-awtorità kompetenti;
id-data tar-rikonoxximent, mill-awtorità kompetenti, tal-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 3, fejn disponibbli, u d-data tal-approvazzjoni jew tal-għoti ta' informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4;
id-data tal-bidu tal-implimentazzjoni tal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ modifikat.
Artikolu 10
Diviżjoni f'subinstallazzjonijiet
Għall-attribwizzjoni tad-dħul, tal-prodotti u tal-emissjonijiet ta' installazzjoni lil subinstallazzjonijiet, l-operatur għandu jagħmel il-passi li ġejjin f'ordni dixxendenti:
jekk kwalunkwe wieħed mill-prodotti kif speċifikat għall-parametri referenzjarji ta' prodott elenkati fl-Anness I jiġi prodott fl-installazzjoni, l-operatur għandu jattribwixxi d-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet relatati lis-subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta' prodott, kif applikabbli, billi jiġu applikati r-regoli stabbiliti fl-Anness VII;
jekk id-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet li jikkwalifikaw għall-parametru referenzarju ta' sħana jew subinstallazzjonijiet ta' tisħin distrettwali jkunu rilevanti fl-installazzjoni, u ma jikkwalifikaw għal ebda waħda mis-subinstallazzjonijiet imsemmija fil-punt (a), l-operatur għandu jattribwixxihom għal subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta' sħana jew għal subinstallazzjoni ta' tisħin distrettwali, skont kif applikabbli, billi jiġu applikati r-regoli stabbiliti fl-Anness VII;
jekk id-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet li jikkwalifikaw għal subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju tal-fjuwil ikunu rilevanti fl-installazzjoni, u ma jikkwalifikaw għal ebda waħda mis-subinstallazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b), l-operatur għandu jattribwixxihom għal subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju tal-fjuwil, kif applikabbli, billi jiġu applikati r-regoli stabbiliti fl-Anness VII;
jekk id-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet li jikkwalifikaw għal subinstallazzjonijiet ta' emissjonijiet minn proċess ikunu rilevanti fl-installazzjoni, u ma jikkwalifikaw għal ebda waħda mis-subinstallazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c), l-operatur għandu jattribwixxihom għal subinstallazzjonijiet ta' emissjonijiet minn proċess, kif applikabbli, billi jiġu applikati r-regoli stabbiliti fl-Anness VII.
Barra minn hekk, l-operatur għandu jiddistingwi b’mod ċar, abbażi tal-kodiċijiet NM, u jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, kemm jekk il-proċess rilevanti jservi l-produzzjoni ta’ oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 kif ukoll jekk le.
Għad-distinzjoni ta' sħana li tista' titkejjel li tiġi attribwita għas-subinstallazzjoni tat-tisħin distrettwali, l-operatur għandu jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li s-sħana li titkejjel tiġi esportata għal tisħin distrettwali.
Barra minn hekk, meta installazzjoni inkluża fl-EU ETS tkun ipproduċiet u esportat sħana li titkejjel lil installazzjoni jew entità oħra mhux inkluża fl-EU ETS, l-operatur għandu jipprovdi evidenza dwar il-kwantità ta’ sħana li titkejjel użata għall-produzzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956. Sakemm l-operatur ma jipprovdix din l-evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, dik is-sħana għandha titqies bħala użata għall-produzzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament.
Billi ssir id-diviżjoni skont il-paragrafi 1 u 2, l-operatur għandu jiżgura dan li ġej kollu:
kull wieħed mill-prodotti fiżiċi tal-installazzjoni jiġi attribwit għal subinstallazzjoni waħda mingħajr ebda tneħħija jew għadd doppju;
100 % tal-kwantità tal-flussi tas-sors u l-emissjonijiet tal-installazzjoni kollha kif elenkat fil-pjan tal-monitoraġġ tal-installazzjoni approvat f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 601/2012 jiġu attribwiti għal subinstallazzjonijiet mingħajr ebda tneħħija jew għadd doppju, sakemm dawn ma jkunux jirrelataw għal xi proċess mhux eleġibbli għall-allokazzjoni bla ħlas bħall-produzzjoni tal-elettriku fl-installazzjoni, ivvampjar minbarra vvampjar għas-sikurezza li mhuwiex kopert minn subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott, jew il-produzzjoni ta' sħana li titkejjel esportata lejn installazzjonijiet oħra tal-EU ETS;
100 % tal-kwantità tas-sħana netta li titkejjel eliġibbli għal allokazzjoni bla ħlas prodotta fl-installazzjoni, jew importata jew esportata mill-installazzjoni, kif ukoll il-kwantitajiet trasferiti bejn is-subinstallazzjonijiet, jiġu attribwiti għas-subinstallazzjonijiet mingħajr ebda tneħħija jew għadd doppju;
għas-sħana kollha li titkejjel prodotta, importata jew esportata minn subinstallazzjonijiet, huwa ddokumentat jekk is-sħana li titkejjel ġietx prodotta fi ħdan installazzjoni tal-EU ETS, importata minn proċessi oħrajn li jipproduċu s-sħana, importata minn entitajiet mhux tal-EU ETS jew importata minn installazzjonijiet tal-EU ETS koperti mill-EU ETS biss għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE;
meta l-elettriku jiġi prodott fl-installazzjoni, il-kwantitajiet prodotti fis-subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta' prodott jiġu attribwiti għal dawn is-subinstallazzjonijiet mingħajr ebda tneħħija jew għadd doppju;
▼M1 —————
meta subinstallazzjoni jkollha prodotti ta' materjali li fihom il-karbonju fil-forma ta' fjuwils esportati, prodotti, prodotti sekondarji, alimentazzjoni għal subinstallazzjonijiet jew installazzjonijiet oħra, jew gassijiet ta' skart, dawn il-prodotti jiġu attribwiti għal subinstallazzjonijiet mingħajr ebda tneħħija jew għadd doppju, jekk ma jkunux koperti mill-punt (b);
L-emissjonijiet tas-CO2 li jseħħu lil hinn mill-konfini tas-sistema tas-subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott li jirriżultaw mill-proċessi elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 2(10) jiġu assenjati għal subinstallazzjoni ta' emissjonijiet minn proċess sal-punt li jista' jintwera għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti, li dawn l-emissjonijiet huma riżultati diretti u immedjati ta' kwalunkwe wieħed mill-proċessi elenkati fl-Artikolu 2(10) u li dawn ma jirriżultawx mill-ossidazzjoni sussegwenti ta' karbonju mhux ossidizzat kompletament fi stat gassuż f'kondizzjonijiet standard;
meta l-emissjonijiet tas-CO2 mill-ħruq tal-gass ta' skart li ma jservix l-għan tal-produzzjoni ta' sħana li titkejjel, tas-sħana li ma titkejjilx jew tal-elettriku, iseħħu lil hinn mill-konfini tas-sistema tas-subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott bħala riżultat tal-proċessi elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 2(10), 75 % tal-kwantità tal-kontenut tal-karbonju tal-gass ta' skart għandu jitqies bħala konvertit għal CO2, u assenjat għal subinstallazzjoni ta' emissjonijiet minn proċess;
sabiex jiġi evitat kwalunkwe għadd doppju, prodotti ta’ proċess ta’ produzzjoni li jiġu rritornati fl-istess proċess ta’ produzzjoni jitnaqqsu minn livelli ta’ attività annwali, f’konformità mad-definizzjonijiet tal-prodotti stipulati fl-Anness I.
▼M1 —————
Artikolu 11
Sistema ta' kontroll
L-operatur għandu jagħmel il-valutazzjoni tar-riskju skont l-ewwel subparagrafu disponibbli għall-awtorità kompetenti fuq talba. L-operatur għandu jagħmilha wkoll disponibbli għall-finijiet tal-verifika.
Meta jkun applikabbli, l-attivitajiet ta' kontroll imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jinkludu:
il-garanzija tal-kwalità tat-tagħmir tal-kejl rilevanti;
il-garanzija tal-kwalità ta' sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni li tiżgura li s-sistemi rilevanti huma mfassla, iddokumentati, ittestjati, implimentati, ikkontrollati u miżmuma b'mod li jiżgura l-ipproċessar affidabbli, preċiż u f'waqtu tad-data skont ir-riskji identifikati skont il-paragrafu 1;
is-segregazzjoni tad-dmirijiet fl-attivitajiet ta' fluss tad-data u l-attivitajiet ta' kontroll, kif ukoll l-immaniġġjar tal-kompetenzi meħtieġa;
reviżjonijiet interni u validazzjoni tad-data;
korrezzjonijiet u azzjoni korrettiva;
il-kontroll tal-proċessi esternalizzati;
iż-żamma ta' rekords u dokumentazzjoni inkluż l-immaniġġjar ta' verżjonijiet ta' dokumenti.
Meta l-komponenti tas-sistemi tal-kejl ma jkunux jistgħu jiġu kkalibrati, l-operatur għandu jidentifikahom fil-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ u għandu jipproponi attivitajiet alternattivi ta' kontroll.
Meta t-tagħmir jinstab li ma jikkonformax mal-prestazzjoni meħtieġa, l-operatur għandu jieħu l-azzjoni korrettiva meħtieġa minnufih.
Reviżjoni u validazzjoni tad-data bħal dawn għandhom jinkludu:
verifika dwar jekk id-data hijiex kompluta;
tqabbil tad-data li l-operatur iddetermina matul il-perjodu tal-linja bażi preċedenti u, b'mod partikolari, kontrolli tal-konsistenza bbażati fuq serje ta' żmien ta' effiċjenza tal-gassijiet serra ta' kull subinstallazzjoni;
tqabbil tad-data u tal-valuri li jirriżultaw minn sistemi tal-ġbir tad-data operattiva differenti, b'mod partikolari għal protokolli tal-produzzjoni, ċifri tal-bejgħ u ċifri tal-istokkijiet ta' prodotti li jirrelataw magħhom il-parametri referenzjarji ta' prodott;
tqabbil u kontrolli tal-kompletezza tad-data fil-livell tal-installazzjoni u tas-subinstallazzjoni sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10(5) jiġu ssodisfati.
Għall-fini tal-paragrafu 3(f), meta l-operatur jesternalizza attività waħda jew aktar tal-fluss tad-data jew l-attivitajiet ta' kontroll imsemmija fil-paragrafu 1, l-operatur għandu jipproċedi għal dan kollu li ġej:
jivverifika l-kwalità tal-attivitajiet tal-fluss tad-data esternalizzati u l-attivitajiet ta' kontroll skont dan ir-Regolament;
jiddefinixxi rekwiżiti xierqa għall-prodotti tal-proċessi esternalizzati kif ukoll il-metodi użati f'dawn il-proċessi;
jivverifika l-kwalità tal-prodotti u l-metodi msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu;
jiżgura li l-attivitajiet esternalizzati jitwettqu b'mod li dawk jirrispondu għar-riskji inerenti u r-riskji ta' kontroll identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1.
Meta l-operatur isib li s-sistema ta' kontroll ma tkunx effettiva jew ma tkunx proporzjonata mar-riskji identifikati, dan għandu jipprova jtejjeb is-sistema ta' kontroll u jaġġorna l-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ jew il-proċeduri bil-miktub sottostanti għall-attivitajiet tal-fluss tad-data, il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-attivitajiet ta' kontroll, skont kif ikun xieraq.
Artikolu 12
Lakuni fid-data
L-operatur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jikseb applikazzjoni immedjata tal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ approvat.
Artikolu 13
L-użu ta' mudelli elettroniċi
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-operaturi u l-verifikaturi jużaw mudelli elettroniċi jew formats ta' fajl speċifiċi għall-preżentazzjoni tar-rapporti tad-data fil-linja bażi, il-pjanijiet tal-metodoloġija tal-monitoraġġ u r-rapporti ta' verifika kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) u tar-rapporti ta' data, tal-pjanijiet tal-metodoloġija tal-monitoraġġ u tar-rapporti ta' verifika ta' min jidħol ġdid kif imsemmi fl-Artikolu 5(2).
IL-KAPITOLU III
Regoli għall-Allokazzjoni
Artikolu 14
Miżuri nazzjonali għall-implimentazzjoni
Il-lista msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja għal kull installazzjoni eżistenti li tapplika għal allokazzjoni bla ħlas:
identifikazzjoni tal-installazzjoni u l-konfini tagħha bl-użu tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni fir-Reġistru tal-Unjoni;
informazzjoni tal-attività u informazzjoni dwar l-eleġibbiltà għal allokazzjoni bla ħlas;
identifikazzjoni ta' kull subinstallazzjoni ta' installazzjoni;
għal kull subinstallazzjoni, il-livell ta' attività annwali u l-emissjonijiet annwali f'kull sena tal-perjodu tal-linja bażi rilevanti;
il-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti dwar it-tnaqqis tal-allokazzjoni bla ħlas ta’ 20 % f’konformità mal-Artikolu 22a u mal-Artikolu 22b(1), fejn applikabbli;
l-issodisfar tal-kundizzjonijiet relatati mal-allokazzjoni bla ħlas addizzjonali ta’ 30 % skont l-Artikolu 22b(3), fejn applikabbli;
għal kull subinstallazzjoni, informazzjoni dwar jekk tappartjenix għal settur jew subsettur meqjus f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju kif iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 10b(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, inklużi l-kodiċijiet PRODCOM tal-prodotti li jiġu mmanifatturati, meta jkun applikabbli;
għal kull subinstallazzjoni, informazzjoni dwar jekk il-merkanzija manifatturata hijiex elenkata fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956, bl-użu tal-kodiċijiet NM ta’ din il-merkanzija manifatturata, fejn applikabbli;
għal kull subinstallazzjoni, id-data rrappurtata skont l-Anness IV.
Artikolu 15
Livell ta' attività storika għal installazzjonijiet eżistenti
Il-livell storiku ta’ attività relatat mat-tisħin distrettwali għandu jirreferi għall-medjan tal-importazzjoni storika annwali minn installazzjoni koperta mill-EU ETS, minbarra l-installazzjonijiet tal-EU ETS koperti mill-EU ETS biss għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE, il-produzzjoni, jew it-tnejn li huma, matul il-perjodu ta’ referenza, ta’ sħana li titkejjel li tiġi esportata għall-finijiet ta’ tisħin distrettwali espress bħala terajoules fis-sena.
Jekk subinstallazzjoni ilha topera għal anqas minn sentejn kalendarji matul il-perjodu ta’ referenza rilevanti, il-livell ta’ attività storika għandu jkun il-livell tal-ewwel sena kalendarja ta’ operazzjoni wara s-sena kalendarja meta jseħħ il-bidu tal-operazzjoni normali ta’ din is-subinstallazzjoni.
Jekk subinstallazzjoni ilha topera għal anqas minn sena kalendarja waħda wara l-bidu ta’ operazzjoni normali matul il-perjodu ta’ referenza, il-livell ta’ attività storika għandu jiġi ddeterminat meta jiġi sottomess ir-rapport tal-livell ta’ attività għall-ewwel sena kalendarja wara s-sena kalendarja fejn iseħħ il-bidu tal-operazzjoni normali.
Artikolu 16
Allokazzjoni fil-livell tal-installazzjoni għall-installazzjonijiet eżistenti
Għall-fini tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom l-ewwel jiddeterminaw in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas lil kull subinstallazzjoni separatament, kif ġej:
għal subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta' prodott, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal sena partikolari għandu jikkorrispondi għall-valur ta' dak il-parametru referenzjarju ta' prodott għall-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti, adottat skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, immultiplikat bil-livell ta' attività storika relatata mal-prodott rilevanti;
għal subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju tas-sħana, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal sena partikolari għandu jikkorrispondi għall-valur ta' dan il-parametru referenzjarju ta' sħana li titkejjel għall-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti, adottat skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, immultiplikat bil-livell ta' attività storika relatata mas-sħana għall-konsum jew l-esportazzjoni lil installazzjonijiet mhux tal-ETS jew entitajiet oħra ta' sħana li titkejjel minbarra tisħin distrettwali;
għal subinstallazzjonijiet ta' tisħin distrettwali, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal sena partikolari għandu jikkorrispondi għall-valur tal-parametru referenzjarju ta' sħana li titkejjel għall-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti, adottat skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, immultiplikat bil-livell ta' attività storika relatata mat-tisħin distrettwali;
għal subinstallazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju tal-fjuwil, l-għadd annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal sena partikolari għandu jikkorrispondi għall-valur tal-parametru referenzjarju tal-fjuwil għall-perjodu rilevanti ta’ 5 snin, adottat f’konformità mal-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, immultiplikat bil-livell ta’ attività storika relatata mal-fjuwil għall-enerġija kkunsmata;
għas-subinstallazzjonijiet tal-emissjonijiet ta’ proċess, l-għadd annwali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal sena partikolari għandu jikkorrispondi għal-livell storiku ta’ attività relatat mal-proċess immultiplikat b’0,97 għas-snin sal-31 ta’ Diċembru 2027 u b’0,91 għas-snin mill-2028 ’il quddiem.
Jekk subinstallazzjoni ilha topera għal inqas minn sena kalendarja wara ►C1 l-bidu tal-operazzjoni normali ◄ matul il-perjodu tal-linja bażi, l-allokazzjoni preliminari għall-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti għandu jiġi ddeterminat wara li jkun ġie rrappurtat il-livell ta' attività storika.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, għal subinstallazzjonijiet ta' tisħin distrettwali, il-fattur li għandu jiġi applikat għandu jkun 0,3.
Mill-2026, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal subinstallazzjonijiet tal-parametru referenzjarju ta' prodott għall-perjodu ta' allokazzjoni rilevanti għandu jitnaqqas bl-emissjonijiet storiċi annwali li jirriżultaw minn gassijiet ta' skart ivvampjati, bl-eċċezzjoni ta' vvampjar għas-sikurezza, u li ma jintużawx għall-iskop tal-produzzjoni ta' sħana li titkejjel, ta' sħana li ma titkejjilx jew tal-elettriku.
Meta installazzjoni tħaddan subinstallazzjonijiet li jipproduċu l-polpa (polpa tal-kraft b'fibra qasira, polpa tal-kraft b'fibra twila, polpa termomekkanika u polpa mekkanika, polpa tas-sulfit jew polpa oħra mhux koperta minn parametru referenzjarju ta' prodott) li jesportaw sħana li titkejjel lejn subinstallazzjonijiet oħra teknikament konnessi, l-ammont preliminari ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għandu, mingħajr preġudizzju lejn in-numri annwali preliminari ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal subinstallazzjonijiet oħra tal-installazzjoni kkonċernata, iqis biss in-numru preliminari annwali tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas, sal-punt li l-prodotti tal-polpa prodotti minn din is-subinstallazzjoni jitqiegħdu fis-suq u mhux ipproċessati f'karta fl-istess installazzjoni jew f'installazzjonijiet oħra konnessi teknikament.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-ammont annwali finali tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għandu jkun ta’ 100 % tal-ammont annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas lil kull installazzjoni li s-subinstallazzjonijiet tagħha b’livelli ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra taħt il-medja tal-10 % tas-subinstallazzjonijiet l-aktar effiċjenti għall-parametri referenzjarji rilevanti fil-perjodu msemmi fl-Artikolu 10a(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tad-Direttiva 2003/87/KE, ikopru aktar minn 60 % tal-ammont annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal din l-installazzjoni.
Artikolu 17
Livell ta' attività storika għal min jidħol ġdid
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-livelli ta' attività storika ta' kull min jidħol ġdid u s-subinstallazzjonijiet tiegħu kif ġej:
il-livell ta’ attività storika relatata mal-prodott għandu jkun, għal kull prodott li għalih hemm iddeterminat parametru referenzjarju ta’ prodott kif imsemmi fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jew skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE, il-livell ta’ attività tal-ewwel sena kalendarja wara s-sena kalendarja fejn iseħħ il-bidu ta’ operazzjoni normali għall-produzzjoni ta’ dan il-prodott tas-subinstallazzjoni kkonċernata;
il-livell ta’ attività storika relatata mas-sħana għandu jkun il-livell ta’ attività tal-ewwel sena kalendarja wara s-sena kalendarja fejn iseħħ il-bidu ta’ operazzjoni normali għall-importazzjoni minn installazzjoni koperta mill-EU ETS, minbarra installazzjonijiet koperti mill-EU ETS biss għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE, il-produzzjoni, jew it-tnejn li huma, tas-sħana li titkejjel ikkunsmata fil-konfini tal-installazzjoni għall-produzzjoni ta’ prodotti, għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika minbarra dik użata għall-produzzjoni tal-elettriku, għat-tisħin jew it-tkessiħ bl-eċċezzjoni tal-konsum għall-produzzjoni tal-elettriku, jew esportata lejn installazzjoni jew entità oħra mhux koperta mill-EU ETS bl-eċċezzjoni tal-esportazzjoni għall-produzzjoni tal-elettriku;
il-livell ta’ attività storika relatata mat-tisħin distrettwali għandu jkun il-livell ta’ attività tal-ewwel sena kalendarja wara s-sena kalendarja fejn iseħħ il-bidu tal-operazzjoni normali għall-importazzjoni minn installazzjoni koperta mill-EU ETS minbarra installazzjonijiet koperti mill-EU ETS biss għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE, il-produzzjoni, jew it-tnejn li huma, ta’ sħana li titkejjel li tiġi esportata għall-finijiet ta’ tisħin distrettwali;
il-livell ta’ attività storika relatata mal-fjuwil għandu jkun il-livell ta’ attività tal-ewwel sena kalendarja wara s-sena kalendarja fejn iseħħ il-bidu ta’ operazzjoni normali għall-konsum ta’ enerġija li tintuża għall-fini primarju tal-produzzjoni ta’ sħana li ma titkejjilx ikkunsmata għall-produzzjoni ta’ prodotti, għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika minbarra dik li tintuża għall-produzzjoni tal-elettriku, għat-tisħin jew it-tkessiħ bl-eċċezzjoni tal-konsum għall-produzzjoni tal-elettriku, inkluż ivvampjar għas-sikurezza tal-installazzjoni kkonċernata;
il-livell ta’ attività relatata ma’ emissjonijiet ta’ proċess għandu jkun il-livell ta’ attività tal-ewwel sena kalendarja wara s-sena kalendarja fejn iseħħ il-bidu ta’ operazzjoni normali għall-produzzjoni ta’ emissjonijiet ta’ proċess tal-unità tal-proċess;
b’deroga mill-punt (a), il-livell ta’ attività storika relatata mal-prodott għall-prodotti li għalihom japplikaw il-parametri referenzjarji ta’ prodott imsemmija fl-Anness III għandu jkun il-livell ta’ attività tal-ewwel sena kalendarja wara s-sena kalendarja fejn iseħħ il-bidu ta’ operazzjoni normali għall-produzzjoni ta’ dan il-prodott tas-subinstallazzjoni kkonċernata, iddeterminat bl-applikazzjoni tal-formuli stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 18
Allokazzjoni għal min jidħol ġdid
Għall-finijiet tal-allokazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet bla ħlas lil min jidħol ġdid, l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas mill- ►C1 bidu tal-operazzjoni normali ◄ tal-installazzjoni għal kull subinstallazzjoni separatament, kif ġej:
għal kull subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott, subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju tas-sħana u subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju tal-fjuwil, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal sena partikolari għandu jikkorrispondi għall-valur ta' dak il-parametru referenzjarju għall-perjodu rilevanti mmultiplikat bil-livell ta' attività storika rilevanti;
għal kull subinstallazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ proċess, l-għadd annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal sena partikolari għandu jikkorrispondi mal-livell ta’ attività storika relatata mal-proċess immultiplikat b’0,97 għas-snin sal-31 ta’ Diċembru 2027 u b’0,91 għas-snin mill-2028 ’il quddiem.
L-Artikolu 16(3), (4), (4a), (5) u (7) għandu japplika mutatis mutandis għall-kalkolu tal-għadd annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal entranti ġodda.
L-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet mir-riżerva għal min jidħol ġdid maħluqa skont l-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom jiġu allokati mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel, mill-irċevuta ta' dik in-notifika.
Il-Kummissjoni tista' tirrifjuta l-ammont preliminari annwali tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas lil installazzjoni speċifika.
Artikolu 19
Allokazzjoni fir-rigward tal-ikkrekkjar bil-fwar
B’deroga mill-Artikolu 16(2), il-punt (a), u l-Artikolu 18(1), il-punt (a), l-għadd annwali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott u relatati mal-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi ta’ valur għoli (HVC) għandu jikkorrispondi għall-valur tal-parametru referenzjarju tal-prodott tal-ikkrekkjar bl-istim għall-perjodu ta’ allokazzjoni rilevanti mmultiplikat bil-livell ta’ attività storika ddeterminat f’konformità mal-Anness III. Għar-riżultat ta’ dak il-kalkolu, għandhom jiżdiedu 1,78 tunnellata ta’ diossidu tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ idroġenu mmultiplikati bil-produzzjoni storika medjana ta’ idroġenu minn alimentazzjoni supplimentali espressi f’tunnellati ta’ idroġenu, 0,24 tunnellati ta’ diossidu tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ etilen immultiplikati bil-produzzjoni storika medjana ta’ etilen minn alimentazzjoni supplimentali espressi f’tunnellati ta’ etilen, u 0,16 tunnellati ta’ diossidu tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ HVC immultiplikati bil-produzzjoni storika medjana ta’ kimiċi oħrajn ta’ valur għoli minbarra l-idroġenu u l-etilen minn alimentazzjoni supplimentali espressi f’tunnellati ta’ HVC.
