02019L0944 — MT — 16.07.2024 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DIRETTIVA (UE) 2019/944 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (riformulazzjoni) (ĠU L 158 14.6.2019, p. 125) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT (UE) 2022/869 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Mejju 2022 |
L 152 |
45 |
3.6.2022 |
|
|
DIRETTIVA (UE) 2024/1711 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Ġunju 2024 |
L 1711 |
1 |
26.6.2024 |
|
DIRETTIVA (UE) 2019/944 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-5 ta' Ġunju 2019
dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE
(riformulazzjoni)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni għall-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin tal-enerġija u l-provvista tal-elettriku, flimkien mad-dispożizzjonijiet għall-ħarsien tal-konsumatur, bil-għan li jinħolqu swieq tal-enerġija li jkunu tabilħaqq integrati, kompetittivi, iffokati fuq il-konsumaturi, flessibbli, ġusti u trasparenti fl-Unjoni.
Permezz tal-vantaġġi ta' suq integrat, din id-Direttiva timmira li tiżgura prezzijiet tal-enerġija u spejjeż għall-konsumaturi li huma raġonevoli u trasparenti, livell għoli ta' sigurtà tal-provvista u tranżizzjoni mingħajr xkiel lejn sistema tal-enerġija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju. Din tistabbilixxi regoli ewlenin li jikkonċernaw l-organizzazzjoni u t-tħaddim tas-settur tal-elettriku tal-Unjoni, b'mod partikolari regoli dwar l-emanċipazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur, dwar l-aċċess miftuħ għas-suq integrat, dwar l-aċċess tal-partijiet terzi għall-infrastruttura tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, rekwiżiti dwar is-separazzjoni u regoli dwar l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji fl-Istati Membri.
Din id-Direttiva tistabbilixxi wkoll mezzi għall-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji u l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni sabiex jikkooperaw lejn il-ħolqien ta' suq intern interkonness bis-sħiħ għall-elettriku li jżid l-integrazzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli, kompetizzjoni libera u sigurtà tal-provvista.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“klijent” tfisser klijent bl-ingrossa jew klijent finali tal-elettriku;
“klijent bl-ingrossa” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tixtri l-elettriku bil-għan li terġa' tbiegħu ġewwa jew barra mis-sistema fejn dik il-persuna tkun stabbilita;
“klijent finali” tfisser klijent li jixtri l-elettriku għall-użu personali;
“klijent domestiku” tfisser klijent li jixtri l-elettriku għall-konsum tal-klijent stess fid-dar, esklużi attivitajiet kummerċjali jew professjonali;
“klijent mhux domestiku” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tixtri l-elettriku li ma jkunx għall-użu domestiku tagħha stess, inklużi produtturi, klijenti industrijali, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, negozji u klijenti bl-ingrossa;
“mikrointrapriża” tfisser intrapriża li timpjega inqas minn 10 persuni u li t-total tal-fatturat annwali u/jew tal-karta tal-bilanċ tagħha ma jaqbiżx EUR 2 miljun;
“intrapriża żgħira” tfisser intrapriża li timpjega inqas minn 50 persuna u li t-total tal-fatturat annwali u/jew tal-karta tal-bilanċ tagħha ma jaqbiżx EUR 10 miljun;
“klijent attiv” tfisser klijent finali, jew grupp ta’ klijenti finali li jaġixxu konġuntement, li jikkunsmaw jew li jaħżnu l-elettriku ġġenerat fil-binjiet tagħhom li jinsab f’konfini limitati jew elettriku awtoġġenerat jew kondiviż fi ħdan bini ieħor, jew li jbigħu elettriku awtoġġenerat jew li jipparteċipaw fi skemi ta’ flessibbiltà jew ta’ effiċjenza fl-enerġija, dment li dawk l-attivitajiet ma jikkostitwux l-attività kummerċjali jew professjonali primarja tagħhom;
“swieq tal-elettriku” tfisser swieq tal-elettriku inklużi swieq b'bejgħ dirett (“over-the-counter”) u l-iskambji tal-enerġija elettrika, swieq għall-kummerċ ta' enerġija, ta' kapaċità kif ukoll servizzi ta' bbilanċjar u servizzi anċillari f'kull perijodu ta' żmien, inklużi s-swieq bil-quddiem, bil-ġurnata 'l quddiem u dawk fl-istess ġurnata;
“parteċipant tas-suq” tfisser parteċipant tas-suq kif definit fil-punt 25 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/943;
“kondiviżjoni tal-enerġija” tfisser l-awtokonsum minn klijenti attivi tal-enerġija rinnovabbli jew:
iġġenerata jew maħżuna mhux fuq is-sit jew fuq siti bejniethom minn faċilità li huma s-sidien tagħha, li għandhom ftehim ta’ lokazzjoni fuqha jew li jikru kompletament jew parzjalment; jew
li d-dritt għaliha ġie ttrasferit lilhom minn klijent attiv ieħor bi ħlas jew mingħajr ħlas;
“komunità tal-enerġija taċ-ċittadin” tfisser entità legali li:
hija bbażata fuq parteċipazzjoni volontarja u miftuħa u li hija effetivament ikkontrollata minn membri jew azzjonisti li huma persuni fiżiċi, awtoritajiet lokali, inklużi muniċipalitajiet, jew intrapriżi żgħar,
għandha bħala skop primarju tagħha li tipprovdi benefiċċji komunitarji ambjentali, ekonomiċi jew soċjali lill-membri jew azzjonisti tagħha jew liż-żoni lokali fejn topera pjuttost milli tiġġenera profitti finanzjarji, u
tista' tkun involuta fil-ġenerazzjoni, inkluża dik minn sorsi rinnovabbli, fid-distribuzzjoni, fil-provvista, fil-konsum, fl-aggregazzjoni, fil-ħżin tal-enerġija, fis-servizzi ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija, fis-servizzi ta' ċċarġjar għall-vetturi elettriċi jew tipprovdi servizzi oħra tal-enerġija lill-membri jew lill-azzjonisti tagħha;
“provvista” tfisser il-bejgħ, inkluż il-bejgħ mill-ġdid, ta' elettriku lill-klijenti;
“kuntratt għall-provvista tal-elettriku” tfisser kuntratt għall-provvista ta' elettriku, iżda ma tinkludix derivattivi tal-elettriku;
“derivattiva tal-elettriku” tfisser strument finanzjarju speċifikat fil-punt 5, 6, jew 7 fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), fejn dak l-istrument jirrelata mal-elettriku;
“kuntratt dwar prezz dinamiku tal-elettriku” tfisser kuntratt għall-provvista tal-elettriku bejn fornitur u klijent finali li jirrifletti l-varjazzjoni fil-prezz fis-swieq spot, inkluż fis-swieq tal-ġurnata bil-quddiem u dawk fl-istess ġurnata, f'intervalli li tal-anqas ikunu ugwali għall-frekwenza ta' tpaċija tas-suq;
“kuntratt għall-provvista tal-elettriku għal terminu fiss bi prezz fiss” tfisser kuntratt għall-provvista tal-elettriku bejn fornitur u klijent finali li jiggarantixxi li t-termini u il-kundizzjonijiet kuntrattwali, inkluż il-prezz, jibqgħu l-istess għad-durata tal-kuntratt, filwaqt li jista’, fi prezz fiss, jinkludi element flessibbli, pereżempju, varjazzjonijiet fil-prezz fis-sigħat ta’ quċċata u barra s-sigħat ta’ quċċata, u fejn bidliet fil-kont li jirriżulta jistgħu jirriżultaw biss minn elementi li ma jkunux iddeterminati mill-fornituri, bħal taxxi u imposti;
“tariffa għat-tmiem tal-kuntratt” tfisser imposta jew penali li l-fornituri jew il-parteċipanti fis-suq involuti fl-aggregazzjoni jimponu fuq il-klijenti talli jitterminaw kuntratt għall-provvista tal-elettriku jew kuntratt dwar servizz;
“tariffa marbuta mal-bdil” tfisser imposta jew penali għall-bdil tal-fornituri jew tal-parteċipanti fis-suq involuti fl-aggregazzjoni, inklużi tariffi għat-terminazzjoni tal-kuntratt, li hija imposta direttament jew indirettament fuq il-klijenti mill-fornituri,mill-parteċipanti fis-suq involuti fl-aggregazzjoni jew mill-operaturi tas-sistema;
“aggregazzjoni” tfisser funzjoni mwettqa minn persuna fiżika jew ġuridika li tgħaqqad flimkien tagħbijiet multipli ta' klijenti jew l-elettriku ġġenerat minn diversi klijenti għall-bejgħ, ix-xiri jew il-bejgħ bl-irkant fi kwalunkwe suq tal-elettriku;
“aggregatur indipendenti” tfisser parteċipant fis-suq impenjat fl-aggregazzjoni li mhuwiex affiljat mal-fornitur tal-klijent;
“rispons tad-domanda” tfisser il-bidla fit-tagħbija tal-elettriku mill-klijenti finali mix-xejriet ta' konsum normali jew attwali tagħhom b'rispons għas-sinjali tas-suq, inkluż b'rispons għall-prezzijiet tal-elettriku varjabbli skont il-ħin jew ħlasijiet ta' inċentiv, jew b'rispons għall-aċċettazzjoni tal-offerta tal-klijent finali li jbigħ it-tnaqqis jew iż-żieda tad-domanda bi prezz f'suq organizzat kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014 ( 2 ) sew jekk waħidhom jew permezz tal-aggregazzjoni;
“informazzjoni dwar il-kontijiet” tfisser l-informazzjoni pprovduta f'kont finali tal-klijenti finali, minbarra talba għall-ħlas;
“miter konvenzjonali” tfisser miter analogu jew elettroniku li ma għandu la l-kapaċità li jittrażmetti u lanqas li jirċievi d-data;
“sistema ta' kejl intelliġenti” tfisser sistema elettronika li hija kapaċi li tkejjel l-elettriku li jingħata fil-grilja jew l-elettriku kkonsmat mill-grilja, li tipprovdi aktar informazzjoni minn miter konvenzjonali, u li hija kapaċi tittrasmetti u tirċievi data għall-finijiet ta' informazzjoni, monitoraġġ u kontroll, permezz ta' xi forma ta' komunikazzjoni elettronika;
“interoperabbiltà” tfisser, fil-kuntest tal-kejl intelliġenti, il-kapaċità li żewġ netwerks, sistemi, apparati, applikazzjonijiet jew komponenti tal-enerġija jew tal-komunikazzjoni, jew aktar, li jiskambjaw u jużaw informazzjoni sabiex iwettqu funzjonijiet meħtieġa;
“fornitur tal-aħħar istanza” tfisser fornitur li huwa deżinjat biex jieħu f’idejh il-provvista tal-elettriku lil klijenti ta’ fornitur li ma għadux jopera;
“faqar enerġetiku” tfisser faqar enerġetiku kif definit fl-Artikolu 2, punt (52), tad-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
“ftehim ta’ konnessjoni flessibbli” tfisser sett ta’ kundizzjonijiet miftiehma għall-konnessjoni tal-kapaċità elettrika mal-grilja li jinkludi kundizzjonijiet biex tiġi limitata u kkontrollata l-injezzjoni tal-elettriku fin-network ta’ trażmissjoni jew fin-network ta’ distribuzzjoni u l-irtirar tal-elettriku minnhom;
“perjodu ta' saldu tal-iżbilanċ” tfisser perjodu ta' saldu tal-iżbilanċ kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/943;
“kważi f'ħin reali” tfisser, fil-kuntest tal-kejl intelliġenti, perijodu ta' żmien qasir, is-soltu f'termini ta' sekondi jew sal-perjodu ta' saldu tal-iżbilanċ fis-suq nazzjonali;
“l-aqwa tekniki disponibbli” tfisser, fil-kuntest tal-protezzjoni tad-data u tas-sigurtà f'ambjent ta' kejl intelliġenti, it-tekniki l-aktar effettivi, avvanzati u prattikament adatti biex tiġi pprovduta, fil-prinċipju, il-bażi għall-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà;
“distribuzzjoni” tfisser it-trasport tal-elettriku fuq sistemi ta' distribuzzjoni ta' vultaġġ għoli, vultaġġ medju u vultaġġ baxx bil-ħsieb li dan jitwassal lill-klijenti, iżda mhux inkluża l-provvista;
“operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun responsabbli li tħaddem, li tiżgura l-manutenzjoni ta', u jekk ikun meħtieġ li tiżviluppa, is-sistema ta' distribuzzjoni f'żona partikolari u, fejn applikabbli, l-interkonnessjonijiet tagħha ma' sistemi oħra, kif ukoll li tiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema li tlaħħaq ma' domandi raġonevoli għad-distribuzzjoni tal-elettriku;
“effiċjenza fl-użu tal-enerġija” tfisser il-proporzjon tal-'output' tal-prestazzjoni, servizz, prodotti jew enerġija, għall-'input' tal-enerġija;
“enerġija minn sorsi rinnovabbli” jew “enerġija rinnovabbli” tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli jew enerġija rinnovabbli kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
“ġenerazzjoni distribwita” tfisser installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni konnessi mas-sistema tad-distribuzzjoni;
“punt tal-iċċarġjar” tfisser interfaċċa li kapaċi tiċċarġja vettura elettrika waħda f'darba partikolari jew tissostitwixxi l-batterija ta' vettura elettrika waħda f'darba partikolari;
“trażmissjoni” tfisser it-trasport tal-elettriku fuq is-sistema ta' vultaġġ għoli ħafna u s-sistema interkonnessa ta' vultaġġ għoli bil-ħsieb li dan jitwassal lill-klijenti finali jew lid-distributuri, iżda ma jinkludix il-provvista;
“operatur ta' sistema tat-trażmissjoni” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li hija responsabbli li tħaddem, li tiżgura l-manutenzjoni ta', u jekk ikun meħtieġ li tiżviluppa, is-sistema tat-trażmissjoni f'żona partikolari u, meta jkun applikabbli, l-interkonnessjonijiet tagħha ma' sistemi oħra, kif ukoll li tiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema biex tlaħħaq ma' domandi raġonevoli għat-trażmissjoni tal-elettriku;
“utent tas-sistema” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tforni lil, jew li tkun fornuta minn, sistema tat-trażmissjoni jew sistema ta' distribuzzjoni;
“ġenerazzjoni” tfisser il-produzzjoni tal-elettriku;
“produttur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tiġġenera l-elettriku;
“interkonnettur” tfisser it-tagħmir użat biex jorbot b'konnessjoni s-sistemi tal-elettriku;
“sistema interkonnessa” tfisser numru ta' sistemi ta' trażmissjoni u sistemi ta' distribuzzjoni konnessi flimkien permezz ta' interkonnettur wieħed jew aktar;
“linja diretta” tfisser jew linja tal-elettriku li torbot b'konnessjoni ta' sit iżolat ta' ġenerazzjoni ma' klijent iżolat jew linja tal-elettriku li torbot b'konnessjoni produttur u impriża ta' forniment tal-elettriku biex dawn ifornu direttament lill-bini tagħhom stess, lil sussidjarji tagħhom u lil klijenti;
“sistema iżolata żgħira” tfisser kwalunkwe sistema li kellha konsum ta' inqas minn 3 000 GWh fis-sena 1996, fejn inqas minn 5 % tal-konsum annwali jinkiseb permezz ta' interkonnessjoni ma' sistemi oħra;
“sistema konnessa żgħira” tfisser kwalunkwe sistema li kellha konsum ta' anqas minn 3 000 GWh fis-sena 1996, fejn aktar minn 5 % tal-konsum annwali jinkiseb permezz ta' interkonnessjoni ma' sistemi oħra;
“konġestjoni” tfisser konġestjoni kif definita fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/943;
“ibbilanċjar” tfisser ibbilanċjar kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/943;
“enerġija ta' bbilanċjar” tfisser enerġija ta' bbilanċjar kif definita fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/943;
“parti inkarigata mill-ibbilanċjar” tfisser parti inkarigata mill-ibbilanċjar kif definita fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/943;
“servizz anċillari” tfisser servizz meħtieġ għat-tħaddim ta' sistema tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni inklużi servizzi anċillari ta' bilanċjar u mhux tal-frekwenza, iżda li ma jinkludux l-immaniġġjar tal-konġestjoni;
“servizz anċillari mhux tal-frekwenza” tfisser servizz użat minn operatur ta' sistema tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni għall-kontroll tal-vultaġġ f'qagħda statika, injezzjonijiet ta' kurrenti reattivi mgħaġġla, inerzja għall-istabbiltà tal-grilja lokali, kurrent ta' ċirkwit kort, kapaċità ta' startjar minn mitfi totali u kapaċità ta' operat ta' netwerk iżolat;
“ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali” tfisser ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali stabbilit skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2019/943;
“komponenti tan-netwerk integrati b'mod sħiħ” tfisser komponenti tan-netwerk li huma integrati fis-sistemi ta' trażmissjoni jew distribuzzjoni, inklużi faċilitajiet ta' ħżin, u l-iskop waħdieni tal-użu tagħhom huwa li tiġi żgurata l-operazzjoni sikura u affidabbli tas-sistema ta' trażmissjoni jew distribuzzjoni, u mhux għall-ibbilanċjar jew għall-ġestjoni tal-konġestjoni;
“impriża tal-elettriku integrata” tfisser impriża integrata vertikalment jew impriża integrata orizzontalment;
“impriża integrata vertikalment” tfisser impriża tal-elettriku jew grupp ta' impriżi tal-elettriku fejn l-istess persuna jew l-istess persuni huma intitolati, direttament jew indirettament, li jeżerċitaw kontroll, u fejn l-impriża jew il-grupp ta' impriżi jwettqu mill-inqas waħda mill-funzjonijiet ta' trażmissjoni jew distribuzzjoni, u mill-inqas waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista;
“impriża integrata orizzontalment” tfisser impriża tal-elettriku li twettaq għall-inqas waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni għall-bejgħ, jew it-trażmissjoni, jew id-distribuzzjoni, jew il-provvista, u attività oħra li ma tinvolvix l-elettriku;
“impriża relatata” tfisser impriża affiljata kif definita fil-punt 12 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), u impriżi tal-istess azzjonisti;
“kontroll” tfisser drittijiet, kuntratti jew mezzi oħra li, jew separatament jew flimkien u filwaqt li jitqiesu kunsiderazzjonijiet ta' fatt u ta' dritt involuti, jagħtu l-possibbiltà li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq impriża, b'mod partikolari permezz ta':
id-dritt tas-sjieda jew id-dritt li jintużaw l-assi kollha ta' impriża, jew parti minnhom;
drittijiet jew kuntratti li jikkonferixxu influwenza deċiżiva fuq il-kompożizzjoni, il-votazzjoni jew id-deċiżjonijiet tal-organi ta' impriża;
“impriża tal-elettriku” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li twettaq mill-inqas waħda mill-funzjonijiet li ġejjin: ġenerazzjoni, trażmissjoni, distribuzzjoni, aggregazzjoni, rispons tad-domanda, ħżin tal-enerġija, provvista jew xiri tal-elettriku, u li tkun responsabbli għall-kompiti kummerċjali, tekniċi jew tal-manutenzjoni relatati ma' dawk il-funzjonijiet, iżda li ma tinkludix klijenti finali;
“sigurtà” tfisser kemm is-sigurtà tal-provvista u l-forniment tal-elettriku, kif ukoll is-sikurezza teknika;
“ħżin tal-enerġija” tfisser, fis-sistema tal-elettriku, il-posponiment tal-użu finali tal-elettriku għal mument aktar tard minn meta kien iġġenerat, jew il-konverżjoni tal-enerġija elettrika f'forma ta' enerġija li tista' tiġi maħżuna, il-ħżin ta' tali enerġija u l-użu sussegwenti ta' tali enerġija jew ir-rikonverżjoni sussegwenti ta' tali enerġija f'enerġija elettrika jew f'użu bħala trasportatur ieħor tal-enerġija.
