02018R1542 — MT — 14.11.2022 — 006.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/1542 tal-15 ta' Ottubru 2018 li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi (ĠU L 259 16.10.2018, p. 12) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/84 tal-21 ta' Jannar 2019 |
L 18I |
1 |
21.1.2019 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1163 tal-5 ta' Lulju 2019 |
L 182 |
33 |
8.7.2019 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1463 tat-12 ta’ Ottubru 2020 |
L 335 |
1 |
13.10.2020 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1480 tal-14 ta’ Ottubru 2020 |
L 341 |
1 |
15.10.2020 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/595 tal-11 ta’ April 2022 |
L 114 |
60 |
12.4.2022 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1936 tat-13 ta’ Ottubru 2022 |
L 268 |
7 |
14.10.2022 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2228 tal-14 ta’ Novembru 2022 |
L 293I |
1 |
14.11.2022 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/1542
tal-15 ta' Ottubru 2018
li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi
Artikolu 1
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“armi kimiċi” tfisser armi kimiċi kif definit fl-Artikolu II tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi (CWC);
“pretensjoni” jfisser kwalunkwe pretensjoni, kemm jekk iddikjarata bi proċedimenti legali kif ukoll jekk le, li ssir qabel jew wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, skont kuntratt jew tranżazzjoni, jew b'rabta magħhom, u tinkludi b'mod partikolari:
pretensjoni ta' prestazzjoni ta' kwalunkwe obbligu li jirriżulta skont kuntratt jew tranżazzjoni, jew b'rabta magħhom;
pretensjoni ta' estensjoni jew ta' ħlas ta' bond, garanzija finanzjarja jew indennizz ta' kwalunkwe forma;
pretensjoni ta' kumpens fir-rigward ta' kuntratt jew tranżazzjoni;
kontropretensjoni;
pretensjoni ta' rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni, inkluż permezz tal-proċedura ta' exequatur ta' sentenza, ta' deċiżjoni arbitrali jew ta' deċiżjoni ekwivalenti, tkun fejn tkun saret jew ingħatat;
“kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni ta' liema forma tkun u tkun xi tkun il-liġi applikabbli, kemm jekk tikkonsisti f'kuntratt wieħed jew aktar jew f'obbligi simili magħmula bejn l-istess partijiet jew partijiet differenti; għal din il-fini, “kuntratt” tinkludi bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, u kreditu, kemm jekk legalment indipendenti kif ukoll jekk le, kif ukoll kull dispożizzjoni relatata li tiġi mit-tranżazzjoni jew li tkun konnessa magħha;
“awtoritajiet kompetenti” tirreferi għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fis-siti web elenkati fl-Anness II;
“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kwalunkwe tip, kemm tanġibbli kif ukoll intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi, iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;
“iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta' riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta' fondi, prodotti jew servizzi b'kull mod, inkluż, iżda mhux limitat għall-bejgħ, il-kiri jew l-użu tagħhom bħala ipoteka;
“iffriżar ta' fondi” tfisser il-prevenzjoni ta' kwalunkwe ċaqliq, trasferiment, alterazzjoni, użu, aċċess, jew trattar ta' fondi bi kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe bidla fil-volum, fl-ammont, fil-post, fis-sjieda, fil-pussess, fil-karattru, fid-destinazzjoni tagħhom jew fi bdil ieħor li jippermetti li l-fondi jintużaw, inkluża ġestjoni ta' portafolli;
“fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta' kull tip, inkluż, iżda mhux limitat għal:
flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, money orders u strumenti oħra ta' pagament;
depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, djun u obbligi ta' dejn;
titoli u strumenti ta' dejn innegozjati pubblikament jew privatament, inklużi l-istokks u l-ishma, iċ-ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, ċertifikati, obbligazzjonijiet u kuntratti tad-derivattivi;
imgħax, dividendi jew introjtu ieħor minn assi jew il-valur provenjenti jew iġġenerat minnhom;
kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, garanziji ta' eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħrajn;
ittri ta' kreditu, poloz ta' kargu, poloz ta' bejgħ; u
dokumenti li jagħtu prova ta' interess f'fondi jew f'riżorsi finanzjarji;
“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li t-Trattat huwa applikabbli għalihom, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom;
Artikolu 2
L-Anness I għandu jinkludi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li, skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544, ġew identifikati mill-Kunsill bħala:
persuni fiżiċi li huma responsabbli għal, li jipprovdu appoġġ finanzjarju, tekniku jew materjali lil jew li huma involuti b'mod ieħor:
fil-manifattura, l-akkwist, il-pussess, l-iżvilupp, it-trasport, il-ħażna jew it-trasferiment ta' armi kimiċi;
fl-użu ta' armi kimiċi; jew
fi kwalunkwe tħejjija għall-użu ta' armi kimiċi;
persuni fiżiċi li jassistu, jinkoraġġixxu jew jipperswadu kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp biex jimpenjaw ruħhom fi kwalunkwe attività msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu u b'dan il-mod jikkawżaw jew jikkontribwixxu għal theddida li tali attivitajiet jistgħu jittieħdu; u
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi assoċjati mal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi koperti mill-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu.
