02018R2019 — MT — 04.10.2020 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2019

tat-18 ta' Diċembru 2018

li jistabbilixxi lista proviżorja ta' pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra ta' riskju għoli, fis-sens tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u lista ta' pjanti li ma jeħtiġux ċertifikati fitosanitarji għall-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 73 ta' dak ir-Regolament

(ĠU L 323 19.12.2018, p. 10)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019

  L 319

1

10.12.2019

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1214 tal-21 ta’ Awwissu 2020

  L 275

12

24.8.2020

►M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1361 tat-30 ta’ Settembru 2020

  L 317

1

1.10.2020




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2019

tat-18 ta' Diċembru 2018

li jistabbilixxi lista proviżorja ta' pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra ta' riskju għoli, fis-sens tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u lista ta' pjanti li ma jeħtiġux ċertifikati fitosanitarji għall-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 73 ta' dak ir-Regolament



Artikolu 1

Pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħrajn b'riskju għoli

Il-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u l-oġġetti l-oħra elenkati fl-Anness I huma meqjusa pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra ta' riskju għoli fis-sens tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, u l-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni għandha tkun ipprojbita sakemm issir valutazzjoni tar-riskju.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-14 ta' Diċembru 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




▼M2

ANNESS

▼B

Lista ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra b'riskju għoli, fis-sens tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031

1. Pjanti għat-tħawwil, għajr iż-żrieragħ, materjal in-vitro u pjanti tal-injam, imċekkna naturalment jew artifiċjalment, għat-tħawwil, li joriġinaw mill-pajjiżi terzi kollha u li jagħmlu parti mill-ġeneri jew mill-ispeċijiet li ġejjin:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

ex  06 02

Acacia Mill.

ex  06 02

►M3  Acer L. għajr pjanti għat-tħawwil ta’ bejn sena u tliet snin, bl-għeruq mikxufin, inattivi, mingħajr weraq, imlaqqmin jew imlaqqmin b’għajn, tal-Acer japonicum Thunberg, tal-Acer palmatum Thunberg, u tal-Acer shirasawanum Koidzumi, li joriġinaw minn New Zealand ◄

ex  06 02

►M2  Albizia Durazz., minbarra l-pjanti mlaqqma bl-għeruq mikxufin inattivi għat-tħawwil b’dijametru massimu ta 2,5 cm ta’ Albizia julibrissin Durazzini li joriġinaw mill-Iżrael’ ◄

ex  06 02

Alnus Mill.

ex  06 02

Annona L.

ex  06 02

Bauhinia L.

ex  06 02

Berberis L.

ex  06 02

Betula L.

ex  06 02

Caesalpinia L.

ex  06 02

Cassia L.

ex  06 02

Castanea Mill.

ex  06 02

Cornus L.

ex  06 02

Corylus L.

ex  06 02

Crataegus L.

ex  06 02

Diospyros L.

ex  06 02

Fagus L.

ex  06 02

Ficus carica L.

ex  06 02

Fraxinus L.

ex  06 02

Hamamelis L.

ex  06 02

Jasminum L.

ex  06 02

Juglans L.

ex  06 02

Ligustrum L.

ex  06 02

Lonicera L.

ex  06 02

►M3  Malus Mill., għajr pjanti għat-tħawwil ta’ bejn sena u sentejn, bl-għeruq mikxufin, inattivi, imlaqqmin tal-Malus domestica li joriġinaw mis-Serbja ◄

ex  06 02

Nerium L.

ex  06 02

Persea Mill.

ex  06 02

Populus L.

ex  06 02

Prunus L.

ex  06 02

Quercus L.

ex  06 02

►M2  Robinia L., minbarra pjanti mlaqqma bl-għeruq mikxufin inattivi għat-tħawwil b’dijametru massimu ta’ 2,5 cm ta’ Robinia pseudoacacia L. li joriġinaw mill-Iżrael ◄

ex  06 02

Salix L.

ex  06 02

Sorbus L.

ex  06 02

Taxus L.

ex  06 02

Tilia L.

ex  06 02

Ulmus L.

2. Pjanti tal-Ullucus tuberosus li ġejjin mill-pajjiżi terzi kollha.



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

ex 0601 10 90

ex 0601 20 90

ex 0714 90 20

Ullucus tuberosus Loz.

3. Il-frott tal-Momordica L. li joriġina minn pajjiżi terzi jew minn żoni ta' pajjiżi terzi fejn Thrips palmi Karny huwa magħruf li jezisti u fejn hemm nuqqas ta' miżuri effettivi ta' mitigazzjoni għal dak il-pest.



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

ex 0709 99 90

Momordica L.

▼M2 —————

▼M1 —————