“faċilità tal-ħżin tal-enerġija” tfisser, fis-sistema tal-elettriku, faċilità fejn iseħħ il-ħżin tal-enerġija.
KAPITOLU II
REGOLI ĠENERALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONI TAS-SETTUR TAL-ELETTRIKU
Artikolu 3
Swieq tal-elettriku kompetittivi, iffokati fuq il-konsumatur, flessibbli u mhux diskriminatorji
Artikolu 4
Għażla libera tal-fornitur
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti kollha jkunu liberi li jixtru l-elettriku minn fornituri tal-għażla tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti kollha jkunu liberi li jkollhom aktar minn kuntratt għall-provvista tal-elettriku jew ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-enerġija wieħed fl-istess waqt, u li, għal dak l-għan, il-klijenti jkunu intitolati li jkollhom aktar minn punt wieħed ta’ kejl u ta’ fatturazzjoni koperti mill-punt uniku ta’ konnessjoni għall-binjiet tagħhom. Fejn ikun teknikament fattibbli, is-sistemi ta’ kejl intelliġenti introdotti f’konformità mal-Artikolu 19 jistgħu jintużaw biex jippermettu lill-klijenti jkollhom aktar minn kuntratt għall-provvista tal-elettriku wieħed jew aktar minn ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-enerġija wieħed fl-istess waqt.
Artikolu 5
Prezzijiet tal-provvista bbażati fis-suq
Interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku għandhom:
ikunu mmirati lejn interess ekonomiku ġenerali u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jiksbu dak l-interess ekonomiku ġenerali;
ikunu definiti b'mod ċar, trasparenti, nondiskriminatorji u verifikabbli;
jiggarantixxu aċċess ugwali lill-impriżi tal-elettriku tal-Unjoni għall-klijenti;
għandhom ikunu limitati fiż-żmien u jkunu proporzjonati fir-rigward tal-benefiċjarji tagħhom;
m'għandhomx jirriżultaw fi spejjeż addizzjonali għall-parteċipanti fis-suq b'mod diskriminatorju.
L-interventi pubbliċi skont il-paragrafu 6 għandhom jikkonformaw mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 4 u għandhom:
ikunu akkumpanjati minn sett ta' miżuri biex tinkiseb kompetizzjoni effettiva u metodoloġija għall-valutazzjoni tal-progress fir-rigward ta' dawk il-miżuri;
jiġu stabbiliti bl-użu ta' metodoloġija li tiżgura trattament mhux diskriminatorju tal-fornituri;
jiġu stabbiliti għal prezz li jkun aktar mill-ispiża, f'livell fejn tista' sseħħ kompetizzjoni effettiva tal-prezzijiet;
ikunu mfassla b'tali mod li jimminimizzaw kull impatt negattiv fuq is-suq bl-ingrossa tal-elettriku;
għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji kollha ta' dawn l-interventi pubbliċi jkollhom il-possibilità li jagħżlu l-offerti kompetittivi tas-suq u huma direttament infurmati minn tal-inqas kull tliet xhur dwar id-disponibbiltà ta' offerti u l-iffrankar fis-suq kompetittiv, b'mod partikolari il-kuntratti dinamiċi tal-prezz tal-elettriku, u għandhom jiżguraw li dawn jiġu pprovduti b'assistenza biex jaqilbu għal offerta abbażi tas-suq;
għandhom jiżguraw li, skont l-Artikoli 19 u 21, il-benefiċċjarji kollha ta' dawn l-interventi pubbliċi jkunu intitolati għal kejl intelliġenti u li jiġu offruti li jkollhom dawn u li l-kejl intelliġenti jiġu installati mingħajr spejjeż inizjali miżjuda għal klijent, huma direttament infurmati dwar il-possibbiltà li jinstallaw kejl intelliġenti u jingħataw l-assistenza meħtieġa.
m'għandhomx iwasslu għal inter-sussidjarjetà diretta bejn klijenti fornuti bi prezzijiet tas-suq ħieles u dawk fornuti bi prezzijiet ta' provvista regolata.
Artikolu 6
Aċċess għal parti terza
Artikolu 6a
Ftehimiet ta’ konnessjoni flessibbli
bħala regola ġenerali, il-konnessjonijiet flessibbli ma jdewmux it-tisħiħ tan-network fiż-żoni identifikati;
tiġi żgurata konverżjoni minn ftehimiet ta’ konnessjoni flessibbli għal ftehimiet ta’ konnessjoni rigorużi ladarba n-network jiġi żviluppat abbażi ta’ kriterji stabbiliti; u
għal żoni fejn l-awtorità regolatorja jew awtorità kompetenti oħra fejn Stat Membru jkun ippreveda dan, tqis li l-iżvilupp tan-network ma jkunx l-aktar soluzzjoni effiċjenti, tippermetti, fejn rilevanti, ftehimiet ta’ konnessjoni flessibbli bħala soluzzjoni permanenti, inkluż għall-ħżin tal-enerġija.
l-injezzjoni u l-irtirar rigorużi massimi tal-elettriku minn u lejn il-grilja, kif ukoll il-kapaċità addizzjonali ta’ injezzjoni u rtirar flessibbli li tista’ tiġi konnessa u differenzjata skont il-blokok ta’ żmien matul is-sena;
it-tariffi tan-network applikabbli kemm għall-kapaċitajiet ta’ injezzjoni u rtirar rigorużi kif ukoll għal dawk flessibbli;
it-tul ta’ żmien maqbul tal-ftehim ta’ konnessjoni flessibbli u d-data mistennija biex tingħata l-konnessjoni mal-kapaċità rigoruża kollha mitluba.
L-utent tas-sistema li jaqbad permezz ta’ konnessjoni flessibbli tal-grilja għandu jintalab jinstalla sistema ta’ kontroll tal-enerġija li tkun iċċertifikata minn ċertifikatur awtorizzat.
Artikolu 7
Linji diretti
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex:
il-produtturi u l-impriżi fornituri tal-elettriku kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom ikunu jistgħu jipprovdu l-elettriku lill-bini tagħhom stess, lis-sussidjarji tagħhom u lil klijenti permezz ta' linja diretta mingħajr ma jkunu soġġetti għal proċeduri jew spejjeż amministrattivi sproporzjonati;
il-klijenti kollha fit-territorju tagħhom, b'mod individwali jew konġunt, ikunu jistgħu jiġu fornuti permezz ta' linja diretta minn produtturi u impriżi fornituri tal-elettriku.
Artikolu 8
Proċedura ta' awtorizzazzjoni għal kapaċità ġdida
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għall-bini ta' kapaċità ta' ġenerazzjoni fit-territorju tagħhom. Sabiex jiddeterminaw kriterji xierqa, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw:
is-sigurtà u s-sikurezza tas-sistema tal-elettriku, installazzjonijiet u tagħmir assoċjat;
il-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza pubblika;
il-protezzjoni tal-ambjent;
l-użu tal-art u l-għażla tal-post;
l-użu tal-art pubblika;
l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija;
in-natura tas-sorsi primarji;
karatteristiċi partikolari għall-applikant, bħal kapaċitajiet tekniċi, ekonomiċi u finanzjarji;
konformità mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 9;
il-kontribuzzjoni tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni biex tintlaħaq il-mira ġenerali tal-Unjoni ta' sehem ta' mill-anqas 32 % tal-enerġija tal-Unjoni minn sorsi rinnovabbli fil-konsum gross finali tal-enerġija fl-2030 imsemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );
il-kontribuzzjoni tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet; u
l-alternattivi għall-bini ta' kapaċità ta' ġenerazzjoni ġdida, bħalma huma s-soluzzjonijiet ta' rispons tad-domanda u l-ħżin tal-enerġija.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu linji gwida għal dik il-proċedura speċifika ta' awtorizzazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji jew awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra inklużi l-awtoritajiet ta' ppjanar għandhom jirrevedu dawk il-linji gwida u jistgħu jirrakkomandaw emendi għalihom.
Fejn Stati Membri stabbilixxew proċeduri partikolari ta' permess ta' użu ta' art li japplikaw għal proġetti ġodda maġġuri ta' infrastruttura fil-kapaċità tal-ġenerazzjoni, l-Istati Membri għandhom, fejn hu xieraq, jinkludu l-kostruzzjoni ta' kapaċità ta' ġenerazzjoni ġdida fil-firxa ta' applikabbiltà ta' dawk il-proċeduri u għandhom jimplimentawhom f'mod nondiskriminatorju u f'qafas ta' żmien xieraq.
Artikolu 9
Obbligi tas-servizz pubbliku
KAPITOLU III
EMANĊIPAZZJONI U PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR
Artikolu 10
Drittijiet kuntrattwali bażiċi
Il-klijenti finali għandhom id-dritt ta' kuntratt mal-fornitur tagħhom li jispeċifika:
l-identità u l-indirizz tal-fornitur;
is-servizzi provduti, il-livell tal-kwalità tas-servizzi offruti kif ukoll iż-żmien għall-ewwel konnessjoni;
it-tipi ta' servizzi ta' manutenzjoni offruti;
il-mezzi kif tista' tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi, il-ħlasijiet għall-manutenzjoni applikabbli u l-prodotti jew is-servizzi magħquda kollha;
it-tul tal-kuntratt, il-kondizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tal-kuntratt u tas-servizzi, inklużi l-prodotti jew is-servizzi li huma magħquda ma' dawk is-servizzi, u jekk hijiex permessa t-terminazzjoni mingħajr ħlas tal-kuntratt;
kwalunkwe kumpens u arranġamenti ta' rifużjoni li japplikaw jekk il-livelli tal-kwalità tas-servizz kuntrattat ma jintlaħqux, inklużi kontijiet mhux korretti jew li jdumu ma jinħarġu;
il-metodu biex tinbeda proċedura għar-riżoluzzjoni ta' tilwima f'konformità mal-Artikolu 26;
informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur, inkluż informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-ilmenti u l-informazzjoni kollha msemmija f'dan il-paragrafu, li hija kkomunikata b'mod ċar fuq il-kont jew fuq is-sit web tal-impriża tal-elettriku,
Il-kondizzjonijiet għandhom ikunu imparzjali u magħrufa sew minn qabel. Fi kwalunkwe każ, din l-informazzjoni għandha tingħata qabel il-konklużjoni jew il-konferma tal-kuntratt. Fejn xi kuntratti jkunu konklużi permezz ta' intermedjarji, l-informazzjoni relatata mal-kwistjonijiet msemmija f'dan il-paragrafu għandha wkoll tkun provduta qabel il-konklużjoni tal-kuntratt.
Klijenti finali għandhom jiġu pprovduti b'sommarju tal-kondizzjonijiet kuntrattwali prinċipali b'mod prominenti u b'lingwaġġ konċiż u sempliċi.
Artikolu 11
Intitolament għal kuntratt għall-provvista tal-elettriku għal terminu fiss bi prezz fiss u għal kuntratt tal-elettriku bi prezz dinamiku
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw fornitur li jkollu aktar minn 200 000 klijent finali mill-obbligu li joffri kuntratti għall-provvista tal-elettriku għal terminu fiss bi prezz fiss, meta:
il-fornitur joffri biss kuntratti bi prezz dinamiku;
l-eżenzjoni ma jkollhiex impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni; u
jibqa’ jkun hemm għażla suffiċjenti ta’ kuntratti għall-provvista tal-elettriku għal terminu fiss bi prezz fiss għall-klijenti finali.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ma jimmodifikawx unilateralment it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratti għall-provvista tal-elettriku għal terminu fiss bi prezz fiss u ma jitterminawx tali kuntratti qabel ma jilħqu l-maturità tagħhom.
il-prezz totali u d-diżaggregazzjoni tiegħu;
spjegazzjoni dwar jekk il-prezz huwiex fiss, varjabbli jew dinamiku;
l-indirizz elettroniku tal-fornitur u d-dettalji ta’ hotline ta’ appoġġ għall-konsumaturi; u
fejn rilevanti, informazzjoni dwar pagamenti ta’ darba, promozzjonijiet, servizzi addizzjonali u skontijiet.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida f’dak ir-rigward.
jimmonitorjaw l-iżviluppi tas-suq u jivvalutaw ir-riskji li prodotti u servizzi ġodda jistgħu jinvolvu u jindirizzaw il-prattiki abbużivi;
jieħdu miżuri xierqa fejn jiġu identifikati tariffi għat-terminazzjoni mhux permissibbli f’konformità mal-Artikolu 12(3).
Artikolu 12
Dritt għall-bdilu regoli dwar tariffi marbuta mal-bdil
Artikolu 13
Kuntratt ta' aggregazzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parteċipanti fis-suq involuti fl-aggregazzjoni jinfurmaw kompletament lill-klijenti dwar it-termini u l-kondizzjonijiet tal-kuntratti li huma joffrulhom.
Artikolu 14
Għodod għat-tqabbil
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas il-klijenti domestiċi u l-mikrointrapriżi b'konsum annwali previst inferjuri għal 100 000 kWh ikollhom aċċess b'xejn, għal tal-anqas għodda waħda għat-tqabbil tal-offerti tal-fornituri, inklużi offerti għall-kuntratti dwar prezz dinamiku tal-elettriku. Il-klijenti għandhom jiġu infurmati dwar id-disponibbiltà ta' tali għodod fil-kontijiet tagħhom jew flimkien magħhom jew b'modi oħra. L-għodda għandhom jissodisfaw tal-inqas ir-rekwiżiti li ġejjin:
ikunu indipendenti mill-parteċipanti kollha fis-suq u jiżguraw li l-impriżi tal-elettriku jingħataw trattament ugwali fir-riżultati tat-tiftix;
jiddivulgaw biċ-ċar lis-sidien tagħhom kif ukoll il-persuna naturali jew ġuridika li topera u tikkontrolla l-għodda, u anke informazzjoni dwar kif inhuma ffinanzjati l-għodod;
jistabbilixxu kriterji ċari u oġġettivi li fuqhom għandu jkun ibbażat it-tqabbil, inklużi s-servizzi, u jiddivulgawhom;
jużaw lingwaġġ ċar u mhux ambigwu;
jipprovdu informazzjoni preċiża u aġġornata u jiddikjaraw il-ħin tal-aħħar aġġornament;
ikunu aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà, billi jkunu perċepibbli, operattivi, komprensibbli, u robusti;
jipprovdu proċedura effettiva għar-rapportar ta' informazzjoni żbaljata dwar offerti ppublikati; u
iqabblu filwaqt li jillimitaw id-data personali mitluba għal dik strettament neċessarja għat-tqabbil.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-inqas għodda waħda tkopri s-suq kollu kemm hu. Meta diversi għodod ikopru s-suq, dawk l-għodod għandhom jinkludu, b'mod komplut kemm jista' jkun, firxa ta' offerti għall-elettriku li tkopri parti sinifikanti tas-suq u, meta dawk l-għodod ma jkoprux is-suq għalkollox, dikjarazzjoni ċara li tgħid hekk, qabel ma jintwerew ir-riżultati.
Artikolu 15
Klijenti attivi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti attivi jkunu:
intitolati li joperaw direttament jew permezz ta' aggregazzjoni;
intitolati li jbiegħu elettriku li jiġġeneraw huma stess, inkluż permezz ta' ftehimiet ta' xiri tal-elettriku;
intitolati li jipparteċipaw fi skemi ta' flessibbiltà u ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija;
intitolati li jiddelegaw lil parti terza l-ġestjoni tal-installazzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tagħhom, inkluż l-installazzjoni, l-operazzjoni, it-trattament u l-manutenzjoni tad-data mingħajr ma dik il-parti terza titqies bħala klijent attiv;
soġġetti għal imposti tan-netwerk li jirriflettu l-ispiża, li jkunu trasparenti u mhux diskriminatorji u li jirriflettu, b'mod separat, l-elettriku trażmess lejn il-grilja, kif ukoll l-elettriku kkunsmat, skont l-Artikolu 59(9) ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/943, jiżguraw li jikkontribwixxu b'mod adegwat u bilanċjat għall-qsim tal-ispejjeż ġenerali tas-sistema;
finanzjarjament responsabbli għall-iżbilanċi li joħolqu fis-sistema tal-elettriku; saa dan il-punt huma għandhom ikunu partijiet responsabbli għall-bilanċ jew għandhom jiddelegaw ir-responsabbiltà għall-ibbilanċjar tagħhom skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/943.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti attivi li jkunu sidien ta' faċilità tal-ħżin tal-enerġija:
ikollhom id-dritt għal konnessjoni mal-grilja fi żmien raġonevoli wara t-talba, sakemm jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha meħtieġa, bħall-ibbilanċjar tar-responsabbiltà u l-metraġġ adegwat;
ma jkunu soġġetti għall-ebda tariffa doppja, inklużi tariffi tan-netwerk, għal elettriku maħżun li jibqa' fil-bini tagħhom jew meta jagħtu servizzi ta' flessibbiltà lill-operaturi tas-sistema;
ma jkunux soġġetti għal rekwiżiti ta' liċenzjar jew tariffi sproporzjonati;
ikunu jistgħu jipprovdu diversi servizzi fl-istess ħin, jekk dan ikun teknikament fattibbli.
Artikolu 15a
Id-dritt għall-kondiviżjoni tal-enerġija
il-komunikazzjoni dwar l-arranġamenti tal-kondiviżjoni tal-enerġija ma’ entitajiet rilevanti oħra, bħal fornituri u operaturi tan-network, inkluż dwar l-aspetti relatati mat-tariffi, it-taxxi jew l-imposti applikabbli;
l-għoti ta’ appoġġ għall-ġestjoni u l-ibbilanċjar tat-tagħbijiet flessibbli ta’ wara l-arloġġ, il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli distribwita u l-faċilitajiet tal-ħżin li jagħmlu parti mill-arranġament tal-kondiviżjoni tal-enerġija rilevanti;
l-ikkuntrattar u l-fatturazzjoni ta’ klijenti attivi li jipparteċipaw fil-kondiviżjoni tal-enerġija;
l-installazzjoni u t-tħaddim, inkluż il-kejl u l-manutenzjoni, tal-faċilità ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli jew tal-faċilità tal-ħżin.