Artikolu 20
Allokazzjoni fir-rigward tal-monomer tal-klorur tal-vinil
B’deroga mill-Artikolu 16(2), il-punt (a), u l-Artikolu 18(1), il-punt (a), l-għadd annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal subinstallazzjoni fir-rigward tal-produzzjoni tal-monomeru tal-klorur tal-vinil (“VCM”) għandu jikkorrispondi għall-valur tal-parametru referenzjarju ta’ VCM għall-perjodu ta’ allokazzjoni rilevanti mmultiplikat bil-livell ta’ attività storika għall-produzzjoni tal-VCM espress bħala tunnellati u mmultiplikat bil-kwozjent tal-emissjonijiet diretti għall-produzzjoni tal-VCM inklużi emissjonijiet minn sħana netta importata, ikkalkulat abbażi tal-importazzjoni tas-sħana netta storika espressa bħala terajoules immultiplikata bil-valur tal-parametru referenzjarju tas-sħana għall-perjodu ta’ allokazzjoni rilevanti, fuq il-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 15(2) jew tal-ewwel sena kalendarja wara s-sena kalendarja fejn iseħħ il-bidu ta’ operazzjoni normali msemmija fl-Artikolu 17, il-punt (a), kif xieraq, espress bħala tunnellati ta’ ekwivalent ta’ diossidu tal-karbonju u s-somma ta’ dawk l-emissjonijiet diretti u l-emissjonijiet relatati mal-idroġenu għall-produzzjoni ta’ VCM matul il-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 15(2) jew tal-ewwel sena kalendarja wara s-sena kalendarja fejn iseħħ il-bidu ta’ operazzjoni normali msemmija fl-Artikolu 17, il-punt (a), kif xieraq, espress bħala tunnellati ta’ ekwivalent ta’ diossidu tal-karbonju ikkalkulat abbażi ta’ konsum tas-sħana storiku li jirriżulta mill-kombustjoni tal-idroġenu espress bħala terajoules immultiplikat bil-valur tal-parametru referenzjarju tas-sħana għall-perjodu ta’ allokazzjoni rilevanti.
Artikolu 21
Flussi tas-sħana bejn l-installazzjonijiet
Meta subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott tinkludi sħana li titkejjel importata minn installazzjoni jew entità oħra mhux inkluża fl-EU ETS jew inkluża biss għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE, l-għadd annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għas-subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tal-prodott ikkonċernat iddeterminat skont l-Artikolu 16(2), il-punt (a), jew l-Artikolu 18(1), il-punt (a), kif xieraq, għandu jkun imnaqqas bl-ammont tas-sħana storikament importata minn installazzjoni jew entità oħra mhux inkluża fl-EU ETS jew inkluża biss għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15 ta’ dik id-Direttiva fis-sena kkonċernata mmultiplikat bil-valur tal-parametru referenzjarju tas-sħana għas-sħana li titkejjel għal-perjodu ta’ allokazzjoni rilevanti.
▼M1 —————
Artikolu 22a
Kundizzjonalità tal-allokazzjoni bla ħlas dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ma għandu japplika l-ebda tnaqqis bħal dan jekk l-operatur ikun jista’ juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li tapplika kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
iż-żmien ta’ ħlas lura għall-investimenti rilevanti ta’ rakkomandazzjoni jaqbeż it-3 snin;
il-kostijiet tal-investiment għall-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjoni jaqbżu kwalunkwe wieħed mil-livelli limitu li ġejjin:
5 % tal-fatturat annwali tal-installazzjoni jew 25 % tal-profitt tal-installazzjoni, ikkalkulati abbażi tal-medji annwali korrispondenti matul it-3 snin kalendarji qabel id-data li fiha l-applikazzjoni għal allokazzjoni bla ħlas għandha tiġi sottomessa f’konformità mal-Artikolu 4;
50 % tal-ekwivalenti ekonomiku annwali medju tal-ammont imnaqqas f’konformità mal-ewwel subparagrafu mill-ammont annwali finali tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas skont l-Artikolu 16(8) ikkalkulat abbażi tal-prezz medju tal-kwoti fuq il-pjattaforma komuni tal-irkant fis-sena kalendarja rilevanti ta’ qabel l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2);
ikunu ġew implimentati miżuri oħrajn matul jew wara l-perjodu ta’ referenza rilevanti li jwasslu għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-installazzjoni ekwivalenti għal dawk irrakkomandati mir-rapport tal-awditjar tal-enerġija jew mis-sistema tal-ġestjoni tal-enerġija ċċertifikata skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2012/27/UE;
ir-rakkomandazzjonijiet ma jwasslux għal iffrankar tal-enerġija fil-limiti tas-sistema tal-proċess industrijali mwettaq fl-installazzjoni;
il-kundizzjonijiet operattivi speċifiċi għall-installazzjoni, inklużi l-perjodi ppjanati jew mhux ippjanati ta’ manutenzjoni, li abbażi tagħhom ġie ddeterminat il-perjodu ta’ ħlas lura msemmi fil-punt (a), għadhom ma seħħewx;
ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-awditjar jew tas-sistema tal-ġestjoni tal-enerġija ċċertifikata ma nħarġux matul l-ewwel 4 snin tal-perjodu ta’ referenza rilevanti.
Fejn rilevanti, il-verifikatur għandu jikkontrolla, bħala parti mill-verifika tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 ( 4 ), jekk ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, humiex implimentati, u jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, humiex issodisfati, fejn applikabbli.
L-awtorità kompetenti għandha tqis biss ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, kif implimentati meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-operatur juri t-tlestija tal-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet;
il-verifikatur ikun ikkonferma t-tlestija msemmija fil-punt (a) f’konformità mal-paragrafu 3.
Artikolu 22b
Kundizzjonalità tal-allokazzjoni bla ħlas għall-pjanijiet tan-newtralità klimatika
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ma għandu japplika l-ebda tnaqqis bħal dan jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-operatur ta’ installazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu jkun issottometta pjan ta’ newtralità klimatika għall-attivitajiet tiegħu koperti mid-Direttiva 2003/87/KE lill-awtorità kompetenti sat-30 ta’ Mejju 2024, jew kif xieraq, skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament bħala parti mill-applikazzjoni għal allokazzjoni bla ħlas;
l-ilħuq tal-miri u l-istadji importanti msemmija fl-Artikolu 10b(4), it-tielet subparagrafu, il-punt (b) tad-Direttiva 2003/87/KE ġie kkonfermata mill-verifika mwettqa f’konformità mal-Artikolu 10b(4), ir-raba’ subparagrafu, ta’ dik id-Direttiva;
l-awtorità kompetenti vverifikat u qieset li l-kontenut u l-format tal-pjan tan-newtralità klimatika huma konformi skont il-paragrafu 4.
Għall-finijiet tal-Artikolu 10b(4), it-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafi tad-Direttiva 2003/87/KE, l-għadd annwali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas lil subinstallazzjoni ta’ tisħin distrettwali, ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 16, il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan ir-Regolament, għandu jiżdied bi 30 % tal-għadd ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 2 tal-Artikolu 16, fejn l-operatur ta’ subinstallazzjoni ta’ tisħin distrettwali jkun ippreżenta applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament u meta, fir-rigward tal-perjodu sal-aħħar tal-2025 jew fir-rigward tal-perjodu mill-2026 sal-2030, jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-kumpanija tal-installazzjoni jew tat-tisħin distrettwali tkun tinsab fi Stat Membru li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10b(4), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva 2003/87/KE u kif imsemmi fl-Anness VIII;
il-kumpanija tal-installazzjoni jew tat-tisħin distrettwali investiet volum tal-anqas ekwivalenti għall-valur ekonomiku tal-għadd addizzjonali ta’ kwoti bla ħlas għall-perjodu mill-2026 sal-2030, f’konformità mal-miri intermedji u l-istadji importanti kif stabbilit fil-pjan għan-newtralità klimatika biex tkejjel, sal-31 ta’ Diċembru 2025 u sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull ħames sena minn dakinhar ’il quddiem, il-progress li sar lejn l-ilħuq tan-newtralità klimatika;
l-investiment imsemmi fil-punt (b) iwassal għal tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet qabel l-2030;
il-kumpanija tal-installazzjoni jew tat-tisħin distrettwali tissottometti pjan tan-newtralità klimatika sat-30 ta’ Mejju 2024 skont l-Artikolu 4(1) jew kif xieraq, għall-attivitajiet tagħha koperti mid-Direttiva 2003/87/KE;
l-ilħuq tal-miri u l-istadji importanti msemmija fl-Artikolu 10b(4), it-tielet subparagrafu, il-punt (b) tad-Direttiva 2003/87/KE huwa kkonfermat mill-verifika mwettqa f’konformità mal-Artikolu 10b(4), ir-raba’ subparagrafu ta’ dik id-Direttiva;
l-awtorità kompetenti vverifikat u qieset li l-kontenut u l-format tal-pjan tan-newtralità klimatika huma konformi skont il-paragrafu 4.
Għall-finijiet tal-punt (b), il-valur ekonomiku tal-kwoti addizzjonali ta’ 30 % għandu jiġi ddeterminat billi jiġi mmultiplikat l-għadd addizzjonali ta’ kwoti bla ħlas matul il-perjodu mill-2026 sal-2030 bil-prezz medju tal-kwoti fuq il-pjattaforma komuni tal-irkant fis-sena kalendarja ta’ qabel l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2) u mmultiplikat bil-fattur iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 14(6), kif applikabbli għall-installazzjoni.
Għall-finijiet tal-punt (c), it-tnaqqis tal-emissjonijiet huwa sinifikanti meta l-emissjonijiet speċifiċi, espressi bħala tunnellati ta’ CO2 għal kull terajoule ta’ tisħin distrettwali pprovdut, mill-installazzjoni jew mill-kumpanija tat-tisħin distrettwali jitnaqqsu taħt il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi matul il-perjodu ta’ referenza rilevanti b’rata ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ekwivalenti għall-applikazzjoni tal-fatturi ta’ tnaqqis lineari msemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE, li jibda mill-punt tan-nofs tal-perjodu ta’ referenza rilevanti.
Artikolu 22c
Natura mhux kumulattiva tat-tnaqqis ta’ 20 % fl-Artikoli 22a u 22b
It-tnaqqis ta’ 20 % imsemmi fl-Artikoli 22a u 22b għandu jiġi applikat għal installazzjoni darba biss fil-perjodu ta’ allokazzjoni rilevanti.
Artikolu 22d
Aġġornament tal-pjan dwar in-newtralità klimatika
Artikolu 22e
Pubblikazzjoni tal-pjan dwar in-newtralità klimatika
Artikolu 23
Tibdil fl-allokazzjoni ta' installazzjoni
L-awtorità kompetenti għandha tippreżenta l-informazzjoni rilevanti skont l-ewwel subparagrafu billi tuża sistema elettronika operata mill-Kummissjoni.
Artikolu 24
Rinunzja ta' allokazzjoni tal-kwoti bla ħlas
L-allokazzjoni reveduta għandha tikkonċerna s-snin kalendarji wara s-sena tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 25
Fużjonijiet u qsim
L-operaturi ta' installazzjonijiet ġodda li jirriżultaw minn fużjoni jew qsim għandhom jipprovdu d-dokumentazzjoni li ġejja lill-awtorità kompetenti, kif xieraq:
ismijiet, indirizzi u data tal-kuntatt tal-operaturi tal-installazzjonijiet li preċedentement kienu jew separati jew kienu installazzjoni waħdanija;
ismijiet, indirizzi u data tal-kuntatt tal-operaturi tal-installazzjoni li ġiet iffurmata;
deskrizzjoni dettaljata tal-konfini tal-partijiet tal-installazzjoni kkonċernati jekk applikabbli;
l-identifikatur tal-permess u l-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-installazzjoni(jiet) iffurmata/iffurmati fir-Reġistru tal-Unjoni.
Abbażi tad-data li tasal skont il-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tiddetermina l-livelli ta' attività storika fil-perjodu tal-linja bażi għal kull subinstallazzjoni ta' kull installazzjoni ġdida ffurmata wara l-fużjoni jew il-qsim. Fil-każ li subinstallazzjoni tinqasam f'żewġ subinstallazzjonijiet jew aktar, il-livell ta' attività storika u l-allokazzjoni għas-subinstallazzjonijiet wara l-qsim għandhom jiġu bbażati fuq il-livelli ta' attività storika fil-perjodu tal-linja bażi tal-unitajiet tekniċi rispettivi tal-installazzjoni qabel il-qsim.
▼M1 —————
Artikolu 26
Waqfien tal-operazzjonijiet ta' installazzjoni
Installazzjoni titqies li waqqfet l-operazzjonijiet tagħha meta tkun issodisfata kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra rilevanti skada jew ġie rtirat, inkluż jekk l-installazzjoni ma għadhiex tissodisfa l-livelli limitu tal-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE;
l-installazzjoni m'għadhiex topera u huwa teknikament impossibbli li terġa' tibda topera.
IL-KAPITOLU IV
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 27
Tħassir tad-Deċiżjoni 2011/278/UE
Id-Deċiżjoni 2011/278/UE titħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2021. Madankollu, għandha tkompli tapplika għall-allokazzjonijiet relatati mal-perjodu qabel l-1 ta' Jannar 2021.
Artikolu 28
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Parametri referenzjarji
1. Definizzjoni tal-parametri referenzjarji tal-prodotti u tal-limiti tas-sistema mingħajr il-ġbir tad-data dwar il-konsum tal-elettriku
|
Parametru referenzjarju ta' prodott |
Definizzjoni tal-prodotti koperti |
Definizzjoni tal-proċessi u l-emissjonijiet koperti (konfini tas-sistema) |
Punt tat-tluq għad-determinazzjoni tar-rata ta' tnaqqis annwali għall-aġġornament tal-valur tal-parametru referenzjarju (kwoti/t) |
|
Kokk |
Kokk mill-ifran tal-kokk (miksub mill-karbonizzazzjoni tal-faħam li minnu jsir il-faħam kokk, f'temperaturi għoljin) jew kokk tal-impjanti tal-manifattura tal-gass (prodott sekondarju tal-impjanti tal-manifattura tal-gass) imfissra bħala tunnellati ta' kokk niexef, determinat fil-punt ta'skariku mill-ifran tal-kokk jew mill-impjanti tal-manifattura tal-gass. Il-kokk tal-linjite mhuwiex kopert minn dan il-parametru referenzjarju. Ikkokkjar fir-raffineriji mhuwiex inkluż iżda kopert bil-metodoloġija tas-CWT għar-raffineriji. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-ifran tal-kokk tal-unitajiet ta' proċess, l-inċinerazzjoni tal-H2S/NH3, mat-tisħin minn qabel tal-faħam (it-tneħħija tal-friża), mat-tagħmir għall-estrazzjoni tal-gass tal-kokk, mal-unità għad-desulfurizzazzjoni, mal-unità tad-distillazzjoni, mal-unità għall-ġenerazzjoni tal-istim, mal-kontroll tal-pressjoni fil-batteriji, mat-trattament bijoloġiku tal-ilma, mat-tisħin mixxellanju ta' prodotti sekondarji u mas-separatur tal-idroġenu huma inklużi. It-tindif tal-gass tal-ifran tal-kokk inkluż. |
0,286 |
|
Minerali tal-ħadid agglomerati |
Prodott agglomerat b’kontenut ta’ ħadid li fih il-minerali tal-ħadid fini, flussi u possibbilment materjali tar-riċiklaġġ li fihom il-ħadid bil-karatteristiċi kimiċi u fiżiċi bħal-livell tal-bażiċità, is-saħħa mekkanika u l-permeabbiltà meħtieġa biex jitwassal il-ħadid u l-materjali flussanti meħtieġa fil-proċessi tat-tnaqqis tal-minerali tal-ħadid. Espress f’tunnellati ta’ minerali agglomerati kif jitlaq mill-impjant tal-produzzjoni tal-minerali tal-ħadid agglomerat. Il-mineral tal-ħadid agglomerat irritornat għall-proċess tal-produzzjoni ma għandux jitqies bħala parti mill-prodott. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-minerali tal-ħadid agglomerati huma inklużi. |
0,171 |
|
Metall sħun |
Ħadid prodott minn minerali tal-ħadid għall-produzzjoni primarja tal-azzar inkluż a) ħadid likwidu saturat bil-karbonju għal ipproċessar ulterjuri, meqjus bħala prodott ta’ fran tal-blast, u espress f’tunnellati ta’ ħadid likwidu fil-punt ta’ ħruġ tal-forn tal-blast, minbarra l-ħadid likwidu prodott mill-ħadid sponża taħt b), b) ħadid b’konsistenza baxxa fil-punt ta’ ħruġ ta’ reattur tal-ħadid dirett imnaqqas, u espress f’tunnellati ta’ ħadid b’konsistenza baxxa fil-punt ta’ ħruġ tar-reattur tal-ħadid dirett imnaqqas. Prodotti simili bħal-ligi tal-ħadid ma humiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju ta’ prodott. Materjal residwu u materjal sekondarju ma għandhomx jitqiesu bħala parti mill-prodott. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-forn tal-blast tal-unitajiet ta’ proċess, unitajiet tat-trattament tal-metall sħun, blowers tal-forn tal-blast, fuklari sħan tal-forn tal-blast, reattur tal-ħadid imnaqqas dirett, forn b’ark tal-elettriku u forn tat-tidwib elettriku għall-ħadid b’konsistenza baxxa, forn tal-ossiġenu bażiku, unitajiet metallurġiċi sekondarji, kuċċaruni tal-vakwu, unitajiet tal-ikkastjar (inkluż il-qtugħ), unità tat-trattament tal-gagazza, tħejjija tal-piż, unitajiet tat-trattament bil-gass tal-BF u oħrajn, unitajiet għat-tneħħija tat-trab (dedusting), tisħin minn qabel tal-iskrepp, tnixxif tal-faħam għall-PCI, stands għat-tisħin minn qabel tal-kontenituri, stands għat-tisħin minn qabel tal-ingotti tal-ikkastjar, produzzjoni tal-arja kkompressata, unità għat-trattament tat-trab (briquetting), unità għat-trattament tal-ħama (briquetting), injezzjoni tal-fwar f’unità ta’ BF, impjant għall-ġenerazzjoni tal-fwar, tkessiħ bil-gass BOF ta’ konvertitur u mixxellanji huma inklużi. |
1,328 |
|
Anodu ta' qabel il-ħami |
Anodi għall-użu fl-elettroliżi tal-aluminju li jikkonsistu f'kokk tal-petrol, qatran u anodi normalment irriċiklati, li huma ffurmati b'forma partikolari intenzjonati għal apparat li jdewweb (smelter) partikolari u moħmijin fi fran anodizzanti sa temperatura ta' madwar 1 150 °C. Anodi Söderberg mhumiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju ta' prodott. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-anodi ta' qabel il-ħami huma inklużi. |
0,324 |
|
Aluminju |
Aluminju likwidu mhux maħdum, mhux illigat, miksub mill-elettroliżi. Imfisser bħala tunnellati mkejla bejn is-sezzjoni tal-proċess ta' elettroliżi u l-forn ta' stennija tal-funderija, qabel il-ligi u l-aluminju sekondarju jiġu miżjuda. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-istadju tal-produzzjoni msejjaħ elettroliżi huma inklużi. Emissjonijiet li jirriżultaw mill-fran ta' stennija u l-ikkastjar, u emissjonijiet relatati mal-produzzjonijiet tal-anodu huma esklużi. |
1,514 |
|
Klinker tas-siment griż |
Klinker tas-siment griż jew leganti idrawliċi alternattivi għall-produzzjoni tas-siment, bħala ammont totali ta’ legant idrawliku prodott. Il-prodotti manifatturati fil-limiti tas-sistema ta’ parametri referenzjarji ta’ prodotti oħrajn jew bħala prodotti sekondarji jew skart ta’ proċessi ta’ produzzjoni oħrajn ma humiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju, inkluż l-irmied li jtir, il-gagazza tal-forn tal-blast, il-gagazza tal-azzar, il-mikrosilika, il-ħama tal-karta. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-klinker tas-siment griż jew tal-leganti idrawliċi alternattivi huma inklużi. |
0,766 |
|
Klinker tas-siment abjad |
Klinker tas-siment abjad jew leganti idrawliċi alternattivi għall-użu bħala l-komponent ewlieni tat-twaħħil fil-formulazzjoni ta’ materjali bħal filers tal-ġonot, kolla tal-madum taċ-ċeramika, iżolazzjoni u t-taħlita għat-tikħil tal-ankraġġ, it-taħlita għat-tikħil ta’ art industrijali, il-ġibs għall-kisi imħallat lest, it-taħlita għat-tikħil tat-tiswija u l-kisi li minnu ma jgħaddix l-ilma b’kontenut medju massimu ta’ 0,4 massa-% Fe2O3, 0,003 massa-% Cr2O3 u 0,03 massa-% Mn2O3. Espress f’tunnellati ta’ leganti idrawliċi (bħala 100 % klinker/leganti idrawliċi alternattivi). Il-prodotti manifatturati fil-limiti tas-sistema ta’ parametri referenzjarji ta’ prodotti oħrajn jew bħala prodotti sekondarji jew skart ta’ proċessi ta’ produzzjoni oħrajn ma humiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju, inkluż l-irmied li jtir, il-gagazza tal-forn tal-blast, il-gagazza tal-azzar, il-mikrosilika, il-ħama tal-karta. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-klinker tas-siment abjad jew tal-leganti idrawliċi alternattivi huma inklużi. |
0,987 |
|
Ġir |
Ġir verġni: ossidu tal-kalċju (CaO) prodott mit-tneħħija tal-karbonju tal-ġebla tal-franka (CaCO3). Imfisser f'tunnellati ta' “standard pur” definit bħala ġir b'kontenut ta' CaO liberu ta' 94,5 %. Ġir prodott u kkunsmat fl-istess installazzjoni għal proċessi ta' purifikazzjoni mhuwiex kopert minn dan il-parametru referenzjarju ta' prodott. Il-produzzjoni interna tal-ġir tas-settur tal-polpa hija diġà koperta bil-parametri referenzjarji tal-polpa u għalhekk mhix eliġibbli għal allokazzjoni addizzjonali bbażata fuq il-parametru referenzjarju tal-ġir. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-ġir huma inklużi. |
0,954 |
|
Ġir dolomitiku |
Il-ġir dolomitiku jew il-ġir dolomitiku kkalċinat bħala taħlita ta' ossidi tal-kalċju u tal-manjeżju prodotti mit-tneħħija tal-karbonju tad-dolomit (CaCO3 · MgCO3) b'CO2 residwu li jaqbeż iż-0,25 %, kontenut b'MgO liberu ta' bejn il-25 % u l-40 % u d-densità tal-massa tal-prodott kummerċjali ta' inqas minn 3,05 g/cm3. Il-ġir dolomitiku għandu jkun imfisser bħala ta' kwalità ta' “dolomit pur standard” b'kontenut ta' CaO liberu ta' 57,4 % u b'kontenut ta' MgO liberu ta' 38,0 %. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-ġir dolomitiku huma inklużi, b'mod partikolari l-preparazzjoni ta' fjuwil, il-kalċinazzjoni/it-tagћqid permezz tas-sћana u t-trattament tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija. |
1,072 |
|
Ġir dolomitiku sinterizzat |
Taħlita ta' ossidi tal-kalċju u tal-manjeżju użata biss għall-produzzjoni ta' brikks refrattarji u prodotti refrattarji oħra b'densità tal-massa minima ta' 3,05 g/cm3. Imfisser f'tunnellati ta' ġir dolomitiku sinterizzat li jista' jinbiegħ. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-ġir dolomitiku sinterizzat huma inklużi. |
1,449 |
|
Ħġieġ float |
Ħġieġ float/żmeriljat/illustrat (bħala tunnellati ta' ħġieġ ħiereġ mil-lehr). |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-istadji tal-produzzjoni msejħa tat-tidwib, tal-irfinar, ta' tmiem ix-xogħol, tal-ħasil u tal-lehr huma inklużi. Il-workshops tal-irfinar li jistgħu jiġu fiżikament separati mill-proċess anterjuri, bħal kisi minn barra offlajn, laminar u twebbis, huma esklużi. |
0,453 |
|
Fliexken u vażetti ta' ħġieġ bla kulur |