Artikolu 3
B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, b'dawk il-kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:
neċessarji biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I, u tal-membri dipendenti tal-familji ta' dawn il-persuni fiżiċi, inkluż ħlas għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u spejjeż ta' servizzi pubbliċi;
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż ta' spejjeż marbutin mal-għoti ta' servizzi legali;
maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' tariffi jew imposti għal servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti rilevanti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li kkunsidrat li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika abbażi tagħhom, mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; jew
se jitħallsu f'kont jew minn kont ta' missjoni diplomatika jew konsulari jew ta' organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet f'konformità mad-dritt internazzjonali, sal-miżura li tali pagamenti jkunu maħsuba għal finijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.
Artikolu 4
B'deroga mill-Artikolu 2(1), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu s-suġġett ta' deċiżjoni arbitrali meħuda qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fl-Artikolu 2 iddaħħlu fil-lista fl-Anness I, jew ikunu s-suġġett ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva fl-Unjoni jew deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu se jintużaw esklussivament biex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet iggarantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;
id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; u
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jkunx imur kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 5
B'deroga mill-Artikolu 2(1) u bil-kundizzjoni li pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I ikun dovut skont kuntratt jew ftehim li ġie konkluż, jew skont obbligu li rriżulta għall-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat qabel id-data ta' meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp iddaħħlu fl-Anness I, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, b'dawk il-kundizzjonijiet li jqisu li jkunu adattati, ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dejjem jekk l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu se jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; u
il-pagament ma jkunx bi ksur tal-Artikolu 2(2);
Artikolu 6
L-Artikolu 2(2) ma għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta':
imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet;
pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 2 ġew inklużi fl-Anness I; jew
pagamenti dovuti skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali meħuda fi Stat Membru jew eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 7
Bla preġudizzju għar-regoli applikabbli li jikkonċernaw ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:
jagħtu minnufih kull informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħall-informazzjoni fuq kontijiet u ammonti ffriżati skont l-Artikolu 2, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u għandhom jittrażmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istat Membru, lill-Kummissjoni; u
jikkooperaw mal-awtorità kompetenti f'kull verifika ta' din l-informazzjoni.
Artikolu 8
Il-parteċipazzjoni b'mod konxju u bi ħsieb, f'attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 għandha tkun ipprojbita.
Artikolu 9
Artikolu 10
L-ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' kwalunkwe kuntratt jew tranżazzjoni, li l-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kull pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, partikolarment pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kull għamla, ma għandha tiġi ssodisfata, jekk din issir minn:
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ddeżinjati, elenkati fl-Anness I;
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu permezz ta' waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi imsemmija fil-punt (a) jew f'isimhom.
Artikolu 11
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin bil-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u jikkondividu kull informazzjoni oħra rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta ma' dan ir-Regolament, partikolarment informazzjoni:
dwar il-fondi ffriżati skont l-Artikolu 2 u l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 3, 4 u 5;
dwar ksur u problemi ta' eżekuzzjoni u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.
Artikolu 12
Artikolu 13
Artikolu 14
Artikolu 15
Il-Kummissjoni għandha tipproċessa d-data personali sabiex twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament. Dawn il-kompiti jinkludu:
l-inklużjoni tal-kontenut tal-Anness I fil-“Lista kkonsolidata ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji tal-UE” elettronika, u fil-mappa interattiva ta' Sanzjonijiet mill-UE, li huma t-tnejn aċċessibbli għall-pubbliku;
l-ipproċessar ta' informazzjoni dwar l-impatt tal-miżuri ta' dan ir-Regolament bħall-valur tal-fondi ffriżati u informazzjoni dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 16
Artikolu 17
Dan ir-Regolament għandu japplika:
fit-territorju tal-Unjoni, inkluż fl-ispazju tal-ajru tagħha;
abbord kull inġenju tal-ajru jew kull bastiment fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;
għal kull persuna fiżika fit-territorju jew barra mit-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadina ta' Stat Membru;
għal kull persuna ġuridika, entità jew korp, fit-territorju jew barra mit-territorju tal-Unjoni, li jkunu inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta' Stat Membru;
għal kull persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kwalunkwe kummerċ imwettaq, kollu kemm hu jew parti minnu, fl-Unjoni.