L-organizzatur tal-kondiviżjoni tal-enerġija jew parti terza oħra jistgħu jkunu s-sidien jew jimmaniġġaw faċilità ta’ ħżin jew ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli sa massimu ta’ 6 MW, mingħajr ma jitqiesu bħala klijenti attivi, ħlief meta jkun wieħed mill-klijenti attivi li jipparteċipa fil-proġett tal-kondiviżjoni tal-enerġija. L-organizzatur tal-kondiviżjoni tal-enerġija għandu jipprovdi servizzi mhux diskriminatorji u prezzijiet, tariffi u termini trasparenti tas-servizzi. Fir-rigward tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta’ dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 10, 12 u 18. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-qafas regolatorju għall-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.
ikunu intitolati li jkollhom l-elettriku kondiviż injettat fil-grilja mnaqqas mill-konsum totali mkejjel tagħhom f’intervall ta’ żmien li ma jkunx itwal mill-perjodu ta’ saldu tal-iżbilanċ u mingħajr preġudizzju għat-taxxi mhux diskriminatorji, l-imposti u t-tariffi tan-network li jirriflettu l-kostijiet applikabbli;
jibbenefikaw mid-drittijiet u l-obbligi kollha tal-konsumatur bħala klijenti finali skont din id-Direttiva;
ma jkunux meħtieġa jikkonformaw mal-obbligi tal-fornitur s fejn l-enerġijarinnovabbli tiġi kondiviża bejn unitajiet domestiċi b’kapaċità installata sa massimu ta’ 10,8 kW għal unitajiet domestiċi individwali u sa massimu ta’ 50 kW għal blokok b’aktar minn appartament wieħed;
ikollhom aċċess għal kuntratti mudell volontarji b’termini u kundizzjonijiet ġusti u trasparenti u ftehimiet dwar il-kondiviżjoni tal-enerġija;
f’każ ta’ kunflitt li jirriżulta minn ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-enerġija, ikollhom aċċess għal soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ma’ parteċipanti oħra fil-ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-enerġija f’konformità mal-Artikolu 26;
ma jkunux soġġetti għal trattament inġust u diskriminatorju mill-parteċipanti fis-suq jew mill-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar tagħhom;
jiġu informati bil-possibbiltà ta’ bidliet fiż-żoni tal-offerti f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/943 u bil-fatt li d-dritt għall-kondiviżjoni tal-enerġija jkun ristrett f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;
jinnotifikaw l-arranġamenti dwar il-kondiviżjoni tal-enerġija lill-operaturi tas-sistema u lill-parteċipanti fis-suq rilevanti, inkluż il-fornituri rilevanti direttament jew inkella permezz ta’ organizzatur tal-kondiviżjoni tal-enerġija.
L-Istati Membri jistgħu jadattaw il-limiti msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), f’konformità ma’ dan li ġej:
fil-każ ta’ unitajiet domestiċi individwali, il-limitu jista’ jiżdied sa massimu ta’ 30 kW;
fil-każ ta’ blokok b’aktar minn appartament wieħed, il-limitu jista’ jiżdied sa 100 kW jew, fil-każ ta’ ċirkostanzi speċifiċi debitament ġustifikati minħabba daqs medju mnaqqas ta’ blokok ta’ appartamenti multipli, jitnaqqas sa minimu ta’ 40 kW.
id-daqs tal-kapaċità installata tal-faċilità ta’ ġenerazzjoni assoċjata mal-iskema ta’ kondiviżjoni tal-enerġija għandu jkun massimu ta’ 6 MW;
il-kondiviżjoni tal-enerġija sseħħ f’żona ġeografika lokali jew limitata, kif definit mill-Istat Membru kkonċernat.
jimmonitorjaw, jiġbru, jivvalidaw u jikkomunikaw data dwar il-kejl relatata mal-elettriku kondiviż mal-klijenti finali u mal-parteċipanti fis-suq rilevanti mill-inqas kull xahar, u f’konformità mal-Artikolu 23, u għal dak l-għan, jistabbilixxu sistemi tal-IT xierqa;
jipprovdu punt ta’ kuntatt rilevanti biex:
jirreġistraw l-arranġamenti dwar il-kondiviżjoni tal-enerġija;
jagħmlu disponibbli informazzjoni prattika għall-kondiviżjoni tal-enerġija;
jirċievu informazzjoni dwar il-punti ta’ kejl rilevanti, bidliet fil-post u fil-parteċipazzjoni; u
fejn applikabbli, jivvalidaw il-metodi ta’ kalkolu b’mod ċar, trasparenti u f’waqtu.
Artikolu 16
Komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin
L-Istati Membri għandhom jipprovdu qafas regolatorju abilitanti għall-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin, biex b'hekk jiżguraw li:
il-parteċipazzjoni f'komunità tal-enerġija taċ-ċittadin tkun miftuħa u volontarja;
il-membri jew l-azzjonisti ta' komunità tal-enerġija taċ-ċittadin jitħallew jitilqu mill-komunità, f'liema każ japplika l-Artikolu 12;
il-membri jew l-azzjonisti ta' komunità tal-enerġija taċ-ċittadin ma jitilfux id-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala klijenti domestiċi jew klijenti attivi;
soġġett għal kumpens ġust kif ivvalutat mill-awtorità regolatorja, l-operaturi rilevanti tas-sistema tad-distribuzzjoni jikkooperaw mal-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin biex jiġu ffaċilitati t-trasferimenti tal-elettriku fil-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin;
il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin huma soġġetti għal proċeduri u tariffi nondiskriminatorji, proporzjonati, ġusti u trasparenti, inkluż firrigward tar-reġistrazzjoni u l-liċenzjar, kif ukoll tariffi tan-netwerk trasparenti, nondiskriminatorji u li jirriflettu l-ispiża f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/943 u b'hekk jiżguraw li jikkontribwixxu b'mod adegwat u bbilanċjat għall-qsim tal-ispejjeż globali tas-sistema.
L-Istati Membri jistgħu, fil-qafas regolatorju abilitanti, jipprevedu li l-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin:
ikunu miftuħa għal parteċipazzjoni transkonfinali;
ikunu intitolati jkunu s-sidien ta', jistabbilixxu jew jikru, netwerks ta' distribuzzjoni u li jamministrawhom b'mod awtonomu, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu;
ikunu soġġetti għall-eżenzjonijiet previsti mill-Artikolu 38(2).
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin:
ikunu jistgħu jaċċessaw is-swieq tal-elettriku kollha, direttament jew permezz tal-aggregazzjoni b'mod mhux diskriminatorju;
ikunu trattati b'mod proporzjonat u mhux diskriminatorju fir-rigward tal-attivitajiet, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala klijenti finali, produtturi, fornituri, operaturi ta' sistema ta' distribuzzjoni jew parteċipanti fis-suq involuti f'aggregazzjoni;
ikunu finanzjarjament responsabbli għall-iżbilanċi li joħolqu fis-sistema tal-elettriku; sa dan il-punt huma għandhom ikunu partijiet responsabbli għall-bilanċ jew għandhom jiddelegaw ir-responsabbiltà għall-ibbilanċjar tagħhom skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/943;
fir-rigward tal-konsum tal-elettriku li jiġġeneraw huma stess, il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin jitqiesu bħala klijenti attivi skont il-punt (e) tal-Artikolu 15(2);
ikunu intitolati jagħmlu arranġamenti fi ħdan il-komunità tal-enerġija taċ-ċittadin għall-qsim tal-elettriku li jiġi prodott permezz tal-unitajiet ta' produzzjoni li jkunu l-proprjetà tal-komunità, soġġett għal rekwiżiti oħrajn stabbiliti f'dan l-Artikolu u soġġett għall-membri tal-komunità li jżommu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala klijenti finali.
Għall-finijiet tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, meta l-elettriku jinqasam, dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-imposti u t-tariffi tan-netwerk applikabbli, skont analiżi trasparenti tal-ispejjeż u l-benefiċċji tar-riżorsi tal-enerġija distribwita żviluppata mill-awtorità kompetenti nazzjonali.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu lill-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin id-dritt li jmexxu netwerks tad-distribuzzjoni fiż-żona tagħhom ta' operazzjoni u jistabbilixxu l-proċeduri rilevanti, mingħajr ħsara għall-Kapitolu IV jew għal regoli u regolamenti oħrajn li japplikaw għall-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni. Jekk jingħata tali dritt, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin:
ikunu intitolati jikkonkludu ftehim dwar l-operazzjoni tan-netwerk tagħhom mal-operatur rilevanti tas-sistema ta' distribuzzjoni jew tas-sistema ta' trażmissjoni li magħhom ikun imqabbad in-netwerk tagħhom;
huma soġġetti għall-imposti xierqa tan-netwerk fil-punti tal-konnessjoni bejn in-netwerk tagħhom u n-netwerk tad-distribuzzjoni barra l-komunità tal-enerġija taċ-ċittadin u li tali imposti tan-netwerk jieħdu kont b'mod separat għall-elettriku trażmess lejn in-netwerk tad-distribuzzjoni kif ukoll l-elettriku kkunsmat min-netwerk tad-distribuzzjoni barra l-komunità tal-enerġija taċ-ċittadin f'konformità mal-Artikolu 59(7);
ma jiddiskriminawx jew jagħmlu ħsara lill-klijenti li jibqgħu konnessi mas-sistema tad-distribuzzjoni.
Artikolu 17
Rispons għad-domanda permezz tal-aggregazzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas regolatorju rilevanti tagħhomikun fih tal-anqas l-elementi li ġejjin:
id-dritt għal kull parteċipant tas-suq involut fl-aggregazzjoni, inkluż l-aggregaturi indipendenti, biex jidħol fis-swieq tal-elettriku mingħajr il-kunsens tal-parteċipanti l-oħra tas-suq;
regoli trasparenti u mhux diskriminatorji li jassenjaw b'mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet lill-intrapriżi u lill-klijenti tal-elettriku kollha;
regoli u proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-iskambju tad-data bejn il-parteċipanti tas-suq involuti fl-aggregazzjoni u intrapriżi tal-elettriku oħrajn li jiżguraw aċċess faċli għad-data f'termini ugwali u mhux diskriminatorji filwaqt li jipproteġu kompletament informazzjoni sensittiva kummerċjali u d-data personali tal-klijenti;
obbligu fuq il-parteċipanti tas-suq impenjati fl-aggregazzjoni li jkunu finanzjarjament responsabbli għall-iżbilanċi li joħolqu fis-sistema tal-elettriku; sa dan il-punt huma għandhom ikunu partijiet responsabbli għall-bilanċ jew għandhom jiddelegaw ir-responsabbiltà għall-ibbilanċjar tagħhom skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/943;
dispożizzjoni għall-klijenti finali li għandhom kuntratt ma' aggregaturi indipendenti li ma għandhomx ikunu soġġetti għal ħlasijiet, penali indebiti, jew xi restrizzjonijiet kuntrattwali indebita oħra mill-fornituri tagħhom;
mekkaniżmu għar-riżoluzzjoni ta' tilwim bejn il-parteċipanti tas-suq involuti fl-aggregazzjoni u parteċipanti tas-suq oħrajn, inkluża r-responsabbiltà għal żbilanċi.
Artikolu 18
Kontijiet u informazzjoni dwar il-kontijiet
Artikolu 18a
Ġestjoni tar-riskju mill-fornitur
ikollhom fis-seħħ u jimplimentaw strateġiji ta’ ħħeġġjar xierqa, biex jillimitaw ir-riskju ta’ bidliet fil-provvista tal-elettriku bl-ingrossa għall-vijabbiltà ekonomika tal-kuntratti tagħhom mal-klijenti, filwaqt li jżommu l-likwidità fis-swieq għal terminu qasir u s-sinjali tal-prezzijiet minnhom;
jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jillimitaw ir-riskju tagħhom ta’ interruzzjoni fil-provvista.
Artikolu 19
Sistemi ta' kejl intelliġenti
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “il-bidu tax-xogħol” tfisser jew il-bidu tax-xogħol ta' kostruzzjoni fuq l-investiment jew l-ewwel impenn vinkolanti biex jiġi ordnat tagħmir jew impenn ieħor li jagħmel l-investiment irriversibbli, skont liema jseħħ l-ewwel. Ix-xiri tal-art u xogħlijiet ta' preparazzjoni bħall-kisba ta' permessi u t-twettiq ta' studji preliminarji ta' fattibbiltà ma jitqisux bħala l-bidu tax-xogħol. Fir-rigward ta' “take-overs”, “il-bidu tax-xogħol” tfisser il-mument li fih jiġu akkwistati l-assi li jkunu konnessi direttament mal-istabbiliment akkwistat.
Artikolu 20
Funzjonalitajiet ta' sistemi ta' kejl intelliġenti
Fejn l-introduzzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti tkun ġiet ivvalutata b'mod pożittiv b'riżultat tal-valutazzjoni tal-kost-benefiċċji msemmija fl-Artikolu 19(2), jew fejn sistemi ta' kejl intelliġenti ikunu ġew introdotti b'mod sistematiku wara l-4 ta' Lulju 2019, l-Istati Membri għandhom jintroduċu sistemi ta' kejl intelliġenti f'konformità mal-istandards Ewropew, Anness II, u r-rekwiżiti li ġejjin:
is-sistemi ta' kejl intelliġenti għandhom ikejlu b'mod preċiż il-konsum reali tal-elettriku u għandhom ikunu kapaċi jipprovdu informazzjoni dwar il-ħin reali tal-użu lill-klijenti finali. Id-data storika tal-konsum ivvalidata għandha tkun disponibbli faċilment u b'mod sigur u tidher lill-klijenti finali fuq talba u mingħajr ħlas ulterjuri. Id-data tal-konsum f'ħin kważi reali mhux ivvalidata għandha wkoll issir disponibbli faċilment u b'mod sigur għall-klijenti finali mingħajr ħlas ulterjuri, permezz ta' interfaċċja standardizzata jew permezz ta' aċċess remot, bil-għan li jiġu sostnuti l-programmi awtomatizzati tal-effiċjenza tal-enerġija, tar-rispons tad-domanda u servizzi oħra;
is-sigurtà tas-sistemi ta' kejl intelliġenti u tal-komunikazzjoni tad-data għandha tikkonforma mar-regoli rilevanti dwar is-sigurtà tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-aqwa tekniki disponibbli biex jiġi żgurat l-ogħla livell possibbli ta' ħarsien taċ-ċibersigurtà waqt li jitqiesu l-ispejjeż u l-prinċipju ta' proporzjonalità;
il-protezzjoni tal-privatezza tal-klijenti finali u tad-data tagħhom għandha tikkonforma mar-regoli rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza;
l-operaturi tal-kejl għandhom jiżguraw li l-kejl tal-klijenti attivi li jgħaddu l-elettriku fil-grilja jistgħu ikejlu l-elettriku mgħoddi fil-grilja mill-proprjetà tal-klijenti attivi;
jekk il-klijenti finali jitolbu hekk, id-data dwar l-elettriku li għaddew fil-grilja u d-data dwar il-konsum tal-elettriku tagħhom għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom, skont l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 24, permezz ta' interfaċċja ta' komunikazzjoni standardizzata jew aċċess remot, jew għal parti terza li taġixxi f'isimhom, f'format li jinftiehem faċilment, biex ikunu jistgħu jqabblu offerti li fil-fatt ikunu paragunabbli;
il-klijenti finali għandhom jingħataw pariri u informazzjoni xierqa qabel jew fil-mument tal-installazzjoni ta' kejl intelliġenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-potenzjal sħiħ tagħhom fir-rigward tal-ġestjoni tal-qari tal-miter u l-monitoraġġ tal-konsum tal-enerġija, u dwar il-ġbir u l-ipproċessar tad-data personali f'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data;
is-sistemi tal-kejl intelliġenti għandhom jippermettu li l-klijenti finali jkunu soġġetti għal kejl u tpaċija fl-istess riżoluzzjoni ta' ħin bħal tal-perjodu ta' saldu tal-iżbilanċ fis-suq nazzjonali.
Għall-finijiet tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, għandu jkun possibbli li l-klijenti finali jaċċessaw d-data dwar il-kejl tagħhom jew li jittrażmettuha lil parti oħra mingħajr ebda ħlas addizzjonali u b'konformità mad-dritt tagħhom ta' portabbiltà tad-data skont ir-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.
Artikolu 21
Intitolament għal miter intelliġenti
Fejn l-introduzzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti tingħata valutazzjoni negattiva b'riżultat tal-valutazzjoni tal-kost-benefiċċji msemmija fl-Artikolu 19(2) u fejn sistemi ta' kejl ma jiġux introdotti b'mod sistematiku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull klijent finali jkun intitolat fuq talba, filwaqt li jġarrab l-ispejjeż assoċjati, għall-installazzjoni jew, fejn ikun il-każ, għat-titjib, b'kondizzjonijiet ġusti, raġonevoli u kosteffikaċi, ta' miter intelliġenti:
meta jkun teknikament fattibbli, jkun mgħammar bil-funzjonalitajiet imsemmija fl-Artikolu 20, jew b'sett minimu ta' funzjonalitajiet li għandhom jiġu ddefiniti u ppubblikata mill-Istati Membri fuq livell nazzjonali u skont l-Anness II,
jkun interoperabbli u kapaċi jwassal il-konnettività mixtieqa tal-infrastruttura tal-kejl mas-sistemi għall-ġestjoni tal-enerġija tal-konsumaturi f'ħin kważi reali.
Fil-kuntest ta' talba tal-klijent għal miter intelliġenti skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri jew, fejn l-Istat Membru jkun stipula hekk, l-awtoritajiet kompetenti maħtura, għandhom:
jiżguraw li l-offerta lill-klijent finali li titlob l-installazzjoni ta' miter intelliġenti tgħid b'mod espliċitu u tiddeskrivi b'mod ċar:
il-funzjonijiet u l-interoperabbiltà li jistgħu jiġu appoġġati mill-miter intelliġenti u s-servizzi li huma fattibbli kif ukoll il-benefiċċji li jistgħu jinkisbu realistikament permezz ta' miter intelliġenti f'dak il-mument partikolari;
kwalunkwe spejjeż assoċjati li jitħallsu mill-klijent finali;
jiżguraw li jkun installat f'perjodu raġonevoli ta' żmien u mhux aktar tard minn erba' xhur wara t-talba tal-klijent;
b'mod regolari, u tal-anqas kull sentejn, jirrevedu u jippubblikaw l-ispejjeż assoċjati, u jsegwu l-evoluzzjoni tal-ispejjeż b'riżultat tal-iżviluppi teknoloġiċi u aġġornamenti potenzjali tas-sistema ta' kejl.
Artikolu 22
Kejl konvenzjonali
Artikolu 23
Ġestjoni tad-data
Indipendentement mid-data fil-mudell ta' ġestjoni tad-data applikata f'kull Stat Membru, il-partijiet responsabbli għall-ġestjoni tad-data għandhomjipprovdu aċċess għad-data tal-klijent finali lil kwalunkwe parti eliġibbli skont il-paragrafu 1. Il-partijiet eliġibbli għandu jkollhom id-data rikjesta għad-dispożizzjoni tagħhom b'mod mhux diskriminatorju u simultanjament. L-aċċess għad-data għandu jkun faċli u l-proċeduri rilevanti sabiex jinkiseb aċċess għad-data għandhom ikunu pubblikament disponibbli.
L-ipproċessar tad-data personali fi ħdan il-qafas ta' din id-Direttiva għandu jsir skont ir-Regolament (UE) 2016/679.
Mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-uffiċjali tal-protezzjoni tad-data skont ir-Regolament (UE) 2016/679, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jesiġu li l-partijiet responsabbli għall-ġestjoni tad-data jaħtru uffiċjali ta' konformità li għandhom ikunu responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda minn dawk il-partijiet biex jiżguraw aċċess mhux diskriminatorju għad-data u l-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.
L-Istati Membri jistgħu jaħtru uffiċjali jew il-korpi tal-konformità msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 35(2) ta' din id-Direttiva sabiex jissodisfaw l-obbligi taħt dan il-paragrafu.
L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-istabbiliment tal-ispejjeż rilevanti għall-aċċess għad-data mill-partijiet eliġibbli.
L-Istati Membri, jew meta jkun ippreveda hekk Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti maħtura, għandhom jiżguraw li kwalunkwe spejjeż imposti minn entitajiet regolati li jipprovdu servizzi tad-data jkunu raġonevoli u debitament iġġustifikati.
Artikolu 24
Rekwiżiti ta' interoperabbiltà u proċeduri għall-aċċess għad-data
Artikolu 25
Punti singoli ta' kuntatt
L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni ta' punti singoli ta' kuntatt, sabiex jipprovdu lill-klijenti bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar id-drittijiet tagħhom, il-liġi applikabbli u l-mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni ta' tilwim li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom f'każ ta' tilwima. Tali punti ta' kuntatt singoli jistgħu jkunu parti minn punti ta' informazzjoni ġenerali għall-konsumatur.