Fliexken tal-ħġieġ bla kulur b'kapaċità nominali ta' < 2,5 litri, prodotti f'forn fejn m'hemmx żieda deliberata ta' kulur għal xorb u oġġetti tal-ikel (esklużi l-fliexken koperti bil-ġilda jew bil-ġilda rikostitwita; il-fliexken għat-tisqija tat-trabi) minbarra prodotti taż-żniet bojod ħafna b'kontenut ta' ossidu tal-ħadid imfisser bħala Fe2O3 perċentwal bil-piż ta' inqas minn 0,03 % u koordinati tal-kulur ta' L fil-firxa minn 100 sa 87, ta' a fil-medda minn 0 sa – 5 u ta' b fil-medda minn 0 sa 3 (permezz tas-CIELAB irrakkomandat mill-Commission Internationale d'éclairage) imfissra f'tunnellati ta' prodott ippakkjat. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-istadji tal-produzzjoni msejħa t-trattament tal-materjali, tat-tidwib, tal-iffurmar, tal-ipproċessar posterjuri, l-imballaġġ u proċessi anċillari huma inklużi. |
0,382 |
|
Fliexken u vażetti ta' ħġieġ bil-kulur |
Fliexken tal-ħġieġ ikkulurit b'kapaċità nominali ta' < 2,5 litri, għal xorb u oġġetti tal-ikel (bl-esklużjoni ta' fliexken koperti bil-ġild jew ġild rikostitwit; il-fliexken għat-tisqija tat-trabi), li ma jissodisfawx id-definizzjoni ta' parametri referenzjarji ta' prodott għal fliexken u vażetti ta' ħġieġ bla kulur, imfissra bħala tunnellati ta' prodott ippakkjat. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-istadji tal-produzzjoni msejħa t-trattament tal-materjali, tat-tidwib, tal-iffurmar, tal-ipproċessar posterjuri, l-imballaġġ u proċessi anċillari huma inklużi. |
0,306 |
|
Prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu |
Ħġieġ imdewweb għal produzzjoni ta' prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu jiġifieri swiegel imqattgħa, ħjut mibrum, ħjut u fiba tal-ħġieġ mhux kontinwa u twapet, imfissra f'tunnellati ta' ħġieġ imdewweb li joħroġ mill-fuklar ta' quddiem ikkalkulat mill-kwantità ta' input ta' materja prima fil-forn wara t-tnaqqis tal-emissjonijiet gassużi volatili. Prodotti ta' suf minerali għall-iżolazzjoni termika, akustika u tan-nar mhumiex koperti min dan il-parametru referenzjarju. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-proċessi ta' produzzjoni, it-tidwib tal-ħġieġ fil-fran u r-raffinar tal-ħġieġ fil-fuklar ta' quddiem huma inklużi, b'mod partikolari l-emissjonijiet diretti ta' CO2 assoċjati ma' dawn il-proċessi ta' emissjonijiet ta' CO2 li jirriżultaw mit-tneħħija tal-karbonju tal-materja prima minerali tal-ħġieġ matul il-proċess ta' tidwib. Proċessi posterjuri biex il-fibri jiġu konvertiti fi prodotti li jistgħu jinbiegħu mhumiex inklużi f'dan il-parametru referenzjarju ta' prodott. Proċessi ta' appoġġ bħall-immaniġġjar tal-materjal huma meqjusa bħala utilitajiet u jitqiesu barra mil-limiti tas-sistema. |
0,406 |
|
Brikks tal-faċċata |
Briks tal-faċċata b'densità > 1 000 kg/m3 użati għal xogħol tal-ġebel ibbażat fuq EN 771-1, bl-esklużjoni tal-briks għall-ippavimentar, briks tal-gagazza u briks tal-faċċata bbrejżjati blu. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-proċessi tal-produzzjoni msejħa t-tħejjija tal-materja prima, it-taħlit tal-komponenti, l-iffurmar tal-oġġetti, it-tnixxif tal-oġġetti, il-ħruq tal-oġġetti, l-irfinar tal-prodotti u t-tindif tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija huma inklużi. |
0,139 |
|
Briks għall-ippavimentar |
Briks tat-tafal ta' kull kulur użati għall-ippavimentar skont EN 1344. Imfisser f'tunnellati ta' briks għall-ippavimentar ta' prodott nett li jista' jinbiegħ. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-proċessi tal-produzzjoni msejħa t-tħejjija tal-materja prima, it-taħlit tal-komponenti, l-iffurmar tal-oġġetti, it-tnixxif tal-oġġetti, il-ħruq tal-oġġetti, l-irfinar tal-prodotti u t-tindif tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija huma inklużi. |
0,192 |
|
Madum tal-bejt |
Madum tal-bejt tat-tafal kif iddefinit f'EN 1304:2005 bl-esklużjoni tal-madum tal-bejt ibbrejżjati blu u l-aċċessorji. Imfisser f'tunnellati ta' madum tal-bejt li jista' jinbiegħ. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-proċessi tal-produzzjoni msejħa t-tħejjija tal-materja prima, it-taħlit tal-komponenti, l-iffurmar tal-oġġetti, it-tnixxif tal-oġġetti, il-ħruq tal-oġġetti, l-irfinar tal-prodotti u t-tindif tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija huma inklużi. |
0,144 |
|
Trab atomizzat |
Trab atomizzat għall-produzzjoni ta' madum tal-ħajt u tal-art ippressati niexfa. Imfisser f'tunnellati ta' trab prodott. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tat-trab atomizzat huma inklużi. |
0,076 |
|
Ġibs |
Kisjiet bil-ġibs li jikkonsistu f'ġibs ikkalċinat jew sulfat ikkalċinat (inkluż għal użu fil-bini, għal użu fit-tiswija ta' drapp minsuġ jew karta tal-uċuħ, għal użu fid-dentistrija, għal użu fir-rimedjazzjoni tal-art), f'tunnellati metriċi ta' stukko (produzzjoni li tista' tinbiegħ). Ġibs alfa, ġibs li jiġi pproċessat ulterjorment f'folji tal-ġibs u l-produzzjoni tal-ġipsum sekondarju mnixxef tal-prodott intermedju, mhumiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju ta' prodott. |
Il-proċessi kollha marbuta direttament jew indirettament mal-produzzjoni: it-tħin, it-tnixxif u l-ikkalċinar, huma inklużi. |
0,048 |
|
Ġipsum sekondarju mnixxef |
Ġipsum sekondarju mnixxef (ġibs sintetiku prodott bħala prodott sekondarju rriċiklat tal-industrija tal-enerġija jew materjal irriċiklat mill-iskart tas-settur tal-kostruzzjoni u t-twaqqigħ tal-bini) imfisser f'tunnellati ta' prodott. |
Il-proċessi kollha marbuta direttament jew indirettament mat-tnixxif tal-ġibs sekondarju huma inklużi. |
0,017 |
|
Polpa kraft ta' fibra qasira |
Polpa kraft ta' fibra qasira hija polpa tal-injam prodotta mill-proċess kimiku tas-sulfat bl-użu tal-likur tat-tisjir, ikkaratterizzata mit-tul tal-fibri ta' 1 – 1,5 mm, li hija użata prinċipalment għal prodotti li jirrikjedu wiċċ lixx speċifiku u massa, bħall-karta assorbenti u tal-istampar, imfissra bħala produzzjoni netta li tista' tinbiegħ f'tunnellati mnixxfa bl-arja, imkejla fi tmiem il-proċess tal-produzzjoni, tunnellata metrika mnixxfa bl-arja tal-polpa li jfisser kontenut solidu niexef ta' 90 %. |
Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess tal-produzzjoni tal-polpa (b'mod partikolari l-mitħna tal-polpa, il-bojler tal-irkupru, is-sezzjoni tat-tnixxif tal-polpa u l-forn tal-ġir u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija relatati (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta' xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta' kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f'miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta' gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi. |
0,12 |
|
Polpa kraft ta' fibra twila |
Polpa kraft ta' fibra twila hija polpa tal-injam prodotta mill-proċess kimiku tas-sulfat bl-użu tal-likur tat-tisjir, ikkaratterizzata mit-tul tal-fibri ta' 3 – 3,5 mm, inkluż polpa bbliċjata u mhux ibbliċjata, imfissra bħala produzzjoni netta li tista' tinbiegħ f'tunnellati mnixxfa bl-arja, imkejla fi tmiem il-proċess tal-produzzjoni. Tunnellata metrika mnixxfa bl-arja tal-polpa li jfisser kontenut solidu niexef ta' 90 %. |
Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess tal-produzzjoni tal-polpa (b'mod partikolari l-mitħna tal-polpa, il-bojler tal-irkupru, is-sezzjoni tat-tnixxif tal-polpa u l-forn tal-ġir u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija relatati (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta' xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta' kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f'miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta' gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi. |
0,06 |
|
Polpa tas-sulfit, polpa termomekkanika u mekkanika |
Polpa tas-sulfit prodotta bi proċess speċifiku ta' produzzjoni tal-polpa, pereżempju l-polpa prodotta minn biċċiet tal-injam għat-tisjir f'kontenitur tal-pressjoni fil-preżenza ta' likur tal-bisulfit imfissra bħala produzzjoni netta li tista' tinbiegħ f'tunnellati metriċi mnixxfa bl-arja tal-polpa, imkejla fi tmiem il-proċess tal-produzzjoni. Tunnellata metrika mnixxfa bl-arja tal-polpa li jfisser kontenut solidu niexef ta' 90 %. Polpa tas-sulfit tista' tkun ibbliċjata jew mhux ibbliċjata. Gradi tal-polpa mekkanika: TMP (polpa termomekkanika) u polpa ta' njam mitħun imfissra bħala produzzjoni netta li tista' tinbiegħ f'tunnellati metriċi mnixxfa bl-arja fi tmiem il-proċess tal-produzzjoni. Tunnellata metrika mnixxfa bl-arja tal-polpa li jfisser kontenut solidu niexef ta' 90 %. Il-polpa mekkanika tista' tkun ibbliċjata jew mhux ibbliċjata. Is-sottogruppi iżgħar ta' polpa semikimika CTMP – polpa kimikatermomekkanika u polpa li tinħall mhumiex koperti minn dan il-grupp. |
Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess tal-produzzjoni tal-polpa (b'mod partikolari l-mitħna tal-polpa, il-bojler tal-irkupru, is-sezzjoni tat-tnixxif tal-polpa u l-forn tal-ġir u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija relatati (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta' xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta' kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f'miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta' gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi. |
0,02 |
|
Polpa tal-karta rkuprata |
Polpi ta' fibri derivati minn karta jew kartonċin irkuprati (skart u fdalijiet) jew minn materjal ċellulożiku fibruż ieħor imfissra f'tunnellati ta' produzzjoni li tista' tinbiegħ f'tunnellati metriċi mnixxfa bl-arja mkejla fi tmiem il-proċess tal-produzzjoni. Tunnellata metrika mnixxfa bl-arja tal-polpa li jfisser kontenut solidu niexef ta' 90 %. Fil-każ tal-produzzjoni tal-polpa, il-produzzjoni hija definita bħala l-polpa totali prodotta inkluż il-polpa għal konsenja lokali għal impjant tal-karta u l-polpa tas-suq. |
Il-proċessi kollha li huma parti mill-produzzjoni tal-polpa minn karta rkuprata u relatati (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta' xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta' kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f'miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta' gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi. |
0,039 |
|
Karta tal-gazzetti |
Grad speċifiku tal-karta (f'rombli jew f'folji) imfisser bħala produzzjoni netta li tista' tinbiegħ f'tunnellati mnixxfin bl-arja, definit bħala karta b'kontenut ta' umdità ta' 6 %. |
Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess ta' produzzjoni tal-karta (b'mod partikolari l-magni tal-karta jew tal-kartun u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija konnessi (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta' xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta' kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f'miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta' gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi. |
0,298 |
|
Karta fina mhux miksija |
Karta fina mhux miksija, li tkopri kemm karta mekkanika mhux miksija kif ukoll karta ħielsa mill-injam mhux miksija mfissra bħala produzzjoni netta li tista' tinbiegħ, definita bħala karta b'kontenut ta' umdità ta' 6 %. 1. Karta ħielsa mill-injam mhux miksija għall-istampar jew finijiet grafiċi oħra magħmula minn varjetà ta' rfinituri tal-fibra verġni, b'livelli differenti ta' fillers minerali u firxa ta' proċessi tal-irfinar. 2. Karta mekkanika mhux miksija tkopri l-gradi speċifiċi tal-karta magħmula minn polpa mekkanika, użata għall-imballaġġ jew finijiet grafiċi/rivisti. |
Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess ta' produzzjoni tal-karta (b'mod partikolari l-magni tal-karta jew tal-kartun u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija konnessi (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta' xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta' kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f'miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta' gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi. |
0,318 |
|
Karta fina miksija |
Karta fina miksija li tkopri kemm karta mekkanika miksija kif ukoll karta ħielsa mill-injam miksija mfissra bħala produzzjoni netta li tista' tinbiegħ f'tunnellati mnixxfa bl-arja, definita bħala karta b'kontenut ta' umdità ta' 6 %. |
Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess ta' produzzjoni tal-karta (b'mod partikolari l-magni tal-karta jew tal-kartun u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija konnessi (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta' xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta' kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f'miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta' gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi. |
0,318 |
|
Tixju |
Karti tixju, ikopru firxa wiesgħa ta’ tixju u karti iġeniċi oħrajn għall-użu fl-unitajiet domestiċi jew bini kummerċjali u industrijali bħall-karta iġenika u tixjus tal-wiċċ, karti assorbenti tal-kċina, karti assorbenti tal-idejn u wajps industrijali, il-manifattura ta’ ħrieqi tat-trabi, assorbenti sanitarji, eċċ. TAD – Tixju Mnixxfa bl-Arja ma hijiex parti minn dan il-grupp. Espressi bħala tunnellati ta’ produzzjoni netta li tista’ tinbiegħ ta’ roll parenti f’tunnellati mnixxfa, iddefiniti bħala karta b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 6 %. |
Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess ta’ produzzjoni tal-karta (b’mod partikolari l-magni tal-karta jew tal-kartun u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija konnessi (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħrajn fuq il-post li ma humiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta’ xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta’ kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f’miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta’ gassijiet li jintnu, it-tisħin urban ma humiex inklużi. Il-konverżjoni ta’ roll parenti għal prodotti lesti ma hijiex parti minn dan il-parametru referenzjarju tal-prodott. |
0,334 |
|
Testliner u fluting |
Testliner u fluting imfissra bħala produzzjoni netta li tista' tinbiegħ f'tunnellati mnixxfin bl-arja definiti bħala karta b'kontenut ta' umdità ta' 6 %. 1. It-testliner ikopri tipi ta' kartonċin li jissodisfaw testijiet speċifiċi adottati mill-industrija tal-imballaġġ biex jikkwalifika għall-użu bħala s-saff tal-wiċċ ta' barra għall-kartun ikkorrugat, li minnu jsiru l-kontenituri għat-trasport bil-baħar. 2. Il-fluting jirreferi għas-segment tan-nofs tal-kontenituri kkorugati għat-trasport bil-baħar, li jkollu wiċċ ta' linerboard (testliner/kraftliner) fuq iż-żewġ naħat. Il-fluting ikopri prinċipalment il-karti magħmula minn fibra rriċiklata iżda dan il-grupp fih ukoll il-kartonċin li huwa magħmul minn polpa kimika jew semikimika. Il-kraftliner mhux inkluż f'dan il-parametru referenzjarju ta' prodott. |
Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess ta' produzzjoni tal-karta (b'mod partikolari l-magni tal-karta jew tal-kartun u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija konnessi (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta' xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta' kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f'miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta' gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi. |
0,248 |
|
Kartun mhux miksi |
Diversi prodotti mhux miksija (riflessi bħala produzzjoni netta li tinbiegħ f'tunnellati mnixxfin bl-arja, definiti bħala karta b'kontenut ta' umdità ta' 6 %) li tista' tkun waħda jew iktar minn waħda. Il-kartun mhux miksi jintuża prinċipalment għal applikazzjonijiet ta' imballaġġ fejn il-karatteristika ewlenija meħtieġa hija s-saħħa u l-ebusija, u fejn l-aspetti kummerċjali bħala trasportatur tal-informazzjoni huma ta' importanza sekondarja. Il-kartun huwa magħmul minn fibri verġni u/jew irkuprati, għandu kwalitajiet tajbin ta' liwi, ebusija u abbiltà li jimmarka (scoring). Dan jintuża prinċipalment f'kaxxi tal-kartun għal prodotti tal-konsumatur bħal ikel iffriżat, kożmetiċi u għal kontenituri tal-likwidi; magħruf ukoll bħala kartun omoġeniku, kartun tal-kaxxi li jintlewa, kartun tal-kaxxi jew kartun tal-ġarr jew core board. |
Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess ta' produzzjoni tal-karta (b'mod partikolari l-magni tal-karta jew tal-kartun u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija konnessi (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta' xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta' kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f'miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta' gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi. |
0,237 |
|
Kartun miksi |
Dan il-parametru referenzjarju ikopri firxa wiesgħa ta' prodotti miksija (imfissra bħala produzzjoni netta li tista' tinbiegħ f'tunnellati mnixxfa bl-arja, definita bħala karti b'6 % kontenut ta' umdità) li jistgħu jkunu waħdanin jew multipli. Kartun miksi jintuża prinċipalment għal applikazzjonijiet kummerċjali li jeħtieġ li jġibu l-informazzjoni kummerċjali stampata fuq l-imballaġġ sal-ixkaffa fil-maħżen f'applikazzjonijiet bħall-ikel, il-farmaċewtiċi, il-kożmetiċi u oħrajn. Il-kartun huwa magħmul minn fibri verġni u/jew irkuprati, għandu kwalitajiet tajbin ta' liwi, ebusija u abbiltà li jimmarka (scoring). Dan jintuża prinċipalment f'kaxxi tal-kartun għal prodotti tal-konsumatur bħal ikel iffriżat, kożmetiċi u għal kontenituri tal-likwidi; magħruf ukoll bħala kartun omoġeniku, kartun tal-kaxxi li jintlewa, kartun tal-kaxxi jew kartun tal-ġarr jew core board. |
Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess ta' produzzjoni tal-karta (b'mod partikolari l-magni tal-karta jew tal-kartun u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija konnessi (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta' xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta' kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f'miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta' gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi. |
0,273 |
|
Aċidu nitriku |
Aċidu nitriku (HNO3), li għandu jiġi rreġistrat f'tunnellati ta' HNO3 (purità ta' 100 %). |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-prodott b'parametru referenzjarju kif ukoll il-proċess distruttiv tal-N2O huma inklużi minbarra l-produzzjoni tal-ammonja. |
0,302 |
|
Aċidu adipiku |
L-aċidu adipiku li għandu jiġi rreġistrat f'tunnellati ta' aċidu adipiku ppurifikat niexef maħżun f'sajlos jew ipakkjat f'boroż (kbar). L-Imluħ u l-esteri tal-aċidu adipiku mhumiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju ta' prodott. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-prodott b'parametru referenzjarju kif ukoll il-proċess distruttiv tal-N2O huma inklużi. |
2,79 |
|
Monomer tal-klorur tal-vinil (VCM) |
Klorur tal-vinil (kloroetilen) Imfissra f'tunnellati fi klorur tal-vinil (prodott li jista' jinbiegħ, purità ta' 100 %). |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-istadji tal-produzzjoni msejħa l-klorinazzjoni diretta, l-ossiklorinazzjoni u l-ikkrekkjar EDC għal VCM huma inklużi. Il-klorinazzjoni diretta tirreferi għal klorinazzjoni tal-etilen. L-ossiklorinazzjoni tirreferi għal klorinazzjoni tal-etilen bil-klorur tal-idroġenu (HCl)u l-ossiġnu. L-inċinerazzjoni ta' idrokarburi klorinati li jinsabu fil-gassijiet ta' ventilazzjoni tal-produzzjoni EDC/VCM hija inkluża fil-parametru referenzjarju. Il-produzzjoni ta' ossiġenu u arja kkompressata użati bħala materja prima fil-manifattura VCM huma esklużi mill-parametru referenzjarju. |
0,204 |
|
Fenol/aċeton |
It-total tal-fenol, l-aċeton u l-prodott sekondarju stiren tal-alfa-metil bħala produzzjoni totali, rifless f'tunnellati ta' prodott li jista' jinbiegħ b'purità ta' 100 %. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-fenol u l-aċeton huma inklużi, b'mod partikolari l-kompressjoni tal-arja, l-idroperossidazzjoni, l-irkupru tal-kumen mill-arja spenta, il-konċentrazzjoni u l-qsim (cleavage), il-frazzjonazzjoni u l-purifikazzjoni tal-produzzjoni, l-ikkrekkjar tal-qatran, l-irkupru u l-purifikazzjoni tal-aċetofenon, l-irkupru tal-AMS għall-esportazzjoni, l-idroġenazzjoni tal-AMS għar-riċiklar tal-ISB, il-purifikazzjoni inizjali tal-ilma mormi (l-ewwel purifikazzjoni tal-ilma mormi), il-ġenerazzjoni tal-ilma għat-tkessieħ (pereżempju it-torrijiet għat-tkessieħ), l-utilizzazzjoni tal-ilma għat-tkessieħ (il-pompi taċ-ċirkolazzjoni), il-flares u l-inċineraturi (saħansitra jekk fiżikament illokalizzati 'il barra mil-limiti tas-sistema) kif ukoll kwalunkwe konsum ta' fjuwil ta' appoġġ. |
0,266 |
|
S-PVC |
Klorur tal-polivinil; mhux imħallat ma' sustanzi oħra li jikkonsisti f'partiċelli tal-PVC b'daqs medju bejn 50 u 200 μm. Imfisser f'tunnellati f'S-PVC (prodott li jista' jinbiegħ, purità ta' 100 %). |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta' S-PVC huma inklużi minbarra l-produzzjoni tal-VCM. |
0,085 |
|
E-PVC |
Klorur tal-polivinil; mhux imħallat ma' sustanzi oħra li jikkonsisti f'partiċelli tal-PVC b'daqs medju bejn 0,1 u 3 μm. Imfisser f'tunnellati f'E-PVC (prodott li jista' jinbiegħ, purità ta' 100 %). |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta' E-PVC huma inklużi minbarra l-produzzjoni tal-VCM. |
0,238 |
|
Irmied tas-soda |
Karbonat tad-disodju, espress f’tunnellati ta’ irmied tas-soda bħala produzzjoni grossa totali ħlief irmied dens tas-soda miksub bħala prodott sekondarju f’network ta’ produzzjoni tal-kaprolattam. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajiet tal-proċessi tal-purifikazzjoni tas-salmura, tal-kalċinazzjoni tal-ġir u l-produzzjoni tal-ħalib tal-ġir, tar-reatturi tad-diossidu tal-karbonju, tal-assorbiment tal-ammonijaka, tal-preċipitazzjoni tal-NaHCO3, tal-filtrazzjoni jew is-separazzjoni tal-kristalli tal-NaHCO3 mil-likur prinċipali, tad-dekompożizzjoni tal-NaHCO3 għall-Na2CO3, tal-irkupru tal-ammonijaka u d-densifikazzjoni jew il-produzzjoni tal-irmied dens tas-soda huma inklużi. |
0,843 |
Jekk ma tingħata l-ebda referenza oħra, il-parametri referenzjarji ta' prodott kollha jirreferu għal tunnellata ta' prodott li kien prodott imfisser bħala produzzjoni (netta) li tista' tinbiegħ u għal purità ta' 100 % tas-sustanza kkonċernata.
Id-definizzjonijiet kollha tal-proċessi u l-emissjonijiet koperti (konfini tas-sistema) jinkludu flares meta dawn isseħħu.