Artikolu 18
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2
A. PERSUNI FIŻIĊI
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għad-deżinjazzjoni |
Data tal-elenkar |
1. Tariq YASMINA |
magħruf ukoll bħala: Tarq Yasmina Sess: raġel Titlu: Kurunell; Nazzjonalità: Sirjana |
Tariq Yasmina jaġixxi bħala l-uffiċjal ta' kuntatt bejn is-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) u l-Palazz Presidenzjali, u, bħala tali, huwa mdaħħal fl-użu u t-tħejjijiet għall-użu ta' armi kimiċi mir-reġim Sirjan. |
21.1.2019 |
2. Khaled NASRI |
magħruf ukoll bħala: Mohammed Khaled Nasri; Haled Natsri;
Sess: raġel Titlu: Kap tal-Istitut 1000 tal-SSRC; Nazzjonalità: Sirjana |
Khaled Nasri huwa d-Direttur tal-Istitut 1000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' sistemi tal-informatika u elettroniċi għall-programm ta' armamenti kimiċi tas-Sirja. |
21.1.2019 |
3. Walid ZUGHAIB |
magħruf ukoll bħala: Zughib, Zgha'ib, Zughayb; Titlu: Dottor, Kap tal-Istitut 2000 tal-SSRC; Sess: raġel Nazzjonalità: Sirjana |
Walid Zughaib huwa d-Direttur tal-Istitut 2000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp mekkaniku u l-produzzjoni għall-programm ta' armamenti kimiċi tas-Sirja. |
21.1.2019 |
4. Firas AHMED |
magħruf ukoll bħala: Ahmad; Titlu: Kurunell, Kap tal-Uffiċċju tas-Sigurtà fl-Istitut 1000 tal-SSRC; Sess: raġel Data tat-twelid: 21 ta' Jannar 1967; Nazzjonalità: Sirjana |
Firas Ahmed huwa d-Direttur tal-Uffiċċju tas-Sigurtà tal-Istitut 1000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' sistemi tal-informatika u elettroniċi għall-programm ta' armamenti kimiċi tas-Sirja. Kien imdaħħal fit-trasferiment u l-ħabi ta' materjali marbuta ma' armamenti kimiċi wara l-adeżjoni tas-Sirja mal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. |
21.1.2019 |
5. Said SAID |
magħruf ukoll bħala: Saeed, Sa’id Sa’id, Titlu: Dottor, membru tal-Istitut 3000 (magħruf ukoll bħala l-Istitut 6000) tal-SSRC; Sess: raġel; Data tat-twelid: 11 ta’ Diċembru 1955 |
Said Said huwa figura sinifikanti fl-Istitut 3000 magħruf ukoll bħala l-Istitut 6000, it-taqsima tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ armi kimiċi tas-Sirja. |
21.1.2019 |
6. Anatoliy Vladimirovich CHEPIGA |
Анатолий Владимирович ЧЕПИГА, magħruf ukoll bħala Ruslan BOSHIROV Sess: raġel Dati tat-twelid: 5 ta' April 1979; 12 ta' April 1978 Postijiet tat-twelid: Nikolaevka, Amur Oblast, Russja; Dushanbe, Taġikistan |
Anatoliy Chepiga (magħruf ukoll bħala Ruslan Boshirov), uffiċjal tal-GRU, kellu fil-pussess tiegħu, ittrasporta, u mbagħad, fi tmiem il-ġimgħa tal-4 ta' Marzu 2018, f'Salisbury, uża aġent nervin tossiku (“Novichok”). Fil-5 ta' Settembru 2018, is-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Kuruna tar-Renju Unit akkuża lil Ruslan Boshirov b'komplott biex jinqatel Sergei Skripal; bl-attentat ta' qtil ta' Sergei Skripal, Yulia Skripal u Nick Bailey; bl-użu u l-pussess ta' Novichok; u b'offiża gravi intenzjonata fuq il-persuna ta' Yulia Skripal u fuq il-persuna ta' Nick Bailey. |
21.1.2019 |
7. Alexander Yevgeniyevich MISHKIN |
Александр Евгеньевич МИШКИН, magħruf ukoll bħala Alexander PETROV Sess: raġel Data tat-twelid: 13 ta' Lulju 1979 Postijiet tat-twelid: Loyga, Russja; Kotlas, Russja |
Alexander Mishkin (magħruf ukoll bħala Alexander Petrov), uffiċjal tal-GRU, kellu fil-pussess tiegħu, ittrasporta, u mbagħad, fi tmiem il-ġimgħa tal-4 ta' Marzu 2018, f'Salisbury, uża aġent nervin tossiku (“Novichok”). Fil-5 ta' Settembru 2018, is-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Kuruna tar-Renju Unit akkużah b'komplott biex jinqatel Sergei Skripal; l-attentat ta' qtil ta' Sergei Skripal, Yulia Skripal u Nick Bailey; użu u pussess ta' Novichok; u offiża gravi intenzjonata fuq il-persuna ta' Yulia Skripal u fuq il-persuna ta' Nick Bailey. |
21.1.2019 |
8. Vladimir Stepanovich ALEXSEYEV |
Владимир Степанович АЛЕКСЕЕВ Sess: raġel Titlu: L-Ewwel Viċi Kap tal-GRU |
Vladimir Stepanovich Alexseyev huwa L-Ewwel Viċi Kap tal-GRU (magħruf ukoll bħala l-GU). Minħabba r-rwol ta' tmexxija f'livell għoli tiegħu fil-GRU, Alexseyev huwa responsabbli għall-pussess, trasport u użu f'Salisbury, fi tmiem il-ġimgħa tal-4 ta' Marzu 2018, tal-aġent nervin tossiku “Novichok” minn uffiċjali tal-GRU. |
21.1.2019 |
9. Igor Olegovich KOSTYUKOV |
Игорь Олегович КОСТЮКОВ Sess: raġel Titlu: Kap tal-GRU |