Artikolu 26
Dritt għar-riżoluzzjoni barra l-qorti ta' tilwim
Artikolu 27
Servizz universali
Artikolu 27a
Fornitur tal-aħħar istanza
Artikolu 28
Klijenti vulnerabbli
Artikolu 28a
Protezzjoni mill-iskonnessjonijiet
Meta jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri tat-traspożizzjoni tagħhom ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jispjegaw ir-relazzjoni bejn l-ewwel subparagrafu u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali.
il-promozzjoni ta’ kodiċijiet volontarji għall-fornituri u l-klijenti dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ każijiet ta’ klijenti b’arretrati; dawk l-arranġamenti jistgħu jikkonċernaw l-appoġġ għall-klijenti fil-ġestjoni tal-użu u l-kostijiet tal-enerġija tagħhom, inkluż l-immarkar ta’ żidiet qawwija tal-enerġija mhux tas-soltu jew l-użu fl-istaġuni tax-xitwa u tas-sajf, l-offerta ta’ pjanijiet ta’ pagament flessibbli xierqa, miżuri ta’ konsulenza dwar id-dejn, qari tal-awtokejl, u komunikazzjoni mtejba mal-klijenti u l-aġenziji ta’ appoġġ;
il-promozzjoni tal-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-klijenti dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-ġestjoni tad-dejn;
aċċess għal finanzjament, vawċers jew sussidji biex jappoġġaw il-ħlas ta’ kontijiet;
l-inkoraġġiment u l-iffaċilitar tal-komunikazzjoni tal-qari tal-arloġġ kull tliet xhur, jew fejn rilevanti għal perjodi iqsar ta’ fatturazzjoni, fejn tkun ġiet implimentata sistema ta’ awtoqari regolari mill-klijent finali biex jiġu ssodisfati l-obbligi tal-punti 2(a) u (b), tal-Anness I fir-rigward tal-frekwenza tal-fatturazzjoni u l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-fatturazzjoni.
Artikolu 29
Faqar enerġetiku
Meta jiġi vvalutat l-għadd ta' unitajiet domestiċi f'qagħda ta' faqar enerġetiku skont il-punt (d) tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2018/1999, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw sett ta' kriterji li jistgħu jinkludu dħul baxx, nefqa għolja tal-introjtu disponibbli fuq l-enerġija u effiċjenza enerġetika baxxa.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dwar id-definizzjoni ta' “għadd sinifikanti ta' unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku” f'dan il-kuntest u fil-kuntest tal-Artikolu 5(5), billi titlaq mill-premessa li kwalunkwe proporzjon tal-unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku jista' jitqies bħala wieħed sinifikanti.
KAPITOLU IV
IT-TĦADDIM TAS-SISTEMA TAD-DISTRIBUZZJONI
Artikolu 30
Il-ħatra tal-operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni
L-Istati Membri għandhom jaħtru jew għandhom jesiġu minn impriżi li jkunu proprjetarji jew responsabbli ta' sistemi ta' distribuzzjoni li jaħtru, wieħed jew iktar operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għal perjodu ta' żmien li għandu jiġi determinat mill-Istati Membri, wara li dawn ikunu kkunsidraw l-effiċjenza u l-bilanċ ekonomiku.
Artikolu 31
Il-kompiti ta' operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni
L-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni għandhom jipprovdu b’mod trasparenti informazzjoni ċara lill-utenti tas-sistema dwar l-istatus u t-trattament tat-talbiet ta’ konnessjoni tagħhom. Huma għandhom jipprovdu tali informazzjoni fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tat-talba. Fejn il-konnessjoni mitluba la tiġi mogħtija u lanqas ma tkun rifjutata b’mod permanenti, l-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni fuq bażi regolari, tal-inqas kull tliet xhur.
L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-impriżi integrati tal-elettriku li jservu inqas minn 100 000 klijent konness biex jipprovdu lill-utenti tas-sistema bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 darba fis-sena u jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-operaturi ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni għal dak l-għan.
Artikolu 32
Inċentivi għall-użu ta' flessibbiltà fin-netwerks ta' distribuzzjoni
Artikolu 33
Integrazzjoni tal-elettromobbiltà fin-netwerk tal-elettriku
B'deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi, dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfatti:
partijiet oħra, wara proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja, li hija soġġetta għal rieżami u approvazzjoni mill-awtorità regolatorja, ma jkunux ingħataw id-dritt li jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi, jew ma jkunux jistgħu joffru dawk is-servizzi bi spejjeż raġonevoli u fil-ħin.
l-awtorità regolatorja wettqet reviżjoni ex-ante tal-kondizzjonijiet tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti skont il-punt (a) u tat l-approvazzjoni tagħha;
l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni jopera l-punti tal-iċċarġjar abbażi tal-aċċess għal partijiet terzi skont l-Artikolu 6 u ma jiddiskriminax bejn utenti tas-sistema jew bejn klassijiet ta' utenti tas-sistema, u b'mod partikolari favur l-impriżi relatati tiegħu.
L-awtorità regolatora tista' tfassal linji gwida jew klawżoli ta' akkwist biex tgħin lill-operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni jiżguraw proċedura ta' sejħa għall-offerti ġusta.
Artikolu 34
Il-kompiti tal-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni fil-ġestjoni tad-data
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet eliġibbli kollha jkollhom aċċess mhux diskriminatorju għad-data skont termini ċari u ugwali, f'konformità mar-regoli rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data. Fi Stati Membri fejn is-sistemi ta' kejl intelliġenti jkunu ġew introdotti skont l-Artikolu 19 u fejn l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni jkunu involuti fil-ġestjoni tad-data, il-programmi ta' konformità kif stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 35(2) għandhom jinkludu miżuri speċifiċi sabiex l-aċċess diskriminatorju għad-data mill-partijiet eliġibbli jiġi eskluż skont l-Artikolu 23. Meta l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni ma jkunux soġġetti għall-Artikolu 35(1), (2) jew (3), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-impriżi integrati vertikalment ma jkollhomx aċċess privileġġjat għad-data għat-twettiq tal-attivitajiet ta' provvista tagħhom.
Artikolu 35
Is-separazzjoni tal-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni
Addizzjonalment għar-rekwiżiti tal-paragrafu 1, meta l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni huwa parti minn impriża integrata vertikalment, huwa għandu jkun indipendenti minn attivitajiet oħra mhux relatati mad-distribuzzjoni f'termini tal-organizzazzjoni tiegħu u t-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu. Sabiex jintlaħaq dan, għandhom japplikaw l-kriterji minimi li ġejjin:
il-persuni responsabbli mill-amministrazzjoni tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni ma jistgħux jieħdu sehem fi strutturi tal-kumpanija tal-impriża tal-elettriku integrata responsabbli, direttament jew indirettament, għall-operazzjoni ta' kuljum tal-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni u l-provvista tal-elettriku;
għandhom jittieħdu miżuri adatti biex ikun żgurat li jittieħed kont, b'mod li jkun żgurat li huma kapaċi jaġixxu indipendentement, tal-interessi professjonali tal-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni;
l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għandu jkollu drittijiet deċiżjonali effettivi, li jkunu indipendenti mill-impriża tal-elettriku integrata, fir-rigward tal-assi meħtieġa biex iħaddem, iżomm jew jiżviluppa n-netwerk. Sabiex jitwettqu dawk il-kompiti, l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi meħtieġa, inklużi dawk umani, tekniċi, fiżiċi u finanzjarji. Dan ma għandux jipprevjeni l-eżistenza ta' mekkaniżmi ta' koordinazzjoni adatti biex jiġi żgurat li d-drittijiet ta' superviżjoni ekonomika u amministrattiva tal-kumpanija ewlenija fir-rigward tal-qligħ mill-assi, regolati indirettament f'konformità mal-Artikolu 59(7), f'sussidjarja jiġu protetti. B'mod partikolari, dan għandu jippermetti lill-kumpanija ewlenija tapprova l-pjan finanzjarju annwali, jew kwalunkwe strument ekwivalenti, tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni u tistabbilixxi limiti globali fuq il-livelli ta' dejn tas-sussidjarja tagħha. Dan ma għandux jippermetti l-kumpanija ewlenija biex tagħti istruzzjonijiet dwar l-operazzjoni ta' kuljum, u lanqas dwar deċiżjonijiet individwali dwar il-bini jew l-immodernizzar tal-linji ta' distribuzzjoni, li ma jkunux jaqbżu t-termini tal-pjan finanzjarju approvat, jew kwalunkwe strument ekwivalenti; u
l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għandu jistabbilixxi programm ta' konformità, li jistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li tkun eskluża mġiba diskriminatorja, u jiżgura li l-osservanza tiegħu tkun adegwatament sorveljata. Il-programm ta' konformità għandu jistabbilixxi l-obbligi speċifiċi tal-impjegati li jilħqu dawn l-għanijiet. Rapport annwali, li jistabbilixxi l-miżuri meħuda, għandu jiġi ppreżentat mill-persuna jew l-entità responsabbli għas-sorveljanza tal-programm ta' konformità, l-uffiċjal għall-konformità tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni, lill-awtorità regolatorja msemmija fl-Artikolu 57(1) u għandu jiġi ppubblikat. L-uffiċjal għall-konformità tal-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għandu jkun kompletament indipendenti u għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha neċessarja dwar l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni u dwar kwalunkwe impriża affiljata sabiex iwettaq il-kompitu tiegħu.
Artikolu 36
Sjieda tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija minn operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni
Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jħallu lill-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija, fejn huma jkunu komponenti tan-netwerk integrati għalkollox, dment li l-awtorità regolatorja tkun tat l-approvazzjoni tagħha jew, jew fejn ikunu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
partijiet oħra, wara proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja li hija soġġetta għal rieżami u approvazzjoni mill-awtorità regolatorja ma jkunux ingħataw id-dritt li jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, tali faċilitajiet jew ma jkunux jistgħu joffru dawk is-servizzi bi spejjeż raġonevoli u fil-ħin;
tali faċilitajiet huma meħtieġa biex l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva għat-tħaddim effiċjenti, affidabbli u sikur tas-sistema ta' distribuzzjoni u l-faċilitajiet ma jintużawx biex jinxtara jew jinbiegħ l-elettriku fis-swieq tal-elettriku; u
l-awtorità regolatorja tkun ivvalutat in-neċessità ta' deroga bħal din, u tkun wettqet valutazzjoni tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti, inkluż il-kondizzjonijiet ta' dik il-proċedura ta' sejħa għall-offerti, u tat l-approvazzjoni tagħha.
L-awtorità regolatorja tista' tfassal linji gwida jew klawżoli ta' akkwist biex jgħinu lill-operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni jiżguraw proċedura ta' sejħa għall-offerti ġusta;
Il-paragrafu 3 ma għandux japplika la għal komponenti tan-netwerk li huma kompletament integrati u lanqas għall-perjodu tipiku ta' deprezzament tal-faċilitajiet ġodda għall-ħżin tal-batteriji b'deċiżjoni finali dwar l-investiment sal-4 ta' Lulju 2019, dment li tali faċilitajiet għall-ħżin tal-batteriji huma:
konnessi mal-grilja l-aktar tard sa sentejn wara dan;
integrati fis-sistema ta' distribuzzjoni;
jintużaw biss għar-restawr reattiv immedjat tas-sigurtà tan-netwerk f'każ ta' fallimenti fin-netwerk fejn tali miżura ta' restawr tibda immedjatament u jintemm meta l-varar mill-ġdid regolari jkun jista' jsolvi l-kwistjoni; u
ma jintużawx biex jinxtara jew jinbiegħ l-elettriku fis-swieq tal-elettriku, inkluż l-ibbilanċjar.
Artikolu 37
L-obbligu tal-kunfidenzjalità għall-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 55 jew rekwiżit legali ieħor biex tiġi żvelata informazzjoni, l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għandu jżomm il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva miksuba waqt it-twettiq tan-negozju tiegħu, u għandu jipprevjeni informazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu stess li tista' tkun kummerċjalment vantaġġuża milli tiġi żvelata b'mod diskriminatorju.
Artikolu 38
Sistemi ta' distribuzzjoni magħluqa
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li awtoritajiet regolatorji jew awtoritajiet kompetenti oħra jikklassifikaw sistema li tqassam l-elettriku fi ħdan sit ġeografikament imwarrab, li jkun industrijali, kummerċjali jew maqsum, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, ma jipprovdix klijenti fi djar bħala sistema ta' distribuzzjoni magħluqa jekk:
għal raġunijiet tekniċi jew ta' sigurtà speċifiċi, l-operazzjonijiet jew il-proċess ta' produzzjoni tal-utenti ta' dik is-sistema jkunu integrati; jew
dik is-sistema tqassam l-elettriku l-ewwelnett lill-proprjetarju jew lill-operatur tas-sistema jew lill-impriżi relatati tagħhom.
Is-sistemi ta' distribuzzjoni magħluqa għandhom jitqiesu bħala sistemi ta' distribuzzjoni għall-finijiet ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li awtoritajiet regolatorji jeżentaw lill-operatur ta' sistema ta' distribuzzjoni magħluqa minn:
l-obbligu tal-Artikolu 31(5) u (7) li jakkwista l-enerġija li huwa juża biex ikopri t-telf tal-enerġija u is-servizzi anċillari mhux tal-frekwenza fis-sistema tiegħu skont proċeduri trasparenti, mhux diskriminatorji u bbażati fuq is-suq;
l-obbligu fl-Artikolu 6(1) li tariffi jew metodoloġiji li fuqhom huwa bbażat il-kalkolu tagħhom jiġu approvati skont l-Artikolu 59(1) qabel id-dħul fis-seħħ;
ir-rekwiżiti taħt l-Artikolu 32(1) għall-akkwist ta' servizzi ta' flessibbiltà u taħt l-Artikolu 32(3) għall-iżvilupp tas-sistemi tal-operaturi abbażi ta' pjanijiet ta' żvilupp tan-netwerks;
ir-rekwiżit taħt l-Artikolu 33(2) li ma jkunx is-sid ta', lanqas jiżviluppa, jew jamministra jew jopera, punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi; u
ir-rekwiżit taħt l-Artikolu 36(1) li ma jkunx is-sid ta', lanqas jiżviluppa, jew jamministra jew jopera, faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija.
Artikolu 39
Operatur ikkombinat
L-Artikolu 35(1) ma għandux jipprevjeni l-operazzjoni ta' operatur ta' sistema tat-trażmissjoni u sistema ta' distribuzzjoni kombinati, sakemm l-operatur jikkonforma mal-Artikolu 43(1), l-Artikoli 44 u 45, jew it-Taqsima 3 tal-Kapitolu VI, jew sakemm l-operatur jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 66(3).
KAPITOLU V
REGOLI ĠENERALI APPLIKABBLI GĦAL OPERATURI TA' SISTEMI TAT-TRAŻMISSJONI
Artikolu 40
Il-kompiti tal-operaturi ta' sistemi tat-trażmissjoni
Kull operatur ta' sistema tat-trażmissjoni għandu jkun responsabbli biex:
jiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema li tlaħħaq ma' domandi raġonevoli għat-trażmissjoni tal-elettriku, l-operazzjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp taħt kondizzjonijiet ekonomiċi sistemi ta' trażmissjoni siguri, affidabbli u effiċjenti b'kont dovut għall-ambjent, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u operaturi ta' sistemi tad-distribuzzjoni ġirien;
jiżgura l-mezzi adegwati biex jissodisfa l-obbligi tiegħu;
jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista permezz ta' kapaċità ta' trażmissjoni adegwata u affidabbiltà tas-sistema;
jamministra l-flussi ta' enerġija fuq is-sistema, b'kont meħud ta' skambji ma' sistemi interkonnessi oħra. Għal dak il-għan, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jkun responsabbli biex jiżgura sistema tal-elettriku sigura, affidabbli u effiċjenti u, f'dak il-kuntest, biex jiżgura d-disponibbiltà tas-servizzi anċillari kollha neċessarji, inklużi dawk provduti minn faċilitajiet ta' rispons tad-domanda u ħżin tal-enerġija, kemm-il darba din id-disponibbiltà tkun waħda indipendenti minn sistemi tat-trażmissjoni oħrajn li magħhom is-sistema tiegħu tkun interkonnessa;
jipprovdi lill-operatur ta' sistemi oħra li magħhom is-sistema tiegħu tkun interkonnessa, informazzjoni biżżejjed biex jiżgura l-operazzjoni sigura u effiċjenti, l-iżvilupp koordinat u l-interoperabilità tas-sistema interkonnessa;
jiżgura li ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn l-utenti tas-sistema jew bejn klassijiet ta' utenti tas-sistema, b'mod partikolari favur l-impriżi relatati tiegħu;
jipprovdi lill-utenti ta' sistema bl-informazzjoni li jeħtieġu għal aċċess effiċjenti għas-sistema;
il-ġbir ta' kirjiet u pagamenti ta' konġestjoni skont il-mekkaniżmu ta' kumpens tal-operatur tas-sistema ta' inter-trażmissjoni, skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2019/943, li jagħti u jimmaniġġja l-aċċess għall-partijiet terzi u l-għoti ta' spjegazzjonijiet raġunati meta dan l-aċċess ikun miċħud, li għandu jkun immonitorjat mill-awtoritajiet regolatorji; meta jwettqu d-dmirijiet tagħhom skont dan l-Artikolu, l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom jiffaċilitaw primarjament l-integrazzjoni tas-suq;
jakkwista servizzi anċillari biex tiġi żgurata s-sigurtà operazzjonali;
jadotta qafas għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali;
jipparteċipa fl-istabbiliment tal-valutazzjonijiet Ewropej u nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (EU) 2019/943;
id-diġitalizzazzjoni tas-sistemi ta' trażmissjoni;
il-ġestjoni tad-data, inkluż l-iżvilupp ta' sistemi ta' ġestjoni tad-data, is-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data, soġġett għar-regoli applikabbli, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenza ta' awtoritajiet oħra.
L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni li jkun is-sid tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu VI u għandu jkun ċertifikat f'konformità mal-Artikolu 43. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni li huma ċċertifikati bħala s-sjieda separata, l-operaturi indipendenti ta' sistema jew il-mudell tal-operatur indipendenti tas-sistema ta' trażmissjoni li jiddelegaw fuq inizjattiva tagħhom stess u taħt is-superviżjoni tagħhom ċerti kompiti lil operaturi oħra ta' sistemi ta' trażmissjoni li huma ċertifikati taħt is-separazzjoni tas-sjieda, l-operaturi indipendenti ta' sistema jew il-mudell tal-operatur indipendenti tas-sistema ta' trażmissjoni meta dik id-delega ta' kompiti ma tipperikolax id-drittijiet deċiżjonali effettivi u indipendenti tal-operatur ta' sistema ta' trażmissjoni li jkun qiegħed jiddelega.
Fit-twettiq tal-kompitu imsemmija fil-punt (i) tal-paragrafu 1, l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni għandhom jakkwistaw servizzi ta' bbilanċjar soġġett għal dan li ġej:
proċeduri trasparenti, mhux diskriminatorju u bbażat fis-suq;
il-parteċipazzjoni tal-impriżi tal-elettriku kwalifikati u l-parteċipanti kollha fis-suq, inkluż il-parteċipanti tas-suq li joffru enerġija mis-sorsi rinnovabbli, parteċipanti tas-suq impenjati fir-rispons għad-domanda, operaturi tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u l-parteċipanti fis-suq involuti fl-aggregazzjoni.
