02018R2066 — MT — 01.01.2025 — 006.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2066

tad-19 ta' Diċembru 2018

dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 334 31.12.2018, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2085 tal-14 ta’ Diċembru 2020

  L 423

37

15.12.2020

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/388 tat-8 ta’ Marzu 2022

  L 79

1

9.3.2022

 M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1371 tal-5 ta’ Awwissu 2022

  L 206

15

8.8.2022

►M4

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2122 tat-12 ta’ Ottubru 2023

  L 2122

1

18.10.2023

►M5

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2493 tat-23 ta’ Settembru 2024

  L 2493

1

27.9.2024




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2066

tad-19 ta' Diċembru 2018

dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

TAQSIMA 1

Is-suġġett u definizzjonijiet

▼M5

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għal dawn li ġejjin:

(i) 

mill-1 ta’ Jannar 2021 u perjodi sussegwenti ta’ negozjar, il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ data dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-attivitajiet skont id-Direttiva 2003/87/KE fil-perjodu ta’ negozjar tal-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta’ emissjonijiet;

(ii) 

mill-1 ta’ Jannar 2025, il-monitoraġġ u r-rapportar tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2003/87/KE.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra speċifikati fir-rigward tal-attivitajiet elenkati fl-Annessi I u III tad-Direttiva 2003/87/KE, għad-data tal-attività minn installazzjonijiet stazzjonarji, għall-attivitajiet tal-avjazzjoni, inkluż l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2, u għall-ammonti ta’ karburant rilaxxati mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

Għandu japplika għal dan li ġej:

(i) 

mill-1 ta’ Jannar 2021, l-emissjonijiet, id-data dwar l-attivitajiet u l-ammonti ta’ karburant rilaxxat li jseħħu;

(ii) 

mill-1 ta’ Jannar 2025, l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2.

Il-monitoraġġ u r-rapportar tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 mill-2025 għandhom ikopru l-effetti kollha li mhumiex CO2 mill-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I tad-Direttiva li jinvolvu ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE. Madankollu, fir-rigward tal-monitoraġġ u r-rapportar tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 li jseħħu fl-2025 u l-2026, tali rapportar għandu jkun meħtieġ biss fir-rigward tar-rotot li jinvolvu żewġ ajrudromi li jinsabu fiż-ŻEE, u r-rotot minn ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE li jitilqu lejn l-Iżvizzera jew lejn ir-Renju Unit. Fir-rigward tal-2025 u l-2026, l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 li jseħħu minn titjiriet oħra jistgħu jiġu rrapportati fuq bażi volontarja.

▼B

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

data dwar l-attivitajiet” tfisser data dwar l-ammont ta' karburanti jew materjali kkonsmati jew prodotti minn proċess rilevanti għall-metodoloġija ta' monitoraġġ ibbażata fuq kalkolu, espress f'terajoules, il-massa f'tunnellati jew (għall-gassijiet) bħala volum f'metri kubiċi normali, kif xieraq;

(2) 

“perjodu ta' negozjar” tfisser perjodu kif imsemmi fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2003/87/KE;

▼M4 —————

▼B

(4) 

“fluss mis-sors” tfisser kwalunkwe ħaġa minn dawn li ġejjin:

(a) 

tip speċifiku ta' karburant, materja prima jew prodott li joħloq emissjonijiet ta' gassijiet serra rilevanti f'sors ta' emissjoni wieħed jew iktar b'riżultat tal-konsum jew il-produzzjoni tiegħu;

▼M5

(b) 

fil-każ ta’ metodoloġija ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament, waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

tip speċifiku ta’ karburant, materja prima jew prodott li jinkludi l-karbonju;

(ii) 

CO2 ittrasferit f’konformità mal-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament;

▼B

(5) 

“sors ta' emissjoni” tfisser parti identifikabbli b'mod separat ta' installazzjoni jew proċess f'installazzjoni, li minnha jiġu rilaxxati gassijiet serra rilevanti jew, għall-attivitajiet tal-avjazzjoni, inġenju tal-ajru individwali;

(6) 

“inċertezza” tfisser parametru, assoċjat mar-riżultat tad-determinazzjoni ta' kwantità, li jikkaratterizza d-dispersjoni tal-valuri li jkunu jistgħu jiġu attribwiti b'mod raġonevoli lill-kwantità partikolari, inklużi l-effetti ta' fatturi sistematiċi kif ukoll ta' fatturi aleatorji, espressi f'perċentwal, u jiddeskrivi intervall ta' kunfidenza madwar il-valur medju li jinkludi 95 % tal-valuri dedotti b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe asimmetrija tad-distribuzzjoni tal-valuri;

▼M5

(7) 

“fatturi ta’ kalkolu” tfisser valur kalorifiku nett, fattur ta’ emissjoni, fattur ta’ emissjoni preliminari, fattur ta’ ossidazzjoni, fattur ta’ konverżjoni, kontenut ta’ karbonju, frazzjoni fossili, frazzjoni tal-bijomassa, frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero, frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF, frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero, frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju, frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero, frazzjoni bi klassifikazzjoni żero, jew fattur ta’ konverżjoni tal-unità;

▼M4

(8) 

“livell” tfisser rekwiżit stabbilit użat għad-determinazzjoni tad-data tal-attivitajiet, il-fatturi ta’ kalkolu, l-emissjonijiet annwali u l-medja fis-siegħa annwali tal-emissjonijiet, l-ammont ta’ karburant rilaxxat u l-fattur tal-ambitu;

(9) 

“riskju inerenti” tfisser is-suxxettibbiltà ta’ parametru fir-rapport dwar l-emissjonijiet annwali għal dikjarazzjonijiet skorretti li jistgħu jkunu materjali, individwalment jew meta aggregati ma’ dikjarazzjonijiet skorretti oħrajn, qabel ma jiġi kkunsidrat l-effett ta’ kwalunkwe attività ta’ kontroll relatata;

(10) 

“riskju ta” kontroll’ tfisser is-suxxettibbiltà ta’ parametru fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet għal dikjarazzjonijiet skorretti li jistgħu jkunu materjali, individwalment jew meta aggregati ma’ dikjarazzjonijiet skorretti oħra, u li ma jiġux evitati jew skoperti u korretti fil-ħin mis-sistema ta’ kontroll;

▼B

(11) 

“emissjonijiet ta' kombustjoni” tfisser emissjonijiet ta' gassijiet serra li jseħħu waqt ir-reazzjoni eżotermika ta' karburant mal-ossiġenu;

▼M4

(12) 

“perjodu ta’ rapportar” tfisser sena kalendarja li matulha l-emissjonijiet għandhom ikunu mmonitorjati u rrapportati;

(13) 

“fattur ta’ emissjoni” tfisser ir-rata medja ta’ emissjoni ta’ gass serra relatata mad-data dwar l-attivitajiet ta’ fluss minn sors jew fluss ta’ karburant bis-suppożizzjoni ta’ ossidazzjoni kompluta għall-kombustjoni u l-konverżjoni kompluta għar-reazzjonijiet kimiċi l-oħrajn kollha;

▼B

(14) 

“fattur tal-ossidazzjoni” tfisser il-proporzjon ta' karbonju ossidat għal CO2 bħala konsegwenza ta' kombustjoni mat-total ta' karbonju li jinsab fil-karburant, espress bħala frazzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-monossidu tal-karbonju (CO) rilaxxat fl-atmosfera bħala l-ammont molari ekwivalenti ta' CO2;

▼M5

(15) 

“fattur ta’ konverżjoni” tfisser il-proporzjon ta’ karbonju rilaxxat bħala CO2 mal-karbonju totali inkluż fil-fluss minn sors qabel ma jseħħ il-proċess ta’ emissjoni, espress bħala frazzjoni, b’kunsiderazzjoni tas-CO rilaxxat fl-atmosfera bħala l-ammont molari ekwivalenti ta’ CO2. Fil-każ ta’ emissjonijiet ta’ CO2 meqjusa li huma kimikament marbuta b’mod permanenti fi prodott, fattur ta’ konverżjoni jfisser il-proporzjon ta’ CO2 marbut bħala karbonju fi prodott matul il-proċess mat-total ta’ CO2 li jinsab bħala karbonju fi prodott li jħalli dak l-istess proċess;

▼B

(16) 

“preċiżjoni” tfisser kemm ikun qrib il-qbil bejn ir-riżultat ta' kejl u l-valur effettiv tal-kwantità partikolari jew valur ta' referenza ddeterminat b'mod empiriku bl-użu ta' materjali ta' kalibrazzjoni u metodi standard aċċettati f'livell internazzjonali u traċċabbli, billi jiġu kkunsidrati kemm il-fatturi aleatorji kif ukoll dawk sistematiċi;

(17) 

“kalibrazzjoni” tfisser il-grupp ta' operazzjonijiet, li jistabbilixxi, f'kundizzjonijiet speċifikati, ir-rabtiet bejn valuri indikati minn strument tal-kejl jew sistema tal-kejl, jew valuri rrappreżentati minn kejl materjali jew materjal ta' referenza u l-valuri korrispondenti ta' kwantità realizzata permezz ta' standard ta' referenza;

(18) 

“titjira” tfisser titjira kif definita fil-punt 1(1) tal-Anness tad-Deċiżjoni 2009/450/KE;

(19) 

“passiġġieri” tfisser persuni abbord l-inġenju tal-ajru waqt titjira esklużi l-membri tal-ekwipaġġ waqt il-ħin tax-xogħol;

▼M4

(20) 

“konservattiv” tfisser li sett ta’ suppożizzjonijiet ikun iddefinit sabiex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda sottovalutazzjoni tal-emissjonijiet annwali;

▼M1

(21) 

“bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, l-iskart u r-residwi ta’ oriġini bijoloġika mill-agrikoltura, inklużi s-sustanzi veġetali u tal-annimali, mill-forestrija u minn industriji oħrajn relatati, inkluż mis-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart, inkluż l-iskart industrijali u muniċipali ta’ oriġini bijoloġika;

▼M1

(21a) 

“karburanti tal-bijomassa” tfisser karburanti gassużi u solidi prodotti mill-bijomassa;

(21b) 

“bijogass” tfisser karburanti gassużi prodotti mill-bijomassa;

(21c) 

“skart” tfisser skart kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE bl-esklużjoni ta’ sustanzi li jkunu ġew modifikati jew kontaminati intenzjonalment sabiex jissodisfaw din id-definizzjoni;

▼M4

(21ca) 

“skart muniċipali” tfisser skart muniċipali kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (2b), tad-Direttiva 2008/98/KE;

▼M1

(21d) 

“residwu” tfisser sustanza li mhijiex il-prodott(i) finali li proċess ta’ produzzjoni jkun maħsub li jipproduċi direttament; din mhijiex għan primarju tal-proċess ta’ produzzjoni u l-proċess ma jkunx ġie mmodifikat apposta biex jipproduċiha;

(21e) 

“residwi mill-agrikoltura, l-akkwakultura, is-sajd u l-forestrija” tfisser residwi li huma ġġenerati direttament mill-agrikoltura, l-akkwakultura, is-sajd u l-forestrija u li ma jinkludux residwi minn industriji relatati jew minn ipproċessar relatat;

▼B

(22) 

“bijolikwidi” tfisser karburant likwidu għal finijiet enerġetiċi minbarra għat-trasport, inkluż l-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ, prodott minn bijomassa;

▼M1

(23) 

“bijokarburanti” tfisser karburanti likwidi għat-trasport prodotti mill-bijomassa;

▼M4

(23a) 

“karburant tal-avjazzjoni eliġibbli” tfisser tipi ta’ karburant eliġibbli għall-appoġġ skont l-Artikolu 3c(6) tad-Direttiva 2003/87/KE;

▼M5

(23b) 

“karburanti tal-avjazzjoni alternattivi” tfisser karburanti tal-avjazzjoni puri li fihom il-karbonju għajr dak li joriġina mill-karburanti fossili puri elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

(23c) 

“klassifikazzjoni żero” tfisser il-mekkaniżmu li bih jitnaqqas il-fattur ta’ emissjoni ta’ karburant jew materjal sabiex jiġu rikonoxxuti:

(a) 

fil-każ tal-bijomassa, il-konformità tagħha mal-kriterji ta’ sostenibbiltà jew tal-iffrankar tal-gassijiet serra previsti fl-Artikolu 29(2) sa (7) u (10) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, kif speċifikat fl-Artikolu 38(5) ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

fil-każ ta’ RFNBO jew RCF, il-konformità tiegħu mal-kriterji tal-iffrankar tal-gassijiet serra f’konformità mal-Artikolu 29a tad-Direttiva (UE) 2018/2001, kif speċifikat fl-Artikolu 39a(3) ta’ dan ir-Regolament;

(c) 

fil-każ ta’ karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju, il-konformità tagħhom mal-kriterji tal-iffrankar tal-gassijiet serra previsti fil-punt 13 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2024/1788 dwar ir-regoli komuni għas-swieq interni tal-gass rinnovabbli, il-gass naturali u l-idroġenu; u ċ-ċediment minn qabel tal-kwoti skont id-Direttiva 2003/87/KE għall-karbonju maqbud meħtieġ għall-produzzjoni tal-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju, kif speċifikat fl-Artikolu 39a(4) ta’ dan ir-Regolament, sakemm dak il-karbonju maqbud ma jkunx karbonju bi klassifikazzjoni żero kif definit fl-Artikolu 3(38f).

(23d) 

“karburanti bi klassifikazzjoni żero” tfisser bijokarburanti, bijolikwidi, karburanti tal-bijomassa, karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju, RFNBO jew RCF jew frazzjonijiet ta’ karburanti jew materjali mħallta li jikkonformaw mal-kriterji kif speċifikat fl-Artikoli 38(5) jew 39a(3) jew 39a(4) ta’ dan ir-Regolament, kif applikabbli;

(23e) 

“karburanti tal-karbonju riċiklat” (RCF) tfisser karburanti tal-karbonju riċiklat kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (35) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(23f) 

“karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika” (RFNBO) tfisser fkarburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (36) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(23g) 

“karburant pur” tfisser karburant fil-forma pura tiegħu li jinkludi biss waħda mill-frazzjonijiet li ġejjin:

(i) 

frazzjoni fossili;

(ii) 

frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero;

(iii) 

frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero;

(iv) 

frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero;

(v) 

frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero;

(vi) 

frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero;

(vii) 

frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero;

(viii) 

frazzjoni ta’ karburanti li fihom il-karbonju għajr dak li joriġina mill-karburanti fossili elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament jew mill-bijomassa, mill-RFNBO, mill-RCF jew mill-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju;

(23h) 

“karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju” tfisser karburanti gassużi u likwidi, li l-kontenut enerġetiku tagħhom huwa derivat minn idroġenu b’livell baxx ta’ karbonju kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (13) tad-Direttiva (UE) 2024/1788, li jissodisfaw il-limitu ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ 70 % meta mqabbel mal-komparatur tal-karburanti fossili għall-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika stabbilit fil-metodoloġija adottata skont l-Artikolu 29a(3) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, kif iċċertifikat f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2024/1788.

▼B

(24) 

“kontroll metroloġiku legali” tfisser il-kontroll tal-kompiti tal-kejl maħsuba għall-kamp tal-applikazzjoni ta' strument tal-kejl, għal raġunijiet ta' interess pubbliku, is-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika, l-ordni pubbliku, il-protezzjoni tal-ambjent, il-ġbir tat-taxxi u tad-dazji, il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-kummerċ ġust;

(25) 

“żball massimu permissibbli” tfisser l-iżball ta' kejl permess kif speċifikat fl-Anness I u l-annessi speċifiċi għall-istrumenti tad-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), jew regoli nazzjonali dwar il-kontroll metroloġiku legali, kif xieraq;

(26) 

“attivitajiet ta' fluss ta' data-” tfisser attivitajiet relatati mal-akkwist, l-ipproċessar u l-immaniġġjar ta' data meħtieġa għat-tfassil ta' rapport dwar l-emissjonijiet minn data ta' sorsi primarji;

(27) 

“tunnellati ta' CO2(e)” tfisser tunnellati metriċi ta' CO2 jew CO2(e);

(28) 

“CO2(e)” tfisser kwalunkwe gass serra, minbarra CO2, elenkat fl-Anness II tad-Direttiva 2003/87/KE b'potenzjal ekwivalenti ta' tisħin globali bħal CO2;

(29) 

“sistema ta' kejl” tfisser grupp komplut ta' strumenti tal-kejl u tagħmir ieħor, bħal tagħmir għat-teħid ta' kampjuni u l-ipproċessar ta' data, użati għad-determinazzjoni ta' fatturi varjabbli bħad-data tal-attivitajiet, il-kontenut ta' karbonju, il-valur kalorifiku jew il-fattur ta' emissjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra;

(30) 

“valur kalorifiku nett” (NCV) tfisser l-ammont speċifiku ta' enerġija rilaxxata bħala sħana meta karburant jew materjal jiġi sottopost għal kombustjoni kompluta bl-ossiġenu f'kundizzjonijiet standard, bit-tnaqqis tas-sħana tal-vaporizzazzjoni ta' kwalunkwe ilma li jifforma;

(31) 

“emissjonijiet ta' proċess” tfisser emissjonijiet ta' gassijiet serra minbarra l-emissjonijiet ta' kombustjoni li jinħolqu bħala riżultat ta' reazzjonijiet intenzjonati u mhux intenzjonati bejn sustanzi jew it-trasformazzjoni tagħhom, inkluż ir-riduzzjoni kimika jew elettrolitika ta' minerali metalliċi, id-dekompożizzjoni termali ta' sustanzi, u l-formazzjoni ta' sustanzi għall-użu bħala prodott jew materja prima;

(32) 

“karburant standard kummerċjali” tfisser il-karburanti kummerċjali standardizzati f'livell internazzjonali li juru intervall ta' kunfidenza ta' 95 % ta' mhux iżjed minn 1 % għall-valur kalorifiku speċifikat tagħhom, inkluż iż-żejt tal-gass, iż-żejt ta' karburanti ħfief, il-gażolina, iż-żejt tal-lampi, il-pitrolju, l-etan, il-propan u l-butan, il-pitrolju tal-ġettijiet (ġett A1 jew ġett A), il-gażolina tal-ġettijiet (ġett B) u l-gażolina tal-avjazzjoni (AvGas);

(33) 

“lott” tfisser ammont ta' karburant jew materjal meħud bħala kampjun b'mod rappreżentattiv u kkaratterizzat u ttrasferit bħala vjeġġ wieħed jew kontinwament matul perjodu ta' żmien speċifiku;

▼M5

(34) 

“karburant imħallat” tfisser karburant li jinkludi mill-inqas tnejn minn dawn li ġejjin:

(i) 

karbonju li joriġina mill-bijomassa;

(ii) 

karbonju li joriġina minn RFNBO jew RCF;

(iii) 

karbonju li joriġina minn karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju;

(iv) 

karbonju fossili ieħor;

jew li jinkludi kemm karbonju bi klassifikazzjoni żero kif ukoll karbonju ieħor.

(34a) 

“karburant tal-avjazzjoni mħallat” tfisser karburant li jinkludi mill-inqas żewġ karburanti puri differenti;

▼B

(35) 

“materjal imħallat” tfisser materjal li jinkludi kemm karbonju tal-bijomassa kif ukoll karbonju fossili;

▼M5

(36) 

“fattur ta’ emissjoni preliminari” tfisser il-fattur ta’ emissjoni totali preżunt ta’ karburant jew materjal ibbażat fuq il-kontenut totali ta’ karbonju tiegħu qabel ma jiġi mmultiplikat mal-frazzjoni ta’ fossili sabiex jipproduċi l-fattur ta’ emissjoni;

▼B

(37) 

“frazzjoni fossili” tfisser il-proporzjon ta' karbonju fossili mal-kontenut totali ta' karbonju ta' karburant jew materjal, espress bħala frazzjoni;

▼M5

(38) 

frazzjoni tal-bijomassa tfisser il-proporzjon ta’ karbonju li joriġina minn bijomassa mqabbel mal-kontenut totali ta’ karbonju ta’ karburant jew materjal, espress bħala frazzjoni, indipendentement minn jekk il-bijomassa tikkonformax mal-kriterji tal-Artikolu 38(5) ta’ dan ir-Regolament;

▼M5 —————

▼M5

(38b) 

“frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero” tfisser il-proporzjon ta’ karbonju li joriġina minn bijomassa li jikkonforma mal-kriterji tal-Artikolu 38(5) ta’ dan ir-Regolament mqabbel mal-kontenut totali ta’ karbonju ta’ karburant jew materjal, espress bħala frazzjoni;

(38c) 

“frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF” tfisser il-proporzjon ta’ karbonju li joriġina minn RFNBO jew RCF imqabbel mal-kontenut totali ta’ karbonju ta’ karburant, espress bħala frazzjoni, indipendentement minn jekk l-RFNBO jew l-RCF jikkonformawx mal-kriterji tal-Artikolu 39a(3) ta’ dan ir-Regolament;

(38d) 

“frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero” tfisser il-proporzjon ta’ karbonju li joriġina minn RFNBO jew RCF li jikkonforma mal-kriterji tal-Artikolu 39a(3) ta’ dan ir-Regolament, imqabbel mal-kontenut totali ta’ karbonju ta’ karburant, espress bħala frazzjoni;

(38e) 

“frazzjoni tal-karbonju bi klassifikazzjoni żero” tfisser:

(i) 

fil-każ ta’ karburant, is-somma tal-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero tagħha, il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero u l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero tagħha mingħajr għadd doppju ta’ kwalunkwe karbonju;

(ii) 

fil-każ ta’ materjal, il-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero tiegħu.

(38f) 

“karbonju bi klassifikazzjoni żero” tfisser karbonju li jinsab f’karburant jew f’materjal li jappartjeni għall-frazzjoni tal-karbonju bi klassifikazzjoni żero ta’ dak il-karburant jew materjal.

(38g) 

“frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju” tfisser il-proporzjon ta’ karbonju li joriġina minn karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju mqabbel mal-kontenut totali ta’ karbonju ta’ karburant, espress bħala frazzjoni, indipendentement minn jekk il-karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju jikkonformax mal-kriterji tal-Artikolu 39a(4) ta’ dan ir-Regolament;

(38h) 

“frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero” tfisser il-proporzjon ta’ karbonju li joriġina minn karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju li jikkonforma mal-kriterji tal-Artikolu 39a(4) ta’ dan ir-Regolament, imqabbel mal-kontenut totali ta’ karbonju ta’ karburant;

▼B

(39) 

“metodu tal-bilanċ tal-enerġija” tfisser metodu għall-istima tal-ammont ta' enerġija użata bħala karburant f'bojler, ikkalkulat bħala s-somma ta' sħana li tista' tintuża u t-telf rilevanti kollu ta' enerġija permezz ta' radjazzjoni, trażmissjoni u permezz tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija;

(40) 

“kejl kontinwu tal-emissjonijiet” tfisser grupp ta' operazzjonijiet li jkollhom l-għan li jiddeterminaw il-valur ta' kwantità permezz ta' kejl perjodiku, bl-applikazzjoni ta' kejl in situ fiċ-ċumnija jew ta' proċeduri estrattivi bi strument tal-kejl imqiegħed qrib iċ-ċumnija, waqt li jiġu esklużi metodoloġiji ta' kejl ibbażati fuq il-ġbir ta' kampjuni individwali miċ-ċumnija;

(41) 

“CO2 inerenti” tfisser CO2 li huwa parti minn fluss ta' sors;

▼M5

(42) 

“karbonju fossili” tfisser karbonju inorganiku u organiku li ma jkunx karbonju bi klassifikazzjoni żero;

▼B

(43) 

“punt tal-kejl” tfisser is-sors ta' emissjoni li għalih jintużaw sistemi ta' kejl ta' emissjonijiet kontinwi (CEMS) għall-kejl ta' emissjonijiet, jew it-taqsima trasversali ta' sistema ta' pajpijiet li għaliha l-fluss ta' CO2 jiġi ddeterminat bl-użu ta' sistemi ta' kejl kontinwu;

(44) 

“dokumentazzjoni ta' massa u bilanċ” tfisser id-dokumentazzjoni kif speċifikata fl-implimentazzjoni internazzjonali jew nazzjonali tal-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (SARPs), kif stabbilit fl-Anness 6 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f'Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944 u kif speċifikat fit-Taqsima 3 tas-Sottoparti C tal-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 ( 2 ), jew regoli internazzjonali applikabbli ekwivalenti;

(45) 

“distanza” tfisser id-distanza ortodromika bejn l-ajrudrom tat-tluq u l-ajrudrom tal-wasla, flimkien ma' fattur fiss ta' 95 km;

(46) 

“ajrudrom tat-tluq” tfisser l-ajrudrom li fih tibda titjira li tikkostitwixxi attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE;

(47) 

“ajrudrom tal-wasla” tfisser l-ajrudrom li fih tispiċċa titjira li tikkostitwixxi attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE;

▼M4 —————

▼B

(49) 

“emissjonijiet li jaħarbu” tfisser emissjonijiet irregolari jew ta' bla ħsieb minn sorsi li ma jkunux lokalizzati, jew li jvarjaw wisq jew żgħar wisq sabiex jiġu mmonitorjati individwalment;

(50) 

“ajrudrom” tfisser ajrudrom kif definit fil-punt 1(2) tal-Anness tad-Deċiżjoni 2009/450/KE;

(51) 

“par ajrudromi” tfisser par magħmul mill-ajrudrom tat-tluq u l-ajrudrom tal-wasla;

(52) 

“kundizzjonijiet standard” tfisser temperatura ta' 273,15 K u kundizzjonijiet ta' pressjoni ta' 101 325  Pa li jiddefinixxu metri kubiċi normali (Nm3);

(53) 

“sit tal-ħżin” tfisser sit tal-ħżin kif definit fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2009/31/KE;

(54) 

“il-qbid ta' CO2” tfisser l-attività tal-qbid ta' CO2 minn flussi tal-gass, li inkella jiġi rilaxxat, bil-għan li jinġarr u jinħażen b'mod ġeoloġiku f'sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE;

▼M5

(55) 

“trasport tas-CO2” tfisser it-trasport ta’ CO2 għall-ħżin ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE;

▼B

(56) 

“ħżin ġeoloġiku ta' CO2” tfisser il-ħżin ġeoloġiku ta' CO2 kif definit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/31/KE;

(57) 

“emissjonijiet ivventjati” tfisser emissjonijiet rilaxxati deliberatament minn installazzjoni permezz ta' punt definit ta' emissjoni;

(58) 

“irkupru mtejjeb ta' idrokarburi” tfisser l-irkupru ta' idrokarburi minbarra dawk estratti bl-injezzjoni ta' ilma jew mezzi oħrajn;

▼M4

(59) 

data proxy” tfisser valuri annwali li jiġu sostanzjati b’mod empiriku jew jiġu dderivati minn sorsi aċċettati u li operatur jew entità regolata kif definita fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/87/KE jużaw sabiex jissostitwixxu d-data tal-attivitajiet, l-ammonti ta’ karburant rilaxxat jew il-fatturi ta’ kalkolu għall-fini li jiġi żgurat rapportar komplut meta ma jkunx possibbli li tiġi ġġenerata d-data tal-attivitajiet kollha meħtieġa, l-ammonti ta’ karburant rilaxxat jew il-fatturi ta’ kalkolu fil-metodoloġija ta’ monitoraġġ applikabbli;

▼B

(60) 

“kolonna tal-ilma” tfisser kolonna tal-ilma kif definita fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/31/KE;

(61) 

“tnixxija” tfisser tnixxija kif definit fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2009/31/KE;

(62) 

“kumpless tal-ħżin” tfisser il-kumpless tal-ħżin kif definit fl-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2009/31/KE;

▼M5

(63) 

“infrastruttura tat-trasport tas-CO2” tfisser infrastruttura kif definita fl-Artikolu 3(29) tar-Regolament (UE) 2024/1735,;

▼M5

(63b) 

“CO2 fi tranżitu” tfisser kwalunkwe ammont ta’ CO2 ittrasferit f’infrastruttura tat-trasport ta’ CO2 li ma jkunx ġie ttrasferit lejn installazzjoni oħra jew infrastruttura tat-trasport tas-CO2 fl-istess perjodu ta’ rapportar li jkun wasal;

▼M4

(64) 

“fluss tal-karburant” tfisser karburant kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (af), tad-Direttiva 2003/87/KE, rilaxxat għall-konsum permezz ta’ mezzi fiżiċi speċifiċi, bħal pipelines, trakkijiet, ferroviji, vapuri jew stazzjonijiet tal-karburant, u li jwasslu għal emissjonijiet ta’ gassijiet serra rilevanti bħala riżultat tal-konsum tiegħu minn kategoriji ta’ konsumaturi f’setturi koperti mill-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE;

(65) 

“fluss nazzjonali tal-karburant” tfisser l-aggregazzjoni, għal kull tip ta’ karburant, tal-flussi tal-karburanti tal-entitajiet regolati kollha fit-territorju ta’ Stat Membru;

(66) 

“fattur tal-ambitu” tfisser il-fattur bejn żero u wieħed li jintuża biex jiġi ddeterminat is-sehem ta’ fluss tal-karburant li jintuża għall-kombustjoni f’setturi koperti mill-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE;

(67) 

“ammont ta” karburant rilaxxat’ tfisser data dwar l-ammont ta’ karburant kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (af), tad-Direttiva 2003/87/KE li jiġi rilaxxat għall-konsum u espress bħala enerġija f’terajoules, massa f’tunnellati jew volum f’metri kubiċi normali jew l-ekwivalenti f’litri, fejn xieraq, qabel l-applikazzjoni ta’ fattur tal-ambitu;

(68) 

“fattur ta’ konverżjoni ta’ unità” tfisser fattur li jikkonverti l-unità li fiha l-ammonti ta’ karburant rilaxxati jiġu espressi f’ammonti espressi bħala enerġija f’terajoules, massa f’tunnellati jew volum f’metri kubiċi normali jew l-ekwivalenti f’litri, fejn xieraq, li jinkludi l-fatturi rilevanti kollha bħad-densità, il-valur kalorifiku nett jew (għall-gassijiet) il-konverżjoni mill-valur kalorifiku gross għall-valur kalorifiku nett, kif applikabbli;

▼M5

(69) 

“konsumatur finali” għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ entità regolata, f’konformità mal-Artikolu 3(ae) tad-Direttiva 2003/87/KE, f’dan ir-Regolament, tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li hija l-konsumatur tal-karburant, li l-konsum annwali tal-karburant tagħha ma jaqbiżx tunnellata ta’ CO2;

▼M4

(70) 

“rilaxxat għall-konsum” għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament tfisser il-mument meta d-dazju tas-sisa fuq karburant, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (af), tad-Direttiva 2003/87/KE, isir dovut f’konformità mal-Artikoli 6(2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 ( 3 ) jew, fejn applikabbli, f’konformità mal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE ( 4 ), sakemm l-Istat Membru ma jkunx uża l-flessibbiltà pprovduta skont l-Artikolu 3(ae), il-punt (iv), tad-Direttiva 2003/87/KE, f’liema każ dan ifisser il-mument magħżul mill-Istat Membru bħala dak li joħloq obbligi skont il-Kapitolu IVa ta’ dik id-Direttiva;

▼M5

(71) 

“effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2” tfisser effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 kif definiti fl-Artikolu 3(v) tad-Direttiva 2003/87/KE;

(72) 

“CO2(e) għal kull titjira” tfisser l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 li jsaħħnu l-atmosfera, espressi bħala l-ammont ekwivalenti ta’ emissjonijiet ta’ CO2 tat-titjira partikolari;

(73) 

“sfurzar radjattiv” tfisser bidla imposta fil-bilanċ tal-enerġija planetarja, imkejla f’watts għal kull metru kwadru (W/m2);

(74) 

“effikaċja” hija l-bidla fit-temperatura medja globali għal kull unità ta’ sfurzar radjattiv eżerċitat mill-aġent tal-klima, relattiva għar-rispons iġġenerat minn sfurzar standard tas-CO2 li tibda mill-istess stat klimatiku inizjali;

(75) 

“mudell ta’ kalkolu tas-CO2(e)” tfisser mudell użat għall-kalkolu tal-impatt totali fuq il-klima tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2, f’konformità mat-Taqsima 4 tal-Anness IIIa ta’ dan ir-Regolament;

(76) 

“approċċ ibbażat fuq it-temp” tfisser il-Metodu C, kif previst fit-Taqsima 4 tal-Anness IIIa ta’ dan ir-Regolament, li juża primarjament data mtejba dwar it-temp, kif ukoll informazzjoni dwar it-titjir, it-trajettorja, il-proprjetajiet tal-inġenju tal-ajru u l-proprjetajiet tal-karburant;

(77) 

“approċċ simplifikat ibbażat fuq il-post” tfisser il-Metodu D, kif previst fl-Anness IIIa, it-Taqsima 4 ta’ dan ir-Regolament, li primarjament juża data relatata mal-post tal-inġenju tal-ajru waqt it-titjira bħall-informazzjoni dwar it-titjir, it-trajettorja, iżda wkoll id-data bażika dwar it-temp u l-proprjetajiet tal-inġenju tal-ajru;

(78) 

“sistema ta’ trekkjar tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 (NEATS)” tfisser għodda tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT), li hija pprovduta mill-Kummissjoni lill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru, lill-verifikaturi akkreditati u lill-awtoritajiet kompetenti għall-fini tal-iffaċilitar u, sa fejn ikun possibbli, tal-awtomatizzazzjoni tal-monitoraġġ, tar-rapportar u tal-verifika tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2, skont l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 2003/87/KE;

(79) 

“proprjetajiet tal-inġenju tal-ajru” tfisser il-kategorija ta’ informazzjoni li tal-inqas u għal kull titjira tinkludi t-tip ta’ inġenju tal-ajru, l-identifikatur(i) tal-magna/i tal-ajru u l-massa tal-inġenju tal-ajru.

(80) 

“ajruplan” tfisser inġenju tal-ajru bil-magna, itqal mill-arja, li t-titjira tiegħu hija sostnuta prinċipalment minn reazzjonijiet ajrudinamiċi fuq superfiċji li jibqgħu fissi f’kundizzjonijiet partikolari ta’ titjir.

▼B

TAQSIMA 2

Prinċipji ġenerali

▼M5

Artikolu 4

L-operaturi u l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għandhom iwettqu l-obbligi tagħhom relatati mal-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 skont id-Direttiva 2003/87/KE f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 9 ta’ dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 5

Kompletezza

▼M5

Il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom ikunu kompluti u jkopru l-emissjonijiet kollha tal-proċess u l-kombustjoni mis-sorsi ta’ emissjonijiet u l-flussi mis-sorsi kollha li jagħmlu parti mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE u attivitajiet rilevanti oħra inklużi skont l-Artikolu 24 ta’ dik id-Direttiva, kif ukoll attivitajiet assoċjati inklużi fil-konfini tal-installazzjoni, u tal-gassijiet serra kollha speċifikati fir-rigward ta’ dawk l-attivitajiet, waqt li jiġi evitat l-għadd doppju.

▼B

L-operaturi u l-operaturi ta' inġenji tal-ajru għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jevitaw kwalunkwe nuqqas fid-data fi żmien il-perjodu ta' rapportar.

Artikolu 6

Konsistenza, komparabbiltà u trasparenza

1.  
Il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom ikunu konsistenti u komparabbli tul iż-żmien. Għal dak il-għan, l-operaturi u l-operaturi ta' inġeni tal-ajru għandhom jużaw ċerti metodoloġiji ta' monitoraġġ u gruppi ta' data soġġetti għal tibdil u derogi approvati mill-awtorità kompetenti.
2.  
L-operaturi u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jiksbu, jirreġistraw, jikkompilaw, janalizzaw u jiddokumentaw data ta' monitoraġġ, inklużi suppożizzjonijiet, referenzi, data dwar l-attivitajiet u fatturi ta' kalkolu, b'mod trasparenti li jippermetti r-riproduzzjoni tad-determinazzjoni ta' emissjonijiet mill-verifikatur u l-awtorità kompetenti.

▼M5

3.  
L-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għandhom jiksbu, jirreġistraw, jikkompilaw, janalizzaw u jiddokumentaw data ta’ monitoraġġ, inklużi suppożizzjonijiet, referenzi, data dwar l-attivitajiet u fatturi ta’ kalkolu, b’mod trasparenti li jippermetti r-riproduzzjoni tad-determinazzjoni tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 għal kull titjira mill-verifikatur u mill-awtorità kompetenti.

▼B

Artikolu 7

Akkuratezza

L-operaturi u l-operaturi ta' inġenji tal-ajru għandhom jiżguraw li d-determinazzjoni ta' emissjonijiet ma tkunx impreċiża la b'mod sistematiku u lanqas b'mod konxju.

Huma għandhom jidentifikaw u jnaqqsu kemm jista' jkun possibbli kwalunkwe sors ta' ineżattezza.

Huma għandhom jeżerċitaw diliġenza xierqa sabiex jiżguraw li l-kalkolu u l-kejl tal-emissjonijiet juru l-ogħla preċiżjoni li tista' tintlaħaq.

▼M5

Artikolu 8

L-operaturi u l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għandhom jippermettu li tiġi rrapportata assigurazzjoni raġonevoli tal-integrità tad-data tal-emissjonijiet u tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2. Huma għandhom jiddeterminaw l-emissjonijiet u l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 bl-użu tal-metodoloġiji ta’ monitoraġġ xierqa stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Id-data dwar l-emissjonijiet u l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 irrapportata u l-iżvelar relatat għandhom ikunu ħielsa minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali kif definit fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 ( 5 ), għandhom jevitaw il-preġudizzju fl-għażla u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni, u għandhom jipprovdu rendikont kredibbli u bbilanċjat tal-emissjonijiet u tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 ta’ installazzjoni jew operatur ta’ inġenju tal-ajru.

Fl-għażla tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ, it-titjib li jirriżulta minn akkuratezza ikbar għandu jiġi bbilanċjat mal-kostijiet addizzjonali. Il-monitoraġġ u r-rapportar għandu jkollhom il-mira li jilħqu l-ogħla preċiżjoni li tista’ tinkiseb, għajr jekk dan ma jkunx teknikament vijabbli jew jimplika kostijiet irraġonevoli.

▼B

Artikolu 9

Titjib kontinwu

L-operaturi u l-operaturi ta' inġenji tal-ajru għandhom jikkunsidraw ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapporti ta' verifika maħruġa skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/87/KE fil-monitoraġġ u r-rapportar konsegwenti.

Artikolu 10

Koordinazzjoni

Fejn Stat Membru jaħtar iżjed minn awtorità kompetenti waħda skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/87/KE, huwa għandu jikkoordina l-ħidma mwettqa minn dawk l-awtoritajiet skont dan ir-Regolament.

KAPITOLU II

PJAN TA' MONITORAĠĠ

TAQSIMA 1

Regoli ġenerali

Artikolu 11

Obbligu ġenerali

▼M5

1.  
Kull operatur jew operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jimmonitorja l-emissjoniijet ta’ gassijiet serra, u effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 fuq il-bażi ta’ pjan ta’ monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, b’kunsiderazzjoni tan-natura u l-funzjonament tal-installazzjoni jew tal-attività ta’ avjazzjoni li japplika għalihom.

▼B

Il-pjan ta' monitoraġġ għandu jiġi ssupplimentat permezz ta' proċeduri bil-miktub li l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm għal attivitajiet skont il-pjan ta' monitoraġġ, skont kif ikun xieraq.

2.  
Il-pjan ta' monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiddeskrivi l-istruzzjonijiet lill-operatur jew lill-operatur ta' inġenji tal-ajru b'mod loġiku u sempliċi, billi tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u jiġu kkunsidrati sistemi eżistenti li jkunu jinsabu fl-installazzjoni jew użati mill-operatur jew mill-operatur ta' inġenji tal-ajru.

Artikolu 12

Il-kontenut u s-sottomissjoni tal-pjan ta' monitoraġġ

1.  
Kull operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jissottometti pjan ta' monitoraġġ lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni.

Il-pjan ta' monitoraġġ għandu jikkonsisti minn dokumentazzjoni dettaljata, kompluta u trasparenti tal-metodoloġija ta' monitoraġġ ta' installazzjoni speċifika jew ta' operatur ta' inġenji tal-ajru speċifiku u għandu jinkludi mill-inqas l-elementi stabbiliti fl-Anness I.

Flimkien mal-pjan ta' monitoraġġ, l-operatur jew l-operatur ta' inġenji tal-ajru għandu jissottometti d-dokumenti ta' appoġġ li ġejjin:

(a) 

għal installazzjonijiet, evidenza għal kull fluss ta' sors maġġuri u minuri li turi konformità mal-limiti ta' inċertezza għal data tal-attivitajiet u fatturi ta' kalkolu, fejn applikabbli, għal livelli applikati kif definiti fl-Annessi II u IV, u għal kull sors ta' emissjoni li juri konformità mal-limiti ta' inċertezza għal-livelli applikati kif definiti fl-Anness VIII, fejn applikabbli;

(b) 

ir-riżultati ta' valutazzjoni tar-riskji li jipprovdu evidenza li l-attivitajiet ta' kontroll u l-proċeduri għall-attivitajiet ta' kontroll proposti jkunu proporzjonati mar-riskji inerenti u r-riskji ta' kontroll identifikati.

2.  
Fejn l-Anness I jirreferi għal proċedura, operatur jew operatur ta' inġenji tal-ajru għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm proċedura bħal din b'mod separat mill-pjan ta' monitoraġġ.

L-operatur jew l-operatur ta' inġenji tal-ajru għandu jagħmel sommarju tal-proċeduri fil-pjan ta' monitoraġġ li jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

it-titlu tal-proċedura;

(b) 

referenza traċċabbli u verifikabbli għall-identifikazzjoni tal-proċedura;

(c) 

identifikazzjoni tal-kariga jew tad-dipartiment responsabbli mill-implimentazzjoni tal-proċedura u għad-data ġġenerata minn jew immaniġġjata mill-proċedura;

(d) 

deskrizzjoni fil-qosor tal-proċedura, li tippermetti lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru, lill-awtorità kompetenti u lill-verifikatur jifhmu l-parametri essenzjali u l-operazzjonijiet imwettqa;

(e) 

il-post tar-reġistri u tal-informazzjoni rilevanti;

(f) 

isem is-sistema kompjuterizzata użata, fejn applikabbli;

(g) 

lista tal-istandards EN jew standards oħrajn applikati, jekk rilevanti.

L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jagħmel disponibbli kwalunkwe dokumentazzjoni bil-miktub tal-proċeduri lill-awtorità kompetenti fuq talba. L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandhom jagħmluhom disponibbli wkoll għall-finijiet tal-verifika skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 13

Pjanijiet ta' monitoraġġ standardizzati u simplifikati

1.  
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-operaturi u lill-operaturi ta' inġenji tal-ajru l-użu ta' pjanijiet ta' monitoraġġ standardizzati jew simplifikati, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(3).

Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jippubblikaw mudelli għal dawk il-pjanijiet ta' monitoraġġ, inkluż id-deskrizzjoni ta' fluss ta' data u proċeduri ta' kontroll imsemmija fl-Artikoli 58 u 59, abbażi tal-mudelli u l-linji gwida ppubblikati mill-Kummissjoni.

2.  
Qabel l-approvazzjoni ta' kwalunkwe pjan ta' monitoraġġ issimplifikat, kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha twettaq valutazzjoni tar-riskji simplifikata dwar jekk l-attivitajiet ta' kontroll u l-proċeduri għal attivitajiet ta' kontroll proposti humiex proporzjonati mar-riskji inerenti u mar-riskji ta' kontroll identifikati, u jekk jiġġustifikawx l-użu ta' pjan ta' monitoraġġ simplifikat bħal dan.

L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-operatur jew l-operatur ta' inġenji tal-ajru jwettaq il-valutazzjoni tar-riskji skont is-subparagrafu ta' qabel stess, fejn ikun xieraq.

Artikolu 14

Modifiki tal-pjan ta' monitoraġġ

1.  
Kull operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jivverifika regolarment jekk il-pjan ta' monitoraġġ jirriflettix in-natura u l-funzjonament tal-installazzjoni jew tal-attività ta' avjazzjoni skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/87/KE, u jekk il-metodoloġija ta' monitoraġġ tistax tittejjeb.
2.  

L-operatur jew l-operatur ta' inġenji tal-ajru għandu jimmodifika l-pjan ta' monitoraġġ, mill-inqas, fi kwalunkwe sitwazzjoni bħal dawn li gejjin:

(a) 

iseħħu emissjonijiet ġodda minħabba attivitajiet ġodda li jkunu qegħdin jitwettqu jew minħabba l-użu ta' karburanti jew materjali ġodda li jkunu għadhom mhumiex inklużi fil-pjan ta' monitoraġġ;

▼M5

(aa) 

iseħħu effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 minħabba attivitajiet ġodda li jkunu qegħdin jitwettqu;

▼B

(b) 

tinbidel id-disponibbiltà tad-data, minħabba l-użu ta' tipi ġodda ta' strumenti tal-kejl, ta' metodi għat-teħid ta' kampjuni jew ta' metodi ta' analiżi, jew għal raġunijiet oħra, li twassal għal preċiżjoni ogħla fid-determinazzjoni tal-emissjonijiet;

(c) 

id-data li tirriżulta mill-metodoloġija ta' monitoraġġ applikata preċedentement tkun instabet li mhix korretta;

(d) 

it-tibdil tal-pjan ta' monitoraġġ itejjeb il-preċiżjoni tad-data rrapportata, għajr jekk dan ma jkunx teknikament vijabbli jew jista' jimplika kostijiet irraġonevoli;

(e) 

il-pjan ta' monitoraġġ ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u l-awtorità kompetenti titlob lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru sabiex jibdluh;

(f) 

ikun meħtieġ li ssir tweġiba għas-suġġerimenti għat-titjib tal-pjan ta' monitoraġġ inkluż f'rapport ta' verifika.

Artikolu 15

Approvazzjoni ta' modifiki tal-pjan ta' monitoraġġ

1.  
L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe proposta għal tibdil tal-pjan ta' monitoraġġ mingħajr dewmien żejjed.

Madankollu, l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru jinnotifika modifiki tal-pjan ta' monitoraġġ li mhumiex sinifikanti skont it-tifsira tal-paragrafi 3 u 4 sal-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

2.  
Kwalunkwe tibdil sinifikanti tal-pjan ta' monitoraġġ kif mifhum fil-paragrafi 3 u 4 għandu jkun suġġett għal approvazzjoni mill-awtorità kompetenti.

Fejn l-awtorità kompetenti tikkunsidra li modifika ma tkunx sinifikanti, għandha tgħarraf lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru dwar dan mingħajr dewmien żejjed.

3.  

Modifiki sinifikanti għall-pjan ta' monitoraġġ ta' installazzjoni jinkludu:

(a) 

bidliet fil-kategorija tal-installazzjoni fejn dawn il-bidliet jeħtieġu bidla fil-metodoloġija ta' monitoraġġ jew iwasslu għal bidla fil-livell ta' materjalità applikabbli skont l-Artikolu 23 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067;

(b) 

minkejja l-Artikolu 47(8), tibdil dwar jekk l-installazzjoni hijiex ikkunsidrata bħala “installazzjoni b'emissjonijiet baxxi”;

(c) 

tibdil fis-sorsi tal-emissjonijiet;

(d) 

bidla minn metodoloġiji bbażati fuq il-kalkoli għal dawk ibbażati fuq il-kejl, jew vice versa, jew minn metodoloġija ta' riżerva għal metodoloġija bbażata fuq il-livelli sabiex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet jew vice versa;

(e) 

bidla fil-livell applikat;

(f) 

l-introduzzjoni ta' flussi ġodda minn sorsi;

(g) 

bidla fil-kategorizzazzjoni ta' flussi minn sorsi – bejn flussi minn sors kbar, minuri jew de-minimis fejn tali bidla teħtieġ bidla fil-metodoloġija ta' monitoraġġ;

(h) 

bidla fil-valur predefinit għal fattur ta' kalkolu, fejn il-valur għandu jiġi stabbilit fil-pjan ta' monitoraġġ;

(i) 

l-introduzzjoni ta' metodi ġodda jew bidliet għal metodi eżistenti relatati mat-teħid ta' kampjuni, analiżi jew kalibrazzjoni, fejn dan għandu impatt dirett fuq l-akkuratezza tad-data tal-emissjonijiet;

(j) 

l-implimentazzjoni jew l-adattament ta' metodoloġija ta' kwantifikazzjoni għall-emissjonijiet minn tnixxija fil-postijiet tal-ħżin.

▼M5

4.  

Modifiki sinifikanti fil-pjanijiet ta’ monitoraġġ ta’ operatur ta’ inġenju tal-ajru jinkludu:

(a) 

fir-rigward tal-emissjonijiet:

▼B

(i) 

bidla tal-valuri tal-fatturi ta' emissjoni stabbiliti fil-pjan ta' monitoraġġ;

(ii) 

bidla fil-metodi tal-kalkolu kif stipulat fl-Anness III, jew bidla mill-użu ta' metodu tal-kalkolu għall-użu ta' metodoloġija ta' stima skont l-Artikolu 55(2) jew vice versa;

(iii) 

l-introduzzjoni ta' flussi ġodda minn sorsi;

▼M5

(iv) 

bidliet fl-istatus tal-operatur ta’ inġenju tal-ajru bħala emittent żgħir fit-tifsira tal-Artikolu 55(1) ta’ dan ir-Regolament u jekk l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandux l-intenzjoni li juża s-simplifikazzjoni skont l-Artikolu 28a(4) tad-Direttiva 2003/87/KE.

▼M4 —————

▼M5

(b) 

fir-rigward tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2:

(i) 

(bidla fl-approċċ tal-kalkolu tas-CO2(e) magħżul, kif stabbilit fl-Artikolu 56a(4) ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari f’termini ta’ għodod tal-IT biex jiġu applikati l-mudelli ta’ kalkolu tas-CO2(e);

(ii) 

bidliet fl-istatus tal-operatur ta’ inġenju tal-ajru bħala emittent żgħir fit-tifsira tal-Artikolu 55(1) ta’ dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 16

Implimentazzjoni u ż-żamma tar-reġistri tal-modifiki

1.  
Qabel ma jirċievi approvazzjoni jew informazzjoni skont l-Artikolu 15(2), l-operatur jew l-operatur ta' inġenji tal-ajru jista' jwettaq monitoraġġ u rapportar bl-użu tal-pjan ta' monitoraġġ modifikat fejn ikun jista' jiġi preżunt b'mod raġonevoli li l-modifiki proposti ma jkunux sinifikanti, jew fejn il-monitoraġġ skont il-pjan ta' monitoraġġ oriġinali jista' jwassal għal data tal-emissjonijiet mhux kompluta.

▼M1

F’każ ta’ dubju, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu juża b’mod parallel kemm il-pjan ta’ monitoraġġ modifikat kif ukoll dak oriġinali biex iwettaq il-monitoraġġ u r-rapportar kollu skont iż-żewġ pjanijiet, u għandu jżomm rekords taż-żewġ riżultati tal-monitoraġġ.

▼B

2.  
Mal-wasla ta' approvazzjoni jew informazzjoni skont l-Artikolu 15(2), l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu juża biss id-data relatata mal-pjan ta' monitoraġġ modifikat u jwettaq il-monitoraġġ u r-rapportar kollu bl-użu biss tal-pjan ta' monitoraġġ modifikat mid-data li fiha dik il-verżjoni tal-monitoraġġ hija applikabbli.
3.  

L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jżomm reġistri tal-modifiki kollha tal-pjan ta' monitoraġġ. Kull reġistrazzjoni għandu jkun fiha:

(a) 

deskrizzjoni trasparenti tal-modifika;

(b) 

ġustifikazzjoni għall-modifika;

(c) 

id-data tan-notifika tal-modifika lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 15(1);

(d) 

id-data li fiha l-awtorità kompetenti rrikonoxxiet il-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 15(1), fejn disponibbli, u d-data tal-approvazzjoni jew l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(2);

(e) 

id-data tal-bidu tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' monitoraġġ modifikat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

TAQSIMA 2

Vijabbiltà teknika u kostijiet irraġonevoli

Artikolu 17

Fattibbiltà teknika

Fejn operatur jew operatur ta' inġenji tal-ajru jsostni li l-applikazzjoni ta' metodoloġija speċifika ta' monitoraġġ mhijiex fattibbli teknikament, l-awtorità kompetenti għanda tivvaluta l-fattibbiltà teknika billi tikkunsidra l-ġustifikazzjoni tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru. Dik il-ġustifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-fatt li l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkollu r-riżorsi tekniċi li jkunu kapaċi jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' sistema jew rekwiżit proposti li jkunu jistgħu jiġu implimentati fil-ħin meħtieġ għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Dawk ir-riżorsi tekniċi għandhom jinkludu d-disponibbiltà tat-tekniki u t-teknoloġija meħtieġa.

Artikolu 18

Kostijiet irraġonevoli

▼M4

1.  
Fejn operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru jsostni li l-applikazzjoni ta’ metodoloġija speċifika ta’ monitoraġġ timplika kostijiet irraġonevoli, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk il-kostijiet ikunux irraġonevoli, billi tikkunsidra l-ġustifikazzjoni tal-operatur.

L-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-kostijiet irraġonevoli fejn l-istima tal-kost taqbeż il-benefiċċju. Għal dak il-għan, il-benefiċċju għandu jiġi kkalkulat permezz tal-multiplikazzjoni ta’ fattur ta’ titjib bi prezz ta’ referenza ta’ EUR 80 għal kull kwota u l-kostijiet għandhom jinkludu perjodu ta’ deprezzament xieraq ibbażat fuq it-tul tal-ħajja ekonomika tat-tagħmir.

▼B

2.  
Meta tkun qiegħda tivvaluta n-natura irraġonevoli tal-kostijiet rigward l-għażla tal-operatur tal-livelli għal data tal-attivitajiet, l-awtorità kompetenti għandha tuża bħala l-fattur ta' titjib imsemmi fil-paragrafu 1 id-differenza bejn l-inċertezza li attwalment tkun intlaħqet u l-livell limitu ta' inċertezza tal-livell li jkun jista' jintlaħaq bit-titjib immultiplikat bl-emissjonijiet medji annwali kkawżati minn dak il-fluss minn sors matul it-tliet snin l-iżjed riċenti.

Fin-nuqqas ta' tali data tal-emissjonijiet annwali medji maħluqa minn dak il-fluss minn sors matul it-tliet snin l-iżjed riċenti, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jipprovdi stima konservattiva tal-emissjonijiet annwali medji, bl-esklużjoni ta' CO2 li jinħoloq minn ►M5  karbonju bi klassifikazzjoni żero ◄ u qabel it-tnaqqis ta' CO2 ittrasferit. Għall-istrumenti tal-kejl taħt il-kontroll metroloġiku legali nazzjonali, l-inċertezza li tintlaħaq attwalment tista' tiġi ssostitwita bl-iżball massimu permissibbli waqt it-tħaddim li jkun permess mil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti.

▼M1

Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 38(5), sakemm l-informazzjoni rilevanti dwar il-kriterji ta’ sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa użati għall-kombustjoni tkun disponibbli għall-operatur.

▼B

3.  

Meta tkun qiegħda tivvaluta n-natura irraġonevoli tal-kostijiet rigward il-miżuri li jżidu l-kwalità tal-emissjonijiet irrapportati iżda mingħajr impatt dirett fuq il-preċiżjoni tad-data tal-attivitajiet, l-awtorità kompetenti għandha tuża fattur tat-titjib ta' 1 % tal-emissjonijiet annwali medji tal-flussi minn sorsi rispettivi fit-tliet perjodi ta' rapportar l-iżjed riċenti. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu:

(a) 

bidla minn valuri predefiniti għal analiżijiet sabiex jiġu ddeterminati l-fatturi tal-kalkolu;

(b) 

żieda fl-għadd ta' analiżijiet għal kull fluss minn sors;

(c) 

fejn il-kompitu speċifiku tal-kejl ma jaqax taħt kontroll metroloġiku legali nazzjonali, is-sostituzzjoni ta' strumenti tal-kejl bi strumenti li jikkonformaw ma' rekwiżiti rilevanti ta' kontroll metroloġiku legali tal-Istat Membru f'applikazzjonijiet simili, jew għal strumenti tal-kejl li jilħqu r-regoli nazzjonali adottati skont id-Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) jew id-Direttiva 2014/32/UE;

(d) 

it-tqassir tal-intervalli ta' kalibrazzjoni u manutenzjoni tal-istrumenti tal-kejl;

(e) 

it-titjib ta' attivitajiet ta' fluss ta' data u attivitajiet ta' kontroll li jnaqqsu r-riskju inerenti jew ta' kontroll b'mod sinifikanti.

▼M4

4.  
Miżuri relatati mat-titjib tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ ta’ installazzjoni ma għandhomx jitqiesu li jġarrbu kostijiet irraġonevoli sa ammont akkumulat ta’ EUR 4 000 għal kull perjodu ta’ rapportar. Għall-installazzjonijiet b’emissjonijiet baxxi dak il-livell limitu għandu jkun ta’ EUR 1 000 għal kull perjodu ta’ rapportar.

▼B

KAPITOLU III

MONITORAĠĠ TAL-EMISSJONIJIET TA' INSTALLAZZJONIJIET STAZZJONARJI

TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 19

Kategorizzazzjoni ta' installazzjonijiet, flussi minn sorsi u sorsi ta' emissjoni

1.  
Għall-iskop tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet u d-determinazzjoni tar-rekwiżiti minimi għal-livelli, kull operatur għandu jiddetermina l-kategorija tal-installazzjoni tiegħu skont il-paragrafu 2, u fejn rilevanti, ta' kull fluss minn sors skont il-paragrafu 3 u ta' kull sors ta' emissjoni skont il-paragrafu 4.
2.  

L-operatur għandu jikklassifika kull installazzjoni f'waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a) 

installazzjoni tal-kategorija A, fejn l-emissjonijiet annwali medji vverifikati tal-perjodu ta' negozjar immedjatament qabel il-perjodu ta' negozjar attwali, bl-esklużjoni ta' CO2 li jinħoloq mill- ►M5  karbonju bi klassifikazzjoni żero ◄ u qabel it-tnaqqis ta' CO2 ittrasferit, ikunu daqs jew inqas minn 50 000  tunnellata ta' CO2(e);

(b) 

installazzjoni tal-kategorija B, fejn l-emissjonijiet medji annwali vverifikati tal-perjodu ta' negozjar immedjatament qabel il-perjodu ta' negozjar attwali, bl-esklużjoni ta' CO2 li jinħoloq minn ►M5  karbonju bi klassifikazzjoni żero ◄ u qabel it-tnaqqis ta' CO2 ittrasferit, ikunu iżjed minn 50 000  tunnellata ta' CO2(e) u daqs jew inqas minn 500 000  tunnellata ta' CO2(e);

(c) 

installazzjoni tal-kategorija C, fejn l-emissjonijiet annwali medji vverifikati tal-perjodu ta' negozjar immedjatament qabel il-perjodu ta' negozjar attwali, bl-esklużjoni ta' CO2 li jinħoloq minn ►M5  karbonju bi klassifikazzjoni żero ◄ u qabel it-tnaqqis ta' CO2 ittrasferit, ikunu iżjed minn 500 000  tunnellata ta' CO2(e).

B'deroga mill-Artikolu 14(2), l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lill-operatur ma jimmodifikax il-pjan ta' monitoraġġ meta, abbażi ta' emissjonijiet ivverifikati, jinqabeż il-limitu għall-klassifikazzjoni tal-installazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, iżda l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li dan il-limitu ma jkunx diġà inqabeż matul l-aħħar ħames perjodi ta' rapportar u ma jerġax jinqabeż f'perjodi ta' rapportar sussegwenti.

3.  

L-operatur għandu jikklassifika kull fluss minn sors f'waħda mill-kategoriji li ġejjin, billi jqabblu mas-somma tal-valuri kollha assoluti ta' CO2 fossili u CO2(e) korrispondenti mal-flussi tas-sors kollha inklużi f'metodoloġiji bbażati fuq kalkolu u tal-emissjonijiet kollha ta' sorsi ta' emissjonijiet immonitorjati bl-użu ta' metodoloġiji bbażati fuq il-kejl, qabel it-tnaqqis ta' CO2 ittrasferit:

(a) 

flussi minn sors minuri, fejn il-flussi minn sorsi magħżula mill-operatur flimkien jikkorrispondu għal inqas minn 5 000  tunnellata ta' CO2 fossili fis-sena jew għal inqas minn 10 %, sa kontribut massimu totali ta' 100 000  tunnellata ta' CO2 fossili fis-sena, skont liema minnhom ikun l-ogħla f'termini ta' valur assolut;

(b) 

flussi minn sorside-minimis fejn il-flussi mis-sors magħżula mill-operatur flimkien jikkorrispondu għal inqas minn 1 000  tunnellata ta' CO2 fossili fis-sena jew inqas minn 2 %, sa massimu totali ta' 20 000  tunnellata ta' CO2 fossili fis-sena, skont liema minnhom ikun l-ogħla f'termini ta' valur assolut;

(c) 

flussi minn sorsi maġġuri, fejn il-flussi minn sors ma jaqgħux taħt il-kategoriji msemmija fil-punti (a) u (b).

B'deroga mill-Artikolu 14(2), l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lill-operatur ma jimmodifikax il-pjan ta' monitoraġġ meta, abbażi ta' emissjonijiet ivverifikati, jinqabeż il-limitu għall-klassifikazzjoni ta' fluss minn sors bħala fluss minn sors minuri jew fluss minn sors de-minimis imsemmi fl-ewwel subparagrafu, iżda l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li dan il-limitu ma jkunx diġà inqabeż matul l-aħħar ħames perjodi ta' rapportar u ma jerġax jinqabeż f'perjodi ta' rapportar sussegwenti.

4.  

L-operatur għandu jikklassifika kull sors ta' emissjoni li għalih tiġi applikata metodoloġija bbażata fuq il-kejl f'waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a) 

flussi minn sors minuri, fejn is-sors ta' emissjoni jirrilaxxa inqas minn 5 000  tunnellata ta' CO2(e) fossili fis-sena jew inqas minn 10 % tal-emissjonijiet tal-fossili totali tal-installazzjoni, sa kontribut massimu totali ta' 100 000  tunnellata ta' CO2(e) fossili fis-sena, skont liema minnhom ikun l-ogħla f'termini ta' valur assolut;

(b) 

sorsi maġġuri ta' emissjonijiet, fejn is-sors ta' emissjoni ma jikklassifikax bħala sors minuri ta' emissjoni.

B'deroga mill-Artikolu 14(2), l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lill-operatur ma jimmodifikax il-pjan ta' monitoraġġ fejn, abbażi ta' emissjonijiet ivverifikati, jinqabeż il-limitu għall-klassifikazzjoni ta' sors ta' emissjoni bħala sors ta' emissjoni minuri msemmi fl-ewwel subparagrafu, iżda l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li dan il-limitu ma jkunx diġà inqabeż matul l-aħħar ħames perjodi ta' rapportar u ma jerġax jinqabeż f'perjodi ta' rapportar sussegwenti.

5.  
Fejn l-emissjonijiet annwali medji vverifikati fil-perjodu ta' negozjar immedjatament qabel il-perjodu ta' negozjar attwali għall-installazzjoni ma jkunux disponibbli jew ma jkunux rappreżentattivi iktar għall-iskop tal-paragrafu 2, l-operatur għandu juża stima konservattiva ta' emissjonijiet medji annwali, bl-esklużjoni ta' CO2 li joriġina minn ►M5  karbonju bi klassifikazzjoni żero ◄ u qabel it-tnaqqis ta' CO2 ittrasferit, sabiex tiġi ddeterminata l-kategorija tal-installazzjoni.

▼M5 —————

▼B

Artikolu 20

Il-konfini tal-monitoraġġ

1.  
L-operaturi għandhom jiddefinixxu l-konfini tal-monitoraġġ għal kull installazzjoni.

Fi ħdan dawk il-konfini, l-operatur għandu jinkludi l-emissjonijiet rilevanti kollha ta' gassijiet serra mis-sorsi ta' emissjonijiet u l-flussi minn sorsi kollha li jagħmlu parti minn attivitajiet imwettqa fl-installazzjoni u elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, u minn attivitajiet u gassijiet serra inklużi mill-Istat Membru li fih tkun tinsab l-installazzjoni, skont l-Artikolu 24 ta' dik id-Direttiva.

L-operatur għandu jinkludi wkoll l-emissjonijiet minn operazzjonijiet regolari u avvenimenti anormali, inklużi sitwazzjonijiet ta' bidu, għeluq u ta' emerġenza, matul il-perjodu ta' rapportar, bl-eċċezzjoni ta' emissjonijiet minn makkinarju mobbli għal finijiet ta' trasport.

2.  
Meta jkun qed jiddefinixxi l-proċess ta' monitoraġġ u rapportar, l-operatur għandu jinkludi r-rekwiżiti speċifiċi għas-settur stabbiliti fl-Anness IV.
3.  
Fejn jiġu identifikati tnixxijat minn kumpless ta' ħżin fis-sens tad-Direttiva 2009/31/KE li jwasslu għal emissjonijiet, jew rilaxx ta' CO2 fil-kolonna tal-ilma, għandhom jiġu kkunsidrati bħala sorsi ta' emissjonijiet għall-installazzjoni inkwistjoni u għandhom jiġu mmonitorjati skont it-Taqsima 23 tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

L-awtorità kompetenti tista' tippermetti l-esklużjoni ta' sors ta' emissjoni ta' tnixxija mill-proċess ta' monitoraġġ u rapportar, ladarba jkunu ttieħdu miżuri korrettivi skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/31/KE u ma jkunux jistgħu jiġu individwati iżjed emissjonijiet jew rilaxxi fil-kolonna tal-ilma minn dik it-tnixxija.

Artikolu 21

Għażla tal-metodoloġija ta' monitoraġġ

1.  
Għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' installazzjoni, l-operatur għandu jagħżel li japplika metodoloġija bbażata fuq kalkolu jew metodoloġija bbażata fuq kejl, suġġetta għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament.

Metodoloġija bbażata fuq kalkolu għandha tikkonsisti fid-determinazzjoni ta' emissjonijiet minn flussi minn sorsi bbażati fuq data tal-attivitajiet miksuba permezz ta' sistemi ta' kejl u parametri addizzjonali minn analiżi fil-laboratorju jew valuri predefiniti. Il-metodoloġija bbażata fuq kalkolu tista' tiġi implimentata skont il-metodoloġija standard stabbilita fl-Artikolu 24 jew il-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa stabbilita fl-Artikolu 25.

Metodoloġija bbażata fuq il-kejl għandha tikkonsisti fid-determinazzjoni tal-emissjonijiet minn sorsi ta' emissjonijiet permezz tal-kejl kontinwu tal-konċentrazzjoni tal-gassijiet serra rilevanti fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija u tal-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija, inkluż il-monitoraġġ tat-trasferimenti ta' CO2 bejn installazzjonijiet fejn jitkejlu l-konċentrazzjoni ta' CO2 u l-fluss tal-gass ittrasferit.

Fejn tiġi applikata l-metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu, l-operatur għandu jiddetermina għal kull fluss minn sors, fil-pjan ta' monitoraġġ, jekk tkunx qiegħda tintuża l-metodoloġija standard jew il-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa, inkluż il-livelli rilevanti skont l-Anness II.

2.  
Bla ħsara għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, operatur jista' jikkombina metodoloġija standard, bilanċ tal-massa u metodoloġiji bbażati fuq il-kejl għal sorsi differenti ta' emissjonijiet u flussi minn sorsi li jagħmlu parti minn installazzjoni waħda, bil-kundizzjoni li ma jirriżulta l-ebda nuqqas u lanqas ma jirriżulta għadd doppju li jikkonċerna l-emissjonijiet.
3.  
Fejn ir-rekwiżiti speċifiċi għas-settur stipulati fl-Anness IV jeħtieġu l-użu ta' metodoloġija speċifika ta' monitoraġġ, l-operatur għandu juża dik il-metodoloġija jew metodoloġija bbażata fuq il-kejl. L-operatur jista' jagħżel metodoloġija differenti biss jekk jipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li l-użu tal-metodoloġija meħtieġa mhux fattibbli teknikament jew jinvolvi kostijiet irraġonevoli, jew li l-metodoloġija alternattiva twassal għal akkuratezza ġenerali ogħla tad-data dwar l-emissjonijiet.

Artikolu 22

Metodoloġija ta' monitoraġġ mhux ibbażata fuq livelli

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 21(1), l-operatur jista' juża metodoloġija ta' monitoraġġ li ma tkunx ibbażata fuq livelli (iktar 'il quddiem “il-metodoloġija sekondarja”) għal flussi minn sorsi jew sorsi ta' emissjonijiet magħżula, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-applikazzjoni ta' mill-inqas livell 1 skont il-metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu għal fluss minn sors maġġuri jew fluss minn sors minuri wieħed jew iktar u metodoloġija bbażata fuq il-kejl għal tal-inqas sors ta' emissjoni wieħed relatat mal-istess flussi minn sorsi ma tkunx teknikament vijabbli jew timplika spejjeż mhux raġonevoli;

(b) 

l-operatur jivvaluta u jikkwantifika kull sena l-inċertezzi tal-parametri kollha użati għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet annwali skont il-Gwida tal-ISO għall-espressjoni ta' inċertezza fil-kejl (JCGM 100:2008), jew standard ekwivalenti ieħor aċċettat fil-livell internazzjonali, u jinkludi r-riżultati fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet;

(c) 

l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li bl-applikazzjoni ta' metodoloġija ta' monitoraġġ sekondarja bħal din, il-livelli limitu ġenerali ta' inċertezza għal-livell annwali ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-installazzjoni kollha ma jaqbżux is-7,5 % għall-installazzjonijiet tal-kategorija A, il-5,0 % għall-installazzjonijiet tal-kategorija B u t-2,5 % għall-installazzjonijiet tal-kategorija C.

Artikolu 23

Tibdil temporanju fil-metodoloġija ta' monitoraġġ

1.  
Fejn għal, raġunijiet tekniċi, ma jkunx fattibbli temporanjament li jiġi applikat il-pjan ta' monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti, l-operatur ikkonċernat għandu japplika l-ogħla livell li jista' jintlaħaq, jew approċċ konservattiv mingħajr livelli jekk ma tkunx tista' tinkiseb l-applikazzjoni ta' livell, sakemm jiġu rrestawrati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-livell approvat fil-pjan ta' monitoraġġ.

L-operatur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jippermetti t-tkomplija fil-pront tal-applikazzjoni tal-pjan ta' monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti.

2.  