Igor Olegovich Kostyukov, minħabba r-rwol ta' tmexxija f'livell għoli tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kap tal-GRU (magħruf ukoll bħala l-GU) f'dak iż-żmien, huwa responsabbli għall-pussess, trasport u użu f'Salisbury, fi tmiem il-ġimgħa tal-4 ta' Marzu 2018, tal-aġent nervin tossiku “Novichok” minn uffiċjali tal-GRU. |
21.1.2019 |
10. Andrei Veniaminovich YARIN (Андрей Вениаминович ЯРИН) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 13 ta' Frar 1970; Post tat-twelid: Nizhny Tagil; Nazzjonalità: Russa; Titlu: Kap tad-Direttorat Presidenzjali għall-Politika Domestika |
Andrei Yarin huwa l-Kap tad-Direttorat Presidenzjali għall-Politika Domestika fl-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali fil-Federazzjoni Russa. F'din il-funzjoni, huwa inkarigat mit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-orjentazzjonijiet politiċi interni. Andrei Yarin inħatar ukoll għal task force fl-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali li r-rwol tagħha kien li tiġġieled kontra l-influwenza ta' Alexei Navalny fis-soċjetà Russa inkluż permezz ta' operazzjonijiet imwettqa biex jiskreditawh. Alexei Navalny kien fil-mira ta' intimidazzjoni u repressjoni sistematiċi minn atturi ġudizzjarji u tal-Istat fil-Federazzjoni Russa minħabba r-rwol prominenti tiegħu fl-oppożizzjoni politika. |
15.10.2020 |
|
|
L-attivitajiet ta' Alexei Navalny kienu mmonitorjati mill-qrib mill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa matul il-vjaġġ tiegħu lejn is-Siberja f'Awwissu 2020. Fl-20 ta' Awwissu 2020, huwa marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa. F'dawn iċ-ċirkostanzi, huwa raġonevoli li wieħed jikkonkludi li l-avvelenament ta' Alexei Navalny kien possibbli biss bil-kunsens tal-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali. Minħabba r-rwol tiegħu ta' tmexxija f'livell għoli, Andrei Yarin huwa għalhekk responsabbli li instiga u appoġġa lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta' Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li jirrapprżenta użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. |
|
11. Sergei Vladilenovich KIRIYENKO (Сергей Владиленович КИРИЕНКО) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 26 ta' Lulju, 1962; Post tat-twelid: Sukhumi; Nazzjonalità: Russa; Titlu: L-Ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali |
Sergei Kiriyenko huwa l-Ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali tal-Federazzjoni Russa. F'din il-funzjoni, huwa responsabbli għall-affarijiet domestiċi, inkluż gruppi u attivitajiet politiċi. Alexei Navalny kien fil-mira ta' intimidazzjoni u repressjoni sistematiċi minn atturi ġudizzjarji u tal-Istat fil-Federazzjoni Russa minħabba r-rwol prominenti tiegħu fl-oppożizzjoni politika. L-attivitajiet ta' Alexei Navalny kienu mmonitorjati mill-qrib mill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa matul il-vjaġġ tiegħu lejn is-Siberja f'Awwissu 2020. Fl-20 ta' Awwissu 2020, huwa marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa. |
15.10.2020 |
|
|
F'dawn iċ-ċirkostanzi, huwa raġonevoli li wieħed jikkonkludi li l-avvelenament ta' Alexei Navalny kien possibbli biss bil-kunsens tal-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali. Minħabba r-rwol tiegħu ta' tmexxija f'livell għoli f'dak l-Uffiċċju, Sergei Kiriyenko huwa għalhekk responsabbli li instiga u appoġġa lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta' Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li jirrappreżenta użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. |
|
12. Sergei Ivanovich MENYAILO (Сергей Иванович МЕНЯЙЛО) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 22 ta’ Awwissu 1960; Post tat-twelid: Alagir; Nazzjonalità: Russa; Titlu: Kap tal-Ossezja tat-Tramuntana-Alania |