Għall-iskop tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet regolatorji u operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-parteċipanti kollha fis-suq, jistabbilixxu rekwiżiti tekniċi għall-parteċipazzjoni f'dawk is-swieq abbażi tal-karatteristiċi tekniċi ta' dawk is-swieq.
Artikolu 41
Rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u t-trasparenza għall-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u sidien tas-sistemi ta' trażmissjoni
Artikolu 42
Setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet rigward il-konnessjoni ta' installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni ġdida u faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija mas-sistema tat-trażmissjoni
L-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni jillimitaw il-kapaċità ta' konnessjoni garantita jew li joffru konnessjonijiet soġġett għal-limitazzjonijiet operazzjonali, biex tiġi żgurata effiċjenza ekonomika fir-rigward ta' installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni ġodda jew faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija ġodda, dment li tali limitazzjonijiet ġew approvati mill-awtorità regolatorja. L-awtorità regolatorja għandha tiżgura li kwalunkwe limitazzjoni f'kapaċità ta' konnessjoni garantita jew limitazzjoni operazzjonali għandha tkun introdotta abbażi ta' proċeduri trasparenti u nondiskriminatorji u ma joħolqux ostakli bla bżonn għad-dħul fis-suq. Meta l-installazzjoni ta' ġenerazzjoni jew il-faċilità ta' ħżin tal-enerġija jġarrbu l-ispejjeż relatati mal-iżgurar ta' konnessjoni bla limitu, ma għandha tapplika l-ebda limitazzjoni.
KAPITOLU VI
SEPARAZZJONI TAL-OPERATURI TAS-SISTEMI TAT-TRAŻMISSJONI
Artikolu 43
Separazzjoni tas-sjieda tas-sistemi ta' trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
kull impriża li tkun proprjetarja ta' sistema tat-trażmissjoni tagħha taġixxi bħala operatur tas-sistema tat-trażmissjoni;
l-istess persuna jew persuni mhumiex intitolati:
li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista, u li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew fuq sistema tat-trażmissjoni; jew
li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll fuq operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew fuq sistema tat-trażmissjoni, u li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista;
l-istess persuna jew persuni mhumiex intitolati jaħtru membri tal-bord ta' sorveljanza, tal-bord amministrattiv jew ta' korpi li legalment jirrappreżentaw l-impriża, ta' operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew tas-sistema tat-trażmissjoni, u li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew ta' provvista; u
l-istess persuna mhix intitolata tkun membru tal-bord ta' sorveljanza, tal-bord amministrattiv jew ta' korpi li legalment jirrappreżentaw l-impriża, kemm ta' impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew ta' provvista u operatur ta' sistema tat-trażmissjoni jew ta' sistema tat-trażmissjoni.
Id-drittijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 għandhom jinkludu, b'mod partikolari:
is-setgħa tal-eżerċizzju tad-drittijiet ta' votazzjoni;
is-setgħa għall-ħatra tal-membri tal-bord superviżorju, tal-bord amministrattiv jew tal-entitajiet li jirrappreżentaw l-impriżi b'mod legali; jew
iż-żamma ta' sehem ta' maġġoranza.
F'tali każ, l-Istati Membri konċernati għandhom jew:
jaħtru operatur tas-sistema indipendenti taħt l-Artikolu 44; jew
jikkonformaw mat-Taqsima 3.
Artikolu 44
Operatur ta' sistema indipendenti
L-Istat Membru jista' japprova u jaħtar biss operatur ta' sistema indipendenti, dment li:
l-operatur kandidat wera li jikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 43(1);
l-operatur kandidat ikun wera li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi finanzjarji, tekniċi, fiżiċi u umani meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu taħt l-Artikolu 40;
l-operatur kandidat ikun intrabat li jikkonforma ma' pjan, għall-operatur indipendenti tas-sistema, ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-network b'sorveljanza mill-awtorità regolatorja;
il-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni jkun wera l-abbiltà tiegħu li jikkonforma mal-obbligi tiegħu konformement mal-paragrafu 5. Għal dak l-għan, għandu jipprovdi abbozz tal-arranġamenti kuntrattwali kollha mal-operatur kandidat u ma' kwalunkwe entità oħra rilevanti; u
l-operatur kandidat wera l-abilità tiegħu li jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont ir-Regolament (UE) 2019/943, inklużi l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fil-livell Ewropew u reġjonali.
Meta jinħatar operatur ta' sistema indipendenti, il-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni għandu:
jipprovdi l-kooperazzjoni u l-appoġġ kollha rilevanti lill-operatur tas-sistema indipendenti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, inkluż b'mod partikolari t-tagħrif kollu rilevanti;
jiffinanzja l-investimenti deċiżi mill-operatur tas-sistema indipendenti u approvati mill-awtorità regolatorja, jew jaċċetta li jiġu ffinanzjati minn kwalunkwe parti interessata, inkluż l-operatur tas-sistema indipendenti. L-arranġamenti finanzjarji rilevanti għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja. Qabel din l-approvazzjoni, l-Awtorità Regolatorja għandha tikkonsulta l-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni flimkien ma' partijiet interessati oħra;
tipprovdi għall-kopertura tar-responsabbiltà li tikkonċerna l-assi tan-netwerk, eskluża r-responsabbiltà marbuta mal-kompiti tal-operatur tas-sistema indipendenti; u
tipprovdi garanziji biex jiġi ffaċilitat il-finanzjament ta' kwalunkwe espansjonijiet tan-netwerk bl-eċċezzjoni ta' dawk l-investimenti fejn, konformement mal-punt (b), jkun ta l-approvazzjoni tiegħu għal finanzjament minn kwalunkwe parti interessata, inkluż l-operatur tas-sistema indipendenti.
Artikolu 45
Separazzjoni tal-proprjetarji ta' sistemi ta' trażmissjoni
Sabiex tiġi aċċertata l-indipendenza tal-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw l-kriterji minimi li ġejjin:
il-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni ma għandhomx jieħdu sehem fl-istrutturi tal-kumpaniji tal-impriża integrata tal-elettriku li hija responsabbli, direttament jew indirettament, għall-operat ta' kuljum tal-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriku;
għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi aċċertat li l-interessi professjonali tal-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni jitqiesu b'mod li jiżgura li huma kapaċi li jaġixxu b'mod indipendenti; u
il-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jfassal programm ta' konformità, li jistabbilixxi l-miżuri meħuda biex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda kondotta diskriminatorja, u biex ikun żgurat li l-ħarsien ta' dan il-programm ikun issorveljat b'mod adatt. Il-programm ta' konformità għandu jistabbilixxi l-obbligi speċifiċi tal-impjegati li jilħqu dawk l-għanijiet. Rapport ta' kull sena, li jindika l-miżuri li jkunu ttieħdu, għandu jingħata mill-persuna jew korp responsabbli għas-sorveljanza tal-programm ta' konformità lill-awtorità regolatorja u għandu jiġi ppubblikat.
Artikolu 46
L-assi, it-tagħmir, il-persunal u l-identità
L-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni għandhom ikunu mgħammra bir-riżorsi umani, tekniċi, fiżiċi u finanzjarji kollha biex jaqdu l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva u jwettqu l-attività ta' trażmissjoni tal-elettriku, partikolarment:
assi li huma meħtieġa għall-attività ta' trażmissjoni tal-elettriku, inkluża s-sistema tat-trażmissjoni, għandhom ikunu l-proprjetà ta' operatur tas-sistema tat-trażmissjoni;
persunal, meħtieġ għall-attività ta' trażmissjoni tal-elettriku, inkluż il-prestazzjoni tal-kompiti korporattivi, għandu jiġi impjegat mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni;
il-leasing ta' persunal u l-għoti ta' servizzi, lil u minn kwalunkwe parti oħra tal-impriża integrata vertikalment għandha tiġi pprojbita. Madankollu dan ma għandux jipprevjeni l-operatur ta' sistema tat-trażmissjoni milli jagħti servizzi lill-impriża integrata vertikalment, dment li:
il-provvista ta' dawn is-servizzi ma tiddiskriminax bejn l-utenti tas-sistema, tkun disponibbli lil utenti kollha tas-sistema fuq l-istess termini u kondizzjonijiet u ma tirrestrinġix, tgħawweġ jew tipprevjeni kompetizzjoni fil-produzzjoni jew il-provvista; u
it-termini u l-kondizzjonijiet tal-provvista ta' dawn is-servizzi huma approvati mill-awtorità regolatorja;
mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-Korp ta' Sorveljanza taħt l-Artikolu 49, riżorsi finanzjarji xierqa għal proġetti futuri ta' investiment u/jew għas-sostituzzjoni ta' assi eżistenti għandhom ikunu disponibbli għall-operatur ta' sistema tat-trażmissjoni fiż-żmien dovut mill-impriża integrata vertikalment wara talba adatta mill-operatur ta' sistema tat-trażmissjoni.
L-attività tat-trażmissjoni tal-elettriku għandha għall-anqas tinkludi l-kompiti li ġejjin flimkien ma' dawk elenkati fl-Artikolu 40:
rappreżentanza tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u kuntatti lil partijiet terzi u l-awtoritajiet regolatorji;
rappreżentanza tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni fl-“ENTSO għall-Elettriku”;
l-għoti u l-ġestjoni ta' aċċess ta' parti terza fuq bażi non-diskriminatorja bejn utenti tas-sistema jew klassijiet ta' utenti tas-sistema;
il-ġbir tal-ispejjeż kollha relatati mas-sistema tat-trażmissjoni inkluż l-ispejjeż ta' aċċess, enerġija għal telf u imposti għal servizzi anċillari;
l-operazzjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp ta' sistema tat-trażmissjoni sigura, effiċjenti u ekonomika;
ippjanar ta' investiment li jiżgura l-abilità fuq perjodu ta' żmien fit-tul biex jilħaq domanda raġonevoli u jiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista;
l-istabbiliment ta' impriżi konġunti xierqa, inkluż ma' operatur tas-sistema tat-trażmissjoni wieħed jew aktar, skambji ta' enerġija, u l-atturi l-oħra rilevanti bil-għan tal-iżvilupp tal-ħolqien tas-swieq reġjonali jew jiġi ffaċilitat il-proċess ta' liberalizzazzjoni; u
is-servizzi korporattivi kollha, inklużi s-servizzi legali, il-kontabilità u s-servizzi tal-IT.
Artikolu 47
Indipendenza tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni
Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-Korp ta' Sorveljanza taħt l-Artikolu 49, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jkollu:
drittijiet deċiżjonali effettivi, li jkunu indipendenti mill-impriża tal-elettriku integrata, fir-rigward tal-assi meħtieġa biex iħaddem, iżomm jew jiżviluppa s-sistema tat-trażmissjoni; u
is-setgħa li jsib fondi fis-suq kapitali b'mod partikolari billi jissellef u permezz ta' żieda kapitali.
Artikolu 48
Indipendenza tal-persunal u ġestjoni tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni
L-awtorità regolatorja tista' toġġezzjona għad-deċiżjonijiet msemmija fil-paragrafu 1:
jekk jitqajmu dubji dwar l-indipendenza professjonali ta' persuna nnominata responsabbli mill-ġestjoni u/jew membru tal-korpi amministrattivi; jew
fil-każ ta' terminazzjoni prematura ta' kariga, jekk jeżistu dubji rigward il-ġustifikazzjoni ta' tali terminazzjoni prematura.
Il-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew membri tal-korpi amministrattivi ta' operatur ta' sistema tat-trażmissjoni li mhumiex soġġetti għall-paragrafu 3 ma għandhomx ikunu eżerċitaw l-ebda ġestjoni jew attività rilevanti oħra fl-impriża integrata vertikalment għal perjodu ta' mill-anqas sitt xhur qabel il-ħatra tagħhom.
L-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u l-paragrafi 4 sa 7 għandhom ikunu applikabbli għall-persuni kollha li jappartjenu għall-ġestjoni eżekuttiva u għal dawk li jirrapportaw lilhom direttament dwar kwistjonijiet relatati mal-operazzjoni, iż-żamma jew l-iżvilupp tan-netwerk.
Artikolu 49
Korp ta' Sorveljanza
Il-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 48(2) għandu japplika għall-membri kollha tal-Korp ta' Sorveljanza.
Artikolu 50
Programm ta' konformità u uffiċjal għall-konformità
L-uffiċjal għall-konformità għandu jkun inkarigat milli:
jissorvelja l-implimentazzjoni tal-programm ta' konformità;
ifassal rapport annwali, li juri l-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni tal-programm ta' konformità u jippreżentah lill-awtorità regolatorja;
jirrapporta lill-Korp ta' Sorveljanza u joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar il-programm ta' konformità u l-implimentazzjoni tiegħu;
jinnotifika lill-awtorità regolatorja dwar kwalunkwe ksur sostanzjali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programm ta' konformità; u
jirrapporta lill-awtorità regolatorja dwar kwalunkwe relazzjoni kummerċjali u finanzjarja bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni.
L-uffiċjal għall-konformità jista' jattendi l-laqgħat kollha tat-tmexxija jew tal-korpi amministrattivi tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni, u dawk tal-Korp ta' Sorveljanza u l-assemblea ġenerali. L-uffiċjal għall-konformità għandu jattendi l-laqgħat kollha li jindirizzaw il-materji li ġejjin:
il-kondizzjonijiet ta' aċċess għan-network, kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/943, partikolarment fir-rigward tat-tariffi, is-servizzi ta' aċċess għal partijiet terzi, l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni, it-trasparenza, is-servizzi anċillari u s-swieq sekondarji;
proġetti mibdija sabiex titħaddem, tinżamm u tiġi żviluppata s-sistema tat-trażmissjoni, inkluż investimenti għall-interkonnessjoni u l-konnessjoni;
xiri jew bejgħ tal-enerġija meħtieġa biex titħaddem is-sistema tat-trażmissjoni.
Artikolu 51
Żvilupp tan-netwerk u setgħat li jittieħdu deċiżjonijiet dwar investimenti
Il-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għandu, b'mod partikolari:
jindika lill-parteċipanti fis-suq l-infrastrutturi ewlenin ta' trażmissjoni li jeħtieġ li jinbnew jew jiġu mmodernizzati matul l-għaxar snin li ġejjin;
jkun fih l-investimenti kollha diġà deċiżi u jidentifika investimenti ġodda li jridu jiġu eżegwiti fit-tliet snin li ġejjin; u
jipprovdi skeda ta' żmien għall-proġetti kollha ta' investiment.
L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jeżaminaw il-konsistenza tal-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk mal-pjan nazzjonali tal-enerġija u tal-klima ppreżentat f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999.
F'ċirkostanzi fejn l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni, jekk mhux għal raġunijiet imperattivi mhux fil-kontroll tiegħu, ma jeżegwix investiment, li, konformement mal-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-network, suppost kellu jiġi eżegwit fis-snin ta' wara, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja għandha l-obbligu li tieħu għall-anqas waħda mill- miżuri li ġejjin biex tiżgura li l-investiment in kwistjoni jseħħ jekk tali investiment ikun għadu rilevanti abbażi tal- pjan l-aktar reċenti ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-network:
tesiġi mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni li jeżegwixxi l-investimenti in kwistjoni;
torganizza proċedura għal sejħa ta' offerti miftuħa għal kull investitur għall-investiment in kwistjoni; jew
tobbliga lill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jaċċetta żieda fil-kapital biex jiffinanzja l-investimenti meħtieġa u jippermetti l-investituri indipendenti jipparteċipaw fil-kapital.
Fejn l-awtorità regolatorja tkun għamlet użu mis-setgħat tagħha taħt il-punt (b) tal-paragrafu 7, hija tista' tobbliga lill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni sabiex dan jaqbel ma' element wieħed jew iżjed minn dawn li ġejjin:
il-finanzjament minn xi parti terza;
il-kostruzzjoni minn xi parti terza;
il-bini minnu stess tal-assi kkonċernati;
l-operazzjoni minnu istess tal-assi kkonċernat.
L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jipprovdi lill-investituri bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu l-investiment, għandu jikkollega l-assi l-ġodda man-netwerk ta' trażmissjoni u għandu ġeneralment jagħmel l-aħjar li jista' biex jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-proġett ta' investiment.
L-arranġamenti finanzjarji rilevanti għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja.
Artikolu 52
Ħatra u ċertifikazzjoni ta' operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni
L-awtoritajiet regolatorji għandhom jissorveljaw l-konformità kontinwa tal-operaturi ta' sistema tat-trażmissjoni mal-Artikolu 43. Għandhom jibdew proċeduri ta' ċertifikazzjoni biex jiżguraw tali konformità:
man-notifika mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni taħt il-paragrafu 3;
fuq inizjattiva tagħhom stess fejn ikollhom tagħrif li bidla ppjanata fid-drittijiet jew fl-influwenza fuq proprjetarji ta' sistema tat-trażmissjoni jew operaturi ta' sistema tat-trażmissjoni tista' twassal għal ksur tal-Artikolu 43, jew fejn għandhom raġuni biex jemmnu li seta' seħħ tali ksur; jew
fuq talba motivata mill-Kummissjoni.
Artikolu 53
Ċertifikazzjoni fir-rigward ta' pajjiżi terzi
L-awtorità regolatorja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni wkoll mingħajr dewmien kull ċirkustanza li tirriżulta f'persuna jew persuni minn pajjiż terz jew minn pajjiżi terzi li jiksbu kontroll tas-sistema tat-trażmissjoni jew operatur ta' sistema tat-trażmissjoni.
L-awtorità regolatorja għandha tadotta abbozz tad-deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' operatur ta' sistema tat-trażmissjoni f'erba' xhur mid-data tan-notifika mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni. Hija għandha tirrifjuta ċ-ċertifikazzjoni jekk ma jkunx ġie ppruvat:
li l-entità kkonċernata tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 43; u
lill-awtorità regolatorja jew lil awtorità kompetenti nazzjonali oħra maħtura mill-Istat Membru li l-għotja taċ-ċertifikazzjoni mhux ser tpoġġi f'riskju s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Istat Membru u l-Unjoni. Fil-kunsiderazzjoni ta' din il-kwistjoni l-awtorità regolatorja jew l-awtorità kompetenti nazzjonali l-oħra għandha tieħu kont ta':
id-drittijiet u l-obbligi tal-Unjoni fir-rigward ta' dawn il-pajjiżi terzi li jirriżultaw taħt id-dritt internazzjonali, inkluż kull ftehim konkluż ma' xi pajjiż terz jew aktar li għalih l-Unjoni hija parti u li jkun indirizza l-kwistjonijiet tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija;
id-drittijiet u l-obbligi tal-Istat Membru fir-rigward ta' dawn il-pajjiżi terzi li jirriżultaw minn ftehim konkluż ma' dawn il-pajjiżi terzi, sa fejn huma jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni; u
fatti speċifiċi u ċirkostanzi oħra tal-każ u l-pajjiż terz konċernat.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu provvediment sabiex l-awtorità regolatorja u/jew l-awtorità kompetenti maħtura msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3, qabel ma l-awtorità regolatorja tadotta deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni, jitolbu opinjoni mill-Kummissjoni dwar jekk:
l-entità kkonċernata tikkonformax mar-rekwiżiti tal-Artikolu 43; u
l-għoti taċ-ċertifikazzjoni ma tpoġġix f'riskju s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija lill-Unjoni.