L-operatur ikkonċernat għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar il-bidla temporanja msemmija fil-paragrafu 1 għall-metodoloġija ta' monitoraġġ mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità kompetenti, u jispeċifika:

(a) 

ir-raġunijiet għad-devjazzjoni mill-pjan ta' monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti;

(b) 

id-dettalji tal-metodoloġija ta' monitoraġġ interim li qiegħed juża l-operatur sabiex jiddetermina l-emissjonijiet sakemm il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-pjan ta' monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti jkunu ġew irrestawrati;

(c) 

il-miżuri li l-operatur ikun qed jieħu sabiex jirrestawra l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-pjan ta' monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti;

(d) 

il-mument mistenni meta l-applikazzjoni tal-pjan ta' monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti tkun se tiġi rrestawrata.

TAQSIMA 2

Metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu

Subtaqsima 1

Ġenerali

Artikolu 24

Kalkolu ta' emissjonijiet skont il-metodoloġija standard

▼M5

1.  
Skont il-metodoloġija standard, l-operatur għandu jikkalkula l-emissjonijiet ta’ kombustjoni ta’ kull fluss minn sors bil-multiplikazzjoni tad-data tal-attivitajiet relatata mal-ammont ta’ karburant maħruq, espressa bħala terajoules ibbażata fuq il-valur kalorifiku nett (NCV), bil-fattur korrispondenti ta’ emissjoni, espress bħala tunnellati ta’ CO2 kull terajoule (t CO2/TJ) b’mod konsistenti mal-użu tal-NCV, u l-fattur korrispondenti ta’ ossidazzjoni.

▼M5

1a.  

Għall-fini tar-rapportar tal-elementi ta’ memo, l-operatur għandu jikkalkula wkoll għal kull fluss minn sors maħruq u għall-karburanti użati bħala input ta’ proċess il-parametri li ġejjin li huma definiti minn dawn il-kalkoli:

(i) 

l-emissjonijiet preliminari totali għandhom jiġu kkalkulati bil-multiplikazzjoni tad-data tal-attivitajiet relatata mal-ammont ta’ karburant maħruq, espressa bħala tunnellati jew metri kubi normali, bil-fattur ta’ emissjoni preliminari korrispondenti u l-fattur korrispondenti ta’ ossidazzjoni;

(ii) 

l-emissjonijiet tal-bijomassa għandhom jiġu kkalkulati bil-multiplikazzjoni tal-emissjonijiet preliminari totali bil-frazzjoni tal-bijomassa;

(iii) 

l-emissjonijiet tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero għandhom jiġu kkalkulati bil-multiplikazzjoni tal-emissjonijiet preliminari totali bil-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero;

(iv) 

l-emissjonijiet mill-RFNBO, mill-RCF jew mill-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju għandhom jiġu kkalkulati bil-multiplikazzjoni tal-emissjonijiet preliminari totali bil-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew bil-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju;

(v) 

l-emissjonijiet minn RFNBO, RCF jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero għandhom jiġu kkalkulati bil-multiplikazzjoni tal-emissjonijiet preliminari totali bil-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero jew bil-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero;

▼B

2.  
L-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet ta' proċess għal kull fluss minn sors bil-multiplikazzjoni tad-data tal-attivitajiet relatata mal-konsum materjali, l-ipproċessar jew il-produzzjoni ta' materjal, espressa f'tunnellati jew metri kubiċi normali bil-fattur korrispondenti ta' emissjoni, espress f't CO2/t jew t CO2/Nm3, u l-fattur ta' konverżjoni korrispondenti.

▼M5

2a.  

Għall-fini tar-rapportar tal-elementi ta’ memo, l-operatur għandu jikkalkula wkoll għal kull fluss minn sors relatat mal-emissjonijiet ta’ proċess il-parametri li ġejjin li huma definiti minn dawn il-kalkoli:

(i) 

L-emissjonijiet preliminari totali għandhom jiġu kkalkulati bil-multiplikazzjoni tad-data dwar l-attivitajiet relatata mal-konsum materjali, l-ipproċessar jew il-produzzjoni ta’ materjal, espressa f’tunnellati jew metri kubiċi normali, bil-fattur ta’ emissjoni korrispondenti, espress f’t CO2/t jew t CO2/Nm3, u l-fattur ta’ konverżjoni korrispondenti;

(ii) 

L-emissjonijiet tal-bijomassa għandhom jiġu kkalkulati bil-multiplikazzjoni tal-emissjonijiet preliminari totali bil-frazzjoni tal-bijomassa rilevanti;

(iii) 

L-emissjonijiet tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero għandhom jiġu kkalkulati bil-multiplikazzjoni tal-emissjonijiet preliminari totali bil-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero rilevanti.

▼B

3.  
Fejn fattur ta' emissjoni tal-Livell 1 jew tal-Livell 2 jinkludi diġà l-effett ta' reazzjonijiet kimiċi mhux kompluti, il-fattur tal-ossidazzjoni jew il-fattur ta' konverżjoni għandu jiġi ssettjat għal 1.

Artikolu 25

Kalkolu ta' emissjonijiet skont il-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa

▼M5

(1)  
Skont il-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa, l-operatur għandu jikkalkula l-kwantità ta’ CO2 korrispondenti għal kull fluss minn sors inkluż fil-bilanċ tal-massa bil-multiplikazzjoni tad-data tal-attivitajiet relatata mal-ammont ta’ karburant, materjal jew CO2 li jkun dieħel fi jew ħiereġ mill-konfini tal-bilanċ tal-massa, bil-kontenut ta’ karbonju tal-karburant, tal-materjal jew tat-trasferiment tas-CO2 immultiplikat bil-frazzjoni fossili tiegħu u b’ 3,664 t CO2/t C, bl-applikazzjoni tat-Taqsima 3 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

▼M5

1a.  

Għall-fini tar-rapportar tal-elementi ta’ memo, għal kull fluss minn sors kopert mill-bilanċ tal-massa, l-operatur għandu jikkalkula wkoll il-parametri li ġejjin li huma definiti minn dawn il-kalkoli:

(i) 

Il-kwantità preliminari totali ta’ CO2 għandha tiġi kkalkulata bil-multiplikazzjoni tad-data dwar l-attivitajiet relatata mal-ammont ta’ karburant jew materjal li jidħol fil-limiti tal-bilanċ tal-massa jew li joħroġ minnhom, mal-kontenut ta’ karbonju ta’ karburant jew materjal, u bi 3,664 t CO2/t C;

(ii) 

Il-kwantità ta’ CO2 relatata mal-bijomassa għandha tiġi kkalkulata billi l-kwantita preliminari totali ta’ CO2 tiġi mmultiplikata bil-frazzjoni tal-bijomassa;

(iii) 

Il-kwantità ta’ CO2 relatata mal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero għandha tiġi kkalkulata bil-multiplikazzjoni tal-kwantità preliminari totali ta’ CO2 bil-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero;

(iv) 

Jekk applikabbli, il-kwantità ta’ CO2 relatata ma’ RFNBO, RCF jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju għandha tiġi kkalkulata bil-multiplikazzjoni tal-kwantità preliminari totali ta’ CO2 bil-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew bil-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju;

(v) 

Jekk applikabbli, il-kwantità ta’ CO2 relatata ma’ RFNBO, RCF jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero għandha tiġi kkalkulata bil-multiplikazzjoni tal-kwantità preliminari totali ta’ CO2 bil-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero jew bil-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero.

▼B

2.  
Minkejja l-Artikolu 49, l-emissjonijiet tal-proċess totali koperti mill-bilanċ tal-massa għandhom ikunu s-somma tal-kwantitajiet ta' CO2 korrispondenti għall-flussi minn sors kollha koperti mill-bilanċ tal-massa. Is-CO rilaxxat fl-atmosfera għandu jiġi kkalkulat fil-bilanċ tal-massa bħala emissjoni tal-ammont molari ekwivalenti ta' CO2.

▼M5

3.  
Fejn l-operatur juża bilanċ tal-massa f’konformità ma’ dan l-Artikolu, u l-karbonju bi klassifikazzjoni żero jkun jinsab fil-materjali ta’ input jew fil-karburanti, u l-materjali ta’ output ikun fihom il-karbonju, l-operatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti data dwar il-frazzjoni bi klassifikazzjoni żero tal-kontenut tal-karbonju tal-flussi tal-output. B’hekk, l-operatur għandu jipprovdi evidenza li l-emissjonijiet totali tal-installazzjoni ma jkunux sottovalutati sistematikament mill-metodoloġija ta’ monitoraġġ applikata u li l-massa totali tal-karbonju li tikkorrispondi għall-frazzjonijiet tal-karbonju bi klassifikazzjoni żero tal-karbonju li jinsabu fil-materjali ta’ output rilevanti kollha, ma tkunx inqas mill-massa totali ta’ frazzjonijiet bi klassifikazzjoni żero tal-karbonju li tinsab fil-materjali ta’ input u fil-karburanti.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, il-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 39 għandhom japplikaw fir-rigward tal-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero tal-bijogass u tal-gass naturali użati bħala input.

▼B

Artikolu 26

Livelli applikabbli

1.  

Meta jkun qed jiddefinixxi l-livelli rilevanti għal flussi minn sors maġġuri u minuri skont l-Artikolu 21(1), sabiex jiddetermina d-data tal-attivitajiet u kull fattur ta' kalkolu, kull operatur għandu japplika dan li ġej:

(a) 

mill-inqas il-livelli elenkati fl-Anness V, f'każ ta' installazzjoni tal-kategorija A, jew fejn ikun meħtieġ fattur ta' kalkolu għal fluss minn sors li jkun karburant standard kummerċjali;

(b) 

f'każijiet oħrajn għajr dawk imsemmija fil-punt (a), l-ogħla livell kif iddefinit fl-Anness II.

Madankollu, għal flussi minn sorsi maġġuri, l-operatur jista' japplika livell li jkun livell wieħed iżjed baxx minn dak meħtieġ skont l-ewwel subparagrafu għall-installazzjonijiet tal-kategorija C u sa żewġ livelli iżjed baxxi għall-installazzjonijiet tal-kategoriji A u B, b'minimu ta' livell 1, fejn jintwera għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-livell meħtieġ skont l-ewwel subparagrafu mhuwiex teknikament fattibbli jew jimplika kostijiet irraġonevoli.

L-awtorità kompetenti tista', għal perjodu tranżizzjonali miftiehem mal-operatur, tippermetti lill-operatur japplika livelli għal flussi minn sorsi maġġuri iżjed baxxi minn dawk imsemmija fit-tieni subparagrafu, b'minimu ta' livell 1, bil-kundizzjoni li:

(a) 

l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-livell meħtieġ skont it-tieni subparagrafu mhuwiex teknikament fattibbli jew jimplika kostijiet irraġonevoli; u

(b) 

l-operatur jipprovdi pjan ta' titjib li jindika kif u sa meta jkun se jintlaħaq mill-inqas il-livell meħtieġ skont it-tieni subparagrafu.

2.  
Għal flussi minn sorsi minuri, l-operatur jista' japplika livell iżjed baxx minn dak meħtieġ skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, b'minimu ta' livell 1, fejn jintwera b'sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-livell meħtieġ skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 mhuwiex teknikament fattibbli jew jimplika kostijiet irraġonevoli.
3.  
Għall-flussi minn sorsi de-minimis l-operatur jista' jiddetermina data tal-attivitajiet u kull fattur ta' kalkolu billi juża stimi konservattivi minflok ma juża livelli, għajr jekk livell iddefinit ikun jista' jintlaħaq mingħajr sforz addizzjonali.
4.  
Għall-fattur tal-ossidazzjoni u l-fattur ta' konverżjoni, l-operatur għandu, bħala minimu, japplika l-livelli l-iżjed baxxi elenkati fl-Anness II.
5.  
Fejn l-awtorità kompetenti tkun ippermettiet l-użu ta' fatturi ta' emissjoni espressi bħala t CO2/t jew t CO2/Nm3 għall-karburanti, u għall-karburanti użati bħala input ta' proċess jew fil-bilanċi tal-massa skont l-Artikolu 25, il-valur kalorifiku nett jista' jiġi mmonitorjat bl-użu ta' stima konservattiva minflok milli bl-użu ta' livelli, sakemm ma jkunx jista' jinkiseb livell definit mingħajr sforz addizzjonali.

Subtaqsima 2

Id-data dwar l-attivitajiet

Artikolu 27

Determinazzjoni tad-data dwar l-attivitajiet

1.  

L-operatur għandu jiddetermina d-data dwar l-attivitajiet ta' fluss minn sors f'wieħed mill-modi li ġejjin:

(a) 

fuq il-bażi ta' kejl kontinwu b'miter fil-proċess li joħloq l-emissjonijiet;

(b) 

fuq il-bażi tal-aggregazzjoni ta' kejl b'miter ta' kwantitajiet imwassla b'mod separat b'kunsiderazzjoni tat-tibdil rilevanti tal-ħażniet.

2.  
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, il-kwantità ta' karburant jew materjal ipproċessat waqt il-perjodu ta' rapportar għandha tiġi kkalkulata bħala l-kwantità ta' karburant jew materjal riċevut waqt il-perjodu ta' rapportar, li minnha titnaqqas il-kwantità ta' karburant jew materjal li jitneħħa mill-installazzjoni, u tiżdied il-kwantità ta' karburant jew materjal li jkun hemm fil-ħażna fil-bidu tal-perjodu ta' rapportar, u titnaqqas il-kwantità ta' karburant jew materjal li jkun hemm fil-ħażna fl-aħħar tal-perjodu ta' rapportar.

Fejn id-determinazzjoni tal-kwantitajiet li jkun hemm fil-ħażna permezz ta' kejl dirett ma tkunx teknikament fattibbli jew tista' timplika kostijiet irraġonevoli, l-operatur jista' jagħmel stima ta' dawk il-kwantitajiet fuq bażi ta' waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

data minn snin ta' qabel korrelatata mal-produzzjoni għall-perjodu ta' rapportar;

(b) 

proċeduri ddokumentati u d-data rispettiva f'dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati għall-perjodu ta' rapportar.

Fejn id-determinazzjoni tad-data dwar l-attivitajiet għas-sena kalendarja sħiħa ma tkunx teknikament fattibbli jew tista' timplika kostijiet irraġonevoli, l-operatur jista' jagħżel il-jum l-iżjed xieraq li jkun imiss sabiex jissepara sena ta' rapportar mis-sena ta' wara, u jirrikonċilja skont kif ikun xieraq mas-sena kalendarja meħtieġa. Id-devjazzjonijiet involuti għal fluss minn sors wieħed jew aktar għandhom jiġu rreġistrati b'mod ċar, jifformaw il-bażi ta' valur rappreżentattiv għas-sena kalendarja, u jiġu kkunsidrati b'mod konsistenti b'rabta mas-sena li jkun imiss.

Artikolu 28

Sistemi ta' kejl taħt il-kontroll tal-operatur

1.  

Sabiex jiddetermina d-data dwar l-attivitajiet skont l-Artikolu 27, l-operatur għandu juża riżultati tal-kejl bil-miter ibbażati fuq sistemi ta' kejl taħt il-kontroll tiegħu stess fl-installazzjoni, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-operatur għandu jwettaq valutazzjoni ta' inċertezza u jiżgura li l-livell limitu ta' inċertezza tal-livell rilevanti jintlaħaq;

(b) 

l-operatur għandu jiżgura mill-inqas darba fis-sena, u wara kull kalibrazzjoni tal-istrument tal-kejl, li r-riżultati tal-kalibrazzjoni mmultiplikati b'fattur ta' aġġustament konservattiv jitqabblu mal-limiti rilevanti ta' inċertezza. Il-fattur ta' aġġustament konservattiv ibbażat fuq serje ta' perjodi ta' ħin xierqa ta' kalibrazzjonijiet ta' qabel ta' dak l-istrument tal-kejl jew strumenti oħrajn simili sabiex jiġi kkunsidrat l-effett ta' inċertezza fis-servizz.

Fejn il-livelli limitu tal-livelli approvati skont l-Artikolu 12 jinqabżu jew jinstab li t-tagħmir ma jkunx konformi ma' rekwiżiti oħrajn, l-operatur għandu jieħu azzjoni korrettiva mingħajr dewmien żejjed u jinnotifika lill-awtorità kompetenti b'dan.

2.  
Meta jinnotifika pjan ġdid ta' monitoraġġ jew meta jkun rilevanti għal bidla fil-pjan ta' monitoraġġ approvat, l-operatur għandu jipprovdi l-valutazzjoni tal-inċertezza msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 lill-awtorità kompetenti.

Il-valutazzjoni għandha tkopri l-inċertezza speċifikata tal-istrumenti tal-kejl applikati, l-inċertezza assoċjata mal-kalibrazzjoni, u kwalunkwe inċertezza addizzjonali konnessa ma' kif l-istrumenti tal-kejl jintużaw fil-prattika. Il-valutazzjoni tal-inċertezza għandha tkopri inċertezza relatata ma' tibdil fil-ħażniet fejn il-faċilitajiet ta' ħżin ikunu kapaċi jżommu mill-inqas 5 % tal-kwantità annwali użata tal-karburant jew tal-materjal ikkunsidrat. Meta jkun qed iwettaq il-valutazzjoni, l-operatur għandu jikkunsidra l-fatt li l-valuri ddikjarati użati sabiex jiġu ddefiniti l-livelli limitu ta' inċertezza tal-livell fl-Anness II jirreferu għall-inċertezza matul il-perjodu kollu ta' rapportar.

L-operatur jista' jissimplifika l-valutazzjoni ta' inċertezza billi jassumi li l-iżbalji massimi permissibbli speċifikati għall-istrument tal-kejl waqt it-tħaddim, jew jekk f'livell iżjed baxx, l-inċertezza miksuba bil-kalibrazzjoni, immultiplikati b'fattur ta' aġġustament konservattiv sabiex jiġi kkunsidrat l-effett tal-inċertezza waqt it-tħaddim, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala l-inċertezza matul il-perjodu kollu ta' rapportar kif meħtieġ bid-definizzjonijiet tal-livelli fl-Anness II, bil-kundizzjoni li l-istrumenti tal-kejl jiġu installati f'ambjent xieraq għall-ispeċifikazzjonijiet tal-użu tagħhom.

3.  
Minkejja l-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lill-operatur juża r-riżultati tal-kejl bil-miter ibbażati fuq sistemi ta' kejl taħt il-kontroll tiegħu stess fl-installazzjoni, fejn l-operatur jipprovdi evidenza li l-istrumenti tal-kejl applikati huma suġġetti għal kontroll metroloġiku legali nazzjonali rilevanti.

Għal dak il-għan, l-iżball massimu permissibbli waqt it-tħaddim permess mil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti dwar il-kontroll metroloġiku legali għall-kompitu ta' kejl rilevanti jista' jintuża bħala l-valur ta' inċertezza mingħajr ma tiġi pprovduta iżjed evidenza.

Artikolu 29

Sistemi ta' kejl li ma jkunux fil-kontroll tal-operatur stess

1.  
Fejn, abbażi ta' valutazzjoni ssimplifikata ta' inċertezza, l-użu ta' sistemi ta' kejl li ma jkunux fil-kontroll tal-operatur stess, kif imqabbel mal-użu ta' dawk li jkunu fil-kontroll tal-operatur stess skont l-Artikolu 28, jippermetti lill-operatur jikkonforma mill-inqas ma' livell li jkun tal-istess grad, jagħti riżultati iżjed affidabbli u jkun inqas suxxettibbli għal riskji ta' kontroll, l-operatur għandu jiddetermina d-data tal-attivitajiet minn sistemi ta' kejl li ma jkunux fil-kontroll tiegħu stess.

Għal dak il-għan, l-operatur jista' jirrikorri għal wieħed mis-sorsi ta' data li ġejjin:

(a) 

ammonti minn fatturi maħruġa minn sieħeb fin-negozju, bil-kundizzjoni li sseħħ tranżazzjoni kummerċjali bejn żewġt isħab indipendenti fin-negozju;

(b) 

qari dirett mis-sistemi ta' kejl.

2.  
L-operatur għandu jiżgura konformità mal-livell applikabbli skont l-Artikolu 26.

Għal dak il-għan, l-iżball massimu permissibbli waqt it-tħaddim permess mil-leġiżlazzjoni rilevanti għall-kontroll metroloġiku legali nazzjonali għat-tranżazzjoni kummerċjali rilevanti jista' jintuża bħala inċertezza mingħajr ma tiġi pprovduta iżjed evidenza.

Fejn ir-rekwiżiti applikabbli skont il-kontroll metroloġiku legali nazzjonali jkunu inqas stretti mil-livell applikabbli skont l-Artikolu 26, l-operatur għandu jikseb evidenza dwar l-inċertezza applikabbli mis-sieħeb fin-negozju responsabbli għas-sistema ta' kejl.

Subtaqsima 3

Fatturi ta' kalkolu

Artikolu 30

Determinazzjoni tal-fatturi ta' kalkolu

1.  
L-operatur għandu jiddetermina l-fatturi ta' kalkolu jew bħala valuri predefiniti jew bħala valuri bbażati fuq analiżi li tiddependi fuq il-livell applikabbli.
2.  
L-operatur għandu jiddetermina u jirrapporta fatturi ta' kalkolu b'mod konsistenti mal-istat użat għad-data tal-attivitajiet relatata, b'referenza għall-istat tal-karburant jew tal-materjal li fih il-karburant jew il-materjal jinxtara jew jintuża fil-proċess li jikkawża l-emissjonijiet, qabel ma jitnixxef jew jiġi ttrattat mod ieħor għal analiżi fil-laboratorju.

Fejn approċċ bħal dan ikun jimplika kostijiet irraġonevoli jew fejn tkun tista' tinkiseb preċiżjoni ogħla, l-operatur jista' jirrapporta b'mod konsistenti d-data tal-attivitajiet u l-fatturi ta' kalkolu b'referenza għall-istat li fih jitwettqu l-analiżijiet fil-laboratorju.

▼M5 —————

▼M5

2a.  
L-operatur għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa biss għal karburanti jew materjali mħallta li fihom il-bijomassa. Għal karburanti jew materjali oħrajn għandu jintuża l-valur predefinit ta’ 0 % għall-frazzjoni tal-bijomassa ta’ karburanti fossili jew materjali, u valur predefinit ta’ 100 % frazzjoni tal-bijomassa għal karburanti tal-bijomassa jew materjali li jikkonsistu esklussivament minn bijomassa.

L-operatur għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju biss għal karburanti mħallta li fihom RFNBOs, RCFs jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju. Għal karburanti oħra għandu jintuża l-valur predefinit ta’ 0 % għall-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju, u valur predefinit ta’ 100 % ta’ frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju li jikkonsistu esklussivament minn RFNBOs, RCFs jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju.

L-operatur għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero, il-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero u l-frazzjoni sintetika b’livell baxx tal-karbonju bi klassifikazzjoni żero biss meta l-operatur ikun irid jagħmel użu minn klassifikazzjoni żero.

3.  

Fir-rigward tal-interdipendenza tal-fatturi ta’ kalkolu relatati mal-kompożizzjoni, l-operatur għandu japplika r-regoli li ġejjin:

(i) 

Meta karburant jew materjal ikun fih bijomassa, l-operatur għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa f’konformità mal-Artikolu 39 ta’ dan ir-Regolament.

(ii) 

Meta l-frazzjoni tal-bijomassa ma tkunx żero u meta l-operatur ikun irid jagħmel użu minn klassifikazzjoni żero, l-operatur għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero f’konformità mal-Artikolu 38(5) ta’ dan ir-Regolament.

(iii) 

Meta karburant ikun fih RFNBO, RCF jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju, l-operatur għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju f’konformità mal-Artikolu 39a(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament.

(iv) 

Meta l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF ma tkunx żero u meta l-operatur ikun irid jagħmel użu minn klassifikazzjoni żero, l-operatur għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero f’konformità mal-Artikolu 39a(3) ta’ dan ir-Regolament.

(v) 

Meta l-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju ma tkunx żero u meta l-operatur ikun irid jagħmel użu minn klassifikazzjoni żero, l-operatur għandu jiddetermina l-frazzjoni sintetika b’livell baxx tal-karbonju bi klassifikazzjoni żero f’konformità mal-Artikolu 39a(4) ta’ dan ir-Regolament.

(vi) 

Meta l-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero, il-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero ma jkunux żero, l-operatur għandu jikkalkula l-frazzjoni bi klassifikazzjoni żero bħala s-somma tal-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero, il-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero u l-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero. Il-frazzjoni fossili hija s-somma tal-frazzjonijiet kollha mingħajr klassifikazzjoni żero.

(vii) 

L-operatur għandu jikkalkula l-fattur ta’ emissjoni bħala l-fattur ta’ emissjoni preliminari mmultiplikat bil-frazzjoni fossili.

Għall-fini tal-punt (vi), meta l-operatur ma jikkalkulax il-frazzjoni bi klassifikazzjoni żero, il-frazzjoni fossili għandha tkun ta’ 100 %.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-operatur jista’:

(i) 

jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa bħala identika għall-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero, jekk din tal-aħħar tiġi ddeterminata abbażi tal-bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(ii) 

jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bħala identika għall-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero, jekk din tal-aħħar tiġi ddeterminata abbażi tal-bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(iii) 

jiddetermina l-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bħala identika għall-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero, jekk din tal-aħħar tiġi ddeterminata abbażi tal-bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

▼B

Artikolu 31

Valuri predefiniti għall-fatturi ta' kalkolu

1.  

Fejn l-operatur jiddetermina l-fatturi ta' kalkolu bħala valuri predefiniti, huwa għandu juża wieħed mill-valuri li ġejjin, skont ir-rekwiżit tal-livell applikabbli, kif stabbilit fl-Annessi II u VI:

(a) 

fatturi standard u fatturi stojkjometriċi elenkati fl-Anness VI;

(b) 

fatturi standard użati mill-Istat Membru għas-sottomissjoni tal-inventarju nazzjonali tiegħu lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima;

(c) 

valuri tal-letteratura miftiehma mal-awtorità kompetenti, inkluż fatturi standard ippubblikati mill-awtorità kompetenti, li jkunu kompatibbli ma' fatturi msemmija fil-punt (b), iżda rappreżentattivi ta' flussi minn sorsi ta' karburanti iżjed diżaggregati;

(d) 

valuri speċifikati u ggarantiti mill-fornitur ta' karburant jew materjal fejn l-operatur jista' juri b'sodisfazzjon għall-awtorità kompetenti li l-kontenut tal-karbonju juri intervall ta' kunfidenza ta' 95 % ta' mhux iżjed minn 1 %;

(e) 

valuri bbażati fuq analiżi imwettqa fl-imgħoddi, fejn l-operatur jista' juri b'sodisfazzjon għall-awtorità kompetenti li dawk il-valuri huma rappreżentattivi għal lottijiet tal-ġejjieni tal-istess karburant jew materjal.

2.  
L-operatur għandu jispeċifika l-valuri predefiniti kollha użati fil-pjan ta' monitoraġġ.

Fejn il-valuri predefiniti jinbidlu fuq bażi annwali, l-operatur għandu jispeċifika s-sors awtoritarju applikabbli ta' dak il-valur fil-pjan ta' monitoraġġ.

3.  
L-awtorità kompetenti tista' tapprova bidla tal-valuri predefiniti għal fattur ta' kalkolu fil-pjan ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 15(2) biss fejn l-operatur jipprovdi evidenza li l-valur predefinit ġdid iwassal għal determinazzjoni iżjed preċiża tal-emissjonijiet.
4.  
Mal-applikazzjoni min-naħa tal-operatur, l-awtorità kompetenti tista' tippermetti li l-valur kalorifiku nett u l-fatturi ta' emissjoni tal-karburanti jiġu ddeterminati bl-użu tal-istess livelli skont kif ikun meħtieġ għall-karburanti standard kummerċjali bil-kundizzjoni li l-operatur jissottometti, mill-inqas kull tliet snin, evidenza li l-intervall ta' 1 % għall-valur kalorifiku speċifiku jkun intlaħaq waqt l-aħħar tliet snin.
5.  
Wara li ssir applikazzjoni mill-operatur, l-awtorità kompetenti tista' taċċetta li l-kontenut tal-karbonju stojkjometriku ta' sustanza kimika pura jitqies bħala li jilħaq livell li f'każ kuntrarju jkun jirrikjedi analiżijiet imwettqa skont l-Artikoli 32 sa 35, jekk l-operatur jista' juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-użu tal-analiżijiet iwassal għal kostijiet irraġonevoli u li l-użu tal-valur stojkjometriku ma jwassalx għal sottovalutazzjoni tal-emissjonijiet.

Artikolu 32

Fatturi ta' kalkolu bbażati fuq analiżijiet

1.  
L-operatur għandu jiżgura li kwalunkwe analiżi, kampjunar, kalibrazzjoni u validazzjoni għad-determinazzjoni ta' fatturi ta' kalkolu jitwettqu bl-applikazzjoni ta' metodi bbażati fuq standards EN korrispondenti.

Fejn standards bħal dawn ma jkunux disponibbli, il-metodi għandhom ikunu bbażati fuq standards ISO adattati jew standards nazzjonali. Fejn ma jeżistu l-ebda standards applikabbli ppubblikati, għandhom jintużaw abbozzi ta' standards adattati, linji gwida dwar l-aqwa prattiki tal-industrija jew metodoloġiji oħrajn ippruvati xjentifikament, u għandu jiġi limitat il-preġudizzju fil-kampjunar u l-kejl.

2.  
Fejn jintużaw kromatografi tal-gass onlajn jew analizzaturi tal-gass estrattivi jew mhux estrattivi għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet, l-operatur għandu jikseb l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti għall-użu ta' tagħmir bħal dan. It-tagħmir għandu jintuża biss fir-rigward ta' data tal-kompożizzjoni tal-karburanti u tal-materjali gassużi. Bħala miżuri minimi ta' garanzija tal-kwalità, l-operatur għandu jiżgura li jitwettqu validazzjoni tal-bidu u validazzjonijiet ripetuti kull sena tal-istrument.
3.  
Ir-riżultat ta' kwalunkwe analiżi għandu jintuża biss għall-perjodu tal-kunsinna jew għal lott ta' karburant jew materjal li għalih ikunu ttieħdu l-kampjuni, u li għalih ikun ġie intiż li l-kampjuni jkunu rappreżentattivi.

Meta jiġi stabbilit parametru speċifiku, l-operatur għandu juża r-riżultati tal-analiżi kollha magħmula fir-rigward ta' dak il-parametru.

Artikolu 33

Pjan ta' kampjunar

1.  
Fejn fatturi ta' kalkolu jiġu ddeterminati permezz ta' analiżijiet, l-operatur għandu jissottometti, lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni, għal kull karburant jew materjal, pjan ta' kampjunar fil-forma ta' proċedura bil-miktub, li tinkludi informazzjoni dwar metodoloġiji għall-preparazzjoni ta' kampjuni, inkluż informazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet, il-postijiet, il-frekwenzi u l-ammonti, u l-metodoloġiji għall-ħżin u t-trasport ta' kampjuni.

L-operatur għandu jiżgura li l-kampjuni derivati jkunu rappreżentattivi għal-lott jew il-perjodu ta' konsenja rilevanti u jkunu ħielsa minn preġudizzji. Għandu jkun hemm qbil mal-laboratorju li jkun qed iwettaq l-analiżi għall-karburant jew il-materjal rispettiv dwar l-elementi rilevanti tal-pjan ta' kampjunar, u evidenza ta' dak il-qbil għandha tiġi inkluża fil-pjan. L-operatur għandu jagħmel il-pjan disponibbli għall-finijiet ta' verifika skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.

2.  
L-operatur għandu, bi ftehim mal-laboratorju li jkun qed iwettaq l-analiżi għall-karburant jew il-materjal rispettiv u suġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, jadatta l-elementi tal-pjan ta' kampjunar fejn riżultati analitiċi jindikaw li l-eteroġeneità tal-karburant jew tal-materjal tkun differenti b'mod sinifikanti mill-informazzjoni dwar l-eteroġeneità li fuqha jkun ġie bbażat il-pjan ta' kampjunar oriġinali għal dak il-karburant jew il-materjal speċifiku.

Artikolu 34

Użu ta' laboratorji

1.  
L-operatur għandu jiżgura li l-laboratorji użati għat-twettiq ta' analiżi għad-determinazzjoni ta' fatturi ta' kalkolu jiġu akkreditati skont EN ISO/IEC 17025, għall-metodi analitiċi rilevanti.
2.  
Il-laboratorji mhux akkreditati skont EN ISO/IEC 17 025 jistgħu jintużaw għad-determinazzjoni ta' fatturi ta' kalkolu biss fejn l-operatur jista' juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-aċċess għal-laboratorji msemmija fil-paragrafu 1 mhuwiex teknikament vijabbli jew jista' jimplika kostijiet irraġonevoli u li l-laboratorju mhux akkreditat jissodisfa r-rekwiżiti ekwivalenti għall-EN ISO/IEC 17025.
3.  
L-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra li laboratorju jissodisfa rekwiżiti ekwivalenti għall-EN ISO/IEC 17025 kif mifhum fil-paragrafu 2 meta l-operatur jipprovdi, sakemm ikun vijabbli, fil-forma ta' u sa livell simili tad-dettall meħtieġ għall-proċeduri skont l-Artikolu 12(2), evidenza skont it-tieni u t-tielet subparagrafi ta' dan il-paragrafu.

Fir-rigward tal-immaniġġjar tal-kwalità, l-operatur għandu jipproduċi ċertifikazzjoni akkreditata tal-laboratorju f'konformità mal-EN ISO/IEC 9001, jew sistemi oħra ta' ġestjoni tal-kwalità ċċertifikati li jkopru l-laboratorju. Fin-nuqqas ta' sistemi ċċertifikati ta' mmaniġġjar tal-kwalità bħal dawn, l-operatur għandu jipprovdi evidenza xierqa oħra li l-laboratorju huwa kapaċi jimmaniġġja l-persunal, il-proċeduri, id-dokumenti u l-kompiti tiegħu b'mod affidabbli.

Fir-rigward tal-kompetenza teknika, l-operatur għandu jipprovdi evidenza li turi li l-laboratorju huwa kompetenti u kapaċi jiġġenera riżultati teknikament validi bl-użu tal-proċeduri analitiċi rilevanti. Evidenza bħal din għandha tkopri mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a) 

l-immaniġġjar tal-kompetenza tal-persunal għall-kompiti speċifiċi mogħtija;

(b) 

l-adattabilità tal-akkomodazzjoni u l-kundizzjonijiet ambjentali;

(c) 

l-għażla ta' metodi analitiċi u standards rilevanti;

(d) 

fejn applikabbli, l-immaniġġjar tal-kampjunar u l-preparazzjoni tal-kampjuni, inkluż il-kontroll tal-integrità tal-kampjuni;

(e) 

fejn applikabbli, l-iżvilupp u l-validazzjoni ta' metodi analitiċi ġodda jew l-applikazzjoni ta' metodi mhux koperti bi standards internazzjonali jew nazzjonali;

(f) 

stima tal-inċertezzi;

(g) 

l-immaniġġjar ta' tagħmir, inklużi proċeduri għall-kalibrazzjoni, l-aġġustament, il-manutenzjoni u t-tiswija ta' tagħmir, u ż-żamma tar-reġistri tagħhom;

(h) 

l-immaniġġjar u l-kontroll ta' data, dokumenti u softwer;

(i) 

l-immaniġġjar ta' oġġetti tal-kalibrazzjoni u materjali ta' referenza;

(j) 

il-garanzija tal-kwalità għar-riżultati tal-kalibrazzjoni u t-testijiet, inkluż parteċipazzjoni regolari fi skemi ta' ttestjar tal-profiċjenza, bl-applikazzjoni ta' metodi analitiċi għal materjali ta' referenza ċċertifikati, jew paragun reċiproku ma' laboratorju akkreditat;

(k) 

l-immaniġġjar ta' proċessi esternalizzati;

(l) 

l-immaniġġjar ta' inkarigi, ilmenti tal-klijenti, u l-iżgurar li tittieħed azzjoni korrettiva fil-ħin.

Artikolu 35

Frekwenzi għall-analiżijiet

1.  
L-operatur għandu japplika l-frekwenzi minimi għall-analiżijiet għall-karburanti u l-materjali rilevanti elenkati fl-Anness VII.
2.  

L-awtorità kompetenti tista' tippermetti li l-operatur juża frekwenza li hija differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, fejn ma jkunux disponibbli frekwenzi minimi jew fejn l-operatur juri wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

abbażi ta' data storika, inklużi valuri analitiċi għall-karburanti u l-materjali rispettivi fil-perjodu ta' rapportar immedjatament qabel il-perjodu ta' rapportar attwali, kwalunkwe varjazzjoni fil-valuri analitiċi għall-karburant jew il-materjal rispettiv li ma taqbiżx 1/3 tal-valur ta' inċertezza li miegħu l-operatur irid jaderixxi rigward id-determinazzjoni tad-data tal-attivitajiet tal-karburant jew tal-materjal rilevanti;

(b) 

l-użu tal-frekwenza meħtieġa jista' jimplika kostijiet irraġonevoli.

Fejn installazzjoni topera għal parti mis-sena biss, jew fejn il-karburanti jew il-materjali huma kkonsenjati f'lottijiet li huma kkonsmati matul iktar minn sena kalendarja waħda, l-awtorità kompetenti tista' tiftiehem mal-operatur rigward skeda iktar xierqa għal analiżijiet, sakemm tkun tirriżulta f'inċertezza komparabbli bħal fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

Subtaqsima 4

Fatturi speċifiċi ta' kalkolu

Artikolu 36

Fatturi ta' emissjoni għal CO2

1.  
L-operatur għandu jiddetermina fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-attivitajiet għall-emissjonijiet ta' CO2.
2.  
Il-fatturi ta' emissjoni tal-karburanti, inkluż meta użati bħala input ta' proċess, għandhom jiġu espressi bħala CO2/TJ.

L-awtorità kompetenti tista' tippermetti li l-operatur juża fattur ta' emissjoni għal karburant espress bħala t CO2/t jew t CO2/Nm3 għall-emissjonijiet ta' kombustjoni, fejn l-użu ta' fattur ta' emissjoni espress bħala t CO2/TJ jimplika kostijiet irraġonevoli jew fejn mill-inqas tkun tista' tintlaħaq preċiżjoni ekwivalenti għall-emissjonijiet ikkalkulati bl-użu ta' fattur ta' emissjoni bħal dan.

3.  
Għall-konverżjoni tal-kontenut ta' karbonju fil-valur rispettiv ta' fattur ta' emissjoni relatat ma' CO2 jew vice versa, l-operatur għandu juża l-fattur 3,664 t CO2/t C.

Artikolu 37

Fatturi ta' ossidazzjoni u ta' konverżjoni

1.  
L-operatur għandu juża l-livell 1 bħala minimu sabiex jiddetermina l-fatturi ta' ossidazzjoni jew ta' konverżjoni. L-operatur għandu juża valur ta' 1 għall-fattur ta' ossidazzjoni jew ta' konverżjoni fejn il-fattur ta' emissjoni jinkludi l-effett ta' ossidazzjoni jew ta' konverżjoni mhux kompluti.

Madankollu, l-awtorità kompetenti tista' teħtieġ li l-operaturi jużaw dejjem il-livell 1.

2.  

Fejn jintużaw ħafna karburanti f'installazzjoni u jkollu jintuża l-livell 3 għall-fattur speċifiku ta' ossidazzjoni, l-operatur jista' jitlob l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti għal wieħed minn dawn li ġejjin jew għatt-tnejn li huma:

(a) 

id-determinazzjoni ta' fattur wieħed ta' ossidazzjoni aggregat għall-proċess kollu ta' kombustjoni u jiġi applikat għall-karburanti kollha;

(b) 

l-attribuzzjoni tal-ossidazzjoni mhux kompluta lil fluss wieħed minn sors maġġuri u l-użu ta' valur ta' 1 għall-fattur tal-ossidazzjoni tal-flussi mis-sorsi l-oħrajn.

▼M5

Jekk jintużaw il-karburanti mħallta, l-operatur għandu jipprovdi evidenza li l-applikazzjoni tal-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu ma twassalx għal sottovalutazzjoni tal-emissjonijiet.

▼B

Subtaqsima 5

▼M5

Trattament tal-bijomassa, tal-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju, RFNBO u RCF

▼B

Artikolu 38

Flussi minn sorsi ta' bijomassa

1.  
L-operatur jista' jiddetermina d-data tal-attivitajiet ta' fluss minn sors ta' ►M5  karbonju bi klassifikazzjoni żero ◄ mingħajr l-użu ta' livelli u billi jipprovdi evidenza analitika dwar il-kontenut ta' ►M5  karbonju bi klassifikazzjoni żero ◄ , fejn il-fluss minn sors jikkonsisti esklussivament minn ►M5  karbonju bi klassifikazzjoni żero ◄ u l-operatur jista' jiżgura li ma jkunx ikkontaminat b'materjali jew karburanti oħrajn.

▼M5 —————

▼B

2.  
►M5  ————— ◄

Il-fattur ta' emissjoni ta' kull karburant jew materjal għandu jiġi kkalkulat u rrapportat bħala l-fattur ta' emissjoni preliminari ddeterminat skont l-Artikolu 30, immultiplikat bil-frazzjoni fossili tal-karburant jew tal-materjal.

3.  
Il-pit, il-ksilit u l-frazzjonijiet fossili tal-karburanti jew tal-materjali mħallta ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala bijomassa.
4.  
Fejn il- ►M5  frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero ◄ ta' karburanti jew materjali mħallta tkun daqs jew ogħla minn 97 %, jew fejn minħabba l-ammont tal-emissjonijiet assoċjati mal-frazzjoni fossili tal-karburant jew tal-materjal tikkwalifika bħala fluss minn sors de-minimis, l-awtorità kompetenti tista' tippermetti li l-operatur japplika metodoloġiji mingħajr livelli, inkluż il-metodu tal-bilanċ tal-enerġija, għad-determinazzjoni tad-data tal-attivitajiet u fatturi ta' kalkolu rilevanti.

▼M5 —————

▼M1

5.  
►M5  Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa għandhom jissodisfaw il-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, sabiex jingħaddu mal-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero ta’ fluss minn sors. ◄

Madankollu, il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-iskart u mir-residwi, minbarra r-residwi agrikoli, tal-akkwakultura, tas-sajd u tal-forestrija huma meħtieġa jissodisfaw biss il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29(10) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Dan is-subparagrafu għandu japplika wkoll għal skart u residwi li l-ewwel jiġu pproċessati fi prodott qabel ikomplu jiġu proċessati f’bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa.

L-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ prodotti mill-iskart solidu muniċipali ma għandhomx ikunu soġġetti għall-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29(10) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

Il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandhom japplikaw irrispettivament mill-oriġini ġeografika tal-bijomassa.

L-Artikolu 29(10) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandu japplika għal installazzjoni kif definita fl-Artikolu 3(e) tad-Direttiva 2003/87/KE.

▼M5

Il-konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandha tiġi vvalutata f’konformità mal-Artikoli 30 u 31(1) ta’ dik id-Direttiva. Il-kriterji jistgħu jitqiesu ssodisfati wkoll jekk l-operatur jipprovdi evidenza ta’ xiri ta’ kwantità ta’ bijokarburant, bijolikwidu jew bijogass marbuta mal-kanċellazzjoni tal-kwantità rispettiva fil-Bażi tad-Data tal-Unjoni stabbilita skont l-Artikolu 31a jew bażi tad-data nazzjonali stabbilita mill-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 31a(5) ta’ dik id-Direttiva. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità sussegwenti rigward il-prova tas-sostenibbiltà tal-kwantitajiet ikkanċellati fil-bażijiet tad-data msemmija hawn fuq, l-awtorità kompetenti għandha tikkoreġi l-emissjonijiet ivverifikati kif xieraq.

Meta l-bijomassa użata ma tikkonformax ma’ dan il-paragrafu, il-kontenut tal-karbonju tagħha għandu jitqies bħala karbonju fossili.

▼M5

Meta skont l-ewwel sas-sitt subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 ma japplikawx għall-bijomassa, il-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero hija ugwali għall-frazzjoni tal-bijomassa tagħha.

▼M2

6.  
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti, skont kif ikun xierqa, jistgħu jikkunsidraw bħala ssodisfati l-kriterji ta’ sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra msemmija f’dak il-paragrafu għall-bijokarburanti, għall-bijolikwidi, għall-karburanti mill-bijomassa użati għall-kombustjoni mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022.

▼B

Artikolu 39

Determinazzjoni tal-frazzjoni tal-bijomassa u tal-frazzjoni fossili

▼M5

1.  
Għal karburanti jew materjali li fihom il-bijomassa, l-operatur jista’ jew jassumi l-assenza ta’ bijomassa u japplika frazzjoni tal-bijomassa predefinita ta’ 0 %, jew jiddetermina frazzjoni tal-bijomassa f’konformità mal-paragrafu 2, billi japplika livelli kif definit fit-Taqsima 2.4 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

▼B

2.  
Fejn, suġġett għal-livell meħtieġ, l-operatur għandu jwettaq analiżi sabiex jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa, huwa għandu jagħmel dan abbażi ta' metodu standard rilevanti u l-metodi analitiċi hemmhekk, sakemm l-użu ta' dak il-metodu standard u analitiku jiġi approvat mill-awtorità kompetenti.

▼M5

Fejn, soġġett għal-livell meħtieġ, l-operatur ikollu jwettaq analiżijiet biex jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa, iżda jekk l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu mhix teknikament fattibbli jew ikollha kostijiet irraġonevoli, l-operatur għandu jissottometti metodu alternattiv ta’ stima sabiex jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni. Għall-karburanti jew il-materjali li joriġinaw minn proċess ta’ produzzjoni bi flussi ta’ input definiti u traċċabbli, l-operatur jista’ jibbaża l-istima fuq bilanċ materjali tal-karbonju fossili u tal-bijomassa li jkun dieħel u ħiereġ mill-proċess.

▼B

Il-Kummissjoni tista' tipprovdi linji gwida dwar metodi oħrajn ta' stima applikabbli.

▼M5 —————

▼M4

3.  
B’deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 30, ħlief għall-finijiet tal- ►M5  l-Artikolu 43(4b) ◄ , l-operatur ma għandux juża l-analiżi jew il-metodi ta’ stima f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biex jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa ta’ gass naturali riċevuta minn grilja tal-gass li magħha jiżdied il-bijogass.

▼M5

L-operatur jista’ jiddetermina li ċerta kwantità ta’ gass naturali mill-grilja tal-gass hija bijogass bi klassifikazzjoni żero billi juża l-metodoloġija stabbilita fil-paragrafu 4. F’dan il-każ, permezz ta’deroga mill-Artikolu 30(3), l-operatur għandu jqis il-frazzjoni tal-bijomassa bħala identika għall-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero.

4.  

L-operatur jista’ jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa u l-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero tal-bijogass identika billi juża r-rekords tax-xiri ta’ bijogass b’kontenut ta’ enerġija ekwivalenti, sakemm l-operatur jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li:

▼M1

(a) 

ma jkun hemm l-ebda għadd doppju tal-istess kwantità ta’ bijogass, b’mod partikolari li l-bijogass mixtri ma jkunx iddikjarat li jintuża minn xi ħadd ieħor, inkluż permezz ta’ divulgazzjoni tal-garanzija tal-oriġini kif definit fl-Artikolu 2(12) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(b) 

l-operatur u l-produttur tal-bijogass ikunu konnessi mal-istess grilja tal-gass.

▼M5

Għall-fini li tintwera l-konformità ma’ dan il-paragrafu, l-operatur jista’ juża d-data rreġistrata f’bażi tad-data stabbilita minn Stat Membru wieħed jew aktar li tippermetti t-traċċar tat-trasferimenti tal-bijogass. Il-konformità ma’ dan il-paragrafu tista’ titqies murija jekk l-operatur jipprovdi evidenza ta’ xiri ta’ kwantità ta’ bijogass konness mal-kanċellazzjoni tal-kwantità rispettiva fil-Bażi tad-data tal-Unjoni stabbilita skont l-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001, jew bażi tad-data nazzjonali stabbilita mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 31a(5) ta’ dik id-Direttiva. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità sussegwenti rigward il-prova tas-sostenibbiltà tal-kwantitajiet ikkanċellati fil-bażijiet tad-data msemmija hawn fuq, l-awtorità kompetenti għandha tikkoreġi l-emissjonijiet ivverifikati kif xieraq.

▼M5

Artikolu 39a

Determinazzjoni ta’ RFNBO jew RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju u RFNBO jew RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero

1.  
Għal karburanti jew materjali li fihom RFNBOs, RCFs jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju li għalihom l-operatur ma jistax jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju f’konformità mal-paragrafu 2, l-operatur għandu jassumi l-assenza ta’ RFNBO, RCF jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju u japplika frazzjoni predefinita tal-RFNBO jew tal-RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju ta’ 0 %.
2.  

L-operatur għandu jiddetermina l-fatturi ta’ kalkolu li ġejjin relatati mal-kompożizzjoni tal-karburanti abbażi tal-bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001:

(i) 

il-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero;

(ii) 

il-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju.

Permezz ta’deroga mill-ewwel subparagrafu, jekk l-operatur ma jkunx irid jagħmel użu minn klassifikazzjoni żero, għall-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew għall-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju jistgħu jintużaw approċċi oħra bħal bilanċ materjali tal-proċess ta’ taħlit jew ta’ produzzjoni li minnu jinkiseb il-karburant jew il-materjal.

3.  
Il-kontenut tal-karbonju tal-karburanti li jikkwalifikaw bħala RFNBOs jew RCFs skont id-Direttiva (UE) 2018/2001 li jikkonformaw mal-kriterji tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29a ta’ dik id-Direttiva, għandu jitqies bħala klassifikat żero.

Il-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29a tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandha tiġi vvalutata f’konformità mal-Artikoli 30 u 31(1) ta’ dik id-Direttiva. Il-kriterji jistgħu jitqiesu ssodisfati wkoll jekk l-operatur jipprovdi evidenza ta’ xiri ta’ kwantità ta’ RFNBOs jew RCFs konnessi mal-kanċellazzjoni tal-kwantità rispettiva fil-Bażi tad-data tal-Unjoni stabbilita skont l-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001, jew bażi tad-data nazzjonali stabbilita mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 31a(5) ta’ dik id-Direttiva. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità sussegwenti rigward il-prova tas-sostenibbiltà tal-kwantitajiet ikkanċellati fil-bażijiet tad-data msemmija hawn fuq, l-Awtorità Kompetenti għandha tikkoreġi l-emissjonijiet ivverifikati kif xieraq.

Meta l-RFNBO jew l-RCF ma jikkonformawx mal-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-kontenut tal-karbonju tagħhom għandu jitqies bħala karbonju fossili.

4.  
Il-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju għandhom ikunu klassifikati żero meta l-kontenut tal-karbonju tagħhom ikun ġie soġġett għaċ-ċediment minn qabel tal-kwoti skont id-Direttiva 2003/87/KE, sakemm dak il-karbonju maqbud ma jkunx karbonju bi klassifikazzjoni żero kif definit fl-Artikolu 3(38f) ta’ dan ir-Regolament.

Il-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29a(3) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandha tiġi vvalutata f’konformità mal-Artikoli 30 u 31(1) ta’ dik id-Direttiva. Il-kriterji jistgħu jitqiesu ssodisfati wkoll jekk l-operatur jipprovdi evidenza ta’ xiri ta’ kwantità ta’ karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju konnessi mal-kanċellazzjoni tal-kwantità rispettiva fil-Bażi tad-Data tal-Unjoni stabbilita skont l-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001, jew bażi tad-data nazzjonali stabbilita mill-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 31a(5) ta’ dik id-Direttiva. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità sussegwenti rigward il-prova tas-sostenibbiltà tal-kwantitajiet ikkanċellati fil-bażijiet tad-data msemmija hawn fuq, l-Awtorità Kompetenti għandha tikkoreġi l-emissjonijiet ivverifikati kif xieraq.

Fi kwalunkwe każ ieħor, il-kontenut tal-karbonju tal-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju għandu jitqies bħala karbonju fossili.

5.  

L-operatur jista’ jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF u frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF identiċi bi klassifikazzjoni żero tal-gass naturali fejn tali frazzjonijiet ikunu ġew injettati fi grilja tal-gass naturali bl-użu ta’ rekords tax-xiri ta’ RFNBO jew RCF ta’ kontenut ta’ enerġija ekwivalenti, dment li l-operatur jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li:

(a) 

ma jkun hemm l-ebda għadd doppju tal-istess kwantità ta’ RFNBO jew RCF, b’mod partikolari li l-RFNBO jew l-RCF mixtrija ma jiġux iddikjarati li jintużaw minn ħadd ieħor, inkluż permezz ta’ divulgazzjoni ta’ garanzija tal-oriġini kif definit fl-Artikolu 2(12) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(b) 

l-operatur u l-produttur tal-RFNBO jew tal-RCF huma konnessi mal-istess grilja tal-gass.

Il-konformità ma’ dan il-paragrafu tista’ titqies murija jekk l-operatur jipprovdi evidenza ta’ xiri ta’ kwantità ta’ RFNBO jew RCF gassużi konness mal-kanċellazzjoni tal-kwantità rispettiva fil-Bażi tad-data tal-Unjoni stabbilita skont l-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001, jew bażi tad-data nazzjonali stabbilita mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 31a(5) ta’ dik id-Direttiva. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità sussegwenti rigward il-prova tas-sostenibbiltà tal-kwantitajiet ikkanċellati fil-bażijiet tad-data msemmija hawn fuq, l-awtorità kompetenti għandha tikkoreġi l-emissjonijiet ivverifikati kif xieraq.

▼B

TAQSIMA 3

Metodoloġija bbażata fuq il-kejl

Artikolu 40

Użu tal-metodoloġija ta' monitoraġġ ibbażata fuq il-kejl

L-operatur għandu juża metodoloġiji bbażati fuq il-kejl għall-emissjonijiet kollha tal-ossidu nitruż (N2O) kif stabbilit fl-Anness IV, u sabiex jikkwantifika CO2 ittrasferit skont l-Artikolu 49.

Barra dan, l-operatur jista' juża metodoloġiji bbażati fuq il-kejl għas-sorsi ta' emissjoni ta' CO2, jekk ikun jista' jipprovdi evidenza li għal kull sors ta' emissjoni jkun hemm konformità mal-livelli meħtieġa skont l-Artikolu 41.

Artikolu 41

Rekwiżiti tal-livelli

1.  

Għal kull sors maġġuri ta' emissjoni, l-operatur għandu japplika dan li ġej:

(a) 

fil-każ ta' installazzjoni tal-kategorija A, mill-inqas il-livelli elenkati fit-taqsima 2 tal-Anness VIII;

(b) 

f'każijiet oħrajn, l-ogħla livell elenkat fit-Taqsima 1 tal-Anness VIII.

Madankollu, l-operatur jista' japplika livell li jkun livell wieħed iżjed baxx minn dak meħtieġ skont l-ewwel subparagrafu għall-installazzjonijiet tal-kategorija C u sa żewġ livelli iżjed baxxi għall-installazzjonijiet tal-kategoriji A u B, b'minimu ta' livell 1, fejn jintwera għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-livell meħtieġ skont l-ewwel subparagrafu mhuwiex teknikament fattibbli jew jimplika kostijiet irraġonevoli.

2.  
Għal emissjonijiet minn sors ta' emissjoni minuri, l-operatur jista' japplika livell iżjed baxx minn dak meħtieġ skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, b'minimu ta' livell 1, fejn jintwera għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-livell meħtieġ skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 mhuwiex teknikament fattibbli jew jimplika kostijiet irraġonevoli.

Artikolu 42

Standards u laboratorji ta' kejl

1.  

Il-kejl kollu għandu jsir bl-applikazzjoni ta' metodi bbażati fuq:

(a) 

EN 14181 (Emissjonijiet ta' sors stazzjonarju — Assigurazzjoni ta' kwalità ta' sistemi ta' kejl awtomatizzati);

(b) 

EN 15259 (Kwalità tal-arja — Kejl ta' emissjonijiet minn sorsi stazzjonarji — Rekwiżiti għal taqsimiet u postijiet ta' kejl u għall-għan, il-pjan u r-rapport tal-kejl);

(c) 

standards EN rilevanti oħrajn, b'mod partikolari EN ISO 16911-2 (Emissjonijiet ta' sors stazzjonarju — Determinazzjoni manwali u awtomatika tar-rata tal-fluss tal-veloċità u tal-volum fit-tubi).

Fejn standards bħal dawn ma jkunux disponibbli, il-metodi għandhom ikunu bbażati fuq standards ISO adattati, standards ippubblikati mill-Kummissjoni jew standards nazzjonali. Fejn ma jeżistux standards applikabbli ppubblikati, għandhom jintużaw abbozzi ta' standards adattati, linji gwida dwar l-aqwa prattiki tal-industrija jew metodoloġiji oħra ppruvati xjentifikament, u għandu jiġi limitat il-preġudizzju fil-kampjunar u l-kejl.

L-operatur għandu jikkunsidra l-aspetti kollha rilevanti tas-sistema tal-kejl kontinwu, inkluż il-post tat-tagħmir, il-kalibrazzjoni, il-kejl, il-garanzija tal-kwalità u l-kontroll tal-kwalità.

2.  
L-operatur għandu jiżgura li l-laboratorji li jkunu qegħdin iwettqu kejl, kalibrazzjonijiet u valutazzjonijiet ta' tagħmir rilevanti għal CEMS ikunu akkreditati skont EN ISO/IEC 17025 għall-metodi analitiċi jew l-attivitajiet ta' kalibrazzjoni rilevanti.

Fejn il-laboratorju ma jkollux akkreditazzjoni bħal din, l-operatur għandu jiżgura li r-rekwiżiti ekwivalenti tal-Artikolu 34(2) u (3) jiġu ssodisfati.

Artikolu 43

Determinazzjoni tal-emissjonijiet

1.  
L-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet annwali minn sors ta' emissjoni matul il-perjodu ta' rapportar billi jgħodd matul il-perjodu ta' rapportar il-valuri kollha fis-siegħa tal-konċentrazzjoni mkejla tal-gassijiet serra mmultiplikati bil-valuri fis-siegħa tal-fluss ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija, fejn il-valuri fis-siegħa għandhom ikunu medji tar-riżultati kollha tal-kejl individwali tas-siegħa rispettiva tal-operat.

Fil-każ ta' emissjonijiet ta' CO2, l-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet annwali fuq il-bażi tal-ekwazzjoni 1 fl-Anness VIII. Is-CO rilaxxat fl-atmosfera għandu jiġi ttrattat bħall-ammont molari ekwivalenti ta' CO2.

Fil-każ tal-ossidu nitruż (N2O), l-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet annwali fuq il-bażi tal-ekwazzjoni fis-subtaqsima B.1 tat-taqsima 16 tal-Anness IV.

2.  
Fejn jeżistu ħafna sorsi ta' emissjoni f'installazzjoni waħda u ma jkunux jistgħu jitkejlu bħala sors wieħed ta' emissjoni, l-operatur għandu jkejjel l-emissjonijiet minn dawk is-sorsi ta' emissjoni b'mod separat u jgħodd ir-riżultati sabiex jikseb it-total tal-emissjonijiet tal-gass inkwistjoni matul il-perjodu ta' rapportar.
3.  

L-operatur għandu jiddetermina l-konċentrazzjoni tal-gassijiet serra fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija permezz ta' kejl kontinwu f'punt rappreżentattiv permezz ta' wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

kejl dirett;

(b) 

fil-każ ta' konċentrazzjoni għolja fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija, il-kalkolu tal-konċentrazzjoni bl-użu ta' kejl indirett tal-konċentrazzjoni bl-applikazzjoni tal-ekwazzjoni 3 fl-Anness VIII u billi jikkunsidra l-valuri mkejla ta' konċentrazzjoni tal-komponenti l-oħra kollha tal-fluss ta' gassijiet kif stabbilit fil-pjan ta' monitoraġġ tal-operatur.

▼M5

4.  

Fejn rilevanti, l-operatur għandu jiddetermina separatament kwalunkwe ammont ta’ CO2 li jirriżulta minn bijomassa. Għal dan l-għan, l-operatur jista’ juża:

▼B

(a) 

approċċ ibbażat fuq il-kalkolu, inkluż approċċi bl-użu ta' analiżijiet u kampjunar ibbażat fuq EN ISO 13833 (Emissjonijiet tas-sors stazzjonarji — Determinazzjoni tal-proporzjon tad-dijossidu tal-karbonju derivat mill-bijomassa (bijoġeniku) u mill-fossili — Kampjunar u determinazzjoni tar-radjukarbonju);

(b) 

metodu ieħor ibbażat fuq standard rilevanti, inkluż ISO 18466 (Emissjonijiet ta' sors stazzjonarju - Determinazzjoni tal-frazzjoni bijoġenika f'CO2 f'gass taċ-ċumnija bl-użu tal-metodu tal-bilanċ);

(c) 

metodu ta' stima ppubblikat mill-Kummissjoni.

▼M5

Fejn il-metodu propost mill-operatur jinvolvi kampjunar kontinwu mill-fluss tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija, EN 15259 (Kwalità tal-arja — Kejl ta’ emissjonijiet minn sorsi stazzjonarji — Rekwiżiti għal taqsimiet u postijiet ta’ kejl u għall-għan, il-pjan u r-rapport tal-kejl) għandu jiġi applikat. Il-pjan ta’ kampjunar skont l-Artikolu 33 għandu jkun proporzjonat mal-frekwenza tal-analiżi f’konformità mal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament u jiżgura r-rappreżentattività biex ikopri s-sena kollha ta’ rapportar.

▼M1

Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 38(5).

▼M4

Meta l-metodu propost mill-operatur jinvolvi kampjunar kontinwu mill-fluss tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija u l-installazzjoni tikkonsma gass naturali mill-grilja, l-operatur għandu jnaqqas is-CO2 li jirriżulta minn kwalunkwe bijogass li jinsab fil-gass naturali mill-emissjonijiet totali mkejla tas-CO2. Il-frazzjoni tal-bijomassa tal-gass naturali għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-Artikoli 32 sa 35.

▼M5

4a.  

L-operatur għandu juża l-frazzjoni tal-bijomassa ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 4 bħala l-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin għall-karburanti jew il-materjali kollha li jwasslu għal emissjonijiet li għalihom tiġi applikata l-metodoloġija bbażata fuq il-kejl:

(i) 

skont l-ewwel sas-sitt subparagrafi tal-Artikolu 38(5) ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 ma japplikawx; jew

(ii) 

100 % tal-frazzjoni tal-bijomassa tal-karburant jew tal-materjal użat huma koperti mill-evidenza rilevanti skont l-Artikolu 38(5) ta’ dan ir-Regolament.

Il-kundizzjoni (ii) għandha titqies issodisfata għall-bijogass immonitorjat f’konformità mal-Artikolu 39(4) ta’ dan ir-Regolament.

Fejn il-kundizzjonijiet (i) u (ii) ma jiġux issodisfati għal karburanti jew materjali li jwasslu għal emissjonijiet li għalihom tiġi applikata l-metodoloġija bbażata fuq il-kejl, l-operatur għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero għal dawn il-karburanti jew materjali bl-użu ta’ approċċ ibbażat fuq il-kalkolu f’konformità mal-Artikoli 24 sa 39a ta’ dan ir-Regolament.

4b.  
L-operatur jista’ jnaqqas mill-emissjonijiet totali tas-sors ta’ emissjoni l-emissjonijiet minn bijomassa bi klassifikazzjoni żero ddeterminati f’konformità mal-paragrafu 4a ta’ dan l-Artikolu.

Meta l-metodu propost mill-operatur għad-determinazzjoni tal-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero jinvolvi kampjunar kontinwu mill-fluss tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija u l-installazzjoni tikkonsma gass naturali mill-grilja, l-operatur għandu jiddetermina l-ammont fiżiku ta’ CO2 tal-bijogass użat f’konformità mal-Artikoli 32 sa 35 ta’ dan ir-Regolament u jnaqqas l-ammont ta’ CO2 rispettiv mis-CO2 bi klassifikazzjoni żero ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 4a ta’ dan l-Artikolu.

4c.  
Meta l-operatur juża RFNBOs, RCFs jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero fi proċess li għalih tiġi applikata l-metodoloġija bbażata fuq il-kejl, l-operatur jista’ jnaqqas mill-emissjonijiet totali l-emissjonijiet minn RFNBOs, RCFs jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero.

L-emissjonijiet minn RFNBOs, RCFs jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero għandhom jiġu ddeterminati bl-użu ta’ approċċ ibbażat fuq il-kalkolu f’konformità mal-Artikoli 24 sa 39a ta’ dan ir-Regolament. Dawn għandhom ikunu ugwali għad-data dwar l-attivitajiet tal-karburant rilevanti mmultiplikata bil-fattur ta’ emissjoni preliminari u l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero.

▼B

5.  

L-operatur għandu jiddetermina l-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija għall-kalkolu skont il-paragrafu 1 permezz ta' wieħed mill-metodi li ġejjin:

▼M5

(a) 

kalkolu permezz ta’ bilanċ tal-materjal adattat, b’kunsiderazzjoni tal-parametri sinifikanti kollha fuq in-naħa tal-input, inkluż għall-emissjonijiet ta’ CO2 mill-inqas it-tagħbijiet tal-materjali ta’ input, il-fluss tal-arja tal-input u l-effiċjenza tal-proċess, kif ukoll fuq in-naħa tal-output, inkluża mill-inqas il-produzzjoni tal-prodott u l-konċentrazzjoni ta’ ossiġenu (O2), diossidu tal-kubrit (SO2) u ossidi tan-nitroġenu (NOx)

▼B

(b) 

id-determinazzjoni permezz tal-kejl kontinwu tal-fluss f'punt rappreżentattiv.

Artikolu 44

Aggregazzjoni tad-data

▼M5

1.  
L-operatur għandu jikkalkula l-medji fis-siegħa għal kull parametru, inkluż il-konċentrazzjonijiet u l-fluss, rilevanti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet jew tal-ammonti ta’ CO2 trasferit bl-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kejl bl-użu tal-punti kollha tad-data disponibbli għal dik is-siegħa speċifika.

▼B

Fejn operatur jista' jiġġenera data għal perjodi iqsar ta' referenza mingħajr kostijiet addizzjonali, l-operatur għandu juża dawk il-perjodi għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet annwali skont l-Artikolu 43(1).

2.  
Fejn it-tagħmir tal-kejl kontinwu għal parametru jkun tilef il-kontroll, ikun barra mill-firxa jew ma jkunx qed jopera għal parti mis-siegħa jew il-perjodu ta' referenza msemmi fil-paragrafu 1, l-operatur għandu jikkalkula l-medja fis-siegħa relatata pro rata mal-punti tad-data li jifdal għal dik is-siegħa speċifika jew il-perjodu ta' referenza iqsar bil-kundizzjoni li tal-anqas ikun disponibbli 80 % tal-għadd massimu ta' punti tad-data għal parametru.

L-Artikolu 45(2) sa (4) għandu japplika fejn inqas minn 80 % tal-għadd massimu ta' punti ta' data għal parametru jkunu disponibbli.

Artikolu 45

Data nieqsa

1.  
Jekk parti mit-tagħmir tal-kejl f'CEMS ma toperax għal iżjed minn ħamest ijiem konsekuttivi fi kwalunkwe sena kalendarja, l-operatur għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien żejjed u jipproponi miżuri adegwati għat-titjib tal-kwalità tas-CEMS inkwistjoni.
2.  
Fejn ma tkunx tista' tiġi pprovduta siegħa valida jew perjodu iqsar ta' referenza ta' data skont l-Artikolu 44(1) għal parametru wieħed jew iktar tal-metodoloġija bbażata fuq il-kejl minħabba li t-tagħmir ikun tilef il-kontroll, ikun barra mill-firxa jew ma jkunx qed jopera, l-operatur għandu jiddetermina valuri ta' sostituzzjoni ta' kull siegħa ta' data nieqsa.
3.  
Fejn ma tkunx tista' tiġi pprovduta siegħa valida jew perjodu iqsar ta' referenza għal parametru mkejjel direttament bħala konċentrazzjoni, l-operatur għandu jikkalkula valur ta' sostituzzjoni bħala s-somma ta' konċentrazzjoni medja u d-doppju tad-devjazzjoni standard assoċjata ma' dik il-medja, bl-użu tal-ekwazzjoni 4 fl-Anness VIII.

Fejn il-perjodu ta' rapportar ma jkunx applikabbli għad-determinazzjoni ta' valuri ta' sostituzzjoni bħal dawn minħabba tibdil tekniku sinifikanti fl-installazjoni, l-operatur għandu jiftiehem mal-awtorità kompetenti dwar perjodu ta' żmien rappreżentattiv għad-determinazzjoni tal-medja u d-devjazzjoni standard, fejn possibbli b'dewmien ta' sena.

4.  
Fejn ma tkunx tista' tiġi pprovduta siegħa valida ta' data għal parametru għajr il-konċentrazzjoni, l-operatur għandu jikseb valuri ta' sostituzzjoni ta' dak il-parametru permezz ta' mudell adattat ta' bilanċ tal-massa jew bilanċ tal-enerġija tal-proċess. L-operatur għandu jivvalida r-riżultati bl-użu tal-parametri mkejla li jifdal tal-metodoloġija bbażata fuq il-kejl u d-data f'kundizzjonijiet tax-xogħol regolari, b'kunsiderazzjoni ta' perjodu ta' żmien tal-istess dewmien tan-nuqqas fid-data.

Artikolu 46

Korroborazzjoni mal-kalkolu tal-emissjonijiet

L-operatur għandu jikkorrobora emissjonijiet iddeterminati minn metodoloġija bbażata fuq il-kejl, bl-eċċezzjoni tal-emissjonijiet ta' N2O mill-produzzjoni tal-aċidu nitriku u l-gassijiet serra ttrasferiti f' ►M5  infrastruttura tat-trasport tas-CO2  ◄ jew post tal-ħżin, billi jikkalkula l-emissjonijiet annwali ta' kull gass serra kkunsidrat għall-istess sorsi ta' emissjoni u flussi minn sorsi.

L-użu ta' metodoloġiji ta' livelli ma għandux ikun meħtieġ.

TAQSIMA 4

Dispożizzjonijet speċjali

Artikolu 47

Installazzjonijiet b'emissjonijiet baxxi

1.  
L-awtorità kompetenti tista' tippermetti li l-operatur jissottometti pjan ta' monitoraġġ issimplifikat skont l-Artikolu 13, bil-kundizzjoni li huwa jopera installazzjoni b'emissjonijiet baxxi.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-installazzjonijiet li jwettqu attivitajiet li għalihom huwa inkluż l-N2O skont l-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE.

2.  