Sergei Menyailo huwa l-Kap tal-Ossezja tat-Tramuntana-Alania. Huwa kien Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali Siberjan bejn l-2016 u April 2021. F’dik il-kapaċità, huwa kien responsabbli għall-iżgurar tal-implementazzjoni tas-setgħat kostituzzjonali tal-President, inkluż l-implimentazzjoni tal-politika interna u barranija tal-Istat. Sergei Menyailo kien membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa sa Awwissu 2021. Alexei Navalny kien fil-mira ta’ intimidazzjoni u repressjoni sistematiċi minn atturi ġudizzjarji u tal-Istat fil-Federazzjoni Russa minħabba r-rwol prominenti tiegħu fl-oppożizzjoni politika. L-attivitajiet ta’ Alexei Navalny kienu mmonitorjati mill-qrib mill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa matul il-vjaġġ tiegħu lejn is-Siberja f’Awwissu 2020. Fl-20 ta’ Awwissu 2020, huwa marad serjament u ddaħħal fi sptar f’Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta’ Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f’Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa. F’dawk iċ-ċirkostanzi, huwa raġonevoli li wieħed jikkonkludi li l-avvelenament ta’ Alexei Navalny kien possibbli biss bil-kunsens tal-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali. Minħabba r-rwol tiegħu ta’ tmexxija f’livell għoli bħala l-eks rappreżentant ta’ dak l-Uffiċċju fid-Distrett Federali tas-Siberja, Sergei Menyailo huwa għalhekk responsabbli li instiga u appoġġa lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta’ Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li jirrappreżenta użu ta’ armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. |
15.10.2020 |
13. Aleksandr Vasilievich BORTNIKOV (Александр Васильевич БОРТНИКОВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 15 ta' Novembru 1951; Post tat-twelid: Perm; Nazzjonalità: Russa; Titlu: Direttur tas-Servizzi tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa |
Aleksandr Bortnikov huwa d-Direttur tas-Servizzi tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa u f'din il-kariga huwa responsabbli għall-attivitajiet tal-aġenzija prinċipali tas-sigurtà fir-Russja. Alexei Navalny kien fil-mira ta' intimidazzjoni u repressjoni sistematiċi minn atturi ġudizzjarji u tal-Istat fil-Federazzjoni Russa minħabba r-rwol prominenti tiegħu fl-oppożizzjoni politika. L-attivitajiet ta' Alexei Navalny kienu mmonitorjati mill-qrib mis-Servizzi tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa matul il-vjaġġ tiegħu lejn is-Siberja f'Awwissu 2020. Fl-20 ta' Awwissu 2020, huwa marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa. |
15.10.2020 |
|
|
F'dawn iċ-ċirkostanzi u filwaqt li jittieħed kont tal-fatt li Alexei Navalny kien taħt sorveljanza fil-ħin tal-avvelenament tiegħu, huwa raġonevoli li wieħed jikkonkludi li l-avvelenament kien possibbli biss bl-involviment tas-Servizz Federali tas-Sigurtà. Minħabba r-rwol tiegħu ta' tmexxija f'livell għoli fis-Servizz Federali tas-Sigurtà, Aleksandr Bortnikov huwa għalhekk responsabbli li pprovda appoġġ lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta' Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li jirrappreżenta użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. |
|
14. Pavel Anatolievich POPOV (Павел Анатольевич ПОПОВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 01 ta' Jannar 1957; Post tat-Twelid: Krasnoyarsk; Nazzjonalità: Russa; Titlu: Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa |
Pavel Popov huwa l-Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa u f'din il-kariga għandu r-responsabbiltà kumplessiva għall-attivitajiet ta' riċerka. Dan jinkludi s-superviżjoni u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet xjentifiċi u tekniċi tal-Ministeru, inkluż l-iżvilupp ta' armi u tagħmir militari potenzjali u l-modernizzazzjoni ta' dawk eżistenti. Il-Ministeru għad-Difiża tar-Russja assuma r-responsabbiltà għall-ħażniet ta' armi kimiċi li ntirtu mill-Unjoni Sovjetika u l-ħżin sikur tagħhom sakemm setgħet titlesta l-qerda tagħhom. |
15.10.2020 |
|
|
Fl-20 ta' Awwissu 2020, Alexei Navalny marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa. |
|
|
|
Bħala konsegwenza tar-responsabbiltà kumplessiva tal-Ministeru għad-Difiża għall-ħżin sikur u l-qerda ta' armi kimiċi, l-użu ta' tali armi kimiċi fit-territorju tal-Federazzjoni Russa jista' jkun biss bħala riżultat ta' intenzjoni jew negliġenza mill-Ministeru għad-Difiża u t-tmexxija politika tiegħu. Minħabba r-rwol tiegħu ta' tmexxija f'livell għoli fil-Ministeru għad-Difiża, Pavel Popov huwa għalhekk responsabbli li assista lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta' Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li jirrappreżenta użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. |
|
15. Aleksei Yurievich KRIVORUCHKO (Алексей Юрьевич КРИВОРУЧКО) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 17 ta' Lulju, 1975; Post tat-Twelid: Stavropol; Nazzjonalità: Russa; Titlu: Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa |
Aleksei Krivoruchko huwa l-Viċi Ministru fil-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa bir-responsabbiltà kumplessiva għall-armamenti. Dan jinkludi s-superviżjoni tal-istokkijiet tal-armi u tat-tagħmir militari tal-Ministeru. Huwa responsabbli wkoll mill-eliminazzjoni tagħhom fil-qafas tal-implimentazzjoni ta' trattati internazzjonali assenjati lill-Ministeru għad-Difiża. Il-Ministeru għad-Difiża tar-Russja assuma r-responsabbiltà għall-ħażniet ta' armi kimiċi li ntirtu mill-Unjoni Sovjetika u l-ħżin sikur tagħhom sakemm setgħet titlesta l-qerda tagħhom. |
15.10.2020 |
|
|
Fl-20 ta' Awwissu 2020, Alexei Navalny marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa. |
|
|
|
Bħala konsegwenza tar-responsabbiltà kumplessiva tal-Ministeru għad-Difiża għall-ħżin sikur u l-qerda ta' armi kimiċi, l-użu ta' tali armi kimiċi fit-territorju tal-Federazzjoni Russa jista' jkun biss bħala riżultat ta' intenzjoni jew negliġenza mill-Ministeru għad-Difiża u t-tmexxija politika tiegħu. Minħabba r-rwol tiegħu ta' tmexxija f'livell għoli fil-Ministeru għad-Difiża, Aleksei Krivoruchko huwa għalhekk responsabbli li assista lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta' Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li jirrappreżenta użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. |
|
16. Alexey Alexandrovich ALEXANDROV (Алексей Александрович АЛЕКСАНДРОВ) magħruf ukoll bħala Alexey Andreevich FROLOV (Алексей Андреевич ФРОЛОВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 16.6.1981 jew 16.6. 1980; Nazzjonalità: Russa |
Alexey Alexandrov huwa aġent tas-Servizz Federali tas-Sigurtà Russu (FSB) li jaħdem bħala operatur tal-Istitut tal-Kriminalistika. F'dik il-kapaċità, huwa kien involut direttament fit-tħejjijiet għal u l-eżekuzzjoni tal-avvelenament ta' Alexei Navalny b'aġent nervin tat-tip Novichok f'Tomsk fl-20 ta' Awwissu 2020, li jikkostitwixxi użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. Għalhekk, Alexey Alexandrov kien involut fi tħejjijiet għall-użu ta' armi kimiċi kif ukoll fl-użu ta' armi kimiċi. |
14.11.2022 |
17. Vladimir Alexandrovich PANYAEV (Владимир Александрович ПАНЯЕВ) magħruf ukoll bħala Vladimir ALEXEEV (Владимир АЛЕКСЕЕВ) magħruf ukoll bħala Vladimir ALEXEYEV (Владимир АЛЕКСЕЕВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 25.11.1980; Post tat-twelid: Serdobsk, Russian Federation; Nazzjonalità: Russa |
Vladimir Panyaev huwa aġent tas-Servizz Federali tas-Sigurtà Russu (FSB) li jaħdem bħala operatur tal-Istitut tal-Kriminalistika. F'dik il-kapaċità, huwa kien involut direttament fit-tħejjijiet għal u l-eżekuzzjoni tal-avvelenament ta' Alexei Navalny b'aġent nervin tat-tip Novichok f'Tomsk fl-20 ta' Awwissu 2020, li jikkostitwixxi użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. Għalhekk, Vladimir Panyaev kien involut fi tħejjijiet għall-użu ta' armi kimiċi kif ukoll fl-użu ta' armi kimiċi. |
14.11.2022 |
18. Ivan Vladimirovich OSIPOV (Иван Владимирович ОСИПОВ) magħruf ukoll bħala Ivan Vasilyevich SPIRIDONOV (Иван Васильевич СПИРИДОНОВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 21.8.1976 jew 21.8.1975; Nazzjonalità: Russa |
Ivan Osipov huwa aġent tas-Servizz Federali tas-Sigurtà Russu (FSB) li jaħdem bħala operatur tal-Istitut tal-Kriminalistika. F'dik il-kapaċità, huwa kien involut direttament fit-tħejjijiet għal u l-eżekuzzjoni tal-avvelenament ta' Alexei Navalny b'aġent nervin tat-tip Novichok f'Tomsk fl-20 ta' Awwissu 2020, li jikkostitwixxi użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. Għalhekk, Ivan Osipov kien involut fi tħejjijiet għall-użu ta' armi kimiċi kif ukoll fl-użu ta' armi kimiċi. |
14.11.2022 |
19. Artur Aleksandrovich ZHIROV (Артур Александрович ЖИРОВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 6.7.1961; Nazzjonalità: Russa |
Artur Zhirov huwa espert dwar l-armi kimiċi u Direttur tal-SC Signal, istitut ta' riċerka li ġie marbut mal-programm tal-armi kimiċi tar-Russja. Bħala Direttur ta' SC Signal, Artur Zhirov ipprovda appoġġ tekniku għall-operazzjonijiet kontra Yulia Navalnaya u Alexei Navalny li saru f'Kaliningrad fis-6 ta' Lulju 2020 u għall-ippjanar tal-avvelenament sussegwenti ta' Alexei Navalny b'aġent nervin tat-tip Novichok f'Tomsk fl-20 ta' Awwissu 2020, li jikkostitwixxi użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. Għalhekk, Artur Zhirov kien involut fi tħejjijiet għall-użu ta' armi kimiċi u huwa pprovda appoġġ tekniku u materjali għall-użu ta' armi kimiċi. |