Fit-tħejjija tal-opinjoni, il-Kummissjoni tista' titlob l-opinjoni tal-ACER, l-Istat Membru konċernat, u partijiet interessati. Fil-każ li l-Kummissjoni tagħmel din it-talba, il-perjodu ta' xahrejn għandu jiġi estiż b'xahrejn.
Fin-nuqqas ta' opinjoni mill-Kummissjoni fi żmien il-perjodu msemmi fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi, il-Kummissjoni għandha titqies li ma tqajjimx oġġezzjonijiet għad-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja.
Meta tkun qiegħda tivvaluta jekk il-kontroll minn persuna jew persuni minn pajjiż terz jew minn pajjiżi terzi ikunx qiegħed ipoġġi f'riskju s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija lill-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tqis:
il-fatti speċifiċi tal-każ u l-pajjiż terz jew pajjiżi terzi konċernati; u
id-drittijiet u l-obbligi tal-Unjoni fir-rigward ta' dawn il-pajjiżi terzi li jirriżultaw taħt id-dritt internazzjonali, inkluż kull ftehim konkluż ma' xi pajjiż terz jew aktar li għalih l-Unjoni hija parti u li jkun indirizza l-kwistjonijiet tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.
Artikolu 54
Sjieda tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija minn operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni
Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jħallu lill-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija, fejn ikunu komponenti tan-netwerk integrati għalkollox dment li l-awtorità regolatorja tkun tat l-approvazzjoni tagħha, jew fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
partijiet oħra, wara proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja li hija soġġetta għal rieżami u approvazzjoni mill-awtorità regolatorja, ma jkunux ingħataw dritt li jkunu s-sidien ta', jiżviluppaw, jamministraw jew joperaw, tali faċilitajiet jew ma jkunux jistgħu joffru dawk is-servizzi bi spejjeż raġonevoli u fil-ħin;
tali faċilitajiet jew servizzi anċillari mhux tal-frekwenza jkunu meħtieġa biex l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva għat-tħaddim effiċjenti, affidabbli u sikur tas-sistema tat-trażmissjoni u huma ma jintużawx biex l-elettriku jinxtara jew jinbiegħ fis-swieq tal-elettriku; u
l-awtorità regolatorja tkun ivvalutat in-neċessità ta' deroga bħal din, tkun wettqet reviżjoni ex ante tal-applikabbiltà tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti, inkluż il-kondizzjonijiet tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti u tat l-approvazzjoni tagħha.
L-awtorità regolatorja tista' tfassal linji gwida jew klawżoli ta' akkwist biex tgħin lill-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni biex jiżguraw proċedura ta' sejħa għall-offerti ġusta.
Il-paragrafu 4 ma għandux japplika la għal komponenti tan-netwerk li huma kompletament integrati u lanqas għall-perjodu tipiku ta' deprezzament tal-faċilitajiet ġodda għall-ħżin tal-batteriji b'deżizjoni finali dwar l-investiment sal-2024, dment li tali faċilitajiet għall-ħżin tal-batteriji huma:
konnessi mal-grilja l-aktar tard sa sentejn wara dan;
integrati fis-sistema ta' trażmissjoni;
jintużaw biss għar-restawr reattiv immedjat tas-sigurtà tan-netwerk f'każ ta' fallimenti fin-netwerk fejn tali miżura ta' restawr tibda u tintemm immedjatament meta l-varar mill-ġdid regolari jkun jista' jsolvi l-kwistjoni;
ma jintużawx biex jinxtara jew jinbiegħ l-elettriku fis-swieq tal-elettriku, inkluż l-ibbilanċjar.
Artikolu 55
Dritt ta' aċċess għall-kontijiet
Artikolu 56
Separazzjoni tal-kontijiet
Impriżi li ma jkunux obbligati legalment biex jippubblikaw il-kontijiet annwali tagħhom għandhom iżommu kopja ta' dawn għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fil-kwartieri ġenerali tagħhom.
KAPITOLU VII
AWTORITAJIET REGOLATORJI
Artikolu 57
Ħatra u indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji
L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtorità regolatorja u jiżguraw li din teżerċita is-setgħat tagħha b'mod imparzjali u trasparenti. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta twettaq il-kompiti regolatorji kkonferiti fuqha permezz ta' din id-Direttiva u l-leġislazzjoni relatata, l-awtorità regolatorja:
tkun legalment distinta u funzjonalment indipendenti minn kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra;
għandha tiżgura li l-persunal tagħha u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tagħha:
jaġixxu b'mod indipendenti minn kwalunkwe interess tas-suq; u
ma jitolbux jew jieħdu istruzzjonijiet diretti mill-ebda gvern jew entità pubblika jew privata oħra fit-twettiq tal-kompiti regolatorji. Dak ir-rekwiżit huwa mingħajr preġudizzju għall-kooperazzjoni mill-qrib, fejn ikun il-każ, ma' awtoritajiet nazzjonali oħra rilevanti jew għal-linji gwida ġenerali ta' politika maħruġa mill-gvern li ma jkunux relatati mad-dmirijiet u setgħat regolatorji taħt l-Artikolu 59.
Sabiex tkun protetta l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji, l-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jiżguraw li:
l-awtorità regolatorja tista' tieħu deċiżjonijiet awtonomi, b'mod indipendenti minn kwalunkwe entità politika;
l-awtorità regolatorja għandha r-riżorsi umani u finanzjarji kollha neċessarji li għandha bżonn sabiex twettaq il-kompiti u teżerċita s-setgħat tagħha b'mod effikaċi u effiċjenti;
l-awtorità regolatorja għandha allokazzjonijiet annwali separati tal-baġit u awtonomija fl-implementazzjoni tal-baġit allokat;
il-membri tal-Bord tal-Awtorità Regolatorja jew, fin-nuqqas ta' bord, l-eżekuttiv għoli tal-awtorità regolatorja għandhom jinħatru għal terminu fiss ta' minn 5 sa 7 snin, li jista' jiġġedded darba biss;
il-membri tal-bord tal-awtorità regolatorja jew, fin-nuqqas ta' bord, l-eżekuttiv għoli tal-awtorità regolatorja, jinħatar abbażi ta' kriterji oġġettivi, trasparenti u ppubblikati, fi proċedura indipendenti u imparzjali, li tiżgura li l-kandidati jkollhom il-ħiliet u l-esperjenza meħtieġa għall-pożizzjoni rilevanti fl-awtorità regolatorja;
ikun hemm fis-seħħ dispożizzjonijiet għall-kunflitt ta' interess u li l-obbligi ta' kunfidenzjalità jmorru lil hinn mill-mandat tal-membri tal-bord tal-awtorità regolatorja jew, fin-nuqqas ta' bord, it-tmiem tal-mandat tal-eżekuttiv għoli tal-awtorità regolatorja;
il-membri tal-bord tal-awtorità regolatorja jew, fin-nuqqas ta' bord, l-eżekuttiv għoli tal-awtorità regolatorja, jista' jitneħħa biss abbażi ta' kriterji trasparenti fis-seħħ.
Fir-rigward tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw skema ta' rotazzjoni adegwata għall-bord jew għall-eżekuttiv għoli. Il-membri tal-bord jew, fin-nuqqas ta' bord, il-membri tal-eżekuttiv għoli jistgħu biss jitneħħew mill-kariga matul il-mandat tagħhom jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu jew jekk jinsabu ħatja ta' mġiba ħażina skont il-liġi nazzjonali.
Artikolu 58
Objettivi ġenerali tal-awtorità regolatorja
Fit-twettiq tal-kompiti regolatorji speċifikati f'din id-Direttiva, l-awtorità regolatorja għandha tieħu l-miżuri raġonevoli kollha biex jinkisbu l-objettivi li ġejjin fil-qafas tal-kompiti u s-setgħat tagħha kif stabbiliti fl-Artikolu 59, f'konsultazzjoni mill-qrib ma' awtoritajiet nazzjonali konċernati oħra inklużi awtoritajiet tal-kompetizzjoni, kif ukoll awtoritajiet, inklużi awtoritajiet regolatorji, minn Stati Membri ġirien u, kif xieraq, pajjiżi terzi ġirien, kif adatt, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tagħhom:
il-promozzjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ACER, l-awtoritajiet regolatorji ta' Stati Membri oħrajn, il-Kummissjoni u l-ACER, ta' suq intern għall-elettriku li jkun kompetittiv, flessibbli, sikur u ambjentalment sostenibbli fi ħdan l-Unjoni, u ftuħ effikaċi fis-suq għall-konsumaturi u l-fornituri kollha tal-Unjoni kif ukoll li jkunu żgurati kondizzjonijiet adegwati għat-tħaddim effikaċi u affidabbli tan-netwerks tal-enerġija, meta jitqiesu l-objettivi fuq medda twila ta' żmien;
l-iżvilupp ta' swieq reġjonali transkonfinali, kompetittivi u li jiffunzjonaw tajjeb fl-Unjoni sabiex jinkisbu l-għanijiet imsemmija fil-punt (a);
l-eliminazzjoni ta' restrizzjonijiet fuq il-kummerċ fl-elettriku bejn l-Istati Membri, inkluż l-iżvilupp ta' kapaċitajiet adatti ta' trażmissjoni transkonfinali biex tiġi sodisfatta d-domanda u tittejjeb l-integrazzjoni tas-swieq nazzjonali li jistgħu jiffaċilitaw il-flussi tal-elettriku fl-Unjoni;
tingħata għajnuna fil-kisba, bl-aktar mod effikaċi, tal-iżvilupp ta' sistemi mhux diskriminatorji sikuri, affidabbli u effiċjenti li jkunu orjentati lejn il-konsumaturi, u l-promozzjoni ta' adegwatezza fis-sistemi u, bi qbil mal-objettivi ġenerali tal-politika tal-enerġija, effiċjenza tal-enerġija kif ukoll l-integrazzjoni ta' produzzjoni tal-elettriku fuq skala kbira u żgħira minn sorsi rinnovabbli u ġenerazzjoni mqassma kemm fin-network tat-trażmissjoni kif ukoll f'dak tad-distribuzzjoni u l-faċilitazzjoni tat-tħaddim tagħhom fir-rigward ta' netwerks oħra tal-enerġija tal-gass jew tas-sħana;
il-faċilitazzjoni tal-aċċess għan-netwerk għal kapaċità ta' ġenerazzjoni ġdida u faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija, b'mod partikolari t-tneħħija ta' ostakli li jistgħu jimpedixxu d-dħul għal kompetituri ġodda fis-suq u ta' elettriku minn sorsi rinnovabbli;
jiġi żgurat li l-operaturi tas-sistema u l-utenti tas-sistema jingħataw inċentivi xierqa, kemm għall-perjodu qasir kif ukoll għal dak fit-tul, sabiex tiżdied l-effiċjenza, b'mod speċjali l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, fil-prestazzjoni tan-netwerk u sabiex titrawwem l-integrazzjoni tas-suq;
jiġi żgurat li l-konsumaturi jibbenefikaw permezz tal-funzjonament effiċjenti tas-suq nazzjonali tagħhom, waqt li tkun promossa kompetizzjoni effettiva u tgħin sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur rilevanti;
tingħata għajnuna fil-kisba ta' standards għolja ta' servizz universali u ta' servizz pubbliku fil-provvista tal-enerġija, filwaqt li jsir kontribut għall-ħarsien tal-klijenti vulnerabbli u għall-kompatibilità tal-proċessi neċessarji ta' skambju tad-data għall-bdil mill-klijenti.
Artikolu 59
Dmirijiet u setgħat tal-awtoritajiet regolatorji
L-awtoritajiet regolatorji għandhom ikollhom id-dmirijiet li ġejjin:
jiffissaw jew japprovaw, bi qbil mal-kriterji ta' trasparenza, tariffi ta' trażmissjoni jew ta' distribuzzjoni jew il-metodoloġiji tagħhom, jew it-tnejn li huma;
iwettqu l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 3, l-Artikolu 5(7) u l-Artikoli 14 sa 17 tar-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 );
jiżguraw il-konformità tal-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni, u, meta dan ikun rilevanti, il-proprjetarji tas-sistema, kif ukoll kwalunkwe impriża tal-elettriku u parteċipanti oħra fis-suq, mal-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) 2019/943, il-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida adottati skont l-Artikoli 59, 60 u 61 tar-Regolament (UE) 2019/943, ma' liġijiet rilevanti oħrajn tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-kwistjonijiet transkonfinali, kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-ACER;
f’koordinazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet regolatorji l-oħrajn, l-iżgurar tal-konformità tal-pjattaforma unika ta’ allokazzjoni stabbilita f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1719 ( 14 ), l-ENTSO tal-Elettriku u l-entità tad-DSO tal-UE mal-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) 2019/943, il-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida adottati skont l-Artikoli 59, 60 u 61 tar-Regolament (UE) 2019/943, u dritt tal-Unjoni rilevanti ieħor, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet transfruntiera, kif ukoll bid-deċiżjonijiet tal-ACER, u l-identifikazzjoni konġunta tan-nuqqas ta’ konformità tal-pjattaforma unika ta’ allokazzjoni, l-ENTSO tal-Elettriku u tal-entità tad-DSO tal-UE mal-obbligi rispettivi tagħhom; meta l-awtoritajiet regolatorji ma jkunux setgħu jilħqu ftehim fi żmien erba’ xhur wara l-bidu tal-konsultazzjonijiet bil-għan li jidentifikaw konġuntement in-nuqqas ta’ konformità, il-kwistjoni għandha tiġi rriferita lill-ACER għal deċiżjoni, skont l-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942;
japprovaw il-prodotti u l-proċess ta' akkwist għal servizzi anċillari mhux tal-frekwenza;
jimplimentaw il-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida adottati skont l-Artikoli 59, 60 u 61 tar-Regolament (UE) 2019/943 permezz ta' miżuri nazzjonali jew, fejn ikun meħtieġ, miżuri kkoordinati reġjonali jew fl-Unjoni kollha;
jikkooperaw dwar kwistjonijiet transkonfinali mal-awtorità jew l-awtoritajiet regolatorji ta' dawk l-Istati Membri u mal-ACER, b'mod partikolari permezz tal-parteċipazzjoni fix-xogħol tal-Bord tar-Regolaturi tal-ACER skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2019/942;
jikkonformaw ma', u jimplimentaw, kwalunkwe deċiżjoni legalment obbligatorja rilevanti tal-Kummissjoni u tal-ACER;
jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni, jagħmlu disponibbli kapaċitajiet ta' interkonnessjoni sa fejn ikun possibbli skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2019/943;
jirrapportaw kull sena lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-ACER dwar l-attività tagħhom u l-qadi ta' dmirijiethom inkluż dwar il-passi kollha li ttieħdu u r-riżultati li nkisbu fir-rigward ta' kull wieħed mill-kompiti elenkati f'dan l-Artikolu;
jiżguraw li ma jkunx hemm inter-sussidjarjetà bejn l-attivitajiet ta' trażmissjoni, distribuzzjoni u provvista jew attivitajiet oħra tal-elettriku jew mhux tal-elettriku;
jissorveljaw il-pjanijiet ta' investiment tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, u jipprovdu fir-rapport annwali tagħhom valutazzjoni tal-pjan ta' investiment tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fir-rigward tal-konsistenza tiegħu mal-pjan għall-iżvilupp tan-netwerk fl-Unjoni kollha; tali valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet biex jiġu emendati dawk il-pjanijiet ta' investiment;
jimmonitorjaw u jivvalutaw il-prestazzjoni tal-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni fir-rigward tal-iżvilupp ta' grilja intelliġenti li tippromwovi l-effiċjenza tal-enerġija u l-integrazzjoni tal-enerġija mis-sorsi rinnovabbli abbażi ta' sett limitat ta' indikaturi, u jippubblikaw rapport nazzjonali kull sentejn, li jkun jinkludi rakkomandazzjonijiet;
jistabbilixxu jew japprovaw standards u rekwiżiti għall-kwalità tas-servizz u l-kwalità tal-forniment jew jikkontribwixxu għalihom, flimkien ma' awtoritajiet kompetenti oħra u jissorveljaw il-konformità u jirrevedu l-prestazzjoni fl-imgħoddi tas-sigurtà tan-netwerk u r-regoli ta' affidabilità u;
jissorveljaw il-livell ta' trasparenza, inkluż tal-prezzijiet tal-bejgħ bl-ingrossa, u jiżguraw il-konformità mal-obbligi ta' trasparenza min-naħa tal-impriżi tal-elettriku;
jissorveljaw il-livell u l-effikaċja ta' ftuħ tas-suq u ta' kompetizzjoni fil-livelli tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, inklużi l-iskambji tal-elettriku, il-prezzijiet għall-klijenti domestiċi inklużi s-sistemi ta' ħlas minn qabel, l-impatt tal-kuntratti dwar prezz dinamiku tal-elettriku u tal-użu tas-sistemi tal-kejl intelliġenti, ir-rati ta' bdil, ir-rati ta' skonnessjoni, it-tariffi għas-servizzi ta' manutenzjoni, t-twettiq ta' servizzi ta' manutenzjoni, ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet domestiċi u l-prezzijiet bl-ingrossa, l-evoluzzjoni tat-tariffi u l-imposti tal-grilja u lmenti tal-klijenti domestiċi, kif ukoll kwalunkwe distorsjoni jew restrizzjoni tal-kompetizzjoni, anke billi jipprovdu kwalunkwe informazzjoni rilevanti u jinfurmaw lill-awtoritajiet rilevanti tal-kompetizzjoni dwar kwalunkwe każ rilevanti;
jissorveljaw il-prattiċi kuntrattwali restrittivi, inkluż klawżoli ta' esklussività, li jistgħu jimpedixxu konsumaturi milli jagħmlu kuntratt fl-istess ħin ma' aktar minn fornitur wieħed jew li jirrestrinġu l-għażla tagħhom li jagħmlu dan, u fejn xieraq, jinformaw lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni b'tali prattiċi;
jissorveljaw iż-żmien li jittieħed minn operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni u operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni biex isiru konnessjonijiet u tiswijiet;
li jiżguraw, flimkien ma' awtoritajiet rilevanti oħra, li l-miżuri ta' ħarsien tal-konsumaturi, jkunu effettivi u infurzati;
jippubblikaw rakkomandazzjonijiet, għall-anqas kull sena, dwar il-konformità tal-prezzijiet tal-provvista mal-Artikolu 5, u jibagħtu dawk ir-rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti, meta dan ikun xieraq;
jiżguraw l-aċċess nondiskriminatorju għad-data dwar il-konsum tal-klijent, il-forniment, għal użu fakultattiv, ta' format armonizzat li jinftiehem faċilment fil-livell nazzjonali għad-data dwar il-konsum u l-aċċess malajr għad-data għall-konsumaturi kollha skont l-Artikoli 23 u 24;
jissorveljaw l-implimentazzjoni tar-regoli relatati mar-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, tal-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, tal-fornituri, tal-klijenti u ta' parteċipanti oħrajn fis-suq skont ir-Regolament (UE) 2019/943;
jissorveljaw l-investiment fil-kapaċitajiet ta' ġenerazzjoni u ta' ħżin fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista;
jissorveljaw il-kooperazzjoni teknika bejn l-Unjoni u l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni ta' pajjiż terz;
jikkontribwixxu għall-kompatibilità ta' proċessi ta' skambju ta' data għall-proċessi tas-suq l-aktar importanti fuq livell reġjonali;
jissorveljaw id-disponibbiltà ta' għodod tat-tqabbil, li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14;
il-monitoraġġ tat-tneħħija ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-iżvilupp tal-konsum tal-komunitajiet tal-elettriku awtoġenerat, il-kondiviżjoni tal-enerġija, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u l-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin, inkluż l-ostakli u r-restrizzjonijiet li jipprevjenu l-konnessjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija distribwita flessibbli fi żmien raġonevoli skont l-Artikolu 58, il-punt (d).