2. Definizzjoni tal-parametri referenzjarji tal-prodotti u tal-limiti tas-sistema bil-ġbir tad-data dwar il-konsum tal-elettriku
|
Parametru referenzjarju ta’ prodott |
Definizzjoni tal-prodotti koperti |
Definizzjoni tal-proċessi u l-emissjonijiet koperti (limiti tas-sistema) |
Punt tat-tluq għad-determinazzjoni tar-rata ta’ tnaqqis annwali għall-aġġornament tal-valur tal-parametru referenzjarju (kwota/t) |
|
Prodotti tar-raffinerija |
Taħlita ta’ prodotti tar-raffineriji b’aktar minn 40 % prodotti ħfief (fjuwil tal-magni (gażolina) inkluż il-fjuwil tal-avjazzjoni, it-tip tal-fjuwil (it-tip ta’ gażolina) fjuwil tal-ġettijiet, żjut tal-petroleum ħfief oħrajn/preparazzjonijiet ħfief, pitrolju inkluż il-fjuwil tal-ġettijiet tat-tip tal-pitrolju, iż-żjut tal-gass) espressi bħala tunnellata peżata ta’ CO2 (CWT). Raffineriji b’taħlitiet ta’ prodotti oħra ma humiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju ta’ prodott. |
Il-proċessi kollha ta’ raffinerija li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ waħda mill-unitajiet ta’ proċess CWT kif ukoll il-faċilitajiet mhux ta’ proċessi anċillari li joperaw fi ħdan il-konfini tar-raffinerija bħalma huma l-użu tat-tankijiet, it-taħlit, it-trattament tal-ħmieġ likwidu, eċċ. huma inklużi. Żjut lubrifikanti u unitajiet tal-ipproċessar tal-bitumen li jinsabu fir-raffineriji dominanti huma wkoll inklużi fis-CWT tar-raffineriji u l-pakkett tal-emissjonijiet. Unitajiet ta’ proċess li jappartjenu għal setturi oħra, bħal petrokimiċi, xi drabi huma fiżikament integrati mar-raffinerija. Dawn l-unitajiet ta’ proċess u l-emissjonijiet tagħhom huma esklużi mill-approċċ CWT. Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema. |
0,0295 |
|
Azzar tal-karbonju EAF |
Azzar li fih anqas minn 8 % ta’ elementi metalliċi li jilligaw u elementi mhux regolari għal livelli tali li jillimitaw l-użu għal dawk l-applikazzjonijiet fejn l-ebda kwalità u proċessabbiltà għolja tas-superfiċje ma hija meħtieġa u jekk l-ebda wieħed mill-kriterji għall-kontenut tal-elementi metalliċi li jilligaw u l-kwalità tal-azzar għall-azzar illigat ħafna jintlaħqu. Espress f’tunnellati ta’ azzar sekondarju mhux raffinat ex-caster. L-azzar prodott mill-ħadid mir-riduzzjoni diretta diġà kopert taħt il-parametru referenzjarju tal-metall sħun ma huwiex kopert minn dan il-parametru referenzjarju. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajiet ta’ proċess imsejħa kalkara b’ark tal-elettriku, il-metallurġija sekondarja, l-ikkastjar u l-qtugħ, l-unità ta’ wara l-kombustjoni, l-unità għat-tneħħija tat-trab, l-istands għat-tisħin tal-kontenituri, l-istands għat-tisħin minn qabel tal-ingotti tal-ikkastjar, it-tnixxif tal-iskrepp u t-tisħin minn qabel tal-iskrepp huma inklużi. Proċessi posterjuri tal-ikkastjar ma humiex inklużi. Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema. |
0,283 |
|
Azzar illigat ħafna manifatturat b’forn tal-ark elettriku |
Azzar li fih 8 % jew aktar ta’ elementi metalliċi li jilligaw jew fejn ikunu meħtieġa kwalità u proċessabbiltà għolja tas-superfiċje. Espress f’tunnellati ta’ azzar sekondarju mhux raffinat ex-caster. L-azzar prodott mill-ħadid mir-riduzzjoni diretta diġà kopert taħt il-parametru referenzjarju tal-metall sħun ma huwiex kopert minn dan il-parametru referenzjarju. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajiet ta’ proċess imsejħa kalkara b’ark tal-elettriku, il-metallurġija sekondarja, l-ikkastjar u l-qtugħ, l-unità ta’ wara l-kombustjoni, l-unità għat-tneħħija tat-trab, l-istands għat-tisħin tal-kontenituri, l-istands għat-tisħin minn qabel tal-ingotti tal-ikkastjar, il-pitt għat-tkessiħ bil-mod, it-tnixxif tal-iskrepp u t-tisħin minn qabel tal-iskrepp huma inklużi. L-unitajiet ta’ proċess tal-konvertitur FeCr u l-ħżin krijoġeniku tal-gassijiet industrijali ma humiex inklużi. Proċessi posterjuri tal-ikkastjar ma humiex inklużi. Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema. |
0,352 |
|
Ikkastjar tal-ħadid |
Ħadid ikkastjat espress f’tunnellati ta’ ħadid likwidu diġà illigat, mingħajr gagazza u lest għall-ikkastjar. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-istadji ta’ proċess imsejħa l-ħanut tat-tidwib, il-ħanut tal-ikkastjar, il-ħanut tal-forom u l-irfinar huma inklużi. Il-pass tal-proċess “irfinar” jirreferi għal operazzjonijiet bħal tindif ta’ partijiet raffi iżda mhux tqabbil ġenerali, trattament bi sħana jew żebgħa li ma humiex koperti mil-limiti tas-sistema ta’ dan il-parametru referenzjarju ta’ prodott. Għall-fini tal-ġbir tad-data, għandu jitqies biss il-konsum tal-elettriku tal-proċessi ta’ tidwib fi ħdan il-limiti tas-sistema. |
0,325 |
|
Suf minerali |
Prodotti ta’ insulazzjoni ta’ suf minerali għal applikazzjonijiet termali, akustiċi u tan-nar, manifatturati bl-użu ta’ ħġieġ, blat jew suf tal-gagazza. Espress f’tunnellati ta’ suf minerali (prodott li jista’ jinbiegħ). |
Il-proċessi kollha, marbuta b’mod dirett jew indirett mal-passi ta’ produzzjoni tat-tidwib, is-sfibratura u l-injezzjoni ta’ aġent li jgħaqqad u t-twebbis u t-tnixxif u l-iffurmar huma inklużi. Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema. |
0,682 |
|
Bord tal-ġibs |
Il-parametru referenzjarju jkopri bords, folji, pannelli, madum, oġġetti simili tal-kisi bil-ġibs/kompożizzjonijiet ibbażati fuq il-kisi bil-ġibs, (mhux) b’wiċċ/imsaħħa bil-karti/kartonċin biss, bl-esklużjoni ta’ oġġetti agglomerati bil-kisi bil-ġibs, imżejna (f’tunnellati ta’ stukko, prodott li jista’ jinbiegħ). Twavel tal-fajber li huma tal-ġibs (“gypsum fibreboards”) ta’ densità għolja ma humiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju ta’ prodott. |
Il-proċessi kollha marbuta direttament jew indirettament mal-istadji tal-produzzjoni msejħa t-tħin, it-tnixxif, l-ikkalċinar u t-tnixxif tal-bords huma inklużi. Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies biss il-konsum tal-elettriku tal-pompi tas-sħana applikati fl-istadju tat-tnixxif. Il-produzzjoni tal-prodott intermedju ġipsum sekondarju mnixxef ma hijiex koperta mill-parametru referenzjarju. |
0,131 |
|
Iswed tal-karbonju |
L-iswed tal-karbonju tal-fran, espress f’tunnellati ta’ iswed tal-karbonju tal-fran, prodott li jista’ jinbiegħ, purità ta’ aktar minn 96 %. Prodotti suwed għall-gass u l-lampi ma humiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-iswed tal-karbonju tal-fran kif ukoll mal-irfinar, mal-imballaġġ u mal-ivvampjar huma inklużi. Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema. Madankollu, għandhom jitqiesu biss apparati li jitħaddmu bl-elettriku bħal pompi u kompressuri b’qawwa nominali ta’ 2 MW jew aktar. |
1,954 |
|
Ammonijaka |
Ammonijaka (NH3), espressa f’tunnellati prodotti, purità ta’ 100 %. L-ammonijaka prodotta mill-idroġenu prodott mill-elettroliżi tal-kloralkali jew mill-produzzjoni tal-klorat ma hijiex koperta minn dan il-parametru referenzjarju. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-ammonijaka u l-prodott intermedju l-idroġenu huma inklużi. Il-produzzjoni tal-ammonijaka minn prodotti intermedjarji oħra ma hijiex koperta. Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema. |
1,619 |
|
Krekkjar bil-fwar |
Taħlita ta’ kimiċi ta’ valur għoli (HVC) espressa f’tunnellati bħala massa totali ta’ aċetilen, etilen, propilen, butadin, benżen u idroġenu esportata barra mill-parametru tal-ikkrekkjar esklużi l-HVC minn għalf supplimentari (idroġenu, etilen, HVC oħrajn) b’kontenut ta’ etilen fit-taħlita tal-prodott totali ta’ mill-anqas 30 fil-mija tal-massa u b’kontenut ta’ HVC, gass tal-fjuwil, buteni u idrokarburi likwidi li flimkien jagħmlu mill-anqas 50 fil-mija tal-massa tat-taħlita totali tal-prodott. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta’ prodotti kimiċi ta’ valur għoli bħala prodotti ppurifikati jew prodotti intermedjarji, b’kontenut ikkonċentrat tal-HVC rispettivi fl-aktar forma baxxa li tista’ tiġi kummerċjalizzata (C4 greġġi, gażolina tal-piroliżi mhux idroġenata) huma inklużi, minbarra l-estrazzjoni ta’ C4 (impjant tal-butadin), l-idroġenizzazzjoni ta’ C4, l-idrotrattament tal-gażolina tal-piroliżi u l-estrazzjoni tal-aromatiċi kif ukoll il-loġistika/ħażna għall-operat ta’ kuljum. Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema. |
0,702 |
|
Aromatiċi |
Taħlita ta’ aromatiċi espressa bħala tunnellata peżata bis-CO2 (CWT). |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-idrotrattatur tal-gażolina tal-piroliżi tas-subunitajiet tal-aromatiċi, estrazzjoni ta’ benżen/toluwen/ksilen (BTX), TDP, HDA, isomerizzazzjoni ta’ ksilen, unitajiet ta’ P-ksilen, produzzjoni ta’ kumen u produzzjoni ta’ Ċiklo-eżan huma inklużi. Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema. |
0,0295 |
|
Stiren |
Monomer ta’ stiren (vinil benżen, in-numru CAS: 100-42-5). Espress f’tunnellati ta’ stiren (prodott li jista’ jinbiegħ). |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta’ stiren kif ukoll tal-prodott intermedju etilbenżen (bl-ammont użat bħala alimentazzjoni għall-produzzjoni ta’ stiren) huma inklużi. Għal installazzjonijiet li jipproduċu kemm l-ossidu tal-propilen kif ukoll il-monomeru tal-istiren, il-faċilitajiet iddedikati esklussivament għall-operazzjonijiet ta’ unità ta’ propilen u ossidu tal-propilen huma esklużi minn dan il-parametru referenzjarju, u l-faċilitajiet kondiviżi huma koperti fi proporzjon mal-produzzjoni f’tunnellati tal-produzzjoni tal-monomeru tal-istiren. Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema. |
0,527 |
|
Idroġenu |
Idroġenu pur u taħlitiet ta’ idroġenu u monossidu tal-karbonju b’kontenut ta’ idroġenu ≥ 60 % frazzjoni tal-volum tat-total ta’ idroġenu fil-kontenut flimkien ma’ monossidu tal-karbonju fuq il-bażi tal-aggregazzjoni tal-prodotti kollha li fihom l-idroġenu u l-monossidu tal-karbonju esportati mis-subinstallazzjoni kkonċernata espressi bħala tunnellati ta’idroġenu 100 % pur, bħala prodott nett li jista’ jinbiegħ. L-idroġenu użat għall-produzzjoni tal-ammonijaka ma huwiex kopert minn dan il-parametru referenzjarju iżda taħt il-parametru referenzjarju tal-ammonijaka. L-idroġenu prodott mill-elettroliżi tal-kloralkali jew mill-produzzjoni tal-klorat jew rilaxxat mill-konverżjoni kimika minn trasportaturi tal-idroġenu użati għat-trasport tal-idroġenu minn faċilitajiet ta’ produzzjoni ma huwiex kopert minn dan il-parametru referenzjarju. |
L-elementi ta’ proċess rilevanti kollha, marbuta direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-idroġenu u s-separazzjoni tal-idroġenu u l-monossidu tal-karbonju huma inklużi. Dawn l-elementi jinsabu bejn: (a) il-punt(i) ta’ dħul tal-materja prima u, jekk separat, tal-fjuwil(s); (b) il-punti ta’ ħruġ tal-prodotti kollha li fihom l-idroġenu u/jew il-monossidu tal-karbonju; (c) il-punt(i) ta’ dħul jew ħruġ tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni tas-sħana. Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema. |
8,85 |
|
Gass sintetiku (syngas) |
Taħlitiet ta’ idroġenu u monossidu tal-karbonju b’kontenut ta’ idroġenu < 60 % frazzjoni tal-volum tat-total ta’ idroġenu flimkien ma’ monossidu tal-karbonju abbażi tal-aggregazzjoni tal-prodotti kollha li fihom l-idroġenu u l-monossidu tal-karbonju esportati mis-subinstallazzjoni kkonċernata. Espressi f’tunnellati ta’ gass sintetiku referut għal idroġenu b’volum ta’ 47 fil-mija, bħala prodott nett li jista’ jinbiegħ. |
L-elementi ta’ proċess rilevanti kollha direttament jew indirettament marbuta mal-produzzjoni ta’ syngas u s-separazzjoni tal-idroġenu u l-monossidu tal-karbonju huma inklużi. Dawn l-elementi jinsabu bejn: (a) il-punt(i) ta’ dħul tal-materja prima u, jekk separat, tal-fjuwil(s); (b) il-punti ta’ ħruġ tal-prodotti kollha li fihom l-idroġenu u/jew il-monossidu tal-karbonju (c) il-punt(i) ta’ dħul jew ħruġ tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni tas-sħana Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema. |
0,242 |
|
Ossidu tal-etilen/glikoli tal-etilen |
Il-parametru referenzjarju tal-ossidu tal-etilen/glikol tal-etilen ikopri l-prodotti ossidu tal-etilen (EO, purità għolja), glikol tal-monoetilen (MEG, grad standard + grad tal-fibra (purità għolja)), glikol tad-dietilen (DEG), glikol tat-trietilen (TEG). L-ammont totali ta’ prodotti huwa espress f’termini ta’ tunnellati ekwivalenti tal-EO (EOE), li huma ddefiniti bħala l-ammont ta’ EO (f’massa) li huwa inkorporat f’unità ta’ massa waħda tal-glikol speċifiku. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajet tal-proċess: il-produzzjoni tal-EO, il-purifikazzjoni tal-EO, u s-sezzjoni tal-produzzjoni tal-glikol huma inklużi. Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema. |
0,512 |
Jekk ma tingħata l-ebda referenza oħra, il-parametri referenzjarji kollha ta’ prodott jirreferu għal tunnellata ta’ prodott li kien immanifatturat espressa bħala produzzjoni (netta) li tista’ tinbiegħ u għal purità ta’ 100 % tas-sustanza kkonċernata.
Id-definizzjonijiet kollha tal-proċessi u l-emissjonijiet koperti (limiti tas-sistema) jinkludu vvampjar meta dawn iseħħu.
3. Parametri referenzjarji tas-sħana u l-fjuwil
|
Parametru referenzjarju |
Punt tat-tluq għad-determinazzjoni tar-rata ta' tnaqqis annwali għall-aġġornament tal-valur tal-parametru referenzjarju (kwoti/TJ) |
|
Parametru referenzjarju tas-sħana |
62,3 |
|
Parametru referenzjarju tal-fjuwil |
56,1 |
ANNESS II
Parametri referenzjarji ta' prodotti speċifiċi
1. Parametru referenzjarju tar-raffineriji: Funzjonijiet ta' tunnellata ponderata ta' CO2 (CWT)
|
Funzjoni CWT |
Deskrizzjoni |
Bażi (kt/a) (*1) |
Fattur tas-CWT |
|
Distillazzjoni Atmosferika Mhux Irraffinata |
Impjant għal Distillazzjoni Atmosferika Moderata miż-Żejt, Impjant għal Distillazzjoni Atmosferika Standard miż-Żejt |
F |
1,00 |
|
Distillazzjoni bil-Vakwu |
Frazzjonazzjoni bil-Vakwu Moderata, Kolonna tal-Vakwu Standard, Kolonna tal-Frazzjonazzjoni bil-Vakwu Il-fattur tad-distillazzjoni bil-vakwu jinkludi wkoll l-enerġija u emissjonijiet medji għal unità ta' Vakwu ta' Alimenti Tqal (HFV) (Heavy Feed Vacuum). Minħabba li din hija dejjem f'serje mal-Unità ta' Vakwu ta' Moderat (MVU) (Mild Vacuum Unit), il-kapaċità HFV ma tingħaddx separatament. |
F |
0,85 |
|
Deasfaltar b'Solvent |
Solvent Konvenzjonali, Solvent Superkritiku |
F |
2,45 |
|
Tnaqqis tal-viskosità |
Residwu Atmosferiku (mingħajr Soaker Drum), Residwu Atmosferiku (b'Soaker Drum), Alimentazzjoni mill-Qigħan bil-Vakwu (mingħajr Soaker Drum), Alimentazzjoni mill-Qigħan bil-Vakwu (b'Soaker Drum) Il-fattur tat-tnaqqis tal-viskosità jinkludi wkoll l-enerġija u emissjonijiet medji għal Flasher Column għall-Vakwu (VAC VFL) imma l-kapaċità ma tingħaddx separatament. |
F |
1,40 |
|
Krekkjar Termali |
Il-fattur tal-ikkrekkjar termali jinkludi wkoll l-enerġija u emissjonijiet medji għal Flasher Column għall-Vakwu (VAC VFL) imma l-kapaċità ma tingħaddx separatament. |
F |
2,70 |
|
Ikkokkjar Imdewwem |
Ikkokkjar Imdewwem |
F |
2,20 |
|
Ikkokkjar Fluwidu |
Ikkokkjar Fluwidu |
F |
7,60 |
|
Flessikokkjar |
Flessikokkjar |
F |
16,60 |
|
Ikkalċinar tal-Kokk |
Ċmieni b'Assi Vertikali, Forn Rotatorju b'Assi Orizzontali |
P |
12,75 |
|
Krekkjar Katalitiku Fluwidu |
Krekkjar Katalitiku Fluwidu, Krekkjar Katalitiku Residwu Moderat, Krekkjar Katalitiku Residwu |
F |
5,50 |
|
Krekkjar Katalitiku Ieħor |
Krekkjar Katalitiku Houdry, Krekkjar Katalitiku Thermofor |
F |
4,10 |
|
Idrokrekkjar ta' Distillat/Żejt tal-Gass |
Idrokrekkjar Moderat, Idrokrekkjar Sever, Idrokrekkjar tan-Nafta |
F |
2,85 |
|
Idrokrekkjar Residwu |
H-Oil, LC-Fining™ u Hycon |
F |
3,75 |
|
Idrotrattament ta' Nafta/Gażolina |
Saturazzjoni tal-Benżen, Desulfurizzazzjoni Tneħħija tal-Kubrit ta' Alimentazzjoni C4–C6, Nafta Konvenzjonali H/T, Saturizzazzjoni ta' Diolefin għal Olefin, Saturizzazzjoni ta' Diolefin għal Olefin ta' Tidħil tal-Alkilazzjoni, Idrotrattament ta' Gażolina FCC b'telf minimu ta' oktan, Alkilazzjoni Olefinika ta' Thio S, il-Proċess S-Zorb™, H/T Selettiv ta' Pygas/Nafta, Desulfurizzazzjoni ta' Pygas/Nafta, H/T Selettiv ta' Pygas/Nafta Il-fattur tal-idrotrattament tan-nafta jinkludi l-enerġija u l-emissjonijiet għal Reattur għal H/T Selettiv (NHYT/RXST) imma l-kapaċità ma tingħaddx separatament. |
F |
1,10 |
|
Idrotrattament ta' Pitrolju/Diżil |
Saturazzjoni Aromatika, H/T Konvenzjonali, Idroġenerazzjoni ta' Aromatiċi Solventi, H/T ta' Distillat Konvenzjonali, H/T ta' Distillat ta' Severità Għolja, H/T ta' Severità Għolja Ħafna, Tneħħija tax-Xama' minn Distillat Medju, il-Proċess S-Zorb™, Idrotrattament Selettiv ta' Distillati |
F |
0,90 |
|
Idrotrattament Residwu |
Tnaqqis tas-sulfurizzazzjoni ta' Residwu Atmosferiku, Tnaqqis tas-sulfurizzazzjoni tar-Residwu tal-Vakwu |
F |
1,55 |
|
Idrotrattament ta' VGO |
Idrodesulfurizzazzjoni/denitrifikazzjoni, Idrodesulfurizzazzjoni |
F |
0,90 |
|
Produzzjoni tal-Idroġenu |
Riforma tal-Metanu bl-Istim, Riforma tan-Nafta bl-Istim, Unitajiet ta' Ossidazzjoni Parzjali ta' Alimentazzjoni Ħafifa Il-fattur għall-produzzjoni tal-idroġenu jinkludi l-enerġija u l-emissjonijiet għall-purifikazzjoni (H2PURE), imma l-kapaċità ma tingħaddx separatament. |
P (relatat ma' 100 % idroġenu) |
300,00 |
|
Riforma Katalitika |
Riġenerazzjoni Kontinwa, Ċiklika, Semiriġenerattiva, AROMAX |
F |
4,95 |
|
Alkilazzjoni |
Alkilazzjoni bl-Aċidu HF, Alkilazzjoni bl-Aċidu Sulfuriku, Polimerizzazzjoni ta' Alimentazzjoni ta' C3 Olefin, Polimerizzazzjoni ta' Alimentazzjoni ta' C3/C4, Dimersol Il-fattur għall-alkilazzjoni/polimerizzazzjoni jinkludi l-enerġija u l-emissjonijiet għar-riġenerazzjoni tal-aċidu (ACID), imma l-kapaċità ma tingħaddx separatament. |
P |
7,25 |
|
Isomerizzazzjoni C4 |
Isomerizzazzjoni C4 Il-fattur jinkludi wkoll l-enerġija u l-emissjonijiet relatati mal-frazzjonazzjoni speċjali (DIB) tal-medja tal-UE27 ikkorrelatata mal-isomerizzazzjoni C4. |
R |
3,25 |
|
Isomerizzazzjoni C5/C6 |
Isomerizzazzjoni C5/C6 Il-fattur jinkludi wkoll l-enerġija u l-emissjonijiet relatati mal-frazzjonazzjoni speċjali (DIH) tal-medja tal-UE27 ikkorrelatata mal-isomerizzazzjoni C5. |
R |
2,85 |
|
Produzzjoni ta' Ossiġenat |
Unitajiet ta' Distillazzjoni MBTE, Unitajiet ta' Estrazzjoni MTBE, ETBE, TAME, Produzzjoni ta' Isootten |
P |
5,60 |
|
Produzzjoni ta' Propilen |
Grad Kimiku, Grad Polimer |
F |
3,45 |
|
Manifattura tal-Asfalt |
Manifattura tal-Asfalt u l-Bitum Iċ-ċifra tal-produzzjoni għandha tinkludi l-Asfalt Immodifikat bil-Polimer. Il-fattur CWT jinkludi l-infieħ |
P |
2,10 |
|
Taħlit ta' Asfalt Immodifikat bil-Polimer |
Taħlit ta' Asfalt Immodifikat bil-Polimer |
P |
0,55 |
|
Irkupru ta' Kubrit |
Irkupru ta' Kubrit Il-fattur għall-irkupru tal-kubrit jinkludi l-enerġija u l-emissjonijiet għall-irkupru tal-gass residwu (TRU) u l-Unità Springer tal-H2S (U32) (H2S Springer Unit), imma l-kapaċità ma tingħaddx separatament. |
P |
18,60 |
|
Estrazzjoni ta' Solvent Aromatiku |
ASE: Distillar permezz ta' estrazzjoni, ASE: Likwidu/Estrazzjoni tal-Likwidu, ASE: Lik/Lik b'Estrazzjoni Distillazzjoni Il-fattur CWT ikopri l-alimentazzjoni kollha inkluż il-Pygas wara l-idrotrattament. L-idrotrattament tal-Pygas għandu jitqies taħt l-idrotrattament tan-nafta. |
F |
5,25 |
|
Idrodealkilazzjoni |
Idrodealkilazzjoni |
F |
2,45 |
|
TDP/TDA |
Disproporzjonazzjoni/Dealkilazzjoni tat-Toluwen |
F |
1,85 |
|
Produzzjoni ta' Ċikloeksan |
Produzzjoni ta' Ċikloeksan |
P |
3,00 |
|
Isomerizzazzjoni tal-Ksilen |
Isomerizzazzjoni tal-Ksilen |
F |
1,85 |
|
Produzzjoni ta' Paraksilen |
Assorbiment tal-Paraksilen, il-Kristallizzazzjoni tal-Paraksilen Il-fattur jinkludi wkoll l-enerġija u l-emissjonijiet għal Frazzjonatur tal-Ksilen u Kolonna ta' distillazzjoni mill-ġdid tal-ortossilen (Orthoxylene Rerun Column). |
P |
6,40 |
|
Produzzjoni ta' Metaksilen |
Produzzjoni ta' Metaksilen |
P |
11,10 |
|
Produzzjoni ta' anidride ftalika |
Produzzjoni ta' anidride ftalika |
P |
14,40 |
|
Produzzjoni ta' Anidride Malejka |
Produzzjoni ta' Anidride Malejka |
P |
20,80 |
|
Produzzjoni ta' Etilbenżen |
Produzzjoni ta' Etilbenżen Il-fattur jinkludi wkoll l-enerġija u l-emissjonijiet għad-distillazzjoni tal-Etilbenżen |
P |
1,55 |
|
Produzzjoni tal-Kumen |
Produzzjoni tal-Kumen |
P |
5,00 |
|
Produzzjoni tal-Fenol |
Produzzjoni tal-Fenol |
P |
1,15 |
|
Estrazzjoni ta' solvent tal-lubrifikanti |
Estrazzjoni ta' solvent tal-lubrifikanti: Is-Solvent huwa l-Furfural, is-Solvent huwa l-NMP, is-Solvent huwa l-Fenol, is-Solvent huwa l-SO2 |
F |
2,10 |
|
Tneħħija tax-xama' mis-solvent tal-lubrifikanti |
Tneħħija tax-xama' mis-solvent tal-lubrifikanti: Is-Solvent huwa l-Klorokarbonju, is-Solvent huwa l-MEK/Toluwen, is-Solvent huwa l-MEK/MIBK, is-Solvent huwa l-Propan |
F |
4,55 |
|
Isomerizzazzjoni tax-Xama' Katalitika |
L-Isomerizzazzjoni tax-Xama' Katalitika u t-Tneħħija tax-Xama', l-Ikkrekkjar Selettiv tax-Xama' |
F |
1,60 |
|
Idrokrakkjatur tal-Lubrifikanti (Lube Hydrocracker) |
Idrokrakkjatur tal-Lubrifikanti b'Distillazzjoni Multifrazzjoni, Idrokrakkjatur tal-Lubrifikazzjoni b'Vacuum Stripper |
F |
2,50 |
|
Separazzjoni taż-Żejt u x-Xama' |
Separazzjoni taż-Żejt u x-Xama': Is-Solvent huwa l-Klorokarbonju, is-Solvent huwa l-MEK/Toluwen, is-Solvent huwa l-MEK/MIBK, is-Solvent huwa l-Propan |
P |
12,00 |
|
Idrotrattament ta' Lubrifikant/Xama' |
Lube H/F b'Vacuum Stripper, Lube H/T b'Distillazzjoni Multifrazzjoni, Lube H/T b'Vacuum Stripper, Xama' H/F b'Vacuum Stripper, Xama' H/T b'Distillazzjoni Multifrazzjoni, Xama' H/T b'Vacuum Stripper |
F |
1,15 |
|
Idrotrattament ta' Solventi |
Idrotrattament ta' Solventi |
F |
1,25 |
|
Frazzjonazzjoni ta' Solventi |
Frazzjonazzjoni ta' Solventi |
F |
0,90 |
|
Għarbiel molekulari għal paraffin C10+ |
Għarbiel molekulari għal paraffin C10+ |
P |
1,85 |
|
Ossidazzjoni Parzjali ta' Alimentazzjoni Residwa (POX) għall-Fjuwil |
POX Syngas għall-Fjuwil |
SG (referut għal 47 % idroġenu) |
8,20 |
|
Ossidazzjoni Parzjali ta' Tidħil Residwu (POX) għall-Idroġenu jew il-Metanol |
POX Syngas għall-Idroġenu jew il-Metanol, POX Syngas għall-Metanol Il-fattur jinkludi l-enerġija u l-emissjonijiet għal CO Shift u Purifikazzjoni H2 (U71) imma l-kapaċità ma tingħaddx separatament. |
SG (relatat ma' 47 % idroġenu) |
44,00 |
|
Metanol minn syngas |
Metanol |
P |
– 36,20 |
|
Separazzjoni bl-Arja |
Separazzjoni bl-Arja |
P (MNm3 O2) |
8,80 |
|
Frazzjonazzjoni ta' NGL mixtri |
Frazzjonazzjoni ta' NGL mixtri |
F |
1,00 |
|
Trattament ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija |
DeSOx u deNOx |
F (MNm3) |
0,10 |
|
Trattament u Kompressjoni ta' Gass tal-Fjuwil għall-Bejgħ ta' Prodotti |
Trattament u Kompressjoni ta' Gass tal-Fjuwil għall-Bejgħ ta' Prodotti |
kW |
0,15 |
|
Desalinazzjoni tal-Ilma Baħar |