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, installazzjoni għandha tiġi kkunsidrata installazzjoni b'emissjonijiet baxxi fejn tintlaħaq mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-emissjonijiet annwali medji ta' dik l-installazzjoni rrapportati fir-rapporti vverifikati dwar l-emissjonijiet waqt il-perjodu ta' negozjar immedjatament qabel il-perjodu ta' negozjar attwali, bl-esklużjoni ta' CO2 li joriġina minn ►M5  karbonju bi klassifikazzjoni żero ◄ u qabel it-tnaqqis ta' CO2 ittrasferit, ikunu inqas minn 25 000  tunnellata ta' CO2(e) kull sena;

(b) 

l-emissjonijiet annwali medji msemmija fil-punt (a) ma jkunux disponibbli jew ma jkunux għadhom applikabbli minħabba tibdil fil-konfini tal-installazzjoni jew tibdil fil-kundizzjonijiet tal-operat tal-installazzjoni, iżda l-emissjonijiet annwali ta' dik l-installazzjoni għall-ħames snin li jkun imiss, bl-esklużjoni ta' CO2 li joriġina minn ►M5  karbonju bi klassifikazzjoni żero ◄ u qabel it-tnaqqis ta' CO2 ittrasferit, ikunu, abbażi ta' metodu konservattiv ta' stima, inqas minn 25 000  tunnellata ta' CO2(e) kull sena.

▼M5 —————

▼B

3.  
L-operatur ta' installazzjoni b'emissjonijiet baxxi ma għandux ikun meħtieġ jissottometti d-dokumenti ta' appoġġ imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(1), u għandu jkun eżentat mir-rekwiżit tar-rapportar dwar titjib imsemmi fl-Artikolu 69(4) bi tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet għat-titjib irrappurtat mill-verifikatur fir-rapport ta' verifika.
4.  
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 27, l-operatur ta' installazzjoni b'emissjonijiet baxxi jista' jiddetermina l-ammont ta' karburant jew materjal bl-użu ta' reġistri disponibbli u ddokumentati dwar ix-xiri u stimi ta' tibdil fil-ħażna. L-operatur għandu jkun ukoll eżentat mir-rekwiżit li jipprovdi l-valutazzjoni ta' inċertezza msemmija fl-Artikolu 28(2) lill-awtorità kompetenti.
5.  
L-operatur ta' installazzjoni b'emissjonijiet baxxi għandu jkun eżentat mir-rekwiżit tal-Artikolu 28(2) li jinkludi l-inċertezza relatata ma' tibdil fil-ħażna f'valutazzjoni ta' inċertezza.
6.  
Permezz ta' deroga mill-Artikoli 26(1) u 41(1), l-operatur ta' installazzjoni b'emissjonijiet baxxi jista' japplika bħala minimu l-livell 1 għall-finijiet li jiddetermina data tal-attivitajiet u fatturi ta' kalkolu għall-flussi kollha minn sorsi u għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet b'metodoloġiji bbażati fuq il-kejl, sakemm ma tkunx tista' tintlaħaq preċiżjoni ogħla mingħajr sforz addizzjonali għall-operatur, mingħajr ma jipprovdi evidenza li l-applikazzjoni ta' livelli ogħla mhijiex teknikament fattibbli jew tista' timplika kostijiet irraġonevoli.
7.  
Għall-iskop li jiġu ddeterminati fatturi ta' kalkolu abbażi ta' analiżi skont l-Artikolu 32, l-operatur ta' installazzjoni b'emissjonijiet baxxi jista' juża kwalunkwe laboratorju li jkun teknikament kompetenti u li kapaċi jiġġenera riżultati teknikament validi bl-użu tal-proċeduri analitiċi rilevanti, u jipprovdi evidenza għal miżuri ta' garanzija tal-kwalità kif imsemmi fl-Artikolu 34(3).
8.  
Fejn installazzjoni b'emissjonijiet baxxi suġġetta għal monitoraġġ simplifikat taqbeż il-livell limitu msemmi fil-paragrafu 2 fi kwalunkwe sena kalendarja, l-operatur tagħha għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar dan mingħajr dewmien żejjed.

L-operatur għandu, mingħajr dewmien żejjed, jissottometti modifika sinifikanti tal-pjan ta' monitoraġġ kif mifhum fil-punt (b) tal-Artikolu 15(3), lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni.

Madankollu, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti li l-operatur ikompli l-monitoraġġ issimplifikat bil-kundizzjoni li l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-livell limitu msemmi fil-paragrafu 2 ma jkunx inqabeż fil-ħames perjodi ta' rapportar li jkunu għaddew u ma jkunx se jerġa' jinqabeż mill-perjodu ta' rapportar li jmiss 'il quddiem.

Artikolu 48

CO2 inerenti

1.  
Is-CO2 inerenti li jiġi ttrasferit f'installazzjoni, inkluż dak li jkun jinsab f'gass naturali jew gass tal-iskart (inkluż il-gass minn kalkara tal-funderija jew gass ta' forn tal-kokk) jew f'inputs ta' proċess (inkluż gass ta' sinteżi), għandu jiġi inkluż fil-fattur ta' emissjoni għal dak il-karburant.

▼M5

2.  
Fejn CO2 inerenti joriġina minn attivitajiet koperti bl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE jew inklużi skont l-Artikolu 24 ta’ dik id-Direttiva u sussegwentement jiġi ttrasferit barra mill-installazzjoni bħala parti ta’ fluss minn sors lejn installazzjoni u attività oħra koperti b’dik id-Direttiva, ma għandux jingħadd bħala emissjonijiet tal-installazzjoni fejn joriġina. Għad-determinazzjoni tal-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero, il-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx tal-karbonju bi klassifikazzjoni żero tas-CO2 inerenti f’konformità mal-Artikolu 39 ta’ dan ir-Regolament, l-operatur tal-installazzjoni tat-trasferiment għandu jiżgura li l-metodoloġija ta’ monitoraġġ magħżula ma tissottovalutax b’mod sistematiku l-emissjonijiet totali tal-installazzjoni tat-trasferiment.

▼B

Madankollu, fejn CO2 inerenti jiġi rilaxxat, jew ittrasferit barra mill-installazzjoni lejn entitajiet mhux koperti minn dik id-Direttiva, għandu jingħadd bħala emissjonijet tal-installazzjoni fejn joriġina.

▼M5

3.  
L-operaturi jistgħu jiddeterminaw kwantitajiet ta’ CO2 inerenti ttrasferiti barra mill-installazzjoni kemm fl-installazzjoni tat-trasferiment kif ukoll f’dik riċevitriċi. F’dak il-każ, il-kwantitajiet ta’ CO2 inerenti ttrasferiti u riċevuti rispettivament u l-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero korrispondenti, il-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero u l-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero għandhom ikunu identiċi.

▼B

Fejn il-kwantitajiet ta' CO2 inerenti ttrasferiti u riċevuti ma jkunux identiċi, il-medja aritmetika taż-żewġ valuri determinati għandha tintuża kemm fir-rapport dwar l-emissjonijiet tal-installazzjoni tat-trasferiment kif ukoll f'dik riċevitriċi, fejn id-devjazzjoni bejn il-valuri tista' tiġi spjegata bl-inċertezza tas-sistemi ta' kejl jew tal-metodu tad-determinazzjoni. F'każijiet bħal dan, ir-rapport dwar l-emissjonijiet għandu jirreferi għall-allinjament ta' dak il-valur.

Fejn id-devjazzjoni bejn il-valuri ma tistax tiġi spjegata bil-firxa ta' inċertezza approvata tas-sistemi ta' kejl jew tal-metodu ta' determinazzjoni, l-operaturi tal-installazzjonijiet tat-trasferiment u dawk riċevituri għandhom jallinjaw il-valuri billi japplikaw aġġustamenti konservattivi approvati mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 49

CO2 ittrasferit

▼M5

1.  

L-operatur għandu jnaqqas mill-emissjonijiet tal-installazzjoni kwalunkwe ammont ta’ CO2 li joriġina mill-attivitajiet koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE li ma joriġinax minn karbonju bi klassifikazzjoni żero u li ma jiġix rilaxxat mill-installazzjoni, iżda ttrasferit barra mill-installazzjoni għal kwalunkwe waħda mill-installazzjonijiet li ġejjin:

(i) 

installazzjoni għall-qbid għall-fini ta’ trasport u ħżin ġeoloġiku fuq perjodu twil f’post ta’ ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE;

(ii) 

infrastruttura tat-trasport tas-CO2 bl-iskop ta’ ħżin ġeoloġiku fuq perjodu twil f’post tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE;

(iii) 

post tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE għall-fini ta’ ħżin ġeoloġiku fuq perjodu twil.

▼B

2.  
Fir-rapport dwar l-emissjonijiet annwali tiegħu, l-operatur tal-installazzjoni tat-trasferiment għandu jipprovdi l-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istallazzjoni tal-installazzjoni riċevitriċi rikonoxxut skont l-atti adottati skont l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, jekk l-installazzjoni riċevitriċi tkun koperta minn dik id-Direttiva. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, l-operatur tal-installazzjoni tat-trasferiment għandu jipprovdi l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni ta' kuntatt ta' persuna ta' kuntatt għall-installazzjoni riċevitriċi.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-installazzjoni riċevitriċi fir-rigward tal-kodiċi ta' identifikazzjoni ta' installazzjoni tal-installazzjoni tat-trasferiment.

▼M5

3.  
Għad-determinazzjoni tal-kwantità ta’ CO2 ittrasferit minn installazzjoni waħda jew infrastruttura tat-trasport tas-CO2 għal installazzjoni jew infrastruttura tat-trasport tas-CO2 oħra f’konformità mal-paragrafu 1, l-operatur għandu japplika, soġġett għad-dispożizzjonijiet ulterjuri stabbiliti fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament, jew metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu, jew metodoloġija bbażata fuq il-kejl, f’konformità mal-Artikoli 43, 44 u 45 ta’ dan ir-Regolament.

Meta tiġi applikata l-metodoloġija bbażata fuq il-kejl, is-sors tal-emissjonijiet għandu jikkorrispondi mal-punt tal-kejl u l-emissjonijiet għandhom jiġu espressi bħala l-kwantità ta’ CO2 ittrasferit.

4.  
Meta juża metodoloġija bbażata fuq il-kejl għad-determinazzjoni tal-kwantità ta’ CO2 ittrasferit minn installazzjoni jew infrastruttura tat-trasport tas-CO2 għal oħra, l-operatur għandu japplika l-ogħla livell kif iddefinit fit-Taqsima 1 tal-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament.

Madankollu, l-operatur jista’ japplika l-livell iktar baxx li jkun imiss bil-kundizzjoni li huwa jistabbilixxi li l-applikazzjoni tal-ogħla livell kif iddefinit fit-Taqsima 1 tal-Anness VIII ma tkunx teknikament fattibbli jew timplika kostijiet irraġonevoli.

▼B

5.  
L-operaturi jistgħu jiddeterminaw kwantitajiet ta' CO2 ittrasferiti barra mill-installazzjoni kemm fl-installazzjoni tat-trasferiment kif ukoll f'dik riċevitriċi. F'każijiet bħal dawn, għandu japplika l-Artikolu 48(3).

▼M5

6.  
Fil-każ tat-trasferiment ta’ CO2 lejn installazzjoni għall-qbid li jirriżulta minn materjali jew karburanti li fihom frazzjoni ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero, l-installazzjoni ta’ trasferiment għandha tnaqqas biss mill-emissjonijiet irrapportati tagħha f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu l-kwantità ta’ CO2 proporzjonali għall-frazzjoni ta’ karbonju li ma joriġinax minn karbonju bi klassifikazzjoni żero.

Operatur ta’ infrastruttura tat-trasport tas-CO2 jew sit tal-ħżin għandu jimmonitorja l-emissjonijiet minn avvenimenti ta’ tnixxija, emissjonijiet li jaħarbu u emissjonijiet irrilaxxati apposta minn kwalunkwe CO2 imsemmi fl-ewwel subparagrafu, inkluż minn CO2 li joriġina minn entitajiet li ma jwettqux attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, u jirrapporta l-emissjonijiet daqslikieku s-CO2 kien fossili.

7.  
L-operatur ta’ infrastruttura tat-trasport tas-CO2 jista’ jinkludi fl-emissjonijiet irrapportati f’perjodu ta’ rapportar partikolari, kwalunkwe CO2 fi tranżitu li jkun ġie ttrasferit lejn installazzjoni jew infrastruttura tat-trasport tas-CO2 oħra sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara. Kull sena, l-operatur għandu jiġbor inventarju tas-CO2 li jidħol u joħroġ mill-infrastruttura tat-trasport tas-CO2 u jirrapporta separatament kwalunkwe CO2 fi tranżitu.

Artikolu 49a

Emissjonijiet marbuta kimikament b’mod permanenti fi prodott

1.  
L-operatur għandu jnaqqas mill-emissjonijiet tal-installazzjoni kwalunkwe ammont ta’ CO2 li joriġina minn karbonju mingħajr klassifikazzjoni żero f’attivitajiet koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE li ma jiġix rilaxxat mill-installazzjoni, iżda kimikament marbut b’mod permanenti fi prodott elenkat fir-Regolament Delegat adottat skont l-Artikolu 12(3b) tad-Direttiva 2003/87/KE.

Fil-każ ta’ CO2 li jirriżulta minn materjali jew karburanti li fihom frazzjoni ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero, l-operatur għandu jnaqqas biss mill-emissjonijiet tal-installazzjoni l-kwantità tas-CO2 kimikament marbut b’mod permanenti fi prodott elenkat fir-Regolament Delegat adottat skont l-Artikolu 12(3b) tad-Direttiva 2003/87/KE, proporzjonali għall-frazzjoni tal-karbonju li ma joriġinax minn karbonju bi klassifikazzjoni żero.

2.  
Għad-determinazzjoni tal-kwantità ta’ CO2 marbut fi prodott li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, l-operatur għandu jew japplika l-metodoloġija standard f’konformità mat-Taqsimiet 2 u 4 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, jew japplika bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament bl-użu tal-karburanti u l-materjali li jkunu deħlin u ħerġin mill-proċess li fih is-CO2 ikun kimikament marbut bħala l-flussi minn sorsi rilevanti għal dan il-kalkolu, filwaqt li titqies kwalunkwe emissjoni ta’ kombustjoni relatata mal-proċess. Għal dan l-għan, l-ogħla livell kif definit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi applikat kif speċifikat fl-istess Anness għall-attività li minnha joriġina s-CO2. Madankollu, l-operatur jista’ japplika l-livell iktar baxx li jkun imiss bil-kundizzjoni li l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-applikazzjoni tal-ogħla livell kif iddefinit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament mhijiex teknikament fattibbli jew timplika kostijiet irraġonevoli.

▼B

Artikolu 50

Użu jew trasferiment ta' N2O

1.  
Fejn l-N2O joriġina minn attivitajiet koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE li għalihom dak l-Anness jispeċifika l-N2O bħala rilevanti u installazzjoni ma tirrilaxxax l-N2O iżda tittrasferih lejn installazzjoni oħra li timmonitorja u tirrapporta l-emissjonijiet skont dan ir-Regolament, ma għandux jingħadd bħala emissjonijiet tal-installazzjoni fejn joriġina.

Installazzjoni li tirċievi l-N2O minn installazzjoni u attività skont l-ewwel subparagrafu għandha timmonitorja l-flussi tal-gass rilevanti bl-istess metodoloġiji, kif meħtieġ minn dan ir-Regolament, daqs li kieku l-N2O ġie ġġenerat fl-installazzjoni riċevitriċi stess.

Madankollu, fejn l-N2O jiġi bbottiljat jew użat bħala gass fi prodotti sabiex jiġi rrilaxxat barra l-installazzjoni, jew fejn jiġi ttrasferit barra mill-installazzjoni lil entitajiet mhux koperti bid-Direttiva 2003/87/KE, għandu jingħadd bħala emissjonijiet tal-installazzjoni fejn joriġina, ħlief għall-kwantitajiet ta' N2O li fir-rigward tagħhom l-operatur tal-installazzjoni fejn joriġina l-N2O jista' juri lill-awtorità kompetenti li l-N2O jinqered bl-użu ta' tagħmir adattat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

2.  
Fir-rapport dwar l-emissjonijiet annwali tiegħu, l-operatur tal-installazzjoni tat-trasferiment għandu jipprovdi l-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-installazzjoni tal-installazzjoni riċevitriċi rikonoxxut skont l-atti adottati skont l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, jekk rilevanti.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-installazzjoni riċevitriċi fir-rigward tal-kodiċi ta' identifikazzjoni ta' installazzjoni tal-installazzjoni tat-trasferiment.

3.  
Sabiex jiddetermina l-kwantità ta' N2O ittrasferita minn installazzjoni waħda għall-oħra, l-operatur għandu japplika metodoloġija bbażata fuq il-kejl, inkluż skont l-Artikoli 43, 44 u 45. Is-sors ta' emissjoni għandu jikkorrispondi għall-punt tal-kejl u l-emissjonijiet għandhom jiġu espressi bħala l-kwantità ta' N2O ittrasferita.
4.  
Għad-determinazzjoni tal-kwantità ta' N2O ittrasferita minn installazzjoni għall-oħra, l-operatur għandu japplika l-ogħla livell kif iddefinit fit-Taqsima 1 tal-Anness VIII għal emissjonijiet ta' N2O.

Madankollu, l-operatur jista' japplika l-livell iktarbaxx li jkun imiss bil-kundizzjoni li huwa jistabbilixxi li l-applikazzjoni tal-ogħla livell kif iddefinit fit-Taqsima 1 tal-Anness VIII ma tkunx teknikament fattibbli jew timplika kostijiet irraġonevoli.

5.  
L-operaturi jistgħu jiddeterminaw kwantitajiet ta' N2O ittrasferiti barra mill-installazzjoni kemm fl-installazzjoni tat-trasferiment kif ukoll f'dik riċevitriċi. F'każijiet bħal dawn, għandu japplika l-Artikolu 48(3) mutatis mutandis.

KAPITOLU IV

▼M5

MONITORAĠĠ TA’ EMISSJONIJIET U EFFETTI MHUX TAS-CO2 MILL-AVJAZZJONI

▼B

Artikolu 51

Dispożizzjonijiet ġenerali

▼M5

1.  
Kull operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jimmonitorja u jirrapporta emissjonijiet u effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 mill-attivitajiet tal-avjazzjoni għat-titjiriet kollha inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE li jitwettqu minn dak l-operatur ta’ inġenju tal-ajru matul il-perjodu ta’ rapportar u li għalihom l-operatur ta’ inġenju tal-ajru huwa responsabbli.

▼B

Għal dak il-għan, l-operatur ta' inġenji tal-ajru għandu jattribwixxi t-titjiriet kollha lis-sena kalendarja skont il-ħin tat-tluq imkejjel fil-Ħin Universali Kkoordinat.

▼M4 —————

▼M5

3.  

Għall-fini li jiġi identifikat l-operatur ta’ inġenju tal-ajru uniku msemmi fil-punt (o) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/87/KE li jkun responsabbli għal titjira, għandu jintuża s-sinjal tas-sejħa użat għall-finijiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru, kif stabbilit fl-entrata 7 tal-pjan tat-titjira. Is-sinjal tas-sejħa għandu jiddetermina l-operatur ta’ inġenju tal-ajru kif ġej:

(a) 

meta l-entrata 7 jkun fiha d-deżinjatur tal-ICAO għall-aġenzija operattiva tal-inġenji tal-ajru, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru uniku għandu jkun l-aġenzija operattiva tal-inġenji tal-ajru li tkun ġiet assenjata dak id-diżenjatur tal-ICAO;

(b) 

meta l-entrata 7 jkun fiha n-nazzjonalità jew il-marka komuni, u l-marka tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru li jkun espliċitament elenkat f’ċertifikat tal-operatur tal-ajru (jew ekwivalenti) jew f’dokument maħruġ minn Stat u li jidentifika l-operatur ta’ inġenju tal-ajru, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru uniku għandu jkun il-persuna ġuridika jew fiżika li jkollha dak iċ-ċertifikat tal-operatur ta’ inġenju tal-ajru (jew ekwivalenti) jew li tkun iddikjarata fid-dokument.

▼M5

3a.  
Meta l-operatur ta’ inġenju tal-ajru uniku ma jkunx jista’ jiġi identifikat bl-użu tas-sinjal tas-sejħa kif imsemmi fil-paragrafu 3, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru uniku msemmi fil-punt (o) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/87/KE li jkun responsabbli għal titjira, ikun il-persuna ġuridika jew fiżika li jkollha relazzjoni ta’ impjieg jew kuntrattwali oħra mal-kaptan tat-titjira.

▼B

4.  
Fejn l-identità tal-operatur tal-inġenji tal-ajru ma tkunx magħrufa, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-proprjetarju tal-inġenju tal-ajru bħala l-operatur tal-inġenji tal-ajru għajr jekk tagħti prova tal-identità tal-operatur tal-inġenji tal-ajru responsabbli.

Artikolu 52

Sottomissjoni tal-pjanijiet ta' monitoraġġ

▼M5

1.  
Mhux aktar tard minn 4 xhur qabel ma operatur ta’ inġenju tal-ajru jibda attivitajiet ta’ avjazzjoni koperti bl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti pjan ta’ monitoraġġ għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet u tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, operatur ta’ inġenju tal-ajru li għall-ewwel darba jwettaq attività tal-avjazzjoni koperta bl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, jew jimmonitorja u jirrapporta l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2, li ma setgħux jiġu previsti 4 xhur qabel l-attività, għandu jissottometti pjan ta’ monitoraġġ lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien żejjed, iżda mhux aktar minn 6 ġimgħat wara li l-attività tkun twettqet. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jipprovdi ġustifikazzjoni xierqa lill-awtorità kompetenti għala ma setax jissottometti pjan ta’ monitoraġġ 4 xhur qabel l-attività.

▼B

Fejn l-Istat Membru li jamministra msemmi fl-Artikolu 18a tad-Direttiva 2003/87/KE ma jkunx magħruf minn qabel, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu mingħajr dewmien żejjed jissottometti l-pjan ta' monitoraġġ meta informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jamministra ssir disponibbli.

▼M4 —————

▼B

Artikolu 53

Metodoloġija ta' monitoraġġ għall-emissjonijiet minn attivitajiet tal-avjazzjoni

▼M5

1.  
Kull operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina l-emissjonijiet annwali ta’ CO2 minn attivitajiet tal-avjazzjoni billi jimmultiplika l-konsum annwali ta’ kull karburant pur (espress f’tunnellati) bil-fattur rispettiv ta’ emissjoni.

Għall-karburanti tal-avjazzjoni mħallta, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina l-ammont teoretiku ta’ kull karburant pur mill-ammont totali ta’ dak il-karburant tal-avjazzjoni mħallat u d-data ta’ kompożizzjoni rilevanti billi japplika dan li ġej:

(i) 

meta karburant ikun fih bijomassa, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa f’konformità mal-Artikolu 54;

(ii) 

meta karburant ikun fih RFNBO, RCF jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju f’konformità mal-Artikolu 54b;

(iii) 

meta l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju ma tkunx żero u meta l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jkun irid jagħmel użu minn klassifikazzjoni żero, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero f’konformità mal-Artikolu 54c;

(iv) 

meta l-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero, il-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero ma jkunux żero, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jikkalkula l-frazzjoni bi klassifikazzjoni żero bħala s-somma tal-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero, il-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero u l-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero. Il-frazzjoni fossili hija s-somma tal-frazzjonijiet kollha mingħajr klassifikazzjoni żero.

(v) 

l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jikkalkula l-ammont ta’ kull karburant pur bħala l-ammont totali tal-karburant tal-avjazzjoni mħallat immultiplikat bil-frazzjoni rilevanti.

Għall-fini tal-punt (iv) ta’ dan il-paragrafu, meta l-operatur ta’ inġenju tal-ajru ma jikkalkulax il-frazzjoni bi klassifikazzjoni żero, il-frazzjoni fossili għandha tkun 100 %.

▼M5

1a.  
B’deroga mill-paragrafu 1, għall-fini tal-valutazzjoni tal-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 55(1) u 55(2) ta’ dan ir-Regolament, fl-Artikolu 28a(4) tad-Direttiva 2003/87/KE u fl-entrata “Avjazzjoni” tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina l-emissjonijiet tas-CO2 bil-multiplikazzjoni tal-konsum annwali ta’ kull karburant bil-fattur ta’ emissjonijiet preliminari tiegħu.
1b.  
Għall-fini tar-rapportar skont l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603 ( 7 ), l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina u jirrapporta l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-multiplikazzjoni tal-konsum annwali ta’ kull karburant bil-fattur ta’ emissjoni preliminari tiegħu.

▼B

2.  
Kull operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiddetermina l-konsum ta' karburant għal kull titjira u għal kull karburant, inkluż il-karburant ikkunsmat mill-unità tal-enerġija awżiljara. Għal dak l-iskop, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu juża wieħed mill-metodi stabbiliti fit-taqsima 1 tal-Anness III. L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jagħżel il-metodu li jipprovdi għad-data l-iżjed kompluta u puntwali kkombinata mal-inċertezza l-iżjed baxxa mingħajr ma jidħol f'kostijiet irraġonevoli.
3.  

Kull operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiddetermina l-karburant ippumpjat fit-tank imsemmi fit-Taqsima 1 tal-Anness III abbażi ta' wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-kejl min-naħa tal-fornitur tal-karburant, kif iddokumentat fin-noti tal-konsenja jew il-fatturi tal-karburant għal kull titjira;

(b) 

id-data minn sistemi ta' kejl abbord inġenji tal-ajru rreġistrata fid-dokumentazzjoni tal-massa u l-bilanċ, fir-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru jew trażmessa b'mod elettroniku mill-inġenju tal-ajru lill-operatur tal-inġenji tal-ajru.

4.  
L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiddetermina l-karburant li jkun hemm fit-tank bl-użu ta' data minn sistemi ta' kejl abbord ta' inġenji tal-ajru u rreġistrata fid-dokumentazzjoni tal-massa u l-bilanċ, fir-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru jew jittrażmettiha b'mod elettroniku mill-inġenju tal-ajru lill-operatur tal-inġenji tal-ajru.
5.  
Fejn l-ammont ta' karburant ippumpjat fit-tank jew l-ammont ta' karburant li jifdal fit-tankijiet jiġi ddeterminat f'unitajiet ta' volum, espressi f'litri, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jibdel dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta' valuri tad-densità. L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu juża d-densità tal-karburant (li jista' tkun valur effettiv jew standard ta' 0,8 kg għal kull litru) li jintuża għal raġunijiet operattivi u ta' sikurezza.

Il-proċedura għall-informazzjoni dwar l-użu ta' densità effettiva jew standard għandha tkun iddettaljata fil-pjan ta' monitoraġġ flimkien ma' referenza għad-dokumentazzjoni rilevanti tal-operatur tal-inġenji tal-ajru.

6.  
Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu juża l-fatturi predefiniti tal-emissjonijiet stabbiliti fit-Tabella 1 fl-Anness III.

▼M4

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jużaw il-fatturi ta’ emissjonijiet prestabbiliti stipulati fit-Tabella 1 fl-Anness III bħala l-fattur preliminari ta’ emissjoni.

▼M5

Għal karburanti tal-avjazzjoni alternattivi għajr bijokarburanti, RFNBO, RCF jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina l-fattur ta’ emissjoni f’konformità mal-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament. Għal karburanti bħal dawn, il-valur kalorifiku nett għandu jiġi ddeterminat u rrapportat bħala element ta’ memo.

▼B

7.  
Permezz ta' deroga mill-paragrafu 6, l-operatur tal-inġenji tal-ajru jista', mal-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, jikseb il-fattur ta' emissjoni jew il-kontenut ta' karbonju, li fuqu tkun ibbażata, jew il-valur kalorifiku nett għall-karburanti li jiġu nnegozjati b'mod kummerċjali mir-reġistri tax-xiri għall-karburant inkwistjoni pprovdut mill-fornitur ta' karburant, bil-kundizzjoni li dawk li jkunu nkisbu abbażi ta' standards u fatturi ta' emissjonijiet aċċettati f'livell internazzjonali elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness III ma jkunux jistgħu jiġu applikati.

▼M5

Artikolu 53a

Regoli ta’ rapportar għall-użu ta’ karburanti tal-avjazzjoni alternattivi

1.  
L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jimmonitorja l-ammont ta’ karburanti tal-avjazzjoni alternattivi użati u jirrapporta dak l-ammont kif attribwit għal kull titjira jew par ta’ ajrudromi.
2.  
Meta l-karburanti tal-avjazzjoni alternattivi jiġu kkonsenjati lill-inġenju tal-ajru f’lottijiet fiżikament identifikabbli, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-karburant tal-avjazzjoni alternattiv huwa attribwit għat-titjira immedjatament wara l-ippumpjar tal-karburant ta’ dik it-titjira.

Meta jitwettqu diversi titjiriet sussegwenti mingħajr ippumpjar tal-karburant bejn dawn it-titjiriet, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jaqsam l-ammont ta’ karburant alternattiv u jassenjah lil dawn it-titjiriet b’mod proporzjonali għall-emissjonijiet minn dawk it-titjiriet ikkalkulati bl-użu tal-fattur ta’ emissjoni preliminari.

3.  
Meta l-karburanti tal-avjazzjoni alternattivi ma jkunux jistgħu jiġu attribwiti fiżikament f’ajrudrom għal titjira speċifika, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jattribwixxi l-karburant għat-titjiriet tiegħu li għalihom iridu jiġu ċeduti kwoti f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE b’mod proporzjonali għall-emissjonijiet minn dawk it-titjiriet li jitilqu minn dak l-ajrudrom ikkalkulati bl-użu tal-fattur ta’ emissjoni preliminari.

F’dan ir-rigward, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jrid jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-karburant tal-avjazzjoni alternattiv ġie kkonsenjat lis-sistema ta’ riforniment tal-karburant tal-ajrudrom tat-tluq fil-perjodu ta’ rapportar, jew 3 xhur qabel il-bidu, jew 3 xhur wara t-tmiem, ta’ dak il-perjodu ta’ rapportar.

4.  

Għall-fini tal-paragrafi 2 u 3, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li:

(i) 

l-ammont totali ta’ karburant tal-avjazzjoni alternattiv mitlub ma jaqbiżx l-użu totali tal-karburant ta’ dak l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għal titjiriet li għalihom iridu jiġu ċeduti kwoti f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, li joriġinaw mill-ajrudrom li fih jiġi fornut il-karburant tal-avjazzjoni alternattiv;

(ii) 

l-ammont ta’ karburant tal-avjazzjoni alternattiv għal titjiriet li għalihom il-kwoti jridu jiġu ċeduti f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE ma jaqbiżx il-kwantità totali ta’ karburant tal-avjazzjoni alternattiv mixtri li minnu titnaqqas il-kwantità totali ta’ karburanti tal-avjazzjoni alternattivi mibjugħa lil partijiet terzi;

(iii) 

il-proporzjon bejn il-karburanti tal-avjazzjoni alternattivi u l-karburanti fossili attribwiti għal titjiriet aggregati għal kull par ta’ ajrudromi ma jaqbiżx il-limitu massimu ta’ taħlit għal dak it-tip ta’ karburant kif iċċertifikat skont standard internazzjonali rikonoxxut;

(iv) 

ma hemm l-ebda għadd doppju tal-istess kwantità ta’ karburant tal-avjazzjoni alternattiv, b’mod partikolari li l-karburant tal-avjazzjoni alternattiv mixtri ma jiġix iddikjarat li jintuża f’rapport preċedenti jew minn xi operatur ta’ inġenju tal-ajru ieħor, jew f’sistema oħra tal-ipprezzar tal-karbonju.

Għall-fini tal-punti (i) sa (iii), kwalunkwe karburant li jibqa’ fit-tankijiet wara titjira u qabel l-ippumpjar tal-karburant huwa preżunt li huwa 100 % karburant fossili.

Għall-fini li tintwera l-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-punt (iv), l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ juża d-data rreġistrata fil-bażi tad-data tal-Unjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew bażi tad-data nazzjonali stabbilita mill-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 31a(5) ta’ dik id-Direttiva.

▼M5

Artikolu 54

Determinazzjoni tal-frazzjoni tal-bijomassa għall-bijokarburanti

1.  
L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa tal-karburanti tal-avjazzjoni mħallta li fihom il-bijokarburanti. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jew jassumi n-nuqqas ta’ bijokarburant u japplika frazzjoni fossili prestabbilita ta’ 100 %, jew jiddetermina frazzjoni ta’ bijokarburant f’konformità mal-paragrafi 2 jew 3. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu juża l-valur prestabbilit tal-frazzjoni tal-bijomassa ta’ 100 % għall-bijokarburanti puri.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru li juża karburanti tal-avjazzjoni mħallta li fihom il-bijokarburanti, jista’ jagħżel li jimmonitorja l-kontenut tal-bijokarburanti u l-kontenut tal-karburanti fossili tal-avjazzjoni, bħala flussi minn sorsi separati jekk l-evidenza pprovduta mill-fornituri tal-karburant tippermetti tali approċċ.

2.  
Fejn il-bijokarburanti jitħalltu fiżikament mal-karburanti fossili u jitwasslu lill-inġenju tal-ajru f’lottijiet fiżikament identifikabbli, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jwettaq analiżijiet f’konformità mal-Artikoli 32 sa 35 biex jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa, abbażi ta’ standard rilevanti u l-metodi analitiċi stabbiliti f’dawk l-Artikoli, sakemm l-użu ta’ dak l-istandard u ta’ dawk il-metodi analitiċi jiġi approvat mill-awtorità kompetenti. Fejn l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li tali analiżijiet iġarrbu kostijiet irraġonevoli jew ma jkunux teknikament fattibbli, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jibbaża l-istima tal-kontenut tal-bijokarburanti fuq bilanċ materjali tat-taħlit ta’ karburanti fossili u bijokarburanti mixtrija. Jekk il-frazzjoni tal-bijomassa tkun ġiet iddeterminata bl-użu tal-bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, ma għandha tkun meħtieġa l-ebda evidenza ta’ kostijiet irraġonevoli jew fattibbiltà teknika.
3.  
Fejn il-lottijiet ta’ bijokarburant mixtrija ma jitwasslux fiżikament lil inġenju tal-ajru speċifiku, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru ma għandux juża l-analiżijiet biex jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa tal-karburanti użati. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa bl-użu ta’ rekords tax-xiri ta’ bijokarburant b’kontenut ta’ enerġija ekwivalenti.

Arikolu 54a

Dispożizzjonijiet speċifiċi għal karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli

1.  
Għall-fini tal-Artikolu 3c(6) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru kummerċjali għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm proċedura bil-miktub sabiex jimmonitorja kwalunkwe ammont ta’ karburant tal-avjazzjoni eliġibbli pur (f’tunnellati) użat għal titjiriet subsoniċi, u għandu jirrapporta l-ammonti ta’ karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli ddikjarati bħala element ta’ memo separat fir-rapport annwali tiegħu dwar l-emissjonijiet.
2.  
Għall-fini tal-paragrafu 1, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiżgura li kwalunkwe ammont ta’ karburant tal-avjazzjoni eliġibbli mitlub jiġi ċċertifikat f’konformità mal-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew ċertifikazzjoni oħra aċċettata skont ir-Regolament 2023/2405. L-awtorità kompetenti tista’ tippermetti lill-operatur ta’ inġenju tal-ajru juża d-data rreġistrata fil-bażi tad-data tal-Unjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew bażi tad-data nazzjonali stabbilita mill-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 31a(5) ta’ dik id-Direttiva. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità sussegwenti rigward il-prova tas-sostenibbiltà tal-kwantitajiet ikkanċellati fil-bażijiet tad-data msemmija hawn fuq, l-Awtorità Kompetenti għandha tikkoreġi l-ammonti vverifikati ta’ karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli puri kif xieraq.
3.  
Għall-karburanti tal-avjazzjoni mħallta, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jew jassumi n-nuqqas ta’ karburant tal-avjazzjoni eliġibbli u japplika frazzjoni fossili predefinita ta’ 100 % jew jiddetermina l-ammont ta’ karburant tal-avjazzjoni eliġibbli pur f’konformità mal-paragrafu 3a.
3a.  
L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina l-ammont ta’ karburant tal-avjazzjoni eliġibbli pur bħala somma ta’ karburanti alternattivi puri eliġibbli skont l-Artikolu 3c(6) tad-Direttiva 2003/87/KE kif iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 53(1) ta’ dan ir-Regolament. Il-karburanti eliġibbli puri għandhom jiġu attribwiti għal kull titjira jew par ta’ ajrudromi f’konformità mal-paragrafi 4 jew 5.
4.  
Meta l-karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli jiġu kkonsenjati lill-inġenju tal-ajru f’lottijiet fiżikament identifikabbli, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-karburant tal-avjazzjoni eliġibbli huwa attribwit għat-titjira immedjatament wara l-ippumpjar tal-karburant ta’ dik it-titjira.

Meta jitwettqu diversi titjiriet sussegwenti mingħajr l-ippumpjar tal-karburant bejn dawn it-titjiriet, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jaqsam l-ammont tal-karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli u jassenjah għal dawn it-titjiriet b’mod proporzjonali għall-emissjonijiet minn dawk it-titjiriet ikkalkolati bl-użu tal-fattur ta’ emissjoni preliminari.

5.  
Meta l-karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli ma jkunux jistgħu jiġu attribwiti fiżikament f’ajrudrom għal titjira speċifika, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jattribwixxi l-karburant għat-titjiriet tiegħu li għalihom iridu jiġu ċeduti kwoti f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE u t-titjiriet tiegħu koperti bl-Artikolu 3c(8) ta’ dik id-Direttiva, b’mod proporzjonali għall-emissjonijiet minn dawk it-titjiriet li jitilqu minn dak l-ajrudrom ikkalkulati bl-użu tal-fattur ta’ emissjoni preliminari.

Għal dak l-għan, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jrid jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-karburant tal-avjazzjoni eliġibbli ġie kkonsenjat lis-sistema ta’ riforniment tal-karburant tal-ajrudrom tat-tluq fil-perjodu ta’ rapportar, jew 3 xhur qabel il-bidu, jew 3 xhur wara t-tmiem, ta’ dak il-perjodu ta’ rapportar.

6.  

Għall-fini tal-paragrafi 4 u 5, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li:

(a) 

l-ammont totali ta’ karburant tal-avjazzjoni eliġibbli mitlub ma jaqbiżx l-użu totali tal-karburant ta’ dak l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għal titjiriet li għalihom iridu jiġu ċeduti kwoti f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE u għal titjiriet koperti mill-Artikolu 3c(8) ta’ dik id-Direttiva, li joriġinaw mill-ajrudrom li fih jiġi fornut il-karburant tal-avjazzjoni eliġibbli;

(b) 

l-ammont ta’ karburant tal-avjazzjoni eliġibbli għal titjiriet li għalihom iridu jiġu ċeduti l-kwoti f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE u minn titjiriet koperti mill-Artikolu 3c(8) ta’ dik id-Direttiva ma jaqbiżx il-kwantità totali ta’ karburant tal-avjazzjoni eliġibbli mixtri li minnu titnaqqas il-kwantità totali ta’ karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli mibjugħa lil partijiet terzi;

(c) 

il-proporzjon bejn il-karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli u l-karburanti fossili attribwiti għal titjiriet aggregati għal kull par ta’ ajrudromi ma jaqbiżx il-limitu massimu ta’ taħlit għal dak it-tip ta’ karburant kif iċċertifikat skont standard internazzjonali rikonoxxut;

(d) 

ma hemm l-ebda għadd doppju tal-istess kwantità ta’ karburant tal-avjazzjoni eliġibbli, b’mod partikolari li l-karburant tal-avjazzjoni eliġibbli mixtri ma jiġix iddikjarat li jintuża f’rapport preċedenti jew minn xi operatur ta’ inġenju tal-ajru ieħor, jew f’sistema oħra tal-ipprezzar tal-karbonju.

Għall-fini tal-punti (a), (b) u (c), kwalunkwe karburant li jibqa’ fit-tankijiet wara titjira u qabel l-ippumpjar tal-karburant jitqies li huwa karburant 100 % mhux eliġibbli.

Għall-fini li tintwera l-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-punt (d), l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ juża d-data rreġistrata fil-bażi tad-data tal-Unjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew bażi tad-data nazzjonali stabbilita mill-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 31a(5) ta’ dik id-Direttiva.

▼M5

Artikolu 54b

Determinazzjoni tal-RFNBO, tal-RCF jew tal-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju

1.  
L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju tal-karburanti tal-avjazzjoni mħallta li fihom RFNBO, RCF jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jew jassumi n-nuqqas ta’ RFNBO, RCF jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju u japplika frazzjoni fossili predefinita ta’ 100 %, jew jiddetermina frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju f’konformità mal-paragrafi 2 jew 3. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu juża valur predefinit ta’ frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF ta’ 100 %, jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju ta’ 100 %, kif applikabbli, għal RFNBO jew RCF pur jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju pur.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru li juża karburanti tal-avjazzjoni mħallta li fihom RFNBO, RCF jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju, jista’ jagħżel li jimmonitorja l-kontenut RFNBO jew RCF jew kontenut sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju u kontenut ieħor ta’ karburanti fossili tal-avjazzjoni, bħala flussi minn sorsi separati jekk l-evidenza pprovduta mill-fornituri tal-karburant tippermetti tali approċċ.

2.  
Meta l-RFNBO, l-RCF jew il-karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju jitħalltu fiżikament mal-karburanti fossili u jiġu kkonsenjati lill-inġenju tal-ajru f’lottijiet fiżikament identifikabbli, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jibbaża l-istima tal-kontenut RFNBO jew tal-RCF jew tal-kontenut sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju fuq bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, li jirrifletti t-taħlit tal-karburanti fossili u RFNBO, RCF jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju mixtri.
3.  
Meta l-RFNBO, l-RCF jew il-lottijiet tal-karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju mixtrija ma jiġux ikkonsenjati fiżikament lil inġenju tal-ajru speċifiku, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bl-użu ta’ rekords tax-xiri ta’ RFNBO, RCF jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju b’kontenut ta’ enerġija ekwivalenti.

Artikolu 54c

Kundizzjonijiet għal bijokarburanti, RFNBO, RCF u karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero mill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru

1.  
L-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jgħodd il-frazzjoni tal-bijomassa ta’ karburant tal-avjazzjoni mħallat mal-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero biss sal-punt li l-kontenut tal-bijokarburant jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 38(5).
2.  
L-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jgħodd il-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF ta’ karburant tal-avjazzjoni mħallat mal-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero biss sal-punt li l-kontenut tal-RFNBO jew tal-RCF jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 39a(3).
3.  
L-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jgħodd il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju ta’ karburant tal-avjazzjoni mħallat mal-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero biss sal-punt li l-kontenut sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 39a(4).
4.  
L-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jiddikjara bijokarburanti bi klassifikazzjoni żero, RFNBO jew RCF bi klassifikazzjoni żero u karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero biss sal-punt li dawn il-karburanti bi klassifikazzjoni żero jikkonformaw mal-ammont massimu ta’ użu tal-karburant iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 53a ta’ dan ir-Regolament, għal titjiriet li għalihom il-kwoti jridu jiġu ċeduti f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE.

▼B

Artikolu 55

Emittenti żgħar

1.  
L-operaturi tal-inġenji tal-ajru li joperaw inqas minn 243 titjira għal kull perjodu għal tliet perjodi konsekuttivi ta' erba' xhur il-wieħed u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li joperaw titjiriet b'emissjonijiet annwali totali ta' inqas minn 25 000  tunnellata ta' CO2 fis-sena għandhom jiġu kkunsidrati bħala emittenti żgħar.

▼M5

2.  
B’deroga mill-Artikolu 53, l-emittenti żgħar u l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru li jkollhom emissjonijiet annwali totali ta’ inqas minn 3 000 tunnellata ta’ CO2 minn titjiriet għajr dawk imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 28a(1), u fl-Artikolu 3c(8) tad-Direttiva 2003/87/KE jistgħu jistmaw il-konsum ta’ karburant abbażi tad-distanza għal kull par ta’ ajrudromi bl-użu ta’ għodod implimentati mill-Eurocontrol jew minn organizzazzjoni rilevanti oħra, li tista’ tipproċessa l-informazzjoni rilevanti kollha dwar it-traffiku tal-ajru u tevita kwalunkwe sottovalutazzjoni tal-emissjonijiet.

▼B

L-għodod applikabbli jistgħu jintużaw biss jekk jiġu approvati mill-Kummissjoni inkluż l-applikazzjoni ta' fatturi ta' korrezzjoni sabiex jikkumpensaw kwalunkwe nuqqas ta' preċiżjoni fil-metodi ta' mmudellar.

3.  

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 12, emittent żgħir li jkollu l-ħsieb li juża kwalunkwe mill-għodod imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jista' jissottometti biss l-informazzjoni li ġejja fil-pjan ta' monitoraġġ għall-emissjonijiet:

(a) 

l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt 1 tat-Taqsima 2 tal-Anness I;

(b) 

evidenza li l-livelli limitu għall-emittenti żgħar stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkunu ntlaħqu;

(c) 

l-isem ta' jew referenza għall-għodda kif imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li jkollha tintuża għall-kalkolu tal-istima tal-konsum ta' karburant.

Emittent zgħir għandu jiġi eżentat mir-rekwiżit li jissottometti d-dokumentazzjoni ta' appoġġ imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(1).

4.  
Fejn operatur tal-inġenji tal-ajru juża kwalunkwe mill-għodod imsemmija fil-paragrafu 2 u jaqbeż il-livelli limitu msemmija fil-paragrafu 1 waqt sena ta' rapportar, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti b'dan mingħajr dewmien żejjed.

L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu, mingħajr dewmien żejjed, jissottometti modifika sinifikanti tal-pjan ta' monitoraġġ kif mifhum fil-punt (iv) tal-Artikolu 15(4)(a) lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni.

Madankollu, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti li l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkompli juża l-għodda msemmija fil-paragrafu 2 bil-kundizzjoni li l-operatur tal-inġenji tal-ajru juri għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti li l-livelli limitu msemmija fil-paragrafu 1 ikunu għadhom ma nqabżux fl-aħħar ħames perjodi ta' rapportar u ma jkunux se jerġgħu jinqabżu mill-perjodu ta' rapportar li jkun imiss 'il quddiem.

Artikolu 56

Sorsi ta' inċertezza

1.  
L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jikkunsidra s-sorsi ta' inċertezza u l-livelli assoċjati tagħhom ta' inċertezza meta jagħżel il-metodoloġija ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 53(2).
2.  
L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jwettaq regolarment attivitajiet adattati ta' kontroll, inkluż verifiki doppji bejn il-kwantità ta' karburant ippumpjat fit-tank kif ipprovdut mill-fatturi u l-kwantità ta' karburant ippumpjat fit-tank indikata minn kejl abbord, u jieħu azzjoni korrettiva jekk jiġu osservati devjazzjonijiet sinifikanti.

▼M5

Artikolu 56a

Kalkolu tal-ekwivalenti tas-CO2 għall-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2

1.  
Kull operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jimmonitorja l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 mill-attivitajiet tiegħu mwettqa minn ajruplani mgħammra b’magni ġett f’ekwivalenti ta’ CO2 (CO2(e)) għal kull titjira.
2.  
L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jikkalkula s-CO2(e) għal kull titjira bl-użu tal-metrika tal-GWP, b’mod partikolari GWP20, GWP50 u GWP100, li jirriżultaw f’valuri ta’ CO2(e) għal tliet orizzonti ta’ żmien (20, 50 u 100 sena) għal kull waħda mit-titjiriet immonitorjati.
3.  
L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu juża l-effikaċja kif iddefinita f’dan ir-Regolament u fin-NEATS, biex jirfina l-GWP kif imsemmi fil-paragrafu 2 għall-kalkolu tas-CO2(e) għal kull titjira sakemm l-operatur ta’ inġenju tal-ajru ma jipprovdix evidenza lill-awtorità kompetenti li mhuwiex possibbli li tintuża l-effikaċja.
4.  

Għall-kalkolu tas-CO2(e) għal kull titjira, kull operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu japplika approċċ ta’ kalkolu tas-CO2(e) li jkopri l-elementi li ġejjin:

(a) 

il-modulu tal-ħruq tal-karburant u l-modulu tal-istima tal-emissjonijiet, kif deskritt fl-Anness IIIa, it-Taqsima 3;

(b) 

il-Metodu C li jikkonsisti f’approċċ ibbażat fuq it-temp u l-Metodu D li jikkonsisti f’approċċ simplifikat ibbażat fuq il-post, kif imsemmi fl-Anness IIIa, it-Taqsima 4;

(c) 

approċċ ta’ valuri predefiniti, użat f’każ ta’ lakuni fid-data, deskritt fl-Anness IIIa, it-Taqsima 5 u l-Anness IIIb.

Il-Metodu C u l-Metodu D għandhom ikunu bbażati fuq data tal-input mill-moduli msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, data mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru u data rilevanti dwar it-temp mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru jew minn sorsi terzi.

5.  
Kull operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu juża l-Metodu C biex jikkalkula s-CO2(e) għal kull titjira.
6.  
B’deroga mill-paragrafu 5, emittenti żgħar, kif definiti fl-Artikolu 55(1), jistgħu jużaw il-Metodu D.
7.  

Sabiex japplikaw il-mudelli ta’ kalkolu tas-CO2(e) għat-titjiriet tagħhom, l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin, jew bl-użu tan-NEATS, skont l-Anness IIIa, it-Taqsima 2, għodod tal-IT proprji u ta’ partijiet terzi, jew kombinazzjoni tan-NEATS u ta’ dawn l-għodod:

(a) 

dawn l-għodod jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IIIa, fir-rigward tal-modulu tal-istima tal-emissjonijiet fit-Taqsima 3, 4 u 5 ta’ dak l-Anness;

(b) 

meta tkun meħtieġa data mtejba dwar it-temp kif definit fl-Anness IIIa, dawn l-għodod jużaw l-istess mudell ta’ referenza komuni għat-Tbassir Numeriku tat-Temp (NWP, Numerical Weather Prediction) u d-data dwar it-temp, bħal dak mogħti permezz ta’ NEATS;

(c) 

permezz ta’ dawn l-għodod, għall-fini tal-verifika, huwa possibbli u faċilitat l-aċċess għad-data monitorjata f’konformità mal-Anness IIIa, it-Taqsima 4;

(d) 

dawn l-għodod jiżguraw li d-data monitorjata tinħażen b’mod sigur għal mill-inqas sentejn, b’funzjonijiet ta’ backup u rkupru;

(e) 

dawn l-għodod jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti bl-Artikolu 75(1).

8.  
Meta operatur ta’ inġenju tal-ajru jippjana li juża l-għodod imsemmija fil-paragrafu 7, għajr il-modulu tal-ħruq tal-karburant, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu l-ewwel jissottometti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-għodod lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ispeċifikazzjonijiet tal-għodod u, meta dawn l-għodod jikkonformaw mar-rekwiżiti f’dan ir-Regolament, għandha tapprova l-għodod. Ladarba jiġu approvati, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-għodod u l-fluss tax-xogħol għandhom jiġu deskritti aktar mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru fil-pjan ta’ monitoraġġ.

Artikolu 56b

Monitoraġġ tad-data

1.  
L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jimmonitorja d-data msemmija fit-Taqsima 4 tal-Anness IIIa.
2.  
Id-data mmonitorjata kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkiseb mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru, inkluż minn tagħmir li jirreġistra d-data tat-titjira tal-inġenju tal-ajru, fejn disponibbli.
3.  

B’deroga mill-paragrafu 2, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jagħżel li jiddependi għall-monitoraġġ ta’ parti mid-data jew tad-data kollha, fuq dan li ġej:

(a) 

sorsi terzi indipendenti bħall-Eurocontrol;

(b) 

in-NEATS, kif deskritta fl-Anness IIIa, it-Taqsima 2.

4.  
Meta d-data tkun nieqsa u l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jkun wera li mhuwiex kapaċi jikseb dik id-data permezz tan-NEATS jew metodi oħra, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu juża valuri predefiniti kif previst fl-Anness IIIa, it-Taqsima 5 u l-Anness IIIb.
5.  
L-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għandhom jipprovdu lill-verifikatur b’aċċess għad-data kollha li tkun meħtieġa għall-verifika, inkluża data kunfidenzjali. Fuq talba tal-operatur ta’ inġenju tal-ajru, l-awtorità kompetenti għandha tittratta l-informazzjoni pprovduta mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru bħala kunfidenzjali.
6.  
Meta ma jkunx possibbli li tintuża n-NEATS minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà tagħha, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jimmonitorja bħala minimu l-informazzjoni dwar it-titjira u l-proprjetajiet tal-inġenju tal-ajru għal kull titjira. F’każ bħal dan il-kalkolu tas-CO2(e) għal kull titjira għandu jitwettaq fi stadju aktar tard mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru, mhux aktar tard mid-data li l-Kummissjoni tagħmel in-NEATS disponibbli.
7.  
Meta ma jkunx possibbli li jintuża mudell NWP ta’ referenza komuni minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà tiegħu fin-NEATS, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu, b’deroga mill-Artikolu 56a(5), juża l-Metodu D. Ladarba l-mudell NWP ta’ referenza komuni jsir disponibbli, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu juża l-metodu xieraq f’konformità mal-Artikolu 56a(5) u (6).
8.  
In-NEATS għandha tiġi aġġornata kif xieraq

▼M4 —————

▼B

KAPITOLU V

IMMANIĠĠJAR U KONTROLL TAD-DATA

Artikolu 58

Attivitajiet ta' fluss ta' data

▼M5

1.  
L-operatur jew l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm proċeduri bil-miktub għall-attivitajiet ta’ fluss ta’ data għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 u jiżgura li r-rapport annwali dwar l-emissjonijiet li jirriżulta minn attivitajiet ta’ fluss ta’ data, ma jkunx jinkludi dikjarazzjonijiet skorretti u jkun konformi mal-pjan ta’ monitoraġġ, dawk il-proċeduri bil-miktub u dan ir-Regolament.

▼B

2.  

Id-deskrizzjonijiet tal-proċeduri bil-miktub għall-attivitajiet ta' fluss ta' data li jkun hemm fil-pjan ta' monitoraġġ għandhom mill-inqas ikopru l-elementi li ġejjin:

(a) 

l-elementi ta' informazzjoni elenkati fl-Artikolu 12(2);

(b) 

identifikazzjoni tas-sorsi primarji tad-data;

▼M5

(c) 

kull pass fil-fluss tad-data mid-data primarja għall-emissjonijiet annwali u l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 li għandu jirrifletti s-sekwenza u l-interazzjoni bejn l-attivitajiet tal-fluss tad-data, inklużi l-formuli rilevanti u l-passi tal-aggregazzjoni tad-data applikati

▼M4

(d) 

il-passi tal-ipproċessar rilevanti relatati ma’ kull attività speċifika ta’ fluss ta’ data inkluż il-formoli u d-data użati għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet;

▼B

(e) 

sistemi rilevanti tal-ipproċessar u l-ħżin ta' data elettronika użati u l-interazzjoni bejn sistemi bħal dawn u inputs oħra inkluż input manwali;

(f) 

il-mod kif il-produzzjoni tal-attivitajiet ta' fluss ta' data tiġi ddokumentata.

Artikolu 59

Sistema ta' kontroll

▼M4

1.  
L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm sistema effettiva ta’ kontroll sabiex jiġi żgurat li r-rapport annwali dwar l-emissjonijiet li jirriżulta minn attivitajiet ta’ fluss ta’ data ma jkunx jinkludi dikjarazzjonijiet skorretti u jkun konformi mal-pjan ta’ monitoraġġ u ma’ dan ir-Regolament.

▼B

2.  

Is-sistema ta' kontroll imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkonsisti minn dan li ġej:

(a) 

valutazzjoni ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru tar-riskji inerenti u r-riskji ta' kontroll fuq il-bażi ta' proċedura bil-miktub għat-twettiq tal-valutazzjoni;

(b) 

proċeduri bil-miktub relatati ma' attivitajiet ta' kontroll li għandhom inaqqsu r-riskji identifikati.

3.  

Il-proċeduri bil-miktub relatati mal-attivitajiet ta' kontroll kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għandhom mill-inqas jinkludu:

(a) 

il-garanzija tal-kwalità tat-tagħmir tal-kejl;

(b) 

il-garanzija tal-kwalità tas-sistema tat-teknoloġija tal-informatika użata għall-attivitajiet ta' fluss ta' data, inkluż it-teknoloġija tal-kompjuters tal-kontroll tal-proċess;

(c) 

is-segregazzjoni tad-dmirijiet fl-attivitajiet ta' fluss ta' data u l-attivitajiet ta' kontroll u l-immaniġġjar tal-kompetenzi meħtieġa;

(d) 

eżamijiet mill-ġdid interni u validazzjoni tad-data;

(e) 

korrezzjonijiet u azzjoni korrettiva;

(f) 

kontroll tal-proċessi esternalizzati;

(g) 

żamma ta' reġistri u dokumentazzjoni inkluż l-immaniġġjar ta' verżjonijiet ta' dokumenti.

▼M4

4.  
L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jimmonitorja l-effettività tas-sistema ta’ kontroll, inkluż billi jwettaq rieżamijiet interni u billi jqis is-sejbiet tal-verifikatur waqt il-verifika tar-rapporti annwali dwar l-emissjonijiet imwettqa skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.

▼B

Kull meta jinstab li s-sistema ta' kontroll ma tkunx effikaċi jew ma tkunx proporzjonata mar-riskji identifikati, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jipprova jtejjeb is-sistema ta' kontroll u jaġġorna l-pjan ta' monitoraġġ jew il-proċeduri bil-miktub sottostanti għall-attivitajiet ta' fluss ta' data, il-valutazzjonijiet tar-riskji u l-attivitajiet ta' kontroll skont kif ikun xieraq.

Artikolu 60

Assigurazzjoni tal-kwalità

1.  
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 59(3), l-operatur għandu jiżgura li t-tagħmir tal-kejl rilevanti kollu jiġi kkalibrat, aġġustat u vverifikat f'intervalli regolari, inkluż qabel l-użu, u vverifikat ma' standards ta' kejl traċċabbli għal standards ta' kejl internazzjonali, fejn disponibbli, skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u proporzjonati mar-riskji identifikati.

Fejn il-komponenti tas-sistemi tal-kejl ma jkunux jistgħu jiġu kkalibrati, l-operatur għandu jidentifikahom fil-pjan ta' monitoraġġ u jipproponi attivitajiet alternattivi ta' kontroll.

Meta jinstab li t-tagħmir ma jikkonformax mal-prestazzjoni meħtieġa, l-operatur għandu minnufih jieħu l-azzjoni korrettiva meħtieġa.

2.  
Fir-rigward ta' sistemi ta' kejl kontinwu, l-operatur għandu japplika garanzija tal-kwalità bbażata fuq l-istandard Assigurazzjoni ta' kwalità ta' sistemi ta' kejl awtomatizzati (EN 14181), inkluż kejl parallel b'metodi ta' referenza standard mill-inqas darba fis-sena, li jitwettaq minn persunal kompetenti.

Fejn assigurazzjoni ta' kwalità bħal din tesiġi valuri limitu ta' emissjonijiet (ELVs) bħala parametri meħtieġa għall-bażi tal-verifiki tal-kalibrazzjoni u tal-prestazzjoni, għandha tintuża l-konċentrazzjoni annwali medja fis-siegħa tal-gass serra bħala sostitut għal ELVs bħal dawn. Fejn l-operatur isib nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-garanzija tal-kwalità, inkluż li jkollha titwettaq rikalibrazzjoni, huwa għandu jirrapporta dik iċ-ċirkostanza lill-awtorità kompetenti u jieħu azzjoni korrettiva mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 61

Assigurazzjoni tal-kwalità tat-teknoloġija tal-informatika

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 59(3), l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiżgura li s-sistema tat-teknoloġija tal-informatika tiġi mfassla, iddokumentata, ittestjata, implimentata, ikkontrollata u miżmuma b'mod li jippermetti l-ipproċessar ta' data affidabbli, preċiża u puntwali skont ir-riskji identifikati skont il-punt (a) tal-Artikolu 59(2).

Il-kontroll tas-sistema tat-teknoloġija tal-informatika għandu jinkludi l-kontroll tal-aċċess, il-kontroll tal-back-up, l-irkupru, l-ippjanar tal-kontinwità u s-sigurtà.

Artikolu 62

Segregazzjoni tad-dmirijiet

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 59(3), l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jassenja persuni responsabbli għall-attivitajiet kollha ta' fluss ta' data u għall-attivitajiet kollha ta' kontroll b'mod li jissepara d-dmirijiet konfliġġenti. Fin-nuqqas ta' attivitajiet oħra ta' kontroll, huwa għandu jiżgura għall-attivitajiet kollha ta' fluss ta' data proporzjonati mar-riskji inerenti identifikati li l-informazzjoni u d-data rilevanti kollha tiġi kkonfermata minn tal-anqas persuna waħda li ma tkunx ġiet involuta fid-determinazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' dik l-informazzjoni jew dik id-data.

L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jimmaniġġja l-kompetenzi meħtieġa għar-responsabbiltajiet involuti, inkluż it-tqassim xieraq tar-responsabbiltajiet, it-taħriġ, u l-analiżi tal-prestazzjonijiet.

Artikolu 63

Eżamijiet mill-ġdid interni u validazzjoni tad-data

1.  
Għall-finijiet tal-punt (d) tal-Artikolu 59(3) u abbażi tar-riskji inerenti u r-riskji ta' kontroll identifikati fil-valutazzjoni tar-riskji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 59(2), l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu janalizza u jivvalida data li tirriżulta mill-attivitajiet ta' fluss ta' data msemmija fl-Artikolu 58.

Analiżi u validazzjoni tad-data bħal dawn għandhom mill-inqas jinkludu:

(a) 

verifika dwar jekk id-data hijiex kompluta;

(b) 

tqabbil tad-data li l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun kiseb, immonitorja u rrapporta tul diversi snin;

(c) 

tqabbil tad-data u l-valuri li jirriżultaw minn sistemi differenti ta' ġbir ta' data tal-operat, inkluż it-tqabbil li ġej, fejn applikabbli:

(i) 

tqabbil tad-data tax-xiri tal-karburant jew tal-materjal mad-data dwar it-tibdil fl-istokk u d-data dwar il-konsum għall-flussi minn sorsi applikabbli;

(ii) 

tqabbil tal-fatturi ta' kalkolu li jkunu ġew iddeterminati b'analiżi, ikkalkulati jew miksuba mill-fornitur tal-karburant jew tal-materjal, ma' fatturi ta' referenza nazzjonali jew internazzjonali ta' karburanti jew materjali komparabbli;

(iii) 

tqabbil tal-emissjonijiet miksuba minn metodoloġiji bbażati fuq il-kejl u r-riżultati tal-kalkolu korroborattiv skont l-Artikolu 46;

(iv) 

tqabbil ta' data aggregata u data mhux ipproċessata.

2.  
L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiżgura, safejn possibbli, li l-kriterji għar-rifjut ta' data bħala parti mill-analiżi u l-validazzjoni jkunu magħrufa minn qabel. Għal dak il-għan il-kriterji għar-rifjut ta' data għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-proċeduri bil-miktub rilevanti.

Artikolu 64

Korrezzjonijiet u azzjoni korrettiva

1.  
Fejn kwalunkwe parti tal-attivitajiet ta' fluss ta' data msemmija fl-Artikolu 58 jew attivitajiet ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 59 tinstab li ma tkunx qiegħda tiffunzjona b'mod effikaċi, jew li tkun qiegħda tiffunzjona barra mill-konfini stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-proċeduri għal dawk l-attivitajiet ta' fluss ta' data u attivitajiet ta' kontroll, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jwettaq korrezzjonijiet xierqa u jikkoreġi d-data rrifjutata filwaqt li jevita sottostima tal-emissjonijiet.
2.  

Għall-fini tal-paragrafu 1, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu mill-inqas jipproċedi għal dan kollu li ġej:

(a) 

valutazzjoni tal-validità tal-produzzjonijiet tal-passi applikabbli fl-attivitajiet ta' fluss ta' data msemmija fl-Artikolu 58 jew l-attivitajiet ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 59;

(b) 

id-determinazzjoni tal-kawża prinċipali tal-funzjonament ħażin jew tal-iżball ikkonċernat;

▼M4

(c) 

l-implimentazzjoni ta’ azzjoni korrettiva xierqa, inkluż il-korrezzjoni ta’ kwalunkwe data affettwata fir-rapport dwar l-emissjonijiet, kif xieraq.

▼B

3.  
L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jwettaq il-korrezzjonijiet u l-azzjonijiet korrettivi skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu b'mod li dawn jirrispondu għar-riskji inerenti u r-riskji ta' kontroll identifikati fil-valutazzjoni tar-riskji msemmija fl-Artikolu 59.

Artikolu 65

Proċessi esternalizzati

Fejn l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jesternalizza attività waħda jew aktar ta' fluss ta' data msemmija fl-Artikolu 58 jew attivitajiet ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 59, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jipproċedi għal dan kollu li ġej:

(a) 

jivverifika l-kwalità tal-attivitajiet ta' fluss ta' data esternalizzati u l-attivitajiet ta' kontroll skont dan ir-Regolament;

(b) 

jiddefinixxi rekwiżiti xierqa għall-produzzjonijiet tal-proċessi esternalizzati u l-metodi użati f'dawk il-proċessi;

(c) 

jivverifika l-kwalità tal-produzzjonijiet u l-metodi msemmija fil-punt (b) ta' dan l-Artikolu;

(d) 

jiżgura li l-attivitajiet esternalizzati jitwettqu b'mod li dawk jirrispondu għar-riskji inerenti u r-riskji ta' kontroll identifikati fil-valutazzjoni tar-riskji msemmija fl-Artikolu 59.

Artikolu 66

▼M5

Trattament ta’ lakuni fid-data għar-rapportar tal-emissjonijiet

▼B

1.  
Fejn data rilevanti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' installazzjoni tkun nieqsa, l-operatur għandu juża metodu ta' stima xieraq sabiex jiddetermina data ta' sostituzzjoni konservattiva għall-perjodu ta' żmien rispettiv u l-parametru nieqes.

Fejn l-operatur ma jkunx stabbilixxa l-metodu ta' stima fi proċedura bil-miktub, huwa għandu jistabbilixxi proċedura bil-miktub bħal din u jissottometti lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni modifika xierqa tal-pjan ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 15 għall-approvazzjoni.

2.  
Fejn data rilevanti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' operatur tal-inġenji tal-ajru għal titjira waħda jew iktar tkun nieqsa, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu juża data ta' sostituzzjoni għall-perjodu ta' żmien rispettiv ikkalkulat skont il-metodu alternattiv iddefinit fil-pjan ta' monitoraġġ.

Fejn id-data ta' sostituzzjoni ma tkunx tista' tiġi ddeterminata skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istimi tal-emissjonijiet għal dik it-titjira jew dawk it-titjiriet jistgħu jsiru mill-operatur tal-inġenji tal-ajru mill-konsum ta' karburant iddeterminat bl-użu ta' għodda msemmija fl-Artikolu 55(2).

▼M5

ejn in-numru ta’ titjiriet b’lakuni fid-data msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi jaqbeż il-5 % tat-titjiriet annwali li jiġu rrapportati, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti dwar dan mingħajr dewmien bla bżonn u għandu jieħu azzjoni ta’ rimedju għat-titjib tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ.

▼B

Artikolu 67

Reġistri u dokumentazzjoni

1.  
L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jżomm reġistri tad-data u l-informazzjoni kollha rilevanti, inkluż informazzjoni kif elenkata fl-Anness IX, għal mill-inqas 10 snin.

▼M4

Id-data ta’ monitoraġġ iddokumentata u arkivjata għandha tippermetti l-verifika tar-rapporti annwali dwar l-emissjonijiet f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067. Id-data rrapportata mill-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru li jkun hemm f’sistema elettronika ta’ rapportar u ġestjoni ta’ data stabbilita mill-awtorità kompetenti tista’ tiġi kkunsidrata li tinżamm mill-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru, jekk huma jkollhom aċċess għal dik id-data.

▼B

2.  
L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiżgura li d-dokumenti rilevanti jkunu disponibbli meta u fejn ikunu meħtieġa sabiex iwettaq l-attivitajiet ta' fluss ta' data u l-attivitajiet ta' kontroll.

▼M4

L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu, fuq talba, jagħmel dawk id-dokumenti disponibbli lill-awtorità kompetenti u lill-verifikatur li jivverifika r-rapport dwar l-emissjonijiet f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.

▼B

KAPITOLU VI

REKWIŻITI TAR-RAPPORTAR

Artikolu 68

Ħin u obbligi għar-rapportar

1.  
L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti sal-31 ta' Marzu ta' kull sena rapport dwar l-emissjonijiet li jkopri l-emissjonijiet annwali fil-perjodu tar-rapportar u li huwa vverifikat skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.

Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jesiġu li l-operaturi jew l-operaturi ta' inġenji tal-ajru jissottomettu r-rapport annwali vverifikat dwar l-emissjonijiet qabel il-31 ta' Marzu, iżda mhux iktar kmieni mit-28 ta' Frar.

▼M4 —————

▼M4

3.  
Ir-rapporti annwali dwar l-emissjonijiet għandhom mill-inqas jinkludu l-informazzjoni mniżżla fl-Anness X.

▼M4

4.  
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw ir-rapport annwali vverifikat dwar l-emissjonijiet ta’ kull installazzjoni għall-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali kif imsemmi fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE lill-Kummissjoni sat-30 ta’ April ta’ kull sena.

Meta l-Awtorità kompetenti tkun ikkoreġiet l-emissjonijiet ivverifikati wara t-30 ta’ April kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw din il-korrezzjoni lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed.

▼M5

5.  
L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti taħt l-istess kundizzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1, rapport separat bħala anness mar-rapport annwali dwar l-emissjonijiet, li jkopri l-effetti annwali tal-avjazzjoni mhux tas-CO2.
6.  
Ir-rapport separat imsemmi fil-paragrafu 5 għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni elenkata fl-Anness X, it-Taqsima 2a.

▼B

Artikolu 69

Rapportar dwar titjib fil-metodoloġija ta' monitoraġġ

▼M5

1.  
Kull operatur għandu jivverifika regolarment jekk il-metodoloġija ta’ monitoraġġ applikata tistax tittejjeb.

▼B

Operatur ta' installazzjoni għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni rapport li jkun jinkludi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 jew 3, fejn xieraq, sal-iskadenzi li ġejjin:

▼M4

(a) 

għal installazzjoni tal-kategorija A, sat-30 ta’ Ġunju kull 5 snin;

(b) 

għal installazzjoni tal-kategorija B, sat-30 ta’ Ġunju kull 3 snin;

(c) 

għal installazzjoni tal-kategorija C, sat-30 ta’ Ġunju kull sentejn.