14.11.2022 |
20. Kirill Yurievich VASILIEV (Кирилл Юрьевич ВАСИЛЬЕВ) magħruf ukoll bħala Kirill VASILYEV (Кирилл ВАСИЛЬЕВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 22.2.1973; Nazzjonalità: Russa; Nru tal-Identità tat-Taxxa: 773721109701 (Russja) |
Il-Ġeneral Kirill Vasiliev huwa d-Direttur tal-Istitut tal-Kriminalistika tas-Servizz Federali tas-Sigurtà Russu (FSB), li wettaq operazzjonijiet biex jissorvelja mill-qrib l-attivitajiet ta' Alexei Navalny fuq perjodu twil ta' żmien, inkluż matul il-vjaġġ tiegħu lejn Tomsk fejn ġie avvelenat b'nervin tat-tip Novichok fl-20 ta' Awwissu 2020. Dak l-avvelenament jikkostitwixxi użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. Kirill Vasiliev, fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur tal-Istitut tal-Kriminalistika tal-FSB, ipprovda l-qafas u d-direzzjoni operazzjonali biex titwettaq is-sorveljanza u l-attentat ta' qtil kontra Alexei Navalny. Għalhekk, huwa kien involut fi tħejjijiet għall-użu ta' armi kimiċi, huwa responsabbli għall-użu tal-armi kimiċi u huwa pprovda appoġġ tekniku u materjali għall-użu ta' armi kimiċi. |
14.11.2022 |
21. Konstantin Borisovich KUDRYAVTSEV (Константин Борисович КУДРЯВЦЕВ) magħruf ukoll bħala Konstantin Yevgenievich SOKOLOV (Константин Евгеньевич СОКОЛОВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 28.4.1980 jew 28.4.1981; Nazzjonalità: Russa; |
Konstantin Kudryavtsev huwa espert dwar l-armi kimiċi u aġent tas-Servizz Federali tas-Sigurtà Russu (FSB) li jaħdem bħala operatur tal-Istitut tal-Kriminalistika. F'dik il-kapaċità, huwa kien involut direttament fit-tħejjijiet għal u fl-operazzjonijiet ta' tindif tal-avvelenament ta' Alexei Navalny b'aġent nervin tat-tip Novichok f'Tomsk fl-20 ta' Awwissu 2020, li jikkostitwixxi użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. Barra minn hekk, huwa ammetta l-involviment tiegħu f' talinqas operazzjoni oħra ta' tentattiv ta' avvelenament kontra Navalny fl-2017. Għalhekk, Konstantin Kudryavtsev kien involut fi tħejjijiet għall-użu ta' armi kimiċi kif ukoll fl-użu ta' armi kimiċi. |
14.11.2022 |
22. Stanislav Valentinovich MAKSHAKOV (Станислав Валентинович МАКШАКОВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 1966; Nazzjonalità: Russa; |
Stanislav Makshakov huwa xjentist militari u Viċi Direttur tal-Istitut tal-Kriminalistika tas-Servizz Federali tas-Sigurtà Russu (FSB), li wettaq operazzjonijiet biex jissorvelja mill-qrib l-attivitajiet ta' Alexei Navalny fuq perjodu twil ta' żmien. Fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi Direttur tal-Istitut tal-Kriminalistika, Stanislav Makshakov kien il-kmandant tat-tim ta' operaturi involuti fit-tħejjijiet u l-eżekuzzjoni tal-avvelenament ta' Alexei Navalny b'nervin tat-tip Novichok f'Tomsk fl-20 ta' Awwissu 2020, li jikkostitwixxi użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. Għalhekk, Stanislav Makshakov kien involut fi tħejjijiet għall-użu ta' armi kimiċi, huwa responsabbli għall-użu ta’ armi kimiċi u huwa pprovda appoġġ tekniku u materjali għall-użu ta' armi kimiċi. |
14.11.2022 |
23. Vladimir Mikhaylovich BOGDANOV (Владимир Михайлович БОГДАНОВ) |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 17.7.1958; Post tat-twelid: Moscow, Russian Federation; Nazzjonalità: Russa; |
Vladimir Bogdanov huwa l-Kap taċ-Ċentru tat-Teknoloġija Speċjali tas-Servizz Federali tas-Sigurtà Russu (FSB), li huwa l-impriża omm tal-Istitut tal-Kriminalistika. F'dik il-kapaċità, Vladimir Bogdanov jissorvelja u jikkontrolla l-attivitajiet ta' dawk l-entitajiet. L-FSB wettaq operazzjonijiet biex jissorvelja mill-qrib l-attivitajiet ta' Alexei Navalny fuq perjodu twil ta' żmien, inkluż matul il-vjaġġ tiegħu lejn Tomsk fejn Navalny ġie avvelenat b'nervin tat-tip Novichok fl-20 ta' Awwissu 2020. Dak l-avvelenament jikkostitwixxi użu ta' armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi. Vladimir Bogdanov, fil-kapaċità tiegħu bħala l-Kap taċ-Ċentru tat-Teknoloġija Speċjali tal-FSB, ipprovda l-qafas u d-direzzjoni operazzjonali biex titwettaq is-sorveljanza u l-attentat ta' qtil kontra Alexei Navalny. Għalhekk, huwa kien involut fi tħejjijiet għall-użu ta' armi kimiċi, huwa responsabbli għall-użu ta’ armi kimiċi u huwa pprovda appoġġ tekniku u materjali għall-użu ta' armi kimiċi. |