Desalinazzjoni tal-Ilma Baħar |
P |
1,15 |
|
(*1)
Alimentazzjoni ġdida netta (F), Alimentazzjoni tar-Reattur (R, tinkludi r-riċiklar), Alimentazzjoni tal-Prodott (P), Produzzjoni ta' gass ta' sinteżi għall-unitajiet POX (SG) |
|||
2. Parametru refenzjarju tal-aromatiċi Funzjonijiet CWT
|
Funzjoni CWT |
Deskrizzjoni |
Bażi (kt/a) (*1) |
Fattur tas-CWT |
|
Idrotrattament ta' Nafta/gażolina |
Saturazzjoni tal-Benżen, Tneħħija tal-Kubrit ta' Alimentazzjoni C4–C6, Nafta Konvenzjonali H/T, Saturizzazzjoni ta' Diolefin għal Olefin, Saturizzazzjoni ta' Diolefin għal Olefin ta' Tidħil tal-Alkilazzjoni, Idrotrattament ta' Gażolina FCC b'telf minimu ta' oktan, Alkilazzjoni Olefinika ta' Thio S, il-Proċess S-Zorb™, H/T Selettiv ta' Pygas/Nafta, Desulfurizzazzjoni ta' Pygas/Nafta, H/T Selettiv ta' Pygas/Nafta. Il-fattur tal-idrotrattament tan-nafta jinkludi l-enerġija u l-emissjonijiet għal Reattur għal H/T Selettiv (NHYT/RXST) imma l-kapaċità ma tingħaddx separatament. |
F |
1,10 |
|
Estrazzjoni ta' Solvent Aromatiku |
ASE: Distillar permezz ta' estrazzjoni, ASE: Likwidu/Estrazzjoni tal-Likwidu, ASE: Lik/Lik b'Estrazzjoni Distillazzjoni Il-fattur CWT ikopri l-alimentazzjoni kollha inkluż il-Pygas wara l-idrotrattament. L-idrotrattament tal-Pygas għandu jitqies taħt l-idrotrattament tan-nafta. |
F |
5,25 |
|
TDP/TDA |
Disproporzjonazzjoni/Dealkilazzjoni tat-Toluwen |
F |
1,85 |
|
Idrodealkilazzjoni |
Idrodealkilazzjoni |
F |
2,45 |
|
Isomerizzazzjoni tal-Ksilen |
Isomerizzazzjoni tal-Ksilen |
F |
1,85 |
|
Produzzjoni ta' Paraksilen |
Assorbiment tal-Paraksilen, il-Kristallizzazzjoni tal-Paraksilen Il-fattur jinkludi wkoll l-enerġija u l-emissjonijiet għal Frazzjonatur tal-Ksilen u Kolonna ta' distillazzjoni mill-ġdid tal-ortossilen (Orthoxylene Rerun Column). |
P |
6,40 |
|
Produzzjoni ta' Ċikloeksan |
Produzzjoni ta' Ċikloeksan |
P |
3,00 |
|
Produzzjoni tal-Kumen |
Produzzjoni tal-Kumen |
P |
5,00 |
|
(*1)
Alimentazzjoni ġdida netta (F), Alimentazzjoni tal-Prodott (P) |
|||
ANNESS III
Il-livell storiku ta’ attività għal parametri referenzjarji speċifiċi msemmija fl-Artikoli 15(8) u 17(f)
1. Il-livell storiku ta’ attività relatat ma’ prodott għall-perjodu ta’ referenza għal prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju tar-raffinerija kif imsemmi fl-Anness I japplika fuq il-bażi tal-funzjonijiet CWT differenti, id-definizzjonijiet tagħhom, il-bażi għall-produzzjoni kif ukoll il-fatturi CWT kif elenkati fl-Anness II, għandu jkun determinat skont il-formula li ġejja:
fejn:
|
HALCWT |
: |
il-livell storiku ta’ attività espress bħala CWT |
|
TPi,k |
: |
il-produzzjoni tal-funzjoni i tas-CWT fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza |
|
CWTi |
: |
il-fattur CWT tal-funzjoni i tas-CWT |
|
TPAD,k |
: |
il-produzzjoni tal-funzjoni CWT “Distillazzjoni Mhux Raffinata Atmosferika” fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza |
2. Il-livell storiku ta’ attività relatat ma’ prodott għal perjodu ta’ referenza għall-prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju tal-ġir kif imsemmi fl-Anness I għandu jkun determinat skont il-formula li ġejja:
fejn:
|
HALlime,standard |
: |
il-livell storiku ta’ attività għall-produzzjoni tal-ġir espress f’tunnellati ta’ ġir pur standard |
|
mCaO,k |
: |
il-kontenut ta’ CaO liberu fil-ġir prodott fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza espress bħala massa-% |
|
mMgO,k |
: |
il-kontenut ta’ MgO liberu fil-ġir prodott fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza espress bħala massa-% |
|
HALlime,uncorrected,k |
: |
il-livell storiku ta’ attività mhux ikkoreġut għal produzzjoni tal-ġir fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza espress f’tunnellati ta’ ġir |
3. Il-livell storiku ta’ attività relatat ma’ prodott għal perjodu ta’ referenza għall-prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju tal-ġir dolomitiku kif imsemmi fl-Anness I għandu jkun determinat skont il-formula li ġejja:
fejn:
|
HALdolime,standard |
: |
il-livell storiku ta’ attività għal produzzjoni tal-ġir dolomitiku espress f’tunnellati ta’ ġir dolomitiku pur standard |
|
mCaO,k |
: |
il-kontenut ta’ CaO liberu fil-ġir dolomitiku prodott fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza espress bħala massa-% |
|
mMgO,k |
: |
il-kontenut ta’ MgO liberu fil-ġir dolomitiku prodott fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza espress bħala massa-% |
|
HALdolime,uncorrected,k |
: |
il-livell storiku ta’ attività mhux ikkoreġut għal produzzjoni tal-ġir dolomitiku fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza espress f’tunnellati ta’ ġir |
4. Il-livell storiku ta’ attività relatat ma’ prodott għal perjodu ta’ referenza għall-prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju ta’ prodott tal-ikkrekkjar bl-istim kif imsemmi fl-Anness I għandu jkun iddeterminat skont il-formula li ġejja:
fejn:
|
HALHVC,net |
: |
il-livell storiku ta’ attività għal kimiċi ta’ valur għoli netti minn kimiċi ta’ valur għoli prodotti minn alimentazzjoni supplimentari espress bħala tunnellati ta’ HVC |
|
HALHVC,total,k |
: |
il-livell storiku ta’ attività għall-produzzjoni totali ta’ kimiċi ta’ valur għoli fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza espress bħala tunnellati ta’ HVC |
|
HSFH,k |
: |
alimentazzjoni supplimentari storika ta’ idroġenu fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza espress bħala tunnellati ta’ idroġenu |
|
HSFE,k |
: |
alimentazzjoni supplimentari storika ta’ etilene fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza espress bħala tunnellati ta’ etilene |
|
HSFO,k |
: |
alimentazzjoni supplimentari storika ta’ kimiċi ta’ valur għoli għajr l-idroġenu u l-etilene fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza espress bħala tunnellati ta’ HVC |
5. Il-livell storiku ta’ attività relatat ma’ prodott għall-perjodu ta’ referenza għal prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju ta’ prodott għall-aromatiċi kif imsemmi fl-Anness I japplika fuq il-bażi tal-funzjonijiet CWT differenti, id-definizzjonijiet tagħhom, il-bażi għall-produzzjoni kif ukoll il-fatturi CWT kif elenkati fl-Anness II għandu jkun iddeterminat skont il-formula li ġejja:
fejn:
|
HALCWT |
: |
il-livell storiku ta’ attività espress bħala CWT |
|
TPi,k |
: |
il-produzzjoni tal-funzjoni i tas-CWT fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza |
|
CWTi |
: |
il-fattur CWT tal-funzjoni i tas-CWT |
6. Meta tiġi prodotta taħlita ta’ idroġenu u monossidu tal-karbonju, il-livell storiku ta’ attività relatat ma’ prodott għal perjodu ta’ referenza għall-prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju ta’ prodott tal-idroġenu kif imsemmi fl-Anness I għandu jkun determinat skont il-formula li ġejja:
fejn:
|
HALH2 |
: |
il-livell storiku ta’ attività għall-produzzjoni tal-idroġenu imsemmi bħala 100 % idroġenu |
|
HALH2,act |
: |
il-produzzjoni reali tal-idroġenu |
|
HALH2, WGS |
: |
produzzjoni addizzjonali ta’ idroġenu taħt reazzjoni teoretika ta’ tibdil sħiħ tal-gass fl-ilma (WGS), ikkalkulata permezz tal-proporzjon stojkjometriku bħala HALCO, act x 0,071967 t H2/tCO għar-reazzjoni WGS |
|
HALCO, act |
: |
il-produzzjoni reali tal-monossidu tal-karbonju |
|
Emact |
: |
l-emissjonijiet reali relatati mal-produzzjoni tal-idroġenu |
|
EmWGS |
: |
emissjonijiet addizzjonali relatati mal-produzzjoni tal-idroġenu minn reazzjoni teoretika kompluta WGS |
L-emissjonijiet reali relatati mal-produzzjoni tal-idroġenu għandhom jiġu ddeterminati kif ġej:
fejn:
|
Emact |
: |
l-emissjonijiet reali relatati mal-produzzjoni tal-idroġenu |
|
DirEmact |
: |
l-emissjonijiet diretti reali esklużi l-emissjonijiet relatati mas-sħana, qabel kwalunkwe qbid tal-karbonju għall-użu jew għall-ħżin ġeoloġiku. Għall-emissjonijiet li jirriżultaw mill-bijomassa, l-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkulati bħala l-kontenut ta’ enerġija mill-bijomassa mmultiplikat bil-fattur ta’ emissjoni tal-gass naturali minflok l-emissjonijiet reali |
|
Heatexport,act |
: |
esportazzjoni netta reali tas-sħana |
|
BMheat |
: |
il-valur tal-parametru referenzjarju tas-sħana għas-sħana li titkejjel għall-perjodu ta’ allokazzjoni rilevanti |
L-emissjonijiet addizzjonali relatati mal-produzzjoni tal-idroġenu minn tibdil teoretiku komplut tal-gass tal-ilma għandhom jiġu ddeterminati kif ġej:
fejn:
|
COWGS |
: |
l-ammont ta’ CO prodott qabel il-konverżjoni teoretika addizzjonali f’CO2 permezz tar-reazzjoni WGS |
|
MCO2 |
: |
massa molekulari ta’ CO2 (44,01 g/mol) |
|
MCO |
: |
massa molekulari ta’ CO (28,01 g/mol) |
|
Heatexport,WGS |
: |
esportazzjoni netta addizzjonali teoretika tas-sħana wara r-reazzjoni WGS sħiħa li tassumi rkupru tas-sħana ta’ 99,5 %, ikkalkulata permezz tal-entalpija tar-reazzjoni WGS (20,439 GW/t H2 prodotti) immultiplikata b’HALH2,WGS u bl-effiċjenza tal-irkupru ta’ 99,5 % |
|
BMheat |
: |
il-valur tal-parametru referenzjarju tas-sħana għas-sħana li titkejjel għall-perjodu ta’ allokazzjoni rilevanti |
7. Il-livell storiku ta’ attività relatat ma’ prodott għal perjodu ta’ referenza għall-prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju ta’ prodott għal gass ta’ sinteżi (syngas) kif imsemmi fl-Anness I għandu jkun determinat skont il-formula li ġejja:
fejn:
|
HALsyngas |
: |
il-livell storiku ta’ attività għall-produzzjoni ta’ gass ta’ sinteżi relatat ma’ 47 % idroġenu |
|
VFH2,k |
: |
il-frazzjoni tal-volum ta’ produzzjoni storika ta’ idroġenu pur f’volum totali ta’ idroġenu u monossidu tal-karbonju fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza |
|
HALH2+CO,k |
: |
il-livell storiku ta’ attività għall-produzzjoni ta’ gass ta’ sinteżi relatata mal-kontenut storiku tal-idroġenu espress bħala norma metri kubi kull sena relatati ma’ 0 °C u 101,325 kPa fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza |
8. Il-livell storiku ta’ attività relatat mal-prodott għall-perjodu ta’ referenza għall-prodotti li għalihom japplika l-parametru referenzjarju tal-prodott tal-ossidu tal-etilene/glikoli tal-etilene kif imsemmi fl-Anness I għandu jkun iddeterminat skont il-formula li ġejja:
fejn:
|
HALEO/EG |
: |
il-livell storiku ta’ attività għall-produzzjoni tal-ossidu tal-etilene/glikol tal-etilene espress f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ ossidu tal-etilene |
|
HALi,k |
: |
il-livell storiku ta’ attività għall-produzzjoni tal-ossidu tal-etilene jew glikol i fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza espress f’tunnellati |
|
CFEOE,i |
: |
fattur ta’ konverżjoni għall-ossidu tal-etilene jew glikol i relattiv għall-ossidu tal-etilene |
Għandhom jiġu applikati l-fatturi ta’ konverżjoni li ġejjin:
ANNESS IV
Il-parametri għall-ġbir tad-data bażi
Mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-awtorità kompetenti li titlob dettalji addizzjonali skont l-Artikolu 15(1), l-operaturi għandhom jissottomettu għall-finijiet tar-rapport ta' bażi ta' data, id-data li ġejja fil-livell ta' installazzjoni u subinstallazzjoni għas-snin kalendarji kollha tal-perjodu ta' referenza rilevanti. Għal dawk li jidħlu ġodda, ir-rapport ta' data għandu jkopri d-data elenkata fit-taqsimiet 1 u 2 fil-livell ta' installazzjoni u subinstallazzjoni.
1. DATA ĠENERALI DWAR L-INSTALLAZZJONI
1.1. Identifikazzjoni tal-installazzjoni u l-operatur
Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:
L-isem u l-indirizz tal-installazzjoni;
L-identifikatur tal-installazzjoni użat fir-Reġistru tal-Unjoni;
L-identifikatur tal-permess u data tal-ħruġ tal-ewwel permess ta' emissjonijiet ta' gass serra (GHG) li rċeviet l-installazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/87/KE;
L-identifikatur tal-permess u d-data tal-permess GHG l-aktar riċenti, jekk applikabbli;
Isem u indirizz tal-operatur, informazzjoni tal-kuntatt ta' rappreżentant awtorizzat u ta' persuna prinċipali għall-finijiet ta' kuntatt, jekk differenti.
1.2. Informazzjoni tal-verifikatur
Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:
Isem u indirizz tal-verifikatur, informazzjoni tal-kuntatt ta' rappreżentant awtorizzat u ta' persuna prinċipali għall-finijiet ta' kuntatt, jekk differenti.
Isem tal-korp nazzjonali ta' akkreditament li akkredita l-verifikatur;
Numru ta' reġistrazzjoni maħruġ mill-korp nazzjonali ta' akkreditament.
1.3. Informazzjoni dwar l-attività
Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:
Lista ta' attivitajiet skont l-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE mwettqa fl-istallazzjoni;
Il-kodiċi NACE (reviżjoni 2) tal-installazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );
Jekk l-installazzjoni taqax taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li jistgħu jiġu esklużi mill-EU ETS skont l-Artikolu 27 jew l-Artikolu 27a tad-Direttiva 2003/87/KE:
L-input termiku nominali totali għall-attivitajiet rilevanti kollha skont l-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE.
1.4. L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonalità fl-Artikoli 22a u 22b
Din l-entrata fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
Jekk ikunx inħareġ rapport tal-awditjar tal-enerġija jew jekk tkunx ġiet implimentata sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija ċċertifikata għall-installazzjoni skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/27/UE;
Jekk hemmx rakkomandazzjonijiet pendenti tar-rapport tal-awditjar tal-enerġija jew tas-sistema tal-ġestjoni tal-enerġija ċċertifikata skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/27/UE;
Jekk l-installazzjoni hijiex installazzjoni tat-tisħin distrettwali, eliġibbli għal allokazzjoni bla ħlas addizzjonali skont l-Artikolu 10b(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, u l-operatur tagħha huwiex beħsiebu japplika għall-allokazzjoni bla ħlas addizzjonali;
Għas-subinstallazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju tal-prodott kollha, jekk il-livelli tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kinux ogħla mit-80 perċentil tal-livelli tal-emissjonijiet għall-parametri referenzjarji rilevanti tal-prodott fis-snin 2016 u 2017;
Jekk ġiex sottomess pjan tan-newtralità klimatika f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2441, fejn rilevanti;
Informazzjoni ddettaljata dwar l-issodisfar tal-kundizzjonijiet għall-allokazzjoni bla ħlas skont l-Artikoli 22a u 22b.
1.5. Lista ta' subinstallazzjonijiet:
Din il-partita fiha lista tas-subinstallazzjonijiet kollha fl-installazzjoni.
1.6. Lista ta' konnessjonijiet ma' installazzjonijiet oħra tal-EU ETS jew entitajiet mhux ETS għat-trasferiment ta' sħana li tista' titkejjel, prodotti intermedji, gassijiet ta' skart jew CO2 għall-użu f'dik l-istallazzjoni jew ħażna ġeoloġika permanenti
Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja għal kull installazzjoni jew entità konnessa:
Isem tal-installazzjoni jew entità konnessa;
Tip ta' konnessjoni (importazzjoni jew esportazzjoni: sħana li titkejjel, gassijiet ta' skart, CO2);
L-istallazzjoni jew l-entità nnifisha taqa' taħt l-ambitu tal-EU ETS?
2. DATA ANNWALI DETTALJATA GĦAL KULL SENA FIL-PERJODU TA' REFERENZA
2.1. Data annwali dettaljata dwar l-emissjonijiet verifikati fil-livell ta' installazzjoni
Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:
Għal kull fluss minn sors: Data dwar l-attività, fatturi ta' kalkolu użati, emissjonijiet fossili, emissjonijiet mill-bijomassa, f'każ ta' fjuwils (inkluż jekk jintuża bħala input fi proċess) l-input tal-enerġija kkalkulat mill-Valur Kalorifiku Nett (NCV);
Għal kull sors ta' emissjoni li għalih ġew użati sistemi kontinwi ta' monitoraġġ tal-emissjonijiet: emissjonijiet mill-fossili, emissjonijiet mill-bijomassa, il-medja annwali fis-siegħa tal-konċentrazzjoni tal-GHG u l-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija; fil-każ ta' CO2: data proxy għall-input tal-enerġija assoċjat mal-emissjonijiet;
Fejn jintuża approċċ ta' rimedju skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012, l-emissjonijiet tal-fossili u tal-bijomassa ddeterminati, data proxy għal input tal-enerġija assoċjat mal-emissjonijiet, jekk applikabbli;
L-ammont ta' CO2 ttrasferit importat u/jew esportat.
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jippermettu lill-operaturi jirrappurtaw biss iċ-ċifri tal-emissjonijiet aggregati.
2.2. Emissjonijiet annwali għal kull subinstallazzjoni
Din il-partita fiha bilanċ komplut ta' emissjonijiet, li tidentifika l-kwantità ta' emissjonijiet attribwibbli għal kull subinstallazzjoni.
2.3. Bilanċ annwali madwar l-installazzjoni kollha tal-importazzjoni, il-produzzjoni, il-konsum u l-esportazzjoni tas-sħana
Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:
L-ammont totali ta’ input ta’ enerġija użat fl-installazzjoni li tinsab fil-fjuwils u fil-materjali (pereżempju sħana eżotermika minn reazzjonijiet kimiċi);
Jekk applikabbli, il-kontenut tal-enerġija ta' gassijiet ta' skart importati;
Jekk applikabbli, l-ammont ta' enerġija fil-fjuwils esportati lejn installazzjonijiet oħra EU ETS li huma direttament konnessi b'mod tekniku jew entitajiet mhux tal-ETS;
Jekk applikabbli, il-kontenut tal-enerġija tal-gassijiet ta' skart esportati lejn stallazzjonijiet oħra EU ETS jew entitajiet mhux ETS;
L-ammont ta' input tal-enerġija mill-fjuwils użati għall-produzzjoni tal-elettriku;
L-ammont ta’ input ta’ enerġija minn fjuwils attribwiti lil subinstallazzjonijiet tal-parametru referenzjarju tal-fjuwil (irrapportati separatament għas-subinstallazzjoni tal-parametru referenzjarju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u għar-rilokazzjoni mhux tal-karbonju) kif ukoll, għal kull wieħed mill-ammonti rispettivi kemm jintuża biex jiġu prodotti l-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956;
L-ammont ta’ input tal-fjuwil u tal-elettriku użat għall-produzzjoni ta’ sħana li titkejjel;
Ammont totali ta' sħana li tista' titkejjel prodotta fl-installazzjoni;
Ammont nett ta' sħana li tista' titkejjel importata minn installazzjonijiet koperti mill-EU ETS;
L-ammont nett ta’ sħana li titkejjel importata minn installazzjonijiet u entitajiet mhux koperti mill-EU ETS jew inklużi fl-EU ETS biss għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE;
Ammont nett ta' sħana li tista' titkejjel ikkonsmata għall-produzzjoni tal-elettriku fl-installazzjoni;
Ammont nett ta' sħana li tista' titkejjel ikkonsmata għal substallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta'prodott fl-installazzjoni;
Ammont nett ta' sħana li tista' titkejjel esportata lejn istallazzjonijiet EU ETS;
L-ammont nett ta’ sħana li titkejjel esportata lejn installazzjonijiet jew entitajiet mhux koperti mill-EU ETS jew inklużi fl-EU ETS biss għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE;
Ammont nett ta' sħana li tista' titkejjel esportata għall-iskop ta' tisħin distrettwali;
L-ammont nett ta’ sħana li titkejjel attribwibbli għas-subinstallazzjonijiet tal-parametru referenzjarju tas-sħana (irrapportat separatament għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u għall-parametru referenzjarju tas-sħana tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet mhux tal-karbonju u għas-subinstallazzjonijiet tat-tisħin distrettwali) kif ukoll, għal kull wieħed mill-ammonti rispettivi, kemm jintuża biex jipproduċi l-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956;
L-ammont ta' telf ta' sħana, jekk mhux diġà inkluż fid-data msemmija fil-punti (a) sa (p).
2.4. L-attribuzzjoni annwali tal-enerġija lis-subinstallazzjonijiet
Dan il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:
L-ammont ta’ input ta’ enerġija minn fjuwils, elettriku u materjali (eż. sħana eżotermika minn reazzjonijiet kimiċi), inkluż il-fattur ta’ emissjonijiet rispettiv tagħhom, għal:
Ammont ta' sħana li tista' titkejjel importata:
Ammont ta' sħana li tista' titkejjel esportata minn:
2.5. Bilanċ annwali madwar l-installazzjoni kollha tal-importazzjoni, il-produzzjoni, il-konsum u l-esportazzjoni tal-elettriku
Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:
Ammont totali ta' elettriku prodott mill-fjuwils;
Ammont totali ta' elettriku ieħor prodott;
Ammont totali ta' elettriku importat mill-grilja jew minn installazzjonijiet oħra;
Ammont totali ta' elettriku esportat lejn il-grilja jew installazzjonijiet oħrajn;
Ammont totali ta' elettriku kkonsmat fl-installazzjoni;
Għall-konsum tal-elettriku fis-subinstallazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott, li huma elenkati fit-Taqsima 2 tal-Anness I, l-ammont ta’ elettriku kkonsmat fil-limiti tas-sistema.
Il-punti (a) sa (d) għandhom jiġu rrapportati biss minn installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku.
2.6. Aktar data annwali għal subinstallazzjonijiet
Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:
L-ammont ta’ sħana li titkejjel attribwita lis-subinstallazzjoni importata minn entitajiet mhux tal-EU ETS jew proċessi jew installazzjonijiet inklużi fl-EU ETS biss għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE;
Jekk applikabbli, għal kull subinstallazzjoni, lista ta' prodotti prodotti fil-konfini tas-subinstallazzjoni, inkluż il-kodiċi tagħhom skont il-lista PRODCOM imsemmija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 ( 6 ), bbażat fuq il-kodiċijiet NACE-4 msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) (NACE rev. 2) u l-ammont tal-produzzjoni. PRODCOM għandu jkun diżaggregat għallinqas daqs is-subsettur identifikat relatat fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10b(5) tad-Direttiva 2003/87/KE;
Jekk applikabbli, għal kull subinstallazzjoni, lista ta’ oġġetti prodotti fil-limiti tas-subinstallazzjoni, inklużi l-kodiċijiet NM tagħhom, u l-ammont ta’ produzzjoni;
B’deroga mill-punt (b), għas-subinstallazzjoni tal-parametru referenzjarju tas-sħana tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, fejn is-sħana li titkejjel tiġi esportata lejn installazzjonijiet jew entitajiet mhux koperti mill-EU ETS, il-kodiċijiet NACE-4 (NACE rev. 2) ta’ dawk l-installazzjonijiet jew l-entitajiet u l-kodiċijiet NM għall-oġġetti prodotti minn dawk l-installazzjonijiet jew entitajiet;
Jekk applikabbli u disponibbli għall-operatur, għal kull subinstallazzjoni, il-fattur ta' emissjoni tat-taħlita tal-fjuwil relata mas-sħana li tista' titkejjel importata jew esportata;
Jekk applikabbli, għal kull subinstallazzjoni, il-kwantità u l-fattur ta' emissjoni ta' gassijiet ta' skart importati u esportati;
Jekk applikabbli, għal kull subinstallazzjoni, il-kontenut tal-enerġija (il-valur kalorifiku nett) tal-gassijiet ta' skart importati u esportati.