▼B

Madankollu, l-awtorità kompetenti tista' tistabbilixxi data alternattiva għas-sottomissjoni tar-rapport, iżda mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru tal-istess sena.

B'deroga mit-tieni u t-tielet subparagrafi, u mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tista' tapprova, flimkien mal-pjan ta' monitoraġġ jew ir-rapport tat-titjib, estensjoni tal-iskadenza applikabbli skont it-tieni subparagrafu, jekk l-operatur jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti meta jissottometti pjan ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 12 jew man-notifika tal-aġġornamenti skont l-Artikolu 15, jew meta jissottometti rapport ta' titjib skont dan l-Artikolu, li r-raġunijiet għal kostijiet irraġonevoli jew għal miżuri ta' titjib li teknikament mhumiex fattibbli jibqgħu validi għal perjodu ta' żmien itwal. Dik l-estensjoni għandha tqis in-numru ta' snin li għalihom l-operatur jipprovdi evidenza. Il-perjodu ta' żmien totali bejn ir-rapporti tat-titjib ma għandux jaqbeż tliet snin għal installazzjoni tal-kategorija C, erba' snin għal installazzjoni tal-kategorija B jew ħames snin għal installazzjoni tal-kategorija A.

2.  
Fejn operatur ma japplikax mill-inqas il-livelli meħtieġa skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(1) għal flussi minn sors maġġuri u flussi minn sors minuri u skont l-Artikolu 41 għal sorsi tal-emissjonijiet, l-operatur għandu jipprovdi ġustifikazzjoni għaliex l-applikazzjoni tal-livelli meħtieġa mhijiex teknikament fattibbli jew tista' timplika kostijiet irraġonevoli.

Madankollu, fejn tinstab evidenza li l-miżuri meħtieġa għall-ilħiq ta' dawk il-livelli jkunu saru teknikament fattibbli u ma jkunux għadhom jimplikaw kostijiet irraġonevoli, l-operatur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar modifiki xierqa tal-pjan ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 15, u jissottometti proposti għall-implimentazzjoni tal-miżuri relatati u l-iskeda taż-żmien.

3.  
Fejn l-operatur japplika metodoloġija ta' monitoraġġ sekondarja msemmija fl-Artikolu 22, l-operatur għandu jipprovdi: ġustifikazzjoni dwar ir-raġuni għaliex l-applikazzjoni mill-inqas tal-livell 1 għal fluss minn sors maġġuri jew minuri wieħed jew iktar mhijiex teknikament fattibbli jew tista' twassal għal kostijiet irraġonevoli.

Madankollu, fejn tinstab evidenza li l-miżuri meħtieġa għall-ilħiq mill-inqas tal-livell 1 għal dawk il-flussi minn sorsi jkunu saru teknikament vijabbli u ma jkunux għadhom jimplikaw kostijiet irraġonevoli, l-operatur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar modifiki xierqa tal-pjan ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 15 u jissottometti proposti għall-implimentazzjoni tal-miżuri relatati u l-iskeda taż-żmien tagħhom.

4.  
Fejn ir-rapport ta' verifika stabbilit skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 jiddikjara nuqqasijiet ta' konformità jew rakkomandazzjonijiet għal titjib pendenti, skont l-Artikoli 27, 29 u 30 ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti rapport għall-approvazzjoni sat-30 ta' Ġunju tas-sena li fiha dak ir-rapport ta' verifika jinħareġ mill-verifikatur. Dak ir-rapport għandu jiddeskrivi kif u meta l-operatur jew l-operatur ta' inġenju tal-ajru jkun irrettifika jew jippjana li jirrettifika n-nuqqasijiet ta' konformità identifikati mill-verifikatur u li jimplimenta t-titjib irrakkomandat.

L-awtorità kompetenti tista' tistabbilixxi data alternattiva għas-sottomissjoni tar-rapport kif imsemmi f'dan il-paragrafu, iżda mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru tal-istess sena. Fejn applikabbli, rapport bħal dan jista' jiġi kkombinat mar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Fejn titjib irrakkomandat ma jkunx se jwassal għal titjib tal-metodoloġija ta' monitoraġġ, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jipprovdi ġustifikazzjoni sabiex jispjega għaliex dak huwa l-każ. Fejn it-titjib irrakkomandat ikun se jwassal għal kostijiet irraġonevoli, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jipprovdi evidenza tan-natura irraġonevoli tal-kostijiet.

5.  
Il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu m'għandux japplika fejn l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun diġà solva n-nuqqasijiet ta' konformità u r-rakkomandazzjonijiet kollha għat-titjib u ssottometta modifiki relatati tal-pjan ta' monitoraġġ lill-awtorità kompetenti għal approvazzjoni skont l-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament qabel id-data stabbilita skont il-paragrafu 4.

Artikolu 70

Determinazzjoni ta' emissjonijiet mill-awtorità kompetenti

▼M5

1.  

L-awtorità kompetenti għandha tagħmel stima konservattiva tal-emissjonijiet ta’ installazzjoni jew operatur ta’ inġenju tal-ajru u, fejn rilevanti, tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 ta’ operatur ta’ inġenju tal-ajru fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

▼B

(a) 

ma jkun ġie sottomess l-ebda rapport annwali vverifikat dwar l-emissjonijiet mill-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru sal-iskadenza meħtieġa skont l-Artikolu 68(1);

(b) 

ir-rapport annwali vverifikat dwar l-emissjonijiet imsemmi fl-Artikolu 68(1) ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament;

(c) 

ir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet ta' operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru ma jkunx ġie vverifikat skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.

▼M5

2.  
Fejn verifikatur ikun iddikjara, fir-rapport ta’ verifika skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067, l-eżistenza ta’ dikjarazzjonijiet skorretti mhux materjali li ma jkunux ġew ikkoreġuti mill-operatur jew mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru qabel il-ħruġ tar-rapport ta’ verifika, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta dawk id-dikjarazzjonijiet skorretti, u tagħmel stima konservattiva tal-emissjonijiet u tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 tal-installazzjoni jew tal-operatur ta’ inġenju tal-ajru fejn ikun xieraq. L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-operatur jew lill-operatur ta’ inġenju tal-ajru jekk ikunux meħtieġa korrezzjonijiet u liema huma dawn il-korrezzjonijiet fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet. L-operatur jew l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-verifikatur.

▼B

3.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skambju effiċjenti ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-approvazzjoni ta' pjanijiet ta' monitoraġġ u l-awtoritajiet responsabbli għall-aċċettazzjoni ta' rapporti annwali dwar l-emissjonijiet.

Artikolu 71

Aċċess għall-informazzjoni

Ir-rapporti dwar l-emissjonijiet miżmuma mill-awtorità kompetenti għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku minn dik l-awtorità soġġett għal regoli nazzjonali adottati skont id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ). Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-eċċezzjoni, kif speċifikat fl-Artikolu 4(2)(d) tad-Direttiva 2003/4/KE, l-operaturi jew l-operaturi ta' inġenji tal-ajru jistgħu jindikaw fir-rapport tagħhom liema informazzjoni jikkunsidraw bħala kummerċjalment sensittiva.

Artikolu 72

Approssimazzjoni tad-data

▼M5

1.  
L-emissjonijiet annwali totali ta’ kull wieħed mill-gassijiet serra CO2, N2O u PFCs, kif ukoll l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 għandhom jiġu rrapportati bħala tunnellati approssimati ta’ CO2 jew CO2(e). L-emissjonijiet annwali totali tal-installazzjoni għandhom jiġu kkalkulati bħala t-total tal-valuri approssimati għas-CO2, l-N2O u l-PFCs.

▼B

2.  
Il-fatturi varjabbli kollha użati għall-kalkolu tal-emissjonijiet għandhom jiġu approssimati sabiex jinkludu ċ-ċifri sinifikanti kollha għall-fini tal-kalkolu u r-rapportar tal-emissjonijiet.
3.  
Id-data kollha għal kull titjira għandha tiġi approssimata sabiex tinkludi ċ-ċifri sinifikanti kollha għall-fini tal-kalkolu tad-distanza u t-tagħbija utli skont l-Artikolu 57 u r-rapportar tad-data tat-tunnellati-kilometri.

Artikolu 73

L-iżgurar ta' konsistenza ma' rapportar ieħor

Kull attività elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE li titwettaq minn operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru għandha tiġi ttikkettata bl-użu tal-kodiċijiet, jekk ikunu applikabbli, mill-iskemi ta' rapportar li ġejjin:

(a) 

il-format komuni ta' rapportar għas-sistemi nazzjonali ta' inventarji ta' gassijiet serra, kif approvat mill-korpi rispettivi tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima;

(b) 

in-numru ta' identifikazzjoni tal-installazzjoni fir-Reġistru Ewropew dwar ir-rilaxx u t-trasferiment ta' inkwinanti skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 );

(c) 

l-attività tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 166/2006;

(d) 

il-kodiċi NACE skont ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ).

KAPITOLU VII

REKWIŻITI TAT-TEKNOLOĠIJA TAL-INFORMATIKA

Artikolu 74

Formats għall-iskambju tad-data elettronika

▼M4

1.  
L-Istati Membri jistgħu jirrekjedu li l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru juża mudelli elettroniċi jew formats speċifiċi ta’ fajls għall-preżentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ monitoraġġ u tibdil fil-pjan ta’ monitoraġġ, kif ukoll għall-preżentazzjoni ta’ rapporti annwali dwar l-emissjonijiet, rapporti ta’ verifika u rapporti dwar it-titjib.

▼B

Dawk il-mudelli jew l-ispeċifikazzjonijiet ta' format ta' fajl stabbiliti mill-Istati Membri għandhom, tal-anqas, jinkludu l-informazzjoni inkluża f'mudelli elettroniċi jew speċifikazzjonijiet ta' formats ta' fajls ippubblikati mill-Kummissjoni.

2.  

Meta jkunu qegħdin jistabbilixxu l-mudelli jew l-ispeċifikazzjonijiet ta' format ta'fajls imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu waħda mill-opzjonijiet li ġejjin jew it-tnejn li huma:

(a) 

speċifikazzjonijiet ta' format ta' fajls abbażi ta' XML, bħal-lingwa ta' rapportar tal-EU ETS ippubblikata mill-Kummissjoni għall-użu fil-konnessjoni ma' sistemi awtomatizzati avvanzati;

(b) 

mudelli ppubblikati f'forma li tista' tintuża minn softwer tal-uffiċċju standard, inklużi spreadsheets u fajls ta' word processors.

Artikolu 75

Użu ta' sistemi awtomatizzati

1.  

Fejn Stat Membru jagħżel li juża sistemi awtomatizzati għal skambju ta' data elettronika abbażi tal-ispeċifikazzjonijiet tal-format tal-fajl skont il-punt (a) tal-Artikolu 74(2), dawk is-sistemi għandhom jiżguraw b'mod kost effiċjenti, permezz tal-implimentazzjoni ta' miżuri teknoloġiċi skont l-istat attwali tat-teknoloġija:

(a) 

l-integrità tad-data, li tipprevjeni l-modifika tal-messaġġi elettroniċi waqt it-trażmissjoni;

(b) 

il-kunfidenzjalità tad-data, permezz tal-użu ta' tekniki ta' sigurtà, inkluż tekniki ta' kriptaġġ, b'tali mod li d-data tkun aċċessibbli biss għall-parti li għaliha kienet maħsuba u li l-ebda data ma tkun tista' tiġi interċettata minn partijiet mhux awtorizzati;

(c) 

l-awtentiċità tad-data, b'mod li l-identità kemm tal-ispeditur kif ukoll tar-riċevitur tad-data tkun magħrufa u tiġi vverifikata;

(d) 

in-nuqqas ta' rifjut tad-data, b'mod li parti waħda ta' tranżazzjoni ma tkunx tista' tinnega li rċeviet tranżazzjoni u lanqas il-parti l-oħra ma tkun tista' tinnega li bagħtet tranżazzjoni, bl-applikazzjoni ta' metodi bħal tekniki ta' ffirmar, jew l-awditjar indipendenti ta' salvagwardji tas-sistemi.

2.  

Kwalunkwe sistema awtomatizzata użata mill-Istati Membri bbażata fuq speċifikazzjonijiet tal-format tal-fajls skont l-Artikolu 74(2) għall-komunikazzjoni bejn l-awtorità kompetenti, l-operatur u l-operatur tal-inġenji tal-ajru, kif ukoll il-verifikatur u l-korp ta' akkreditazzjoni kif mifhum fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067, għandha tissodisfa r-rekwiżiti mhux funzjonali li ġejjin, permezz ta' implimentazzjoni ta' miżuri teknoloġiċi skont l-istat attwali tat-teknoloġija:

(a) 

kontroll tal-aċċess, b'mod li s-sistema tkun aċċessibbli biss għall-partijiet awtorizzati u l-ebda data ma tkun tista' tinqara, tinkiteb jew tiġi aġġornata minn partijiet mhux awtorizzati, permezz tal-implimentazzjoni ta' miżuri teknoloġiċi sabiex jintlaħaq dan li ġej:

(i) 

ir-restrizzjoni tal-aċċess fiżiku għall-ħardwer li fuqu jaħdmu s-sistemi awtomatizzati permezz ta' ostakli fiżiċi;

(ii) 

ir-restrizzjoni tal-aċċess loġiku għas-sistemi awtomatizzati permezz tal-użu ta' teknoloġija għall-identifikazzjoni, l-awtentikazzjoni u l-awtorizzazzjoni;

(b) 

id-disponibbiltà, b'mod li l-aċċessibbiltà tad-data tiġi żgurata, anke wara żmien sinifikanti u l-introduzzjoni ta' softwer ġdid possibbli;

(c) 

rekord tal-verifika, b'mod li jiġi żgurat li t-tibdil fid-data dejjem ikun jista' jinstab u jiġi analizzat retrospettivament.

▼M4

KAPITOLU VIIa

MONITORAĠĠ TAL-EMISSJONIJIET MINN ENTITAJIET REGOLATI

TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 75a

Prinċipji ġenerali

L-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8, 9 u 10 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-emissjonijiet, għall-entitajiet regolati u għall-kwoti koperti mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE. Għal dak il-fini:

(a) 

kwalunkwe referenza għal operatur u operatur tal-inġenji tal-ajru għandha tiġi interpretata daqslikieku kienet referenza għall-entità regolata;

(b) 

kwalunkwe referenza għall-emissjonijiet ta’ proċess ma għandhiex tkun applikabbli;

(c) 

kwalunkwe referenza għall-flussi minn sors għandha tiġi interpretata daqslikieku kienet referenza għal flussi tal-karburant;

(d) 

kwalunkwe referenza għal sors ta’ emissjonijiet ma għandhiex tkun applikabbli;

(e) 

kwalunkwe referenza għal attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE għandha tiġi interpretata daqslikieku kienet referenza għal attività msemmija fl-Anness III ta’ dik id-direttiva;

(f) 

kwalunkwe referenza għall-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE għandha tiġi interpretata daqslikieku kienet referenza għall-Artikolu 30j ta’ dik id-Direttiva;

(g) 

kwalunkwe referenza għad-data dwar attività għandha tiġi interpretata daqslikieku kienet referenza għall-ammonti ta’ karburant rilaxxati;

(h) 

kwalunkwe referenza għall-fatturi ta’ kalkolu għandha tiġi interpretata daqslikieku kienet referenza għall-fatturi ta’ kalkolu u għall-fattur tal-ambitu.

Artikolu 75b

Pjanijiet ta’ monitoraġġ

1.  

L-Artikolu 11, l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14, l-Artikolu 15(1) u (2), u l-Artikolu 16 għandhom japplikaw. Għal dak il-fini:

(a) 

kwalunkwe referenza għal operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru għandha tiġi interpretata daqslikieku kienet referenza għall-entità regolata;

(b) 

kwalunkwe referenza għal attività tal-avjazzjoni għandha tiġi interpretata daqslikieku kienet referenza għall-attività tal-entità regolata.

2.  
Mhux aktar tard minn 4 xhur qabel ma entità regolata tibda l-attività koperta mill-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE, hija għandha tippreżenta lill-awtorità kompetenti pjan ta’ monitoraġġ għall-approvazzjoni, sakemm l-awtorità kompetenti ma tkunx stabbiliet limitu ta’ żmien alternattiv għal din il-preżentazzjoni.

Il-pjan ta’ monitoraġġ għandu jikkonsisti minn dokumentazzjoni dettaljata, kompluta u trasparenti tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ ta’ entità regolata speċifika u għandu jinkludi tal-inqas l-elementi stabbiliti fl-Anness I.

Flimkien mal-pjan ta’ monitoraġġ, l-entità regolata għandha tippreżenta r-riżultati ta’ valutazzjoni tar-riskju li tipprovdi evidenza li l-attivitajiet u l-proċeduri ta’ kontroll proposti għall-attivitajiet ta’ kontroll huma proporzjonati mar-riskji inerenti u r-riskji ta’ kontroll identifikati.

3.  

F’konformità mal-Artikolu 15, il-modifiki sinifikanti għall-pjan ta’ monitoraġġ ta’ entità regolata jinkludu:

(a) 

bidliet fil-kategorija tal-entità regolata fejn dawn il-bidliet jeħtieġu bidla fil-metodoloġija ta’ monitoraġġ jew iwasslu għal bidla fil-livell ta’ materjalità applikabbli skont l-Artikolu 23 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067;

(b) 

minkejja l-Artikolu 75n, bidliet dwar jekk l-entità regolata titqiesx bħala “entità regolata b’emissjonijiet baxxi”;

(c) 

bidla fil-livell applikat;

(d) 

l-introduzzjoni ta’ flussi ta’ karburant ġodda;

(e) 

bidla fil-kategorizzazzjoni ta’ flussi ta’ karburant — bejn flussi ta’ karburant kbar jew de-minimis fejn tali bidla teħtieġ bidla fil-metodoloġija ta’ monitoraġġ;

(f) 

bidla fil-valur prestabbilit għal fattur ta’ kalkolu, fejn il-valur għandu jiġi stabbilit fil-pjan ta’ monitoraġġ;

(g) 

bidla fil-valur prestabbilit għall-fattur tal-ambitu;

(h) 

l-introduzzjoni ta’ metodi ġodda jew bidliet għal metodi eżistenti relatati mat-teħid ta’ kampjuni, analiżi jew kalibrazzjoni, fejn dan għandu impatt dirett fuq l-akkuratezza tad-data dwar l-emissjonijiet.

Artikolu 75c

Vijabbiltà teknika

Fejn entità regolata tiddikjara li l-applikazzjoni ta’ metodoloġija ta’ monitoraġġ speċifika mhix teknikament vijabbli, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-vijabbiltà teknika billi tikkunsidra l-ġustifikazzjoni tal-entità regolata. Dik il-ġustifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-fatt li l-entità regolata jkollha r-riżorsi tekniċi li jkunu kapaċi jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ sistema jew rekwiżit proposti li jkunu jistgħu jiġu implimentati fil-ħin meħtieġ għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Dawk ir-riżorsi tekniċi għandhom jinkludu d-disponibbiltà tat-tekniki u t-teknoloġija meħtieġa.

Għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet storiċi għas-sena 2024 f’konformità mal-Artikolu 30f(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-entitajiet regolati milli jiġġustifikaw li metodoloġija speċifika ta’ monitoraġġ ma hijiex teknikament vijabbli.

Artikolu 75d

Kostijiet irraġonevoli

1.  
Fejn entità regolata ssostni li l-applikazzjoni ta’ metodoloġija speċifika ta’ monitoraġġ timplika kostijiet irraġonevoli, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk il-kostijiet humiex irraġonevoli, billi tikkunsidra l-ġustifikazzjoni tal-entità regolata.

L-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-kostijiet irraġonevoli fejn l-istima tal-kost taqbeż il-benefiċċju. Għal dak il-għan, il-benefiċċju għandu jiġi kkalkolat billi fattur ta’ titjib jiġi mmultiplikat bi prezz ta’ referenza ta’ EUR 60 għal kull kwota. Il-kostijiet għandhom jinkludu perjodu ta’ deprezzament xieraq ibbażat fuq il-ħajja ekonomika tat-tagħmir.

2.  
Minkejja l-paragrafu 1, l-entità regolata għandha tikkunsidra l-kostijiet tal-applikazzjoni ta’ metodoloġija ta’ monitoraġġ speċifika mġarrba mill-konsumaturi tal-flussi tal-karburant rilaxxati, inkluż mill-konsumaturi aħħarin. Għall-finijiet ta’ dan is-subparagrafu, l-entità regolata tista’ tapplika stimi konservattivi tal-kostijiet.

Għall-monitoraġġ u għar-rapportar tal-emissjonijiet storiċi għas-sena 2024 f’konformità mal-Artikolu 30f(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-entitajiet regolati milli jiġġustifikaw li metodoloġija speċifika ta’ monitoraġġ iġġarrab kostijiet irraġonevoli.

3.  
Meta tkun qiegħda tivvaluta n-natura irraġonevoli tal-kostijiet rigward l-għażla tal-livelli għall-ammonti ta’ karburant rilaxxati tal-entità regolata, l-awtorità kompetenti għandha tuża bħala l-fattur ta’ titjib imsemmi fil-paragrafu 1 id-differenza bejn l-inċertezza li attwalment tkun intlaħqet u l-livell limitu ta’ inċertezza tal-livell li jkun jista’ jintlaħaq bit-titjib immultiplikat bl-emissjonijiet medji annwali kkawżati minn dak il-fluss ta’ karburant matul it-3 snin l-iżjed riċenti.

Fin-nuqqas ta’ tali data dwar l-emissjonijiet annwali medji maħluqa minn dak il-fluss ta’ karburant matul l-aktar 3 snin riċenti, l-entità regolata għandha tipprovdi stima konservattiva tal-emissjonijiet annwali medji, bl-esklużjoni tas-CO2 li jinħoloq mill- ►M5  karburanti bi klassifikazzjoni żero ◄ . Għall-istrumenti tal-kejl taħt il-kontroll metroloġiku legali nazzjonali, l-inċertezza li tintlaħaq attwalment tista’ tiġi sostitwita bl-iżball massimu permissibbli waqt it-tħaddim li jkun permess mil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti.

▼M5

Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 38(5) u 39a(3), sakemm l-informazzjoni rilevanti dwar il-kriterji ta’ sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-karburanti bi klassifikazzjoni żero użati għall-kombustjoni tkun disponibbli għall-entità regolata.

▼M4

4.  

Meta tiġi vvalutata n-natura irraġonevoli tal-kostijiet fir-rigward tal-għażla tal-livelli għad-determinazzjoni tal-fattur tal-ambitu tal-entità regolata u fir-rigward ta’ miżuri li jżidu l-kwalità tad-data tal-emissjonijiet irrapportati iżda mingħajr impatt dirett fuq l-akkuratezza tad-data dwar l-ammonti ta’ karburant rilaxxati, l-awtorità kompetenti għandha tuża fattur ta’ titjib ta’ 1 % tal-emissjonijiet annwali medji tal-flussi tal-karburant rispettivi fit-tliet perjodi ta’ rapportar l-aktar riċenti. Il-miżuri li jżidu l-kwalità tal-emissjonijiet irrapportati iżda mingħajr impatt dirett fuq l-akkuratezza tad-data dwar l-ammonti ta’ karburant rilaxxati jistgħu jinkludu:

(a) 

bidla minn valuri prestabbiliti għal analiżijiet sabiex jiġu ddeterminati l-fatturi tal-kalkolu;

(b) 

żieda fl-għadd ta’ analiżijiet għal kull fluss ta’ karburant;

(c) 

fejn il-kompitu speċifiku tal-kejl ma jaqax taħt kontroll metroloġiku legali nazzjonali, is-sostituzzjoni ta’ strumenti tal-kejl bi strumenti li jikkonformaw ma’ rekwiżiti rilevanti ta’ kontroll metroloġiku legali tal-Istat Membru f’applikazzjonijiet simili, jew għal strumenti tal-kejl li jilħqu r-regoli nazzjonali adottati skont id-Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ) jew id-Direttiva 2014/32/UE;

(d) 

it-tqassir tal-intervalli ta’ kalibrazzjoni u manutenzjoni tal-istrumenti tal-kejl;

(e) 

it-titjib ta’ attivitajiet ta’ fluss ta’ data u attivitajiet ta’ kontroll li jnaqqsu r-riskju inerenti jew ta’ kontroll b’mod sinifikanti;

(f) 

entitajiet regolati li jaqilbu għal identifikazzjoni aktar akkurata tal-fattur tal-ambitu.

5.  
Ma għandux jiġi kkunsidrat li l-miżuri relatati mat-titjib tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ ta’ entità regolata jġarrbu kostijiet irraġonevoli sa ammont akkumulat ta’ EUR 4 000 għal kull perjodu ta’ rapportar. Għall-entitajiet regolati b’emissjonijiet baxxi dak il-livell limitu għandu jkun ta’ EUR 1 000 għal kull perjodu ta’ rapportar.

Artikolu 75e

Kategorizzazzjoni tal-entitajiet regolati u tal-flussi ta’ karburant

1.  
Għall-fini tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet u d-determinazzjoni tar-rekwiżiti minimi għal-livelli għall-fatturi ta’ kalkolu relatati, kull entità regolata għandha tiddetermina l-kategorija tagħha skont il-paragrafu 2, u, fejn rilevanti, ta’ kull fluss ta’ karburant skont il-paragrafu 3.
2.  

L-entità regolata għandha tikklassifika lilha nnifisha f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

▼M5

(a) 

entità tal-kategorija A, fejn mill-2027 sal-2030, l-emissjonijiet annwali medji verifikati fis-sentejn qabel il-perjodu ta’ rapportar qabel l-applikazzjoni tal-fattur tal-iskop, bl-esklużjoni tas-CO2 li joriġina mill-karburanti bi klassifikazzjoni żero, huma ugwali jew inqas minn 50 000 tunnellata ta’ CO2(e);

(b) 

entità tal-kategorija B, fejn mill-2027 sal-2030, l-emissjonijiet annwali medji verifikati fis-sentejn qabel il-perjodu ta’ rapportar qabel l-applikazzjoni tal-fattur tal-ambitu, bl-esklużjoni tas-CO2 li joriġina mill-karburanti bi klassifikazzjoni żero, huma iktar minn 50 000 tunnellata ta’ CO2(e).

▼M4

Mill-2031 ’il quddiem, l-entitajiet tal-kategoriji A u B imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-emissjonijiet annwali medji vverifikati fil-perjodu ta’ negozjar immedjatament qabel il-perjodu ta’ negozjar attwali.

B’deroga mill-Artikolu 14(2), l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti lill-entità regolata ma timmodifikax il-pjan ta’ monitoraġġ meta, abbażi ta’ emissjonijiet ivverifikati, jinqabeż il-limitu għall-klassifikazzjoni tal-entità regolata msemmi fl-ewwel subparagrafu, iżda l-entità regolata turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li dan il-limitu ma jkunx diġà inqabeż matul l-aħħar ħames perjodi ta’ rapportar u ma jerġax jinqabeż f’perjodi ta’ rapportar sussegwenti.

3.  

L-entità regolata għandha tikklassifika kull fluss ta’ karburant f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

▼M5

(a) 

flussi ta’ karburant de minimis, fejn il-flussi ta’ karburant magħżula mill-entità regolata flimkien jammontaw għal inqas minn 1 000 tunnellata ta’ CO2 fossili fis-sena qabel l-applikazzjoni tal-fattur tal-ambitu;

▼M4

(b) 

flussi ta’ karburant maġġuri, fejn il-flussi ta’ karburant ma jaqgħux taħt il-kategoriji msemmija fil-punt (a).

B’deroga mill-Artikolu 14(2), l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti lill-entità regolata ma timmodifikax il-pjan ta’ monitoraġġ fejn, abbażi ta’ emissjonijiet ivverifikati, jinqabeż il-limitu għall-klassifikazzjoni ta’ sors ta’ karburant bħala sors ta’ karburant de minimis imsemmi fl-ewwel subparagrafu, iżda l-entità regolata turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li dan il-limitu ma jkunx diġà inqabeż matul l-aħħar ħames perjodi ta’ rapportar u ma jerġax jinqabeż f’perjodi ta’ rapportar sussegwenti.

▼M5

4.  
Fejn l-emissjonijiet annwali medji vverifikati użati biex tiġi ddeterminata l-kategorija tal-entità regolata kif imsemmi fil-paragrafu 2 ma jkunux disponibbli jew ma jibqgħux rappreżentattivi għall-fini tal-paragrafu 2, l-entità regolata għandha tuża stima konservattiva tal-emissjonijiet medji annwali kkalkulati qabel l-applikazzjoni tal-fattur tal-ambitu, bl-esklużjoni tas-CO2 li joriġina minn karburanti bi klassifikazzjoni żero, biex tiddetermina l-kategorija tal-entità regolata.

▼M5

4a.  
B’deroga mill-paragrafi 2, 3 u 4, qabel l-2027, l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti lill-entità regolata tikklassifika lilha nnifisha u lil kull fluss tal-karburant abbażi tal-emissjonijiet wara l-applikazzjoni tal-fattur tal-ambitu, bl-esklużjoni tas-CO2 li joriġina minn karburanti bi klassifikazzjoni żero, meta l-entità regolata tkun tista’ turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-fattur tal-ambitu applikat għall-klassifikazzjoni se jibqa’ rappreżentattiv fis-snin futuri.

▼M5 —————

▼M4

Artikolu 75f

Metodoloġija ta’ monitoraġġ

Kull entità regolata għandha tiddetermina l-emissjonijiet annwali tas-CO2 mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE billi timmultiplika għal kull fluss ta’ karburant l-ammont ta’ karburant rilaxxat bil-fattur ta’ konverżjoni ta’ unità korrispondenti, il-fattur tal-ambitu korrispondenti u l-fattur ta’ emissjoni korrispondenti.

Il-fattur ta’ emissjoni għandu jiġi espress bħala tunnellati ta’ CO2 għal kull terajoule (t CO2/TJ) konsistenti mal-użu tal-fattur ta’ konverżjoni ta’ unità.

L-awtorità kompetenti tista’ tippermetti l-użu ta’ fatturi ta’ emissjoni għall-karburanti, espressi bħala tCO2/t jew tCO2/Nm3. F’każijiet bħal dawn, l-entità regolata għandha tiddetermina l-emissjonijiet billi timmultiplika l-ammont ta’ karburant rilaxxat, espress bħala tunnellati jew metri kubiċi normali, bil-fattur tal-ambitu korrispondenti u l-fattur ta’ emissjoni korrispondenti.

Artikolu 75g

Tibdil temporanju fil-metodoloġija ta’ monitoraġġ

1.  
Meta, għal raġunijiet tekniċi, ma jkunx temporanjament fattibbli li jiġi applikat il-pjan ta’ monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti, l-entità regolata kkonċernata għandha tapplika l-ogħla livell li jista’ jintlaħaq, jew, ħlief għall-fattur tal-ambitu, approċċ konservattiv mingħajr livelli jekk ma tkunx tista’ tinkiseb l-applikazzjoni ta’ livell, sakemm jiġu rrestawrati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-livell approvat fil-pjan ta’ monitoraġġ.

L-entità regolata għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tippermetti t-tkomplija fil-pront tal-applikazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti.

2.  

L-entità regolata kkonċernata għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar il-bidla temporanja msemmija fil-paragrafu 1 għall-metodoloġija ta’ monitoraġġ mingħajr dewmien żejjed, u tispeċifika:

(a) 

ir-raġunijiet għad-devjazzjoni mill-pjan ta’ monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti;

(b) 

id-dettalji tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ interim li qed tuża l-entità regolata sabiex tiddetermina l-emissjonijiet sakemm il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti jkunu ġew irrestawrati;

(c) 

il-miżuri li l-entità regolata tkun qed tieħu sabiex tirrestawra l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti;

(d) 

il-mument mistenni meta l-applikazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti tkun se tiġi rrestawrata.

TAQSIMA 2

Metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu

Subtaqsima 1

Ġ e n e r a l i

Artikolu 75h

Livelli applikabbli għall-ammonti ta’ karburant rilaxxati u għall-fatturi ta’ kalkolu

1.  

Meta tiddefinixxi l-livelli rilevanti għall-flussi ta’ karburant ewlenin, sabiex tiddetermina l-ammonti ta’ karburant rilaxxati u kull fattur ta’ kalkolu, kull entità regolata għandha tapplika dan li ġej:

(a) 

mill-inqas il-livelli elenkati fl-Anness V, f’każ ta’ entità tal-kategorija A, jew fejn ikun meħtieġ fattur ta’ kalkolu għal fluss ta’ karburant li jkun karburant standard kummerċjali;

(b) 

f’każijiet oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (a), l-ogħla livell kif iddefinit fl-Anness IIa.

Madankollu, għall-ammonti ta’ karburant rilaxxati u għall-fatturi ta’ kalkolu ta’ flussi ta’ karburant ewlenin, l-entità regolata tista’ tapplika livell sa żewġ livelli aktar baxx milli meħtieġ f’konformità mal-ewwel subparagrafu, b’minimu tal-livell 1, meta turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-livell meħtieġ f’konformità mal-ewwel subparagrafu, jew fejn applikabbli l-ogħla livell li jmiss, ma huwiex teknikament fattibbli jew iwassal għal kostijiet irraġonevoli.

2.  
Għall-flussi ta’ karburant de minimis, l-entità regolata tista’ tiddetermina l-ammonti ta’ karburant rilaxxati u kull fattur ta’ kalkolu billi juża stimi konservattivi minflok ma tuża livelli, sakemm livell definit ikun jista’ jintlaħaq mingħajr sforz addizzjonali.

Għall-flussi ta’ karburant imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-entità regolata tista’ tiddetermina l-ammonti ta’ karburant rilaxxati abbażi ta’ fatturi jew rekords tax-xiri, sakemm livell definit ma jkunx jista’ jintlaħaq mingħajr sforz addizzjonali.

3.  
Meta l-awtorità kompetenti tkun ippermettiet l-użu ta’ fatturi ta’ emissjoni espressi bħala t CO2/t jew t CO2/Nm3 għall-karburanti, il-fattur ta’ konverżjoni ta’ unità jista’ jiġi mmonitorjat bl-użu ta’ stima konservattiva minflok bl-użu ta’ livelli, sakemm livell definit ma jkunx jista’ jintlaħaq mingħajr sforz addizzjonali.

Artikolu 75i

Livelli applikabbli għall-fattur tal-ambitu

1.  
Meta tiddefinixxi l-livelli rilevanti għall-flussi ta’ karburant, sabiex tiddetermina l-fattur tal-ambitu, kull entità regolata għandha tapplika l-ogħla livell kif iddefinit fl-Anness IIa.

Madankollu, l-entità regolata tista’ tapplika livell wieħed aktar baxx minn dak meħtieġ f’konformità mal-ewwel subparagrafu meta turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-livell meħtieġ f’konformità mal-ewwel subparagrafu ma huwiex teknikament fattibbli, iwassal għal kostijiet irraġonevoli, jew li l-metodi elenkati fl-Artikolu 75l(2), il-punti (a) sa (d), ma humiex disponibbli.

Jekk it-tieni subparagrafu ma jkunx applikabbli, l-entità regolata tista’ tapplika livell li jkun żewġ livelli aktar baxx minn dak meħtieġ f’konformità mal-ewwel subparagrafu, b’minimu tal-livell 1, meta turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-livell meħtieġ f’konformità mal-ewwel subparagrafu ma huwiex teknikament fattibbli, iwassal għal kostijiet irraġonevoli, jew li, abbażi ta’ valutazzjoni simplifikata tal-inċertezza, il-metodi stabbiliti f’livelli aktar baxxi jwasslu għal determinazzjoni aktar akkurata dwar jekk il-karburant jintużax għall-kombustjoni f’setturi koperti mill-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE.

Fejn, għal fluss ta’ karburant, l-entità regolata tuża aktar minn metodu wieħed elenkat fl-Artikolu 75l(2), (3) u (4), għandha tkun meħtieġa li turi li l-kundizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu huma ssodisfati biss fir-rigward tas-sehem tal-ammont ta’ karburant rilaxxat li għalih jintalab il-metodu tal-livell inferjuri.

2.  
Għall-flussi ta’ karburant de minimis, l-entità regolata ma għandhiex tkun meħtieġa turi li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 huma ssodisfati, sakemm ma jkunx jista’ jinkiseb livell definit mingħajr sforz addizzjonali.

Subtaqsima 2

Ammonti ta’ karburant rilaxxati

Artikolu 75j

Determinazzjoni tal-ammonti ta’ karburant rilaxxati

1.  

L-entità regolata għandha tiddetermina l-ammonti ta’ karburant rilaxxati ta’ fluss ta’ karburant b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a) 

meta l-entitajiet regolati u l-flussi ta’ karburant koperti jikkorrispondu għal entitajiet b’obbligi ta’ rapportar skont, u prodotti tal-enerġija soġġetti għal, leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttivi 2003/96/KE u (UE) 2020/262, abbażi tal-metodi ta’ kejl użati għall-finijiet ta’ dawk l-atti meta dawk il-metodi jkunu bbażati fuq il-kontroll metroloġiku nazzjonali;

(b) 

abbażi tal-aggregazzjoni tal-kejl tal-kwantitajiet fil-punt fejn il-flussi ta’ karburant jiġu rilaxxat għall-konsum;

(c) 

abbażi ta’ kejl kontinwu fil-punt fejn il-flussi ta’ karburant jiġu rilaxxati għall-konsum.

Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-entitajiet regolati jużaw biss, fejn applikabbli, il-metodu msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a).

2.  
Fejn id-determinazzjoni tal-ammonti ta’ karburant rilaxxati għas-sena kalendarja sħiħa ma tkunx teknikament fattibbli jew tista’ timplika kostijiet irraġonevoli, l-entità regolata tista’ tagħżel il-jum l-iżjed xieraq li jkun imiss sabiex tissepara sena ta’ rapportar mis-sena ta’ wara, u tirrikonċilja skont kif ikun xieraq mas-sena kalendarja meħtieġa. Id-devjazzjonijiet involuti għal fluss ta’ karburant wieħed jew aktar għandhom jiġu ddokumentati fil-pjan ta’ monitoraġġ, irreġistrati b’mod ċar, jifformaw il-bażi ta’ valur rappreżentattiv għas-sena kalendarja, u jiġu kkunsidrati b’mod konsistenti b’rabta mas-sena li jkun imiss. Il-Kummissjoni tista’ tipprovdi l-linji gwida rilevanti.

Meta jiġu ddeterminati l-ammonti ta’ karburant rilaxxati f’konformità mal-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 28 u 29, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 28(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza u t-tielet subparafu. Għal dak il-fini, kwalunkwe referenza għall-operatur jew għall-installazzjoni għandha tiġi interpretata daqslikieku kienet referenza għall-entità regolata.

L-entità regolata tista’ tissimplifika l-valutazzjoni tal-inċertezza billi tassumi li l-iżbalji massimi permissibbli speċifikati għall-istrument tal-kejl fis-servizz għandhom jitqiesu bħala l-inċertezza matul il-perjodu kollu ta’ rapportar kif meħtieġ mid-definizzjonijiet tal-livelli fl-Anness IIa.

3.  
B’deroga mill-Artikolu 75h, meta jintuża l-metodu msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-entità regolata tista’ tiddetermina l-ammonti ta’ karburant rilaxxati mingħajr ma tuża l-livelli. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2026 dwar l-applikazzjoni prattika u l-livelli ta’ inċertezza tal-metodu msemmi f’dak il-punt.

Subtaqsima 3

Fatturi ta’ kalkolu

Artikolu 75k

Determinazzjoni tal-fatturi ta’ kalkolu

1.  

Għandhom japplikaw l-Artikolu 30, l-Artikolu 31(1), (2) u (3) u l-Artikoli 32, 33, 34, u 35. Għal dak il-fini:

(a) 

kwalunkwe referenza għal operatur għandha tiġi interpretata daqslikieku kienet referenza għall-entità regolata;

(b) 

kwalunkwe referenza għal data dwar attività għandha tiġi interpretata daqslikieku kienet referenza għall-ammonti ta’ karburant rilaxxati;

(c) 

kwalunkwe referenza għal karburanti jew materjali għandha tiġi interpretata daqslikieku kienet referenza għall-karburanti kif definit fl-Artikolu 3(af) tad-Direttiva 2003/87/KE;

(d) 

kwalunkwe referenza għall-Anness II għandha tiġi interpretata daqslikieku kienet referenza għall-Anness IIa.

2.  

L-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-entità regolata tiddetermina l-fattur ta’ konverżjoni ta’ unità u l-fattur ta’ emissjoni tal-karburanti kif definit fl-Artikolu 3(af) tad-Direttiva 2003/87/KE bl-użu tal-istess livelli kif meħtieġ għall-karburanti kummerċjali standard dment li, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, xi wieħed mill-parametri li ġejjin juri intervall ta’ kunfidenza ta’ 95 % ta’:

(a) 

inqas minn 2 % għall-valur kalorifiku nett;

(b) 

inqas minn 2 % għall-fattur ta’ emissjoni, fejn l-ammonti ta’ karburant rilaxxat jiġu espressi bħala kontenut ta’ enerġija.

Qabel l-applikazzjoni ta’ din id-deroga, l-awtorità kompetenti għandha tippreżenta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni sommarju tal-metodu u tas-sorsi tad-data użati biex jiġi ddeterminat jekk waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ġietx issodisfata fl-aħħar 3 snin u biex jiġi żgurat li l-valuri użati jkunu konsistenti mal-valuri medji użati mill-operaturi fil-livell nazzjonali jew reġjonali korrispondenti. L-awtorità kompetenti tista’ tiġbor jew titlob tali evidenza. Mill-inqas kull 3 snin hija għandha tirrieżamina l-valuri użati u tinnotifika lill-Kummissjoni jekk ikun hemm xi tibdil sinifikanti, filwaqt li tqis il-medja tal-valuri użati mill-operaturi fil-livell nazzjonali jew reġjonali korrispondenti.

Il-Kummissjoni tista’ tirrieżamina regolarment ir-rilevanza ta’ din id-dispożizzjoni u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-paragrafu fid-dawl tal-iżviluppi fis-suq tal-karburanti u l-proċessi Ewropej ta’ standardizzazzjoni.

Artikolu 75l

Determinazzjoni tal-fattur tal-ambitu

1.  
Fejn l-ammonti ta’ karburant rilaxxati ta’ fluss ta’ karburant jintużaw biss għall-kombustjoni f’setturi koperti mill-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE, il-fattur tal-ambitu għandu jiġi stabbilit għal 1.

Fejn l-ammonti ta’ karburant rilaxxati ta’ fluss ta’ karburant jintużaw biss għall-kombustjoni f’setturi koperti mill-Kapitoli II u III tad-Direttiva 2003/87/KE, bl-eċċezzjoni ta’ installazzjonijiet esklużi skont l-Artikolu 27a ta’ dik id-Direttiva, il-fattur tal-ambitu għandu jiġi stabbilit għal żero, dment li l-entità regolata turi li l-għadd doppju msemmi fl-Artikolu 30f(5) tad-Direttiva 2003/87/KE ġie evitat.

L-entità regolata għandha tiddetermina fattur tal-ambitu għal kull fluss ta’ karburant jew billi tapplika l-metodi msemmija fil-paragrafu 2, jew valur prestabbilit f’konformità mal-paragrafu 3, skont il-livell applikabbli.

2.  

L-entità regolata għandha tiddetermina l-fattur tal-ambitu abbażi ta’ wieħed jew aktar mill-metodi li ġejjin, f’konformità mar-rekwiżiti tal-livell applikabbli kif stabbilit fl-Anness IIa ta’ dan ir-Regolament:

(a) 

metodi bbażati fuq id-distinzjoni fiżika tal-flussi ta’ karburant, inklużi metodi bbażati fuq id-distinzjoni tar-reġjun ġeografiku jew ibbażati fuq l-użu ta’ strumenti tal-kejl separati;

(b) 

metodi bbażati fuq il-proprjetajiet kimiċi tal-karburanti, li jippermettu lill-entitajiet regolati juru li l-karburant rilevanti jista’ jintuża biss għall-kombustjoni f’setturi speċifiċi, minħabba raġunijiet legali, tekniċi jew ekonomiċi;

(c) 

l-użu ta’ markatur fiskali f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 95/60/KE ( 12 );

(d) 

l-użu tar-rapport annwali vverifikat dwar l-emissjonijiet imsemmi fl-Artikolu 68(1);

(e) 

katina ta’ arranġamenti kuntrattwali u fatturi traċċabbli (“katina ta’ kustodja”), li tirrappreżenta l-katina kollha tal-provvista mill-entità regolata sal-konsumaturi, inklużi l-konsumaturi aħħarin;

(f) 

l-użu ta’ markaturi jew kuluri nazzjonali (kuluranti) għall-karburanti, abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(g) 

metodi indiretti li jippermettu differenzjazzjoni akkurata tal-użi aħħarin tal-karburanti fiż-żmien meta jiġu rilaxxati għall-konsum, bħal profili ta’ konsum speċifiċi għas-settur, firxiet tipiċi ta’ kapaċità tal-livelli ta’ konsum tal-karburant tal-konsumaturi, u livelli ta’ pressjoni bħal dawk tal-karburanti gassużi, dment li l-użu ta’ dak il-metodu jiġi approvat mill-awtorità kompetenti. Il-Kummissjoni tista’ tipprovdi linji gwida dwar metodi indiretti applikabbli.

3.  
Fejn soġġett għal-livelli meħtieġa, l-applikazzjoni tal-metodi elenkati fil-paragrafu 2 ma tkunx teknikament fattibbli jew timplika kostijiet mhux raġonevoli, l-entità regolata tista’ tuża valur prestabbilit ta’ 1.
4.  

B’deroga mill-paragrafu 3, l-entità regolata tista’ tapplika valur prestabbilit inqas minn 1, dment li:

(a) 

għall-finijiet tar-rapportar tal-emissjonijiet fis-snin ta’ rapportar 2024 sa 2026, l-entità regolata turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-użu ta’ valuri prestabbiliti inqas minn 1 iwassal għal determinazzjoni aktar akkurata tal-emissjonijiet, jew

(b) 

għall-finijiet tar-rapportar tal-emissjonijiet fis-snin ta’ rapportar mill-1 ta’ Jannar 2027, l-entità regolata turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-użu ta’ valuri prestabbiliti inqas minn 1 iwassal għal determinazzjoni aktar akkurata tal-emissjonijiet u li mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:

(i) 

il-fluss tal-karburant huwa fluss ta’ karburant de minimis;

(ii) 

il-valur prestabbilit għall-fluss ta’ karburant ma huwiex inqas minn 0,95 għall-użi tal-karburant f’setturi koperti mill-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE jew mhux ogħla minn 0,05 għall-użi tal-karburant f’setturi mhux koperti minn dak l-Anness.

5.  
Fejn, għal fluss ta’ karburant, l-entità regolata tuża aktar minn metodu wieħed elenkat fil-paragrafi 2, 3 u 4, hija għandha tiddetermina l-fattur tal-ambitu bħala l-medja ponderata tal-fatturi differenti tal-kamp ta’ applikazzjoni li jirriżultaw mill-użu ta’ kull metodu. Għal kull metodu użat, l-entità regolata għandha tippreżenta informazzjoni dwar it-tip ta’ metodu, il-fattur tal-ambitu assoċjat, l-ammont ta’ karburant rilaxxat u l-kodiċi mill-format komuni ta’ rapportar għas-sistemi nazzjonali ta’ inventarju tal-gassijiet serra, kif approvat mill-korpi rispettivi tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima dwar it-tibdil fil-Klima (il-kodiċi tal-Format ta’ Rapportar Komuni (CDF)), fil-livell ta’ dettall disponibbli.
6.  
B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u mill-Artikolu 75i, Stat Membru jista’ jirrikjedi li l-entitajiet regolati jużaw metodu speċifiku msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jew valur prestabbilit għal ċertu tip ta’ karburant jew f’ċertu reġjun fit-territorju tagħhom. L-użu ta’ valuri prestabbiliti fil-livell nazzjonali għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

Meta tapprova l-valur prestabbilit f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-livell xieraq ta’ armonizzazzjoni tal-metodoloġiji bejn l-Istati Membri, il-bilanċ bejn l-akkuratezza, l-effiċjenza amministrattiva u l-implikazzjonijiet ta’ trasferiment tal-kost għall-konsumaturi, kif ukoll ir-riskju possibbli ta’ evażjoni tal-obbligi skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE.

Kwalunkwe valur prestabbilit għall-fluss nazzjonali ta’ karburant użat skont dan il-paragrafu ma għandux ikun anqas minn 0,95 għall-użi tal-karburant fis-setturi koperti mill-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE jew mhux ogħla minn 0,05 għall-użi tal-karburant f’setturi mhux koperti minn dak l-Anness.

7.  
L-entità regolata għandha tispeċifika l-metodi applikati jew il-valuri prestabbiliti fil-pjan ta’ monitoraġġ.

Subtaqsima 4

▼M5

Trattament ta’ karburanti sintetiċi tal-bijomassa b’livell baxx ta’ karbonju, RFNBO u RCF

Artikolu 75m

Rilaxx ta’ flussi tal-karburant li fihom bijomassa, karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju, RFNBO u RCF

1.  

L-Artikolu 38, l-Artikolu 39, il-paragrafi 1, 3 u 4, u l-Artikolu 39a għandhom japplikaw. Għal dak il-għan:

▼M4

(a) 

kwalunkwe referenza għal operatur għandha tiġi interpretata daqslikieku kienet referenza għall-entità regolata;

(b) 

kwalunkwe referenza għal data dwar attività għandha tiġi interpretata daqslikieku kienet referenza għall-ammonti ta’ karburant rilaxxati;

(c) 

kwalunkwe referenza għall-flussi minn sorsi għandha tiġi interpretata daqslikieku kienet referenza għall-flussi ta’ karburant;

(d) 

kwalunkwe referenza għall-Anness II għandha tiġi interpretata daqslikieku kienet referenza għall-Anness IIa;

(e) 

kwalunkwe referenza għall-paragrafu 39(2) għandha tiġi interpretata bħala referenza għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

2.  
Fejn ikun applikabbli l-Artikolu 38(5), għandhom jitqiesu d-derogi ta’ limitu f’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, dment li l-entità regolata tista’ turi l-evidenza rilevanti għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti. Il-Kummissjoni tista’ tipprovdi linji gwida dwar kif għandhom jiġu applikati aktar dawn id-derogi tal-limiti.
3.  
Fejn, suġġett għal-livell meħtieġ, l-entità regolata għandha twettaq analiżijiet sabiex tiddetermina l- ►M5  frazzjoni tal-karbonju bi klassifikazzjoni żero ◄ , hija għandha tagħmel dan abbażi ta’ metodu standard rilevanti u l-metodi analitiċi fih, dment li l-użu ta’ dak il-metodu standard u analitiku jiġi approvat mill-awtorità kompetenti.

Fejn, suġġett għal-livell meħtieġ, l-entità regolata għandha twettaq analiżijiet sabiex tiddetermina l- ►M5  frazzjoni tal-karbonju bi klassifikazzjoni żero ◄ , iżda l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu ma tkunx teknikament fattibbli jew timplika kostijiet irraġonevoli, l-entità regolata għandha tippreżenta metodu ta’ stima alternattiv sabiex tiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni.

TAQSIMA 3

Dispożizzjonijiet oħra

Artikolu 75n

Entitajiet regolati b’emissjonijiet baxxi

▼M5

1.  

L-awtorità kompetenti tista’ tikkunsidra entità regolata bħala entità regolata b’emissjonijiet baxxi meta tiġi ssodisfata tal-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

mill-2027 sal-2030, l-emissjonijiet annwali medji vverifikati fis-sentejn ta’ qabel il-perjodu ta’ rapportar qabel l-applikazzjoni tal-fattur tal-ambitu, bl-esklużjoni tas-CO2 li joriġina minn karburanti bi klassifikazzjoni żero, kienu inqas minn 1 000 tunnellata ta’ CO2 fis-sena;

(b) 

mill-2031, l-emissjonijiet annwali medji ta’ dik l-entità regolata rrapportati fir-rapporti vverifikati dwar l-emissjonijiet matul il-perjodu ta’ negozjar immedjatament qabel il-perjodu ta’ negozjar attwali, ikkalkulati qabel l-applikazzjoni tal-fattur tal-ambitu u bl-esklużjoni tas-CO2 li joriġina minn karburanti bi klassifikazzjoni żero, kienu inqas minn 1 000 tunnellata ta’ CO2 fis-sena;

(c) 

fejn l-emissjonijiet annwali medji msemmija fil-punt (a) ma jkunux disponibbli jew ma jibqgħux rappreżentattivi għall-fini tal-punt (a), iżda l-emissjonijiet annwali ta’ dik l-entità regolata għall-5 snin li ġejjin, ikkalkulati qabel l-applikazzjoni tal-fattur tal-ambitu u bl-esklużjoni tas-CO2 li joriġina minn karburanti bi klassifikazzjoni żero, se jkunu, abbażi ta’ metodu ta’ stima konservattiva, inqas minn 1 000 tunnellata ta’ CO2(e) fis-sena.

▼M5

1a.  
B’deroga mill-paragrafu 1, qabel l-2027, l-awtorità kompetenti tista’ tqis entità regolata bħala entità regolata b’emissjonijiet baxxi abbażi tal-emissjonijiet wara l-applikazzjoni tal-fattur tal-ambitu, bl-esklużjoni tas-CO2 li joriġina minn karburanti bi klassifikazzjoni żero, meta l-entità regolata tkun tista’ turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-fattur tal-ambitu applikat għall-klassifikazzjoni se jibqa’ rappreżentattiv fis-snin futuri.

▼M4

2.  
L-entità regolata b’emissjonijiet baxxi ma għandhiex tkun meħtieġa tippreżenta d-dokumenti ta’ sostenn imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(1).
3.  
B’deroga mill-Artikolu 75j, l-entità regolata b’emissjonijiet baxxi tista’ tiddetermina l-ammont ta’ karburant rilaxxat bl-użu ta’ rekords ta’ xiri disponibbli u ddokumentati u stimi ta’ tibdil fl-istokk.
4.  
B’deroga mill-Artikoli 75h, l-entità regolata b’emissjonijiet baxxi tista’ tapplika bħala minimu l-livell wieħed għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammonti ta’ karburant rilaxxati u l-fatturi ta’ kalkolu għall-flussi kollha ta’ karburant, sakemm ma tkunx tista’ tinkiseb akkuratezza ogħla mingħajr sforz addizzjonali għall-entità regolata.
5.  
Għall-fini tad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ kalkolu abbażi ta’ analiżijiet f’konformità mal-Artikolu 32, l-entità regolata b’emissjonijiet baxxi tista’ tuża kwalunkwe laboratorju li jkun teknikament kompetenti u kapaċi jiġġenera riżultati teknikament validi bl-użu tal-proċeduri analitiċi rilevanti u jipprovdi evidenza għal miżuri ta’ garanzija tal-kwalità kif imsemmi fl-Artikolu 34(3).
6.  
Fejn entità regolata b’emissjonijiet baxxi soġġetta għal monitoraġġ simplifikat taqbeż il-livell limitu msemmi fil-paragrafu 2 fi kwalunkwe sena kalendarja, din l-entità regolata għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar dan mingħajr dewmien żejjed.

L-entità regolata għandha, mingħajr dewmien żejjed, tippreżenta modifika sinifikanti tal-pjan ta’ monitoraġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 15(3), il-punt (b), lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni.

Madankollu, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti li l-entità regolata tkompli l-monitoraġġ issimplifikat dment li dik l-entità regolata turi b’sodisfazzjon għall-awtorità kompetenti li l-livell limitu msemmi fil-paragrafu 2 ma jkunx inqabeż fil-ħames perjodi ta’ rapportar li jkunu għaddew u ma jkunx se jinqabeż għal darb’oħra mill-perjodu ta’ rapportar ta’ wara ’l quddiem.

Artikolu 75o

Ġestjoni u kontroll tad-data

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V. F’dan ir-rigward, kwalunkwe referenza għall-operatur/għal operatur għandha tiġi interpretata daqslikieku kienet referenza għall-entità regolata.

Artikolu 75p

Rapporti annwali dwar l-emissjonijiet

1.  
Mill-2026, l-entità regolata għandha tippreżenta lill-awtorità kompetenti sat-30 ta’ April ta’ kull sena rapport dwar l-emissjonijiet li jkopri l-emissjonijiet annwali fil-perjodu tar-rapportar u li huwa vverifikat f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.

Fl-2025, l-entità regolata għandha tippreżenta lill-awtorità kompetenti sat-30 ta’ April rapport dwar l-emissjonijiet li jkopri l-emissjonijiet annwali fl-2024. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta f’dak ir-rapport f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-entitajiet regolati jippreżentaw ir-rapporti annwali dwar l-emissjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu qabel it-30 ta’ April, dment li r-rapport jiġi ppreżentat mhux aktar kmieni minn xahar wieħed wara l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 68(1).

2.  
Ir-rapporti annwali dwar l-emissjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom mill-inqas jinkludu l-informazzjoni mniżżla fl-Anness X.

Artikolu 75q

Rapportar dwar titjib fil-metodoloġija ta’ monitoraġġ

1.  
Kull entità regolata għandha tivverifika regolarment jekk il-metodoloġija ta’ monitoraġġ applikata tistax tittejjeb.

L-entitajiet regolati għandhom jippreżentaw lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni rapport li jkun jinkludi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 jew 3, fejn xieraq, sal-iskadenzi li ġejjin:

(a) 

għal entità tal-kategorija A, sal-31 ta’ Lulju kull 5 snin;

(b) 

għal entità tal-kategorija B, sal-31 ta’ Lulju kull 3 snin;

(c) 

għal kwalunkwe entità regolata li qed tuża l-fattur tal-ambitu prestabbilit kif imsemmi fl-Artikolu 75l(3) u (4), sal-31 ta’ Lulju 2026.

Madankollu, l-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi data alternattiva għall-preżentazzjoni tar-rapport, iżda mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru tal-istess sena u tista’ tapprova, flimkien mal-pjan ta’ monitoraġġ jew ir-rapport tat-titjib, estensjoni tal-iskadenza applikabbli skont it-tieni subparagrafu, jekk l-entità regolata tipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti meta tippreżenta pjan ta’ monitoraġġ f’konformità mal-Artikolu 75b jew man-notifika tal-aġġornamenti f’konformità ma’ dak l-Artikolu, jew meta tippreżenta rapport ta’ titjib f’konformità ma’ dan l-Artikolu, li r-raġunijiet għal kostijiet irraġonevoli jew għal miżuri ta’ titjib li ma humiex teknikament fattibbli se jibqgħu validi għal perjodu ta’ żmien itwal. L-estensjoni għandha tqis in-numru ta’ snin li għalihom l-entità regolata tipprovdi evidenza. Il-perjodu ta’ żmien totali bejn ir-rapporti dwar it-titjib ma għandux jaqbeż 4 snin għal entità regolata tal-kategorija B jew 5 snin għal entità regolata tal-kategorija A.

2.  
Fejn entità regolata ma tapplikax għall-flussi ta’ karburant ewlenin mill-inqas il-livelli meħtieġa skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 75h(1) u skont l-Artikolu 75i(1), l-entità regolata għandha tipprovdi ġustifikazzjoni għaliex l-applikazzjoni tal-livelli meħtieġa ma hijiex teknikament fattibbli jew tista’ timplika kostijiet irraġonevoli.

Madankollu, fejn tinstab evidenza li l-miżuri meħtieġa għall-ilħiq ta’ dawk il-livelli jkunu saru teknikament vijabbli u ma jkunux għadhom jimplikaw kostijiet irraġonevoli, l-entità regolata għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar modifiki xierqa tal-pjan ta’ monitoraġġ f’konformità mal-Artikolu 75b, u tippreżenta proposti għall-implimentazzjoni tal-miżuri relatati u l-iskeda taż-żmien tagħha.

3.  
Meta l-entità regolata tapplika l-fattur tal-ambitu prestabbilit kif imsemmi fl-Artikolu 75l(3) u (4), l-entità regolata għandha tipprovdi ġustifikazzjoni dwar għaliex ma huwiex teknikament fattibbli jew jista’ jimplika kostijiet irraġonevoli biex jiġi applikat kwalunkwe metodu ieħor imsemmi fl-Artikolu 75l(2) għal fluss wieħed jew aktar ta’ karburant ewlieni jew de minimis.

Madankollu, fejn tinstab evidenza, għal dawk il-flussi ta’ karburant, li l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe metodu ieħor imsemmi fl-Artikolu 75l(2) saret teknikament fattibbli u ma għadhiex timplika kostijiet irraġonevoli, l-entità regolata għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti bil-modifiki xierqa tal-pjan ta’ monitoraġġ f’konformità mal-Artikolu 75b u tippreżenta proposti għall-implimentazzjoni tal-miżuri relatati u l-iskeda ta’ żmien tiegħu.

4.  
Fejn ir-rapport ta’ verifika stabbilit f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 jiddikjara nuqqasijiet ta’ konformità jew rakkomandazzjonijiet għal titjib pendenti, f’konformità mal-Artikoli 27, 29 u 30 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, l-entità regolata għandha tippreżenta lill-awtorità kompetenti rapport għall-approvazzjoni sal-31 ta’ Lulju tas-sena li fiha dak ir-rapport ta’ verifika jinħareġ mill-verifikatur. Dak ir-rapport għandu jiddeskrivi kif u meta l-entità regolata tkun irrettifikat jew tippjana li tirrettifika n-nuqqasijiet ta’ konformità identifikati mill-verifikatur u li timplimenta t-titjib irrakkomandat.

L-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi data alternattiva għall-preżentazzjoni tar-rapport kif imsemmi f’dan il-paragrafu, iżda mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru tal-istess sena. Fejn applikabbli, rapport bħal dan jista’ jiġi kkombinat mar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Fejn titjib irrakkomandat ma jkunx se jwassal għal titjib tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ, l-entità regolata għandha tipprovdi ġustifikazzjoni sabiex tispjega għaliex dak huwa l-każ. Fejn it-titjib irrakkomandat ikun se jwassal għal kostijiet irraġonevoli, l-entità regolata għandha tipprovdi evidenza tan-natura irraġonevoli tal-kostijiet.

5.  
Il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika fejn l-entità regolata tkun diġà solviet in-nuqqasijiet ta’ konformità u r-rakkomandazzjonijiet kollha għat-titjib u ppreżentat modifiki relatati tal-pjan ta’ monitoraġġ lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni f’konformità mal-Artikolu 75b ta’ dan ir-Regolament qabel id-data stabbilita skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 75r

Determinazzjoni tal-emissjonijiet mill-awtorità kompetenti

1.  

L-awtorità kompetenti għandha tagħmel stima konservattiva tal-emissjonijiet ta’ entità regolata, filwaqt li tqis l-implikazzjonijiet tat-trasferiment tal-kost għall-konsumaturi, fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ma jkun ġie ppreżentat l-ebda rapport annwali vverifikat dwar l-emissjonijiet mill-entità regolata sal-iskadenza meħtieġa skont l-Artikolu 75p;

(b) 

ir-rapport annwali vverifikat dwar l-emissjonijiet imsemmi fl-Artikolu 75p ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament;

(c) 

ir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet ta’ entità regolata ma jkunx ġie vverifikat f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.

2.  
Fejn verifikatur ikun iddikjara, fir-rapport ta’ verifika skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067, l-eżistenza ta’ dikjarazzjonijiet skorretti mhux materjali li ma jkunux ġew ikkoreġuti mill-entità regolata qabel il-ħruġ tar-rapport ta’ verifika, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta dawk id-dikjarazzjonijiet skorretti, u, fejn xieraq, tagħmel stima konservattiva tal-emissjonijiet tal-entità regolata, filwaqt li tqis l-implikazzjonijiet tat-trasferiment tal-kost għall-konsumaturi. L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-entità regolata jekk ikunux meħtieġa korrezzjonijiet, u liema huma dawn il-korrezzjonijiet, fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet. L-entità regolata għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-verifikatur.
3.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skambju effiċjenti ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-approvazzjoni ta’ pjanijiet ta’ monitoraġġ u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-aċċettazzjoni ta’ rapporti annwali dwar l-emissjonijiet.

Artikolu 75s

Aċċess għall-informazzjoni u l-arrotondament tad-data

Għandhom japplikaw l-Artikolu 71 u l-Artikolu 72(1) u (2). F’dan ir-rigward, kwalunkwe referenza għall-operaturi jew għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandha tiġi interpretata bħala referenza għall-entitajiet regolati.

Artikolu 75t

Żgurar ta’ konsistenza ma’ rapportar ieħor

Għall-finijiet tar-rapportar tal-emissjonijiet ta’ attivitajiet elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE:

(a) 

is-setturi li fihom il-karburanti kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (af), tad-Direttiva 2003/87/KE jiġu rilaxxati għall-konsum u jinħarqu għandhom jiġu ttikkettati bl-użu tal-kodiċijiet tas-CRF;

(b) 

il-karburanti kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (af), tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom jiġu ttikkettati bl-użu tal-kodiċijiet NM f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttivi 2003/96/KE u 2009/30/KE, fejn rilevanti;

(c) 

sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mar-rapportar għall-finijiet tat-taxxa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttivi 2003/96/KE u (UE) 2020/262, l-entità regolata għandha tuża, fejn rilevanti, in-numru tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 ( 13 ), in-numru tas-sisa skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2012 ( 14 ) jew in-numru nazzjonali tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni tas-sisa maħruġ mill-awtorità rilevanti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2003/96/KE, meta jirrapportaw id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom fil-pjan ta’ monitoraġġ u fir-rapport dwar l-emissjonijiet.

Artikolu 75u

Rekwiżiti tat-teknoloġija tal-informazzjoni

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VII. F’dan ir-rigward, kwalunkwe referenza għall-operatur u għall-operatur tal-inġenji tal-ajru għandha tiġi interpretata daqslikieku kienet referenza għall-entità regolata.

KAPITOLU VIIb

DISPOŻIZZJONIJIET ORIZZONTALI RELATATI MAL-MONITORAĠĠ TAL-EMISSJONIJIET MINN ENTITAJIET REGOLATI

Artikolu 75v

Evitar tal-għadd doppju permezz ta’ monitoraġġ u rapportar

1.  
L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-iskambji effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermettu lill-entitajiet regolati jiddeterminaw l-użu aħħari tal-karburant rilaxxat għall-konsum.
2.  
Kull operatur għandu, flimkien mar-rapport ivverifikat dwar l-emissjonijiet tiegħu f’konformità mal-Artikolu 68(1), jippreżenta informazzjoni f’konformità mal-Anness Xa. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-operaturi jagħmlu l-informazzjoni rilevanti elenkata fl-Anness Xa disponibbli għall-entità regolata kkonċernata qabel il-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ rapportar.
3.  
Kull entità regolata għandha, flimkien mar-rapport ivverifikat dwar l-emissjonijiet tagħha f’konformità mal-Artikolu 75p(1), tippreżenta informazzjoni dwar il-konsumaturi tal-karburanti li tkun irrilaxxat għall-konsum kif elenkat fl-Anness Xb.
4.  
Kull entità regolata li tirrilaxxa l-karburant għall-kombustjoni, f’setturi koperti mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE, għandha tiddetermina l-emissjonijiet tagħha fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 75p(1) ta’ dan ir-Regolament billi tuża l-informazzjoni mir-rapporti tal-operatur ippreżentati f’konformità mal-Anness Xa ta’ dan ir-Regolament u billi tnaqqas l-ammonti rilevanti ta’ karburanti imsemmija f’dawk ir-rapporti. L-ammonti ta’ karburanti miksuba iżda mhux użati fl-istess sena jistgħu jitnaqqsu biss jekk ir-rapport ivverifikat dwar l-emissjonijiet tal-operatur tas-sena ta’ wara s-sena ta’ rapportar jikkonferma li dawn intużaw għall-attivitajiet imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE. Inkella, id-differenza għandha tiġi riflessa fir-rapporti vverifikati dwar l-emissjonijiet tal-entità regolata ta’ dik is-sena.
5.  
Meta l-ammonti ta’ karburanti użati jitnaqqsu fis-sena ta’ wara s-sena ta’ rapportar, it-tnaqqis għandu jiġi stabbilit fil-forma ta’ tnaqqis assolut tal-emissjonijiet, derivat mill-multiplikazzjoni tal-ammont ta’ karburanti użati mill-operatur bil-fattur ta’ emissjoni korrispondenti fil-pjan ta’ monitoraġġ tal-entità regolata.
6.  
Meta l-entità regolata ma tkunx tista’ tistabbilixxi li l-karburanti rilaxxati għall-konsum jintużaw għall-kombustjoni f’setturi soġġetti għall-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE, il-paragrafi 4 u 5 ma għandhomx japplikaw.
7.  
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu li jikkonċernaw lill-operaturi jiġu applikati wkoll mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru.

Artikolu 75w

Prevenzjoni tal-frodi u l-obbligu ta’ kooperazzjoni

1.  
Sabiex jiġu żgurati l-monitoraġġ u r-rapportar akkurati tal-emissjonijiet koperti mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri kontra l-frodi u jiddeterminaw il-penali li għandhom jiġu imposti f’każ ta’ frodi li jkunu proporzjonati għall-fini tagħhom u li jkollhom effett ta’ deterrent adegwat.
2.  
Minbarra l-obbligi stabbiliti skont l-Artikolu 10, l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/87/KE, għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti inkarigati mis-superviżjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttivi 2003/96/KE u (UE) 2020/262, fejn rilevanti, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-identifikazzjoni ta’ ksur u l-impożizzjoni ta’ penali msemmija fil-paragrafu 1 jew ta’ miżuri korrettivi oħra f’konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2003/87/KE.

▼B

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 76

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 601/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 601/2012 huwa emendat kif ġej:

(1) 

Fl-Artikolu 12(1), it-tielet subparagrafu, il-punt (a) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(a) għal installazzjonijiet, evidenza għal kull fluss ta' sors maġġuri u minuri li turi konformità mal-limiti ta' inċertezza għal data tal-attivitajiet u fatturi ta' kalkolu, fejn applikabbli, għal livelli applikati kif definiti fl-Annessi II u IV, kif ukoll għal kull sors ta' emissjoni li juri konformità mal-limiti ta' inċertezza għal-livelli applikati kif definiti fl-Anness VIII, fejn applikabbli;”

(2) 

Fl-Artikolu 15(4), is-subparagrafu (a) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(a) 

fir-rigward tal-pjan ta' monitoraġġ tal-emissjonijiet:

(i) 

bidla tal-valuri tal-fatturi ta' emissjoni stabbiliti fil-pjan ta' monitoraġġ;

(ii) 

bidla fil-metodi tal-kalkolu kif stipulat fl-Anness III, jew bidla mill-użu ta' metodu tal-kalkolu għall-użu ta' metodoloġija ta' stima skont l-Artikolu 55(2) jew vice versa;

(iii) 

l-introduzzjoni ta' flussi ġodda minn sorsi;

(iv) 

bidliet fl-istatus tal-operatur tal-inġenji tal-ajru bħala emittent żgħir fit-tifsira tal-Artikolu 55(1) jew fir-rigward ta' wieħed mil-limiti previsti fl-Artikolu 28a(6) tad-Direttiva 2003/87/KE;”

(3) 

L-Artikolu 49 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 49

CO2 ittrasferit

1.  