Filwaqt li jżommu l-indipendenza tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza speċifika tagħhom stess u b'mod konsistenti mal-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar, l-awtoritajiet regolatorji għandhom, fejn ikun il-każ, jikkonsultaw mal-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u, fejn ikun il-każ, jikkooperaw mill-qrib ma' awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra fit-twettiq tad-dmirijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.
Kwalunkwe approvazzjoni mogħtija minn awtorità regolatorja jew mill-ACER taħt din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe użu futur debitament ġustifikat tas-setgħat tagħhom mill-awtoritajiet regolatorji taħt dan l-Artikolu jew għal kwalunkwe penali imposta minn awtoritajiet rilevanti oħra jew mill-Kummissjoni.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji jingħatawlhom is-setgħat li jippermettulhom iwettqu l-kompiti msemmija f'dan l-Artikolu b'mod effiċjenti u mingħajr dewmien. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom għall-anqas dawn is-setgħat:
li jimponu deċiżjonijiet obbligatorji fuq l-impriżi tal-elettriku;
li jwettqu investigazzjonijiet fil-funzjonament tas-swieq tal-elettriku, u li jiddeċiedu u jimponu kwalunkwe miżura meħtieġa u proporzjonata għall-promozzjoni ta' kompetizzjoni effettiva u jiżguraw il-funzjonament korrett tas-suq. Fejn ikun opportun, l-awtoritajiet regolatorji għandhom ikollhom ukoll is-setgħa li jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni u mar-regolaturi tas-swieq finanzjarji jew mal-Kummissjoni fit-twettiq ta' investigazzjoni relatata mal-liġi tal-kompetizzjoni;
li jitolbu kwalunkwe informazzjoni mill-impriżi tal-elettriku li tkun rilevanti għall-qadi tad-dmirijiet tagħha, inkluża l-ġustifikazzjoni għal kull rifjut ta' aċċess għall-partijiet terzi, u kull informazzjoni dwar miżuri meħtieġa biex jissaħħaħ in-netwerk;
li jimponu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fuq impriżi tal-elettriku li ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) 2019/943 jew kwalunkwe deċiżjoni rilevanti legalment obbligatorja tal-awtoritajiet regolatorji jew tal-ACER, jew li jipproponu li qorti kompetenti timponi dawn il-penali, inkluż is-setgħa li jimponu, jew li jipproponu l-impożizzjoni ta' penali sa 10 % tal-fatturat annwali tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni fuq l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew sa 10 % tat-turnover annwali tal-impriża integrata vertikalment fuq l-impriża integrata vertikalment, fejn ikun il-każ, għan-nuqqas ta' konformità mal-obbligi rispettivi tagħhom taħt din id-Direttiva; u
drittijiet xierqa ta' investigazzjonijiet u s-setgħat rilevanti ta' istruzzjonijiet għas-soluzzjoni ta' tilwim taħt l-Artikolu 60(2) u (3).
Addizzjonalment għad-dmirijiet mogħtija lilhom taħt il-paragrafu 1 u 3 ta' dan l-Artikolu, meta operatur ta' sistema indipendenti jkun ġie maħtur taħt l-Artikolu 44, l-awtoritajiet regolatorji għandhom:
jissorveljaw il-konformità tal-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni u tal-operatur tas-sistema indipendenti mal-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu, u jimponu penali għan-nuqqas ta' konformità skont il-punt (d) tal-paragrafu 3;
jissorveljaw ir-relazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet bejn l-operatur tas-sistema indipendenti u l-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-operatur tas-sistema indipendenti mal-obbligi tiegħu, u b'mod partikolari għandhom japprovaw kuntratti u jaġixxu bħala l-awtorità għas-soluzzjoni ta' tilwim bejn l-operatur tas-sistema indipendenti u l-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni fir-rigward ta' kwalunkwe lment imressaq minn kwalunkwe wieħed minnhom taħt l-Artikolu 60(2);
bla ħsara għall-proċedura skont il-punt (c) tal-Artikolu 44(2), għall-ewwel pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk, japprovaw l-ippjanar tal-investimenti u l-pjan pluriennali għall-iżvilupp tan-netwerk preżentati tal-anqas darba kull sentejn mill-operatur tas-sistema indipendenti;
jiżguraw li t-tariffi tal-aċċess għan-netwerk miġbura minn operaturi tas-sistema indipendenti jkunu jinkludu remunerazzjoni għall-proprjetarju tan-netwerk jew il-proprjetarji tan-netwerk li tipprovdi kumpens adegwat għall-użu tal-assi tan-netwerk u ta' kwalunkwe investiment ġdid fihom, sakemm ikunu magħmula ekonomikament u b'mod effiċjenti;
ikollhom s-setgħat li jwettqu spezzjonijiet, inklużi uħud mhux imħabbra fil-bini tal-proprjetarju tas-sistema tat-trażmissjoni u tal-operatur tas-sistema indipendenti; u
jissorveljaw l-użu ta' drittijiet ta' konġestjoni miġbura mill-operatur ta' sistema indipendenti taħt l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2019/943.
Addizzjonalment għad-dmirijiet mogħtija u s-setgħat konferiti lilhom taħt il-paragrafi 1 u 3 ta' dan l-Artikolu, meta operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jkun inħatar skont it-Taqsima 3 tal-Kapitolu VI, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jingħataw għall-anqas id-dmirijiet u s-setgħat li ġejjin:
li jimponu penali taħt il-punt (d) tal-paragrafu 3 għal kondotta diskriminatorja favur l-impriża integrata vertikalment;
jissorveljaw il-komunikazzjonijiet bejn l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u l-impriża integrata vertikalment sabiex tkun żgurata l-konformità tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni mal-obbligi tiegħu;
jaġixxu bħala awtoritajiet għas-soluzzjoni ta' tilwim bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni fir-rigward ta' kull ilment ippreżentat taħt l-Artikolu 60(2);
jissorveljaw ir-relazzjonijiet kummerċjali u finanzjarji inkluż is-self bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni;
japprovaw kull relazzjoni kummerċjali u finanzjarja bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni bil-kondizzjoni li dawn jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tas-suq;
jeżiġu ġustifikazzjoni mill-impriża integrata vertikalment meta jiġu notifikati mill-uffiċjal għall-konformità taħt l-Artikolu 50(4), tali ġustifikazzjoni inkluż, b' mod partikolari, l-evidenza li turi li ma seħħet ebda kondotta diskriminatorja għall-vantaġġ tal-impriża integrata vertikalment;
iwettqu spezzjonijiet, inklużi dawk mhux imħabbra, fuq il-post tal-impriża integrata vertikalment u tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni; u
jassenjaw il-kompiti kollha jew dawk speċifiċi tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni lil operatur tas-sistema indipendenti maħtur taħt l-Artikolu 44 fil-każ ta' ksur persistenti mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni tal-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva, partikolarment fil-każ ta' kondotta diskriminatorja ripetuta għall-benefiċċju tal-impriża integrata vertikalment.
L-awtoritajiet regolatorji, ħlief fejn l-ACER hija kompetenti biex tistipula u tapprova t-termini u l-kondizzjonijiet jew il-metodoloġiji għall-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida skont il-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/943 skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2019/942 minħabba n-natura kkoordinata tagħhom, għandhom ikunu responsabbli għall-iffissar jew l-approvazzjoni fi żmien biżżejjed qabel ma jidħlu fis-seħħ għall-inqas tal-metodoloġiji nazzjonali użati sabiex jiġu kkalkulati jew stabbiliti t-termini u l-kondizzjonijiet għal:
il-konnessjoni u l-aċċess għan-netwerks nazzjonali, inklużi t-tariffi għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni jew il-metodoloġiji tagħhom, dawk it-tariffi jew il-metodoloġiji għandhom jippermettu li l-investimenti meħtieġa fin-netwerks jsiru b'mod li jippermetti lil dawk l-investimenti jiżguraw il-vijabbiltà tan-netwerks;
il-provvediment ta' servizzi anċillari li għandhom jitwettqu bil-mod l-aktar ekonomiku possibbli u jipprovdu inċentivi xierqa biex l-utenti tan-netwerk jibbilanċjaw l-input u l-offtakes tagħhom, fejn tali servizzi anċillari għandhom jingħataw b'mod ġust u mhux diskriminatorju u jkunu msejsa fuq kriterji oġġettivi; u
aċċess għal infrastrutturi transkonfinali, inklużi l-proċeduri għall-allokazzjoni ta' kapaċità u l-immaniġġjar tal-konġestjoni.
Artikolu 60
Deċiżjonijiet u lmenti
Artikolu 61
Kooperazzjoni reġjonali bejn l-awtoritajiet regolatorji dwar kwistjonijiet transkonfinali
L-awtoritajiet regolatorji għandhom jikkooperaw tal-anqas f'livell reġjonali sabiex:
jitħeġġeġ il-ħolqien ta' arranġamenti operattivi sabiex tkun possibbli l-aħjar ġestjoni tan-netwerk, jiġu promossi skambji konġunti tal-elettriku u l-allokazzjoni ta' kapaċità transkonfinali, u sabiex ikun possibbli livell xieraq ta' kapaċità ta' interkonnessjoni, anke permezz ta' interkonnessjonijiet ġodda, fir-reġjun u bejn ir-reġjuni sabiex jitħalla lok għall-iżvilupp ta' kompetizzjoni effettiva u t-titjib tas-sigurtà tal-provvista, bla ma jkun hemm diskriminazzjoni bejn il-fornituri fi Stati Membri differenti;
jikkoordinaw is-superviżjoni konġunta tal-entitajiet li jeżerċitaw funzjonijiet fuq livell reġjonali;
jikkoordinaw, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet involuti l-oħra, is-superviżjoni konġunta tal-valutazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u Ewropej tal-adegwatezza tar-riżorsi;
ikun ikkoordinat l-iżvilupp tal-kodiċijiet kollha tan-netwerks u l-linji gwida għall-operaturi rilevanti tas-sistemi ta' trażmissjoni u għal parteċipanti oħra fis-suq; u
ikun ikkoordinat l-iżvilupp tar-regoli li jiggvernaw l-immaniġġjar tal-konġestjoni.
Artikolu 62
Dmirijiet u setgħat tal-awtoritajiet regolatorji fir-rigward ta' ċentri operazzjonali reġjonali
L-awtoritajiet regolatorji reġjonali tar-reġjun ta' operazzjoni tas-sistema fejn ikun stabbilit ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom, b'kooperazzjoni mill-qrib ma' xulxin:
japprovaw il-proposta għall-istabbiliment ta' ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali f'konformità mal-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2019/943;
japprovaw l-ispejjeż relatati mal-attivitajiet taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali, li għandhom ikunu responsabbli għalihom l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u għandhom jitqiesu fil-kalkolu tat-tariffi, dment li jkunu raġonevoli u xierqa;
japprovaw il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet b'mod kooperattiv;
jiżguraw li ċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jkunu mgħammra bir-riżorsi umani, tekniċi, fiżiċi u finanzjarji kollha meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva u biex iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod indipendenti u imparzjali;
jipproponu, flimkien ma' awtoritajiet regolatorji oħra ta' reġjun ta' operazzjoni tas-sistema, kompiti u setgħat addizzjonali li għandhom jiġu assenjati liċ-ċentri operazzjonali reġjonali mill-Istati Membri tar-reġjun ta' operazzjoni tas-sistema;
jiżguraw il-konformità mal-obbligi skont din id-Direttiva u liġi rilevanti oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet transkonfinali u jikkonsultaw sabiex b'mod konġunt jidentifikaw in-nonkonformità taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali mal-obbligi rispettivi tagħhom; fejn l-awtoritajiet regolatorji ma rnexxilhomx jilħqu qbil fi żmien erba' xhur wara l-bidu tal-konsultazzjonijiet sabiex b'mod konġunt jidentifikaw in-nonkonformità, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-ACER għal deċiżjoni, skont l-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942;
jimmonitorjaw il-prestazzjoni tal-koordinazzjoni tas-sistema u jirrapportaw kull sena lill-ACER f'dan ir-rigward f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2019/943.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji jingħatawlhom is-setgħat li jippermettulhom iwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 b'mod effiċjenti u mingħajr dewmien. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom għall-anqas dawn is-setgħat:
li jitolbu informazzjoni miċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali;
li jwettqu spezzjonijiet, inklużi dawk mhux imħabbra, fil-proprjetà taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali;
li joħorġu deċiżjonijiet vinkolanti konġunti fuq iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali.
Artikolu 63
Konformità mal-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida
Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li teżamina aktar il-każ, hija għandha, fi żmien ta' mhux aktar minn erba' xhur mid-data tat-tali deċiżjoni, toħroġ deċiżjoni finali:
li ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra d-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja; jew
li tesiġi li l-awtorità regolatorja kkonċernata tirtira d-deċiżjoni tagħha jekk tqis minħabba li ma kienx hemm konformità mal-kodiċijiet tan-netwerk u mal-linji gwida.
Artikolu 64
Żamma ta' reġistri
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 65
Kondizzjonijiet ugwali tal-kompetizzjoni
Artikolu 66
Derogi
Sistemi iżolati żgħar u Franza, għall-fini ta' Korsika, jistgħu japplikaw ukoll għal deroga mill-Artikoli 4, 5 u 6.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar tali applikazzjonijiet qabel ma tittieħed xi deċiżjoni, waqt li jkun kunsidrat ir-rispett lejn il-kunfidenzjalità.
Għal reġjuni ultraperiferiċi fis-sens tal-Artikolu 349 TFUE, li ma jistgħux jiġu interkonnessi mas-swieq tal-Unjoni għall-elettriku, id-deroga ma għandhiex tkun limitata fiż-żmien u għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet maħsubin biex jiżguraw li d-deroga ma tfixkilx it-tranżizzjoni lejn enerġija rinnovabbli.
Id-deċiżjonijiet li jagħtu derogi għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 43(1), in-nozzjoni “impriża li taqdi kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew ta' provvista” ma għandhiex tinkludi l-klijenti finali li jaqdu xi waħda mill-funzjonijiet tal-ġenerazzjoni u/jew tal-provvista tal-elettriku, kemm direttament kif ukoll permezz ta' impriżi li għandhom kontroll fuqhom, kemm individwalment jew b'mod konġunt, sakemm il-klijenti finali inkluż l-ishma tagħhom tal-elettriku prodott f'impriżi kontrollati huma, fuq medja annwali, konsumaturi netti tal-elettriku u sakemm il-valur ekonomiku tal-elettriku li jbiegħu lil partijiet terzi huwa insinifikanti proporzjonalment għall-operazzjonijiet kummerċjali l-oħra tagħhom.
B’deroga mill-Artikolu 54(2), l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja jistgħu jippermettu lill-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u lill-impriżi relatati ma’ operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni tagħhom jippossjedu, jiżviluppaw, jimmaniġġjaw u joperaw faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija mingħajr ma jsegwu proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja u jistgħu jippermettu li tali faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija jixtru jew ibigħu l-elettriku fis-swieq tal-ibbilanċjar.
Id-derogi msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom japplikaw sa tliet snin wara li l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja jkunu ssieħbu fiż-Żona Sinkronika Tal-Ewropa Kontinentali. Meta jkun meħtieġ biex tiġi ppreservata s-sigurtà tal-provvista, il-Kummissjoni tista’ tagħti estensjoni tal-perjodu inizjali ta’ tliet snin b’massimu ta’ ħames snin.
Id-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika sakemm is-sistema ta’ trażmissjoni f’Ċipru tkun konnessa ma’ sistemi ta’ trażmissjoni ta’ Stati Membri oħra permezz ta’ interkonnessjoni.
Artikolu 66a
L-aċċess għal enerġija affordabbli matul kriżi fil-prezzijiet tal-elettriku
l-eżistenza ta’ prezzijiet medji għoljin ħafna fis-swieq tal-elettriku bl-ingrossa ta’ mill-anqas darbtejn u nofs il-prezz medju matul il-ħames snin preċedenti, u tal-inqas 180 EUR/MWh li huma mistennija li jkomplu għal mill-anqas sitt xhur, il-kalkolu tal-prezz medju matul il-ħames snin preċedenti li ma jqisx dawk il-perjodi fejn tkun ġiet iddikjarata kriżi tal-prezzijiet tal-elettriku reġjonali jew tal-Unjoni kollha;
iseħħu żidiet qawwija fil-prezzijiet bl-imnut tal-elettriku fil-medda ta’ 70 % li huma mistennija jkomplu għal mill-anqas tliet xhur.
ikunu limitati għal massimu ta’ 70 % tal-konsum tal-benefiċjarju matul l-istess perjodu tas-sena preċedenti u jżommu inċentiv għat-tnaqqis fid-domanda;
jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(4) u (7);
fejn rilevanti, jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu;
ikunu mfassla b’tali mod li jimminimizzaw kull frammentazzjoni negattiva tas-suq intern.
il-prezz stabbilit għall-klijenti domestiċi japplika biss, l-aktar, għal 80 % tal-konsum medjan tal-unitajiet domestiċi u jżomm inċentiv għat-tnaqqis fid-domanda;
ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn il-fornituri;
il-fornituri jiġu kkumpensati għall-provvista ta’ taħt il-kost b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju;
il-fornituri kollha huma eliġibbli li jipprovdu offerti għall-prezz għall-provvista tal-elettriku li jkun taħt il-kost fuq l-istess bażi;
il-miżuri proposti ma jfixklux is-suq intern tal-elettriku.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta u timmonitorja kontinwament l-impatt li jirriżulta minn kwalunkwe miżura adottata skont dan l-Artikolu u tippubblika fuq bażi regolari r-riżultati ta’ tali valutazzjonijiet.
Artikolu 67
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 68
Proċedura ta' kumitat
Artikolu 69
Monitoraġġ, rieżami u rappurtar mill-Kummissjoni
Ir-rieżami tal-Kummissjoni għandu, b’mod partikolari, jivvaluta l-kwalità tas-servizz offrut lill-klijenti finali u jekk il-klijenti, speċjalment il-klijenti vulnerabbli u l-klijenti affettwati mill-faqar enerġetiku, humiex protetti b’mod adegwat skont din id-Direttiva.
Artikolu 70
Emendi għad-Direttiva 2012/27/UE
Id-Direttiva 2012/27/UE hija emendata kif ġej:
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
it-titolu jinbidel b'dan li ġej:
“Il-miter għall-gass naturali”;
fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:
il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:
il-punti (c) u (d) jitħassru;
l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
it-titolu jinbidel b'dan li ġej:
“Informazzjoni dwar il-kontijiet għall-gass naturali”;
fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:
fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:
fl-Artikolu 11, it-titolu jinbidel b'dan li ġej:
“Spiża tal-aċċess għal informazzjoni dwar arloġġi u kontijiet għall-gass naturali”;
fl-Artikolu 13, il-kliem “Artikoli 7 sa 11” jinbidlu bil-kliem “Artikoli 7 sa 11a”;
l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:
l-ewwel u t-tieni subparagrafi huma mħassra;
it-tielet subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:
“L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XII.”;
il-paragrafu 8 huwa mħassar;
fl-Anness VII, it-titolu jinbidel b'dan li ġej:
“Rekwiżiti minimi għall-kontijiet u informazzjoni fil-kontijiet fuq il-bażi tal-konsum proprju ta' gass naturali”.