2.7. Data ta 'attività annwali għal subinstallazzjoniet ta' parametru referenzjarju ta' prodott
Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:
Data ta' produzzjoni annwali tal-prodott kif speċifikat fl-Anness I, fl-unità elenkata f'dak l-Anness;
lista ta' prodotti prodotti fil-konfini tas-subinstallazzjoni, inkluż il-kodiċijiet PRODCOM tagħhom (ibbażati fuq NACE rev. 2). PRODCOM għandu jkun diżaggregat għallinqas daqs is-subsettur identifikat relatat fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10b(5) tad-Direttiva 2003/87/KE;
Jekk applikabbli, għal kull subinstallazzjoni, lista ta’ oġġetti prodotti fil-limiti tas-subinstallazzjoni, inklużi l-kodiċijiet NM tagħhom;
Ammont ta' CO2 ittrasferit impurtat minn jew esportat lejn subinstallazzjonijiet oħra, installazzjonijiet jew entitajiet oħra;
L-isem u l-ammont ta’ esportazzjoni jew importazzjoni ta’ prodotti intermedji koperti minn subinstallazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott;
Jekk applikabbli, għal subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta' prodott ta' raffinerija jew aromatiċi, il-fluss annwali għal kull funzjoni tas-CWT kif speċifikat fl-Anness II;
Jekk applikabbli, għal subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta' prodott ta' ġir jew ġir dolomitiku, il-kwantità ta' produzzjoni annwali mhux ikkoreġuta u l-valuri medji annwali għal mCaO u mMgO skont l-Anness III;
Jekk applikabbli, għal subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott ta' ikkrekkjar bl-istim, il-produzzjoni HVC totali annwali u l-kwantità ta' għalf supplimentari riflessi bħala ammonti ta' idroġenu, etilen u HVC oħra;
Jekk applikabbli, għas-subinstallazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott ta’ gass ta’ sinteżi, l-ammont annwali ta’ produzzjoni ta’ idroġenu jew ta’ gass ta’ sinteżi rrefera għal kontenut ta’ idroġenu espress bħala metri kubi fin-norma kull sena li jirreferu għal 0 °C u 101,325 kPa u l-frazzjoni ta’ volum ta’ produzzjoni annwali ta’ idroġenu pur fit-taħlita ta’ idroġenu/monossidu tal-karbonju;
Jekk applikabbli, għal subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott ta' ossidu tal-etilen/glikol tal-etilen, il-livelli ta' produzzjoni annwali ta' ossidu tal-etilen, glikol tal-monoetilen, glikol tad-dietilen u glikol tat-trietilen;
Jekk applikabbli, għal subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott ta' monomeru tal-vinil klorur, is-sħana kkonsmata li ġejja mill-konsum tal-idroġenu;
Jekk applikabbli, għal subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott ta' polpa kraft ta' fibra qasira, polpa kraft ta' fibra twila, polpa termomekkanika u polpa mekkanika, u polpa tas-sulfit jew polpa oħra mkux koperta minn subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott, il-livell ta' produzzjoni annwali tal-polpa rispettiva u l-ammont annwali ta' polpa mqiegħda fis-suq u mhux ipproċessata f'karta f'installazzjonijiet l-istess jew oħrajn konnessi b'mod tekniku;
Jekk applikabbli, l-ammont, il-kontenut ta' enerġija u l-fattur ta' emissjoni ta' gassijiet ta' skart prodotti fi ħdan il-konfini tas-sistema ta' subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott rispettiv u vvampjar fi ħdan jew barra l-konfini tas-sistema ta' dik is-subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott, bl-eċċezzjoni ta' vvampjar ta' sigurtà, u mhux użati għall-iskop ta' produzzjoni ta' sħana li tista' titkejjel, sħana li ma titkejjilx jew elettriku.
3. DATA GĦAL AĠĠORNAMENT TA' PARAMETRU REFERENZJARJU
3.1. Data annwali għal subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta' prodott
Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja għal kull sena tal-perjodu ta' referenza:
Lista ta' prodotti prodotti fil-konfini tas-subinstallazzjoni, inkluż l-kodiċijiet PRODCOM tagħhom (NACE rev. 2);
Jekk applikabbli, għal kull subinstallazzjoni, lista ta’ oġġetti prodotti fil-limiti tas-subinstallazzjoni, inklużi l-kodiċijiet NM tagħhom;
Il-livell ta' attività;
Emissjonijiet attribwiti bl-eċċezzjoni ta' emissjonijiet marbuta mal-importazzjoni ta' sħana li tista' titkejjel minn subinstallazzjonijiet, installazzjonijiet jew entitajiet oħra;
Ammont ta' sħana li tista' titkejjel importata minn subinstallazzjonijiet, installazzjonijiet jew entitajiet oħra inkluż il-fattur ta' emissjoni, jekk magħruf;
Ammont ta' sħana li tista' titkejjel esportata lil subinstallazzjonijiet, installazzjonijiet jew entitajiet oħrajn;
Ammont, kontenut ta' enerġija u fattur ta' emissjoni ta' gassijiet ta' skart importati minn subinstallazzjonijiet, installazzjonijiet jew entitajiet oħra;
Ammont, kontenut ta' enerġija u fattur ta' emissjoni ta' gassijiet ta' skart prodotti;
Ammont, kontenut ta' enerġija u fattur ta' emissjoni ta' gassijiet ta' skart esportati lejn subinstallazzjonijiet, installazzjonijiet jew entitajiet oħra;
Il-kwantità ta’ elettriku kkonsmat fil-limiti tas-sistema, għall-parametri referenzjarji li huma elenkati fit-Taqsima 2 tal-Anness I;
Il-kwantità ta' elettriku prodott;
L-ammont ta' CO2 ttrasferit importat minn subinstallazzjonijiet, installazzjonijiet jew entitajiet oħra;
L-ammont ta' CO2 ttrasferit esportat lejn subinstallazzjonijiet, installazzjonijiet jew entitajiet oħrajn;
Esportazzjoni jew importazzjoni ta' prodotti intermedji koperti minn parametru referenzjarju ta'prodott (iva/le) u deskrizzjoni tat-tip ta' prodott intermedju, jekk applikabbli;
Kwantità ta' għalf supplimentari rifless bħala ammonti ta' idroġenu, etilen u HVC oħra, fil-każ ta' parametru referenzjarju ta'prodott ta' kkrekkjar bl-istim;
Is-sħana kkunsmata li ġejja mill-konsum tal-idroġenu, fil-każ ta' parametru referenzjarju ta'prodott ta' monomeru tal-vinil klorur;
Il-kwantità ta’ idroġenu u monossidu tal-karbonju prodotti, għall-parametru referenzjarju tal-prodott tal-idroġenu.
3.2. Data annwali għal subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta' sħana u subinstallazzjonijiet ta' tisħin distrettwali
Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja għal kull sena tal-perjodu ta' referenza:
Kwantità ta' sħana netta li tista' titkejjel prodotta f'kull subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' sħana jew subinstallazzjoni ta' tisħin distrettwali;
Kwantità ta’ sħana netta li titkejjel prodotta mill-elettriku fi ħdan kull subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ sħana jew subinstallazzjoni ta’ tisħin distrettwali;
Emissjonijiet attribwiti għall-produzzjoni ta' sħana li tista' titkejjel;
Livell ta' attività tas-subinstallazzjoni;
Kwantità ta' sħana li tista' titkejjel prodotta, importata minn u esportata lejn subinstallazzjonijiet, installazzjonijiet jew entitajiet oħra;
Il-kwantità ta' elettriku prodott.
3.3. Data annwali għal subinstallazzjonijiet ta' parametru referenzjarju ta' fjuwil
Din il-partita fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja għal kull sena tal-perjodu ta' referenza:
Il-livelli ta' attività;
Emissjonijiet attribwiti.
ANNESS V
Fatturi applikabbli għat-tnaqqis tal-allokazzjoni mingħajr ħlas skont l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE
|
Sena |
Valur tal-fattur |
|
2021 |
0,300 |
|
2022 |
0,300 |
|
2023 |
0,300 |
|
2024 |
0,300 |
|
2025 |
0,300 |
|
2026 |
0,300 |
|
2027 |
0,225 |
|
2028 |
0,150 |
|
2029 |
0,075 |
|
2030 |
0,000 |
ANNESS VI
Kontenut minimu tal-pjan tal-metodoloġija ta' monitoraġġ
Il-pjan tal-metodoloġija ta' monitoraġġ għandu jinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
informazzjoni ġenerali dwar l-installazzjoni:
Informazzjoni biex tiġi identifikata l-installazzjoni u l-operatur, inkluż l-identifikatur tal-installazzjoni wżat fir-Reġistru tal-Unjoni;
Informazzjoni li tidentifika l-verżjoni tal-pjan tal-metodoloġija ta' monitoraġġ, id-data tal-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti u d-data minn meta hija applikabbli;
Deskrizzjoni tal-installazzjoni, inkluż b'mod partikolari deskrizzjoni tal-proċessi prinċipali mwettqa, lista ta' sorsi ta' emissjonijiet, dijagramma ta' fluss u pjan ta' installazzjoni li jippermettu fehim tal-fluss tal-materjal prinċipali u tal-enerġija;
Dijagramma li għandu jkun fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:
Lista u deskrizzjoni ta' konnessjonijiet ma' installazzjonijiet oħra EU ETS jew entitajiet mhux EU ETS għat-trasferiment ta' sħana li tista' titkejjel, prodotti intermedji, gassijiet ta' skart jew CO2 għal użu f'dik l-installazzjoni jew ħażna ġeoloġika permanenti, inkluż l-isem u l-indirizz u persuna ta' kuntatt tal-installazzjoni jew l-entità konnessa, u l-identifikatur uniku tagħha fir-Reġistru tal-Unjoni, jekk applikabbli;
Referenza għall-proċedura għall-ġestjoni tal-assenjazzjoni tar-responsabbiltajiet għall-monitoraġġ u r-rappurtar fi ħdan l-istallazzjoni, u għall-immaniġġjar tal-kompetenzi tal-persunal responsabbli;
Referenza għall-proċedura għall-evalwazzjoni regolari tal-adegwatezza tal-pjan tal-metodoloġija ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 9(1); din il-proċedura għandha b'mod partikolari tiżgura li l-metodi ta' monitoraġġ huma stabbiliti għall-oġġetti kollha tad data elenkati fl-Anness IV li huma rilevanti fl-istallazzjoni, u li jintużaw is-sorsi tad-data l-aktar preċiżi skont it-taqsima 4 tal-Anness VII;
Referenza għall-proċeduri bil-miktub tal-attivitajiet ta' fluss ta' data u tal-attivitajiet ta' kontroll skont l-Artikolu 11(2), inkluż id-dijagrammi fejn xieraq għal kjarifika.
Informazzjoni dwar subinstallazzjonijiet:
Għal kull subinstallazzjoni, referenza għall-proċedura biex jinżamm rekord tal-prodotti u oġġetti manifatturati u l-kodiċijiet PRODCOM u NM rispettivi tagħhom;
Il-konfini tas-sistema ta' kull subinstallazzjoni, li jiddeskrivu b'mod ċar liema unitajiet tekniċi huma inklużi, deskrizzjoni tal-proċessi mwettqa u liema materjali u fjuwils ta' input, liema prodotti u outputs huma attribwiti lil liema subinstallazzjoni; fil-każ ta' subinstallazzjonijiet kumplessi, għandha tiġi inkluża dijagramma ta' fluss dettaljata separata għal dawk is-subinstallazzjonijiet;
Deskrizzjoni ta' partijiet ta' installazzjonijiet li jservu aktar minn subinstallazzjoni waħda, inklużi sistemi ta' provvista ta' sħana, bojlers u unitajiet CHP użati b'mod konġunt;
Għal kull subinstallazzjoni, fejn rilevanti, id-deskrizzjoni tal-metodi biex jiġu assenjati partijiet ta' installazzjonijiet li jservu aktar minn subinstallazzjoni waħda u l-emissjonijiet tagħhom għas-subinstallazzjonijiet rispettivi.
Metodi ta' monitoraġġ fil-livell ta' installazzjoni:
Deskrizzjoni tal-metodi użati biex jiġi kkwantifikat il-bilanċ madwar l-installazzjoni kollha tal-importazzjoni, il-produzzjoni, il-konsum u l-esportazzjoni ta' sħana;
Il-metodu użat biex jiżgura li l-lakuni fid-data u l-għadd doppju jiġu evitati.
Metodi ta' monitoraġġ fil-livell ta' subinstallazzjoni:
Deskrizzjoni tal-metodi użati biex jikkwantifikaw l-emissjonijiet diretti tagħha, inkluż, fejn applikabbli, il-metodu għall-kwantifikazzjoni tal-ammont assolut jew persentaġġ ta' flussi minn sors jew emissjonijiet immonitorjati b'metodoloġiji bbażati fuq kejl skont ir-Regolament (UE) Nru 601/2012 attribwit lill- subinstallazzjoni, fejn applikabbli;
Deskrizzjoni tal-metodi użati biex jiġu attribwiti u kkwantifikati l-ammonti u l-fatturi ta' emissjonijiet tal-input tal-enerġija mill-fjuwils, tal-esportazzjoni tal-enerġija li tinsab fil-fjuwils, fejn applikabbli;
Deskrizzjoni tal-metodi użati biex jiġu attribwiti u kkwantifikati l-ammonti u, jekk disponibbli, fatturi ta' emissjoni ta' importazzjoni, esportazzjoni, konsum u produzzjoni ta' sħana li tista' titkejjel, fejn applikabbli;
Deskrizzjoni tal-metodi użati biex jikkwantifikaw l-ammonti ta' konsum u l-produzzjoni tal-elettriku, u l-parti tal-konsum skambjabbli, fejn applikabbli;
Deskrizzjoni tal-metodi użati biex jiġu attribwiti u kkwantifikati l-ammonti, kontenuti ta' enerġija u fatturi ta' emissjoni ta' importazzjoni, esportazzjoni, konsum u produzzjoni ta' gass ta' skart, fejn applikabbli;
Deskrizzjoni tal-metodi użati biex jiġu attribwiti u kkwantifikati l-ammonti ta' CO2 ittrasferit importati jew esportati, fejn applikabbli;
Għal kull subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott, deskrizzjoni tal-metodi użati biex tkun ikkwantifikata l-produzzjoni annwali tal-prodott kif speċifikat fl-Anness I inkluż, jekk applikabbli, parametri addizzjonali meħtieġa kif provdut fl-Artikoli 19 u 20 u l-Annessi II u III;
Id-deskrizzjonijiet tal-metodi wżati biex jikkwantifikaw il-parametri li għandhom jiġu mmonitorjati u rrappurtati għandhom jinkludu, fejn rilevanti, stadji għall-kalkolu, sorsi ta' data, formuli ta' kalkolu, fatturi rilevanti ta' kalkolu inkluż unità ta' kejl, kontrolli orizzontali u vertikali għal data korroboranti, proċeduri li jirfdu l-pjanijiet tat-teħid ta' kampjuni, tagħmir ta' kejl użat b'referenza għad-dijagramma rilevanti u deskrizzjoni kif jiġu installati u miżmuma u lista ta' laboratorji involuti fit-twettiq tal-proċeduri analitiċi rilevanti. Fejn rilevanti, id-deskrizzjoni għandha tinkludi r-riżultat tal-valutazzjoni ssimplifikata ta' inċertezza msemmija fl-Artikolu 7 (2) (c). Għal kull formula ta' kalkolu rilevanti, il-pjan għandu jkun fih eżempju wieħed bl-użu ta' data reali.
ANNESS VII
Metodi ta' monitoraġġ tad-data
1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Dan l-Anness jistabbilixxi metodi biex tkun stabbilita d-data meħtieġa għar-rappurtar tad-data elenkata fl-Anness IV fil-livell ta' installazzjoni, kif ukoll regoli għall-attribuzzjoni ta' dawn id-data għal subinstallazzjonijiet, bl-eċċezzjoni ta' data mmonitorjata skont pjan ta' monitoraġġ approvat mill- awtorità kompetenti skont ir-Regolament (UE) Nru 601/2012. Data ddeterminata skont ir-Regolament (UE) Nru 601/2012 għandha tintuża skont dan ir-Regolament fejn rilevanti.
2. DEFINIZZJONIJIET
“Sett ta' data ” għall-finijiet ta' dan l-Anness tfisser tip wieħed ta' data, jew fil-livell ta' installazzjoni jew fil-livell ta' subinstallazzjoni kif rilevanti fiċ-ċirkostanzi, bħal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
l-ammont ta' fjuwils jew materjali kkunsmati jew prodotti minn proċess skont kif ikun rilevanti għall-metodoloġija ta' monitoraġġ ibbażata fuq kalkolu, rifless f'terajoules, il-massa f'tunnellati, jew għall-gassijiet bħala volum f'metri kubiċi normali, inkluż il-gassijiet ta' skart;
fattur ta' kalkolu kif użat mir-Regolament (UE) Nru 601/2012 (jiġifieri kompożizzjoni ta' materjal jew fjuwil jew gass ta' skart);
kwantità netta ta' sħana li tista' titkejjel, u l-parametri rilevanti meħtieġa biex ikun stabbilita din il-kwantità, b'mod partikolari:
kwantitajiet ta' sħana li ma tistax titkejjel, speċifikata mill-kwantitajiet rilevanti ta' fjuwils użati għall-produzzjoni ta' sħana, u l-valur kalorifiku nett (NCV) ta' taħlita ta' fjuwil;
kwantitajiet ta' elettriku;
kwantitajiet ta' CO2 ttrasferiti bejn installazzjonijiet.
“Metodoloġija ta' determinazzjoni” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:
metodoloġija li tidentifika, tiġbor u tipproċessa data diġà disponibbli fl-installazzjoni għal settijiet ta' data ta' data storika jew;
metodoloġija ta' monitoraġġ għal sett ta' data speċifiku bbażat fuq pjan ta' metodoloġija ta' monitoraġġ approvat.
Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta' “fluss minn sors”, “sors ta' emissjoni”, “riskju inerenti”, “riskju ta' kontroll” u “fattur ta' emissjoni” kif stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012.
3. METODI ĠENERALI
3.1. Metodi applikabbli
L-operatur għandu jiddetermina data għall-iskop li jikkompila rapport ta' bażi ta' data skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(2) billi juża metodi li jinsabu f'dan l-Anness. Fejn dan l-Anness ma jiddeskrivix metodi applikabbli biex ikun stabbilit sett speċifiku ta' data, l-operatur għandu japplika metodu xieraq, suġġett għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-pjan ta' metodoloġija ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 6. Metodu għandu jitqies xieraq fejn l-operatur jiżgura li kwalunkwe kejl, analiżi, teħid ta' kampjuni, kalibrazzjonijiet u validazzjonijiet għad-determinazzjoni tas-sett ta' data speċifiku jitwettqu bl-applikazzjoni ta' metodi bbażati fuq standards EN korrispondenti. Fejn standards bħal dawn ma jkunux disponibbli, il-metodi għandhom ikunu bbażati fuq standards ISO adattati jew standards nazzjonali. Fejn ma jeżistu l-ebda standards applikabbli ppubblikati, għandhom jintużaw abbozzi ta' standards adatti, linji gwida dwar l-aqwa prattiki tal-industrija jew metodoloġiji oħra ppruvati xjentifikament, u għandu jiġi limitat il-preġudizzju fil-kampjunar u l-kejl.
3.2. Approċċ għall-attribuzzjoni ta' data lil subinstallazzjonijiet
1. Fejn data għal sett ta' data speċifiku ma tkunx disponibbli għal kull subinstallazzjoni, l-operatur għandu jipproponi metodu xieraq biex tiġi ddeterminata d-data meħtieġa għal kull subinstallazzjoni individwali, ħlief għal każijiet imsemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 10 3). Għal dan il-għan, wieħed mill-prinċipji li ġejjin għandu jiġi applikat skont liema minn dawn il-prinċipji jagħti riżultati aktar preċiżi:
meta prodotti differenti jkunu mmanifatturati wieħed wara l-ieħor fl-istess linja ta' produzzjoni, id-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet korrispondenti għandhom jiġu attribwiti b'mod sekwenzjali fuq il-ħin tal-użu kull sena għal kull subinstallazzjoni;
inputs, outputs u emissjonijiet korrispondenti għandhom ikunu attribwiti fuq il-bażi tal-massa jew il-volum tal-prodotti individwali prodotti jew stimi fuq il-bażi tal-proporzjon tal-entalpiji liberi ta' reazzjoni ta' dawk ir-reazzjonijiet kimiċi involuti jew fuq bażi ta' formola adattata ta' distribuzzjoni li hija korraborata minn metodoloġija xjentifika soda.
2. Fejn bosta strumenti ta' kejl ta' kwalità differenti jikkontribwixxu għal riżultati ta' kejl, għandu jintuża wieħed minn dawn il-metodi biex tinqasam id-data fil-livell ta' installazzjoni fuq kwantitajiet ta' materjali, fjuwils, sħana li tista' titkejjel jew elettriku għal subinstallazzjonijiet:
Determinazzjoni tal-qasma bbażata fuq metodu ta' determinazzjoni, bħal subkejl, stima, korrelazzjoni, użati ugwalment għal kull subinstallazzjoni. Fejn is-somma tad-data tas-subinstallazzjoni hija differenti mid-data ddeterminata separatament għall-installazzjoni, għandu jiġi applikat “fattur ta' rikonċiljazzjoni” uniformi għal korrezzjoni uniformi biex tintlaħaq il-figura totali tal-installazzjoni kif ġej:
|
RecF = DInst /Σ DSI |
(Ekwazzjoni 1) |
fejn RecF huwa l-fattur ta' rikonċiljazzjoni, DInst huwa l-valur tad-data ddeterminat għall-installazzjoni kollha kemm hi, u DSI huma l-valuri tad-data għas-subinstallazzjonijiet differenti. Id-data għal kull subinstallazzjoni hija mbagħad ikkoreġuta kif ġej:
|
DSI,corr = DSI × RecF |
(Ekwazzjoni 2) |
Jekk id-data ta' subinstallazzjoni waħda biss mhix magħrufa jew ta' kwalità inferjuri mid-data ta' subinstallazzjonijiet oħra, data magħrufa ta' subinstallazzjoni tista' tiġi mnaqqsa mid-data totali ta' installazzjoni. Dan il-metodu huwa preferut biss għal subinstallazzjonijiet li jikkontribwixxu kwantitajiet iżgħar għall-allokazzjoni tal-installazzjoni.
3.3. Strumenti jew proċeduri ta' kejl li mhumiex taħt il-kontroll tal-operatur
L-operatur jista' juża sistemi ta' kejl jew proċeduri analitiċi barra l-kontroll tal-operatur stess:
fejn l-operatur m'għandux l-istrument tal-kejl jew il-proċedura analitika tiegħu disponibbli għad-determinazzjoni ta' sett ta' data speċifiku;
fejn id-determinazzjoni ta' sett ta' data stabbilita mill-istrumenti ta' kejl tal-operatur stess jew mill-proċeduri analitiċi mhix teknikament fattibbli jew tista' twassal għal kostijiet mhux raġonevoli;
fejn l-operatur jista' juri b'sodisfazzjoni għall-awtorità kompetenti li s-sistema ta' kejl jew il-proċedura analitika barra l-kontroll tal-operatur tagħti riżultati aktar affidabbli u hija inqas suxxettibbli li tikkontrolla r-riskji.
Għal dak il-għan, l-operatur jista' jirrikorri għal wieħed mis-sorsi ta' dejta li ġejjin:
ammonti minn fatturi maħruġa minn sieħeb fin-negozju, bil-kundizzjoni li sseħħ tranżazzjoni kummerċjali bejn żewġ sħab indipendenti fin-negozju;
qari dirett mis-sistemi ta' kejl.
l-użu ta' korrelazzjonijiet empiriċi pprovduti minn korp kompetenti u indipendenti, bħal fornituri tat-tagħmir, fornituri ta' inġinerija jew laboratorji akkreditati.
3.4. Metodi ta' determinazzjoni indiretti
Fejn ma jkun hemm l-ebda metodu ta' kejl jew approċċ ta' analiżi dirett għal sett ta' data meħtieġ, b'mod partikolari għal każijiet fejn sħana netta li tista' titkejjel tidħol fi proċessi ta' produzzjoni differenti, l-operatur għandu jipproponi l-użu ta' metodu ta' determinazzjoni indirett bħal:
kalkolu bbażat fuq proċess kimiku jew fiżiku magħruf, bl-użu ta' valuri ta' letteratura aċċettati xierqa għall-proprjetajiet kimiċi u fiżiċi ta' sustanzi involuti, fatturi stojkjometriċi xierqa u proprjetajiet termodinamiċi bħal entalpiji ta' reazzjoni, kif xieraq;
kalkolu bbażat fuq id-data tad-disinn tal-installazzjoni bħall-effiċjenzi tal-enerġija tal-unitajiet tekniċi jew il-konsum tal-enerġija ikkalkulat għal kull unità ta' prodott;
korrelazzjonijiet ibbażati fuq testijiet empiriċi biex ikunu stabbiliti l-valuri ta' stima għas-sett ta' data meħtieġa minn tagħmir mhux ikkalibrat jew minn data dokumentata fil-protokolli ta' produzzjoni. Għal dan il-għan l-operatur għandu jiżgura li l-korrelazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tal-prattiki tajba tal-inġinerija u li tiġi applikata biss biex ikunu determinati valuri li jaqgħu fil-firxa li għaliha tkun ġiet stabbilita. L-operatur għandu jevalwa l-validità ta' dawn il-korrelazzjonijiet mill-inqas darba fis-sena.
4. GĦAŻLA TA' METODOLOĠIJI TA' DETERMINAZZJONI U SORSI TA' DATA LI JIRRAPPREŻENTAW L-OGĦLA PREĊIŻJONI LI TISTA' TINTLAĦAQ
4.1. Vijabbiltà teknika
Fejn operatur jiddikjara li l-applikazzjoni ta' metodoloġija ta' determinazzjoni speċifika mhix teknikament fattibbli, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-fattibilità teknika billi tikkunsidra l-ġustifikazzjoni tal-operatur. Dik il-ġustifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-fatt li l-operatur ikollu r-riżorsi tekniċi li jkunu kapaċi jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' sistema jew rekwiżit proposti li jkunu jistgħu jiġu implimentati fil-ħin meħtieġ għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Dawk ir-riżorsi tekniċi għandhom jinkludu d-disponibbiltà tat-tekniki u t-teknoloġija meħtieġa.
4.2. Kostijiet irraġonevoli
Fejn operatur isostni li l-applikazzjoni ta' metodoloġija ta' determinazzjoni speċifika timplika kostijiet irraġonevoli, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta n-natura irraġonevoli tal-kostijiet, billi tikkunsidra l-ġustifikazzjoni tal-operatur.