L-operatur għandu jnaqqas mill-emissjonijiet tal-installazzjoni kwalunkwe ammont ta' CO2 li joriġina minn karbonju fossili f'attivitajiet koperti bl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, li ma jiġix rilaxxat mill-installazzjoni, iżda:

(a) 

jiġi ttrasferit 'il barra mill-installazzjoni lejn kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i) 

installazzjoni għall-qbid għall-fini ta' trasport u ħżin ġeoloġiku fuq perjodu twil f'post tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE;

(ii) 

netwerk tat-trasport bl-iskop ta' ħżin ġeoloġiku fuq perjodu twil f'post ta' ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE;

(iii) 

post tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE għall-iskop ta' ħżin ġeoloġiku fuq perjodu twil;

(b) 

jiġi ttrasferit 'il barra mill-installazzjoni u użat sabiex jipproduċi karbonat tal-kalċju ppreċipitat, li s-CO2 użat jiġi marbut kimikament fih.

2.  
Fir-rapport dwar l-emissjonijiet annwali tiegħu, l-operatur tal-installazzjoni tat-trasferiment għandu jipprovdi l-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istallazzjoni tal-installazzjoni riċevitriċi rikonoxxut skont l-atti adottati skont l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, jekk l-installazzjoni riċevitriċi tkun koperta minn dik id-Direttiva. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, l-operatur tal-installazzjoni tat-trasferiment għandu jipprovdi l-isem, l-indirizz u l-informazzjoni ta' kuntatt ta' persuna ta' kuntatt għall-installazzjoni riċevitriċi.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-installazzjoni riċevitriċi fir-rigward tal-kodiċi ta' identifikazzjoni ta' installazzjoni tal-installazzjoni tat-trasferiment.

3.  
Għad-determinazzjoni tal-kwantità ta' CO2 ittrasferit minn installazzjoni waħda għall-oħra, l-operatur għandu japplika metodoloġija bbażata fuq il-kejl inkluż skont l-Artikoli 43, 44 u 45. Is-sors ta' emissjoni għandu jikkorrispondi għall-punt tal-kejl u l-emissjonijiet għandhom jiġu espressi bħala l-kwantità ta' CO2 ittrasferit.

Għall-iskop tal-punt (b) tal-paragrafu 1, l-operatur għandu japplika metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu.

4.  
Għad-determinazzjoni tal-kwantità ta' CO2 ittrasferit minn installazzjoni għall-oħra, l-operatur għandu japplika l-ogħla livell kif iddefinit fit-Taqsima 1 tal-Anness VIII.

Madankollu, l-operatur jista' japplika l-livell iktar baxx li jkun imiss bil-kundizzjoni li huwa jistabbilixxi li l-applikazzjoni tal-ogħla livell kif iddefinit fit-Taqsima 1 tal-Anness VIII ma tkunx teknikament fattibbli jew timplika kostijiet irraġonevoli.

Għad-determinazzjoni tal-kwantità ta' CO2 kimikament marbut fil-karbonat tal-kalċju ppreċipitat, l-operatur għandu juża sorsi ta' data li jirrappreżentaw l-ogħla preċiżjoni li tista' tinkiseb.

5.  
L-operaturi jistgħu jiddeterminaw kwantitajiet ta' CO2 ittrasferiti barra mill-installazzjoni kemm fl-installazzjoni tat-trasferiment kif ukoll f'dik riċevitriċi. F'każijiet bħal dawn, għandu japplika l-Artikolu 48(3).”
(4) 

L-Artikolu 52 huwa emendat kif ġej:

(a) 

jitħassar il-paragrafu 5;

(b) 

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.  
Fejn l-ammont ta' karburant ippumpjat fit-tank jew l-ammont ta' karburant li jifdal fit-tankijiet jiġi ddeterminat f'unitajiet ta' volum, espressi f'litri, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jibdel dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta' valuri tad-densità. L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu juża d-densità tal-karburant (li jista' tkun valur effettiv jew standard ta' 0,8 kg għal kull litru) li jintuża għal raġunijiet operattivi u ta' sikurezza.

Il-proċedura għall-informazzjoni dwar l-użu ta' densità effettiva jew standard għandha tkun deskritta fil-pjan ta' monitoraġġ flimkien ma' referenza għad-dokumentazzjoni rilevanti tal-operatur tal-inġenji tal-ajru.”

(c) 

il-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej:

“7.  
Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu juża l-fatturi predefiniti tal-emissjonijiet stabbiliti fit-Tabella 2 fl-Anness III. Għal fjuwils mhux elenkati f'dik it-tabella, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiddetermina l-fattur tal-emissjoni skont l-Artikolu 32. Għall-karburanti bħal dawn, il-valur kalorifiku nett għandu jiġi ddeterminat u r-rapportat bħala oġġett ta' memo.”
(5) 

Fl-Artikolu 54(2), is-subparagrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“2.  
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 52, l-emittenti żgħar jistgħu jikkalkulaw il-konsum ta' karburant bl-użu ta' għodod implimentati mill-Eurocontrol jew organizzazzjoni rilevanti oħra, li tista' tipproċessa l-informazzjoni kollha rilevanti dwar it-traffiku tal-ajru u tevita kwalunkwe sottovalutazzjoni tal-emissjonijiet.”
(6) 

L-Artikolu 55 huwa emendat kif ġej:

(a) 

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.  
L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jikkunsidra sorsi ta' inċertezza u l-livelli assoċjati tagħhom ta' inċertezza meta jagħżel il-metodoloġija ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 52(2).”
(b) 

il-paragrafi 2, 3 u 4 huma mħassra

(7) 

Fl-Artikolu 59, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'li ġej:

“Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 58(3), l-operatur għandu jiżgura li t-tagħmir tal-kejl rilevanti kollu jiġi kkalibrat, aġġustat u vverifikat f'intervalli regolari, inkluż qabel l-użu, u vverifikat ma' standards ta' kejl traċċabbli għal standards ta' kejl internazzjonali, fejn disponibbli, skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u proporzjonati mar-riskji identifikati.

Fejn il-komponenti tas-sistemi tal-kejl ma jkunux jistgħu jiġu kkalibrati, l-operatur għandu jidentifikahom fil-pjan ta' monitoraġġ u jipproponi attivitajiet alternattivi ta' kontroll.

Meta jinstab li t-tagħmir ma jikkonformax mal-prestazzjoni meħtieġa, l-operatur għandu minnufih jieħu l-azzjoni korrettiva meħtieġa.”

(8) 

Fl-Artikolu 65(2), jiżdied it-tielet subparagrafu:

“Fejn in-numru ta' titjiriet b'nuqqasijiet fid-data msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi jaqbeż il-5 % tat-titjiriet annwali li jiġu rrappurtati, l-operatur għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti dwar dan mingħajr dewmien bla bżonn u għandu jieħu azzjoni ta' rimedju għat-titjib tal-metodoloġija ta' monitoraġġ.”

(9) 

Fl-Anness I, it-taqsima 2 hija emendata kif ġej:

(a) 

il-punt (2)(b)(ii) huwa sostitwit b'li ġej:

“(ii) proċeduri għall-kejl tal-ammonti tal-fjuwil ippompjat u tal-fjuwil fit-tankijiet, deskrizzjoni tal-istrumenti tal-kejl involuti u l-proċeduri sabiex tiġi ddokumentata, irkuprata, trażmessa u maħżuna informazzjoni dwar kejl, kif applikabbli;”

(b) 

il-punt (2)(b)(iii) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(iii) il-metodu għad-determinazzjoni tad-densità, fejn applikabbli;”

(c) 

il-punt (2)(b)(iv) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(iv) ġustifikazzjoni tal-metodoloġija tal-monitoraġġ magħżula, sabiex jiġu żgurati l-iktar livelli baxxi ta' inċertezza, skont l-Artikolu 55(1);”

(d) 

jitħassar il-punt (2)(d)

(e) 

il-punt (2)(f) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(f) deskrizzjoni tal-proċeduri u s-sistemi għall-identifikazzjoni, il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tan-nuqqasijiet fid-data skont l-Artikolu 65(2).”

(10) 

Fl-Anness III, it-taqsima 2 hija mħassra.

(11) 

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a) 

fit-taqsima 10, subtaqsima B, ir-raba' paragrafu huwa mħassar;

(b) 

fit-taqsima 14, subtaqsima B, it-tielet paragrafu huwa mħassar.

(12) 

L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

(a) 

it-taqsima 1, punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Dokumenti li jiġġustifikaw l-għażla tal-metodoloġija ta' monitoraġġ u d-dokumenti li jiġġustifikaw bidliet temporali jew li mhumiex temporali ta' metodoloġiji ta' monitoraġġ u, fejn applikabbli, ta' livelli li ġew approvati mill-awtorità kompetenti;”

(b) 

it-taqsima 3, il-punt (5) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(5) Dokumentazzjoni dwar il-metodoloġija għal nuqqasijiet fid-data fejn applikabbli, in-numru ta' titjiriet fejn seħħew in-nuqqasijiet fid-data, id-data użata biex jingħalqu n-nuqqasijiet fid-data, fejn seħħew, u, fejn in-numru ta' titjireit bin-nuqqasijiet fid-data qabżu l-5 % tat-titjiriet li ġew irrappurtati, ir-raġunijiet għan-nuqqasijiet fid-data kif ukoll id-dokumentazzjoni tal-azzjonijiet rimedjali meħuda.”

(13) 

Fl-Anness X, it-taqsima 2 hija emendata kif ġej:

(a) 

il-punt (7) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(7) In-numru totali ta' titjiriet għal kull par ta' Stati koperti mir-rapport;”

(b) 

il-punt li ġej huwa miżjud taħt il-punt (7):

“(7a) Massa ta' fjuwil (f'tunnellati) għal kull tip ta' karburant għal kull par ta' Stati;”

(c) 

il-punt (10)(a) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(a) in-numru ta' titjiriet espressi bħala perċentwal ta' titjiriet annwali li għalihom seħħew nuqqasijiet fid-data; u ċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet għan-nuqqasijiet fid-data li japplikaw;”

(d) 

il-punt (11)(a) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(a) in-numru ta' titjiriet espressi bħala perċentwal ta' titjiriet annwali (approssimat għall-eqreb 0,1 %) li għalihom seħħew nuqqasijiet fid-data; u ċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet għan-nuqqasijiet fid-data li japplikaw;”

Artikolu 77

Tħassir tar-Regolament (UE) Nru 601/2012

1.  
Ir-Regolament (UE) Nru 601/2012 għandu jiġi revokat b'effett mill-1 ta' Jannar 2021.

Ir-referenzi li jsiru għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu li jkunu qed isiru għal dan ir-Regolament, u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni li tingħata fl-Anness XI.

2.  
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 601/2012 għandhom jibqgħu japplikaw għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika ta' emissjonijiet u, fejn applikabbli, għad-data tal-attivitajiet li jseħħu qabel l-1 ta' Jannar 2021.

Artikolu 78

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2021.

Madankollu, l-Artikolu 76 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019 jew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, skont liema minnhom jiġi l-iktar tard.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Kontenut minimu tal-pjan ta' monitoraġġ (L-Artikolu 12(1))

1.   KONTENUT MINIMU TAL-PJAN TA' MONITORAĠĠ GĦALL-INSTALLAZZJONIJIET

Il-pjan ta' monitoraġġ għal installazzjoni għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(1) 

informazzjoni ġenerali dwar l-installazzjoni:

(a) 

deskrizzjoni tal-installazzjoni u tal-attivitajiet imwettqa mill-installazzjoni li tkun se tiġi mmonitorjata, li tinkludi lista ta' sorsi ta' emissjonijiet u flussi minn sorsi li għandhom jiġu mmonitorjati għal kull attività mwettqa fl-installazzjoni u li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(i) 

din id-deskrizzjoni għandha tkun biżżejjed sabiex jintwera li la jkunu qegħdin iseħħu nuqqasijiet fid-data u lanqas għadd doppju tal-emissjonijiet;

(ii) 

għandha tiżdied dijagramma sempliċi tas-sorsi ta' emissjoni, il-flussi minn sorsi, il-punti ta' kampjunar u t-tagħmir tal-kejl b'miter fejn tintalab mill-awtorità kompetenti jew fejn dijagramma bħal din tissemplifika d-deskrizzjoni tal-installazzjoni jew ir-referenzi għas-sorsi ta' emissjoni, il-flussi minn sorsi, l-istrumenti tal-kejl u kwalunkwe parti oħra tal-installazzjoni rilevanti għall-metodoloġija ta' monitoraġġ li tinkludi attivitajiet ta' fluss ta' data u attivitajiet ta' kontroll;

(b) 

deskrizzjoni tal-proċedura għall-immaniġġjar tat-tqassim tar-responsabbiltajiet għal monitoraġġ u rapportar fl-installazzjoni, u għall-immaniġġjar tal-kompetenzi tal-persunal responsabbli;

(c) 

deskrizzjoni tal-proċedura għal evalwazzjoni regolari tal-adegwatezza tal-pjan ta' monitoraġġ, li tkopri mill-inqas dan li ġej:

(i) 

il-verifika tal-lista tas-sorsi ta' emissjoni u l-flussi minn sorsi, sabiex tiġi żgurata l-kompletezza tas-sorsi ta' emissjoni u l-flussi minn sorsi u li t-tibdil kollu rilevanti fin-natura u l-funzjonament tal-installazzjoni jkun se jiġi inkluż fil-pjan ta' monitoraġġ;

(ii) 

il-valutazzjoni tal-konformità mal-livelli limitu ta' inċertezza għad-data tal-attivitajiet u parametri oħra, fejn applikabbli, għal-livelli applikati għal kull fluss minn sors u sors ta' emissjoni;

(iii) 

il-valutazzjoni ta' miżuri potenzjali għat-titjib tal-metodoloġija tal-monitoraġġ applikata;

(d) 

deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub tal-attivitajiet tal-fluss tad-data skont l-Artikolu 58, inkluż dijagramma fejn xieraq għall-kjarifika;

(e) 

deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub għall-attivitajiet ta' kontroll stabbiliti skont l-Artikolu 59;

(f) 

fejn applikabbli, informazzjoni dwar ir-rabtiet rilevanti ma' attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-iskema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ), is-sistemi koperti mill-istandard armonizzat ►M4  ISO 14001:2015 ◄ u sistemi oħra ta' ġestjoni ambjentali inkluż informazzjoni dwar proċeduri u kontrolli b'rilevanza għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra;

(g) 

in-numru tal-verżjoni tal-pjan ta' monitoraġġ u d-data minn meta dik il-verżjoni tal-pjan ta' monitoraġġ hija applikabbli;

(h) 

il-kategorija tal-installazzjoni;

(2) 

deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġiji bbażati fuq il-kalkolu fejn applikati, li tikkonsisti minn dan li ġej:

(a) 

deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija applikata bbażata fuq kalkolu, inkluż lista ta' data ta' input u l-formoli ta' kalkolu użati, lista tal-livelli applikati għad-data tal-attivitajiet u l-fatturi ta' kalkolu rilevanti kollha għal kull wieħed mill-flussi minn sorsi li jkun se jiġi mmonitorjat;

(b) 

fejn applikabbli u fejn l-operatur għandu l-ħsieb li jagħmel użu minn simplifikazzjoni għall-flussi minn sorsi minuri u de-minimis, kategorizzazzjoni tal-flussi minn sorsi fi flussi minn sorsi maġġuri, minuri u de-minimis;

(c) 

deskrizzjoni tas-sistemi ta' kejl użati, u l-firxa ta' kejl, l-inċertezza speċifikata u l-post eżatt tal-istrumenti tal-kejl tagħhom li jkunu se jintużaw għal kull wieħed mill-flussi minn sorsi li jkun se jiġi mmonitorjat;

(d) 

fejn applikabbli, il-valuri predefiniti użati għal fatturi ta' kalkolu li jindikaw is-sors tal-fattur, jew is-sors rilevanti, li minnu l-fattur predefinit jiġi rkuprat perjodikament, għal kull wieħed mill-flussi minn sorsi;

(e) 

fejn applikabbli, lista tal-metodi ta' analiżi li jkollhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-fatturi rilevanti kollha ta' kalkolu għal kull wieħed mill-flussi minn sorsi, u deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub għal dawk l-analiżijiet;

(f) 

fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-proċedura sottostanti tal-pjan ta' kampjunar għall-kampjunar tal-karburant u l-materjali li jkunu se jiġu analizzati, u l-proċedura użata għar-reviżjoni tal-adegwatezza tal-pjan ta' kampjunar;

(g) 

fejn applikabbli, lista ta' laboratorji impenjati fit-twettiq tal-proċeduri analitiċi rilevanti u, fejn il-laboratorju ma jkunx akkreditat kif imsemmi fl-Artikolu 34(1) deskrizzjoni tal-proċedura użata sabiex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti ekwivalenti skont l-Artikolu 34(2) u (3);

(3) 

fejn tiġi applikata metodoloġija sekondarja ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 22, deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija ta' monitoraġġ applikata għall-flussi minn sorsi jew is-sorsi ta' emissjonijiet kollha, li għalihom ma tintuża l-ebda metodoloġija ta' livelli, u deskrizzjoni tal-proċedura bil-miktub użata għall-analiżi tal-inċertezza assoċjata li jkollha titwettaq;

(4) 

deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġiji bbażati fuq il-kejl, fejn applikati, inkluż dan li ġej:

(a) 

deskrizzjoni tal-metodu ta' kejl inklużi deskrizzjonijiet tal-proċeduri kollha bil-miktub rilevanti għall-kejl u dan li ġej:

(i) 

kwalunkwe formola ta' kalkolu użata għall-aggregazzjoni ta' data u użata għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet annwali ta' kull sors ta' emissjoni;

(ii) 

il-metodu sabiex jiġi ddeterminat jekk jistgħux jiġu kkalkulati sigħat validi jew perjodi iqsar ta' referenza għal kull parametru, u għas-sostituzzjoni ta' data nieqsa skont l-Artikolu 45;

(b) 

lista tal-punti rilevanti kollha ta' emissjoni waqt operat tipiku, u waqt fażijiet ta' restrizzjoni u tranżizzjoni, inkluż il-perjodi ta' waqfien minħabba ħsara jew il-fażijiet ta' kummissjonar, issupplimentata b'dijagramma ta' proċessi meta mitlub mill-awtorità kompetenti;

(c) 

jekk il-fluss ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija jinkiseb b'kalkolu, deskrizzjoni tal-proċedura bil-miktub għal dak il-kalkolu għal kull sors ta' emissjoni mmonitorjat bl-użu ta' metodoloġija bbażata fuq il-kejl;

(d) 

lista tat-tagħmir kollu rilevanti, li tindika l-frekwenza tal-kejl tiegħu, il-firxa tal-operat u l-inċertezza;

(e) 

lista ta' standards applikati u ta' kwalunkwe devjazzjoni minn dawk l-istandards;

(f) 

deskrizzjoni tal-proċedura bil-miktub għat-twettiq tal-kalkoli korroborattivi skont l-Artikolu 46, fejn applikabbli;

(g) 

deskrizzjoni tal-metodu, kif CO2 li joriġina minn ►M5  karburanti bi klassifikazzjoni żero ◄ għandu jiġi ddeterminat u mnaqqas minn emissjonijiet imkejla ta' CO2, u tal-proċedura bil-miktub użata għal dak il-għan, jekk applikabbli;

(h) 

fejn applikabbli u fejn l-operatur għandu l-ħsieb li jagħmel użu minn simplifikazzjoni għall-flussi minn sorsi minuri, kategorizzazzjoni tal-flussi minn sorsi maġġuri u minuri;

(5) 

flimkien mal-elementi mniżżla fil-punt 4, deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija ta' monitoraġġ fejn emissjonijiet ta' N2O jiġu mmonitorjati, fejn xieraq fil-forma ta' deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub applikati, inkluż deskrizzjoni ta' dan li ġej:

(a) 

il-metodu u l-parametri użati għad-determinazzjoni tal-kwantità ta' materjali użati fil-proċess ta' produzzjoni u l-kwantità massima ta' materjal użat fil-kapaċità sħiħa;

(b) 

il-metodu u l-parametri użati għad-determinazzjoni tal-kwantità ta' produzzjoni ta' prodott bħala produzzjoni fis-siegħa, espressa bħala aċidu nitriku (100 %), aċidu adipiku (100 %), kaprolattam, gliossal u aċidu gliossiliku fis-siegħa rispettivament;

(c) 

il-metodu u l-parametri użati għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni ta' N2O fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija minn kull sors ta' emissjoni, il-firxa tal-operat tiegħu, u l-inċertezza tiegħu, u dettalji ta' kwalunkwe metodu alternattiv li jkollu jiġi applikat jekk il-konċentrazzjonijiet ma jaqgħux fil-firxa tal-operat u s-sitwazzjonijiet meta dan jista' jseħħ;

(d) 

il-metodu ta' kalkolu użat għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' N2O minn sorsi perjodiċi u li jibqgħu jirrilaxxaw bl-istess intensità fil-produzzjoni tal-aċidu nitriku, tal-aċidu adipiku, tal-kaprolattam, tal-gliossal u tal-aċidu gliossiliku;

(e) 

il-mod kif jew il-punt safejn l-installazzjoni topera b'tagħbijiet varjabbli, u l-mod li bih jitwettaq l-immaniġġjar tal-operat;

(f) 

il-metodu u kwalunkwe formola ta' kalkolu użati għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet annwali ta' N2O u l-valuri korrispondenti ta' CO2(e) ta' kull sors ta' emissjoni;

(g) 

informazzjoni dwar kundizzjonijiet ta' proċess li jiddevjaw minn operat normali, indikazzjoni tal-frekwenza potenzjali u d-dewmien ta' kundizzjonijiet bħal dawn, kif ukoll indikazzjoni tal-volum tal-emissjonijiet ta' N2O waqt il-kundizzjonijiet tal-proċess ta' devjazzjoni bħal pereżempju funzjonament ħażin tat-tagħmir ta' tnaqqis;

(6) 

deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija ta' monitoraġġ sakemm il-perfluworokarburi mill-produzzjoni tal-aluminju primarju jiġu mmonitorjati, fejn xieraq fil-forma ta' deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub applikati, inkluż dan li ġej:

(a) 

fejn applikabbli, id-dati tal-kejl għad-determinazzjoni tal-fatturi ta' emissjoni speċifiċi għal installazzjoni SEFCF4 jew OVC, u FC2F6, u skeda għal ripetizzjonijiet ta' dik id-determinazzjoni fil-ġejjieni;

(b) 

fejn applikabbli, il-protokoll li jiddeskrivi l-proċedura użata għad-determinazzjoni tal-fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-installazzjoni għal CF4 and C2F6, li juri wkoll li l-kejl ikun twettaq u jkun se jitwettaq għal żmien twil biżżejjed sabiex il-valuri mkejla jikkonverġu, iżda mill-inqas għal 72 siegħa;

(c) 

fejn applikabbli, il-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-effiċjenza tal-ġbir għal emissjonijiet li jaħarbu f'installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-aluminju primarju;

(d) 

deskrizzjoni tat-tip ta' ċellula u t-tip ta' anodu;

(7) 

deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija ta' monitoraġġ fejn jitwettaq it-trasferiment ta' CO2 inerenti bħala parti minn fluss minn sors skont l-Artikolu 48, it-trasferiment ta' CO2 skont l-Artikolu 49, jew it-trasferiment ta' N2O skont l-Artikolu 50, fejn ikun xieraq fil-forma ta' deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub applikati, inkluż dan li ġej:

(a) 

fejn applikabbli, il-post tat-tagħmir għall-kejl tat-temperatura u l-pressjoni f' ►M5  infrastruttura tat-trasport tas-CO2  ◄ ;

(b) 

fejn applikabbli, proċeduri għall-prevenzjoni, l-individwazzjoni u l-kwantifikazzjoni ta' avvenimenti ta' tnixxija minn ►M5  infrastruttura tat-trasport tas-CO2  ◄ ;

(c) 

fil-każ ta' ►M5  infrastruttura tat-trasport tas-CO2  ◄ , proċeduri li jiżguraw effettivament li CO2 jiġi ttrasferit biss lejn installazzjonijiet li jkollhom permess validu għall-emissjoni ta' gassijiet serra, jew fejn kwalunkwe CO2 rilaxxat jiġi mmonitorjat b'mod effettiv u li jsir rendikont tiegħu skont l-Artikolu 49;

(d) 

l-identifikazzjoni tal-installazzjonijiet riċevituri u tat-trasferiment skont il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-installazzjoni rikonoxxut skont ►M4  ir-Regolament (UE) 2019/1122 ( 16 ) ◄ ;

(e) 

fejn applikabbli, deskrizzjoni ta' sistemi ta' kejl kontinwu użati fil-punti ta' trasferiment ta' CO2 jew N2O bejn installazzjonijiet li jkunu qegħdin jittrasferixxuCO2 jew N2O jew il-metodu ta' determinazzjoni skont l-Artikoli 48, 49 jew 50;

▼M5

(f) 

fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-metodu ta’ stima konservattiva użat għad-determinazzjoni tal-frazzjoni bi klassifikazzjoni żero u l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero ta’ CO2 inerenti jew ittrasferit f’konformità mal-Artikoli 48, 49 jew 49a;

▼B

(g) 

fejn applikabbli, metodoloġiji ta' kwantifikazzjoni għall-emissjonijiet jew rilaxx ta' CO2 fil-kolonna tal-ilma minn tnixxijat potenzjali kif ukoll il-metodoloġiji ta' kwantifikazzjoni applikati u possibbilment adattati għal emissjonijiet effettivi jew rilaxx ta' CO2 fil-kolonna tal-ilma minn tnixxijat, kif speċifikat fit-Taqsima 23 tal-Anness IV;

▼M5

(8) 

deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ fejn is-CO2 huwa marbut kimikament f’konformità mal-Artikolu 49a, fejn xieraq fil-forma ta’ deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub applikati, inklużi dawn li ġejjin:

(a) 

il-proċeduri għad-determinazzjoni ta’ jekk prodott li fih is-CO2 ikun marbut kimikament b’mod permanenti f’konformità mal-Artikolu 49a(1) ta’ dan ir-Regolament, jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament delegat skont l-Artikolu 12(3b) tad-Direttiva 2003/87/KE u t-tipi ta’ użi ta’ dawk il-prodotti;

(b) 

deskrizzjoni tal-metodoloġija tal-kalkolu għad-determinazzjoni tal-ammonti ta’ CO2 marbuta kimikament b’mod permanenti f’konformità mal-Artikolu 49a(2)

▼M5

(9) 

meta applikabbli, deskrizzjoni tal-proċedura użata biex jiġi vvalutat jekk il-flussi minn sorsi bi klassifikazzjoni żero jikkonformawx mal-Artikolu 38(5) jew 39a(3) jew 39a(4);

(9a) 

meta applikabbli, deskrizzjoni tal-proċedura użata biex jiġu ddeterminati l-kwantitajiet tal-bijogass bi klassifikazzjoni żero abbażi tar-rekords ta’ xiri f’konformità mal-Artikolu 39(4), jew il-kwantitajiet ta’ RFNBO jew RCF bi klassifikazzjoni żero f’konformità mal-Artikolu 39a(5);

▼M4

(10) 

Fejn applikabbli, sal-31 ta’ Diċembru 2026, deskrizzjoni tal-proċedura użata għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni kif deskritt fl-Artikolu 75v(2).

▼B

2.    ►M4  KONTENUT MINIMU TAL-PJANIJIET TA’ MONITORAĠĠ GĦALL-AVJAZZJONI ◄

1. 

Il-pjan ta' monitoraġġ għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru:

(a) 

l-identifikazzjoni tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, is-sinjal tas-sejħa jew deżinjatur uniku ieħor użat għall-finijiet ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru, dettalji ta' kuntatt tal-operatur tal-inġenji tal-ajru u ta' persuna responsabbli għand l-operatur tal-inġenji tal-ajru, l-indirizz ta' kuntatt, l-Istat Membru li jamministra, l-awtorità kompetenti li tamministra;

(b) 

lista inizjali tat-tipi ta' inġenji tal-ajru fil-flotta tiegħu li jkunu qegħdin joperaw fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-pjan ta' monitoraġġ u l-għadd ta' inġenji tal-ajru skont it-tip, u lista indikattiva ta' tipi addizzjonali ta' inġenji tal-ajru mistennija li jintużaw inkluż, fejn disponibbli, għadd stmat ta' inġenji tal-ajru skont it-tip kif ukoll il-flussi minn sorsi (tipi ta' karburant) assoċjati ma' kull tip ta' inġenju tal-ajru;

▼M5

(c) 

deskrizzjoni tal-proċeduri, is-sistemi u r-responsabbiltajiet użati biex tiġi aġġornata l-kompletezza tal-lista tas-sorsi tal-emissjonijiet matul is-sena ta’ monitoraġġ bl-għan li tiġi żgurata l-kompletezza tal-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet u tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 tal-inġenji tal-ajru li jkunu ta’ proprjetà tagħhom kif ukoll tal-inġenji tal-ajru mikrija;

▼B

(d) 

deskrizzjoni tal-proċeduri użati għall-monitoraġġ tal-kompletezza tal-lista ta' titjiriet operati taħt id-deżinjatur uniku permezz ta' par ajrudromi, u l-proċeduri użati għad-determinazzjoni ta' jekk it-titjiriet humiex koperti bl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE għall-fini li tiġi żgurata l-kompletezza tat-titjiriet u jiġi evitat l-għadd doppju;

(e) 

deskrizzjoni tal-proċedura għall-immaniġġjar u t-tqassim tar-responsabbiltajiet għall-monitoraġġ u r-rapportar, u għall-immaniġġjar tal-kompetenzi tal-persunal responsabbli;

(f) 

deskrizzjoni tal-proċedura għal evalwazzjoni regolari tal-adegwatezza tal-pjan ta' monitoragġ, inkluż kwalunkwe miżura potenzjali għat-titjib tal-metodoloġija ta' monitoraġġ u l-proċeduri relatati applikati;

(g) 

deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub tal-attivitajiet ta' fluss ta' data kif meħtieġ bl-Artikolu 58, inkluż dijagramma, fejn xieraq, għall-kjarifika;

(h) 

deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub għall-attivitajiet ta' kontroll stabbiliti skont l-Artikolu 59;

(i) 

fejn applikabbli, informazzjoni dwar konnessjonijiet rilevanti ma' attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-EMAS, sistemi koperti bl-istandard armonizzat ►M4  ISO 14001:2015 ◄ u sistemi ta' ġestjoni ambjentali oħra, inkluż informazzjoni dwar proċeduri u kontrolli b'rilevanza għall-moniotraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra;

(j) 

in-numru tal-verżjoni tal-pjan ta' monitoraġġ u d-data minn meta dik il-verżjoni tal-pjan ta' monitoraġġ hija applikabbli;

▼M5

(k) 

konferma jekk l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandux l-intenzjoni li juża xi waħda mill-għodod imsemmija fl-Artikolu 55(2) ta’ dan ir-Regolament u jekk l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandux l-intenzjoni li juża s-simplifikazzjoni skont l-Artikolu 28a(4) tad-Direttiva 2003/87/KE;

(l) 

fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-proċedura użata biex jiġi vvalutat jekk bijokarburant bi klassifikazzjoni żero, RFNBO, RCF, jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju jikkonformawx mal-Artikolu 54c ta’ dan ir-Regolament;

(m) 

fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-proċedura użata biex jiġu ddeterminati l-kwantitajiet ta’ karburanti tal-avjazzjoni alternattivi f’konformità mal-Artikolu 53(1) u biex jiġi żgurat li l-karburanti puri rrapportati jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 53a ta’ dan ir-Regolament;

▼M4

(n) 

fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-proċedura użata biex jiġi vvalutat jekk il-karburant tal-avjazzjoni eliġibbli jikkonformax mal-Artikolu 54a(2);

▼M5

(o) 

meta applikabbli, deskrizzjoni tal-proċedura użata biex jiġu ddeterminati l-kwantitajiet ta’ karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 54a(3) u biex jiġi żgurat li l-karburanti rrapportati jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 54a(4) u 54a(5) ta’ dan ir-Regolament;

▼M5

(p) 

konferma dwar jekk l-operatur ta’ inġenju tal-ajru joperax xi titjiriet skont l-Artikolu 56a(1);

(q) 

konferma dwar jekk l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandux il-ħsieb li juża biss in-NEATS biex jiddetermina l-effetti tal-avjazzjoni marbuta mas-CO2, jekk għad-data monitorjata kollha jew parti minna, għandux il-ħsieb li juża l-għodod tal-IT tiegħu stess jew ta’ parti terza kif deskritt fl-Artikolu 56a(7);

▼B

2. 
Għall-fini tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet, il-pjan ta’ monitoraġġ għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja għall-operaturi ta’ inġenji tal-ajru li mhumiex emittenti żgħar f’konformità mal-Artikolu 55(1) jew li ma għandhomx il-ħsieb li jużaw għodda ta’ emittent żgħir f’konformità mal-Artikolu 55(2):

▼B

(a) 

deskrizzjoni tal-proċedura bil-miktub li għandha tintuża għad-definizzjoni tal-metodoloġija ta' monitoraġġ għal tipi addizzjonali ta' inġenji tal-ajru li operatur tal-inġenji tal-ajru jistenna li se juża;

(b) 

deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub għall-monitoraġġ tal-konsum ta' karburant f'kull inġenju tal-ajru, inkluż:

(i) 

il-metodoloġija magħżula (il-Metodu A jew Metodu B) għall-kalkolu tal-konsum tal-karburant; u jekk l-istess metodu mhuwiex applikat għat-tipi kollha ta' inġenji tal-ajru, ġustifikazzjoni għal dik il-metodoloġija, u kif ukoll lista li tispeċifika liema metodu qed jintuża taħt liema kundizzjonijiet;

(ii) 

proċeduri għall-kejl tal-ammonti tal-fjuwil ippompjat u tal-fjuwil fit-tankijiet, deskrizzjoni tal-istrumenti tal-kejl involuti u l-proċeduri sabiex tiġi ddokumentata, irkuprata, trażmessa u maħżuna informazzjoni dwar il-kejl, kif applikabbli;

(iii) 

il-metodu għad-determinazzjoni tad-densità, fejn applikabbli;

(iv) 

ġustifikazzjoni tal-metodoloġija tal-monitoraġġ magħżula, sabiex jiġu żgurati l-iktar livelli baxxi ta' inċertezza, skont l-Artikolu 56(1);

(c) 

lista ta' devjazzjonijiet għal ajrudromi speċifiċi mill-metodoloġija ta' monitoraġġ ġenerali kif deskritt fil-punt (b) fejn ma jkunx possibbli għall-operatur tal-inġenji tal-ajru minħabba ċirkostanzi speċjali li jipprovdi d-data kollha meħtieġa għall-metodoloġija ta' monitoraġġ meħtieġa;

(d) 

fatturi ta' emissjoni użati għal kull tip ta' karburant, jew fil-każ ta' karburanti alternattivi, il-metodoloġiji għad-determinazzjoni tal-fatturi ta' emissjoni, inkluż il-metodoloġija għall-kampjunar, il-metodi ta' analiżi, deskrizzjoni tal-laboratorji użati u tal-akkreditazzjoni tagħhom u/jew tal-proċeduri ta' garanzija tal-kwalità tagħhom;

(e) 

deskrizzjoni tal-proċeduri u s-sistemi għall-identifikazzjoni, il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tan-nuqqasijiet fid-data skont l-Artikolu 66(2).

▼M4 —————

▼M5

3. 

Għall-iskop tal-monitoraġġ tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2, il-pjan ta’ monitoraġġ għandu jkun fih, kif rilevanti, l-informazzjoni li ġejja għall-operaturi ta’ inġenji tal-ajru li ma jużawx biss in-NEATS biex jiddeterminaw l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2:

(a) 

deskrizzjoni tal-modulu tal-ħruq tal-karburant u tal-istima tal-emissjonijiet, il-mudell ta’ kalkolu tas-CO2(e) u l-għodod tal-IT assoċjati li l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru beħsiebhom jużaw;

(b) 

deskrizzjoni u dijagramma sekwenzjali tal-proċess ta’ monitoraġġ tad-data relatata mal-mudell ta’ kalkolu tas-CO2(e) kif deskritt fl-Anness IIIa, it-Taqsima 4 ta’ dan ir-Regolament;

(c) 

deskrizzjoni tal-proċedura bil-miktub biex jiġi żgurat li tintuża data xierqa biex jiddaħħlu fil-mudelli ta’ kalkolu tas-CO2(e) f’konformità mal-Anness IIIa ta’ dan ir-Regolament u li jitqiesu l-effetti klimatiċi tal-aġenti kollha mhux marbuta mas-CO2 fuq bażi ta’ kull titjira;

(d) 

deskrizzjoni tal-proċedura bil-miktub għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-lakuni fid-data u l-applikazzjoni tal-valuri predefiniti deskritti fl-Anness IIIa, it-Taqsima 5 u l-Anness IIIb ta’ dan ir-Regolament, biex jimtlew il-lakuni fid-data.

▼M4 —————

▼M4

4.   KONTENUT MINIMU TAL-PJANIJIET TA’ MONITORAĠĠ GĦALL-ENTITAJIET REGOLATI

Il-pjan ta’ monitoraġġ għall-entitajiet regolati għandu jinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(1) 

informazzjoni ġenerali dwar l-entità regolata:

(a) 

l-identifikazzjoni tal-entità regolata, id-dettalji ta’ kuntatt inkluż l-indirizz, u fejn rilevanti n-numru tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013, in-numru tas-sisa skont ir-Regolament (UE) Nru 389/2012 jew in-numru nazzjonali tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni tas-sisa maħruġ mill-awtorità rilevanti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2003/96/KE, użat għar-rapportar għal finijiet ta’ taxxa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttivi 2003/96/KE u (UE) 2020/262;

(b) 

deskrizzjoni tal-entità regolata, li jkun fiha lista tal-flussi ta’ karburant li għandhom jiġu mmonitorjati, il-mezzi li permezz tagħhom il-flussi ta’ karburant jiġu rilaxxati għall-konsum, l-użu/i aħħari(n) tal-fluss ta’ karburant rilaxxat għall-konsum inkluż il-kodiċi CRF, fil-livell ta’ aggregazzjoni disponibbli, u li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(i) 

din id-deskrizzjoni għandha tkun biżżejjed sabiex jintwera li la jkunu qegħdin iseħħu nuqqasijiet fid-data u lanqas għadd doppju tal-emissjonijiet;

(ii) 

dijagramma sempliċi tal-informazzjoni msemmija fil-punt (b), l-ewwel subparagrafu, li tiddeskrivi l-entità regolata, il-flussi tal-karburant, il-mezzi li bihom il-karburanti kif iddefiniti fl-Artikolu 3(af) tad-Direttiva 2003/87/KE jiġu rilaxxati għall-konsum, l-istrumenti tal-kejl u kwalunkwe parti oħra tal-entità regolata rilevanti għall-metodoloġija ta’ monitoraġġ inklużi l-attivitajiet tal-fluss tad-data u l-attivitajiet ta’ kontroll;

(iii) 

fejn l-entitajiet regolati u l-flussi ta’ karburant koperti jikkorrispondu għal entitajiet b’obbligi ta’ rapportar skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2003/96/KE jew 2009/30/KE, u għall-karburanti soġġetti għaliha, dijagramma sempliċi tal-metodi ta’ kejl użati għall-finijiet ta’ dawk l-atti;

(iv) 

fejn applikabbli, deskrizzjoni ta’ kwalunkwe devjazzjoni mill-bidu u t-tmiem tas-sena ta’ monitoraġġ f’konformità mal-Artikolu 75j(2);

(c) 

deskrizzjoni tal-proċedura għall-ġestjoni tal-assenjazzjoni tar-responsabbiltajiet għall-monitoraġġ u r-rappurtar fi ħdan l-entità regolata, u għall-ġestjoni tal-kompetenzi tal-persunal responsabbli;

(d) 

deskrizzjoni tal-proċedura għal evalwazzjoni regolari tal-adegwatezza tal-pjan ta’ monitoraġġ, li tkopri mill-inqas dan li ġej:

(i) 

il-verifika tal-lista tal-flussi ta’ karburant, l-iżgurar tal-kompletezza u l-iżgurar li l-bidliet rilevanti kollha fin-natura u fil-funzjonament tal-entità regolata se jiġu inklużi fil-pjan ta’ monitoraġġ;

(ii) 

il-valutazzjoni tal-konformità mal-limiti ta’ inċertezza għall-ammonti ta’ karburant rilaxxati u parametri oħra, fejn applikabbli, għal-livelli applikati għal kull fluss ta’ karburant;

(iii) 

il-valutazzjoni tal-miżuri potenzjali għat-titjib tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ applikata, b’mod partikolari l-metodu għad-determinazzjoni tal-fattur tal-ambitu;

(e) 

deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub tal-attivitajjiet tal-fluss tad-data skont l-Artikolu 58, inkluż dijagramma fejn xieraq għall-kjarifika;

(f) 

deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub għall-attivitajiet ta’ kontroll stabbiliti skont l-Artikolu 59;

(g) 

fejn applikabbli, informazzjoni dwar ir-rabtiet rilevanti bejn l-attività tal-entità regolata elenkata fl-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE u r-rapportar għal finijiet ta’ taxxa skont ir-rapportar tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttivi 2003/96/KE u (UE) 2020/262;

(h) 

in-numru tal-verżjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ u d-data minn meta dik il-verżjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ hija applikabbli;

(i) 

il-kategorija tal-entità regolata;

(2) 

deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġiji bbażati fuq il-kalkolu, li tikkonsisti minn dan li ġej:

(a) 

għal kull fluss ta’ karburant li għandu jiġi mmonitorjat, deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu applikata, inkluża lista ta’ data tal-input u formuli tal-kalkolu użati, il-metodi biex jiġi ddeterminat il-fattur tal-ambitu, lista tal-livelli applikati għall-ammonti ta’ karburant rilaxxati, il-fatturi ta’ kalkolu rilevanti kollha, il-fattur tal-ambitu u, fil-livell ta’ aggregazzjoni magħruf, il-kodiċijiet CRF tal-użu/i aħħari(n) tal-fluss ta’ karburant rilaxxat għall-konsum;

(b) 

fejn l-entità regolata jkollha l-ħsieb li tagħmel użu mis-simplifikazzjoni għall-flussi ta’ karburant de minimis, kategorizzazzjoni tal-flussi ta’ karburant fi flussi ta’ karburant maġġuri u de minimis;

(c) 

deskrizzjoni tas-sistemi ta’ kejl użati, u l-firxa ta’ kejl tagħhom, l-inċertezza u l-pożizzjoni tal-istrumenti tal-kejl li jkunu se jintużaw għal kull wieħed mill-flussi ta’ karburant li jkunu se jiġu mmonitorjati;

(d) 

fejn applikabbli, il-valuri prestabbiliti użati għal fatturi ta’ kalkolu li jindikaw is-sors tal-fattur, jew is-sors rilevanti, li minnu l-fattur prestabbilit jiġi rkuprat perjodikament, għal kull wieħed mill-flussi ta’ karburant;

(e) 

fejn applikabbli, lista tal-metodi ta’ analiżi li għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ kalkolu rilevanti kollha għal kull wieħed mill-flussi ta’ karburant, u deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub għal dawk l-analiżijiet;

(f) 

fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-proċedura li tispjega l-pjan ta’ kampjunar għall-kampjunar tal-karburant li jkun se jiġi analizzat, u l-proċedura użata għar-reviżjoni tal-adegwatezza tal-pjan ta’ kampjunar;

(g) 

fejn applikabbli, lista ta’ laboratorji impenjati fit-twettiq tal-proċeduri analitiċi rilevanti u, fejn il-laboratorju ma jkunx akkreditat kif imsemmi fl-Artikolu 34(1) deskrizzjoni tal-proċedura użata sabiex tintwera l-konformità ma’ rekwiżiti ekwivalenti f’konformità mal-Artikolu 34(2) u (3);

▼M5

(3) 

Fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-proċedura użata biex jiġi vvalutat jekk il-flussi ta’ karburant bi klassifikazzjoni żero jikkonformawx mal-Artikolu 38(5), jew 39a(3), jew 39a(4) u, fejn rilevanti, mal-Artikolu 75 m(2) ta’ dan ir-Regolament;

▼M4

(4) 

fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-proċedura użata biex jiġu ddeterminati l-kwantitajiet tal-bijogass abbażi tar-rekords tax-xiri f’konformità mal-Artikolu 39(4).;

(5) 

fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-proċedura użata għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni kif deskritt fl-Artikolu 75v(3) u għar-riċevuta ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 75v(2).

▼B




ANNESS II

Definizzjonijiet tal-livelli għal metodoloġiji bbażati fuq il-kalkolu relatati mal-installazzjonijiet (Artikolu 12(1))

1.   DEFINIZZJONI TA' LIVELLI GĦAD-DATA TAL-ATTIVITAJIET

Il-livelli limitu ta' inċertezza fit-Tabella 1 għandhom japplikaw għal-livelli rilevanti għar-rekwiżiti ta' data tal-attivitajiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 28(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29(2), u l-Anness IV, ta' dan ir-Regolament. Il-livelli limitu ta' inċertezza għandhom jiġu interpretati bħala l-inċertezzi massimi permissibbli għad-determinazzjoni ta' flussi minn sorsi tul perjodu ta' rapportar.

▼M5

Fejn it-Tabella 1 ma tinkludix attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE u l-bilanċ tal-massa stabbilit fl-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament ma jiġix applikat, l-operatur għandu juża l-livelli elenkati fit-Tabella 1 taħt “Kombustjoni ta’ karburanti u karburanti użati bħala input ta’ proċess” għal dawk l-attivitajiet.

▼B



Tabella 1

Livelli għad-data tal-attivitajiet (inċertezza massima permissibbli għal kull livell)

Attività/tip ta' fluss minn sors

Parametru li għalih tiġi applikata l-inċertezza

Livell 1

Livell 2

Livell 3

Livell 4

Il-kombustjoni ta' karburanti u karburanti użati bħala input tal-proċess

Karburanti kummerċjali standard

Ammont ta' karburant [t] jew [Nm3]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Karburanti gassużi u likwidi oħrajn

Ammont ta' karburant [t] jew [Nm3]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

▼M4

Karburanti solidi, eskluż l-iskart

Ammont ta’ karburant [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

▼M4

Skart

Ammont ta’ karburant [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

▼B

Ivvampjar

Ammont ta' gass fl-apparat tal-ivvampjar [Nm3]

± 17,5 %

± 12,5 %

± 7,5 %

 

Purifikazzjoni: karbonat (il-Metodu A)

Ammont ta' karbonat ikkonsmat [t]

± 7,5 %

 

 

 

Purifikazzjoni: ġipsum (il-Metodu B)

Ammont ta' ġipsum prodott [t]

± 7,5 %

 

 

 

Purifikazzjoni: urea

Ammont ta' urea kkonsmat

± 7,5 %

 

 

 

▼M5

Raffinerija ta’ żejt;

▼B

Riġenerazzjoni ta' krekkjar katalitiku (*1)

Rekwiżiti ta' inċertezza japplikaw separatament għal kull sors ta' emissjoni

± 10 %

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

Produzzjoni tal-kokk

Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa

Kull materjal ta' input u produzzjoni [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Xiwi u sinterizzazzjoni ta' metall mhux maħdum

L-input tal-karbonat u r-residwi tal-proċessi

Il-materjal tal-input tal-karbonat u r-residwi tal-proċess [t]

± 5 %

± 2,5 %

 

 

Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa

Kull materjal ta' input u produzzjoni [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Produzzjoni tal-ħadid u l-azzar

Karburant bħala input ta' proċess

Kull fluss ta' mass lejn u mill-installazzjoni[t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa

Kull materjal ta' input u produzzjoni [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Produzzjoni ta' gagazza tas-siment

Abbażi tal-input tal-kalkara (il-Metodu A)

Kull input tal-kalkara rilevanti [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

 

Output tal-gagazza (il-Metodu B)

Gagazza prodotta [t]

± 5 %

± 2,5 %

 

 

CKD

CKD jew trab tal-bypass [t]

m.a. (*2)

± 7,5 %

 

 

Karbonju mhux karbonat

Kull materja prima [t]

± 15 %

± 7,5 %

 

 

Produzzjoni ta' ġir u kalċinazzjoni ta' dolomit u manjeżit

Karbonati u materjali oħrajn tal-proċess (il-Metodu A)

Kull input tal-kalkara rilevanti [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

 

Ossidu alkalin tal-art (il-Metodu B)

Ġir prodott [t]

± 5 %

± 2,5 %

 

 

Trab tal-gagazza (il-Metodu B)

Trab tal-gagazza [t]

m.a. (*2)

± 7,5 %

 

 

Manifattura ta' ħġieġ u suf minerali

Karbonati u materjali oħrajn tal-proċess (input)

Kull materja prima tal-karbonat jew addittivi assoċjati mal-emissjonijiet ta' CO2 [t]

± 2,5 %

± 1,5 %

 

 

Manifattura ta' prodotti taċ-ċeramika

Inputs tal-karbonju (il-Metodu A)

Kull materja prima tal-karbonat jew addittivi assoċjati mal-emissjonijiet ta' CO2 [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

 

Ossidu alkalin (il-Metodu B)

Produzzjoni grossa inklużi prodotti mwarrba u skart ta' ħġieġ miksur mill-kalkari u l-konsenja [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

 

Purifikazzjoni

CaCO3 niexef ikkonsmat [t]

± 7,5 %

 

 

 

Produzzjoni ta' polpa u karta

Sustanzi kimiċi tal-make up

Ammont ta' CaCO3 u Na2CO3 [t]

± 2,5 %

± 1,5 %

 

 

Produzzjoni ta' iswed tal-karbonju

Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa

Kull materjal ta' input u produzzjoni [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Produzzjoni ta' ammonijaka

Karburant bħala input ta' proċess

Ammont ta' karburant użat bħala input ta' proċess [t] jew [Nm3]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Produzzjoni tal-idroġenu u l-gass tas-sinteżi

Karburant bħala input ta' proċess

Ammont ta' karburant użat bħala input ta' proċess għall-produzzjoni tal-idroġenu [t] jew [Nm3]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa

Kull materjal ta' input u produzzjoni [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Produzzjoni ta' sustanzi kimiċi organiċi fi kwantitajiet kbar

Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa

Kull materjal ta' input u produzzjoni [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Produzzjoni jew ipproċessar ta' metalli ferrużi u mhux ferrużi, inkluż aluminju sekondarju

Emissjonijiet ta' proċess

Kull materjal ta' input jew residwu ta' proċess użat bħala materjal ta' input fil-proċess [t]

± 5 %

± 2,5 %

 

 

Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa

Kull materjal ta' input u produzzjoni [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

▼M5

Produzzjoni ta’ aluminju primarju jew tal-alumina

▼B

Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa

Kull materjal ta' input u produzzjoni [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

Emissjonijiet ta' PFC (il-Metodu tal-pendil)

produzzjoni ta' aluminju primarju [t], minuti ta' effett tal-anodu fi [għadd ta' effetti tal-anodu/jum ta' ċellula] u [minuti ta' effett tal-anodu/okkorrenza]

± 2,5 %

± 1,5 %

 

 

Emissjonijiet ta' PFC (il-metodu tal-vultaġġ żejjed)

produzzjoni tal-aluminju primarju fi [t], vultaġġ qawwi żżejjed tal-effett tal-anodu [mV] u effiċjenza kurrenti [-]

± 2,5 %

± 1,5 %

 

 

▼M5

Il-qbid, it-trasferiment u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 fis-sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE

Bilanċ tal-massa ta’ CO2 ittrasferit

CO2 ittrasferit lejn jew barra minn installazzjoni, infrastruttura tat-trasport jew sit tal-ħżin, emissjonijiet ivventjati, rilokati jew li jaħarbu [t]

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

± 1,5 %

L-ivventjar tas-CO2, ir-rilokazzjoni, u l-emissjonijiet li jaħarbu

CO2 ivventjat, rilokat jew minn emissjonijiet li jaħarbu [t]

± 17,5 %

± 12,5 %

± 7,5 %

 

▼B

(*1)   

Għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet mir-riġenerazzjoni ta' impjant ta' krekkjar katalitiku (riġenerazzjoni ta' katalist ieħor u produtturi tal-kokk flessibbli) f'raffineriji taż-żejt minerali, l-inċertezza meħtieġa hija relatata mal-inċertezza totali tal-emissjonijiet kollha minn dak is-sors.

(*2)   

Ammont [t] ta' CKD jew trab tal-bypass (fejn rilevanti) li joħroġ mis-sistema tal-kalkara matul perjodu ta' rapportar ikkalkulat bl-użu ta' linji gwida tal-aqwa prattiki tal-industrija.

2.   DEFINIZZJONI TA' LIVELLI GĦALL-FATTURI TA' KALKOLU GĦALL-EMISSJONIJIET TA' KOMBUSTJONI

L-operaturi għandhom jimmonitorjaw l-emissjonijiet ta' CO2 minn kull tip ta' proċess ta' kombustjoni li jkun qed iseħħ taħt l-attivitajiet kollha elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE jew inkluż fl-Iskema tal-Unjoni skont l-Artikolu 24 ta' dik id-Direttiva bl-użu tad-definizzjonijiet tal-livelli stabbiliti f'din it-taqsima. ►M1  Fejn il-karburanti jew materjali kombustibbli li joħolqu emissjonijiet ta’ CO2 jintużaw bħala input ta’ proċess, għandha tapplika t-Taqsima 4 ta’ dan l-Anness. ◄  Fejn il-karburanti jagħmlu parti minn bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25(1) ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet tal-livelli għall-bilanċi tal-massa fit-Taqsima 3 ta' dan l-Anness.

Għal emissjonijiet ta' proċess mit-tisfija mill-impuritajiet tal-gass tal-egżost, għandhom jintużaw definizzjonijiet tal-livell skont it-taqsimiet 4 u 5 ta' dan l-Anness, kif applikabbli.

2.1    Livelli għall-fatturi ta' emissjoni

▼M5

Fejn frazzjoni tal-bijomassa, jew frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju tiġi ddeterminata għal karburant jew materjal imħallat, il-livelli definiti għandhom ikunu relatati mal-fattur ta’ emissjoni preliminari. Għall-karburanti u l-materjali fossili, il-livelli għandhom ikunu relatati mal-fattur ta’ emissjoni.

▼B

Livell 1: L-operatur għandu japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-fatturi standard elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness VI;

(b) 

valuri oħrajn kostanti skont il-punt (e) tal-Artikolu 31(1), fejn ma jkun hemm l-ebda valur applikabbli fit-Taqsima 1 tal-Anness VI.

Livell 2a: L-operatur għandu japplika fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-pajjiż għall-karburant jew il-materjal rispettiv skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 31(1) jew valuri skont il-punt (d) tal-Artikolu 31(1).

Livell 2b: L-operatur għandu jikseb fatturi ta' emissjoni għall-karburant abbażi ta' waħda mill-alternattivi stabbiliti li ġejjin, b'kombinament ma' korrelazzjoni empirika kif iddeterminat mill-inqas darba fis-sena skont l-Artikoli 32 sa 35 u 39:

(a) 

kejl tad-densità ta' żjut jew gassijiet speċifiċi, inklużi dawk komuni għall-industrija tar-raffineriji jew tal-azzar;

(b) 

valur kalorifiku nett għal tipi speċifiċi ta' faħam.

L-operatur għandu jiżgura li l-korrelazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tal-prattiki tajba tal-inġinerija u li tiġi applikata biss għal valuri tal-prokura li jaqgħu fil-firxa li għaliha tkun ġiet stabbilita.

Livell 3: L-operatur għandu japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

determinazzjoni tal-fattur ta' emissjoni skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 32 sa 35;

(b) 

il-korrelazzjoni empirika kif speċifikata għal-Livell 2b, fejn l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-inċertezza tal-korrelazzjoni empirika ma taqbiżx 1/3 tal-valur tal-inċertezza li l-operatur għandu jaderixxi miegħu fir-rigward tad-data dwar l-attività determinazzjoni tal-karburant jew materjal rilevanti.

2.2    Livelli għall-valur kalorifiku nett (NCV)

Livell 1: L-operatur għandu japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-fatturi standard elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness VI;

(b) 

valuri oħrajn kostanti skont il-punt (e) tal-Artikolu 31(1), fejn ma jkun hemm l-ebda valur applikabbli fit-Taqsima 1 tal-Anness VI.

Livell 2a: L-operatur għandu japplika fatturi speċifiċi għall-pajjiż għall-karburant rispettiv skont il-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 31(1) jew valuri skont il-punt (d) tal-Artikolu 31(1).

Livell 2b: Għall-karburanti li jinbiegħu b'mod kummerċjali għandu jintuża l-valur kalorifiku nett kif miksub mir-reġistri tax-xiri għall-karburant rispettiv ipprovduti mill-fornitur tal-karburant, bil-kundizzjoni li jkun ġie dderivat abbażi ta' standards nazzjonali jew internazzjonali aċċettati.

Livell 3: L-operatur għandu jiddetermina l-valur kalorifiku nett skont l-Artikoli 32 sa 35.

2.3    Livelli għall-fatturi ta' ossidazzjoni

Livell 1: L-operatur għandu japplika fattur ta' ossidazzjoni ta' 1.

Livell 2: L-operatur għandu japplika fatturi ta' ossidazzjoni għall-karburant rispettiv skont il-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 31(1).

Livell 3: Għall-karburanti, l-operatur għandu jikseb fatturi speċifiċi għall-attivitajiet ibbażati fuq il-kontenut tal-karbonju rilevanti ta' rmied, effluwenti u skart ieħor u prodotti sekondarji, u forom gassużi rilevanti oħra mhux ossidati kompletament ta' karbonju rilaxxat minbarra CO. Id-data tal-kompożizzjoni għandha tiġi ddeterminata skont l-Artikoli 32 sa 35.

▼M5

2.4    Livelli għall-frazzjoni tal-bijomassa

Livell 1: L-operatur għandu japplika valur applikabbli ppubblikat mill-awtorità kompetenti jew il-Kummissjoni, jew valuri f’konformità mal-Artikolu 31(1).

Livell 2: L-operatur għandu japplika metodu ta’ stima approvat f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 39(2).

Livell 3a: L-operatur għandu japplika analiżi f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 39(2), u f’konformità mal-Artikoli 32 sa 35.

Livell 3b: Għall-karburanti li joriġinaw minn proċess ta’ produzzjoni bi flussi ta’ input definiti u traċċabbli, l-operatur jista’ jibbaża l-istima fuq bilanċ materjali tal-karbonju fossili u tal-bijomassa li jidħol u joħroġ mill-proċess, bħas-sistema ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

Fejn operatur jassumi frazzjoni fossili ta’ 100 % f’konformità mal-Artikolu 39(1) ta’ dan ir-Regolament, ma għandu jiġi assenjat l-ebda livell għall-frazzjoni tal-bijomassa

▼M5

2.5    Livelli għal frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju

Livell 1: L-operatur għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju abbażi tas-sistema tal-bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

Fejn operatur jassumi frazzjoni fossili ta’ 100 % f’konformità mal-Artikolu 39a(1) ta’ dan ir-Regolament, ma għandu jiġi assenjat l-ebda livell għall-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew għall-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju.

▼B

3.   DEFINIZZJONI TAL-LIVELLI GĦALL-FATTURI TA' KALKOLU GĦALL-BILANĊI TAL-MASSA

Fejn operatur juża bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25, huwa għandu juża d-definizzjonijiet tal-livelli ta' din it-taqsima.

3.1    Livelli għall-kontenut tal-karbonju

L-operatur għandu japplika wieħed mil-livelli elenkati f'dan il-punt. Għad-derivazzjoni tal-kontenut tal-karbonju minn fattur ta' emissjoni, l-operatur għandu juża l-ekwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

għall-fatturi ta' emissjoni espressi bħala t CO2/TJ: C = (EF × NCV) / f

(b)

għall-fatturi ta' emissjoni espressi bħala t CO2/t: C = EF / f

F'dawk il-formoli, C huwa l-kontenut tal-karbonju espress bħala frazzjoni (tunnellata karbonju għal kull tunnellata prodott), EF huwa l-fattur ta' emissjoni, NCV huwa l-valur kalorifiku nett, u f huwa l-fattur stabbilit fl-Artikolu 36(3).

▼M5

Fejn frazzjoni tal-bijomassa jew frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju tiġi ddeterminata għal karburant jew materjal imħallat, il-livelli definiti għandhom jirrigwardaw il-kontenut totali ta’ karbonju. Il-frazzjoni tal-bijomassa tal-karbonju għandha tiġi ddeterminata bl-użu tal-livelli definiti fit-Taqsima 2.4 ta’ dan l-Anness. Il-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju għandha tiġi ddeterminata bl-użu tal-livelli definiti fit-Taqsima 2.5 ta’ dan l-Anness.

▼B

Livell 1: L-operatur għandu japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-kontenut ta' karbonju dderivat minn fatturi standard elenkati fl-Anness VI t-Taqsimiet 1 u 2;

(b) 

valuri oħrajn kostanti skont il-punt (e) tal-Artikolu 31(1), fejn ma jkun hemm l-ebda valur applikabbli fl-Anness VI t-Taqsimiet 1 u 2.

Livell 2a: L-operatur għandu jidderiva l-kontenut tal-karbonju minn fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-pajjiż għall-karburant jew il-materjal rispettiv skont il-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 31(1) jew valuri skont il-punt (d) tal-Artikolu 31(1).

▼M5

Livell 2b: L-operatur għandu jidderiva l-kontenut tal-karbonju minn fatturi ta’ emissjoni għall-karburant abbażi ta’ waħda mill-alternattivi stabbiliti li ġejjin b’kombinazzjoni ma’ korrelazzjoni empirika kif iddeterminat mill-inqas darba fis-sena f’konformità mal-Artikoli 32 sa 35 ta’ dan ir-Regolament:

▼B

(a) 

kejl tad-densità ta' żjut jew gassijiet speċifiċi komuni, pereżempju, għall-industrija tar-raffineriji jew tal-azzar;

(b) 

il-valur kalorifiku nett għal tipi speċifiċi ta' faħam.

L-operatur għandu jiżgura li l-korrelazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tal-prattiki tajba tal-inġinerija u li tiġi applikata biss għal valuri tal-prokura li jaqgħu fil-firxa li għaliha tkun ġiet stabbilita.

Livell 3: L-operatur għandu japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

determinazzjoni tal-kontenut tal-karbonju skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 32 sa 35;

(b) 

il-korrelazzjoni empirika kif speċifikata għal-Livell 2b, fejn l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-inċertezza tal-korrelazzjoni empirika ma taqbiżx 1/3 tal-valur tal-inċertezza li l-operatur għandu jaderixxi miegħu fir-rigward tad-data dwar l-attività determinazzjoni tal-karburant jew materjal rilevanti.

3.2    Livell għall-valuri kalorifiċi netti

Għandhom jintużaw il-livelli definiti fit-Taqsima 2.2 ta' dan l-Anness.

3.3    Livelli għall-frazzjoni tal-bijomassa

Għandhom jintużaw il-livelli definiti fit-Taqsima 2.4 ta' dan l-Anness.

▼M5

3.4    Livelli għal frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju

Għandhom jintużaw il-livelli definiti fit-Taqsima 2.5 ta’ dan l-Anness.

▼M1

4.    DEFINIZZJONI TAL-LIVELLI GĦALL-FATTURI TA’ KALKOLU GĦALL-EMISSJONIJIET TA’ PROĊESS TA’ CO2

Għall-emissjonijiet kollha ta’ proċess ta’ CO2, b’mod partikolari għall-emissjonijiet mid-dekompożizzjoni tal-karbonati u minn materjali ta’ proċess li fihom il-karbonju għajr fil-forma ta’ karbonati, inklużi l-urea, il-kokk u l-grafit, fejn jiġu mmonitorjati bl-użu tal-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24(2), għandhom jiġu applikati l-livelli ddefiniti f’din it-taqsima għall-fatturi ta’ kalkolu applikabbli.

Fil-każ ta’ materjali mħallta li jkun fihom forom inorganiċi kif ukoll organiċi tal-karbonju, l-operatur jista’ jagħżel:

— 
li jiddetermina fattur ta’ emissjoni preliminari totali għall-materjal imħallat billi jiġi analizzat il-kontenut totali tal-karbonju, u bl-użu ta’ fattur ta’ konverżjoni u — jekk applikabbli — frazzjoni ta’ bijomassa u valur kalorifiku nett relatat ma’ dak il-kontenut totali ta’ karbonju; jew
— 
li jiddetermina l-kontenuti organiċi u inorganiċi separatament u jittrattahom bħala żewġ flussi minn sorsi separati.

Għall-emissjonijiet mid-dekompożizzjoni tal-karbonati, għal kull fluss minn sors l-operatur jista’ jagħżel wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a) 

Metodu A (Abbażi tal-input): Il-fattur tal-emissjoni, il-fattur tal-konverżjoni u d-data tal-attivitajiet relatati mal-ammont tal-input ta’ materjal fil-proċess.

(b) 

Metodu B (Abbażi tal-produzzjoni): Il-fattur tal-emissjoni, il-fattur tal-konverżjoni u d-data tal-attivitajiet relatati mal-ammont tal-produzzjoni ta’ materjal fil-proċess.

Għal emissjonijiet ta’ proċess ta’ CO2 oħra, l-operatur għandu japplika biss il-metodu A.

▼M5

B’deroga mid-dispożizzjonijiet f’din it-taqsima u s-subtaqsimiet li ġejjin, l-operaturi jistgħu jikklassifikaw l-emissjonijiet ta’ proċess minn materjali bħala żero, sakemm dawk il-materjali jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

ma jissodisfawx id-definizzjonijiet ta’ RFNBOs jew RCFs jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju;

(ii) 

ġew prodotti f’installazzjoni oħra koperta mid-Direttiva 2003/87/KE;

(iii) 

is-CO2 kien marbut kimikament biex jipproduċi l-materjali;

(iv) 

l-installazzjoni li emettiet is-CO2 fil-punt (iii), inkludiet dan is-CO2 fir-rapport annwali tagħha dwar l-emissjonijiet;

(v) 

ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjoni ta’ prodott li huwa elenkat fir-Regolament delegat adottat skont l-Artikolu 12(3b) tad-Direttiva 2003/87/KE.

▼M1

4.1    Livelli għall-fattur ta’ emissjoni bl-użu tal-Metodu A

Livell 1: L-operatur għandu japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-fatturi standard elenkati fl-Anness VI taqsima 2 Tabella 2 fil-każ ta’ dekompożizzjoni tal-karbonat, jew fit-Tabelli 1, 4 jew 5 għal materjali oħra tal-proċess;

(b) 

valuri oħrajn kostanti skont il-punt (e) tal-Artikolu 31(1), fejn ma jkun hemm l-ebda valur applikabbli fl-Anness VI.

Livell 2: L-operatur għandu japplika fattur ta’ emissjoni speċifiku għall-pajjiż skont il-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 31(1), jew valuri skont il-punt (d) tal-Artikolu 31(1).

Livell 3: L-operatur għandu jiddetermina l-fattur ta’ emissjoni skont l-Artikoli 32 sa 35. Il-proporzjonijiet stojkjometriċi kif elenkati fit-Taqsima 2 tal-Anness VI għandhom jintużaw għall-konverżjoni tad-data ta’ kompożizzjoni f’fatturi ta’ emissjoni, fejn rilevanti.

4.2    Livelli għall-fattur ta’ konverżjoni bl-użu tal-Metodu A

Livell 1: Għandu jintuża fattur ta’ konverżjoni ta’ 1.

Livell 2: Il-karbonati u karbonju ieħor li joħorġu mill-proċess għandhom jiġu kkunsidrati permezz ta’ fattur ta’ konverżjoni b’valur ta’ bejn 0 u 1. L-operatur jista’ jassumi konverżjoni kompluta għal input wieħed jew ħafna inputs u jattribwixxi materjali mhux konvertiti jew karbonju ieħor lill-inputs li jifdal. Id-determinazzjoni addizzjonali ta’ parametri kimiċi rilevanti tal-prodotti għandha titwettaq skont l-Artikoli 32 sa 35.

4.3    Livelli għall-fattur ta’ emissjoni bl-użu tal-Metodu B

Livell 1: L-operatur għandu japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-fatturi standard elenkati fl-Anness VI taqsima 2 Tabella 3.

(b) 

valuri oħrajn kostanti skont il-punt (e) tal-Artikolu 31(1), fejn ma jkun hemm l-ebda valur applikabbli fl-Anness VI.

Livell 2: L-operatur għandu japplika fattur ta’ emissjoni speċifiku għall-pajjiż skont il-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 31(1), jew valuri skont il-punt (d) tal-Artikolu 31(1).

Livell 3: L-operatur għandu jiddetermina l-fattur ta’ emissjoni skont l-Artikoli 32 sa 35. Il-proporzjonijiet stojkjometriċi msemmija fl-Anness VI t-Taqsima 2 it-Tabella 3 għandhom jintużaw għall-konverżjoni tad-data ta’ kompożizzjoni f’fatturi ta’ emissjoni bis-suppożizzjoni li l-ossidi metalliċi rilevanti kollha jkunu ġew idderivati mill-karbonati rispettivi. Għal dan il-għan l-operatur għandu jqis mill-inqas CaO u MgO, u għandu jipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti dwar liema ossidi tal-metall oħra jirrigwardaw il-karbonati fil-materja prima.

4.4    Livelli għall-fattur ta’ konverżjoni bl-użu tal-Metodu B

Livell 1: Għandu jintuża fattur ta’ konverżjoni ta’ 1.

Livell 2: L-ammont ta’ komposti mhux karbonati tal-metalli rilevanti fil-materja prima, inkluż it-trab li jirritorna jew l-irmied li jtir jew materjali oħrajn li diġà jkunu ġew kalċinati, għandu jiġi rifless permezz ta’ fatturi ta’ konverżjoni b’valur ta’ bejn 0 u 1 b’valur ta’ 1 li jikkorrispondi għal konverżjoni kompluta tal-karbonati tal-materja prima f’ossidi. Id-determinazzjoni addizzjonali ta’ parametri kimiċi rilevanti tal-inputs tal-proċessi għandha titwettaq skont l-Artikoli 32 sa 35.