Artikolu 71
Traspożizzjoni
Madankollu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma':
il-punt (5)(a) tal-Artikolu 70 sal-31 ta' Diċembru 2019;
il-punt (4) tal-Artikolu 70 sal-25 ta' Ottubru 2020.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom ukoll jinkludu dikjarazzjoni li fiha jingħad li referenzi għad-Direttivi mħassra minn din id-Direttiva fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza u kif għandha ssir dik id-dikjarazzjoni.
Artikolu 72
Tħassir
Id-Direttiva 2009/72/KE titħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2021, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limitu taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva stipulati fl-Anness III.
Ir-riferenzi magħmula għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw konformement mat-tabella tal-korrelazzjoni stipulata fl-Anness IV.
Artikolu 73
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7 (2) sa (5), l-Artikolu 8(1), il-punti (a) sa (i) u (k) tal-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 8(3) u (4), l-Artikolu 9(1), (3), (4) u (5), l-Artikolu 10(2) sa (10), l-Artikoli 25, 27, 30, 35, u 37, l-Artikolu 38(1), (3) u (4), l-Artikoli 39, 41, 43, 44 u 45, l-Artikolu 46(1), il-punti (a), (b) u (c) u (e) sa (h) tal-Artikolu 46(2), l-Artikolu 46(3) sa (6), l-Artikolu 47 sa 50, l-Artikoli 52, 53, 55, 56, 60, 64 u 65 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021.
Il-punti (1) sa (3), (5)(b) u (6) tal-Artikolu 70 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021.
Il-punt (5)(a) tal-Artikolu 70 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2020.
Il-punt (4) tal-Artikolu 70 għandu japplika mis-26 ta' Ottubru 2020.
Artikolu 74
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
REKWIŻITI MINIMI GĦALL-ĦRUĠ TAL-KONTIJIET U INFORMAZZJONI DWAR IL-KONTIJIET
1. Informazzjoni minima li għandha tiġi inkluża fil-kont u fl-informazzjoni dwar il-kont.
1.1 L-informazzjoni ewlenija li ġejja għandha tintwera b'mod prominenti lill-klijenti finali fil-kontijiet tagħhom, separata b'mod distint minn partijiet oħra tal-kont:
il-prezz li għandu jitħallas u tqassim tal-prezz fejn possibbli, flimkien ma' dikjarazzjoni ċara li s-sorsi kollha tal-enerġija jistgħu jibbenefikaw ukoll minn inċentivi li ma kinux iffinanzjati permezz tas-sisa indikat fit-tqassim tal-prezz;
id-data li fiha l-ħlas huwa dovut.
1.2 L-informazzjoni ewlenija li ġejja għandha tintwera b'mod prominenti lill-klijenti finali fil-kontijiet u fl-informazzjoni dwar il-kont tagħhom, separata b'mod distint minn partijiet oħra tal-kont u tal-informazzjoni dwar il-kont;
konsum tal-elettriku għall-perjodu kopert;
l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-fornitur flimkien ma' numru ta' appoġġ għall-konsumaturi u l-indirizz tal-posta elettronika;
isem it-tariffa;
id-data tat-tmiem tal-kuntratt, jekk applikabbli;
l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà u l-benefiċċju tal-bdil;
il-kodiċi tal-bdil tal-klijent finali jew il-kodiċi ta' identifikazzjoni uniku għall-punt tal-provvista tal-klijent finali;
informazzjoni dwar id-drittijiet tal-klijent finali fir-rigward ta' riżoluzzjoni barra l-qorti ta' tilwim, inklużi d-dettalji ta' kuntatt tal-entità responsabbli skont l-Artikolu 26;
il-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 25;
link jew referenza għal fejn jistgħu jinstabu l-għodod ta' tqabbil imsemmija fl-Artikolu 14.
1.3 Fejn il-kontijiet huma bbażati fuq konsum attwali jew il-qari mill-bogħod mill-operatur, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun disponibbli lill-klijenti finali, fil-kontijiet tagħhom u fil-kontijiet ta' saldu perjodiċi, flimkien magħhom jew f'referenza għalihom:
tqabbil tal-konsum tal-elettriku attwali tal-klijent finali, flimkien mal-konsum tal-elettriku tal-klijent finali għall-istess perjodu fis-sena ta' qabel f'forma grafika;
informazzjoni dwar kif jista' jsir kuntatt ma' organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, aġenziji tal-elettriku jew korpi oħra simili, inklużi indirizzi ta' siti web, minn fejn wieħed jista' jsib informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli li jtejbu l-effiċjenza tal-enerġija għal tagħmir li juża l-enerġija;
tqabbil ma' klijent finali medju normalizzat jew skont parametri ta' referenza fl-istess kategorija ta' utenti.
|
2. |
Il-frekwenza tal-ħruġ tal-kontijiet u l-għoti ta' informazzjoni dwar il-kontijiet:
(a)
il-ħruġ tal-kontijiet abbażi tal-konsum reali għandu jsir tal-anqas darba fis-sena;
(b)
fejn il-klijent finali ma jkollux miter li jippermetti lill-operatur li jaqrah mill-bogħod, jew fejn il-konsumatur finali jkun għażel b'mod attiv li jwaqqaf l-qari mill-bogħod f'konformità mal-liġi nazzjonali, l-informazzjoni preċiża dwar il-kontijiet abbażi tal-konsum reali għandha tkun disponibbli għall-klijent finali ta' lanqas kull sitt xhur, jew darba kull tliet xhur fuq talba jew fejn il-klijent finali għażel li jirċievi l-ħruġ tal-kontijiet b'mod elettroniku;
(c)
fejn il-klijent finali ma jkollux miter li jippermetti lill-operatur li jaqrah mill-bogħod, jew fejn il-konsumatur finali jkun għażel b'mod attiv li jwaqqfu l-qari mill-bogħod f'konformità mal-liġi nazzjonali, l-obbligi fil-punti (a) u (b) jistgħu jiġu ssodisfatti permezz ta' sistema ta' qari tal-konsum proprju mill-klijenti finali b'mod regolari, li permezz tiegħu l-klijent finali jikkomunika l-qari mill-miter lill-operatur; kontijiet jew l-informazzjoni dwar il-kontijiet tista' tkun bbażata fuq konsum stmat jew rata fissa biss meta l-klijent finali ma pprovdix qari mill-miter għal perjodu partikolari għall-kontijiet;
(d)
fejn il-klijent finali jkollu miter li jippermetti l-qari mill-bogħod mill-operatur, l-informazzjoni preċiża dwar il-kontijiet abbażi tal-konsum reali għandha tiġi pprovduta tal-anqas kull xahar; tali informazzjoni tista' wkoll issir disponibbli permezz tal-internet, u għandha tiġi aġġornata sikwit skont kif jippermetti l-apparat u s-sistemi ta' kejl użati. |
|
3. |
Tqassim tal-prezz tal-klijent finali Il-prezz tal-klijent huwa t-total tat-tliet komponenti li ġejjin: il-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk (trażmissjoni u distribuzzjoni) u l-komponent li jinkorpora t-taxxi, is-sisa, it-tariffi u l-imposti. Fejn it-tqassim tal-prezz tal-klijent finali jiġi ppreżentat fil-kontijiet, id-definizzjonijiet komuni tat-tliet komponenti f'dak it-tqassim, stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 2016/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ), għandhom jintużaw fl-Unjoni kollha. |
|
4. |
Aċċess għal informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku L-Istati Membri għandhom jeżiġu li, sa fejn tkun disponibbli dik l-informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku, tali informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni, fuq talba tal-klijent finali, lill-fornitur jew fornitur tas-servizzi maħtur mill-klijent finali. Fejn il-klijent finali jkollu installat miter li jippermetti l-qari mill-bogħod mill-operatur, il-klijent finali għandu jkollu aċċess faċli għal informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku biex b'hekk ikun jista' jwettaq awtokontrolli dettaljati. L-informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku għandha tinkludi:
(a)
data kumulattiva għal mill-anqas it-tliet snin preċedenti jew il-perjodu mill-bidu tal-kuntratt tal-provvista tal-elettriku, jekk dak il-perjodu jkun iqsar. Id-data għandha tikkorrispondi għall-perijodi li għalihom ġiet prodotta informazzjoni frekwenti dwar kontijiet; u
(b)
data dettaljata skont il-ħin tal-użu għal kwalunkwe ġurnata, ġimgħa, xahar u sena li ssir disponibbli lill-klijent finali mingħajr dewmien permezz tal-internet jew l-interfaċċja tal-miter, li tkopri l-perjodu ta' mill-anqas 24 xahar preċedenti jew il-perjodu mill-bidu tal-kuntratt tal-provvista tal-elettriku jekk dak il-perjodu jkun iqsar. |
|
5. |
Divulgazzjoni tas-sorsi tal-enerġija Il-fornituri għandhom jispeċifikaw fil-kontijiet, il-kontribuzzjoni għal kull sors tal-enerġija għall-elettriku mixtri mill-klijent finali skont il-kuntratt tal-provvista tal-elettriku (divulgazzjoni fuq il-livell tal-prodott). L-informazzjoni li ġejja għandha tkun disponibbli lill-klijenti finali fi, ma', jew indikata b'mod ċar fil-kontijiet u l-informazzjoni dwar il-kontijiet tagħhom:
(a)
il-kontribuzzjoni ta' kull sors tal-enerġija lejn it-taħlita ġenerali tal-enerġija tal-fornitur (fil-livell nazzjonali, jiġifieri fl-Istat Membru fejn ikun ġie konkluż il-kuntratt tal-provvista tal-elettriku, kif ukoll fil-livell tal-fornitur jekk il-fornitur huwa attiv f'diversi Stati Membri) matul is-sena ta' qabel b'mod komprensibbli u komparabbli b'mod ċar;
(b)
l-informazzjoni dwar l-impatt ambjentali, f'termini ta' mill-anqas tal-emissjonijiet ta' CO2 u l-iskart radjuattiv li jkun ġej mill-elettriku prodott mit-taħlita ġenerali tal-enerġija tal-fornitur matul is-sena preċedenti. Rigward il-punt (a) tat-tieni subparagrafu fir-rigward tal-elettriku miksub permezz ta' elettriku skambjat jew importat minn impriża li tkun tinsab barra l-Unjoni, jistgħu jintużaw figuri aggregati pprovduti mill-iskambju jew mill-impriża inkwistjoni matul is-sena preċedenti. Għad-divulgazzjoni tal-elettriku mill-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, jistgħu jintużaw garanziji tal-oriġini maħruġa skont l-Artikolu 14(10) tad-Direttiva 2012/27/UE. L-iżvelar tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli għandha ssir bl-użu tal-garanziji tal-oriġini, għajr għall-każijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19(8) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. L-awtorità regolatorja jew awtorità kompetenti nazzjonali oħra għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jassiguraw li l-informazzjoni mogħtija mill-fornituri lill-klijenti tagħhom skont dan il-punt hija ta' min joqgħod fuqha u hija provduta, f'livell nazzjonali, b'mod komparabbli biċ-ċar bejn l-Istati Membri. |
ANNESS II
SISTEMI TA' KEJL INTELLIĠENTI
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-introduzzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti fit-territorji tagħhom li tista' tkun suġġetta għal evalwazzjoni ekonomika tal-ispejjeż u l-benefiċċji kollha fuq tul ta' żmien għas-suq u għall-konsumatur individwali jew skont liema forma ta' kejl intelliġenti tkun ekonomikament raġonevoli u effiċjenti f'sens ta' nfiq u liema perjodu ta' żmien ikun fattibbli għad-distribuzzjoni tagħhom.
2. Evalwazzjoni bħal din għandha tqis il-metodoloġija għal valutazzjoni tal-kost-benefiċċji u l-funzjonalitajiet minimi għal sistemi ta' kejl intelliġenti pprovduti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/148/UE ( 16 ) kif ukoll l-aqwa tekniki disponibbli biex jiġu żgurati l-ogħla livelli ta' ċibersigurtà u protezzjoni tad-data.
3. Soġġett għal dik l-evalwazzjoni, l-Istati Membri jew fejn Stat Membru jkun ippreveda hekk, l-awtorità kompetenti maħtura, għandha tħejji kalendarju b'mira sa għaxar snin għall-implimentazzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti. Fejn l-introduzzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti tingħata evalwazzjoni pożittiva, tal-anqas 80 % tal-klijenti finali għandhom jingħataw miters intelliġenti jew fi żmien seba' snin mid-data tal-evalwazzjoni pożittiva jew sal-2024 għal dawk l-Istati Membri li jkunu bdew l-introduzzjoni sistematika ta' sistemi ta' kejl intelliġenti qabel l-4 ta' Lulju 2019.
ANNESS III
SKADENZA GĦAT-TRASPOŻIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI U D-DATA TA' APPLIKAZZJONI
(IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 72)
|
Direttiva |
Limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni |
Data tal-applikazzjoni |
|
Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55) |
3 ta' Marzu 2011 |
3 ta' Settembru 2009 |
ANNESS IV
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
|
Direttiva 2009/72/KE |
Din id-Direttiva |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
— |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 33 u Artikolu 41 |
Artikolu 4 |
|
— |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 32 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 34 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 8 |
— |
|
Artikolu 3(1) |
Artikolu 9(1) |
|
Artikolu 3(2) |
Artikolu 9(2) |
|
Artikolu 3(6) |
Artikolu 9(3) |
|
Artikolu 3(15) |
Artikolu 9(4) |
|
Artikolu 3(14) |
Artikolu 9(5) |
|
Artikolu 3(16) |
— |
|
Artikolu 3(4) |
Artikolu 10(1) |
|
Anness I. 1(a) |
Artikolu 10(2) u (3) |
|
Anness I. 1(b) |
Artikolu 10(4) |
|
Anness I. 1(c) |
Artikolu 10(5) |
|
Anness I. 1(d) |
Artikolu 10(6) u (8) |
|
— |
Artikolu 10(7) |
|
Anness I. 1(f) |
Artikolu 10(9) |
|
Anness I. 1(g) |
Artikolu 10(10) |
|
Artikolu 3(7) |
Artikolu 10(11) |
|
Anness I. 1(j) |
Artikolu 10(12) |
|
Artikolu 3(10) |
— |
|
Artikolu 4 |
— |
|
Artikolu 5 |
— |
|
Artikolu 6 |
— |
|
— |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 3(5)(a) u l-Anness I. 1(e) |
Artikolu 12 |
|
— |
Artikolu 13 |
|
— |
Artikolu 14 |
|
— |
Artikolu 15 |
|
— |
Artikolu 16 |
|
— |
Artikolu 17 |
|
— |
Artikolu 18 |
|
Artikolu 3(11) |
Artikolu 19(1) |
|
— |
Artikolu 19(2) sa (6) |
|
— |
Artikolu 20 |
|
— |
Artikolu 21 |
|
— |
Artikolu 22 |
|
— |
Artikolu 23 |
|
— |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 3(12) |
Artikolu 25 |
|
Artikolu 3(13) |
Artikolu 26 |
|
Artikolu 3(3) |
Artikolu 27 |
|
Artikolu 3(7) |
Artikolu 28(1) |
|
Artikolu 3(8) |
Artikolu 28(2) |
|
— |
Artikolu 29 |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 30 |
|
Artikolu 25 |
Artikolu 31 |
|
— |
Artikolu 32 |
|
— |
Artikolu 33 |
|
— |
Artikolu 34 |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 35 |
|
— |
Artikolu 36 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 37 |
|
Artikolu 28 |
Artikolu 38 |
|
Artikolu 29 |
Artikolu 39 |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 40(1) |
|
— |
Artikolu 40(2) sa (8) |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 41 |
|
Artikolu 23 |
Artikolu 42 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 43 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 44 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 45 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 46 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 47 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 48 |
|
Artikolu 20 |
Artikolu 49 |
|
Artikolu 21 |
Artikolu 50 |
|
Artikolu 22 |
Artikolu 51 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 52 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 53 |
|
— |
Artikolu 54 |
|
Artikolu 30 |
Artikolu 55 |
|
Artikolu 31 |
Artikolu 56 |
|
Artikolu 35 |
Artikolu 57 |
|
Artikolu 36 |
Artikolu 58 |
|
Artikolu 37(1) |
Artikolu 59(1) |
|
Artikolu 37(2) |
Artikolu 59(2) |
|
Artikolu 37(4) |
Artikolu 59(3) |
|
— |
Artikolu 59(4) |
|
Artikolu 37(3) |
Artikolu 59(5) |
|
Artikolu 37(5) |
Artikolu 59(6) |
|
Artikolu 37(6) |
Artikolu 59(7) |
|
Artikolu 37(8) |
— |
|
Artikolu 37(7) |
Artikolu 59(8) |
|
— |
Artikolu 59(9) |
|
Artikolu 37(9) |
Artikolu 59(10) |
|
Artikolu 37(10) |
Artikolu 60(1) |
|
Artikolu 37(11) |
Artikolu 60(2) |
|
Artikolu 37(12) |
Artikolu 60(3) |
|
Artikolu 37(13) |
Artikolu 60(4) |
|
Artikolu 37(14) |
Artikolu 60(5) |
|
Artikolu 37(15) |
Artikolu 60(6) |
|
Artikolu 37(16) |
Artikolu 60(7) |
|
Artikolu 37(17) |
Artikolu 60(8) |
|
Artikolu 38 |
Artikolu 61 |
|
— |
Artikolu 62 |
|
Artikolu 39 |
Artikolu 63 |
|
Artikolu 40 |
Artikolu 64 |
|
Artikolu 42 |
— |
|
Artikolu 43 |
Artikolu 65 |
|
Artikolu 44 |
Artikolu 66 |
|
Artikolu 45 |
— |
|
— |
Artikolu 67 |
|
Artikolu 46 |
Artikolu 68 |
|
Artikolu 47 |
Artikolu 69 |
|
— |
Artikolu 70 |
|
Artikolu 49 |
Artikolu 71 |
|
Artikolu 48 |
Artikolu 72 |
|
Artikolu 50 |
Artikolu 73 |
|
Artikolu 51 |
Artikolu 74 |
|
— |
Anness I, punti 1 sa 4 |
|
Artikolu 3(9) |
Anness I. 5 |
|
Anness I.2 |
Anness II |
|
— |
Anness III |
|
— |
Anness IV |
( 1 ) Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
( 2 ) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014 tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar ir-rappurtar tad-data li jimplimenta l-Artikolu 8(2) u 8(6) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 121).
( 3 ) Id-Direttiva (UE) 2023/1791 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-effiċjenza enerġetika u li temenda r-Regolament (UE) 2023/955 (ĠU L 231, 20.9.2023, p. 1).
( 4 ) Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
( 5 ) Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p.82).
( 6 ) Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
( 7 ) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).
( 8 ) Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).
( 9 ) Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).
( 10 ) Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1485 tat-2 ta' Awwissu 2017 li jistabbilixxi linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku (ĠU L 220, 25.8.2017, p. 1).
( 11 ) Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).
( 12 ) Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).
( 13 ) Ir-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u d-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 (ĠU L 152, 3.6.2022, p. 45).
( 14 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1719 tas-26 ta’ Settembru 2016 li jistabbilixxi linja gwida dwar l-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità (ĠU L 259, 27.9.2016, p. 42).
( 15 ) Regolament (UE) 2016/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku li jħassar id-Direttiva 2008/92/KE (ĠU L 311, 17.11.2016, p. 1).
( 16 ) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/148/UE tad- 9 ta' Marzu 2012 dwar it-tħejjijiet għall-introduzzjoni ta' sistemi ta' metraġġ intelliġenti (ĠU L 73, 13.3.2012, p. 9).