L-awtorità kompetenti għandha tqis kostijiet mhux raġonevoli meta l-istima tal-kost tal-operatur taqbeż il-benefiċċju ta’ metodoloġija ta’ determinazzjoni speċifika. Għal dak l-għan, il-benefiċċju għandu jiġi kkalkulat permezz tal-multiplikazzjoni ta’ fattur ta’ titjib bi prezz ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 18, il-paragrafu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 ( 8 ) u l-kostijiet għandhom jinkludu perjodu ta’ deprezzament xieraq ibbażat fuq it-tul tal-ħajja ekonomika tat-tagħmir, fejn applikabbli.
Il-fattur ta' titjib għandu jkun 1 % tal-allokazzjoni annwali tas-subinstallazzjoni determinata l-aktar reċentament mingħajr ħlas. B'deroga minn dan il-metodu ta' kalkolu, l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lill-operaturi jiddeterminaw il-fattur ta' titjib bħala 1 % tal-ekwivalenti affettwat ta' CO2. L-ekwivalenti affettwat ta' CO2 għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin, skont il-parametru li għalih it-titjib tal-metodoloġija huwa kkunsidrat:
Fil-każ ta' fjuwil jew materjal li jkun fih karbonju, inkluż gassijiet ta' skart, l-emissjonijiet li jirriżultaw jekk il-karbonju li jinsab fil-kwantità annwali tal-fjuwil jew materjal kien ikkonvertit f'CO2;
Fil-każ ta' emissjonijiet immonitorjati permezz ta' metodoloġija bbażata fuq il-kejl, l-emissjonijiet annwali tas-sors ta'emissjoni rispettiv;
Fil-każ ta' sħana li tista' titkejjel, l-ammont annwali rispettiv ta' sħana li tista' titkejjel immultiplikat bil-parametru referenzjarju ta' sħana;
Fil-każ ta' sħana li ma tistax titkejjel, l-ammont annwali rispettiv ta' sħana li ma tistax titkejjel immultiplikat bil-parametru referenzjarju ta' fjuwil;
Fil-każ tal-elettriku, l-ammont annwali rispettiv tal-elettriku multiplikat bil-fattur speċifikat fl-Artikolu 22(3);
Fil-każ tal-kwantità ta' prodott li għalih japplika parametru referenzjarju ta' prodott, in-numru annwali preliminari ta' kwoti ta' emissjonijiet allokati mingħajr ħlas tas-subinstallazzjoni ddeterminat skont l-Artikolu 16(2) għall-ewwel sena tal-perjodu ta' allokazzjoni rispettiv. Fejn il-parametru referenzjarju ta' rilevanza għadu ma ġiex determinat skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, għandu jintuża l-parametru referenzjarju ta' rilevanza kif speċifikat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
Miżuri relatati mat-titjib tal-metodoloġija ta' monitoraġġ ta' installazzjoni m'għandhomx jitqiesu li jinvolvu kostijiet mhux raġonevoli sa ammont akkumulat ta' EUR 2 000 fis-sena. Għal installazzjonijiet b'emissjonijiet baxxi skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012 dak il-limitu għandu jkun ta' EUR 500 fis-sena.
4.3. Proċess
Sabiex jiddetermina s-sorsi ta' data disponibbli l-aktar preċiżi, l-operatur għandu jagħżel is-sorsi ta' data l-aktar preċiżi li huma teknikament fattibbli u li ma jġorrux kostijiet mhux raġonevoli u li jiżguraw fluss ta' data ċar bl-inqas riskju inerenti u riskju ta' kontroll (minn hawn 'il quddiem imsejħa “sorsi ta' data primarji”). L-operatur għandu juża s-sorsi ta' data primarja għall-iskop ta' kompilazzjoni tar-rapport ta' bażi ta' data.
Sa fejn huwa fattibbli mingħajr ma jidħol f'kostijiet mhux raġonevoli, għall-iskop tas-sistema ta' kontroll skont l-Artikolu 11, l-operatur għandu jagħmel ħiltu biex jidentifika u juża sorsi jew metodi ta' data addizzjonali biex tiġi stabbilita data li tippermetti l-korroborazzjoni tas-sorsi ta' data primarji (minn hawn 'il quddiem imsejħa “sorsi ta' data korroboranti”). Is-sorsi ta' data korroboranti magħżula, jekk ikun hemm, għandhom jiġu dokumentati permezz tal-proċeduri bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 11(2) u fil-pjan ta' metodoloġija ta' monitoraġġ.
Għall-għażla tas-sorsi primarji ta' data, l-operatur għandu jqabbel is-sorsi ta' data kollha disponibbli għall-istess sett ta' data billi juża s-sorsi ta' data ġeneriċi elenkati f'sezzjonijiet 4.4 sa 4.6 u juża wieħed mis-sorsi ta' data kklassifikati l-aktar għolja li huma kkunsidrati bħala sorsi ta' data l-aktar preċiżi. F'każ biss li xi waħda mid-derogi skont l-Artikolu 7(2) tapplika, jistgħu jintużaw sorsi oħra ta' data. F'każ bħal dan, is-sors ta' data kklassifikat l-aktar għoli li jmiss għandu jiġi applikat sakemm ma jkunx teknikament fattibbli, iġarrab kostijiet mhux raġonevoli jew sors ta' data ieħor ikollu livell ekwivalenti jew inqas ta' inċertezza assoċjata. Fejn meħtieġ, jistgħu jiġu kkunsidrati aktar sorsi ta' data.
Għall-għażla tas-sorsi ta' data korroboranti, l-operatur għandu jqabbel is-sorsi ta' data kollha disponibbli għall-istess sett ta' data bl-użu ta' sorsi ta' data ġeneriċi elenkati f'taqsimiet 4.4 sa 4.6 u juża sors ta' data disponibbli għajr is-sors ta' data l-aktar preċiż disponibbli.
Għall-għażla ta' sorsi ta' data sabiex tiġi ddeterminata d-data kollha meħtieġa skont l-Anness IV, l-operatur għandu jagħżel it-tipi ewlenin ta' settijiet ta' data li ġejjin kif ġej:
Għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet ta' prodotti, fjuwils u materjali oħra l-operatur għandu jqis is-sorsi ta' data ġeneriċi u l-ġerarkija tagħhom kif stabbilit fis-sezzjoni 4.4 ta' dan l-Anness;
Għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet ta' flussi ta' enerġija (sħana li tista' titkejjel jew li ma tistax titkejjel, l-elettriku) l-operatur għandu jqis is-sorsi ta' data ġeneriċi u l-ġerarkija tagħhom kif stabbilit fit-taqsima 4.5 ta' dan l-Anness;
Għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet ta' prodotti, fjuwils u materjali oħrajn, l-operatur għandu jqis is-sorsi ta' data ġeneriċi u l-ġerarkija tagħhom kif stabbilit fit-taqsima 4.6 ta' dan l-Anness.
Għall-iskop li jitjieb il-pjan ta' metodoloġija ta' monitoraġġ, l-operatur għandu jivverifika regolarment u mill-inqas darba fis-sena, jekk sorsi tad-data ġodda sarux disponibbli. Fil-każ li sorsi ta' data ġodda bħal dawn jitqiesu aktar preċiżi skont il-klassifikazzjoni deskritta f'sezzjonijiet 4.4 sa 4.6, għandhom jiġu applikati u l-pjan ta' metodoloġija ta' monitoraġġ għandu jinbidel skont l-Artikolu 9.
4.4. Għażla ta' sorsi ta' data għall-kwantifikazzjoni ta' materjali u fjuwils
Għandhom jintużaw s-sorsi ta' data ġeneriċi li ġejjin li għandhom jagħżlu l-aktar sorsi preċiżi ta' data disponibbli biex jiġu kkwantifikati l-ammonti (riflessi bħala tunnellati jew Nm3) ta' materjali, fjuwils, gassijiet ta' skart jew prodotti li jidħlu jew joħorġu mill-installazzjoni, jew kwalunkwe subinstallazzjoni:
Metodi skont il-pjan ta' monitoraġġ approvat skont ir-Regolament (UE) Nru 601/2012;
Qari ta' strumenti tal-kejl soġġetti għal kontroll metroloġiku legali nazzjonali jew strumenti ta' kejl konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ) jew Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) għal determinazzjoni diretta ta' sett ta' data;
Qari ta' strumenti tal-kejl taħt il-kontroll tal-operatur għal determinazzjoni diretta ta' sett ta' data li ma jaqax taħt il-punt (b);
Qari ta' strumenti tal-kejl mhux taħt il-kontroll tal-operatur għad-determinazzjoni diretta ta' sett ta' data li ma jaqax taħt il-punt (b);
Qari ta' strumenti tal-kejl għal determinazzjoni indiretta ta' sett ta' data, sakemm korrelazzjoni xierqa bejn il-kejl u s-sett ta' data in kwistjoni hija stabbilita f'konformità mat-taqsima 3.4;
Metodi oħra, b'mod partikolari għal data storika jew fejn l-ebda sors ta' data ieħor ma jista' jiġi identifikat mill-operatur bħala disponibbli.
Għall-għażla ta' sorsi ta' data għall-fini tal-Artikolu 7(1), is-sorsi ta' data elenkati fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu biss jitqiesu li jirrappreżentaw sorsi ta' data l-aktar preċiżi filwaqt li s-sors ta' data li għalih jagħmel referenza il-punt (a) ta' dak il-paragrafu għandu jintuża sal-punt li jkopri s-sett ta' data rispettiv. Is-sorsi ta' data msemmija fil-punti (c) sa (f) tal-ewwel paragrafu huma kkunsidrati inqas preċiżi fl-ordni ġerarkiku minn fuq għal isfel minn punt (c) sa punt (f).
4.5. Għażla ta' sorsi ta' data għall-kwantifikazzjoni tal-flussi ta' enerġija
Is-sorsi ta' data ġeneriċi li ġejjin għandhom jintużaw biex jintgħażlu s-sorsi tad-data l-aktar preċiżi disponibbli li jikkwantifikaw ammonti, riflessi bħala TJ jew GWh, ta' sħana li tista' titkejjel jew elettriku li jidħol jew joħroġ mill-istallazzjoni, jew kwalunkwe subinstallazzjoni:
Qari ta' strumenti tal-kejl soġġetti għal kontroll metroloġiku legali nazzjonali jew strumenti tal-kejl konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/31/UE jew id-Direttiva 2014/32/UE għal determinazzjoni diretta ta' sett ta' data;
Qari ta' strumenti tal-kejl taħt il-kontroll tal-operatur għal determinazzjoni diretta ta' sett ta' data li ma jaqax taħt il-punt a;
Qari ta' strumenti tal-kejl mhux taħt il-kontroll tal-operatur għad-determinazzjoni diretta ta' sett ta' data li ma jaqax taħt il-punt a;
Qari ta' strumenti tal-kejl għal determinazzjoni indiretta ta' sett ta' data, sakemm korrelazzjoni xierqa bejn il-kejl u s-sett ta' data in kwistjoni tkun stabbilita f'konformità mat-taqsima 3.4 ta' dan l-Anness;
Kalkolu ta' proxy għall-ammonti netti determinanti ta' sħana li tista' titkejjel skont il-metodu 3 tas-sezzjoni 7.2;
Metodi oħra, b'mod partikolari għal data storika jew fejn l-ebda sors ta' data ieħor ma jista' jiġi identifikat mill-operatur bħala disponibbli.
Għall-għażla ta' sorsi ta' data għall-fini tal-Artikolu 7(1), is-sors ta' data msemmi fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu biss huwa kkunsidrat li jirrappreżenta sorsi ta' data l-aktar preċiżi. Is-sorsi ta' data msemmija fil-punti (b) sa (f) tal-ewwel paragrafu huma kkunsidrati inqas preċiżi fl-ordni ġerarkika li tinżel mill-punt (b) sa punt (f).
Għal sitwazzjonijiet fejn ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli għal xi parametri (bħat-temperatura u l-ammont ta' kondensat irritornat) meħtieġa biex jiġu determinati flussi netti ta' sħana li tista' titkejjel, id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 7 għandhom jiġu applikati. Skont is-sezzjoni 7, bosta parametri jeħtieġu li jiġu ddeterminati sabiex jirriżultaw f'ammonti netti annwali ta' sħana li tista' titkejjel. Għalhekk ir-riżultat globali għall-ammont nett annwali ta' sħana għandu jitqies bħala l-għan tal-valutazzjoni ssimplifikata ta' inċertezza skont il-punt (c) tal-Artikolu 7(2) għall-għażla tal-metodi msemmija f'punti (b) sa (f) tal-ewwel paragrafu meta hemm devjazzjoni mill-għażla ta' sorsi ta' data li jirrappreżentaw sorsi tad-data l-aktar preċiżi.
4.6. Għażla ta' sorsi ta' data għall-proprjetajiet tal-materjali
Is-sorsi ta' data ġeneriċi li ġejjin għandhom jiġu magħżula permezz ta' għażla ta' sorsi ta' data disponibbli l-aktar preċiżi sabiex jiġu ddeterminati proprjetajiet bħal umdità jew purità ta' sustanza, kontenut ta' karbonju, valur kalorifiku nett, kontenut ta' bijomassa, eċċ. ta' prodotti, materjali, fjuwils jew gassijiet ta' skart bħala inputs jew outputs tal-installazzjoni jew subinstallazzjoni:
Metodi biex ikunu stabbiliti fatturi ta' kalkolu skont il-pjan ta' monitoraġġ approvat skont ir-Regolament (UE) Nru 601/2012;
Analiżi tal-laboratorju skont is-sezzjoni 6.1 ta' dan l-Anness;
Analiżi tal-laboratorju ssimplifikati skont is-sezzjoni 6.2 ta' dan l-Anness.
Valuri kostanti bbażati fuq wieħed mis-sorsi ta' data li ġejjin:
Valuri kostanti bbażati fuq wieħed mis-sorsi ta' data li ġejjin:
Għall-għażla ta' sorsi ta' data għall-fini tal-Artikolu 7(1), is-sorsi ta' data msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu biss huma kkunsidrati li jirrappreżentaw sorsi ta' data l-aktar preċiżi filwaqt li s-sors ta' data li għalih jagħmel referenza il-punt (a) ta' dak il-paragrafu għandu jintuża sal-punt li jkopri s-sett ta' data rispettiv. Is-sorsi ta' data msemmija fil-punti (c) sa (f) tal-ewwel paragrafu huma kkunsidrati inqas preċiżi fl-ordni ġerarkika li tinżel mill-punt (c) sa punt (e).
5. METODI BIEX IKUN STABBILITI L-KWANTITAJIET ANNWALI TA' MATERJALI U FJUWILS
Fejn l-operatur għandu jiddetermina kwantitajiet annwali ta' fjuwils jew materjali, inkluż prodotti relatati mas-subinstallazzjoni ta' parametru ta' referenza ta' prodott, l-operatur għandu jiddetermina kwantitajiet bħal dawn fil-livell tal-installazzjoni jew għal kull subinstallazzjoni rilevanti, kif meħtieġ, permezz ta' wieħed mill-modi li ġejjin:
abbażi ta' kejl kontinwu fil-proċess fejn il-materjal jiġi kkonsmat jew prodott;
abbażi tal-aggregazzjoni ta' kejl ta' kwantitajiet imwassla jew prodotti b'mod separat b'kunsiderazzjoni tat-tibdil rilevanti tal-ħażniet.
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu, il-kwantità ta' fjuwil jew materjal ikkonsmati matul is-sena kalendarja fl-installazzjoni jew subinstallazzjoni għandha tiġi kkalkulata bħala l-kwantità ta' fjuwil jew materjal importat matul is-sena kalendarja, li minnha jitnaqqas il-fjuwil jew materjal esportat, flimkien mal-kwantità ta' fjuwil jew materjal fl-istokk fil-bidu tas-sena kalendarja, li minnha titnaqqas il-kwantità ta' fjuwil jew materjal fl-istokk fi tmiem is-sena kalendarja.
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu, il-kwantità ta' fjuwil jew materjal esportat matul is-sena kalendarja għandha tiġi kkalkulata bħala l-kwantità ta' prodott jew materjal esportat matul il-perjodu ta' rapportar, li minnha titnaqqas il-kwantità importata jew riċiklata fil-proċess, li minnha titnaqqas il-kwantità ta' prodott jew materjal fl-istokk fil-bidu tas-sena kalendarja, miżjuda ibl-kwantità ta' prodott jew materjal fl-istokk fi tmiem is-sena kalendarja.
Fejn teknikament ma jkunx vijabbli jew jista' jimplika kostijiet irraġonevoli għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet li jkun hemm fil-ħażna permezz ta' kejl dirett, l-operatur jista' jagħmel stima ta' dawk il-kwantitajiet fuq bażi ta' waħda minn dawn li ġejjin:
data mis-snin ta' qabel u korrelatata ma' livelli ta' attività xierqa għall-perjodu ta' rappurtar;
proċeduri ddokumentati u d-dejta rispettiva f'dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati għall-perjodu ta' rapportar.
Fejn id-determinazzjoni tal-kwantitajiet ta' prodotti, materjali jew fjuwils għas-sena kalendarja sħiħa ma tkunx teknikament vijabbli jew tista' timplika kostijiet irraġonevoli, l-operatur jista' jagħżel il-jum l-iżjed xieraq li jkun imiss sabiex jissepara sena ta' rapportar mis-sena ta' wara, u jirrikonċilja skont kif ikun xieraq mas-sena kalendarja meħtieġa. Id-devjazzjonijiet involuti għal prodott, materjal jew fjuwil wieħed jew aktar għandhom jiġu rreġistrati b'mod ċar, jifformaw il-bażi ta' valur rappreżentattiv għas-sena kalendarja, u jiġu kkunsidrati b'mod konsistenti b'rabta mas-sena li jkun imiss.
6. REKWIŻITI GĦAL ANALIŻI FIL-LABORATORJU U TEĦID TA' KAMPJUNI RELATAT
6.1. Rekwiżiti għal analiżi fil-laboratorju
Fejn l-operatur irid iwettaq analiżi tal-laboratorju biex jiddetermina l-proprjetajiet (inkluż umdità, purità, konċentrazzjoni, kontenut ta' karbonju, frazzjoni tal-bijomassa, valur kalorifiku nett, densità) ta' prodotti, materjali, fjuwils jew gassijiet ta' skart, jew biex jistabbilixxu korrelazzjonijiet bejn parametri għall-skop ta' determinazzjoni indiretta tad-data meħtieġa, l-analiżi għandha titwettaq skont l-Artikoli 32 sa 35 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012, billi jintuża pjan approvat ta' kampjunar biex jiżgura li l-kampjuni huma rappreżentattivi għal-lott li magħhom huma relatati. Fejn l-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 601/2012 ma jipprovdix frekwenza minima xierqa ta' analiżi għal prodott partikolari, materjal jew fjuwil, l-operatur għandu jipproponi frekwenza ta' analiżi xierqa għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti bbażata fuq informazzjoni dwar l-eteroġeneità tal-prodott, materjal jew fjuwil.
6.2. Rekwiżiti simplifikati għal ċerti analiżi tal-laboratorju
Fejn l-operatur jipprovdi evidenza b'sodisfazzjon għall-awtorità kompetenti li l-analiżijiet skont is-sezzjoni 6.1 mhumiex teknikament fattibbli jew se jirriżultaw f'kostijiet mhux raġonevoli, l-operatur għandu jwettaq l-analiżi meħtieġa bbażata fuq l-aħjar prattika tal-industrija, jew juża proxies stabbiliti, b'korrelazzjoni empirika ma' parametru aċċessibbli eħfef, iddeterminat mill-inqas darba fis-sena skont it-taqsima 6.1.
7. REGOLI BIEX TKUN STABBILITA S-SĦANA NETTA LI TISTA' TITKEJJEL
7.1. Prinċipji
L-ammonti kollha speċifikati ta' sħana li tista' titkejjel għandhom dejjem jirreferu għal ammont nett ta' sħana li tista' titkejjel, iddeterminata bħala l-kontenut ta' sħana (entalpija) tal-fluss ta' sħana trażmess lill-proċess li jikkonsma s-sħana jew utent estern nieqes il-kontenut ta' sħana tal-fluss ta' ritorn.
Il-proċessi li jikkunsmaw is-sħana meħtieġa għat-tħaddim tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tas-sħana, bħal deaerators, it-trattament tal-ilma u blow offs regolari, għandhom jitqiesu fl-effiċjenza tas-sistema ta' sħana u għalhekk ma jistgħux jitqiesu bħala proċessi li jikkunsmaw is-sħana eliġibbli għal allokazzjoni.
Fejn l-istess mezz ta' sħana jintuża minn diversi proċessi konsekuttivi u s-sħana tiegħu tiġi kkonsmata billi tibda minn livelli differenti ta' temperatura, il-kwantità ta' sħana kkonsmata minn kull proċess li jikkonsma s-sħana għandha tiġi determinata separatament, sakemm il-proċessi ma jaqgħux taħt l-istess subinstallazzjoni. It-tisħin mill-ġdid tal-mezz ta' trasferiment bejn proċessi konsekuttivi li jikkonsmaw is-sħana għandu jiġi ttrattat bħala produzzjoni ta' sħana addizzjonali.
Fejn sħana tintuża biex tipprovdi tkessiħ permezz ta' proċess ta' tkessiħ ta' assorbiment, dak il-proċess ta' tkessiħ għandu jitqies bħala l-proċess li jikkonsma sħana.
7.2. Metodoloġiji biex ikunu stabbiliti l- ammonti netti ta' sħana li tista' titkejjel
Għall-iskop ta' għażla ta' sorsi ta' data għall-kwantifikazzjoni ta' flussi ta' enerġija skont it-taqsima 4.5, għandhom jiġu kkunsidrati l-metodoloġiji li ġejjin biex ikunu determinati l-ammonti netti ta' sħana li tista' titkejjel:
Metodu 1: Użu ta' kejl
Skont dan il-metodu, l-operatur ikejjel il-parametri rilevanti kollha, b'mod partikolari t-temperatura, il-pressjoni, l-istat tat-trażmissjoni kif ukoll il-mezz ta' ritorn ta' sħana. L-istat tal-mezz f'każ ta' stim għandu jirreferi għas-saturazzjoni jew il-grad ta' sħana eċċessiva (superheating) tiegħu. Barra minn hekk, l-operatur ikejjel ir-rata tal-fluss (volumetriku) tal-mezz ta' trasferiment ta' sħana. Ibbażat fuq il-valuri mkejla, l-operatur jiddetermina l-entalpija u l-volum speċifiku tal-mezz ta' trasferiment ta' sħana billi juża tabella tal-istim jew softwer tal-inġinerija adattati.
Ir-rata tal-fluss tal-massa tal-mezz hija kkalkulata hekk
|
|
(Ekwazzjoni 3) |
Fejn ṁ hija r-rata tal-fluss tal-massa f'kg/s, V hija r-rata tal-fluss volumetriku f'm3/s u υ hija l-volum speċifiku f'm3/kg.
Peress li r-rata tal-fluss tal-massa hija kkunsidrata l-istess għal mezz ta' trażmissjoni u ta' ritorn, ir-rata tal-fluss ta' sħana tiġi kkalkulata bl-użu tad-differenza f'entalpija bejn il-fluss trażmess u r-ritorn, kif ġej:
|
|
(Ekwazzjoni 4) |
Fejn Q hija r-rata ta' fluss ta' sħana f'kJ/s, hflow hija entalpija tal-fluss trażmess f'kJ/kg, hreturn hija l-entalpija tal-fluss tar-ritorn f'kJ/kg, u ṁ hija r-rata tal-fluss tal-massa f'kg/s.
Fil-każ ta' stim jew ilma sħun użat bħala mezz ta' trasferiment ta' sħana, fejn il-kondensat ma jiġix irritornat, jew fejn mhuwiex fattibbli li tiġi stmata l-entalpija tal-kondensat ritornat, l-operatur għandu jiddetermina l-hreturn ibbażat fuq temperat ta' 90 °C.
Jekk ir-rati tal-fluss tal-massa huma magħrufa li mhumiex identiċi, għandu japplika dan li ġej:
Biex ikun stabbilit il-fluss nett annwali ta' sħana mid-data ta' hawn fuq, l-operatur għandu – soġġett għat-tagħmir tal-kejl u l-ipproċessar ta' data disponibbli, juża wieħed mill-metodi li ġejjin:
Metodu 2: Użu ta' dokumentazzjoni
L-operatur jistabbilixxi ammonti netti ta' sħana li tista' titkejjel ibbażata fuq dokumenti skont is-sezzjoni 4.6 ta' dan l-Anness, sakemm il-kwantitajiet ta' sħana pprovduti f'dawn id-dokumenti huma bbażati fuq kejl, jew fuq metodi raġonevoli ta' stima skont it-taqsima 3.4 ta' dan l-Anness.
Metodu 3: Kalkolu ta' proxy ibbażat fuq l-effiċjenza mkejla
L-operatur jistabbilixxi ammonti ta' sħana netta li tista' titkejjel ibbażata fuq l-input tal-fjuwil u l-effiċjenza mkejla relatata mal-produzzjoni ta' sħana:
|
Q = ηΗ · EIN |
(Ekwazzjoni 5) |
|
EIN = Σ ADi · NCVi |
(Ekwazzjoni 6) |
Fejn Q hija l-ammont ta' sħana rifless f'TJ, ηΗ hija l-effiċjenza mkejla tal-produzzjoni ta' sħana, EIN hija l-input tal-enerġija mill-fjuwils, ADi huma d-data ta' attività annwali (jiġifieri kwantitajiet ikkonsmati) ta' fjuwils i, u NCVi il-valuri kalorifiċi netti tal-fjuwils i.
Il-valur ta' ηΗ huwa mkejjel mill-operatur fuq perjodu raġonevolment twil, li jqis biżżejjed l-istati tat-tagħbija differenti tal-installazzjoni jew meħuda mid-dokumentazzjoni tal-manifattur. F'dan ir-rigward il-kurva tat-tagħbija parzjali speċifika għandha titqies permezz tal-użu ta' fattur ta' tagħbija annwali:
|
LF = EIN /EMax |
(Ekwazzjoni 7) |
Fejn LF huwa l-fattur tat-tagħbija, EIN l-input tal-enerġija kif determinat bl-Ekwazzjoni 6 matul is-sena kalendarja, u EMax l-input massimu tal-fjuwil jekk l-unità li tipproduċi s-sħana kienet qed taħdem b'tagħbija nominali ta'100 % għas-sena kalendarja sħiħa.