4.5    Livelli għall-valur kalorifiku nett (NCV)

Jekk ikun rilevanti, l-operatur għandu jiddetermina l-valur kalorifiku nett tal-materjal ta’ proċess bl-użu tal-livelli definiti fit-Taqsima 2.2 ta’ dan l-Anness. L-NCV jitqies bħala mhux rilevanti għal flussi minn sorsi de minimis jew fejn il-materjal innifsu mhuwiex kombustibbli mingħajr ma jiġu miżjuda fjuwils oħra. Jekk ikun hemm xi dubju, l-operatur għandu jfittex konferma mill-awtorità kompetenti dwar jekk l-NCV għandux jiġi mmonitorjat u rrappurtat.

4.6    Livelli għall-frazzjoni tal-bijomassa

Jekk ikun rilevanti, l-operatur għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa tal-karbonju li fih il-materjal ta’ proċess, bl-użu tal-livelli definiti fit-Taqsima 2.4 ta’ dan l-Anness.

▼M5

4.7    Livelli għall-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju

Għandhom jintużaw il-livelli definiti fit-Taqsima 2.5 ta’ dan l-Anness.

▼M1 —————

▼M4




ANNESS IIa

Definizzjonijiet tal-livelli għall-metodoloġiji bbażati fuq il-kalkolu relatati ma’ entitajiet regolati

1.   DEFINIZZJONI TAL-LIVELLI GĦALL-AMMONTI TA’ KARBURANT RILAXXATI

Il-limiti ta’ inċertezza fit-Tabella 1 għandhom japplikaw għal-livelli rilevanti għar-rekwiżiti tal-ammonti ta’ karburant rilaxxati f’konformità mal-Artikolu 28(1), il-punt (a), u l-Artikolu 29(2), l-ewwel subparagrafu. Il-livelli limitu ta’ inċertezza għandhom jiġu interpretati bħala l-inċertezzi massimi permissibbli għad-determinazzjoni ta’ flussi ta’ karburant tul perjodu ta’ rapportar.



Tabella 1

Livelli għall-ammonti ta’ karburant rilaxxati (inċertezza massima permissibbli għal kull livell)

Tip ta’ fluss ta’ karburant

Parametru li għalih tiġi applikata l-inċertezza

Livell 1

Livell 2

Livell 3

Livell 4

Kombustjoni ta’ karburanti



Karburanti standard kummerċjali

Ammont ta’ karburant [t] jew [Nm3] jew [TJ]

±7,5  %

±5  %

±2,5  %

±1,5  %

Karburanti gassużi u likwidi oħra

Ammont ta’ karburant [t] jew [Nm3] jew [TJ]

±7,5  %

±5  %

±2,5  %

±1,5  %

Karburanti solidi

Ammont ta’ karburant [t] jew [TJ]

±7,5  %

±5  %

±2,5  %

±1,5  %

2.   DEFINIZZJONI TAL-LIVELLI GĦALL-FATTURI TA’ KALKOLU U L-FATTUR TAL-AMBITU

L-entitajiet regolati għandhom jimmonitorjaw l-emissjonijiet tas-CO2 mit-tipi kollha ta’ karburanti rilaxxati għall-konsum fis-setturi elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2003/87/KE jew inklużi fis-sistema tal-Unjoni skont l-Artikolu 30j ta’ dik id-Direttiva bl-użu tad-definizzjonijiet tal-livelli stabbiliti f’din it-taqsima.

2.1.    Livelli għall-fatturi ta’ emissjoni

Fejn frazzjoni ta’ bijomassa tiġi ddeterminata għal karburant imħallat, il-livelli ddefiniti għandhom jirrigwardaw il-fattur ta’ emissjoni preliminari. Għall-karburanti fossili, il-livelli għandhom jirrigwardaw il-fattur ta’ emissjoni.

▼M5

Fejn frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju tiġi ddeterminata għal karburant imħallat, il-livelli definiti għandhom ikunu relatati mal-fattur ta’ emissjoni preliminari

▼M4

Livell 1: L-entità regolata għandha tapplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-fatturi standard elenkati fit-taqsima 1 tal-Anness VI;

(b) 

valuri kostanti oħrajn f’konformità mal-Artikolu 31(1), il-punt (e), fejn ma jkun hemm l-ebda valur applikabbli fit-taqsima 1 tal-Anness VI.

Livell 2a: L-entità regolata għandha tapplika fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għall-pajjiż għall-karburant rispettiv f’konformità mal-Artikolu 31(1), il-punti (b) u (c).

Livell 2b: L-entità regolata għandha tikseb fatturi ta’ emissjoni għall-karburant abbażi tal-valur kalorifiku nett għal tipi speċifiċi ta’ faħam, flimkien ma’ korrelazzjoni empirika kif iddeterminat mill-inqas darba fis-sena f’konformità mal-Artikoli 32 sa 35 u 75m.

L-entità regolata għandha tiżgura li l-korrelazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tal-prattiki tajba tal-inġinerija u li tiġi applikata biss għal valuri tal-proxy li jaqgħu fil-firxa li għaliha tkun ġiet stabbilita.

Livell 3: L-entità regolata għandha tapplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

determinazzjoni tal-fattur ta’ emissjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 32 sa 35;

(b) 

il-korrelazzjoni empirika kif speċifikata għal-Livell 2b, fejn l-entità regolata turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-inċertezza tal-korrelazzjoni empirika ma taqbiżx 1/3 tal-valur tal-inċertezza li l-entità regolata għandha taderixxi miegħu fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ammonti ta’ karburant rilaxxati tal-karburant rilevanti.

2.2.    Livelli għall-fattur ta’ konverżjoni ta’ unità

Livell 1: L-entità regolata għandha tapplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-fatturi standard elenkati fit-taqsima 1 tal-Anness VI;

(b) 

valuri kostanti oħrajn f’konformità mal-Artikolu 31(1), il-punt (e), fejn ma jkun hemm l-ebda valur applikabbli fit-taqsima 1 tal-Anness VI.

Livell 2a: L-entità regolata għandha tapplika fatturi speċifiċi għall-pajjiż għall-karburant rispettiv f’konformità mal-Artikolu 31(1), il-punt (b) jew (c).

Livell 2b: Għall-karburanti li jinbiegħu b’mod kummerċjali għandu jintuża l-fattur ta’ konverżjoni ta’ unità kif derivat mir-reġistri tax-xiri għall-karburant rispettiv, dment li jkun ġie dderivat abbażi ta’ standards nazzjonali jew internazzjonali aċċettati.

Livell 3: L-entità regolata għandha tiddetermina l-fattur ta’ konverżjoni ta’ unità f’konformità mal-Artikoli 32 sa 35.

2.3.    Livelli għall-frazzjoni tal-bijomassa

Livell 1: L-entità regolata għandha tapplika valur applikabbli ppubblikat mill-awtorità kompetenti jew il-Kummissjoni, jew valuri f’konformità mal-Artikolu 31(1).

Livell 2: L-entità regolata għandha tapplika metodu ta’ stima approvat f’konformità mal-Artikolu 75m(3), it-tieni subparagrafu.

Livell 3a: L-entità regolata għandha tapplika analiżijiet f’konformità mal-Artikolu 75m(3), l-ewwel subparagrafu, u f’konformità mal-Artikoli 32 sa 35.

Fejn entità regolata tassumi frazzjoni ta’ fossili ta’ 100 % f’konformità mal-Artikolu 39(1), l-ebda livell ma għandu jiġi assenjat għall-frazzjoni tal-bijomassa.

Livell 3b: Għall-karburanti li joriġinaw minn proċess ta’ produzzjoni bi flussi ta’ input definiti u traċċabbli, l-entità regolata tista’ tibbaża l-istima fuq bilanċ tal-massa tal-karbonju fossili u tal-bijomassa li jidħol u joħroġ mill-proċess, bħas-sistema ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

▼M5

2.3a    Livelli għal frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju

Livell 1: L-operatur għandu jiddetermina frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju abbażi tas-sistema tal-bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

Meta operatur jassumi frazzjoni fossili ta’ 100 % f’konformità mal-Artikolu 39a(1) ta’ dan ir-Regolament, ma għandu jiġi assenjat l-ebda livell għall-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew għall-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju.

▼M4

2.4.    Livelli għall-fattur tal-ambitu

Livell 1: L-entità regolata għandha tapplika valur prestabbilit f’konformità mal-Artikolu 75l(3) jew (4).

Livell 2: L-entità regolata għandha tapplika metodi f’konformità mal-Artikolu 75l(2), il-punti (e) sa (g).

Livell 3: L-entità regolata għandha tapplika metodi f’konformità mal-Artikolu 75l(2), il-punti (a) sa (d).

▼B




ANNESS III

▼M5

Metodoloġiji ta’ monitoraġġ għall-emissjonijiet mill-avjazzjoni (Artikolu 53)

▼B

1.   METODOLOĠIJI TA' KALKOLU GĦAD-DETERMINAZZJONI TA' GHGS FIS-SETTUR TAL-AVJAZZJONI

Metodu A:

L-operatur għandu juża l-formola li ġejja:

Konsum effettiv ta' karburant għal kull titjira [t] = Ammont ta' karburant li jkun hemm fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru ladarba l-ippumpjar tal-karburant għat-titjira jkun komplut [t] – Ammont ta' karburant li jkun hemm fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru ladarba l-ippumpjar tal-karburant għat-titjira sussegwenti jkun komplut [t] + L-ammont ta' karburant ippumpjat fit-tank għal dik it-titjira sussegwenti [t]

Fejn ma jkun hemm l-ebda ppumpjar tal-karburant għat-titjira jew it-titjira sussegwenti, l-ammont ta' karburant fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru għandu jiġi ddeterminat waqt il-block-off għat-titjira jew it-titjira sussegwenti. Fil-każ eċċezzjonali li inġenju tal-ajru jwettaq attivitajiet oħra minbarra titjira, inkluż li jiġi sottopost għal manutenzjoni sinifikanti li tinvolvi l-iżvujtar tat-tankijiet, wara t-titjira li l-konsum ta' karburant tagħha jkun qed jiġi mmonitorjat, l-operatur ta' inġenju tal-ajru jista' jibdel il-kwantità “Ammont ta' karburant li jkun hemm fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru ladarba l-ippumpjar tal-karburant għat-titjira suċċessiva jkun komplut + Karburant ippumpjat fit-tank għal dik it-titjira sussegwenti” bl-“Ammont ta' karburant li jifdal fit-tankijiet fil-bidu tal-attività sussegwenti tal-inġenju tal-ajru”, kif iddokumentat fir-reġistri tekniċi.

Metodu B:

L-operatur għandu juża l-formola li ġejja:

Konsum effettiv ta' karburant għal kull titjira [t] = Ammont ta' karburant li jifdal fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru fil-block-on fl-aħħar tat-titjira ta' qabel [t] + Ammont ta' karburant ippumpjat fit-tank għat-titjira [t] - Ammont ta' karburant li jkun hemm fit-tankijiet fil-block-on fl-aħħar tat-titjira [t]

Il-mument tal-block-on jista' jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti għall-mument tat-tifi tal-magna (shut down). Fejn inġenju tal-ajru ma jwettaqx titjira qabel it-titjira li għaliha l-konsum ta' karburant ikun qed jiġi mmonitorjat, l-operatur tal-inġenji tal-ajru jista' jissostitwixxi l-kwantità “Ammont ta' karburant li jibqa' fit-tankijiet tal-inġenji tal-ajru fil-block-on fit-tmien tat-titjira ta' qabel” bl-“Ammont ta' karburant li jibqa' fit-tankijiet tal-inġenji tal-ajru fit-tmiem tal-attività ta' qabel tal-inġenju tal-ajru”, kif irreġistrat mir-reġistri tekniċi.

2.   FATTURI TA' EMISSJONI GĦAL KARBURANTI STANDARD

▼M4



Tabella 1

Fatturi tas-CO2 tal-avjazzjoni fossili (fatturi preliminari ta’ emissjoni)

Karburant

Fattur ta’ emissjoni (t CO2/tta’ karburant)

Gażolina tal-avjazzjoni (AvGas)

3,10

Gażolina tal-ġettijiet (Ġett B)

3,10

Pitrolju tal-ġettijiet (Ġett A1 jew Ġett A)

3,16

▼B

3.   KALKOLU TAD-DISTANZA TAĊ-ĊIRKU L-KBIR

Distanza [km] = Distanza taċ-Ċirku l-Kbir [km] + 95 km

Id-Distanza taċ-Ċirku l-Kbir għandha tkun l-iqsar distanza bejn kwalunkwe żewġ punti fuq wiċċ id-Dinja, li għandha tiġi approssimata bl-użu tas-sistema msemmija fl-Artikolu 3.7.1.1 tal-Anness 15 tal-Konvenzjoni ta' Chicago (WGS 84).

Il-latitudini u l-lonġitudini tal-ajrudromi għandhom jittieħdu mid-data tal-post tal-ajrudrom ippubblikata fil-Pubblikazzjonijiet dwar l-Informazzjoni Ajrunawtika (Aeronautical Information Publications, minn hawn 'il quddiem “AIP”) f'konformità mal-Anness 15 tal-Konvenzjoni ta' Chicago jew minn sors li juża din id-data tal-AIP.

Jistgħu jintużaw distanzi kkalkulati minn softwer jew minn parti terza, bil-kundizzjoni li l-metodoloġija tal-kalkolu tkun ibbażata fuq il-formola stabbilita f'din it-taqsima, id-data tal-AIP u r-rekwiżiti WGS 84.

▼M5




ANNESS IIIa

Metodoloġiji ta’ monitoraġġ għall-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 (Artikolu 56a)

1.   DEFINIZZJONIJIET RELATATI MAL-EFFETTI TAL-AVJAZZJONI MHUX MARBUTA MAS-CO2

1. 

“informazzjoni dwar it-titjira” tfisser mill-inqas is-sinjal tas-sejħa kif previst fl-Artikolu 51 ta’ dan ir-Regolament, il-jum u l-ħin tat-tluq u tal-wasla tat-titjira, espress fil-ħin universali koordinat (UTC) u l-kodiċi tal-ICAO u/jew l-identifikaturi tal-post tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA) għall-ajruporti tal-oriġini u tad-destinazzjoni li permezz tagħhom tista’ ssir identifikazzjoni unika tat-titjira partikolari;

2. 

“informazzjoni dwar il-fażi tat-titjira” tfisser il-qsim tad-data (eż. il-pożizzjoni 4D tal-inġenju tal-ajru, il-fluss ta’ karburant) skont il-fażijiet operattivi tat-titjira (qtugħ mill-art, tlugħ, cruising, eċċ.);

3. 

“envelopp tat-titjira tal-operazzjoni” tfisser il-konfini tal-altitudni, il-veloċità tal-inġenju tal-ajru, u l-fattur tat-tagħbija għal kull fażi tat-titjira;

4. 

“veloċità tal-ajru reali” tfisser il-veloċità tal-inġenju tal-ajru relattiva għall-massa tal-arja li minnha jkun qed itir, f’metri kull sekonda (m/s);

5. 

“pożizzjoni 4D tal-inġenju tal-ajru” tfisser il-pożizzjoni b’erba’ dimensjonijiet ta’ inġenju tal-ajru ddefinita mil-latitudni tiegħu, fi grad deċimali; lonġitudni, fi grad deċimali; u l-altitudni, fl-altitudni tal-pressjoni, fi kwalunkwe mument partikolari bejn il-bidu u t-tmiem tat-titjira;

6. 

“kronogramma” tfisser stampa tad-data (eż. il-pożizzjoni 4D tal-inġenju tal-ajru, il-fluss ta’ karburant) li tikkorrispondi għal kwalunkwe mument partikolari, f’sekondi, matul it-titjira u li għandha titqies flimkien mal-intervall ta’ ħin;

7. 

“intervall ta’ ħin” tfisser il-ħin, f’sekondi, bejn żewġ kronogrammi matul it-titjira, li ma jaqbiżx is-60 sekonda;

8. 

“l-aħħar pjan tat-titjira” tfisser l-aħħar pjan tat-titjira disponibbli u rikonoxxut mis-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru rilevanti għal titjira partikolari, qabel ma sseħħ. L-aħħar pjan tat-titjira jista’ jkun il-Mudell Tattiku tat-Titjira Regolat (RTFM, Regulated Tactical Flight Model) tal-Eurocontrol), jew inkella l-Mudell Tattiku tat-Titjira Reġistrat (FTFM, Filed Tactical Flight Model) tal-Eurocontrol jew ekwivalenti mil-lat ta’ preċiżjoni tad-data;

9. 

“trajettorja tat-titjira li jkun tar” tfisser it-trajettorja segwita mill-inġenju tal-ajru mill-punt tal-oriġini (tluq) sad-destinazzjoni tiegħu (wasla), magħmula mill-kronogrammi kollha, irreġistrati matul it-titjira. It-trajettorja tat-titjira li jkun tar tista’ tinkiseb mit-tagħmir li jirreġistra d-data tat-titjira jew minn parti terza. Il-preċiżjoni tagħha għandha tkun ekwivalenti, meta possibbli, għall-Mudell Tattiku tat-Titjira Kurrenti (CTFM, Current Tactical Flight Model) tal-Eurocontrol;

10. 

“tagħmir li jirreġistra d-data tat-titjira” tfisser apparat elettroniku speċjalizzat installat fl-inġenju tal-ajru għall-fini tar-reġistrazzjoni ta’ diversi parametri u avvenimenti matul l-operazzjonijiet ta’ titjir. Dawn il-parametri jistgħu jinkludu iżda mhumiex limitati għal inputs tal-kontroll tat-titjir, informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-inġenji tal-ajru, data tal-magna, informazzjoni dwar in-navigazzjoni.

11. 

“varjabbli radjattivi tridimensjonali” tfisser għadd ta’ varjabbli bħad-densità tal-fluss radjattiv, ir-rati ta’ tisħin radjattivi, li jiddeskrivu kif ir-radjazzjoni tvarja skont l-ispazju, inkluż il-wiċċ u l-atmosfera tad-Dinja, u kif tinbidel maż-żmien;

12. 

“pressjoni” tfisser il-forza, f’Pascals (Pa), eżerċitata bil-piż tal-arja fl-atmosfera ’l fuq minn punt partikolari fejn l-inġenju tal-ajru jkun jinsab fi kwalunkwe mument partikolari matul it-titjira filwaqt li jitqiesu varjabbli radjattivi tridimensjonali;

13. 

“temperatura tal-arja ambjentali” tfisser it-temperatura tal-arja, f’Kelvin (K), madwar inġenju tal-ajru fi kwalunkwe mument partikolari matul it-titjira u mogħtija għal varjabbli radjattivi tridimensjonali;

14. 

“umdità speċifika” tfisser il-proporzjon ta’ fwar tal-ilma għal kull kilogramma tal-massa totali tal-arja (kg/kg) madwar inġenju tal-ajru fi kwalunkwe mument partikolari matul it-titjira u mogħti għal varjabbli radjattivi tridimensjonali;

15. 

“Atmosfera Standard Internazzjonali (ISA)” tfisser standard li miegħu titqabbel l-atmosfera attwali fi kwalunke punt u ħin, abbażi tal-valuri speċifiċi tal-pressjoni, tad-densità, u tat-temperatura fil-livell medju tal-baħar, li kull wieħed minnhom jonqos meta jiżdied l-għoli;

16. 

data bażika dwar it-temp” tfisser il-kategorija ta’ informazzjoni raggruppata għal kull titjira, mill-inqas il-pressjoni, it-temperatura tal-arja ambjentali u l-umdità speċifika, użata fil-modulu tal-ħruq tal-karburant u l-modulu tal-istima tal-emissjonijiet. Hawnhekk, dawn il-valuri jistgħu jiġu stmati mill-inqas permezz ta’ korrezzjoni standardizzata li tiddependi mill-altitudni u/jew ikunu bbażati fuq osservazzjonijiet ta’ wara l-operazzjoni minn partijiet terzi;

17. 

“umdità relattiva fuq is-silġ” tfisser il-konċentrazzjoni tal-fwar tal-ilma, f’perċentwal, preżenti fl-arja meta mqabbla mal-konċentrazzjoni tiegħu fil-punt ta’ saturazzjoni tas-silġ;

18. 

“riħ fid-direzzjoni tal-Lvant u fid-direzzjoni tat-Tramuntana” tfisser il-veloċità orizzontali tal-arja li timxi lejn il-Lvant jew it-Tramuntana, f’metri kull sekonda, fi kwalunkwe mument partikolati ta’ żmien waqt titjira u mogħtija għal varjabbli radjattivi tridimensjonali;

19. 

“veloċità vertikali” tfisser il-veloċità tal-moviment tal-arja fid-direzzjoni ’l fuq jew ’l isfel (f’Pa/s), fejn il-valuri negattivi tal-veloċità vertikali jindikaw moviment ’il fuq. Huwa meħtieġ li jiġu kkalkulati, eż., l-avvezzjoni u l-gradjent tar-riħ;

20. 

“kontenut speċifiku tal-ilma tas-silġ fis-sħab” tfisser il-massa ta’ partikoli tas-silġ fis-sħab għal kull kilogramma tal-massa totali tal-arja niedja (kg/kg) madwar inġenju tal-ajru fi kwalunkwe mument partikolari matul it-titjira u mogħtija għal varjabbli radjattivi tridimensjonali;

21. 

“ġeopotenzjal” tfisser il-qawwa tal-kamp gravitazzjonali esperjenzata minn inġenju tal-ajru f’altitudnijiet differenti, fi kwalunkwe mument partikolari matul it-titjira, f’metri kwadri għal kull sekonda kwadrata (m2/s2) u mogħtija għal varjabbli radjattivi tridimensjonali;

22. 

“radjazzjoni b’mewġa twila ħierġa” tfisser ir-radjazzjoni totali rilaxxata fl-ispazju mis-sistema tal-atmosfera tad-dinja, f’W/m2, fi kwalunkwe mument partikolari matul it-titjira u mogħtija għal varjabbli radjattivi tridimensjonali;

23. 

“radjazzjoni solari riflessa” tfisser il-porzjon tad-dawl tax-xemx li huwa rifless lura fl-ispazju mill-wiċċ tad-dinja, is-sħab, l-aerosols, u partikoli atmosferiċi oħra, f’W/m2, fi kwalunkwe mument partikolari matul it-titjira u mogħti għal varjabbli radjattivi tridimensjonali;

24. 

“radjazzjoni solari diretta” tfisser il-porzjon tad-dawl tax-xemx li jilħaq il-wiċċ tad-Dinja direttament mix-Xemx mingħajr ma jiġi mxerred jew rifless mill-atmosfera jew mis-sħab, f’W/m2, fi kwalunkwe mument partikolari matul it-titjira u mogħti għal varjabbli radjattivi tridimensjonali;

25. 

“mudell ta’ referenza komuni għat-Tbassir Numeriku tat-Temp (NWP)” tirreferi għal sistema komputazzjonali utilizzata fil-meteoroloġija, li tinkludi algoritmi u formulazzjonijiet matematiċi implimentati f’software, imfassla biex jissimulaw, u jbassru l-kundizzjonijiet atmosferiċi fuq dominju spazjali u temporali definit (grilja spazjali). Fil-każ tad-data mtejba dwar it-temp, il-Kummissjoni tipprovdi mudell NWP ta’ referenza komuni permezz tan-NEATS;

26. 

data mtejba dwar it-temp” tfisser il-kategorija ta’ informazzjoni għal kull titjira, li tinkludi l-pressjoni, it-temperatura ambjentali, l-umdità speċifika, l-umdità relattiva fuq is-silġ, ir-riħ fid-direzzjoni tal-Lvant u fid-direzzjoni tat-Tramuntana, il-veloċità vertikali, il-kontenut speċifiku tal-ilma tas-silġ fis-sħab, il-ġeopotenzjal, il-longwave ’il barra, ir-radjazzjoni solari riflessa u solari diretta riflessa, meħuda bħala input minn mudell NWP ta’ referenza komuni, ipprovdut mill-Kummissjoni permezz tan-NEATS;

27. 

“identifikatur tal-magna” tfisser in-numru tal-identifikatur uniku tal-magna tal-inġenju tal-ajru kif jinsab fil-bank tad-data tal-emissjonijiet tal-magna tal-ICAO, jew ekwivalenti, li jippermetti l-identifikazzjoni inekwivokabbli tal-magni mwaħħla mal-inġenju tal-ajru, permezz ta’ listi standardizzati rikonoxxuti internazzjonalment;

28. 

“massa tal-inġenju tal-ajru” tfisser il-massa f’kilogrammi tal-inġenju tal-ajru tul it-trajettorja, li hija ugwali għat-tnaqqis mill-massa tal-qtugħ, tal-ħruq tal-karburant matul it-titjira fi kwalunkwe mument partikolari. Jekk il-massa tal-inġenju tal-ajru ma tkunx disponibbli, din tista’ tiġi approssimata abbażi tal-massa waqt il-qtugħ mill-art jew tal-fattur tat-tagħbija, u jew il-fluss ta’ karburant partikolari jew il-fluss ta’ karburant kif ikkalkulat minn simulazzjoni tal-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru bl-użu tal-modulu tal-ħruq tal-karburant;

29. 

“massa waqt il-qtugħ” tfisser il-massa tal-inġenju tal-ajru fil-bidu tal-ġirja tal-qtugħ, inkluż dak kollu li jinġarr f’dak il-mument, f’kilogrammi. Tintuża biex tiġi approssimata l-massa tal-inġenju tal-ajru jekk din tal-aħħar ma tiġix ipprovduta. Jekk il-massa waqt il-qtugħ ma tkunx disponibbli, din tista’ tiġi approssimata abbażi tal-fattur tat-tagħbija;

30. 

“massa massima waqt il-qtugħ” hija l-massa massima, f’kilogrammi, li fiha l-bdot ta’ inġenju tal-ajru jitħalla jitlaq, kif speċifikat mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru;

31. 

“massa massima tat-tagħbija utli” hija l-massa massima ta’ passiġġieri u bagalji relatati, il-massa tal-merkanzija, inklużi l-posta u l-bagalji tal-idejn, li jistgħu jiġu ttrasportati minn inġenju tal-ajru. Il-valuri għat-tagħbija utli massima jistgħu jinkisbu mill-modulu tal-ħruq tal-karburant applikat;

32. 

“fattur tat-tagħbija” tfisser il-piż tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tal-bagalji, inklużi l-posta u l-bagalji tal-idejn, espress bħala frazzjoni tal-massa tat-tagħbija utli massima. Il-fattur tat-tagħbija jintuża biex tiġi approssimata l-massa waqt il-qtugħ jekk din tal-aħħar ma tkunx ipprovduta. Jekk il-fattur tat-tagħbija ma jkunx disponibbli, għandu jintuża valur predefinit konservattiv, f’konformità mal-Anness IIIa, it-Taqsima 5;

33. 

“fluss ta’ karburant” tfisser il-massa ta’ karburant f’kilogrammi li jgħaddi mis-sistema tal-karburant tal-inġenju tal-ajru u fil-magni tal-inġenju tal-ajru kull sekonda matul it-titjira. Jista’ jiġi mmudellat matul l-ippjanar tat-titjira, imkejjel waqt it-titjira, jew stmat permezz tal-modulu tal-ħruq tal-karburant;

34. 

“effiċjenza tal-magna tal-inġenju tal-ajru” tfisser il-perċentwal ta’ forza propulsiva utli ġġenerata minn magna tal-inġenju tal-ajru meta mqabbla mal-input tal-enerġija mill-karburant;

35. 

“prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru” tfisser il-kategorija ta’ informazzjoni li tinkludi l-fluss ta’ karburant u l-effiċjenza tal-magna tal-inġenju tal-ajru permezz tal-kronogrammi kollha;

36. 

“proporzjon ta’ idroġenu għall-karbonju (H/C) ta’ karburant għal kull titjira” tfisser l-għadd ta’ atomi tal-idroġenu (H) għal kull atomu tal-karbonju (C) għal kull molekula tal-karburant użat għal kull titjira;

37. 

“kontenut aromatiku ta’ karburant għal kull titjira” tfisser il-perċentwal ta’ idrokarburi aromatiċi preżenti fil-karburant użat għal kull titjira;

38. 

“proprjetajiet tal-karburant ta’ titjira” tfisser il-kategorija ta’ informazzjoni li għal kull titjira tinkludi l-proporzjon tal-idroġenu għall-karbonju, il-kontenut aromatiku, u l-valur kalorifiku nett tal-karburant abbord;

2.   SISTEMA TA’ TREKKJAR TAL-EFFETTI TAL-AVJAZZJONI MHUX MARBUTA TAS-CO2 (NEATS)

In-NEATS hija pprovduta mill-Kummissjoni lill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru, lill-verifikaturi akkreditati u lill-awtoritajiet kompetenti għall-fini tal-iffaċilitar u, sa fejn ikun possibbli, tal-awtomatizzazzjoni tal-monitoraġġ, tar-rapportar u tal-verifika tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2, sabiex jiġi minimizzat kwalunkwe piż amministrattiv.

In-NEATS hija allinjata mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 75(1) ta’ dan ir-Regolament u tipprovdi interfaċċa tal-utent iddedikata u sigura għal kull operatur ta’ inġenju tal-ajru, verifikatur u awtorità kompetenti.

Monitoraġġ:

In-NEATS tissimplifika l-proċess ta’ monitoraġġ peress li tinkorpora direttament, jew tagħti aċċess għal, data disponibbli dwar it-trajettorji tat-titjiriet u t-temp miġbura minn partijiet terzi li tippermetti li jiġi minimizzat il-monitoraġġ mill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għall-proprjetajiet tal-inġenju tal-ajru, kif ukoll għall-proprjetajiet tal-karburant, fejn meħtieġ, kif definit fit-Taqsima 1 tal-Anness IIIa jew li jsir kompletament awtomatiku skont l-użu tal-valuri predefiniti.

In-NEATS tinkorpora l-approċċi tal-kalkolu tas-CO2(e) kif elenkati fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 56a ta’ dan ir-Regolament u tipprovdi mudell NWP ta’ referenza komuni, fejn tkun meħtieġa data mtejba dwar it-temp (il-Metodu C). Dan jirriżulta fil-kalkolu tas-CO2(e) għal kull titjira bħala parti mid-data mmonitorjata.

Rapportar:

In-NEATS tissimplifika l-eżerċizzju ta’ rapportar imsemmi fl-Artikolu 68(5) ta’ dan ir-Regolament. L-għodda tiġġenera awtomatikament it-tabella XML imsemmija fit-Taqsima 2a(9) tal-Anness X ta’ dan ir-Regolament fi tmiem kull sena ta’ rapportar, filwaqt li timminimizza l-piż amministrattiv assoċjat mar-rapportar.

Verifika:

In-NEATS tissimplifika l-verifika u l-kontroverifiki li jsiru rispettivament mill-verifikatur u mill-awtorità kompetenti. Dan jipprovdi l-mezzi biex jiġi vverifikat is-CO2(e) għal kull titjira, filwaqt li tiġi protetta data kunfidenzjali.

Ħżin tad-data:

In-NEATS tippermetti li tinħażen id-data kollha (mill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru u minn partijiet terzi), u tikkodifika u tipproteġi b’mod sigur mir-rilaxx ta’ data kunfidenzjali, meta tali data tittella’ mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru fuq in-NEATS, sakemm tiġi identifikata bħala kunfidenzjali mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru.

Trasparenza:

In-NEATS tiddependi fuq mudelli tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku biex tikkalkula s-CO2(e) għall-effetti mhux tas-CO2. L-operaturi ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jiżviluppaw l-għodod tagħhom stess jew jużaw għodod ta’ partijiet terzi, dment li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness.

In-NEATS għandha tikkontribwixxi għal sit web pubbliku li jiġbor fil-qosor id-data mhux kunfidenzjali u s-CO2(e) għal kull titjira u għal kull operatur ta’ inġenju tal-ajru.

3.   MODULI TAL-ĦRUQ TAL-KARBURANT U TAL-ISTIMA TAL-EMISSJONIJIET GĦALL-EFFETTI TAL-AVJAZZJONI MHUX MARBUTA MAS-CO2

Modulu tal-ħruq tal-karburant:

Il-modulu tal-ħruq tal-karburant huwa bbażat fuq approċċ kinetiku għall-immudellar tal-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru, li jippermetti li jiġu mbassra b’mod preċiż it-trajettorji tal-inġenji tal-ajru u l-konsum assoċjat tal-karburant tul l-envelopp tat-titjira tal-operat kollu u fil-fażijiet kollha ta’ titjira. Il-mudell jipproċessa l-prinċipji fundamentali teoretiċi biex jikkalkula l-parametri tal-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru, inkluża informazzjoni dwar ir-reżistenza, l-irfigħ, il-piż, il-forza propulsiva, il-konsum tal-karburant, kif ukoll il-veloċitajiet għall-fażijiet tat-tlugħ, tal-kruċiera u tal-inżul ta’ inġenju tal-ajru, jekk wieħed jassumi operazzjonijiet normali tal-inġenju tal-ajru. Barra minn hekk, il-koeffiċjenti speċifiċi għall-inġenji tal-ajru huma inputs tad-data ewlenin għall-komputazzjoni tal-ippjanar tat-trajettorja tat-titjira ta’ tipi speċifiċi ta’ inġenji tal-ajru.

Modulu tal-istima tal-emissjonijiet:

Il-modulu tal-istima tal-emissjonijiet jippermetti li jiġu kkalkulati l-emissjonijiet tal-magni tal-inġenji tal-ajru ta’ NOx, HC, u CO permezz ta’ ekwazzjonijiet ta’ korrelazzjoni mingħajr mudelli ta’ prestazzjoni tal-ajruplan u tal-magna proprjetarji flimkien ma’ karatterizzazzjonijiet tal-emissjonijiet mill-magni proprjetarji. Dan il-modulu japplika indiċijiet tal-emissjonijiet tal-egżost (EIs) miċ-ċertifikazzjoni tat-tip ta’ magna tal-ICAO taħt kundizzjonijiet ta’ referenza predefiniti fuq l-art u jistma l-EIs korrispondenti matul il-kundizzjonijiet tat-titjir bis-suppożizzjoni ta’ kundizzjonijiet tal-atmosfera standard internazzjonali (ISA) bl-użu ta’ fatturi ta’ korrezzjoni għad-differenzi fil-kundizzjonijiet ISA tat-temperatura, il-pressjoni u l-umdità.

4.   MUDELLI TA’ KALKOLU TAS-CO2(e) GĦAL EFFETTI TAL-AVJAZZJONI MHUX MARBUTA MAS-CO2

Kriterji ġenerali:

Fil-mudelli ta’ kalkolu tas-CO2(e), l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jikkunsidra l-effetti klimatiċi tal-aġenti kollha mhux tas-CO2 fuq bażi ta’ kull titjira inklużi t-trajettorji tat-titjira (il-pjan tat-titjira u t-trajettorji tat-titjira li jkun tar), kif ukoll il-proprjetajiet tal-inġenju tal-ajru u tal-karburant ta’ titjira. L-emissjonijiet minn kull titjira għandhom jitqiesu bħala emissjonijiet f’impuls. Meta jiġu applikati l-mudelli ta’ kalkolu tas-CO2(e), id-data dwar l-emissjonijiet tal-inġenji tal-ajru dipendenti mit-trajettorja tat-titjira għandha tintuża biex jiġu kkalkulati l-elementi kollha li ġejjin:

(a) 

bidliet fil-kompożizzjoni;

(b) 

evoluzzjoni temporali ta’ sfurzar radjattiv ikkawżat minn bidliet fil-kompożizzjoni;

(c) 

bidliet fit-temperatura qrib is-superfiċje kkawżati minn emissjonijiet tal-inġenji tal-ajru dipendenti fuq it-trajettorja tat-titjira.

L-isforzi amministrattivi u komputazzjonali għandhom jinżammu baxxi biex tiġi żgurata l-fattibbiltà għall-partijiet ikkonċernati kollha. Il-mudell(i) għandu/hom ikun(u) trasparenti u adattat(i) għall-użu operazzjonali.

Skont il-mudell, hemm żewġ tipi ta’ listi ta’ rekwiżiti:

Metodu C:

Għall-approċċ ibbażat fuq it-temp, għandhom jitqiesu l-effetti klimatiċi dettaljati tal-emissjonijiet mhux tas-CO2 tal-inġenji tal-ajru kollha f’post u f’ħin speċifiku filwaqt li titqies l-informazzjoni attwali dwar it-temp biex jiġu kkalkulati t-trajettorji b’erba’ dimensjonijiet ottimizzati għall-klima għall-ippjanar individwali tat-titjiriet. Sabiex tkun tista’ ssir kontabbiltà dettaljata tal-effetti klimatiċi fir-rigward tal-kundizzjonijiet atmosferiċi attwali, inġenji tal-ajru, tipi ta’ propulsjoni, kif ukoll proprjetajiet tal-karburant differenti għandhom jiġu kkunsidrati b’mod espliċitu fil-mudelli. Għandhom jiġu inklużi stimi għall-formazzjoni, iċ-ċiklu tal-ħajja u l-effetti klimatiċi ta’ kondensazzjoni għal titjiriet individwali kif ukoll il-ħinijiet ta’ residenza għall-H2O u l-NOx rilaxxati u l-impatt tagħhom fuq il-kompożizzjoni atmosferika. Biex tkun tista’ tinħareġ informazzjoni avvanzata għall-użu fl-ippjanar tat-titjir ta’ kuljum, il-mudell(i) għandu/hom ikun(u) effiċjenti fil-komputazzjoni.

Kull operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jimmonitorja d-data li ġejja għal kull titjira:

(a) 

l-informazzjoni dwar it-titjira;

(b) 

it-trajettorja tat-titjira, definita bħala minimu, bħala l-aħħar pjan tat-titjira;

(c) 

data mtejba dwar it-temp;

(d) 

il-proprjetajiet tal-inġenju tal-ajru;

(e) 

(fakultattiva) l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru. Il-fluss ta’ karburant ippjanat għandu jintuża b’mod preferenzjali, sabiex ikun hemm allinjament mal-aħħar data disponibbli dwar il-pjan tat-titjira;

(f) 

il-proprjetajiet tal-karburant ta’ titjira.

Metodu D:

Għall-approċċ simplifikat ibbażat fuq il-post, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu juża mudell(i) ta’ rispons għall-klima biex jistma l-impatt tal-effetti kollha mhux marbuta mas-CO2 għal kull titjira fuq bażi klimatoloġika. L-għodda/għodod għandha/għandhom tintuża/jintużaw biex jiġi vvalutat il-benefiċċju klimatiku tal-possibbiltajiet ġenerali tar-rotot, filwaqt li jitqiesu d-differenzi ġenerali fl-inġenji tal-ajru, fit-tipi ta’ propulsjoni u fil-proprjetajiet tal-karburant permezz tal-parametrizzazzjonijiet fiżiċi tagħhom. Is-CO2(e) ikkalkulat bl-approċċ simplifikat ibażat fuq il-post għandu jagħti medja ta’ kwalunkwe devjazzjoni kbira għal titjiriet individwali fuq perjodu itwal ta’ żmien. Il-mudell(i) jenħtieġ li jiżgura/jiżguraw sforzi mnaqqsa fil-ħtiġijiet, il-komputazzjoni u l-immaniġġjar tad-data, meta mqabbla mal-mudell(i) għall-approċċ ibbażat fuq it-temp.

B’deroga tal-Metodu C, emittenti żgħar, kif definiti fl-Artikolu 55(1) ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jimmonitorjaw id-data li ġejja għal kull titjira:

(a) 

l-informazzjoni dwar it-titjira;

(b) 

it-trajettorja tat-titjira, definita mit-trajettorja tat-titjira li jkun tar;

(c) 

data bażika dwar it-temp;

(d) 

il-proprjetajiet tal-inġenju tal-ajru;

(e) 

(fakultattiv) informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru matul it-titjira;

(f) 

(fakultattiv) il-proprjetajiet tal-karburant ta’ titjira.

5.   UŻU TAL-VALURI PRESTABBILITI GĦALL-EFFETTI TAL-AVJAZZJONI MHUX MARBUTA MAS-CO2

Soġġett għal aktar skrutinju mill-awtorità kompetenti u l-Kummissjoni, l-użu tal-valuri prestabbiliti għandu dejjem jirriżulta f’CO2(e) għal kull titjira ogħla meta mqabbel mad-data monitorjata.

1. 

Trajjettorja tat-titjira:

(a) 

Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Metodu C, għandu jingħata l-aħħar pjan tat-titjira. Jekk l-RTFM, jew l-ekwivalenti, ma jkunx disponibbli, l-RTFM jew l-ekwivalenti jista’ jintuża bħala valur prestabbilit. F’dan il-każ, meta d-data bil-kronogramma ma tkunx disponibbli, din tista’ tiġi kkalkulata permezz ta’ interpolazzjoni lineari tad-data mkejla li tirriżulta miż-żewġ ħinijiet tal-kejl l-eqreb qabel u wara l-kronogramma kkunsidrata, fl-istess fażi tat-titjira, dment li dan jirriżulta fi trajettorja tat-titjira omoġenja għall-fażi partikolari tat-titjira, speċjalment il-fażi tal-cruising.

(b) 

Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Metodu D:

(i) 

it-trajettorja tat-titjira li jkun tar għandha dejjem tiġi pprovduta. Jekk is-CTFM, jew l-ekwivalenti, ma jkunx disponibbli, jista’ jintuża l-RTFM jew l-FTFM.

(ii) 

meta d-data bil-kronogramma ma tkunx disponibbli, din tista’ tiġi kkalkulata permezz ta’ interpolazzjoni lineari tad-data mkejla li tirriżulta miż-żewġ ħinijiet tal-kejl l-eqreb qabel u wara l-kronogramma kkunsidrata, fl-istess fażi tat-titjira, dment li dan jirriżulta fi trajettorja tat-titjira omoġenja għall-fażi partikolari tat-titjira, speċjalment il-fażi tal-cruising.

2. 

Proprjetajiet tal-inġenju tal-ajru:

(a) 

Identifikatur tal-magna: meta ma jiġi pprovdut l-ebda identifikatur tal-magna jew ekwivalenti, għandhom jintużaw valuri predefiniti konservattivi għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru, kif definit fl-Anness IIIb ta’ dan ir-Regolament.

(b) 

Massa tal-inġenju tal-ajru: jekk il-massa tal-inġenju tal-ajru ma tiġix ipprovduta, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jissimula l-massa tal-inġenju tal-ajru billi juża l-massa waqt il-qtugħ. Jekk la l-massa tal-inġenju tal-ajru, u lanqas il-massa waqt il-qtugħ ma jkunu disponibbli, il-fattur tat-tagħbija jista’ jintuża biex tiġi approssimata l-massa waqt il-qtugħ. Jekk ma jiġi pprovdut l-ebda fattur tat-tagħbija, jintuża l-valur predefinit ta’ 1.

3. 

Prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru:

Fluss ta’ karburant: jekk il-fluss tal-karburant ma jiġix ipprovdut mit-tagħmir li jirreġistra d-data tat-titjira, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ juża mezzi oħra biex jikseb il-fluss ta’ karburant, f’konformità mat-Taqsima 1 tal-Anness IIIa ta’ dan ir-Regolament li jiddefinixxi l-fluss ta’ karburant, filwaqt li jqis il-forza propulsiva li tiddependi fuq il-massa tal-inġenju tal-ajru u l-veloċità reali tal-ajru.

4. 

Proprjetajiet tal-karburant ta’ titjira:

Jekk ma tiġi pprovduta l-ebda proprjetà tal-karburant ta’ titjira, jiġu preżunti l-limiti massimi tal-karburant Jet A-1 skont l-Ispeċifikazzjoni Standard għall-Karburanti tat-Turbini tal-Avjazzjoni tal-ASTM:

(a) 

Kontenut aromatiku: Volum ta’ 25 %;

(b) 

Kubrit: 0,3 % tal-massa;

(c) 

Naftalen: Volum ta’ 3,0 %.




ANNESS IIIb

Identifikaturi konservattivi prestabbiliti tal-magna għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru



ICAO

L-ewwel UID

A148

13ZM003

A19N

01P22PW163

A20N

01P22PW163

A21N

01P20CM132

A306

1PW048

A30B

1GE007

A310

1PW027

A318

7CM049

A319

1IA001

A320

1IA001

A321

3IA008

A332

4PW067

A333

4PW067

A337

3RR029

A338

04P24RR146

A339

02P23RR141

A343

2CM015

A346

8RR045

A358

01P18RR125

A359

01P21RR125

A35K

01P21RR125

A388

9EA001

A3ST

1GE021

AN72

1ZM001

B38M

01P20CM138

B39M

01P20CM138

B463

1TL003

B701

1PW001

B703

1PW001

B721

1PW008

B731

01P20CM138

B732

1PW008

B733

1CM007

B734

1CM007

B735

1CM007

B736

3CM031

B737

2CM015

B738

2CM015

B739

3CM034

B741

8PW088

B742

1RR011

B743

1PW029

B744

1RR010

B748

13GE157

B74S

8PW088

B752

1RR011

B753

3RR034

B762

1PW026

B763

5GE085

B764

5GE085

B772

3GE060

B773

2RR024

B77L

01P21GE217

B77W

01P21GE217

B778

01P21GE217

B779

01P21GE217

B788

02P23RR138

B789

02P23RR138

B78X

02P23RR138

BCS1

16PW111

BCS3

16PW111

C550

1PW037

C560

1PW037

C650

1AS002

C680

7PW077

C68A

7PW077

C700

01P18HN013

C750

6AL024

CL30

11HN003

CL35

01P14HN011

CL60

10GE130

CRJ2

01P05GE189

CRJ7

01P11GE202

CRJ9

01P08GE190

CRJX

01P08GE193

E135

01P10AL033

E145

6AL006

E170

01P08GE197

E190

10GE130

E195

10GE130

E290

04P20PW200

E295

04P20PW201

E35L

6AL006

E545

11HN003

E550

01P14HN016

E55P

01P14HN016

E75L

01P08GE197

E75S

01P08GE197

F100

1RR020

F2TH

01P07PW146

F900

1AS001

FA10

1AS002

FA50

1AS002

FA7X

03P16PW192

FA8X

03P15PW193

G280

01P11HN012

GA5C

01P22PW142

GA6C

01P22PW141

GALX

7PW077

GL5T

4BR004

GL7T

21GE185

GLEX

4BR004

GLF4

11RR048

GLF5

4BR004

GLF6

4BR004

H25B

1AS001

H25C

7PW077

HA4T

01P07PW146

IL62

1KK001

IL86

1KK003

LJ35

1AS001

LJ45

1AS002

LJ55

1AS002

MD11

5GE085

MD90

1IA001

RJ85

1TL004

SU95

01P11PJ004

T154

1KK001

▼B




ANNESS IV

Metodoloġiji ta' monitoraġġ speċifiċi għall-attivitajiet relatati ma' installazzjonijiet (l-Artikolu 20(2))

1.   REGOLI SPEĊIFIĊI TA' MONITORAĠĠ GĦALL-EMISSJONIJIET MINN PROĊESSI TA' KOMBUSTJONI

A.    Kamp ta' applikazzjoni

L-operaturi għandhom jimmonitorjaw l-emissjonijiet ta' CO2 mit-tipi kollha ta' proċessi ta' kombustjoni li jkunu qegħdin iseħħu taħt l-attivitajiet kollha elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE jew inklużi fis-sistema tal-Unjoni taħt l-Artikolu 24 ta' dik id-Direttiva inklużi l-proċessi relatati ta' tisfija mill-impuritajiet bl-użu tar-regoli stabbiliti f'dan l-Anness. Kwalunkwe emissjoni minn karburanti użati bħala input ta' proċess jiġu ttrattati bħala emissjonijiet ta' kombustjoni fir-rigward ta' metodoloġiji ta' monitoraġġ u rapportar, mingħajr preġudizzju għal klassifikazzjonijiet oħra applikati għall-emissjonijiet.

L-operatur ma għandux jimmonitorja u jirrapporta emissjonijiet minn magni tal-kombustjoni interni għal finijiet ta' trasport. L-operatur għandu jassenja l-emissjonijiet kollha mill-kombustjoni ta' karburanti fl-installazzjoni lill-installazzjoni, irrispettivament mill-esportazzjonijiet ta' sħana jew elettriku lejn installazzjonijiet oħrajn. L-operatur ma għandux jassenja emissjonijiet assoċjati mal-produzzjoni ta' sħana jew elettriku li jiġu importati minn installazzjonijiet oħra lill-installazzjoni li tkun qed timporta.

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi ta' emissjoni li ġejjin: kaldaruni, berners, turbini, ħiters, fran (furnaces), inċineraturi, kalkari, fran (ovens), nixxiefa, magni, flares, purifikaturi (emissjonijiet ta' proċess) u kwalunkwe tagħmir jew makkinarju ieħor li juża karburant, minbarra t-tagħmir jew il-makkinarju b'magni ta' kombustjoni li jintużaw għal finijiet ta' trasport.

B.    Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

L-emissjonijiet minn proċessi ta' kombustjoni għandhom jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 24(1), sakemm il-karburanti ma jkunux inklużi f'bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25. Għandhom japplikaw il-livelli definiti fit-Taqsima 2 tal-Anness II. Barra dan, l-emissjonijiet ta' proċess mit-tisfija mill-impuritajiet ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija għandhom jiġu mmonitorjati bl-użu ta' dispożizzjonijiet stabbiliti fis-subtaqsima C.

Għall-emissjonijiet minn flares għandhom japplikaw rekwiżiti speċjali, kif stabbilit fis-subtaqsima D ta' din it-taqsima.

Il-proċessi ta' kombustjoni li jitwettqu fit-terminals tal-ipproċessar tal-gass jistgħu jiġu mmonitorjati bl-użu ta' bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25.

C.    Tisfija tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija

C.1    Desulfurizzazzjoni

L-emissjonijiet ta' CO2 ta' proċess mill-użu ta' karbonat għat-tisfija minn impuritajiet tal-gass aċiduż mill-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija għandhom jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 24(2) abbażi tal-karbonat ikkunsmat, il-Metodu A kif ġej, jew il-ġipsum prodott, il-Metodu B kif ġej. Dan li ġej japplika permezz ta' deroga mit-taqsima 4 tal-Anness II.

Metodu A: Fattur ta' emissjoni

Livell 1: Il-fattur ta' emissjoni għandu jiġi ddeterminat minn proporzjonijiet stojkjometriċi kif stabbilit fit-taqsima 2 tal-Anness VI. Id-determinazzjoni tal-ammont ta' CaCO3 u MgCO3 fil-materjal ta' input rilevanti għandha titwettaq bl-użu tal-linji gwida tal-aqwa prattika tal-industrija.

Metodu B: Fattur ta' emissjoni

Livell 1: Il-fattur ta' emissjoni għandu jkun il-proporzjon stojkjometriku ta' ġipsum niexef (CaSO4 × 2H2O) ma' CO2 rilaxxat: 0,2558 t CO2/t ġipsum.

Fattur ta' Konverżjoni:

Livell 1: Għandu jintuża fattur ta' konverżjoni ta' 1.

C.2    De-NOx

▼M1

B’deroga mit-Taqsima 4 tal-Anness II, l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-użu ta’ urea għat-tisfija tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija għandhom jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 24(2) billi jiġu applikati l-livelli li ġejjin.

▼B

Fattur ta' emissjoni:

Livell 1: Id-determinazzjoni tal-ammont ta' urea fil-materjal ta' input rilevanti għandha titwettaq bl-użu tal-linji gwida tal-aqwa prattika tal-industrija. Il-fattur ta' emissjoni għandu jiġi ddeterminat bl-użu ta' proporzjon stojkjometriku ta' 0,7328 t CO2/t urea.

Fattur ta' Konverżjoni:

Il-livell 1 biss għandu jkun applikabbli.

D.    Flares

Meta jkun qed jikkalkula l-emissjonijiet mill-flares l-operatur għandu jinkludi flaring regolari u flaring operazzjonali (trips, start-up u shutdown kif ukoll relieves f'emerġenza). L-operatur għandu jinkludi wkoll CO2 inerenti skont l-Artikolu 48.

Permezz ta' deroga mit-Taqsima 2.1 tal-Anness II, il-livelli 1 u 2b għall-fattur ta' emissjoni għandhom jiġu ddefiniti kif ġej:

Livell 1: L-operatur għandu juża fattur ta' emissjoni ta' referenza ta' 0,00393 t CO2/Nm3 idderivat mill-kombustjoni ta' etan pur użat bħala prokura konservattiva għall-gassijiet tal-flare.
Livell 2b: Il-fatturi ta' emissjoni speċifiċi għal installazzjoni għandhom jiġu dderivati minn stima tal-piż molekolari tal-fluss tal-flare, bl-użu ta' mudellar ta' proċess ibbażat fuq mudelli standard tal-industrija. Billi jiġu kkunsidrati l-proporzjonijiet relattivi u l-piżijiet molekolari ta' kull waħda mill-flussi tal-kontribwenti, għandha tiġi dderivata ċifra medja annwali ppeżata għall-piż molekolari tal-gass tal-flare.

Permezz ta' deroga mit-Taqsima 2.3 tal-Anness II, il-livelli 1 u 2 biss għandhom jiġu applikati għall-fattur ta' ossidazzjoni fil-każ ta' flares.

2.    ►M5  RAFFINAR TAŻ-ŻEJT KIF ELENKAT FL-ANNESS I TAD-DIRETTIVA 2003/87/KE ◄

A.    Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu jimmonitorja u jirrapporta l-emissjonijiet kollha ta' CO2 mill-proċessi ta' kombustjoni u produzzjoni kif iseħħu fir-raffineriji.

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: kaldaruni, ħiters/tagħmir għat-trattament ta' proċess, magni/turbini tal-kombustjoni interna, ossidaturi katalitiċi u termali, kalkari tal-kalċinazzjoni tal-kokk, pompi għall-isparar ta' ġett ta' ilma, ġeneraturi ta' emerġenza/standby, flares, inċineraturi, tagħmir tal-ikkrekkjar, unitajiet tal-produzzjoni tal-idroġenu, unitajiet tal-proċess Claus, riġenerazzjoni ta' katalisti (minn krekkjar katalitiku u proċessi katalitiċi oħra) u produtturi tal-kokk (produzzjoni flessibbli tal-kokk, produzzjoni ttardjata tal-kokk).

B.    Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

Il-monitoraġġ tal-attivitajiet ta' raffinar taż-żejt minerali għandu jitwettaq skont it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness għall-emissjonijiet ta' kombustjoni inkluż it-tisfija tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija. L-operatur jista' jagħżel li juża l-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25 għar-raffinerija kollha jew unitajiet ta' proċess individwali bħall-impjanti tal-gassifikazzjoni taż-żejt tqil jew tal-kalċinazzjoni. Fejn jintużaw kombinamenti ta' metodoloġija standard u bilanċ tal-massa, l-operatur għandu jipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li turi l-kompletezza tal-emissjonijiet koperti, u li ma jkun qed iseħħ l-ebda għadd doppju ta' emissjonijiet.

L-emissjonijiet minn unitajiet tal-produzzjoni tal-idroġenu ddedikati għandhom jiġu mmonitorjati skont it-taqsima 19 ta' dan l-Anness.

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 24 u 25, emissjonijiet mir-riġenerazzjoni tal-ikkrekkjar katalitiku, ir-riġenerazzjoni ta' katalisti oħra u produtturi tal-kokk flessibbli għandhom jiġu mmonitorjati bl-użu ta' bilanċ tal-massa, b'kunsiderazzjoni tal-istat tal-arja tal-input u l-gass mit-tromba taċ-ċumnija. Il-CO kollu fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija għandu jiġi kkunsidrat bħala CO2, bl-applikazzjoni tar-relazzjoni tal-massa: t CO2 = t CO * 1,571. L-analiżi tal-arja tal-input u l-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija u l-għażla tal-livelli għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 32 sa 35. Il-metodoloġija tal-kalkolu speċifiku għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti.

3.   PRODUZZJONI TA' KOKK KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.    Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: materja prima (inkluż faħam jew kokk tal-petrol), karburanti konvenzjonali (inkluż gass naturali), gassijiet ta' proċess (inkluż gass tal-kalkara tal-funderija – BFG), karburanti oħrajn u t-tisfija ta' gass ta' skart.

B.    Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

Għall-monitoraġġ ta' emissjonijiet mill-produzzjoni tal-kokk, l-operatur jista' jagħżel li juża bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25 u t-Taqsima 3 tal-Anness II, jew il-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-Taqsimiet 2 u 4 tal-Anness II.

4.   XIWI U SINTERIZZAZZJONI TA' METALL MHUX MAĦDUM KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.    Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: materja prima (kalċinazzjoni tal-ġebel tal-ġir, id-dolomit u l-ħadid mhux maħdum karbonatiku, inkluż l-FeCO3) il-karburanti konvenzjonali (inkluż il-gass naturali u l-kokk/partikoli tal-kokk (coke breeze)), gassijiet ta' proċess (inkluż il-gass tal-forn tal-kokk –COG u l-gass tal-kalkara tal-funderija – BFG), residwi ta' proċessi użati bħala materjal ta' input inkluż it-trab iffiltrat mill-impjant tas-sinterizzazzjoni, il-konvertitur u l-kalkara tal-funderija, karburanti oħra u t-tisfija tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija.

▼M1

B.    Regoli speċifiċi ta’ monitoraġġ

Għall-monitoraġġ ta’ emissjonijiet mix-xiwi, is-sinterizzazzjoni jew il-pelitizzazzjoni ta’ metall mhux maħdum, l-operatur jista’ jagħżel li juża bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25 u t-Taqsima 3 tal-Anness II jew il-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-Taqsimiet 2 u 4 tal-Anness II.

▼B

5.    ►M5  PRODUZZJONI TAL-ĦADID U TAL-AZZAR KIF ELENKAT FL-ANNESS I TAD-DIRETTIVA 2003/87/KE ◄

A.    Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: materja prima (kalċinazzjoni tal-ġebel tal-ġir, id-dolomit u l-ħadid mhux maħdum karbonatiku, inkluż l-FeCO3), il-karburanti konvenzjonali (il-gass naturali, il-faħam u l-kokk), l-aġenti tar-riduzzjoni (inkluż il-kokk, il-faħam, il-plastiks, eċċ.), gassijiet ta' proċess (gass tal-forn tal-kokk –COG, il-gass tal-kalkara tal-funderija – BFG u l-gass bażiku tal-ossiġenu tal-forn – BOFG), il-konsum tal-elettrodi tal-grafit, karburanti oħrajn u t-tisfija mill-impuritajiet tal-gass ta' skart.

B.    Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

Għall-monitoraġġ ta' emissjonijiet mill-produzzjoni ta' ►M5  ħadid ◄ u azzar, l-operatur jista' jagħżel li juża bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25 u t-Taqsima 3 tal-Anness II, jew il-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-Taqsimiet 2 u 4 tal-Anness II, mill-inqas għal parti tal-flussi minn sorsi, bl-evitar ta' kwalunkwe nuqqasijiet jew għadd doppju ta' emissjonijiet.

Permezz ta' deroga mit-Taqsima 3.1 tal-Anness II, il-livell 3 għall-kontenut tal-karbonju jiġi ddefinit kif ġej:

Livell 3: L-operatur għandu jidderiva l-kontenut tal-karbonju tal-fluss tal-input jew tal-produzzjoni billi jsegwi l-Artikoli 32 sa 35 rigward il-kampjunar rappreżentattiv tal-karburanti, il-prodotti u l-prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenut tal-karbonju tagħhom u l-frazzjoni tal-bijomassa. L-operatur għandu jibbaża l-kontenut tal-karbonju ta' prodotti jew prodotti parzjalment lesti fuq analiżi annwali billi jsegwi l-Artikoli 32 sa 35 jew jidderiva l-kontenut tal-karbonju minn valuri ta' kompożizzjoni ta' firxa medja kif speċifikat minn standards internazzjonali jew nazzjonali rilevanti.

6.   PRODUZZJONI JEW IPPROĊESSAR TA' METALLI FERRUŻI U MHUX FERRUŻI KIF ELENKAT FL-ANNESS I TAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.    Kamp ta' applikazzjoni

▼M5

L-operatur ma għandux japplika d-dispożizzjonijiet f'din it-taqsima għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-produzzjoni tal-ħadid u mill-azzar u l-aluminju primarju.

▼B

L-operatur għandu jikkunsidra mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet li ġejjin għall-emissjonijiet tas-CO2: karburanti konvenzjonali; karburanti alternattivi inkluż il-materjal granulat tal-plastik minn impjanti ta' wara t-tqattigħ; aġenti tar-riduzzjoni inkluż il-kokk, elettrodi tal-grafit; materji primi inkluż il-ġebel tal-ġir u d-dolomit; il-karbonju li jinkludi metalli mhux maħdumin u konċentrati; u materjali sekondarji ta' alimentazzjoni.

B.    Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

Meta l-karbonju li joriġina minn karburanti jew materjali ta' input użati f'din l-installazzjoni jibqa' fil-prodotti jew produzzjonijiet oħra tal-produzzjoni, l-operatur għandu juża bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25 tat-Taqsima 3 tal-Anness II. Fejn dan ma jkunx il-każ l-operatur għandu jikkalkula l-emissjonijiet tal-kombustjoni u tal-proċess b'mod separat bl-użu tal-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-Taqsimiet 2 u 4 tal-Anness II.

Fejn jintuża bilanċ tal-massa, l-operatur jista' jagħżel li jinkludi emissjonijiet minn proċessi ta' kombustjoni fil-bilanċ tal-massa jew li juża l-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-Taqsima 1 ta' dan l-Anness għal parti mill-flussi minn sorsi, billi jevita kwalunkwe nuqqasijiet jew għadd doppju ta' emissjonijiet.

7.    ►M5  EMISSJONIJIET TA’ CO2 MILL-PRODUZZJONI JEW L-IPPROĊESSAR TA’ ALUMINJU PRIMARJU JEW ALUMINA KIF ELENKATI FL-ANNESS I TAD-DIRETTIVA 2003/87/KE ◄

A.    Kamp ta' applikazzjoni

▼M5

L-operatur għandu japplika d-dispożizzjonijiet ta’ din it-taqsima għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-produzzjoni tal-alumina (Al2O3), il-produzzjoni ta’ elettrodi għat-tidwib tal-aluminju primarju, inklużi l-impjanti awtonomi għall-produzzjoni ta’ elettrodi bħal dawn, u l-konsum tal-elettrodi matul l-elettroliżi.

L-operatur għandu jikkunsidra mill-inqas is-sorsi potenzjali li ġejjin għal emissjonijiet ta’ CO2: il-karburanti għall-produzzjoni ta’ sħana jew fwar, il-produzzjoni ta’ Al2O3, il-produzzjoni tal-elettrodi, ir-riduzzjoni ta’ Al2O3 waqt l-elettroliżi relatata mal-konsum tal-elettrodi, u l-użu ta’ rmied tas-soda jew karbonati oħra għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gass ta’ skart.

▼B

L-emissjonijiet assoċjati tal-perfluworokarburi – PFCs, li jirriżultaw minn effetti tal-anodi, inklużi emissjonijiet li jaħarbu, għandhom jiġu mmonitorjati skont it-Taqsima 8 ta' dan l-Anness.

B.    Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

L-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet ta' CO2 mill-produzzjoni jew l-ipproċessar tal-aluminju primarju bl-użu tal-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25. Il-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa għandha tikkunsidra l-karbonju kollu fl-inputs, il-ħażniet, il-prodotti kollha u esportazzjonijiet oħra mit-taħlit, l-iffurmar, il-ħami u r-riċiklar ta' elettrodi kif ukoll mill-konsum tal-elettrodi fl-elettroliżi. Fejn jintużaw l-anodi moħmija minn qabel, jistgħu jiġu applikati bilanċi separati tal-massa għall-produzzjoni u l-konsum, jew bilanċ wieħed tal-massa komuni b'kunsiderazzjoni kemm tal-produzzjoni kif ukoll tal-konsum tal-elettrodi. Fil-każ ta' ċelloli ta' Søderberg, l-operatur għandu juża bilanċ wieħed tal-massa komuni.

Għall-emissjonijiet minn proċessi ta' kombustjoni l-operatur jista' jagħżel li jinkludihom fil-bilanċ tal-massa jew li juża l-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-Taqsima 1 ta' dan l-Anness tal-anqas għal parti mill-flussi minn sorsi, u jevita kwalunkwe nuqqas jew għadd doppju ta' emissjonijiet.

8.   EMISSJONIJIET TA' PFC MILL-PRODUZZJONI JEW L-IPPROĊESSAR TA' ALUMINJU PRIMARJU KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.    Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu japplika dan li ġej għall-emissjonijiet ta' perfluworokarburi (PFCs) li jirriżultaw minn effetti tal-anodi inklużi l-emissjonijiet li jaħarbu ta' PFCs. Għall-emissjonijiet assoċjati ta' CO2, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni ta' elettrodi, l-operatur għandu japplika t-Taqsima 7 ta' dan l-Anness. Barra minn hekk, l-operatur għandu jikkalkula l-emissjonijiet tal-PFC mhux relatati mal-effetti tal-anodi bbażati fuq metodi ta' stima skont l-aħjar prattika tal-industrija, u kwalunkwe linji gwida ppubblikati mill-Kummissjoni għal dan il-għan.

B.    Determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' PFC

L-emissjonijiet ta' PFC għandhom jiġu kkalkulati mill-emissjonijiet li jkunu jistgħu jitkejlu f'tubu jew ċumnija (“emissjonijiet minn sors f'punt”) kif ukoll emissjonijiet li jaħarbu bl-użu tal-effiċjenza tal-ġbir tat-tubu:

Emissjonijiet ta' PFC (totali) = emissjonijiet ta' PFC (tubu) / effiċjenza tal-ġbir

L-effiċjenza tal-ġbir għandha titkejjel meta jiġu ddeterminati l-fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-installazzjoni. Sabiex tiġi ddeterminata għandha tintuża l-iżjed verżjoni reċenti tal-gwida msemmija taħt il-Livell 3 tat-Taqsima 4.4.2.4 tal-Linji Gwida tal-IPCC 2006.

L-operatur għandu jikkalkula l-emissjonijiet ta' CF4 u C2F6 rilaxxati minn tubu jew ċumnija bl-użu ta' wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a) 

Il-Metodu A fejn jiġu ddokumentati l-minuti tal-effett tal-anodu għal kull jum ta' ċellula;

(b) 

Il-Metodu B fejn jiġi ddokumentat il-vultaġġ żejjed tal-effett tal-anodu.

Metodu A ta' Kalkulazzjoni – Metodu tal-pendil:

L-operatur għandu juża l-ekwazzjonijiet li ġejjin sabiex jiddetermina l-emissjonijiet ta' PFC:

emissjonijiet CF4 [t] = AEM × (SEFCF4/1 000 ) × PrAl
emissjonijiet C2F6 [t] = emissjonijiet CF4 * FC2F6

Fejn:

AEM = Minuti ta' effett tal-anodu / jum ta' ċellula;

SEFCF4 = Fattur ta' emissjoni f'pendil [(kg CF4 / t Al prodott)/(minuti ta' effett ta' anodu / jum ta' ċellola)]. Fejn juntużaw tipi differenti ta' ċellula, jistgħu jiġu applikati SEF differenti, kif xieraq;

PrAl = Produzzjoni annwali ta' Aluminju primarju [t];

FC2F6 = Frazzjoni tal-piż ta' C2F6 (t C2F6 / t CF4).

Il-minuti ta' effett tal-anodu kull jum ta' ċellula għandhom jesprimu l-frekwenza tal-effetti tal-anodu (għadd ta' effetti tal-anodu / jum ta' ċellula) immultiplikata bid-dewmien medju tal-effetti tal-anodu (minuti ta' effett tal-anodu / okkorrenza):

AEM = frekwenza × dewmien medju

Fattur ta' emissjoni: Il-fattur ta' emissjoni ta' CF4 (fattur ta' emissjoni tax-xaqliba SEFCF4) jesprimi l-ammont [kg] ta' CF4 rilaxxat għal kull tunnellata ta' aluminju prodott għal kull minuta ta' effett ta' anodu / jum ta' ċellula. Il-fattur ta' emissjoni (frazzjoni tal-piż FC2F6) ta' C2F6 jesprimi l-ammont [t] ta' C2F6 rilaxxat proporzjonat għall-ammont [t] tas-CF4 rilaxxat.

Livell 1: L-operatur għandu juża fatturi ta' emissjoni speċifiċi għat-teknoloġija mit-Tabella 1 ta' din it-taqsima tal-Anness IV.

Livell 2: L-operatur għandu juża fatturi ta' emissjoni speċifiċi għal installazzjonijiet għal CF4 u C2F6 stabbiliti permezz ta' kejl fuq is-sit kontinwu jew intermittenti. Għad-determinazzjoni ta' dawk il-fatturi ta' emissjoni l-operatur għandu juża l-verżjoni l-iżjed reċenti tal-gwida msemmija taħt il-Livell 3 tat-Taqsima 4.4.2.4 tal-Linji Gwida tal-IPCC 2006 ( 17 ). Il-fattur ta' emissjoni għandu jqis ukoll emissjonijiet relatati ma' effetti mhux anodi. L-operatur għandu jiddetermina kull fattur ta' emissjoni b'inċertezza massima ta' ±15 %.

L-operatur għandu jistabbilixxi l-fatturi ta' emissjoni tal-anqas kull tliet snin jew qabel jekk ikun meħtieġ minħabba tibdil rilevanti fl-installazzjoni. It-tibdil rilevanti għandu jinkludi bidla fit-tqassim tad-dewmien tal-effett tal-anodu, jew bidla fl-algoritmu ta' kontroll li jaffettwa t-taħlita tat-tipi ta' effetti ta' anodu jew in-natura tar-rutina tat-terminazzjoni tal-effett tal-anodu.



Tabella 1

Fatturi ta' emissjoni speċifiċi għat-teknoloġija relatati mad-data tal-attivitajiet għall-metodu tal-pendil.

Teknoloġija

Fatturi ta' emissjoni għal CF4 (SEFCF4)

[(kg CF4/t Al)/(AE-Minuti/jum ta' ċellula)]

Fattur ta' emissjoni għal C2F6 (FC2F6)

[t C2F6/ t CF4]

Ħidma Ċċentrata ta' Qabel il-Ħami (CWPB)

0,143

0,121

Vertical Stud Søderberg (VSS)

0,092

0,053

Il-Metodu tal-Kalkolu B – Il-Metodu tal-Vultaġġ Żejjed:

Fejn jitkejjel il-vultaġġ żejjed tal-effett tal-anodu, l-operatur għandu juża l-ekwazzjonijiet li ġejjin għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' PFC:

emissjonijiet CF4 [t] = OVC × (AEO/CE) × PrAl × 0,001

▼M1

emissjonijiet C2F6 [t] = emissjonijiet CF4 × FC2F6

▼B

Fejn:

OVC = Koeffiċjent tal-vultaġġ żejjed (“fattur ta' emissjoni”) espress bħala kg CF4 għal kull tunnellata ta' aluminju prodott għal kull mV ta' vultaġġ żejjed;

AEO = Vultaġġ żejjed ta' effett ta' anodu għal kull ċellula [mV] iddeterminat bħala l-integrali ta' (ħin × vultaġġ ogħla mill-vultaġġ ta' mira) diviż bil-ħin (durata) tal-ġbir tad-data;

CE = Effiċjenza medja tal-kurrent tal-produzzjoni tal-aluminju [%];

PrAl = Produzzjoni annwali ta' Aluminju primarju [t];

▼M1

FC2F6 = Frazzjoni tal-piż ta’ C2F6 (t C2F6/t CF4);

▼B

It-terminu AEO/CE (Vultaġġ żejjed tal-effett tal-anodu / effiċjenza tal-kurrent) jesprimi l-vultaġġ żejjed tal-effett tal-anodu medju integrat bil-ħin [mV vultaġġ żejjed] għal kull effiċjenza medja tal-kurrent [%].

Fattur ta' emissjoni: Il-fattur ta' emissjoni għal CF4 (“koeffiċjent tal-vultaġġ żejjed” OVC) għandu jesprimi l-ammont [kg] ta' CF4 rilaxxat għal kull tunnellata ta' aluminju prodott għal kull millivolt ta' vultaġġ żejjed [mV]. Il-fattur ta' emissjoni ta' C2F6 (frazzjoni tal-piż FC2F6) għandu jesprimi l-ammont [t] ta' C2F6 rilaxxat proporzjonat għall-ammont [t] tas-CF4 rilaxxat.

Livell 1: L-operatur għandu japplika fatturi ta' emissjoni speċifiċi għat-teknoloġija mit-Tabella 2 ta' din it-taqsima tal-Anness IV.

Livell 2: L-operatur għandu juża fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-istallazzjoni għal CF4 [(kg CF4 / t Al) / (mV)] u C2F6 [t C2F6/ t CF4] stabbilit permezz ta' kejl kontinwu jew intermittenti tal-kamp. Għad-determinazzjoni ta' dawk il-fatturi ta' emissjoni l-operatur għandu juża l-verżjoni l-iżjed reċenti tal-gwida msemmija taħt il-Livell 3 tat-taqsima 4.4.2.4 tal-Linji Gwida tal-IPCC 2006. L-operatur għandu jiddetermina l-fatturi ta' emissjoni b'inċertezza massima ta' ± 15 % kull wieħed.

L-operatur għandu jistabbilixxi l-fatturi ta' emissjoni tal-anqas kull tliet snin jew qabel jekk ikun meħtieġ minħabba tibdil rilevanti fl-installazzjoni. It-tibdil rilevanti għandu jinkludi bidla fit-tqassim tad-dewmien tal-effett tal-anodu, jew bidla fl-algoritmu ta' kontroll li jaffettwa t-taħlita tat-tipi ta' effetti ta' anodu jew in-natura tar-rutina tat-terminazzjoni tal-effett tal-anodu.



Tabella 2

Fatturi ta' emissjoni speċifiċi għat-teknoloġija relatati ma' data ta' attività ta' vultaġġ żejjed.

Teknoloġija

Fattur ta' emissjoni għal CF4

[(kg CF4/t Al) / mV]

Fattur ta' emissjoni għal C2F6

[t C2F6/ t CF4]

Ħidma Ċċentrata ta' Qabel il-Ħami (CWPB)

1,16

0,121

Vertical Stud Søderberg (VSS)

M.A.

0,053

C.    Determinazzjoni ta' emissjonijiet ta' CO2(e)

L-operatur għandu jikkalkula l-emissjonijiet ta' CO2(e) mill-emissjonijiet ta' CF4 u C2F6 kif ġej, bl-użu tal-potenzjali għat-tisħin globali elenkati fl-Anness VI t-taqsima 3 it-Tabella 6:

Emissjonijiet ta' PFC [t CO2(e)] = emissjonijiet ta' CF4 [t] * GWPCF4 + emissjonijiet ta' C2F6 [t] * GWPC2F6

9.   PRODUZZJONI TA' GAGAZZA TAS-SIMENT KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

▼M1

A.    Kamp ta’ applikazzjoni

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta’ emissjonijiet ta’ CO2 li ġejjin: il-kalċinazzjoni tal-ġebla tal-ġir fil-materja prima, karburanti fossili konvenzjonali tal-kalkara, karburanti alternattivi u materja prima tal-kalkara bbażati fuq il-fossili, karburanti tal-kalkara tal-bijomassa (skart tal-bijomassa), karburanti mhux tal-kalkara, kontenut ta’ karbonju mhux karbonat tal-ġebla tal-ġir u shale u materja prima użata għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gass ta’ skart.

▼B

B.    Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

L-emissjonijiet mill-kombustjoni għandhom jiġu mmonitorjati skont it-taqsima 1 ta' dan l-Anness. L-emissjonijiet ta' proċess minn komponenti tal-grixa mhux raffinata jiġu mmonitorjati skont it-Taqsima 4 tal-Anness II abbażi tal-kontenut tal-karbonat tal-input ta' proċess (il-Metodu tal-kalkolu A) jew fuq l-ammont ta' gagazza prodott (il-Metodu tal-kalkolu B). Fil-każ tal-Metodu A, il-karbonati li għandhom jiġu kkunsidrati għandhom mill-inqas jinkludu CaCO3, MgCO3 u FeCO3. Fil-każ tal-Metodu B, l-operatur għandu jqis mill-inqas CaO u MgO, u għandu jipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti sa liema punt għandhom jitqiesu sorsi oħrajn tal-karbonju.

▼M1

L-emissjonijiet ta’ CO2 relatati mat-trab imneħħija mill-proċess u l-karbonju mhux karbonat fil-materja prima għandhom jiżdiedu skont is-sottotaqsimiet C u D ta’ din it-taqsima.

▼B

Il-Metodu tal-Kalkolu A: Abbażi tal-Input tal-Kalkara

Fejn it-trab tal-kalkara tas-siment (CKD) u t-trab tal-bypass joħorġu mis-sistema tal-kalkara l-operatur ma għandux jikkunsidra l-materja prima relatata bħala input ta' proċess, iżda jikkalkula l-emissjonijiet mis-CKD skont is-subtaqsima C.

Għajr jekk il-grixa mhux raffinata tkun ikkaratterizzata, l-operatur għandu japplika r-rekwiżiti ta' inċertezza għad-data tal-attivitajiet b'mod separat għal kull wieħed mill-inputs tal-kalkara li jkollu l-karbonju, bl-evitar tal-għadd doppju jew omissjonijiet minn materjali rritornati jew by-passed. Fejn id-data tal-attivitajiet tiġi ddeterminata abbażi tal-gagazza prodotta, l-ammont nett ta' grixa mhux raffinata jista' jiġi ddeterminat permezz ta' proporzjon empiriku ta' grixa mhux raffinata/gagazza speċifika għall-post. Il-proporzjon għandu jiġi aġġornat tal-anqas darba kull sena bl-applikazzjoni ta' linji gwida tal-aqwa prattiki tal-industrija.

Il-Metodu tal-Kalkolu B: Abbażi tal-Output ta' Gagazza

L-operatur għandu jiddetermina d-data tal-attivitajiet bħala l-produzzjoni ta' gagazza [t] matul il-perjodu ta' rapportar f'wieħed mill-modi li ġejjin:

(a) 

permezz ta' ppeżar dirett tal-gagazza;

(b) 

abbażi tal-konsenji tas-siment, permezz ta' bilanċ materjali b'kunsiderazzjoni tal-konsenja ta' gagazza, il-provvisti ta' gagazza kif ukoll il-varjazzjoni fil-ħażniet tal-gagazza, bl-użu tal-formola li ġejja:

gagazza prodotta [t]

=

((konsenji ta' siment [t] – varjazzjoni fil-ħażniet tas-siment [t]) * proporzjoni gagazza / siment [t gagazza / t siment]) – (gagazza fornuta [t]) + (gagazza mibgħuta [t]) – (varjazzjoni fil-ħażniet tal-gagazza [t]).

L-operatur għandu jew jidderiva l-proporzjon gagazza / siment għal kull prodott differenti ta' siment abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 32 sa 35 jew jikkalkula l-proporzjon mid-differenza bejn il-kunsinni ta' siment u t-tibdil fil-ħażniet u l-materjali użati kollha bħala addittivi mas-siment inkluż it-trab tal-by-pass u t-trab tal-kalkara tas-siment.

Permezz ta' deroga mit-Taqsima 4 tal-Anness II, il-livell 1 għall-fattur ta' emissjoni għandu jiġi ddefinit kif ġej:

Livell 1: L-operatur għandu japplika fattur ta' emissjoni ta' 0,525 t CO2/t gagazza.

C.    Emissjonijiet Relatati mat-Trab Mormi

L-operatur għandu jgħodd l-emissjonijet ta' CO2, mit-trab tal-bypass jew it-trab tal-kalkara tas-siment (CKD) li joħroġ mis-sistema tal-kalkara, korrett għal proporzjon parzjali ta' kalċinazzjoni ta' CKD kkalkulat bħala emissjonijiet ta' proċess skont l-Artikolu 24(2). Permezz ta' deroga mit-Taqsima 4 tal-Anness II, il-livelli 1 u 2b għall-fattur ta' emissjoni għandhom jiġu ddefiniti kif ġej:

Livell 1: L-operatur għandu japplika fattur ta' emissjoni ta' 0,525 t CO2/t gagazza.
Livell 2: L-operatur għandu jiddetermina l-fattur ta' emissjoni (EF) mill-inqas darba fis-sena billi jsegwi l-Artikoli 32 sa 35 u bl-użu tal-formola li ġejja:

image

Fejn:

EFCKD = Fattur ta' emissjoni ta' trab tal-kalkara tas-siment parzjalment ikkalċinat [t CO2/t CKD];

EFCli = Fattur ta' emissjoni tal-gagazza speċifiku għall-installazzjoni [t CO2/t gagazza];

d = Grad ta' kalċinazzjoni CKD (CO2 rilaxxat bħala % tal-karbonat totali CO2 fit-taħlita primarja).

Il-Livell 3 għall-fattur ta' emissjoni mhuwiex applikabbli.

D.    Emissjonijiet minn karbonju mhux karbonat fil-grixa mhux raffinata

L-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet mill-karbonju mhux karbonat tal-anqas mill-ġebel tal-ġir, shale jew materja prima alternattiva (pereżempju, l-irmied tal-faħam) użati fil-grixa mhux raffinata fil-kalkara skont l-Artikolu 24(2).

▼M1

Permezz ta’ deroga mit-Taqsima 4 tal-Anness II, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-livelli li ġejjin għall-fattur ta’ emissjoni:

Livell 1: Il-kontenut ta’ karbonju mhux karbonat fil-materja prima rilevanti għandu jkun stmat billi jintużaw il-linji ta’ gwida tal-aħjar prattika fl-industrija.
Livell 2: Il-kontenut tal-karbonju mhux karbonat fil-materja prima rilevanti għandu jiġi ddeterminat mill-inqas darba fis-sena skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 32 sa 35.

Permezz ta’ deroga mit-Taqsima 4 tal-Anness II, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-livelli li ġejjin għall-fattur ta’ konverżjoni:

Livell 1: Għandu jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni ta’ 1.
Livell 2: Il-fattur ta’ konverżjoni għandu jiġi kkalkulat bl-applikazzjoni tal-aqwa prattiki tal-industrija.

▼B

10.   PRODUZZJONI TAL-ĠIR JEW KALĊINAZZJONI TAD-DOLOMIT JEW TAL-MANJEŻIT KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

▼M4

A.    Kamp ta’ applikazzjoni

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta’ emissjonijiet ta’ CO2 li ġejjin: kalċinazzjoni tal-ġebla tal-ġir, dolomit jew manjeżit fil-materja prima, karbonju mhux karbonat fil-materja prima, karburanti fossili konvenzjonali tal-kalkara, karburanti alternattivi u materja prima tal-kalkara bbażati fuq il-fossili, karburanti tal-kalkara tal-bijomassa (skart tal-bijomassa) u karburanti oħrajn.

▼M5

Fejn il-ġir maħruq u s-CO2 li joriġina mill-ġebla tal-ġir jintuża għall-proċessi ta’ purifikazzjoni, is-CO2 għandu jitqies bħala rilaxxat, sakemm is-CO2 ma jkunx marbut fi prodott li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49a(1) ta’ dan ir-Regolament.

▼M4

B.    Regoli speċifiċi ta’ monitoraġġ

L-emissjonijiet mill-kombustjoni għandhom jiġu mmonitorjati f’konformità mat-taqsima 1 ta’ dan l-Anness. L-emissjonijiet tal-proċess mill-karbonati fil-materja prima għandhom jiġu mmonitorjati f’konformità mat-taqsima 4 tal-Anness II. Il-karbonati tal-kalċju u tal-manjeżju għandhom dejjem jiġu kkunsidrati. Għandhom jiġu kkunsidrati karbonati oħrajn u karbonju mhux karbonat fil-materja prima, fejn dawn ikunu rilevanti għall-kalkolu tal-emissjonijiet.

Għall-metodoloġija bbażata fuq l-input, il-valuri tal-kontenut tal-karbonat għandhom jiġu aġġustati għall-kontenut rispettiv ta’ umdità u gangue tal-materjal. Fil-każ ta’ produzzjoni tal-manjeżja, għandhom jitqiesu minerali oħra li fihom il-manjeżju għajr il-karbonati, kif xieraq.

L-għadd doppju jew l-omissjonijiet li jirriżultaw minn materjal irritornat jew tal-by-pass għandhom jiġu evitati. Waqt l-applikazzjoni tal-Metodu B, it-trab tal-kalkara tal-ġir għandu jigi kkunsidrat bħala fluss minn sors separat fejn rilevanti.

▼M1

C.    Emissjonijiet minn karbonju mhux karbonat fil-materja prima

L-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet mill-karbonju mhux karbonat tal-anqas mill-ġebel tal-ġir, shale jew materja prima alternattiva fil-kalkara skont l-Artikolu 24(2).

Permezz ta’ deroga mit-Taqsima 4 tal-Anness II, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-livelli li ġejjin għall-fattur ta’ emissjoni:

Livell 1: Il-kontenut ta’ karbonju mhux karbonat fil-materja prima rilevanti għandu jkun stmat billi jintużaw il-linji ta’ gwida tal-aħjar prattika fl-industrija.
Livell 2: Il-kontenut tal-karbonju mhux karbonat fil-materja prima rilevanti għandu jiġi ddeterminat mill-inqas darba fis-sena skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 32 sa 35.

Permezz ta’ deroga mit-Taqsima 4 tal-Anness II, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-livelli li ġejjin għall-fattur ta’ konverżjoni:

Livell 1: Għandu jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni ta’ 1.
Livell 2: Il-fattur ta’ konverżjoni għandu jiġi kkalkulat bl-applikazzjoni tal-aqwa prattiki tal-industrija.

▼B

11.   MANIFATTURA TA' ĦĠIEĠ, FIBRA TAL-ĦĠIEĠ JEW MATERJAL TA' IŻOLAMENT TAS-SUF MINERALI KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.    Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu japplika d-dispożizzjonijiet f'din it-taqsima anke għall-installazzjonijiet għall-produzzjoni ta' silikat tas-sodju u stone/rock wool (suf minerali).

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: id-dekompożizzjoni tal-karbonati tal-alkali u l-karbonati tal-alkali tal-art waqt it-tidwib tal-materja prima, il-karburanti fossili konvenzjonali, il-karburanti alternattivi bbażati fuq il-fossili u l-materja prima, il-karburanti tal-bijomassa (skart tal-bijomassa), karburanti oħra, il-karbonju li jkun fih addittivi inkluż il-kokk, it-trab tal-faħam u l-grafit, il-postkombustjoni tal-gassijiet taċ-ċumnija u t-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija.

▼M4

B.    Regoli speċifiċi ta’ monitoraġġ

L-emissjonijiet mill-kombustjoni, inkluż it-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija, għandhom jiġu mmonitorjati f’konformità mat-taqsima 1 ta’ dan l-Anness. L-emissjonijiet tal-proċess minn materja prima mhux karbonat, inklużi l-kokk, il-grafit u t-trab tal-faħam, għandhom jiġu mmonitorjati f’konformità mat-taqsima 4 tal-Anness II. Il-karbonati li għandhom jitqiesu jinkludu tal-inqas CaCO3, MgCO3, Na2CO3, NaHCO3, BaCO3, Li2CO3, K2CO3, u SrCO3. Għandu jintuża biss il-Metodu A.

B’deroga mit-taqsima 4 tal-Anness II, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-livelli li ġejjin għall-fattur ta’ emissjoni tal-materja prima li fiha l-karbonat.

Livell 1: Għandhom jintużaw il-proporzjonijiet stojkjometriċi kif elenkat fit-taqsima 2 tal-Anness VI. Il-purezza tal-materjali ta’ input rilevanti għandha tiġi ddeterminata permezz tal-aqwa prattiki tal-industrija.

Livell 2: Id-determinazzjoni tal-ammont ta’ karbonati rilevanti f’kull materjal ta’ input rilevanti għandha titwettaq f’konformità mal-Artikoli 32 sa 35.

B’deroga mit-taqsima 4 tal-Anness II għall-fattur ta’ konverżjoni, għandu jkun applikabbli biss il-livell 1 għall-emissjonijiet kollha tal-proċess minn materja prima li fiha l-karbonat u mhux karbonata.

▼B

12.   MANIFATTURA TA' PRODOTTI TAĊ-ĊERAMIKA KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

▼M1

A.    Kamp ta’ applikazzjoni

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta’ emissjonijiet ta’ CO2 li ġejjin: karburanti tal-kalkara, kalċinazzjoni tal-ġebla tal-ġir/dolomit u karbonati oħra fil-materja prima, il-ġebla tal-ġir u karbonati oħra għat-tnaqqis tas-sustanzi li jniġġsu l-arja u tindif ieħor ta’ gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija, addittivi fossili/tal-bijomassa użati sabiex isseħħ il-porożità, inkluż il-polistirol, ir-residwi mill-produzzjoni tal-karta jew is-serratura tal-injam, kontenut ta’ karbonju mhux karbonat fit-tafal u materja prima oħra.

▼B

B.    Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

▼M1

L-emissjonijiet mill-kombustjoni, inkluż it-tisfija mill-impuritajiet tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija, għandhom jiġu mmonitorjati skont it-Taqsima 1 ta’ dan l-Anness. L-emissjonijiet tal-proċess mill-komponenti u addittivi tal-grixa mhux raffinata għandhom jiġu mmonitorjati skont it-Taqsima 4 tal-Anness II. Għall-prodotti taċ-ċeramika bbażati fuq tafal ippurifikat jew sintetiku l-operatur jista’ juża l-Metodu A jew il-Metodu B. Għall-prodotti taċ-ċeramika bbażati fuq tafal mhux ipproċessat u kull darba li jintużaw tafal jew addittivi b’kontenut ta’ karbonju mhux karbonat sinifikanti, l-operatur għandu juża l-Metodu A. Il-karbonati tal-kalċju dejjem għandhom jiġu kkunsidrati. Għandhom jiġu kkunsidrati karbonati oħrajn u karbonju mhux karbonat fil-materja prima, fejn dawn ikunu rilevanti għall-kalkolu tal-emissjonijiet.

▼B

Id-data dwar l-attivitajiet għal materjali ta' input għall-Metodu A tista' tiġi ddeterminata b'kalkolu retroattiv xieraq ibbażat fuq l-aħjar prattika tal-industrija u approvat mill-awtorità kompetenti. Dak il-kalkolu retroattiv għandu jikkunsidra liema kejl b'miter huwa disponibbli għal prodotti ekoloġiċi mnixxfin jew prodotti moħmijin, u sorsi ta' data xierqa għall-umdità tat-tafal u addittivi u telf bl-ittemprar (telf minħabba ignixin) tal-materjali involuti.

Permezz ta' deroga mit-taqsima 4 tal-Anness II, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-livelli li ġejjin għall-fatturi ta' emissjoni għall-emissjonijiet ta' proċess ta' materja prima li tinkludi karbonati:

Metodu A (Abbażi ta' input):

Livell 1: Għandu jiġi applikat valur konservattiv ta' 0,2 tunnellata ta' CaCO3 (li jikkorrispondu għal 0,08794 tunnellati ta' CO2) għal kull tunnellata ta' tafal niexef għall-kalkolu tal-fattur ta' emissjoni minflok ir-riżultati ta' analiżi. Il-karbonju inorganiku u organiku kollu fil-materjal tat-tafal għandu jiġi kkunsidrat bħala inkluż f'dan il-valur. L-addittivi għandhom jiġu kkunsidrati bħala mhux inklużi f'dan il-valur.

Livell 2: Fattur ta' emissjoni għal kull fluss minn sors għandu jiġi dderivat u aġġornat mill-inqas darba fis-sena bl-użu tal-aqwa prattiki tal-industrija li jirriflettu kundizzjonijiet speċifiċi għall-post u t-taħlita tal-prodott tal-installazzjoni.

Livell 3: Id-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-materja prima rilevanti għandha titwettaq skont l-Artikoli 32 sa 35. Il-proporzjonijiet stojkjometriċi kif elenkati fit-Taqsima 2 tal-Anness VI għandhom jintużaw għall-konverżjoni tad-data ta' kompożizzjoni f'fatturi ta' emissjoni, fejn rilevanti.

Metodu B (Abbażi tal-produzzjoni):

Livell 1: Għandu jiġi applikat valur konservattiv ta' 0,123 tunnellati ta' CaO (li jikkorrispondu għal 0,09642 tunnellati ta' CO2) għal kull tunnellata ta' prodott għall-kalkolu tal-fattur ta' emissjoni minflok ir-riżultati tal-analiżi. Il-karbonju inorganiku u organiku kollu fil-materjal tat-tafal għandu jiġi kkunsidrat bħala inkluż f'dan il-valur. L-addittivi għandhom jiġu kkunsidrati bħala mhux inklużi f'dan il-valur.

Livell 2: Fattur ta' emissjoni għandu jiġi dderivat u aġġornat mill-inqas darba fis-sena bl-użu tal-aqwa prattiki tal-industrija li jirriflettu kundizzjonijiet speċifiċi għall-post u t-taħlita tal-prodott tal-installazzjoni.

Livell 3: Id-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-prodotti għandha titwettaq skont l-Artikoli 32 sa 35. Il-proporzjonijiet stojkjometriċi msemmija fl-Anness VI t-taqsima 2 it-Tabella 3 għandhom jintużaw għall-konverżjoni tad-data ta' kompożizzjoni f'fatturi ta' emissjoni bis-suppożizzjoni li l-ossidi metalliċi rilevanti kollha jkunu ġew idderivati mill-karbonati rispettivi.

Permezz ta' deroga mit-taqsima 1 ta' dan l-Anness, għat-tisfija tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija għandu japplika l-livell li ġej għall-fattur ta' emissjoni:

Livell 1: L-operatur għandu japplika l-proporzjon stojkjometriku ta' CaCO3 kif muri fit-taqsima 2 tal-Anness VI.

Għat-tisfija mill-impuritajiet, ma għandu jintuża l-ebda livell ieħor u l-ebda fattur ta' konverżjoni. L-għadd doppju minn ġebel tal-ġir użat li jiġi rriċiklat bħala materja prima fl-istess installazzjoni għandu jiġi evitat.

13.   PRODUZZJONI TA' ĠIPSUM U PLASTERBOARD KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.    Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu jinkludi tal-anqas emissjonijiet ta' CO2 mit-tipi kollha ta' attivitajiet ta' kombustjoni.

B.    Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

L-emissjonijiet mill-kombustjoni għandhom jiġu mmonitorjati skont it-taqsima 1 ta' dan l-Anness.

14.   PRODUZZJONI TA' POLPA U KARTA KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.    Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: kaldaruni, turbini tal-gass, u strumenti oħra ta' kombustjoni li jipproduċu fwar jew enerġija elettrika, kaldaruni tal-irkupru u strumenti oħrajn li jaħarqu likuri tal-ippulpjar użati, inċineraturi, kalkari tal-ġir u kalċinaturi, tisfija tal-gass ta' skart u nixxiefa li jaħdmu bil-karburant (bħan-nixxiefa tar-raġġi infra ħomor).

B.    Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

Il-monitoraġġ ta' emissjonijiet mill-kombustjoni inkluż it-tisfija tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija għandu jitwettaq skont it-taqsima 1 ta' dan l-Anness.

L-emissjonijiet ta' proċess mill-materja prima użata bħala sustanzi kimiċi tal-make up, inkluż mill-inqas l-irmied tal-ġebel tal-ġir jew tas-soda, għandhom jiġu mmonitorjati permezz tal-Metodu A skont it-taqsima 4 tal-Anness II. Għandu jiġi preżunt li l-emissjonijiet ta' CO2 mill-irkupru tal-iskart tal-ġebel tal-ġir fil-produzzjoni tal-polpa huma bijomassa rriċiklata ta' CO2. L-ammont ta' CO2 proporzjonali mal-input minn sustanzi kimiċi tal-make up biss huwa preżunt li joħloq emissjonijiet ta' CO2 fossili.

Għall-emissjonijiet mis-sustanzi kimiċi tal-make up, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-livelli li ġejjin għall-fattur ta' emissjoni:

Livell 1: Għandhom jintużaw il-proporzjonijiet stojkjometriċi kif elenkat fit-taqsima 2 tal-Anness VI. Il-purezza tal-materjali ta' input rilevanti għandha tiġi ddeterminata permezz tal-aqwa prattiki tal-industrija. Il-valuri dderivati għandhom jiġu aġġustati skont il-kontenut ta' umdità u gangue tal-materjali ta' karbonat applikati.
Livell 2: Id-determinazzjoni tal-ammont ta' karbonati rilevanti f'kull materjal ta' input rilevanti għandha titwettaq skont l-Artikoli 32 sa 35. Il-proporzjonijiet stojkjometriċi kif elenkati fit-Taqsima 2 tal-Anness VI għandhom jintużaw għall-konverżjoni tad-data ta' kompożizzjoni f'fatturi ta' emissjoni, fejn rilevanti.

Għall-fattur ta' konverżjoni, il-livell 1 biss għandu jkun applikabbli.

15.   PRODUZZJONI TA' ISWED TAL-KARBONJU KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.    Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas il-karburanti kollha għall-kombustjoni u l-karburanti kollha użati bħala materjal ta' proċess bħala sorsi għall-emissjonijiet ta' CO2.

B.    Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-iswed tal-karbonju jista' jiġi mmonitorjat jew bħala proċess ta' kombustjoni, inkluż it-tisfija tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija skont it-taqsima 1 ta' dan l-Anness jew bl-użu ta' bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25 u t-taqsima 3 tal-Anness II.

16.   DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TAL-OSSIDU NITRUŻ (N2O) MILL-PRODUZZJONI TAL-AĊIDU NITRIKU, L-AĊIDU ADIPIKU, IL-KAPROLATTAM, IL-GLIOSSAL U L-AĊIDU GLIOSSILIKU KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.    Kamp ta' applikazzjoni

Għal kull attività li minnha jirriżultaw emissjonijiet ta' N2O, kull operatur għandu jikkunsidra s-sorsi kollha li jirrilaxxaw N2O minn proċessi ta' produzzjoni, inkluż fejn l-emissjonijiet ta' N2O mill-produzzjoni jiġu mgħoddija minn ġo kwalunkwe tagħmir ta' eliminazzjoni. Dan jinkludi kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-produzzjoni tal-aċidu nitriku – emissjonijiet ta' N2O mill-ossidazzjoni katalitika tal-ammonja u/jew mill-unitajiet ta' tnaqqis ta' NOx/N2O;

(b) 

il-produzzjoni tal-aċidu adipiku – emissjonijiet ta' N2O inkluż mir-reazzjoni tal-ossidazzjoni, kwalunkwe vventjar ta' proċess dirett u/jew kwalunkwe tagħmir ta' kontroll ta' emissjonijiet;

(c) 

il-produzzjoni tal-gliossal u l-aċidu gliossiliku – emissjonijiet ta' N2O inkluż minn reazzjonijiet ta' proċessi, kwalunkwe vventjar ta' proċess dirett u/jew kwalunkwe tagħmir ta' kontroll ta' emissjonijiet;

(d) 

il-produzzjoni tal-kaprolattam – emissjonijiet ta' N2O inkluż mir-reazzjonijiet ta' proċessi, kwalunkwe vventjar ta' proċess dirett u/jew kwalunkwe tagħmir ta' kontroll tal-emissjonijiet.

Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhom japplikaw għal ebda emissjoni ta' N2O mill-kombustjoni tal-karburanti.

B.    Determinazzjoni ta' emissjonijiet ta' N2O

B.1.    Emissjonijiet annwali ta' N2O

L-operatur għandu jimmonitorja l-emissjonijiet ta' N2O mill-produzzjoni tal-aċidu nitriku bl-użu ta' kejl kontinwu tal-emissjonijiet. L-operatur għandu jimmonitorja l-emissjonijiet ta' N2O mill-produzzjoni tal-aċidu adipiku, il-kaprolattam, il-gliossal u l-aċidu gliossiliku bl-użu ta' metodoloġija bbażata fuq il-kejl għall-emissjonijiet imnaqqsa u metodu bbażat fuq il-kalkolu (ibbażat fuq metodoloġija ta' bilanċ tal-massa) għall-okkorrenzi temporanji ta' emissjonijiet mhux imnaqqsa.

Għal kull sors ta' emissjoni fejn jiġi applikat kejl kontinwu tal-emissjonijiet, l-operatur għandu jikkunsidra l-emissjonijiet annwali totali bħala s-somma tal-emissjonijiet kollha fis-siegħa bl-użu tal-ekwazzjoni 1 mogħtija fit-taqsima 3 tal-Anness VIII.

B.2.    Emissjonijiet N2O fis-siegħa

L-operatur għandu jikkalkula l-emissjonijiet annwali medji ta' N2O fis-siegħa għall kull sors fejn jiġi applikat kejl kontinwu ta' emissjonijiet bl-użu tal-ekwazzjoni 2 mogħtija fit-taqsima 3 tal-Anness VIII.

L-operatur għandu jiddetermina l-konċentrazzjonijiet fis-siegħa ta' N2O fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija minn kull sors ta' emissjoni bl-użu ta' metodoloġija bbażata fuq il-kejl f'punt rappreżentattiv, wara t-tagħmir ta' tnaqqis tal-NOx/N2O, fejn jintuża t-tnaqqis. L-operatur għandu japplika tekniki kapaċi jkejlu l-konċentrazzjonijiet ta' N2O tas-sorsi kollha ta' emissjonijiet kemm waqt il-kundizzjonijiet ta' eliminazzjoni kif ukoll waqt dawk mingħajr eliminazzjoni. Fejn l-inċertezzi jiżdiedu waqt perjodi bħal dawn, l-operatur għandu jikkunsidrahom fil-valutazzjoni tal-inċertezza.

L-operatur għandu jaġġusta l-kejl kollu għal bażi ta' gass niexef fejn ikun meħtieġ u jirrapportah b'mod konsistenti.

B.3.    Determinazzjoni tal-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija

L-operatur għandu juża l-metodi għall-monitoraġġ tal-fluss ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija stabbiliti fl-Artikolu 43(5) ta' dan ir-Regolament għall-kejl tal-fluss ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' N2O. Għall-produzzjoni tal-aċidu nitriku, l-operatur għandu japplika l-metodu skont il-punt (a) tal-Artikolu 43(5) għajr jekk dan ma jkunx teknikament vijabbli. F'dan il-każ u bl-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-operatur għandu japplika metodu alternattiv, inkluż metodoloġija tal-bilanċ tal-massa bbażata fuq parametri sinifikanti bħall-piż ta' input tal-ammonja, jew id-determinazzjoni tal-fluss permezz tal-kejl kontinwu tal-fluss tal-emissjonijiet.

Il-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Vfluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija [Nm3/h] = Varja * (1 - O2,air) / (1 - O2, gass mit-tromba taċ-ċumnija)

Fejn:

Varja = Fluss totali ta' arja tal-input f'Nm3/siegħa f'kundizzjonijiet standard;

O2, arja = Frazzjoni ta' volum ta' O2 f'arja niexfa [= 0,2095];

O2, gass mit-tromba taċ-ċumnija = Frazzjoni tal-volum ta' O2 fil-gass tat-tromba taċ-ċumnija.

Il-Varja għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-flussi kollha tal-arja li jkunu deħlin fl-unità tal-produzzjoni tal-aċidu nitriku.

L-operatur għandu japplika l-formola li ġejja, għajr jekk ikun iddikjarat mod ieħor fil-pjan ta' monitoraġġ tiegħu:

Varja = Vprim + Vsek + Vsiġill

Fejn:

Vprim = Fluss ta' arja ta' input primarju f'Nm3/siegħa f'kundizzjonijiet standard;

Vsek = Fluss ta' arja ta' input sekondarju f'Nm3/siegħa f'kundizzjonijiet standard;

Vsiġill = Fluss ta' arja ta' input tas-siġill f'Nm3/siegħa f'kundizzjonijiet standard.

L-operatur għandu jiddetermina Vprim permezz ta' kejl kontinwu tal-fluss qabel ma jseħħ it-taħlit mal-ammonja. L-operatur għandu jiddetermina Vsec permezz tal-kejl kontinwu tal-fluss, inkluż fejn il-kejl ikun qabel l-unità tal-irkupru tas-sħana. Għall-Vsiġill l-operatur għandu jikkunsidra l-fluss tal-arja vventjat fil-proċess tal-produzzjoni tal-aċidu nitriku.

Għal kurrenti ta' arja ta' input li flimkien jammontaw għal inqas minn 2,5 % tal-fluss totali tal-arja, l-awtorità kompetenti tista' taċċetta metodi ta' kalkolu għad-determinazzjoni ta' dik ir-rata ta' fluss tal-arja proposta mill-operatur ibbażati fuq l-aqwa prattiki tal-industrija.

L-operatur għandu jipprovdi evidenza permezz ta' kejl taħt kundizzjonijiet normali ta' operat li l-fluss ta' arja taċ-ċumnija mkejjel ikun omoġenju biżżejjed sabiex jippermetti l-metodu propost ta' kejl. Jekk jiġi kkonfermat fluss mhux omoġenju permezz ta' dan il-kejl, l-operatur dan għandu jikkunsidrah meta jkun qed jiddetermina metodi xierqa ta' monitoraġġ u meta jkun qed jikkalkula l-inċertezza fl-emissjonijiet ta' N2O.

L-operatur għandu jaġġusta l-kejl kollu għal bażi ta' gass niexef u jirrapportah b'mod konsistenti.

B.4.    Konċentrazzjonijiet ta' ossiġenu (O2)

L-operatur għandu jkejjel il-konċentrazzjonijiet ta' ossiġenu fil-gass tat-tromba taċ-ċumnija fejn ikun meħtieġ għall-kalkolu tal-fluss tal-gass tat-tromba taċ-ċumnija skont is-subtaqsima B.3 ta' din it-taqsima tal-Anness IV. Meta jkun qed jagħmel dan, l-operatur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti għall-kejl tal-konċentrazzjonijiet fl-Artikolu 41(1) u (2). Meta jkun qed jiddetermina l-inċertezza tal-emissjonijiet ta' N2O, l-operatur għandu jikkunsidra l-inċertezza tal-kejl tal-konċentrazzjoni ta' O2.

L-operatur għandu jaġġusta l-kejl kollu għal bażi ta' gass niexef fejn ikun meħtieġ u jirrapportah b'mod konsistenti.

B.5.    Kalkolu tal-emissjonijiet ta' N2O

Għal perjodi speċifiċi ta' emissjonijiet mhux imnaqqsa ta' N2O mill-produzzjoni tal-aċidu adipiku, il-kaprolattam, il-gliossal u l-aċidu gliossiliku, inkluż emissjonijiet mhux imnaqqsa minn ivventjar għal raġunijiet ta' sikurezza u meta l-impjant ta' tnaqqis ma jaħdimx, u fejn il-monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet ta' N2O ma jkunx teknikament vijabbli, l-operatur jista' soġġett għall-approvazzjoni tal-metodoloġija speċifika min-naħa tal-awtorità kompetenti jikkalkula l-emissjonijiet ta' N2O bl-użu ta' metodoloġija tal-bilanċ tal-massa. Għal dan il-għan l-inċertezza ġenerali għandha tkun simili għar-riżultat tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-livelli tal-Artikolu 41(1) u (2). L-operatur għandu jibbaża l-metodu ta' kalkolu fuq ir-rata massima tal-emissjoni potenzjali ta' N2O mir-reazzjoni kimika li tkun qiegħda sseħħ fil-ħin u l-perjodu tal-emissjoni.

L-operatur għandu jikkunsidra l-inċertezza fi kwalunkwe emissjoni kkalkulata għal sors speċifiku ta' emissjoni meta jkun qed jiddetermina l-inċertezza annwali medja fis-siegħa għas-sors ta' emissjoni.

B.6.    Determinazzjoni tar-rati ta' produzzjoni tal-attivitajiet

Ir-rati ta' produzzjoni għandhom jiġu kkalkulati bl-użu ta' rapporti ta' kuljum dwar il-produzzjoni u s-sigħat ta' operat.

B.7.    Rati ta' kampjunar

Medji validi fis-siegħa jew medji minn perjodi iqsar ta' referenza għandhom jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 44 għal:

(a) 

konċentrazzjoni ta' N2O fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija;

(b) 

fluss totali ta' gass fejn dan jitkejjel direttament u fejn meħtieġ;

(c) 

il-flussi ta' gassijiet u l-konċentrazzjonijiet ta' ossiġenu kollha meħtieġa sabiex jiġi kkalkulat il-fluss totali ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija indirettament.

C.    Determinazzjoni tal-ekwivalenti annwali ta' CO2 – CO2(e)

L-operatur għandu jikkonverti l-emissjonijiet totali annwali ta' N2O mis-sorsi kollha ta' emissjoni, imkejla f'tunnellati sa tliet punti deċimali, f'emissjonijiet annwali ta' CO2(e) f'tunnellati approssimati, bl-użu tal-formola li ġejja u l-valuri GWP fl-Anness VI t-taqsima 3:

CO2(e) [t] = N2Oannwali[t] * GWPN2O

Fejn:

N2Oannwali = emissjonijiet N2O annwali totali, ikkalkulati skont l-ekwazzjoni 1 mogħtija fit-taqsima 3 tal-Anness VIII.

Is-CO2(e) totali annwali ġġenerat mis-sorsi kollha ta' emissjoni u kwalunkwe emissjoni diretta ta' CO2 minn sorsi oħrajn ta' emissjoni inklużi fil-permess għall-gassijiet serra għandhom jiżdiedu mal-emissjonijiet annwali totali ta' CO2 ġġenerati mill-installazzjoni u għandhom jintużaw għar-rapportar u ċ-ċediment ta' kwoti.

L-emissjonijiet totali annwali ta' N2O għandhom jiġu rrapportati f'tunnellati sa tliet punti deċimali u bħala CO2(e) f'tunnellati approssimati.

17.   PRODUZZJONI TA' AMMONJA KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.    Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet li ġejjin għall-emissjonijiet ta' CO2: il-kombustjoni ta' karburanti li jipprovdu s-sħana għar-riformar jew l-ossidazzjoni parzjali, il-karburanti użati bħala input ta' proċess fil-proċess ta' produzzjoni tal-ammonja (riformar jew ossidazzjoni parzjali), il-karburanti użati għal proċessi oħrajn ta' kombustjoni inkluż għall-għan ta' produzzjoni ta' ilma sħun jew fwar.

B.    Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

Għall-monitoraġġ ta' emissjonijiet minn proċessi ta' kombustjoni u minn karburanti użati bħala inputs ta' proċess, għandha tiġi applikata l-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-Taqsima 1 ta' dan l-Anness.

▼M5

Fejn CO2 mill-produzzjoni tal-ammonja jintuża bħala materja prima għall-produzzjoni tal-urea jew sustanzi kimiċi oħra, jew jiġi ttrasferit barra mill-installazzjoni għal kwalunkwe użu mhux kopert bl-Artikolu 49(1) ta’ dan ir-Regolament, l-ammont relatat ta’ CO2 għandu jiġi kkunsidrat bħala rilaxxat mill-installazzjoni li tipproduċi s-CO2, sakemm is-CO2 ma jkunx marbut fi prodott li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49a(1) ta’ dan ir-Regolament.

▼B

18.   PRODUZZJONI TA' SUSTANZI KIMIĊI ORGANIĊI FI KWANTITAJIET KBAR KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.    Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu jikkunsidra mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: krekkjar (katalitiku u mhux katalitiku), riformar, ossidazzjoni parzjali u sħiħa, proċessi simili li jwasslu għal emissjonijiet ta' CO 2 mill-karbonju li jkun hemm f'materja prima abbażi ta' idrokarburi, kombustjoni tal-iskart ta' gassijiet u flaring, u l-ħruq ta' karburant fi proċessi oħra ta' kombustjoni.

B.    Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

Fejn il-produzzjoni ta' sustanzi kimiċi organiċi fi kwantitajiet kbar tiġi teknikament integrata f'raffinerija taż-żejt minerali, l-operatur ta' dik l-installazzjoni għandu japplika d-dispożizzjonijet rilevanti tat-taqsima 2 ta' dan l-Anness.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-operatur għandu jimmonitorja l-emissjonijiet minn proċessi ta' kombustjoni fejn il-karburanti użati ma jiħdux parti fi jew joriġinaw minn reazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni ta' sustanzi kimiċi organiċi fi kwantitajiet kbar bl-użu tal-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-taqsima 1 ta' dan l-Anness. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-operatur jista' jagħżel li jimmonitorja l-emissjonijiet mill-produzzjoni ta' sustanzi kimiċi organiċi fi kwantitajiet kbar permezz ta' metodoloġija tal-massa tal-bilanċ skont l-Artikolu 25 jew il-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24. Fejn juża l-metodoloġija standard, l-operatur għandu jipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li l-metodoloġija magħżula tkopri l-emissjonijiet rilevanti kollha li kieku jkunu koperti wkoll minn metodoloġija tal-bilanċ tal-massa.

Għad-determinazzjoni tal-kontenut tal-karbonju skont l-Livell 1, għandhom jiġu applikati l-fatturi ta' emissjoni ta' referenza kif imniżżla fit-Tabella 5 fl-Anness VI. Għas-sustanzi mhux imniżżla fit-Tabella 5 tal-Anness VI jew dispożizzjonijiet oħra ta' dan ir-Regolament, l-operatur għandu jikkalkula l-kontenut tal-karbonju mill-kontenut tal-karbonju stojkjometriku fis-sustanza pura u l-konċentrazzjoni tas-sustanza fil-fluss tal-input jew tal-produzzjoni.

19.   PRODUZZJONI TA' IDROĠENU U GASS TAS-SINTEŻI KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.    Kamp ta' applikazzjoni

L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet li ġejjin għall-emissjonijiet ta' CO2: karburanti użati fil-proċess ta' produzzjoni tal-idroġenu jew il-gass tas-sinteżi (riformar jew ossidazzjoni parzjali), u karburanti użati għal proċessi oħra ta' kombustjoni inkluż bl-għan li jiġi prodott l-ilma sħun jew il-fwar. Il-gass tas-sinteżi prodott għandu jiġi kkunsidrat bħala fluss minn sors taħt il-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa.

B.    Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ

Għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet minn proċessi ta' kombustjoni u minn karburanti użati bħala inputs ta' proċess fil-produzzjoni tal-idroġenu, għandha tintuża l-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-taqsima 1 ta' dan l-Anness.

Għall-monitoraġġ ta' emissjonijiet mill-produzzjoni ta' gass tas-sinteżi, għandu jintuża bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25. Għall-emissjonijiet minn proċessi separati ta' kombustjoni, l-operatur jista' jagħżel li jinkludihom fil-bilanċ tal-massa jew li juża l-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 mill-inqas għal parti tal-flussi minn sorsi, u jevita kwalunkwe nuqqas ta' emissjonijiet jew għadd doppju tagħhom.

Fejn fl-istess installazzjoni jiġu prodotti l-idroġenu u l-gass tas-sinteżi, l-operatur għandu jikkalkula l-emissjonijiet ta' CO2 billi juża jew metodoloġiji separati għall-idroġenu u għall-gass tas-sinteżi kif deskritt fil-qosor fl-ewwel żewġ paragrafi tas-subtaqsima, jew bl-użu ta' bilanċ tal-massa wieħed komuni.

20.   PRODUZZJONI TA' RMIED TAS-SODA U BIKARBONAT TAS-SODJU KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

A.    Kamp ta' applikazzjoni

Is-sorsi ta' emissjoni u l-flussi minn sorsi għall-emissjonijiet ta' CO2 minn installazzjonijiet għall-produzzjoni ta' rmied tas-soda u bikarbonat tas-sodju għandhom jinkludu:

(a) 

karburanti użati għall-proċessi ta' kombustjoni, inkluż karburanti użati bl-għan li jiġi prodott l-ilma sħun jew il-fwar;

▼M5

(b) 

materja prima, inkluż gass tal-ivventjar mill-kalċinazzjoni tal-ġebla tal-ġir;

(c) 

gassijiet ta’ skart minn ħasil jew passi ta’ filtrazzjoni wara l-karbonazzjoni.

B.    Regoli speċifiċi ta’ monitoraġġ

L-emissjonijiet mill-proċessi ta’ kombustjoni, inkluż it-tisfija mill-impuritajiet tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija għandhom jiġu mmonitorjati skont it-Taqsima 1 ta’ dan l-Anness. L-emissjonijiet tal-proċess mill-komponenti tal-materja prima u l-addittivi għandhom jiġu mmonitorjati skont it-Taqsima 4 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Is-CO2 intermedjarju għall-produzzjoni tal-irmied tas-soda għandu jitqies bħala rilaxxat mill-installazzjoni li tipproduċi s-CO2, sakemm is-CO2 ma jkunx marbut fi prodott li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49a(1) ta’ dan ir-Regolament.

▼B

21.   DETERMINAZZJONI TA'EMISSJONIJIET TA' GASSIJIET SERRA MINN ATTIVITAJIET TA' QBID TA' CO2 GĦALL-FINI TA' TRASPORT U ĦŻIN ĠEOLOĠIKU F'POST TA' ĦŻIN PERMESS TAĦT ID-DIRETTIVA 2009/31/KE

A.    Kamp ta' applikazzjoni

▼M5

Il-qbid ta’ CO2 għandu jitwettaq jew minn installazzjoni dedikata li tirċievi CO2 permezz ta’ trasferiment minn installazzjoni waħda jew aktar, jew permezz tal-istess installazzjoni li tkun qiegħda twettaq l-attivitajiet li jipproduċu s-CO2 maqbud taħt l-istess permess għal emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Il-partijiet kollha tal-installazzjoni relatati mal-qbid tas-CO2, u t-trasferiment lejn infrastruttura tat-trasport tas-CO2 jew lejn sit għall-ħżin ġeoloġiku tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-CO2, inkluża kwalunkwe faċilità anċillari konnessa funzjonalment, bħall-ħżin intermedju tas-CO2, booster, likwefazzjoni, gassifikazzjoni, stazzjonijiet tal-purifikazzjoni jew ħiters, għandhom jiġu inklużi fil-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra u għandu jkun hemm rendikont tagħhom fil-pjan ta’ monitoraġġ assoċjat. F’każ li l-installazzjoni twettaq attivitajiet oħra koperti bid-Direttiva 2003/87/KE, l-emissjonijiet ta’ dawk l-attivitajiet għandhom jiġu mmonitorjati f’konformità mat-taqsimiet rilevanti l-oħra ta’ dan l-Anness.

▼B

L-operatur ta' attività ta' qbid ta' CO2 għandu mill-inqas jinkludi s-sorsi potenzjali li ġejjin ta' emissjonijet ta' CO2:

(a) 

CO2 ttrasferit lejn l-installazzjonijiet tal-qbid;

(b) 

il-kombustjoni u attivitajiet assoċjati oħra fl-installazzjoni li jkunu relatati mal-attività tal-qbid, inkluż l-użu tal-karburant u l-materjal ta' input.

▼M5

B.    Kwantifikazzjoni ta’ ammonti ta’ CO2 ittrasferiti u rilaxxati

B.1.    Kwantifikazzjoni tal-livell ta’ installazzjoni

Kull operatur għandu jikkalkula l-emissjonijiet billi jqis l-emissjonijiet potenzjali ta’ CO2 mill-proċessi rilevanti kollha ta’ emissjoni fl-installazzjoni, kif ukoll l-ammont ta’ CO2 maqbud u ttrasferit għall-infrastruttura tas-CO2, bl-użu tal-formula li ġejja:

image

Fejn:

Einstallazzjoni għall-qbid

=

Emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra tal-installazzjoni għall-qbid;

Tinput

=

Ammont ta’ CO2 ittrasferit għall-installazzjoni tal-qbid, iddeterminat jew abbażi ta’ fluss minn sors wieħed jew aktar bħal f’metodoloġija ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 25 jew abbażi ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kejl f’konformità mal-Artikolu 40 sa 46 u l-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament.

Emingħajr qbid

=

L-emissjonijiet tal-installazzjoni jekk is-CO2 ma jinqabadx, jiġifieri s-somma tal-emissjonijiet mill-attivitajiet l-oħra kollha fl-installazzjoni, immonitorjati f’konformità mat-taqsimiet rilevanti tal-Anness IV, inkluż il-Metodu B fit-Taqsima 22 tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament għal kwalunkwe faċilità anċillari konnessa funzjonalment;

Tgħall-ħżin

=

L-ammont ta’ CO2 ittrasferit lejn infrastruttura tat-trasport tas-CO2 jew sit tal-ħżin, iddeterminat jew abbażi ta’ fluss minn sors wieħed jew aktar bħal f’metodoloġija tal-bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 25 jew abbażi ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kejl f’konformità mal-Artikolu 40 sa 46 u l-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament.

F’każijiet fejn il-qbid tas-CO2 jitwettaq mill-istess installazzjoni li minnha jkun oriġina s-CO2 maqbud, l-operatur għandu juża żero għat-Tinput.

F’każijiet ta’ installazzjonijiet għall-qbid awtonomi, l-operaturi ta’ dawn l-installazzjonijiet għandhom jikkunsidraw dan li ġej:

(a) 

l-operatur għandu jikkunsidra Emingħajr qbid biex jirrappreżenta l-ammont ta’ emissjonijiet li jseħħu minn sorsi oħrajn minbarra s-CO2 trasferit fl-installazzjoni għall-qbid. L-operatur għandu jiddetermina dawk l-emissjonijiet f’konformità ma’ dan ir-Regolament;

(b) 

b’deroga mill-metodoloġija ta’ monitoraġġ deskritta f’din it-taqsima, l-operatur jista’ jimmonitorja l-emissjonijiet tal-installazzjoni billi juża l-Metodu B kif deskritt fit-Taqsima 22 tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

Fil-każ ta’ installazzjonijiet għall-qbid awtonomi, l-operatur tal-installazzjoni li tkun qiegħda tittrasferixxi CO2 għall-installazzjoni għall-qbid għandu jnaqqas l-ammont Tinput mill-emissjonijiet tal-installazzjoni tiegħu abbażi ta’ fluss minn sors wieħed jew aktar bħal f’metodoloġija ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 25 jew abbażi ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kejl f’konformità mal-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament.

B.2.    Determinazzjoni tas-CO2 ittrasferit

Kull operatur għandu jiddetermina l-ammont ta’ CO2 ittrasferit minn u lejn l-installazzjoni għall-qbid ibbażata jew bħala fluss minn sors wieħed jew aktar bħal f’metodoloġija ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 25 jew abbażi ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kejl f’konformità mal-Artikoli 40 sa 46 u l-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament.

22.   DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET SERRA MIT-TRASPORT TAS-CO2 GĦALL-ĦŻIN ĠEOLOĠIKU F’SIT TAL-ĦŻIN PERMESS SKONT ID-DIRETTIVA 2009/31/KE

A.    Kamp ta’ Applikazzjoni

Il-konfini għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet mit-trasport tas-CO2 għandhom jiġu stabbiliti fil-permess għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-infrastruttura tat-trasport tas-CO2, inklużi l-impjanti anċillari kollha li jkunu konnessi b’mod funzjonali mal-infrastruttura tat-trasport, bħall-ħżin intermedju tas-CO2, il-booster, il-likwefazzjoni, il-gassifikazzjoni, l-istazzjonijiet tal-purifikazzjoni jew il-ħiters. Kull infrastruttura tat-trasport għandu jkollha minimu ta’ punt tal-bidu wieħed u punt tat-tmiem wieħed, kull waħda konnessa ma’ installazzjonijiet jew ma’ infrastruttura tat-trasport tas-CO2 oħra li jwettqu waħda jew aktar mill-attivitajiet: qbid, trasport jew ħżin ġeoloġiku ta’ CO2. Il-punti tal-bidu u tat-tmiem jistgħu jiġu stabbiliti fil-biforkazzjonijiet tal-infrastruttura tat-trasport u fil-konfini tranżnazzjonali. Il-punti tal-bidu u tat-tmiem kif ukoll l-installazzjonijiet jew l-infrastruttura tat-trasport tas-CO2 li jkunu konnessi magħhom, għandhom jiġu stabbiliti fil-permess għal emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

Kull operatur ta’ infrastruttura tat-trasport tas-CO2 għandu jikkunsidra mill-inqas is-sorsi potenzjali ta’ emissjonijiet li ġejjin għall-emissjonijiet ta’ CO2: kombustjoni u proċessi oħra f’installazzjonijiet funzjonalment konnessi mal-infrastruttura tat-trasport inklużi stazzjonijiet booster u stazzjonijiet tal-likwefazzjoni; l-unitajiet tal-kombustjoni, inklużi l-unitajiet tal-kombustjoni interna fil-vetturi tat-trasport tas-CO2, sal-punt li l-emissjonijiet ma jkunux soġġetti għal obbligi ta’ ċediment relatati mal-attivitajiet elenkati fl-Annessi I jew III tad-Direttiva 2003/87/KE f’dik l-istess sena ta’ rapportar; emissjonijiet li jaħarbu mill-infrastruttura tat-trasport; emissjonijiet ivventjati mill-infrastruttura tat-trasport; u l-emissjonijiet minn inċidenti ta’ tnixxija fl-infrastruttura tat-trasport.

Is-CO2 ittrasportat għal skopijiet oħra għajr għall-ħżin ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE ma għandux ikun parti mill-konfini għall-monitoraġġ u għar-rapportar tal-emissjonijiet mill-infrastruttura tat-trasport tas-CO2. F’każijiet fejn l-istess infrastruttura tintuża għat-trasport tas-CO2 għal skopijiet multipli, inkluż għall-ħżin ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE, b’mod li ma tkunx tista’ ssir distinzjoni bejn il-konsenji differenti, l-operatur ta’ infrastruttura tat-trasport tas-CO2 għandu jindika dan fil-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra u jistabbilixxi metodu għar-reġistrazzjoni u d-dokumentazzjoni tal-volumi ta’ CO2 ittrasportati għal finijiet oħra għall-ħżin ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE. L-operatur ta’ infrastruttura tat-trasport tas-CO2 għandu jimmonitorja l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-volum totali ta’ CO2 ittrasportat iżda għandu jirrapporta kif rilaxxat is-sehem tal-emissjonijiet li jikkorrispondi għall-volum ta’ CO2 ittrasportat għall-ħżin ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE diviż bil-volum totali ta’ CO2 ittrasportat.

B.    Metodoloġiji ta’ Kwantifikazzjoni għas-CO2

L-operatur tal-infrastruttura tat-trasport tas-CO2 għandu jiddetermina l-emissjonijiet bl-użu ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a) 

Metodu A (bilanċ tal-massa ġenerali tal-flussi kollha tal-input u tal-produzzjoni) stabbilit fis-subtaqsima B.1;

(b) 

Metodu B (monitoraġġ tas-sorsi tal-emissjonijiet individwalment) stabbilit fis-subtaqsima B.2.

L-operatur għandu japplika l-Metodu B sakemm l-operatur ma jkunx jista’ juri lill-awtorità kompetenti li l-applikazzjoni tal-Metodu A se twassal għal riżultati aktar affidabbli b’inqas inċertezza tal-emissjonijiet ġenerali, bl-użu tal-aqwa teknoloġija u għarfien disponibbli fil-ħin tal-applikazzjoni għall-permess għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-approvazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ, mingħajr ma twassal għal kostijiet irraġonevoli. Fejn jiġi applikat il-Metodu B, kull operatur għandu juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-inċertezza ġenerali għal-livell annwali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-infrastruttura tat-trasport tal-operatur ma taqbiżx is–7,5 %.

L-operatur ta’ infrastruttura tat-trasport tas-CO2 li juża l-Metodu B ma għandux iżid is-CO2 riċevut minn installazzjoni oħra jew minn infrastruttura tat-trasport tas-CO2 permessa f’konformità mad-Direttiva 2003/87/KE mal-livell ikkalkulat tal-emissjonijiet tiegħu, u ma għandux inaqqas mil-livell ikkalkulat ta’ emissjonijiet tiegħu kwalunkwe CO2 ittrasferit għal installazzjoni oħra jew infrastruttura tat-trasport tas-CO2 permessa f’konformità mad-Direttiva 2003/87/KE.

Kull operatur ta’ infrastruttura tat-trasport tas-CO2 għandu juża l-Metodu A għall-validazzjoni tar-riżultati tal-Metodu B mill-inqas darba fis-sena. Għal dik il-validazzjoni, l-operatur jista’ juża livelli iżjed baxxi għall-applikazzjoni tal-Metodu A.

B.1.    Metodu A

Kull operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet skont il-formula li ġejja:

Emissjonijiet [t CO2]=Einfrastruttura tat-trasport +ΣiTIN,i – ΣiTOUT,i– ΔEfi tranżitu

Fejn:

Emissjonijiet

=

Emissjonijiet totali ta’ CO2 tal-infrastruttura tat-trasport [t CO2];

Einfrastruttura tat-trasport

=

L-ammont ta’ CO2 [t CO2] mill-attività tal-infrastruttura tat-trasport stess, jiġifieri mhux emissjonijiet li joriġinaw mis-CO2 ittrasportat, iżda li jiġu rilaxxati minn proċessi ta’ kombustjoni jew proċessi oħra konnessi b’mod funzjonali mal-infrastruttura tat-trasport, immonitorjati skont it-taqsimiet rilevanti tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;

TIN,i

=

L-ammont ta’ CO2 ittrasferit għall-infrastruttura tat-trasport fil-punt tad-dħul i, iddeterminat jew abbażi ta’ fluss minn sors wieħed jew aktar bħal f’metodoloġija tal-bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 25 jew abbażi ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kejl f’konformità mal-Artikoli 40 sa 46 u l-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament.

TOUT,i

=

L-ammont ta’ CO2 ittrasferit mill-infrastruttura tat-trasport fil-punt ta’ ħruġ i, iddeterminat jew abbażi ta’ fluss minn sors wieħed jew aktar bħal f’metodoloġija tal-bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 25 jew abbażi ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kejl f’konformità mal-Artikoli 40 sa 46 u l-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament.

ΔEfi tranżitu

=

L-ammont ta’ CO2 ittrasferit għall-infrastruttura tat-trasport fil-punt tad-dħul i, li ma jiġix ittrasferit lejn installazzjoni oħra jew infrastruttura tat-trasport tas-CO2 fl-istess perjodu ta’ rapportar iżda sal-iskadenza indikata fl-Artikolu 49(7) ta’ dan ir-Regolament fis-sena ta’ wara l-perjodu ta’ rapportar. L-ammonti korrispondenti ma għandhomx jitqiesu għal TOUT,i għall-perjodu ta’ rapportar sussegwenti.

B.2.    Metodu B

Kull operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet billi jikkunsidra l-proċessi kollha rilevanti ta’ emissjoni fl-installazzjoni kif ukoll l-ammont ta’ CO2 maqbud u trasferit fl-infrastruttura tat-trasport, u bl-użu tal-formula li ġejja:

Emissjonijiet [t CO2]= E li jaħrab + Eivventjat + Eavvenimenti ta’ tnixxija + Einfrastruttura tat-trasport

Fejn:

Emissjonijiet

=

Emissjonijiet totali ta’ CO2 tal-infrastruttura tat-trasport [t CO2];

li jaħrab

=

L-ammont ta’ emissjonijiet li jaħarbu [t CO2] minn CO2 ittrasportat fl-infrastruttura tat-trasport, inkluż minn siġilli, valvi, stazzjonijiet intermedji ta’ kompressjoni u faċilitajiet ta’ ħżin intermedji;

Eivventjat

=

L-ammont ta’ emissjonijiet ivventjati [t CO2] minn CO2 ittrasportat fl-infrastruttura tat-trasport;

Eavvenimenti ta’ tnixxija

=

L-ammont ta’ CO2 [t CO2] ittrasportat fl-infrastruttura tat-trasport, li jiġi rilaxxat bħala riżultat tal-ħsara ta’ komponent wieħed jew aktar tal-infrastruttura tat-trasport;

Einfrastruttura tat-trasport

=

L-ammont ta’ CO2 [t CO2] mill-attività tal-infrastruttura tat-trasport stess, jiġifieri mhux emissjonijiet li jirriżultaw mis-CO2 ittrasportat, iżda li jiġu rilaxxati minn proċessi ta’ kombustjoni jew proċessi oħra konnessi b’mod funzjonali mal-infrastruttura tat-trasport, immonitorjati skont it-taqsimiet rilevanti tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;

B.2.1.    Emissjonijiet li jaħarbu mill-infrastruttura tat-trasport

L-operatur ta’ infrastruttura tat-trasport tas-CO2 għandu jikkunsidra l-emissjonijiet li jaħarbu minn tal-inqas kwalunkwe wieħed mit-tipi ta’ tagħmir li ġejjin:

(a) 

siġilli;

(b) 

strumenti tal-kejl;

(c) 

valvoli;

(d) 

stazzjonijiet intermedji ta’ kompressjoni;

(e) 

faċilitajiet intermedji ta’ ħżin inklużi dawk immuntati fuq vetturi tat-trasport tas-CO2.

L-operatur għandu jiddetermina r-rati medji tal-emissjonijiet ER (espressi f’g CO2/unità ta’ ħin) għal kull biċċa tagħmir għal kull okkorrenza fejn jista’ jiġi mistenni li jseħħu emissjonijiet li jaħarbu fil-bidu tal-operat, u l-aktar tard sal-aħħar tal-ewwel sena ta’ rapportar li fiha l-infrastruttura tat-trasport tkun qiegħda topera. L-operatur għandu jirrieżamina dawk ir-rati mill-inqas kull 5 snin fid-dawl tal-aqwa tekniki u għarfien.

L-operatur għandu jikkalkula l-emissjonijet li jaħarbu billi jimmultiplika l-għadd ta' bċejjeċ ta’ tagħmir f’kull kategorija bir-rata ta’ emissjonijiet u jgħodd ir-riżultati għall-kategoriji singoli kif muri fl-ekwazzjoni li ġejja:

image

L-għadd ta’ okkorrenzi (Noccurr) għandu jkun l-għadd ta’ biċċiet tat-tagħmir speċifiku għal kull kategorija, immultiplikat bl-għadd ta’ unitajiet ta’ ħin fis-sena.

B.2.2.    Emissjonijiet minn avvenimenti ta’ tnixxija

L-operatur ta’ infrastruttura tat-trasport tas-CO2 għandu jipprovdi evidenza tal-integrità tas-sistema billi juża data rappreżentattiva (relatata mal-ispazju u ż-żmien) dwar it-temperatura u l-pressjoni. Fejn id-data tindika li tkun seħħet tnixxija, l-operatur għandu jikkalkula l-ammont ta’ CO2 li jkun ħareġ b’metodoloġija adattata ddokumentata fil-pjan ta’ monitoraġġ, ibbażata fuq linji gwida tal-aqwa prattiki tal-industrija, inkluż bl-użu tad-differenzi fid-data tat-temperatura u l-pressjoni mqabbla ma’ valuri medji tal-pressjoni u t-temperatura relatati mal-integrità.

B.2.3.    Emissjonijiet ivventjati

Kull operatur ta’ infrastruttura tat-trasport tas-CO2 għandu jipprovdi fil-pjan ta’ monitoraġġ analiżi dwar is-sitwazzjonijiet potenzjali ta’ vventjar ta’ emissjonijiet, inkluż għal raġunijiet ta’ manutenzjoni jew emerġenza, u jipprovdi metodoloġija adattata ddokumentata sabiex jikkalkula l-ammont ta’ CO2 ivventjat, abbażi tal-linji gwida dwar l-aħjar prattiki tal-industrija.

▼B

23.   ĦŻIN ĠEOLOĠIKU TA' CO2 F'POST TA' ĦŻIN PERMESS SKONT ID-DIRETTIVA 2009/31/KE

A.    Kamp ta' applikazzjoni

▼M5

L-awtorità kompetenti għandha tibbaża l-limiti għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet mill-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 fuq id-delimitazzjoni tal-post tal-ħżin u l-kumpless tal-ħżin kif speċifikat fil-permess skont id-Direttiva 2009/31/KE, kif ukoll il-faċilitajiet anċillari kollha funzjonalment konnessi mal-kumpless tal-ħżin, bħall-ħżin intermedju tas-CO2, il-booster, il-likwefazzjoni, il-gassifikazzjoni, l-istazzjonijiet tal-purifikazzjoni jew il-ħiters. Meta jiġu identifikati tnixxijiet mill-kumpless tal-ħżin u dawn iwasslu għal emissjonijiet jew rilaxx tas-CO2 fil-kolonna tal-ilma, l-operatur għandu jwettaq minnufih dan kollu li ġej:

(a) 

jinnotifika lill-awtorità kompetenti;

(b) 

jinkludi t-tnixxija bħala fluss minn sors jew sors ta’ emissjoni għall-installazzjoni rispettiva;

(c) 

jimmonitorja u jirrapporta l-emissjonijiet.

▼B

L-operatur għandu jelimina t-tnixxija bħala sors ta' emissjonijiet mill-pjan ta' monitoraġġ u ma jibqax jimmonitorja u jirrapporta dawn l-emissjonijiet biss meta jkunu ttieħdu miżuri korrettivi skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/31/KE u ma jibqgħux jiġu individwati emissjonijiet jew rilaxx fil-kolonna tal-ilma minn dik it-tnixxija.

Kull operatur ta' attività ta' ħżin ġeoloġiku għandu jikkunsidra mill-inqas is-sorsi ta' emissjoni potenzjali li ġejjin għas-CO2 b'mod ġenerali: użu ta' karburant minn stazzjonijiet booster assoċjati u attivitajiet ta' kombustjoni oħrajn inklużi impjanti tal-enerġija elettrika fil-post; ivventjar minn operazzjonijiet ta' injezzjoni jew ta' rkupru mtejjeb ta' idrokarburi; emissjonijiet li jaħarbu waqt l-injezzjoni; CO2 breakthrough mill-operat ta' rkupru mtejjeb ta' idrokarburi; u tnixxijat.

B.    Kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2

▼M5

L-operatur tal-attività ta’ ħżin ġeoloġiku ma għandux iżid is-CO2 riċevut minn installazzjoni oħra mal-livell ikkalkulat ta’ emissjonijiet tiegħu, u mil-livell ikkalkulat ta’ emissjonijiet tiegħu ma għandu jnaqqas l-ebda CO2 li jkun maħżun b’mod ġeoloġiku fil-post tal-ħżin jew li jiġi ttrasferit lejn installazzjoni oħra. L-operatur għandu jimmonitorja l-emissjonijiet minn kwalunkwe faċilità anċillari konnessa b’mod funzjonali mal-kumpless tal-ħżin f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 22 tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

▼B

B.1.    Emissjonijiet ivventjati u li jaħarbu minn injezzjoni

L-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet minn emissjonijiet ivventjati u li jaħarbu kif ġej:

CO2 rilaxxat [t CO2 ] = V CO2 [t CO2] + F CO2 [t CO2]

Fejn:

V CO2 = ammont ta' CO2 vventjat;

F CO2 = ammont ta' CO2 minn emissjonijiet li jaħarbu.

▼M5

Kull operatur għandu jiddetermina l-V CO2 bħala fluss minn sors wieħed jew aktar bħal f’metodoloġija ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 25 jew billi juża metodoloġija bbażata fuq il-kejl f’konformità mal-Artikoli 41 sa 46 ta’ dan ir-Regolament. B’deroga mill-ewwel sentenza u mal-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-operatur jista’ jinkludi fil-pjan ta’ monitoraġġ metodoloġija xierqa għad-determinazzjoni tal-V CO2 abbażi tal-aħjar prattiki tal-industrija, fejn l-applikazzjoni ta’ metodoloġiji ta’ monitoraġġ imsemmija fl-ewwel sentenza ikunu jistgħu jwasslu għal kostijiet irraġonevoli jew l-operatur ikun jista’ juri li l-metodoloġija bbażata fuq l-aħjar prattiki tal-industrija tippermetti li l-ammonti jiġu ddeterminati b’mill-inqas l-istess preċiżjoni bħall-metodoloġiji bbażati fuq il-kejl.

▼B

L-operatur għandu jikkunsidra l-F CO2 bħala sors wieħed, li jfisser li r-rekwiżiti ta' inċertezza assoċjati mal-livelli skont it-taqsima 1 tal-Anness VIII jiġu applikati għall-valur totali minflok għall-punti individwali ta' emissjoni. Kull operatur għandu jipprovdi fil-pjan ta' monitoraġġ analiżi dwar sorsi potenzjali ta' emissjonijiet li jaħarbu, u jipprovdi metodoloġija ddokumentata adattata sabiex jikkalkula jew ikejjel l-ammont ta' F CO2, abbażi ta' linji gwida tal-aqwa prattiki tal-industrija. Għad-determinazzjoni tal-F CO2 l-operatur jista' juża data miġbura skont l-Artikoli 32 sa 35 u l-Anness II (1.1) (e) sa (h) tad-Direttiva 2009/31/KE għall-faċilità ta' injezzjoni, fejn tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

B.2.    Emissjonijiet ivventjati u li jaħarbu minn operazzjonijiet ta' rkupru mtejjeb ta' idrokarburi

▼M5

Kull operatur għandu jikkunsidra mill-inqas is-sorsi ta’ emissjonijiet addizzjonali potenzjali li ġejjin mill-irkupru mtejjeb tal-idrokarburi (EHR):

▼B

(a) 

l-unitajiet ta' separazzjoni tal-gass u taż-żejt u l-impjant tar-riċiklaġġ tal-gass, fejn jistgħu jseħħu emissjonijiet li jaħarbu ta' CO2;

(b) 

iċ-ċumnija tal-flare, fejn jistgħu jseħħu emissjonijiet minħabba l-applikazzjoni ta' sistemi kontinwi ta' vventjar pożittiv u waqt id-depressurizzazzjoni tal-installazzjoni tal-produzzjoni ta' idrokarburi;

(c) 

is-sistema ta' vventjar ta' CO2, sabiex jiġi evitat li konċentrazzjonijiet għolja ta' CO2 jitfu l-flare.