L-effiċjenza għandha tkun ibbażata fuq sitwazzjoni li fiha l-kondensat kollu jiġi rritornat. Għandha tiġi preżunta temperatura ta' 90 °C għall-kondensat irritornat.
Metodu 4: Kalkolu ta' proxy ibbażat fuq l-effiċjenza ta' referenza
Dan il-metodu huwa identiku għall-metodu 3, iżda bl-użu ta' effiċjenza ta' referenza ta' 70 % (ηRef,H = 0,7) fl-Ekwazzjoni 5.
7.3. Distinzjoni bejn tisħin distrettwali, sħana EU ETS u sħana mhux EU ETS
Fejn installazzjoni timporta s-sħana li tista' titkejjel, l-operatur għandu jiddetermina b'mod separat il-kwantità ta' sħana li ġejja minn installazzjonijiet koperti minn EU ETS, u s-sħana importata minn entitajiet mhux EU ETS. Fejn installazzjoni tikkonsma sħana li tista' titkejjel esportata minn subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott ta' aċidu nitriku, l-operatur għandu jiddetermina dak l-ammont ta' sħana kkonsmata separatament minn sħana oħra li tista' titkejjel.
Fejn installazzjoni tesporta s-sħana li tista' titkejjel, l-operatur għandu jiddetermina b'mod separat il-kwantità ta' sħana esportata lejn installazzjonijiet koperti minn EU ETS, u s-sħana esportata lejn entitajiet mhux EU ETS. Barra minn hekk, l-operatur għandu jiddetermina b'mod separat kwantitajiet ta' sħana li jikkwalifikaw bħala tisħin distrettwali.
8. REGOLI GĦALL-ASSENJAZZJONI TA' FJUWILS U EMISSJONIJIET TA' PRODUZZJONI KKOMBINATA TA' SĦANA U ENERĠIJA (CHP) BIL-GĦAN LI JIĠU AĠĠORNATI L-VALURI TA' PARAMETRU REFENZJARJU.
Din is-sezzjoni tapplika għal sitwazzjonijiet fejn operatur, bil-għan li jaġġorna l-valuri ta' parametru refenzjarju, għandu jattribwixxi inputs, outputs u emissjonijiet ta' unitajiet ta' koġenerazzjoni għal subinstallazzjonijiet.
Għall-finijiet ta' din it-taqsima, “koġenerazzjoni” tintuża kif definit fil-punt (30) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ).
L-emissjonijiet ta' unità ta' koġenerazzjoni huma stabbiliti kif ġej
|
EmCHP = Σ ADi · NCVi · EFi + EmFGC |
(Ekwazzjoni 8) |
Fejn EmCHP huma l-emissjonijiet annwali tal-unità ta' koġenerazzjoni riflessi bħala t CO2, Adii huma d-data tal-attività annwali (jiġifieri l-kwantitajiet ikkonsmati) tal-fjuwils i użati għall-unità CHP riflessi f'tunnellati jew Nm3, NCVi il-valuri kalorifiċi netti tal-fjuwils i riflessi f'TJ/t jew TJ/Nm3, u EFi il-fatturi ta' emissjoni tal-fjuwils i riflessi f't CO2/TJ. EmFGC huma emissjonijiet tal-proċess mit-tindif tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija rifless f't CO2.
L-input tal-enerġija għall-unità CHP huwa kkalkulat skont l-Ekwazzjoni 6. L-effiċjenzi medji annwali rispettivi tal-produzzjoni ta' sħana u tal-elettriku (jew enerġija mekkanika, jekk applikabbli) huma kkalkulati kif ġej:
|
ηheat = Qnet /EIN |
(Ekwazzjoni 9) |
|
ηel = Eel /EIN |
(Ekwazzjoni 10) |
Fejn ηheat (mingħajr dimensjoni) huwa l-effiċjenza medja annwali tal-produzzjoni ta' sħana, Qnet huwa l-ammont nett annwali ta' sħana prodotta mill-unità ta' koġenerazzjoni riflessa bħala TJ kif determinat skont it-taqsima 7.2, EIN l- input tal-enerġija kif determinat bl-ekwazzjoni 6 riflessa bħala TJ, ηel (mingħajr dimensjoni) hija l-effiċjenza medja annwali tal-produzzjoni tal-elettriku, u Eel il-produzzjoni annwali netta tal-elettriku tal-unità ta' koġenerazzjoni, riflessa bħala TJ.
Fejn l-operatur jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li d-determinazzjoni tal-effiċjenzi ηheat u ηel mhix teknikament vijabbli jew tista' ġġarrab kostijiet mhux raġonevoli, għandhom jintużaw valuri bbażati fuq dokumentazzjoni teknika (valuri tad-disinn) tal-installazzjoni. Jekk dawn il-valuri mhumiex disponibbli, għandhom jintużaw valuri konservattivi awtomatiċi ta' ηheat = 0,55 u ηel = 0,25.
Il-fatturi ta' attribuzzjoni għas-sħana u l-elettriku mis-CHP huma kkalkulati kif ġej
|
|
(Ekwazzjoni 11) |
|
|
(Ekwazzjoni 12) |
Fejn FCHP,Heat huwa l-fattur ta' attribuzzjoni għas-sħana u FCHP,El huwa l-fattur ta' attribuzzjoni għall-elettriku (jew enerġija mekkanika, jekk applikabbli), it-tnejn riflessi mingħajr dimensjoni ηref, heat , hija l-effiċjenza ta' referenza għall-produzzjoni ta' sħana f'bojler stand-alone, u ηref,el l-effiċjenza ta' referenza tal-produzzjoni tal-elettriku mingħajr koġenerazzjoni. Għall-effiċjenzi ta' referenza l-operatur għandu japplika l-valuri speċifiċi tal-fjuwil xierqa skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2402 ( 12 ) mingħajr l-applikazzjoni tal-fatturi ta' korrezzjoni għal telf mill-grilja evitat fl-Anness IV għal dak ir-Regolament.
Għall-attribuzzjoni tal-input ta' enerġija jew emissjonijiet tal-unità ta' koġenerazzjoni għall-produzzjoni ta' sħana u elettriku (jew enerġija mekkanika, jekk applikabbli), l-operatur għandu jimmultiplika l-input totali tal-enerġija jew emissjonijiet bil-fattur ta' attribuzzjoni rispettiv għas-sħana jew l-elettriku.
Il-fattur ta' emissjoni speċifiku ta' sħana li tista' titkejjel relatata mas-CHP li għandu jintuża għall-attribuzzjoni ta' emissjonijiet relatati mas-sħana lil subinstallazzjonijiet skont is-sezzjoni 10.1.2 huwa kkalkulat kif ġej
|
EF(CHP,Heat) = EmCHP · F(CHP,Heat)/Qnet |
(Ekwazzjoni 13) |
Fejn l-EFCHP, heat , huwa l-fattur ta' emissjoni għall-produzzjoni ta' sħana li tista'titkejjel fl-unità ta' koġenerazzjoni riflessa bħala t CO2/TJ.
9. PROĊEDURA GĦAT-TRAĊĊAR TAL-KODIĊIJIET PRODCOM U TAL-KODIĊIJIET NM TAL-PRODOTTI U TAL-OĠĠETTI
Għall-fini ta’ attribuzzjoni korretta ta’ data lil subinstallazzjonijiet, l-operatur għandu jżomm lista tal-prodotti u l-oġġetti kollha prodotti fl-installazzjoni u l-kodiċijiet PRODCOM applikabbli rispettivi tagħhom, abbażi tal-kodiċijiet NACE rev. 2 u NM. Abbażi ta’ din il-lista, l-operatur għandu:
Għal dan l-għan, l-operatur għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm proċedura għall-verifika regolari ta’ jekk il-prodotti u l-oġġetti manifatturati fl-installazzjoni humiex konformi mal-kodiċijiet PRODCOM u l-kodiċijiet NM applikati meta jiġi stabbilit il-pjan ta’ metodoloġija ta’ monitoraġġ. Barra minn hekk, din il-proċedura għandha tinkludi dispożizzjonijiet biex tidentifika jekk l-installazzjoni pproduċietx prodott ġdid għall-ewwel darba, u biex tiżgura li l-operatur jiddetermina l-kodiċi PRODCOM applikabbli għall-prodott il-ġdid, iżidu mal-lista ta’ prodotti u jattribwixxi inputs, outputs u emissjonijiet relatati għas-subinstallazzjoni xierqa.
10. REGOLI BIEX JIĠU DDETERMINATI L-EMISSJONIJIET FIL-LIVELL TAS-SUB-INSTALLAZZJONI BIL-GĦAN LI JIĠU AĠĠORNATI L-VALURI TA' PARAMETRU REFENZJARJU
10.1. Emissjonijiet fil-livell ta' subinstallazzjoni
Għall-fini tal-Artikolu 10, l-operatur għandu jattribwixxi l-emissjonijiet totali tal-istallazzjoni lil subinstallazzjonijiet li japplikaw, fejn applikabbli, id-dispożizzjonijiet tat-taqsimiet 3.2 u 10.1.1 sa 10.1.5 ta' dan l-Anness.
10.1.1. Attribuzzjoni diretta ta' flussi minn sorsi jew sorsi ta' emissjoni
1. L-emissjonijiet ta' flussi minn sorsi jew is-sorsi ta' emissjoni li jservu biss subinstallazzjoni waħda huma attribwiti għal dik is-subinstallazzjoni b'mod sħiħ. Fejn l-operatur juża bilanċ tal-massa, il-flussi minn sorsi ħerġin għandhom jitnaqqsu skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012. Sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, flussi minn sorsi li huma kkonvertiti f'gassijiet ta' skart, bl-eċċezzjoni ta' gassijiet ta' skart prodotti u kkonsmati għal kollox fl-istess subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott, m'għandhomx jiġu attribwiti bl-użu ta' dan l-approċċ.
2. Huwa biss fejn il-flussi minn sorsi jew is-sorsi ta' emissjoni jservu aktar minn subinstallazzjoni waħda, li japplikaw l-approċċi li ġejjin għall-attribuzzjoni tal-emissjonijiet:
10.1.2. Emissjonijiet attribwibbli għal sħana li tista' titkejjel
Fejn is-subinstallazzjoni tikkonsma sħana li tista' titkejjel prodotta fl-installazzjoni, l-operatur għandu jiddetermina, fejn applikabbli, l-emissjonijiet relatati mas-sħana billi juża wieħed mill-metodi li ġejjin.
Għal sħana li tista' titkejjel prodotta mill-kombustjoni ta' fjuwils fl-installazzjoni minbarra sħana prodotta b'koġenerazzjoni, l-operatur jiddetermina l-fattur ta' emissjoni tat-taħlita tal-fjuwil rilevanti u jikkalkula l-emissjonijiet attribwibbli għas-subinstallazzjoni kif ġej
|
EmQ,sub-inst = EFmix · Qconsumed,sub-inst /η |
(Ekwazzjoni 14) |
Fejn EmQ,sub-inst hija l-emissjonijiet relatati ma' sħana tas-subinstallazzjoni f't CO2, EFmix huwa l-fattur ta' emissjoni tat-taħlita tal-fjuwil rispettiva riflessaa bħala t CO2/TJ inkluż emissjonijiet mit-tindif tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija, fejn applikabbli, Qconsumed,sub-inst huwa l-ammont ta' sħana li tista' titkejjel fis-subinstallazzjoni riflessa f'TJ, u η hija l-effiċjenza tal-proċess tal-produzzjoni ta' sħana.
EFmix ikkalkulat kif ġej
|
EFmix = (Σ ADi · NCVi · EFi + EmFGC )/(Σ ADi · NCVi ) |
(Ekwazzjoni 15) |
Fejn ADi huma d-data tal-attività annwali (jiġifieri l-kwantitajiet ikkonsmati) tal-fjuwils i użati għall-produzzjoni ta' sħana li tista' titkejjel f'tunnellati jew Nm3, NCVi il-valuri kalorifiċi netti tal-fjuwils i riflessi f'TJ/t jew TJ/Nm3, u EFi il-fatturi ta' emissjoni tal-fjuwils i riflessi f't CO2/TJ. EmFGC huma emissjonijiet tal-proċess mit-tindif tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija rifless f't CO2.
Fejn gass ta' skart huwa parti mit-taħlita tal-fjuwil użata, il-fattur ta' emissjoni ta' dik il-gass ta' skart jiġi aġġustat qabel il-kalkolu tal-EFmix skont il-punt (b) tat-taqsima 10.1.5 ta' dan l-Anness.
Għal sħana li tista' titkejjel prodotta f'unitajiet ta' koġenerazzjoni fejn il-fjuwils jinħarqu fl-installazzjoni, l-operatur jiddetermina l-fattur ta' emissjoni tat-taħlita tal-fjuwil rilevanti u jikkalkula l-emissjonijiet attribwibbli għas-subinstallazzjoni kif ġej
|
EmQ,CHP,sub-inst = EFCHP,Heat · Qcons,CHP,sub-inst |
(Ekwazzjoni 16) |
Fejn EmQ,CHP,sub-inst huwa l-emissjonijiet relatati ma' sħana CHP tas-subinstallazzjoni f't CO2, EF CHP,Heat huwa l-fattur ta' emissjoni tal-parti ta' sħana tal-unità ta' koġenerazzjoni kif determinat skont it-taqsima 8 rifless bħala t CO2/TJ inkluż emissjonijiet mit-tindif tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija, fejn applikabbli, u Qcons,CHP,sub-inst huwa l-ammont ta' sħana li tista' titkejjel prodotta b'koġenerazzjoni fi ħdan l-installazzjoni u kkonsmata fis-subinstallazzjoni espressa f'TJ.
Fejn gass ta' skart huwa parti mit-taħlita tal-fjuwil użata fl-unità ta' koġenerazzjoni, il-fattur ta' emissjoni ta' dik il-gass ta' skart jiġi aġġustat qabel il-kalkolu ta' EFCHP,Heat skont il-punt (b) tat-taqsima 10.1.5.
Fejn is-sħana li tista' titkejjel tiġi rkuprata minn proċessi koperti minn subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott, subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' fjuwil jew subinstallazzjoni ta' emissjoni ta' proċess, l-operatur għandu jirrapporta dawk l-ammonti ta' sħana bħala trasferiti bejn is-subinstallazzjonijiet rilevanti fir-rapport ta' bażi ta' data skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(2).
Fejn sħana li tista' titkejjel tkun importata minn installazzjonijiet oħra koperti minn EU ETS jew minn installazzjonijiet jew entitajiet mhux koperti minn EU ETS, il-fattur ta' emissjoni relatat mal-produzzjoni ta' dik is-sħana għandu jiġi rrappurtat, jekk disponibbli.
L-operatur għandu jattribwixxi li ma kienx hemm emissjonijiet għal sħana li tista' titkejjel prodotta mill-elettriku, iżda jirrapporta l-ammonti relatati ta' sħana li tista' titkejjel fir-rapport ta' bażi ta' data skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(2).
10.1.3. Attribuzzjoni ta' emissjonijiet relatati mat-telf ta' sħana
Fejn telf ta' sħana li tista' titkejjel huwa ddeterminat b' mod separat mill-ammonti użati fi subinstallazzjonijiet, sabiex jissodisfa l-kriterju skont il-punt (c) tal-Artikolu 10(5), l-operatur għandu jżid emissjonijiet relattivi għal kwantità proporzjonata ta' telf ta' sħana għall-emissjonijiet tas-subinstallazzjonijiet kollha li fihom jiġi użat is-sħana li titkejjel prodotta fl-installazzjoni, bl-użu ta' fatturi ta' emissjoni ddeterminati skont it-taqsima 10.1.2 ta' dan l-Anness.
10.1.4. Attribuzzjoni ta' emissjonijiet relatati ma' sħana li ma titkejjilx
Sabiex jiġu attribwiti emissjonijiet relatati mal-użu ta' sħana li ma tistax titkejjel li mhix inkluża f'subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott, l-operatur għandu jattribwixxi il-flussi minns sorsi rilevanti jew sorsi ta' emissjoni għal subinstallazzjonijiet skont is-sezzjoni 10.1.1, billi juża l-fatturi ta' emissjoni rilevanti. L-operatur għandu jattribwixxi biss fjuwils u flussi minn sorsi relatati mal-emissjonijiet ta' proċess mit-tindif tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija għal użi ta' sħana li ma tistax titkejjel.
Fejn gass ta' skart huwa parti mit-taħlita tal-fjuwil użata, il-fattur ta' emissjoni ta' dik il-gass ta' skart jiġi aġġustat qabel ma jiġu attribwiti l-emissjonijiet tiegħu għal użu ta' sħana li ma tistax titkejjel, skont il-punt (b) tat-taqsima 10.1.5.
10.1.5. Attribuzzjoni ta' emissjoni għall-produzzjoni u l-użu ta' gassijiet ta' skart
L-emissjonijiet mill-gassijiet ta' skart huma maqsuma f'żewġ partijiet, ħlief fejn jintużaw fl-istess subinstallazzjoni ta' parametru referenzjarju ta' prodott fejn huma prodotti, kif ġej:
Ammont ta' emissjonijiet assenjat għall-produzzjoni tal-gass ta' skart huwa attribwit taħt is-subinstallazzjoni ta' parametru ta' referenza ta' prodott fejn jiġi prodott l-gass ta 'skart.
Dan l-ammont hu kkalkulat kif ġej:
|
EmWG = VWG · NCVWG · (EFWG – EFNG · Corrn ) |
(Ekwazzjoni 17) |
Fejn EmWG huwa l-ammont ta' emissjonijiet assenjati għall-produzzjoni tal-gass ta' skart, VWG huwa l-volum ta' gass ta' skart prodott rifless bħala Nm3 jew t, NCVWG huwa l-valur kalorifiku nett tal-gass ta' skart rifless bħala TJ/Nm3 jew TJ/t, EFWG huwa l-fattur ta' emissjoni tal-gass ta' skart rifless bħala t CO2/TJ, EFNG huwa l-fattur ta' emissjoni ta' gass naturali (56,1 t CO2/TJ), u Corrη huwa fattur li jirrappreżenta d-differenza fl-effiċjenzi bejn il- gass ta' skart u l-użu tal-gass naturali ta' fjuwil ta' referenza. Il-valur awtomatiku ta' dan il-fattur huwa ugwali għal 0,667.
Ammont ta’ emissjonijiet assenjat għall-konsum tal-gass ta’ skart huwa attribwit lis-subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott, subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ sħana, subinstallazzjoni ta’ tisħin distrettwali jew subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ fjuwil, fejn jiġi kkonsmat. Dan l-ammont jiġi ddeterminat billi l-ammont u l-valur kalorifiku tal-gass ta’ skart jiġu mmultiplikati bil-valur tal-parametru referenzjarju interim għas-sħana jew għall-fjuwil, kif applikabbli, iddeterminat abbażi tar-rata ta’ tnaqqis annwali rilevanti mill-2007/2008 sas-sentejn speċifikati bħala l-bażi għall-valuri tal-parametru referenzjarji fl-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE.
10.1.6. Attribuzzjoni ta’ emissjonijiet għall-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi ta’ valur għoli għall-parametru referenzjarju tal-ikkrekkjar bl-istim
B’konsistenza mar-regoli ta’ allokazzjoni skont l-Artikolu 19, 1,78 tunnellata ta’ diossidu tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ idroġenu mmultiplikati bil-produzzjoni storika ta’ idroġenu minn alimentazzjoni supplimentali espressa f’tunnellati ta’ idroġenu, 0,24 tunnellata ta’ diossidu tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ etilen immultiplikati bil-produzzjoni storika ta’ etilen minn alimentazzjoni supplimentali espressa f’tunnellati ta’ etilen, u 0,16-il tunnellata ta’ diossidu tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ HVC immultiplikati bil-produzzjoni storika ta’ kimiċi oħrajn ta’ valur għoli minbarra l-idroġenu u l-etilen minn alimentazzjoni supplimentali espressa f’tunnellati ta’ HVC, għandhom jitnaqqsu mill-emissjonijiet attribwiti.
10.1.7. Attribuzzjoni tal-emissjoni għall-idroġenu għall-parametru referenzjarju tal-klorur tal-vinil
B’konsistenza mar-regoli ta’ allokazzjoni skont l-Artikolu 20, l-ammont ta’ idroġenu maħruq espress bħala terajoules immultiplikat bil-valur tal-parametru referenzjarju interim tas-sħana, iddeterminat abbażi tas-sentejn rilevanti speċifikati bħala l-bażi għall-valuri tal-parametru referenzjarju fl-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, għandu jiżdied mal-emissjonijiet attribwiti.
10.1.8. Attribuzzjoni tal-emissjonijiet għall-parametru referenzjarju tal-idroġenu
Meta l-monossidu tal-karbonju (CO) ikun jinsab fil-gass tal-prodott finali, l-ekwivalenti stojkjometriku tal-ammont ta’ CO fil-gass tal-prodott għandu jitqies bħala kkonvertit fis-CO2 u jiżdied mal-emissjonijiet attribwiti. Jekk wieħed jassumi reazzjoni għat-tibdil fil-gass tal-ilma, ekwivalenti għas-sħana li tista’ tiġi rkuprata għar-reazzjoni eżotermika ta’ 1,47 Gj/t CO mmultiplikata bil-valur tal-parametru referenzjarju interim għas-sħana, iddeterminat abbażi tar-rata ta’ tnaqqis annwali mill-2007/2008 għas-sentejn rilevanti speċifikati bħala l-bażi għall-valuri tal-parametru referenzjarju fl-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, u jekk wieħed jassumi effiċjenza ta’ 99,5 %, għandu jitnaqqas mill-emissjonijiet attribwiti. B’mod korrispondenti, l-ekwivalenti stojkjometriku tal-idroġenu li jiġi prodott minn dak l-istess ammont ta’ CO permezz ta’ reazzjoni għat-tibdil tal-gass fl-ilma għandu jiżdied mad-denominatur meta tiġi kkalkulata l-intensità tal-gassijiet serra tas-subinstallazzjoni.
10.2. Emissjonijiet attribwiti għal subinstallazjonijiet
L-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet attribwiti ta' kull subinstallazzjoni bħala somma tal-:
emissjonijiet relatati mal-flussi minn sorsi rilevanti għas-subinstallazzjoni determinati skont it-taqsima 10.1.1, kif applikabbli;
emissjonijiet attribwibbli għas-sħana li tista' titkejjel ikkonsmata fis-subinstallazzjoni stabbilita skont it-taqsimiet 10.1.2 u 10.1.3, kif applikabbli;
emissjonijiet attribwibbli għal sħana li ma tistax titkejjel ikkonsmata fis-subinstallazzjoni stabbilita skont it-taqsima 10.1.4, kif applikabbli;
emissjonijiet attribwiti għall-produzzjoni jew l-użu ta' gassijiet ta' skart fis-subinstallazzjoni determinati skont it-taqsima 10.1.5, kif applikabbli;
L-emissjonijiet attribwibbli għal parametri referenzjarji speċjali ddeterminati f’konformità mat-taqsima 10.1.6, 10.1.7 u 10.1.8, kif applikabbli.
F'din il-kalkolazzjoni, l-operatur għandu jiżgura li ma jkunx hemm la omissjonijiet u lanqas għadd doppju ta' flussi minn sorsi.
L-operatur għandu jiddetermina wkoll id-differenza bejn l-emissjonijiet totali tal-installazzjoni u s-somma tal-emissjonijiet attribwiti tas-subinstallazzjonijiet kollha rilevanti fl-installazzjoni. Jekk applikabbli, l-operatur għandu jidentifika l-proċessi kollha li jikkontribwixxu għal din id-differenza u jikkorrobora l-plawżibbiltà tal-attribuzzjoni billi jistima l-emissjonijiet assoċjati ma' dawn il-proċessi, b'mod partikolari ma' flussi minn sorsi użati għall-produzzjoni tal-elettriku u għal ivvampjar minbarra vvampjar ta' sigurtà.
ANNESS VIII
Determinazzjoni tal-Istati Membri eliġibbli skont l-Artikolu 22b(3)
L-installazzjonijiet f’ċerti Stati Membri jistgħu jibbenefikaw minn allokazzjoni bla ħlas addizzjonali għat-tisħin distrettwali skont l-Artikolu 10b(4) tad-Direttiva 2003/87/KE.
1. METODOLOĠIJA
Skont l-Artikolu 10b(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-kundizzjoni li ġejja għandha tiġi ssodisfata għall-medja tas-snin 2014 sa 2018, biex l-Istati Membri jkunu eliġibbli għal allokazzjoni bla ħlas addizzjonali skont l-Artikolu 22b(3):
2. STATI MEMBRI ELIĠIBBLI
Skont il-metodoloġija deskritta fil-punt 1, l-installazzjonijiet li jinsabu fl-Istati Membri li ġejjin jistgħu jibbenefikaw minn allokazzjoni bla ħlas addizzjonali skont l-Artikolu 22b(3):
il-Bulgarija,
iċ-Ċekja,
il-Latvja,
il-Polonja.
( 1 ) Id-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' strumenti tal-kejl (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 149).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 52, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/956/oj).
( 3 ) Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/27/2023-05-04).
( 4 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 94, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/2067/2021-01-01).
( 5 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
( 6 ) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91, tad-19 ta' Diċembru 1991, dwar il-ħolqien ta' kwestjonarju tal-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali (ĠU L 374, 31.12.1991, p. 1).
( 7 ) ir-Regolament Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
( 8 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 1)
( 9 ) Id-Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta' strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 107).
( 10 ) Id-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' strumenti tal-kejl (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 149).
( 11 ) Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
( 12 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2402 tat-12 ta' Ottubru 2015 li jirrevedi l-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku u s-sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2012/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/877/UE (ĠU L 333, 19.12.2015, p. 54).