Kull operatur għandu jiddetermina emissjonijiet li jaħarbu jew CO2 vventjat skont is-subtaqsima B.1 ta' din it-taqsima tal-Anness IV.

Kull operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet miċ-ċumnija tal-flare skont is-subtaqsima D tat-taqsima 1 ta' dan l-Anness, billi jikkunsidra s-CO2 inerenti potenzjali fil-gass tal-flare skont l-Artikolu 48.

B.3.    Tnixxija mill-kumpless ta' ħżin

L-emissjonijiet u r-rilaxx fil-kolonna tal-ilma għandhom jiġu kkwantifikati kif ġej:

image

Fejn:

L CO

2

=

il-massa ta' CO2 emessa jew rilaxxata kull jum kalendarju minħabba t-tnixxija skont dan kollu li ġej:

(a) 

għal kull jum kalendarju li għalih tiġi mmonitorjata tnixxija, kull operatur għandu jikkalkula l-L CO2 bħala l-medja tal-massa li tkun ħarġet bħala tnixxija kull siegħa [t CO2/siegħa] immultiplikata b'24;

(b) 

kull operatur għandu jiddetermina l-massa li tkun ħarġet bħala tnixxija kull siegħa skont id-dispożizzjonijiet fil-pjan ta' monitoraġġ approvat għall-post tal-ħżin u t-tnixxija;

(c) 

għal kull jum kalendarju qabel il-bidu tal-monitoraġġ, l-operatur għandu jikkunsidra l-massa ta' tnixxija għal kull jum li tkun daqs il-massa li tkun ħarġet bħala tnixxija għal kull jum għall-ewwel jum ta' monitoraġġ filwaqt li jiżgura li ma' sseħħ l-ebda sottostima;

T

bidu

=

l-iżjed reċenti ta':

a) 

l-aħħar data meta l-ebda emissjoni jew rilaxx ta' CO2 fil-kolonna tal-ilma mis-sors ikkunsidrati ma jkunu ġew irrapportati;

b) 

id-data li fiha tkun bdiet l-injezzjoni ta' CO2;

c) 

data oħra b'mod li jkun hemm evidenza li turi b'sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li mhuwiex possibbli li l-emissjoni jew ir-rilaxx fil-kolonna tal-ilma jkunu bdew qabel dik id-data.

Ttmiem = id-data sa liema jkunu ttieħdu miżuri korrettivi skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/31/KE u ma jkunux għadhom qegħdin jiġu skoperti emissjonijiet jew rilaxx ta' CO2 fil-kolonna tal-ilma.

L-awtorità kompetenti għandha tapprova u tippermetti l-użu ta' metodi oħra għall-kwantifikazzjoni ta' emissjonijiet jew rilaxx ta' CO2 fil-kolonna tal-ilma minn tnixxijat fejn l-operatur jista' juri b'sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li metodi bħal dawn iwasslu għal preċiżjoni ogħla mill-metodoloġija stabbilita f'din is-subtaqsima.

L-operatur għandu jikkwantifika l-ammont ta' emissjonijiet li jnixxu mill-kumpless ta' ħżin għal kull wieħed mill-avvenimenti ta' tnixxija b'inċertezza ġenerali massima matul il-perjodu ta' rapportar ta' 7,5 %. F'każ li l-inċertezza ġenerali tal-metodoloġija ta' kwantifikazzjoni applikata tkun iżjed minn 7,5 %, kull operatur għandu japplika aġġustament, kif ġej:

CO2,Irrapportat [t CO2] = CO2,Ikkwantifikat [t CO2] * (1 + (InċertezzaSistema [%]/100) – 0,075)

Fejn:

CO2,Irrapportat = l-ammont ta' CO2 li għandu jiġi inkluż fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet rigward l-avveniment ta' tnixxija inkwistjoni;

CO2,Ikkwantifikat = l-ammont ta' CO2 ddeterminat permezz tal-metodoloġija ta' kwantifikazzjoni użata għall-avveniment ta' tnixxija inkwistjoni;

InċertezzaSistema = il-livell ta' inċertezza assoċjat mal-metodoloġija ta' kwantifikazzjoni użata għall-avveniment ta' tnixxija inkwistjoni.




ANNESS V

▼M4

Rekwiżiti minimi tal-livelli għal metodoloġiji bbażati fuq il-kalkolu li jinvolvu installazzjonijiet tal-kategorija A msemmija fl-Artikolu 19(2), il-punt (a), u l-entitajiet tal-kategorija A msemmija fl-Artikolu 75e(2), il-punt (a), u l-fatturi ta’ kalkolu għall-karburanti standard kummerċjali użati mill-installazzjonijiet tal-kategorija B u C imsemmija fl-Artikolu 19(2), il-punti (b) u (c), u l-entitajiet tal-kategorija B imsemmija fl-Artikolu 75e(2), il-punt (b)

▼B



Tabella 1

Livelli minimi li għandhom jiġu applikati għal metodoloġiji bbażati fuq il-kalkolu fil-każ ta' installazzjonijiet tal-kategorija A u fil-każ ta' fatturi ta' kalkolu għal karburanti standard kummerċjali għall-installazzjonijiet kollha skont il-punt (a) tal-Artikolu 26(1)

Attività/Tip ta' fluss minn sors

Id-data dwar l-attivitajiet

Fattur ta' emissjoni (*1)

data ta' kompożizzjoni (kontenut ta' karbonju) (*1)

Fattur ta' ossidazzjoni

Fattur ta' konverżjoni

Ammont ta' karburant jew materjal

Valur kalorifiku nett

Kombustjoni ta' karburanti

Karburanti kummerċjali standard

2

2a/2b

2a/2b

m.a.

1

m.a.

Karburanti gassużi u likwidi oħrajn

2

2a/2b

2a/2b

m.a.

1

m.a.

▼M4

Karburanti solidi, eskluż l-iskart

1

2a/2b

2a/2b

mhux applikabbli

1

mhux applikabbli

▼M4

Skart

1

2a/2b

2a/2b

mhux applikabbli

1

mhux applikabbli

▼B

Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa għat-Terminals tal-Ipproċessar tal-Gass

1

m.a.

m.a.

1

m.a.

m.a.

Flares

1

m.a.

1

m.a.

1

m.a.

Tisfija mill-impuritajiet (karbonat)

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Tisfija mill-impuritajiet (ġipsum)

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Tisfija mill-impuritajiet (urea)

1

1

1

m.a.

1

m.a.

▼M5

Raffinerija ta’ żejt

▼B

Riġenerazzjoni ta' krekkjar katalitiku

1

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

Produzzjoni tal-kokk

 

 

 

 

 

 

Bilanċ tal-massa

1

m.a.

m.a.

2

m.a.

m.a.

Karburant bħala input ta' proċess

1

2

2

m.a.

m.a.

m.a.

Xiwi u sinterizzazzjoni ta' metall mhux maħdum

Bilanċ tal-massa

1

m.a.

m.a.

2

m.a.

m.a.

Input ta' karbonat

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Produzzjoni tal-ħadid u l-azzar

Bilanċ tal-massa

1

m.a.

m.a.

2

m.a.

m.a.

Karburant bħala input ta' proċess

1

2a/2b

2

m.a.

m.a.

m.a.

Produzzjoni jew ipproċessar ta' metalli ferrużi u mhux ferrużi, inkluż aluminju sekondarju

Bilanċ tal-massa

1

m.a.

m.a.

2

m.a.

m.a.

Emissjonijiet ta' proċess

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

▼M5

Produzzjoni ta’ aluminju primarju jew ta’ alumina

▼B

Bilanċ tal-massa għall-emissjonijiet ta' CO2

1

m.a.

m.a.

2

m.a.

m.a.

Emissjonijiet ta' PFC (il-Metodu tal-pendil)

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

m.a.

Emissjonijiet ta' PFC (il-metodu tal-vultaġġ żejjed)

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

m.a.

Produzzjoni ta' gagazza tas-siment

Abbażi tal-input tal-kalkara (il-Metodu A)

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Output tal-gagazza (il-Metodu B)

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

CKD

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

m.a.

Input ta' karbonju mhux karbonat

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Produzzjoni ta' ġir u kalċinazzjoni ta' dolomit u manjeżit

Karbonati (il-Metodu A)

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Inputs oħrajn ta' proċess

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Ossidu alkalin tal-art (il-Metodu B)

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Manifattura ta' ħġieġ u suf minerali

Inputs tal-karbonat

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

m.a.

Inputs oħrajn ta' proċess

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Manifattura ta' prodotti taċ-ċeramika

Inputs tal-karbonju (il-Metodu A)

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Inputs oħrajn ta' proċess

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Ossidu alkalin (il-Metodu B)

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

1

Purifikazzjoni

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

m.a.

Produzzjoni ta' ġipsum u plasterboard: ara kombustjoni tal-karburanti

Produzzjoni ta' polpa u karta

Sustanzi kimiċi tal-make up

1

m.a.

1

m.a.

m.a.

m.a.

Produzzjoni ta' iswed tal-karbonju

Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa

1

m.a.

m.a.

1

m.a.

m.a.

Produzzjoni ta' ammonijaka

Karburant bħala input ta' proċess

2

2a/2b

2a/2b

m.a.

m.a.

m.a.

Produzzjoni ta' sustanzi kimiċi organiċi fi kwantitajiet kbar

Bilanċ tal-massa

1

m.a.

m.a.

2

m.a.

m.a.

Produzzjoni tal-idroġenu u l-gass tas-sinteżi

Karburant bħala input ta' proċess

2

2a/2b

2a/2b

m.a.

m.a.

m.a.

Bilanċ tal-massa

1

m.a.

m.a.

2

m.a.

m.a.

Produzzjoni ta' irmied tas-soda u bikarbonat tas-sodju

Bilanċ tal-massa

1

m.a.

m.a.

2

m.a.

m.a.

▼M5

Qbid, trasferiment u ħżin ġeoloġiku tas-CO2 fis-sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE

Bilanċ tal-massa ta’ CO2 ittrasferit

2

m.a.

m.a.

2

m.a.

m.a.

L-ivventjar tas-CO2, ir-rilokazzjoni u l-emissjonijiet li jaħarbu

2

m.a.

m.a.

2

m.a.

m.a.

(*1)   

Livelli għall-fattur ta' emissjoni huma relatati mal-fattur ta' emissjoni preliminari, u l-kontenut ta' karbonju huwa relatat mal-kontenut totali tal-karbonju. Għal materjali mħallta, il-frazzjoni tal-bijomassa għandha tkun iddeterminata separatament. Il-Livell 1 għandu jkun il-livell minimu li għandu jiġi applikat għall-frazzjoni tal-bijomassa fil-każ ta' installazzjonijiet tal-kategorija A u fil-każ ta' karburanti standard kummerċjali għall-installazzjonijiet kollha skont il-punt (a) tal-Artikolu 26(1).

(“m.a.” tfisser “mhux applikabbli”)

▼M4



Tabella 2

Livelli minimi li għandhom jiġu applikati għal metodoloġiji bbażati fuq il-kalkolu fil-każ ta’ entitajiet tal-kategorija A u fil-każ ta’ fatturi ta’ kalkolu għal karburanti standard kummerċjali għall-entitajiet regolati f’konformità mal-Artikolu 75e(2), il-punt (a)

Tip ta’ fluss ta’ karburant

Ammont ta’ karburant rilaxxat

Fattur ta’ konverżjoni ta’ unità

Fattur ta’ emissjoni (*1)

Karburanti standard kummerċjali

2

2a/2b

2a/2b

Karburanti gassużi u likwidi oħra

2

2a/2b

2a/2b

Karburanti solidi

1

2a/2b

2a/2b

(*1)   

Il-livelli għall-fattur ta’ emissjoni huma relatati mal-fattur preliminari ta’ emissjoni. Għal materjali mħallta, il-frazzjoni tal-bijomassa għandha tkun iddeterminata separatament. Il-Livell 1 għandu jkun il-livell minimu li għandu jiġi applikat għall-frazzjoni tal-bijomassa fil-każ ta’ entitajiet tal-kategorija A u fil-każ ta’ karburanti standard kummerċjali għall-entitajiet regolati kollha f’konformità mal-Artikolu 75e(2), il-punt (a)

▼B




ANNEX VI

Valuri ta' referenza għall-fatturi ta' kalkolu (l-Artikolu 31(1)(a))

1.   FATTURI TA' EMISSJONI TA' KARBURANTI RELATATI MA' VALURI KALORIFIĊI NETTI (NCV)



Tabella 1

Fatturi ta' emissjoni tal-fjuwil li huma relatati għall-valur kalorifiku nett (NCV) u għall-valuri kalorifiċi netti skont il-massa tal-fjuwil.

Deskrizzjoni tat-tip ta' fjuwil

Fattur ta' emissjoni (t CO2/TJ)

Valur kalorifiku nett (TJ/Gg)

Sors

Żejt mhux raffinat

73,3

42,3

IPCC 2006 GL

Orimulsjoni

77,0

27,5

IPCC 2006 GL

Likwidi tal-gass naturali

64,2

44,2

IPCC 2006 GL

Gażolina tal-muturi

69,3

44,3

IPCC 2006 GL

Pitrolju (minbarra l-pitrolju tal-ġettijiet)

71,9

43,8

IPCC 2006 GL

Żejt tax-shale

73,3

38,1

IPCC 2006 GL

Żejt tal-Gass/Diżil

74,1

43,0

IPCC 2006 GL

Żejt tal-fjuwil residwu

77,4

40,4

IPCC 2006 GL

Gassijiet tal-petroleum likwefatti

63,1

47,3

IPCC 2006 GL

Etan

61,6

46,4

IPCC 2006 GL

Nafta

73,3

44,5

IPCC 2006 GL

Bitum

80,7

40,2

IPCC 2006 GL

Lubrikanti

73,3

40,2

IPCC 2006 GL

Kokk tal-petroleum

97,5

32,5

IPCC 2006 GL

Għalf tar-raffineriji

73,3

43,0

IPCC 2006 GL

Gass tar-raffineriji

57,6

49,5

IPCC 2006 GL

Xemgħat tal-Paraffina

73,3

40,2

IPCC 2006 GL

Spirtu Abjad u SBP

73,3

40,2

IPCC 2006 GL

Prodotti oħrajn tal-petroleum

73,3

40,2

IPCC 2006 GL

Antraċit

98,3

26,7

IPCC 2006 GL

Faħam għall-produzzjoni tal-kokk

94,6

28,2

IPCC 2006 GL

Faħam bituminuż ieħor

94,6

25,8

IPCC 2006 GL

Faħam sub-bituminuż

96,1

18,9

IPCC 2006 GL

Linjite

101,0

11,9

IPCC 2006 GL

Żejt tax-shale u ramel tal-qatran

107,0

8,9

IPCC 2006 GL

Karburant ibbrevettat

97,5

20,7

IPCC 2006 GL

Kokk tal-forn tal-kokk u kokk tal-linjite

107,0

28,2

IPCC 2006 GL

Kokk tal-gass

107,0

28,2

IPCC 2006 GL

Qatran tal-faħam

80,7

28,0

IPCC 2006 GL

Gass tal-fabbriki tal-gass

44,4

38,7

IPCC 2006 GL

Gass tal-forn tal-kokk

44,4

38,7

IPCC 2006 GL

Gass tal-kalkara tal-funderija

260

2,47

IPCC 2006 GL

Gass tal-forn tal-azzar tal-ossiġenu

182

7,06

IPCC 2006 GL

Gass naturali

56,1

48,0

IPCC 2006 GL

Skart industrijali

143

m.a.

IPCC 2006 GL

Żjut għar-rimi

73,3

40,2

IPCC 2006 GL

Pit

106,0

9,76

IPCC 2006 GL

Injam/Skart ta' Injam

15,6

IPCC 2006 GL

Bijomassa solida primarja oħra

11,6

IPCC 2006 GL (NCV biss)

Faħam tal-kannol

29,5

IPCC 2006 GL (NCV biss)

Bijogażolina

27,0

IPCC 2006 GL (NCV biss)

Bijodiżils

27,0

IPCC 2006 GL (NCV biss)

Bijokarburanti likwidi oħrajn

27,4

IPCC 2006 GL (NCV biss)

Gass tal-landfill

50,4

IPCC 2006 GL (NCV biss)

Gass mill-ħama

50,4

IPCC 2006 GL (NCV biss)

Bijogass ieħor

50,4

IPCC 2006 GL (NCV biss)

Tajers ta' skart

85,0 (1)

m.a.

WBCSD CSI

▼M4

Skart muniċipali (frazzjoni mhux tal-bijomassa)

91,7

mhux applikabbli

IPCC 2006 GL

▼B

Monossidu tal-karbonju

155,2 (2)

10,1

J. Falbe and M. Regitz, Römpp Chemie Lexikon, Stuttgart, 1995

Metan

54,9 (3)

50,0

J. Falbe and M. Regitz, Römpp Chemie Lexikon, Stuttgart, 1995

(1)   

Dan il-valur huwa l-fattur ta' emissjoni preliminari, jiġifieri qabel l-applikazzjoni ta' frazzjoni tal-bijomassa, jekk applikabbli.

(2)   

Abbażi ta' NCV ta' 10,12 TJ/t

(3)   

Abbażi ta' NCV ta' 50,01 TJ/t

2.   FATTURI TA' EMISSJONI RELATATI MA' EMISSJONIJIET TA' PROĊESSI



Tabella 2

Fattur stojkjometriku ta' emissjoni għal emissjonijiet ta' proċess mid-dekompożizzjoni tal-karbonati (il-Metodu A)

Karbonat

Fattur ta' emissjoni [t CO2/ t Karbonat]

CaCO3

0,440

MgCO3

0,522

Na2CO3

0,415

BaCO3

0,223

Li2CO3

0,596

K2CO3

0,318

SrCO3

0,298

NaHCO3

0,524

FeCO3

0,380

Ġenerali

Fattur ta' emissjoni = [M(CO2)] / {Y * [M(x)] + Z *[M(CO3 2-)]}

X = metall

M(x) = piż molekolari ta' X f'[gm/mol]

M(CO2) = piż molekulari ta' CO2 f'[g/mol]

M(CO3 2-) = piż molekulari ta' CO3 2- f'[g/mol]

Y = numru stojkjometriku ta' X

Z = numru stojkjometriku ta' CO3 2-



Tabella 3

Fattur stojkjometriku ta' emissjoni għal emissjonijiet ta' proċess mid-dekompożizzjoni tal-karbonati abbażi ta' ossidi alkalini tal-art (il-Metodu B)

Ossidu

Fattur ta' emissjoni [t CO2/ t Ossidu]

CaO

0,785

MgO

1,092

BaO

0,287

ġenerali:

XYOZ

Fattur ta' emissjoni = [M(CO2)] / {Y * [M(x)] + Z * [M(O)]}

X = metall alkalin tal-art jew alkalin

M(x) = piż molekolari ta' X f'[gm/mol]

M(CO2) = piż molekulari ta' CO2 [g/mol]

M(O) = piż molekolari ta' O [gm/mol]

Y Ynumru stojkjometriku ta' X= 1 (għal metalli alkalini tal-art)= 2 (għal metalli alkalini)

numru stojkjometriku ta' X

= 1 (għal metalli alkalini tal-art)

= 2 (għal metalli alkalini)

Z = numru stojkjometriku ta' O = 1



Tabella 4

Fatturi stojkjometriku ta' emissjonijiet għall-emissjonijiet ta' proċess minn materjali oħrajn ta' proċess (il-produzzjoni ta' ħadid u azzar, u l-ipproċessar ta' materjali ferrużi) (1)

Materjal ta' input jew produzzjoni

Kontenut ta' karbonju

(t C/t)

Fattur ta' emissjoni

(t CO2/t)

Ħadid miksub b'riduzzjoni diretta (DRI)

0,0191

0,07

Elettrodi tal-karbonju EAF

0,8188

3,00

Karbonju taċ-ċarġ EAF

0,8297

3,04

Ħadid magħmul f'mattunelli meta jaħraq

0,0191

0,07

Gass tal-forn tal-azzar tal-ossiġenu

0,3493

1,28

Kokk tal-petroleum

0,8706

3,19

Ħadid fondut grezz

0,0409

0,15

Ħadid / ruttam ferruż

0,0409

0,15

Azzar / ruttam tal-metall

0,0109

0,04

(1)   

IPCC 2006 Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra



Tabella 5

Fatturi stojkjometriku ta' emissjonijiet għall-emissjonijiet ta' proċess minn materjali oħra ta' proċess (Sustanzi kimiċi organiċi fi kwantitajiet kbar) (1)

Sustanza

Kontenut ta' karbonju

(t C/t)

Fattur ta' emissjoni

(t CO2 / t)

Aċetonitril

0,5852

2,144

Akrilonitril

0,6664

2,442

Butadien

0,888

3,254

Iswed tal-karbonju

0,97

3,554

Etilen

0,856

3,136

Diklorur tal-etilen

0,245

0,898

Glikol tal-etilen

0,387

1,418

Ossidu tal-etilen

0,545

1,997

Ċjanur tal-idroġenu

0,4444

1,628

Metanol

0,375

1,374

Metan

0,749

2,744

Propan

0,817

2,993

Propilen

0,8563

3,137

Monomer tal-klorur tal-vinil

0,384

1,407

(1)   

IPCC 2006 Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra

3.   POTENZJALI GĦAT-TISĦIN GLOBALI GĦAL GASSIJIET SERRA LI MHUMIEX CO2

▼M1



Tabella 6

Potenzjali għat-tisħin globali

Gass

Potenzjal għat-tisħin globali

N2O

265 t CO2(e)/t N2O

CF4

6 630  t CO2(e)/t CF4

C2F6

11 100  t CO2(e)/t C2F6

▼B




ANNESS VII

Frekwenza minima tal-analiżijiet (l-Artikolu 35)



Karburant/materjal

Frekwenza minima tal-analiżijiet

Gass naturali

Mill-inqas darba fil-ġimgħa

▼M5

CO2 ittrasferit

Mill-inqas darba fil-ġimgħa

Gass mit-tromba ta’ ċumnija għall-iskop tal-Artikolu 43(4)

Kull 50 000 tunnellata ta’ CO2 totali, iżda mill-inqas darba fix-xahar

▼B

Gassijiet oħrajn, b'mod partikolari gass tas-sinteżi u gassijiet ta' proċess bħal gass imħallat tar-raffinerija, gass tal-forn tal-kokk, gass tal-forn tal-blast, gass tal-konvertitur, gass tal-bjar taż-żejt u tal-gasfield

Mill-inqas kuljum — bl-użu ta' proċeduri xierqa f'partijiet differenti tal-jum

Żjut tal-karburant (pereżempju żejt tal-karburant ħafif, medju, tqil, bitumen)

Kull 20 000 tunnellata ta' karburant u mill-inqas sitt darbiet fis-sena

Faħam, faħam tal-produzzjoni tal-kokk, kokk, kokk tal-petroleum, pit

Kull 20 000 tunnellata ta' karburant/materjal u mill-inqas sitt darbiet fis-sena

Karburanti oħrajn

Kull 10 000 tunnellata ta' karburant u mill-anqas erba' darbiet fis-sena

Skart solidu mhux ittrattat (fossili puri jew fossili tal-bijomassa mħallta)

Kull 5 000 tunnellata ta' skart u mill-inqas erba' darbiet fis-sena

Skart likwidu, skart solidu ttrattat minn qabel

Kull 10 000 tunnellata ta' skart u mill-inqas erba' darbiet fis-sena

Minerali tal-karbonat (inklużi ġebel tal-ġir u dolomit)

Kull 50 000 tunnellata ta' materjal u mill-inqas erba' darbiet fis-sena

Tafal u shale

Ammonti ta' materjali li jikkorrispondu għal 50 000 tunnellata ta' CO2 u mill-inqas erba' darbiet fis-sena

Materjali oħrajn (prodott primarju, intermedju u finali)

Skont it-tip ta' materjal u l-varjazzjoni, l-ammonti ta' materjal korrispondenti għal 50 000 tunnellata ta' CO2 u mill-inqas erba' darbiet fis-sena




ANNESS VIII

Metodoloġiji bbażati fuq il-kejl (Artikolu 41)

1.   DEFINIZZJONIIET TAL-LIVELLI GĦAL METODOLOĠIJI BBAŻATI FUQ IL-KEJL

Il-metodoloġiji bbażati fuq il-kejl għandhom jiġu approvati skont livelli bl-inċertezzi massimi permissibbli li ġejjin għall-emissjonijiet annwali medji fis-siegħa kkalkulati skont l-Ekwazzjoni 2 kif stabbilit fit-taqsima 3 ta' dan l-Anness.



Tabella 1

Livelli għal CEMS (inċertezza massima permessa għal kull livell)

Fil-każ ta' CO2, l-inċertezza għandha tiġi applikata għall-ammont totali ta' CO2 imkejjel. Fejn il-frazzjoni tal-bijomassa hija ddeterminata bl-użu ta' metodoloġija bbażata fuq il-kejl, l-istess definizzjoni tal-livell bħal dik ta' CO2 għandhom jiġu applikati għall-frazzjoni tal-bijomassa.

 

Livell 1

Livell 2

Livell 3

Livell 4

Sorsi ta' emissjoni ta' CO2

± 10 %

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

Sorsi ta' emissjoni ta' N2O

± 10 %

± 7,5 %

± 5 %

M.A.

Trasferiment ta' CO2

± 10 %

± 7,5 %

± 5 %

± 2,5 %

2.   REKWIŻITI MINIMI TAL-LIVELLI GĦAL INSTALLAZZJONIJIET TAL-KATEGORIJA A



Tabella 2

Livelli minimi li għandhom jiġu applikati għal installazzjonijiet tal-kategorija A għal metodoloġiji bbażati fuq il-kejl skont il-punt (a) tal-Artikolu 41(1)

Gass serra

Livell minimu meħtieġ

CO2

2

N2O

2

3.   DETERMINAZZJONI TA' GHGS BL-UŻU TA' METODOLOĠIJI BBAŻATI FUQ IL-KEJL

Ekwazzjoni 1: Kalkolu tal-emissjonijiet annwali skont l-Artikolu 43(1):

image

Ekwazzjoni 2: Determinazzjoni tal-emissjonijiet medji fis-siegħa:

image

Ekwazzjoni 2a: Determinazzjoni tal-konċentrazzjoni medja ta' GHG kull siegħa bl-għan tar-rapportar skont il-punt 9(b) tal-Anness X, taqsima 1:

image

Ekwazzjoni 2b: Determinazzjoni tal-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija medju fis-siegħa bil-għan tar-rapportar skont il-punt 9(b) tal-Anness X, taqsima 1:

image

Ekwazzjoni 2c: Kalkolu tal-emissjonijiet annwali għall-għan tar-rapport annwali tal-emissjonijiet skont il-punt 9(b) tal-Anness X, taqsima 1:

image

L-abbrevjazzjonijiet li ġejjin huma użati fl-Ekwazzjoni 1 sa 2c:

L-indiċi i jirreferi għas-siegħa tal-operat individwali. Fejn operatur juża perjodi ta' referenza iqsar skont l-Artikolu 44(1), dak il-perjodu ta' referenza għandu jintuża minflok sigħat għal dawn il-kalkoli.

GHG Emtotali = emissjonijiet ta' GHG totali annwali f'tunnellati

GHG konċfis-siegħa, i = konċentrazzjonijiet fis-siegħa ta' emissjonijiet ta' GHG f'gm/Nm3 fil-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija mkejjel matul l-operat għal siegħa i;

Vfis-siegħa, i = volum tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija f'Nm3 għal siegħa i (jiġifieri fluss integrat matul is-siegħa jew perjodu ta' referenza iqsar);

GHG Emmedji = emissjonijiet annwali medji fis-siegħa f'kg/siegħa mis-sors;

Sigħat ta' Op = numru totali ta' sigħat li għalihom hija applikata l-metodoloġija bbażata fuq il-kejl, inklużi s-sigħat li għalihom id-data ġiet sostitwita skont l-Artikolu 45(2) sa (4);

GHG konċmedja = il-medja annwali tal-konċentrazzjonijiet fis-siegħa tal-emissjonijiet ta' GHG f'gm/Nm3;

Flussmedju = fluss medju annwali ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija f'Nm3/siegħa.

4.   KALKOLU TAL-KONĊENTRAZZJONI BL-UŻU TA' KEJL INDIRETT TAL-KONĊENTRAZZJONI

Ekwazzjoni 3: Kalkolu tal-konċentrazzjoni

image

5.   SOSTITUZZJONI GĦAL DATA TAL-KONĊENTRAZZJONIJIET NIEQSA GĦALL-METODOLOĠIJI BBAŻATI FUQ IL-KEJL

Ekwazzjoni 4: Sostituzzjoni għal data tnieqsa għall-metodoloġiji bbażati fuq il-kejl

image

Fejn:

image = il-medja aritmetika tal-konċentrazzjoni tal-parametru speċifiku matul il-perjodu kollu ta' rapportar jew, fejn ċirkostanzi speċifiċi kienu japplikaw meta kien seħħ it-telf ta' data, perjodu xieraq li jirrifletti ċ-ċirkostanzi speċifiċi;

σ C_ = l-aqwa stima tad-devjazzjoni standard tal-konċentrazzjoni tal-parametru speċifiku matul il-perjodu kollu ta' rapportar jew, fejn kienu japplikaw ċirkostanzi speċifiċi meta kien seħħ it-telf ta' data, perjodu xieraq li jirrifletti ċ-ċirkostanzi speċifiċi.

▼M4




ANNESS IX

Data u informazzjoni minimi li għandhom jinżammu f’konformità mal-Artikolu 67(1)

L-operaturi, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u l-entitajiet regolati għandhom iżommu tal-inqas dan li ġej:

1.   ELEMENTI KOMUNI GĦALL-INSTALLAZZJONIJIET, GĦALL-OPERATURI TAL-INĠENJI TAL-AJRU U GĦALL-ENTITAJIET REGOLATI

(1) 

Il-pjan ta’ monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti;

(2) 

Dokumenti li jiġġustifikaw l-għażla tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ u d-dokumenti li jiġġustifikaw bidliet temporali jew mhux temporali ta’ metodoloġiji ta’ monitoraġġ u, fejn applikabbli, ta’ livelli li ġew approvati mill-awtorità kompetenti;

(3) 

L-aġġornamenti rilevanti kollha tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ innotifikati lill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 15, u t-tweġibiet tal-awtorità kompetenti;

(4) 

Il-proċeduri kollha bil-miktub imsemmija fil-pjan ta’ monitoraġġ, inkluż il-pjan ta’ kampjunar fejn rilevanti, il-proċeduri għall-attivitajiet ta’ fluss ta’ data u l-proċeduri għall-attivitajiet ta’ kontroll;

(5) 

Lista tal-verżjonijiet tal-pjan ta’ monitoraġġ kollha użati u l-proċeduri kollha relatati;

(6) 

Dokumentazzjoni tar-responsabbiltajiet b’rabta mal-monitoraġġ u r-rapportar;

(7) 

Il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur, mill-operatur tal-inġenji tal-ajru jew mill-entità regolata, fejn applikabbli;

(8) 

Ir-rapporti ta’ titjib f’konformità mal-Artikolu 69;

(9) 

Ir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet ivverifikat;

(10) 

Ir-rapport ta’ verifika;

(11) 

Kwalunkwe informazzjoni oħra li tiġi identifikata li hija meħtieġa għall-verifika tar-rapport annwali dwar l-emissjonijiet.

2.    ►M5  ELEMENTI SPEĊIFIĊI GĦAL INSTALLAZZJONIJIET STAZZJONARJI: ◄

(1) 

Il-permess għal emissjonijiet tal-gassijiet serra, u kwalunkwe aġġornamenti tiegħu;

(2) 

Kwalunkwe valutazzjoni tal-inċertezzi, fejn applikabbli;

(3) 

Għall-metodoloġiji bbażati fuq kalkolu applikati fl-installazzjonijiet:

(a) 

id-data tal-attivitajiet użata għal kwalunkwe kalkolu tal-emissjonijiet għal kull fluss minn sors, ikkategorizzata skont il-proċess u t-tip ta’ karburant jew materjal;

(b) 

lista tal-valuri prestabbiliti kollha użati bħala fatturi ta’ kalkolu, fejn applikabbli;

(c) 

is-sett sħiħ ta’ riżultati ta’ kampjunar u analiżi għad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ kalkolu;

(d) 

dokumentazzjoni dwar il-proċeduri ineffettivi kollha kkoreġuti u l-azzjoni korrettiva meħuda f’konformità mal-Artikolu 64;

(e) 

kwalunkwe riżultat tal-kalibrazzjoni u l-manutenzjoni ta’ strumenti tal-kejl.

(4) 

Għall-metodoloġiji bbażati fuq il-kejl fl-installazzjonijiet, l-elementi addizzjonali li ġejjin:

(a) 

dokumentazzjoni li tiġġustifika l-għażla ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kejl;

(b) 

id-data użata għall-analiżi ta’ inċertezza ta’ emissjonijiet minn kull sors ta’ emissjoni, ikkategorizzata skont il-proċess;

(c) 

id-data użata għall-kalkoli ta’ korroborazzjoni u r-riżultati tal-kalkoli;

(d) 

deskrizzjoni teknika dettaljata tas-sistema ta’ kejl kontinwu inkluża d-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni min-naħa tal-awtorità kompetenti;

(e) 

data mhux ipproċessata u aggregata mis-sistema ta’ kejl kontinwu, inkluża dokumentazzjoni dwar it-tibdil matul iż-żmien, ir-reġistru dwar it-testijiet, il-ħinijiet ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà tas-sistema (down-times), il-kalibrazzjonijiet, l-għoti ta’ service u l-manutenzjoni;

(f) 

dokumentazzjoni ta’ kwalunkwe tibdil tas-sistema ta’ kejl kontinwu;

(g) 

kwalunkwe riżultat tal-kalibrazzjoni u l-manutenzjoni ta’ strumenti tal-kejl;

(h) 

fejn applikabbli, il-mudell tal-bilanċ tal-massa jew l-enerġija użat għall-fini li tiġi ddeterminata data ta’ sostituzzjoni f’konformità mal-Artikolu 45(4) u s-suppożizzjonijiet sottostanti;

(5) 

Fejn tiġi applikata metodoloġija alternattiva kif imsemmi fl-Artikolu 22, id-data kollha meħtieġa għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet għas-sorsi ta’ emissjoni u l-flussi minn sorsi li għalihom dik il-metodoloġija tiġi applikata, kif ukoll id-data proxy għad-data tal-attività, il-fatturi ta’ kalkolu u parametri oħra li jkollhom jiġu rrapportati taħt approċċ ta’ livelli;

(6) 

►M5  Għall-produzzjoni tal-aluminju primarju jew tal-alumina, l-elementi addizzjonali li ġejjin: ◄

(a) 

dokumentazzjoni tar-riżultati minn kampanji ta’ kejl għad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għall-installazzjoni għal CF4 u C2F6;

(b) 

dokumentazzjoni tar-riżultati tad-determinazzjoni tal-effiċjenza tal-ġbir għall-emissjonijiet li jaħarbu;

(c) 

id-data rilevanti kollha dwar il-produzzjoni tal-aluminju primarju, il-frekwenza tal-effett tal-anodu u d-data dwar id-dewmien jew il-vultaġġ żejjed;

(7) 

Għall-qbid tas-CO2, attivitajiet ta’ trasport u ħżin ġeoloġiku, fejn applikabbli, l-elementi addizzjonali li ġejjin:

(a) 

dokumentazzjoni tal-ammont ta’ CO2 injettat fil-kumpless ta’ ħżin minn installazzjonijiet li jkunu qegħdin iwettqu ħżin ġeoloġiku ta’ CO2;

▼M5

(b) 

data ta’ pressjonijiet u temperaturi aggregata b’mod rappreżentattiv minn infrastruttura tat-trasport

▼M4

(c) 

kopja tal-permess għall-ħżin, inkluż il-pjan ta’ monitoraġġ approvat, skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/31/KE;

(d) 

ir-rapporti ppreżentati f’konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/31/KE;

(e) 

rapporti dwar ir-riżultati tal-ispezzjonijiet imwettqa f’konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/31/KE;

(f) 

dokumentazzjoni dwar miżuri korrettivi meħuda f’konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/31/KE.

▼M5

(8) 

Għal CO2 marbut kimikament b’mod permanenti, fejn applikabbli, l-elementi addizzjonali li ġejjin:

(a) 

dokumentazzjoni tal-ammont ta’ CO2 marbut kimikament b’mod permanenti;

(b) 

it-tipi ta’ prodotti li s-CO2 kien marbut kimikament magħhom, l-ammonti tagħhom prodotti u l-użi rispettivi tal-prodotti.

▼M4

3.   ELEMENTI SPEĊIFIĊI GĦALL-ATTIVITAJIET TAL-AVJAZZJONI

(1) 

Lista ta’ inġenji tal-ajru li jkunu proprjetà tal-operatur, li jinkrew mingħand jew lil parti oħra, u l-evidenza meħtieġa għall-kompletezza ta’ dik il-lista; għal kull inġenju tal-ajru d-data meta dan jiżdied mal-flotta jew jitneħħa mill-flotta tal-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(2) 

Lista ta’ titjiriet koperti f’kull perjodu ta’ rapportar li tinkludi, għal kull titjira, id-deżinjatur tal-ICAO taż-żewġ ajrudromi, u l-evidenza meħtieġa għall-kompletezza ta’ dik il-lista;

(3) 

Data rilevanti użata għad-determinazzjoni tal-konsum u l-emissjonijiet ta’ karburant;

▼M5

(4) 

Għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet, id-dokumentazzjoni dwar il-metodoloġija għal-lakuni fid-data fejn applikabbli, l-għadd ta’ titjiriet fejn seħħew lakuni fid-data, id-data użata biex jingħalqu l-lakuni fid-data, fejn seħħew, u, fejn l-għadd ta’ titjiriet b’lakuni fid-data qabeż il-5 % tat-titjiriet li ġew irrapportati, ir-raġunijiet għal-lakuni fid-data kif ukoll id-dokumentazzjoni tal-azzjonijiet rimedjali meħuda;

▼M5

(5) 

Għall-iskop tal-monitoraġġ u r-rapportar tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2, id-data kollha mmonitorjata mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru skont l-Artikolu 56b(2) ta’ dan ir-Regolament, fejn tali data tintuża għall-kalkolu tas-CO2(e) għal kull titjira f’konformità mal-metodu msemmi fl-Artikolu 56a ta’ dan ir-Regolament;

(6) 

Għall-fini tal-monitoraġġ tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 u meta l-operatur ta’ inġenju tal-ajru ma jużax in-NEATS, l-għadd ta’ titjiriet fejn seħħew lakuni fid-data u l-valuri prestabbiliti xierqa użati tal-Anness IIIa, it-Taqsima 5 u l-Anness IIIb ta’ dan ir-Regolament biex jingħalqu l-lakuni fid-data.

▼M4

4.   ELEMENTI SPEĊIFIĊI GĦAL ENTITAJIET REGOLATI

(1) 

Lista tal-flussi ta’ karburant f’kull perjodu ta’ rapportar u l-evidenza meħtieġa għall-kompletezza ta’ dik il-lista, inkluża l-kategorizzazzjoni tal-flussi ta’ karburant;

(2) 

il-mezzi li permezz tagħhom il-karburanti kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (af), tad-Direttiva 2003/87/KE jiġu rilaxxati għall-konsum u fejn disponibbli, it-tipi ta’ konsumaturi intermedji, fejn dan ma jikkawżax piż amministrattiv sproporzjonat;

(3) 

it-tip ta’ użu aħħari, inkluż il-kodiċi CRF rilevanti tas-setturi aħħarin li fihom jiġi kkonsmat il-karburant kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (af), tad-Direttiva 2003/87/KE, fil-livell ta’ aggregazzjoni disponibbli;

(4) 

id-data rilevanti użata għad-determinazzjoni tal-ammonti ta’ karburant rilaxxati għal kull fluss ta’ karburant;

(5) 

lista tal-valuri prestabbiliti użati u l-fatturi ta’ kalkolu, fejn applikabbli;

(6) 

il-fattur tal-ambitu għal kull fluss ta’ karburant, inkluża identifikazzjoni ta’ kull settur tal-konsum aħħari u d-data sottostanti rilevanti kollha għal din l-identifikazzjoni;

(7) 

il-livelli applikabbli inklużi l-ġustifikazzjonijiet għad-devjazzjoni mil-livelli meħtieġa;

(8) 

is-sett sħiħ ta’ riżultati ta’ kampjunar u analiżi għad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ kalkolu;

(9) 

dokumentazzjoni dwar il-proċeduri ineffettivi kollha kkoreġuti u l-azzjoni korrettiva meħuda f’konformità mal-Artikolu 64;

(10) 

kwalunkwe riżultat tal-kalibrazzjoni u l-manutenzjoni ta’ strumenti tal-kejl;

(11) 

lista ta’ installazzjonijiet li għalihom jiġi rilaxxat il-karburant kif definit fl-Artikolu 3(af) tad-Direttiva 2003/87/KE għall-konsum, inklużi l-ismijiet, l-indirizz u n-numru tal-permess u l-ammonti ta’ karburant rilaxxati pprovduti lil dawk l-installazzjonijiet għall-perjodi ta’ rapportar.

▼B




ANNESS X

Kontenut Minimu tar-Rapporti Annwali (Artikolu 68(3))

1.    ►M5  RAPPORTI DWAR L-EMISSJONIJIET ANNWALI TA’ INSTALLAZZJONIJIET STAZZJONARJI ◄

Ir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet ta' installazzjoni għandu mill-inqas jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

▼M4

(1) 

Data li tidentifika l-installazzjoni, kif speċifikat fl-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE, u n-numru tal-permess uniku tagħha ħlief għal installazzjonijiet għall-inċinerazzjoni ta’ skart muniċipali;

▼B

(2) 

Isem u indirizz tal-verifikatur tar-rapport;

(3) 

Is-sena ta' rapportar;

(4) 

Referenza u n-numru tal-verżjoni tal-aħħar pjan ta' monitoraġġ approvat u d-data li minnha huwa applikabbli, kif ukoll ir-referenza u n-numru tal-verżjoni ta' kwalunkwe pjanijiet ta' monitoraġġ oħrajn rilevanti għas-sena tar-rappurtar;

(5) 

It-tibdil rilevanti fl-operat ta' installazzjoni u t-tibdil kif ukoll id-devjazzjonijiet temporanji li jkunu seħħew waqt il-perjodu ta' rapportar fil-pjan ta' monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti; inkluż it-tibdil temporali jew permanenti ta' livelli, ir-raġunijiet għal dak it-tibdil, id-data tal-bidu għat-tibdil, u d-dati tal-bidu u t-tmiem tat-tibdil temporali;

(6) 

Informazzjoni għall-emissjonijiet u l-flussi minn sorsi kollha li mill-inqas tikkonsisti minn:

▼M5

(a) 

l-emissjonijiet totali espressi bħala t CO2(e), inkluż is-CO2 minn flussi minn sorsi ta’ bijomassa li ma jikkonformawx mal-Artikolu 38(5) ta’ dan ir-Regolament, jew minn flussi minn sorsi RFNBO jew RCF li ma jikkonformawx mal-Artikolu 39a(3) ta’ dan ir-Regolament, jew minn flussi minn sorsi ta’ karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju li ma jikkonformawx mal-Artikolu 39a(4) ta’ dan ir-Regolament;

▼B

(b) 

fejn jiġu rilaxxati gassijiet serra li ma jkunux CO2, l-emissjonijiet totali espressi bħala t;

(c) 

jekk il-kejl jew il-metodoloġija tal-kalkolu msemmija fl-Artikolu 21 jiġux applikati jew le;

(d) 

il-livelli applikati;

(e) 

data tal-attivitajiet:

(i) 

fil-każ ta' karburanti l-ammont ta' karburant (espress bħala tunnellati jew Nm3) u l-valur kalorifiku nett (GJ/t jew GJ/Nm3) li jiġu rrapportati b'mod separat;

(ii) 

għall-flussi l-oħrajn kollha ta' sorsi l-ammont espress bħala tunnellati jew Nm3;

▼M5

(f) 

fatturi ta’ emissjoni, espressi f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 36(2) ta’ dan ir-Regolament; frazzjoni tal-bijomassa; frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero, frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF, frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero, frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju, frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero, fatturi ta’ ossidazzjoni u ta’ konverżjoni, espressi bħala frazzjonijiet mingħajr dimensjoni;

▼B

(g) 

fejn il-fatturi ta' emissjoni għall-karburanti jkunu relatati mal-massa jew mal-volum minflok mal-enerġija, il-valuri ddeterminati skont l-Artikolu 26(5) għall-valur kalorifiku nett tal-fluss minn sors rispettiv;

▼M4

(h) 

fejn fluss minn sors ikun tip ta’ skart, il-kodiċijiet rilevanti tal-iskart skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE ( 18 );

▼M5

(7) 

Fejn tiġi applikata metodoloġija ta’ bilanċ tal-massa, il-fluss tal-massa, u l-kontenut ta’ karbonju għal kull fluss minn sors li jidħol u joħroġ mill-installazzjoni; frazzjoni tal-bijomassa, frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero, frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF, frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero, frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju, frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero, u valur kalorifiku nett, fejn rilevanti;

▼B

(8) 

Informazzjoni li għandha tiġi rrapportata bħala element ta' memo, li mill-inqas tkun tinkludi:

▼M5

(a) 

ammonti ta’ bijomassa u ta’ bijomassa bi klassifikazzjoni żero maħruqa jew ammonti ta’ RFNBO jew RCF u ta’ RFNBO jew RCF bi klassifikazzjoni żero maħruqa, jew ammonti ta’ karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju u ta’ karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero, espressi f’TJ, jew użati fi proċessi, espressi f’t jew Nm3;

(b) 

emissjonijiet ta’ CO2 mill-bijomassa u minn bijomassa bi klassifikazzjoni żero jew emissjonijiet minn RFNBO jew RCF u minn RFNBO jew RCF bi klassifikazzjoni żero, jew emissjonijiet minn karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju u ta’ karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero espressi f’t CO2, fejn tintuża metodoloġija bbażata fuq il-kejl biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet;

(c) 

indikatur għall-valur kalorifiku nett tal-bijomassa jew RFNBO jew RCF jew flussi minn sorsi ta’ karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju użati bħala karburant, fejn rilevanti;

(d) 

emissjonijiet, ammonti u kontenut tal-enerġija tal-karburanti tal-bijomassa u tal-bijolikwidi maħruqa jew RFNBO jew RCF maħruqa, jew karburanti sintetiċi b’livell baxx tal-karbonju maħruqa espressi f’t u TJ, u informazzjoni li l-karburanti tal-bijomassa u l-bijolikwidi bi klassifikazzjoni żero jew RFNBO jew RCF jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju jikkonformaw mal-Artikolu 38(5) jew l-Artikolu 39a(3) jew l-Artikolu 39a(4) ta’ dan ir-Regolament;

(e) 

CO2 jew N2O ttrasferit lejn installazzjoni jew riċevut minn installazzjoni u kwalunkwe CO2 fi tranżitu, fejn japplika l-Artikolu 49 jew 50 ta’ dan ir-Regolament, espress f’t CO2(e);

▼B

(f) 

CO2 inerenti ttrasferit lejn installazzjoni jew riċevut minn installazzjoni, fejn l-Artikolu 48 ikun applikabbli, espress f't CO2;

(g) 

fejn applikabbli, l-isem tal-installazzjoni u l-kodiċi ta' identifikazzjoni tagħha kif rikonoxxut skont l-atti adottati skont l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2003/87/KE:

(i) 

tal-installazzjoni(jiet) li fiha jiġi ttrasferit CO2 jew N2O skont il-punti (e) u (f) ta' dan il-punt (8);

(ii) 

tal-installazzjoni(jiet) li minnha/hom jiġi riċevut CO2 or N2O skont il-punti (e) u (f) ta' dan il-punt (8);

Fejn dik l-installazzjoni ma jkollhiex tali kodiċi ta' identifikazzjoni, għandhom jiġu pprovduti l-isem u l-indirizz tal-installazzjoni kif ukoll l-informazzjoni ta' kuntatt rilevanti ta' persuna ta' kuntatt.

(h) 

CO2 ttrasferit mill-bijomassa, espress f't CO2;

▼M5

(i) 

l-ammont ta’ CO2 marbut kimikament fil-prodott f’konformità mal-Artikolu 49a(1) ta’ dan ir-Regolament, espress f’t CO2;

(j) 

it-tipi u l-ammonti ta’ prodotti prodotti li fihom is-CO2 kien marbut kimikament f’konformità mal-Artikolu 49a(1) ta’ dan ir-Regolament, espressi f’t tal-prodott;

▼B

(9) 

Fejn tiġi applikata metodoloġija tal-kejl:

(a) 

fejn jitkejjel CO2 bħala l-emissjonijiet annwali ta' CO2fossili u l-emissjonijiet annwali ta' CO2mill-użu ta' bijomassa;

(b) 

is-sigħat ta' operat tas-sistema ta' kejl ta' emissjonijiet kontinwi (CEMS), il-konċentrazzjonijiet imkejla ta' gassijiet serra u l-fluss ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija espressi bħala medja annwali fis-siegħa, u bħala valur totali annwali;

▼M5

(c) 

fejn applikabbli, indikatur għall-kontenut tal-enerġija mill-karburanti u l-materjali fossili u mill-bijomassa użata bħala karburanti u materjali kif ukoll minn RFNBO jew RCF jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju.

▼B

(10) 

Fejn tiġi applikata metodoloġija “alternattiva” msemmija fl-Artikolu 22, id-data kollha meħtieġa għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet għas-sorsi ta' emissjonijiet u l-flussi minn sorsi li għalihom tiġi applikata dik il-metodoloġija, kif ukoll id-data proxy għad-data tal-attivitajiet, il-fatturi ta' kalkolu u parametri oħra li jkollhom jiġu rrapportati taħt metodoloġija ta' livelli;

(11) 

Fejn ikunu seħħu nuqqasijiet fid-data u jkunu ġew irrimedjati minn data ta' sostituzzjoni skont l-Artikolu 66(1):

(a) 

il-fluss mis-sors jew is-sors tal-emissjoni li għalihom ikun japplika kull wieħed min-nuqqasijiet fid-data;

(b) 

ir-raġunijiet għal kull nuqqas fid-data;

(c) 

id-data tal-bidu u tat-tmiem u l-ħin ta' kull nuqqas fid-data;

(d) 

l-emissjonijiet ikkalkulati abbażi ta' data ta' sostituzzjoni;

(e) 

fejn il-metodu ta' stima għad-data ta' sostituzzjoni jkun għadu ma ġiex inkluż fil-pjan ta' monitoraġġ, deskrizzjoni dettaljata tal-metodu ta' stima inkluża evidenza li l-metodoloġija użata ma twassalx għal sottostima tal-emissjonijiet għall-perjodu ta' żmien rispettiv;

(12) 

Kwalunkwe tibdil ieħor fl-installazzjoni waqt il-perjodu ta' rapportar b'rilevanza għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-installazzjoni waqt is-sena ta' rapportar;

(13) 

Fejn applikabbli, il-livell ta' produzzjoni tal-aluminju primarju, il-frekwenza u d-dewmien medju tal-effetti tal-anodu waqt il-perjodu ta' rapportar, jew id-data tal-vultaġġ qawwi żżejjed tal-effett tal-anodu waqt il-perjodu ta' rapportar, kif ukoll ir-riżultati tad-determinazzjoni l-iżjed reċenti tal-fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-installazzjoni għal CF4 and C2F6 kif deskritt fil-qosor fl-Anness IV, u tad-determinazzjoni l-iżjed reċenti tal-effiċjenza tal-ġbir tat-tubi.

L-emissjonijiet li jseħħu minn sorsi differenti ta' emissjoni, jew flussi minn sorsi tal-istess tip ta' installazzjoni unika li tagħmel parti mill-istess tip ta' attività jistgħu jiġu rrapportati b'mod aggregat għat-tip ta' attività.

Fejn il-livelli jkunu nbidlu fil-perjodu ta' rapportar, l-operatur għandu jikkalkula u jirrapporta l-emissjoni bħala taqsimiet separati tar-rapport annwali għall-partijiet rispettivi tal-perjodu ta' rapportar.

L-operaturi ta' postijiet ta' ħżin ta' CO2 jistgħu jużaw rapporti ssimplifikati dwar l-emissjonijiet wara l-għeluq tal-post ta' ħżin skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/31/KE li tkun tinkludi tal-anqas l-elementi elenkati taħt il-punti 1 sa 5, bil-kundizzjoni li l-permess għal emissjonijiet ta' gassijiet serra ma jkun jinkludi l-ebda sors ta' emissjoni.

2.   RAPPORTI ANNWALI DWAR EMISSJONIJIET TAL-OPERATURI TA' INĠENJI TAL-AJRU

Ir-rapport dwar l-emissjonijiet għal operatur tal-inġenji tal-ajru għandu mill-inqas jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(1) 

data li tidentifika l-operatur tal-inġenji tal-ajru kif stabbilit bl-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE, u s-sinjal tas-sejħa jew deżinjaturi uniċi oħra użati għal finijiet ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru, kif ukoll dettalji ta' kuntatt rilevanti;

(2) 

Isem u indirizz tal-verifikatur tar-rapport;

(3) 

Is-sena ta' rapportar;

(4) 

Referenza u n-numru tal-verżjoni tal-aħħar pjan ta' monitoraġġ approvat u d-data li minnha huwa applikabbli, ir-referenza u n-numru tal-verżjoni ta' pjanijiet ta' monitoraġġ oħrajn rilevanti għas-sena tar-rappurtar;

(5) 

Tibdil rilevanti fl-operat u d-devjazzjonijiet mill-pjan ta' monitoraġġ approvati waqt il-perjodu ta' rapportar;

(6) 

In-numri ta' reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru u t-tipi ta' inġenji tal-ajru użati fil-perjodu kopert mir-rapport għat-twettiq tal-attivitajiet ta' avjazzjoni koperti bl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE mwettqa mill-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(7) 

In-numru totali ta' titjiriet għal kull par ta' Stati koperti mir-rapport;

▼M5

(8) 

Massa ta’ karburant pur (f’tunnellati) għal kull tip ta’ karburant għal kull par ta’ Stati, inkluża informazzjoni dwar dan kollu li ġej:

(a) 

Jekk il-karburant tal-avjazzjoni alternattiv għandux klassifikazzjoni bi klassifikazzjoni żero f’konformità mal-Artikolu 54c ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

Jekk il-karburant huwiex karburant tal-avjazzjoni eliġibbli;

(c) 

Għal karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli, it-tip ta’ karburant kif definit fl-Artikolu 3c(6) tad-Direttiva 2003/87/KE;

(9) 

L-emissjonijiet totali ta’ CO2 f’tunnellati ta’ CO2 bl-użu tal-fattur ta’ emissjoni preliminari kif ukoll il-fattur ta’ emissjoni diżaggregat mill-Istat Membru tat-tluq u tal-wasla;

▼B

(10) 

Fejn l-emissjonijiet jiġu kkalkulati bl-użu ta' fattur ta' emissjoni jew kontenut tal-karbonju relatati mal-massa u l-volum, id-data proxy għall-valur kalorifiku nett tal-karburant;

(11) 

Fejn ikunu seħħu nuqqasijiet fid-data u jkunu ġew irrimedjati minn data ta' sostituzzjoni skont l-Artikolu 66(2):

(a) 

in-numru ta' titjiriet espressi bħala perċentwal ta' titjiriet annwali (approssimat għall-eqreb 0,1 %) li għalihom seħħew nuqqasijiet fid-data; u ċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet għan-nuqqasijiet fid-data li japplikaw;

(b) 

il-metodu ta' stima għad-data ta' sostituzzjoni applikata;

(c) 

l-emissjonijiet ikkalkulati abbażi ta' data ta' sostituzzjoni;

▼M5

(12) 

Elementi ta’ memo:

(a) 

l-ammont ta’ karburanti tal-avjazzjoni alternattivi użati matul is-sena ta’ rapportar (f’tunnellati) elenkati għal kull tip ta’ karburant, u jekk il-karburanti jikkonformawx mal-Artikolu 54c ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

il-valur kalorifiku nett tal-karburanti alternattivi;

▼M4

(12a) 

L-ammont totali ta’ karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli użati matul is-sena ta’ rapportar (f’tunnellati) elenkati għal kull tip ta’ karburant skont l-Artikolu 3c(6) tad-Direttiva 2003/87/KE;

▼M5

(13) 

Bħala anness għar-rapport annwali dwar l-emissjonijiet, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jinkludi l-emissjonijiet annwali u n-numri annwali ta’ titjiriet għal kull par ta’ ajrudromi. Jekk applikabbli, l-ammont ta’ karburant tal-avjazzjoni alternattiv u karburant tal-avjazzjoni eliġibbli (f’tunnellati) għandu jiġi indikat għal kull par ta’ ajrudromi. Fuq talba tal-operatur l-awtorità kompetenti għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala kunfidenzjali.

▼M5

2a.   RAPPORTI ANNWALI TAL-OPERATURI TA’ INĠENJI TAL-AJRU DWAR L-EFFETTI TAL-AVJAZZJONI MHUX MARBUTA MAS-CO2

Għall-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2, ir-rapport separat kif imsemmi fl-Artikolu 68(5) ta’ dan ir-Regolament għandu mill-inqas jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(1) 

Data li tidentifika l-operatur ta’ inġenju tal-ajru, u s-sinjal tas-sejħa jew deżinjaturi uniċi oħra użati għal finijiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, kif ukoll dettalji ta’ kuntatt rilevanti;

(2) 

Isem u indirizz tal-verifikatur tar-rapport;

(3) 

Is-sena ta’ rapportar;

(4) 

Referenza għal u n-numru tal-verżjoni tal-aħħar pjan ta’ monitoraġġ approvat u d-data li minnha huwa applikabbli, ir-referenza għal u n-numru tal-verżjoni ta’ pjanijiet ta’ monitoraġġ oħrajn rilevanti għas-sena ta’ rapportar;

(5) 

Tibdil rilevanti fl-operat u devjazzjonijiet mill-pjan ta’ monitoraġġ approvat matul il-perjodu ta’ rapportar;

(6) 

In-numri ta’ reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru u t-tipi ta’ inġenji tal-ajru użati fil-perjodu kopert mir-rapport għat-twettiq tal-attivitajiet ta’ avjazzjoni koperti bl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE mwettqa mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru;

(7) 

L-għadd totali ta’ titjiriet għal kull par ta’ Stati koperti mir-rapport;

(8) 

Is-somma ta’ CO2(e) tat-titjiriet immonitorjati tal-operatur ta’ inġenju tal-ajru għal kull par ta’ ajrudromi, espressa fil-metrika klimatika prevista fl-Artikolu 56a(2) ta’ dan ir-Regolament.

(9) 

It-tabella XML li jkun fiha għal kull titjira u kif definit fit-Taqsima 1 tal-Anness IIIa ta’ dan ir-Regolament, informazzjoni dwar it-titjira, it-tip ta’ inġenju tal-ajru, l-identifikatur tal-magna u CO2(e), espressi fil-metrika klimatika prevista fl-Artikolu 56a(2) ta’ dan ir-Rgolament;

(10) 

Jekk l-operatur ta’ inġenju tal-ajru ma jkunx qed juża n-NEATS biex jikkalkula s-CO2(e), iżda l-għodod tal-IT tiegħu stess jew ta’ partijiet terzi kif imsemmi fl-Artikolu 56a(7)(b) ta’ dan ir-Regolament, deskrizzjoni ta’ kif tiġi applikata l-effikaċja f’dawk l-għodod, f’konformità ma’ dan ir-Regolament u n-NEATS, biex jirfina l-GWP. Jekk l-effikaċja ma ġietx applikata fl-għodod, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jipprovdi deskrizzjoni li tispjega r-raġunijiet għaliex ma applikax l-effikaċja.

▼M4 —————

▼M4

4.   RAPPORTI ANNWALI DWAR L-EMISSJONIJIET TA’ ENTITAJIET REGOLATI

Ir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet ta’ entità regolata għandu tal-inqas jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(1) 

Id-data li tidentifika l-entità regolata, kif speċifikat fl-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE, u n-numru uniku tal-permess tal-gassijiet serra tagħha;

(2) 

Isem u indirizz tal-verifikatur tar-rapport;

(3) 

Is-sena tar-rapportar;

(4) 

Ir-referenza u n-numru tal-verżjoni tal-aħħar pjan ta’ monitoraġġ approvat u d-data li minnha huwa applikabbli, kif ukoll ir-referenza u n-numru tal-verżjoni ta’ kwalunkwe pjanijiet ta’ monitoraġġ oħrajn rilevanti għas-sena tar-rappurtar;

(5) 

It-tibdil rilevanti fl-operat tal-entità regolata u t-tibdil kif ukoll id-devjazzjonijiet temporanji li jkunu seħħew waqt il-perjodu tar-rapportar fil-pjan ta’ monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti; inkluż it-tibdil temporali jew permanenti ta’ livelli, ir-raġunijiet għal dak it-tibdil, id-data tal-bidu għat-tibdil, u d-dati tal-bidu u t-tmiem tat-tibdil temporali;

(6) 

Informazzjoni għall-flussi kollha ta’ karburant li tikkonsisti tal-inqas minn:

▼M5

(a) 

l-emissjonijiet totali espressi bħala t CO2, inkluż is-CO2 minn flussi ta’ karburant tal-bijomassa li ma jikkonformawx mal-Artikolu 38(5) ta’ dan ir-Regolament, jew minn flussi minn sorsi RFNBO jew RCF li ma jikkonformawx mal-Artikolu 39a(3) ta’ dan ir-Regolament, jew minn flussi minn sorsi ta’ karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju li ma jikkonformawx mal-Artikolu 39a(4) ta’ dan ir-Regolament;

▼M4

(b) 

il-livelli applikati;

(c) 

l-ammonti ta’ karburant rilaxxati, (espressi bħala tunnellati, Nm3 jew TJ,) u l-fattur ta’ konverżjoni ta’ unità, espressi f’unitajiet xierqa, irrapportati separatament, fejn applikabbli;

▼M5

(d) 

il-fatturi ta’ emissjoni, espressi f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 75f ta’ dan ir-Regolament; frazzjoni tal-bijomassa, frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero, frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF, frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero, frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju, frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero espressi bħala frazzjonijiet mingħajr dimensjoni;

▼M4

(e) 

fejn il-fatturi ta’ emissjoni għall-karburanti jkunu relatati mal-massa jew mal-volum minflok mal-enerġija, il-valuri ddeterminati skont l-Artikolu 75h(3) għall-fattur tal-konverżjoni ta’ unità tal-fluss ta’ karburant rispettiv;

(f) 

il-mezzi li bihom jiġi rilaxxat il-karburant għall-konsum;

(g) 

l-użu/i aħħari(n) tal-fluss ta’ karburant rilaxxat għall-konsum inkluż il-kodiċi CRF, fil-livell ta’ dettall disponibbli;

(h) 

il-fattur tal-ambitu, espress bħala frazzjoni mingħajr dimensjoni, sa tliet punti deċimali. Fejn, għal fluss ta’ karburant, jintuża aktar minn metodu wieħed biex jiġi ddeterminat il-fattur tal-ambitu, l-informazzjoni dwar it-tip ta’ metodu, il-fattur tal-ambitu assoċjat, l-ammont ta’ karburant rilaxxat u l-kodiċi CRF fil-livell ta’ dettall disponibbli;

(i) 

fejn il-fattur tal-ambitu jkun żero skont l-Artikolu 75l(1):

(i) 

Lista tal-entitajiet kollha koperti mill-Kapitoli II u III tad-Direttiva 2003/87/KE identifikati b’isimhom, l-indirizz u, fejn applikabbli, in-numru uniku tal-permess;

(ii) 

L-ammonti ta’ karburant rilaxxati fornuti lil kull entità koperta mill-Kapitoli II u III tad-Direttiva 2003/87/KE għall-perjodu ta’ rapportar rilevanti, espressi bħala t, Nm3, jew TJ, kif ukoll l-emissjonijiet korrispondenti.

(7) 

Informazzjoni li għandha tiġi rrapportata bħala entrata ta’ memo, li tal-inqas tkun tinkludi:

▼M5

(a) 

indikatur għall-valur kalorifiku nett tal-bijomassa, RFNBO jew RCF jew flussi ta’ karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju, fejn rilevanti;

(b) 

l-emissjonijiet, l-ammonti u l-kontenut tal-enerġija tal-bijokarburanti, tal-bijolikwidi, tal-karburanti tal-bijomassa, tal-RFNBOs u tal-RCFs, tal-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju rilaxxati għall-konsum, espressi f’t u TJ, u l-informazzjoni dwar jekk jikkonformawx mal-Artikolu 38(5) jew 39a(3) jew 39a(4) ta’ dan ir-Regolament;

▼M4

(8) 

Fejn seħħew nuqqasijiet fid-data u jkunu ngħalqu b’data surrogata f’konformità mal-Artikolu 66(1):

(a) 

il-fluss ta’ karburant li għalih tapplika kull nuqqas fid-data;

(b) 

ir-raġunijiet għal kull nuqqas fid-data;

(c) 

id-data tal-bidu u tat-tmiem u l-ħin ta’ kull nuqqas fid-data;

(d) 

l-emissjonijiet ikkalkulati abbażi ta’ data ta’ sostituzzjoni;

(e) 

fejn il-metodu ta’ stima għad-data ta’ sostituzzjoni jkun għadu ma ġiex inkluż fil-pjan ta’ monitoraġġ, deskrizzjoni dettaljata tal-metodu ta’ stima inkluża evidenza li l-metodoloġija użata ma twassalx għal sottostima tal-emissjonijiet għall-perjodu ta’ żmien rispettiv;

(9) 

Kwalunkwe tibdil ieħor fl-entità regolata waqt il-perjodu ta’ rapportar b’rilevanza għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ dik l-entità regolata waqt is-sena ta’ rapportar.




ANNESS Xa

Rapporti dwar il-fornituri tal-karburant u l-użu tal-karburant ta’ installazzjonijiet stazzjonarji u, fejn rilevanti, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u l-kumpaniji tat-tbaħħir

▼M5

Flimkien mal-informazzjoni li tinsab fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet skont l-Anness X ta’ dan ir-Regolament, l-operatur għandu jissottometti l-informazzjoni li ġejja għal kull karburant mixtri kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (af) tad-Direttiva 2003/87/KE:

▼M4

(a) 

l-isem, l-indirizz u n-numru uniku tal-permess tal-fornitur tal-karburant li huwa rreġistrat bħala entità regolata. F’każijiet fejn il-fornitur tal-karburant ma jkunx entità regolata, l-operaturi għandhom jippreżentaw, fejn disponibbli, lista tal-fornituri kollha tal-karburanti, mill-fornituri diretti tal-karburanti sal-entità regolata, inkluż l-isem, l-indirizz u n-numru uniku tal-permess tagħhom;

(b) 

it-tipi u l-ammonti ta’ karburanti miksuba minn kull fornitur imsemmi fil-punt (a) matul il-perjodu tar-rapportar rilevanti;

(c) 

l-ammont ta’ karburant użat għall-attivitajiet imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE minn kull fornitur tal-karburant matul il-perjodu tar-rapportar rilevanti.




ANNESS Xb

Rapporti dwar il-karburanti rilaxxati minn entitajiet regolati

▼M5

Flimkien mal-informazzjoni li tinsab fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet skont l-Anness X ta’ dan ir-Regolament, l-entità regolata għandha tissottometti l-informazzjoni li ġejja għal kull karburant mixtri kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (af), tad-Direttiva 2003/87/KE:

▼M4

(a) 

l-isem, l-indirizz u n-numru uniku tal-permess tal-operatur u, fejn rilevanti, tal-operatur tal-inġenji tal-ajru u tal-kumpanija tat-tbaħħir, li għalihom jiġi rilaxxat il-karburant. F’każijiet oħra fejn il-karburant ikun maħsub għall-użu aħħari f’setturi koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, l-entità regolata għandha tippreżenta, fejn disponibbli, lista tal-konsumaturi kollha tal-karburanti, mix-xerrej dirett sal-operatur, inkluż l-isem, l-indirizz u n-numru uniku tal-permess tagħhom, fejn dan ma jikkawżax piż amministrattiv sproporzjonat;

(b) 

it-tipi u l-ammonti ta’ karburanti mibjugħa lil kull xerrej imsemmija fil-punt (a) matul il-perjodu tar-rapportar rilevanti.

(c) 

l-ammont ta’ karburant użat għall-attivitajiet imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE għal kull xerrej imsemmi fil-punt (a) matul il-perjodu tar-rapportar rilevanti.

▼B




ANNESS XI

Tabella ta' korrelazzjoni



Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1 sa 49

L-Artikolu 1 sa 49

L-Artikolu 50

L-Artikolu 50 sa 67

L-Artikolu 51 sa 68

L-Artikolu 68

L-Artikolu 69 sa 75

L-Artikolu 69 sa 75

L-Artikolu 76

L-Artikolu 76 sa 77

L-Artikolu 77 sa 78

L-Anness I sa X

L-Anness I sa X

L-Anness XI



( 1 ) Id-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' strumenti tal-kejl (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 149).

( 2 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

( 3 ) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (ĠU L 58, 27.2.2020, p. 4).

( 4 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).

( 5 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 94, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/2067/oj).

( 6 ) Id-Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta' strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 107).

( 7 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603 tat-18 ta’ Lulju 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-miżuri adottati mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni għall-iskop li tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq (ĠU L 250, 30.9.2019, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/1603/oj ).

( 8 ) Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

( 9 ) Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta' Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).

( 10 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta' l-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi ta' l-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

( 11 ) Id-Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta’ strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 107).

( 12 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 95/60/KE tas-27 ta’ Novembru 1995 dwar l-immarkar fiskali tan-nafta u tal-pitrolju (ĠU L 291, 6.12.1995, p. 46).

( 13 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

( 14 ) Ir-Regolament (UE) Nru 389/2012 tat-2 ta’ Mejju 2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2073/2004 (ĠU L 121, 8.5.2012, p. 1)

( 15 )  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.

►M4  ( 16 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni (ĠU L 177, 2.7.2019, p. 3). ◄

( 17 ) Istitut Internazzjonali tal-Aluminju; Il-Protokoll rigward il-Gassijiet Serra fis-Settur tal-Aluminju; Ottubru 2006;L-Aġenzija għall-Ħarsien Ambjentali tal-Istati Uniti u l-Istitut Internazzjonali tal-Aluminju; Protokoll għall-Kejl tat-Tetrafluworometan (CF4) u l-Eżafluworoetan (C2F6) Emissjonijiet minn Produzzjoni tal-Aluminju Primarju; April 2008.

( 18 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE tat-18 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2000/532/KE dwar il-lista ta’ skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 44).