14.11.2022 |
24. Chadi HOURANIEH |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 29.5.1979 Post tat-twelid: Damascus, Syria; Nazzjonalità: Kanadiża; |
Chadi Houranieh huwa l-koproprjetarju tal-kumpanija MHD Nazier Houranieh & Sons Co, li topera fl-industrija tal-metalli u tforni liċ-Ċentru għall-Istudji u r-Riċerka Sirjani (SSRC) b'materjali użati fil-manifattura ta' sistemi ta' kunsinna ta' armi kimiċi. Għalhekk, Chadi Houranieh huwa responsabbli għall-għoti ta’ appoġġ materjali għall-manifattura ta' armi kimiċi u huwa involut fi tħejjijiet għall-użu ta' armi kimiċi u b'hekk jikkontribwixxi għat-theddida kontinwa kkawżata mill-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi. |
14.11.2022 |
25. Mohammad Nazier HOURANIEH |
Sess: raġel; Data tat-twelid: 6.5.1976 Post tat-twelid: Damascus, Syria; Nazzjonalità: Kanadiża; |
Mohammad Nazier Houranieh huwa l-koproprjetarju tal-kumpanija MHD Nazier Houranieh & Sons Co, li topera fl-industrija tal-metalli u tforni liċ-Ċentru għall-Istudji u r-Riċerka Sirjani (SSRC) b'materjali użati fil-manifattura ta' sistemi ta' kunsinna ta' armi kimiċi. Għalhekk, Mohammad Nazier Houranieh huwa responsabbli għall-għoti ta’ appoġġ materjali għall-manifattura ta' armi kimiċi u huwa involut fi tħejjijiet għall-użu ta' armi kimiċi u b'hekk jikkontribwixxi għat-theddida kontinwa kkawżata mill-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi. |
14.11.2022 |
B. PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għad-deżinjazzjoni |
Data tal-elenkar |
1. Scientific Studies and Research Centre (SSRC) |
magħruf ukoll bħala Centre d'Études et de Recherches Scientifiques (CERS), Centre de Recherche de Kaboun Indirizz: Triq Barzeh, PO Box 4470, Damasku |
Is-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) huwa l-entità prinċipali tar-reġim Sirjan għall-iżvilupp ta' armamenti kimiċi. L-SSRC huwa responsabbli għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' armi kimiċi, kif ukoll il-missili li jġorruhom, li jintużaw f'għadd ta' siti fis-Sirja. |
21.1.2019 |
2. L-Istitut tar-Riċerka Xjentifika tal-Istat għall-Kimika Organika u t-Teknoloġija (State Scientific Research Institute for Organic Chemistry and Technology (GosNIIOKhT)) (Государственный научно-исследовательский институт органической химии и технологии) |
Indirizz: Shosse Entuziastov 23, 11 124 Moscow, Moscow Oblast, Russia; Tel: +7 (495) 673 7530; Fax: +7 (495) 673 2218; Sit web: http://gosniiokht.ru Indirizz elettroniku: dir@gosniiokht.ru |
L-Istitut tar-Riċerka Xjentifika tal-Istat għall-Kimika Organika u t-Teknoloġija (State Scientific Research Institute for Organic Chemistry and Technology (GosNIIOKhT)) huwa istitut tar-riċerka tal-istat bir-responsabbiltà għall-qerda tal-istokkijiet ta' armi kimiċi li ntirtu mill-Unjoni Sovjetika. L-istitut fir-rwol oriġinali tiegħu qabel l-1994 kien involut fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta' armi kimiċi inkluż l-aġent nervin tossiku li issa huwa magħruf bħala “Novichok”. Wara l-1994, l-istess faċilità ħadet sehem fil-programm tal-gvern għall-qerda tal-istokkijiet ta' armi kimiċi li ntirtu mill-Unjoni Sovjetika. |
15.10.2020 |
|
|
Fl-20 ta' Awwissu 2020, Alexei Navalny marad serjament u ddaħħal fi sptar f'Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta' Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f'Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa. L-użu ta' aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok għalhekk ikun possibbli biss minħabba n-nuqqas tal-Istitut li jwettaq ir-responsabbiltà tiegħu li jeqred il-ħażniet ta' armi kimċi. |
|
3. MHD Nazier Houranieh & Sons Co |
Indirizz: Zoukak Al Jin Abed Al Rahman Bn Al Kassem Street. Damascus, Syria; Telefown: (+963) 11-2210758, (+963) 11-2224349; Fax: (+963) 11-2235892; Web: https://houranieh.com/ Indirizz elettroniku: info@houranieh.com |
MHD Nazier Houranieh & Sons Co hija kumpanija li topera fl-industrija tal-metalli u tforni liċ-Ċentru għall-Istudji u r-Riċerka Sirjani (SSRC) b'materjali użati fil-manifattura ta' sistemi ta' kunsinna ta' armi kimiċi. Għalhekk, MHD Nazier Houranieh & Sons Co tipprovdi appoġġ materjali għall-manifattura ta' armi kimiċi u hija involuta fi tħejjijiet għall-użu ta' armi kimiċi u b'hekk tikkontribwixxi għat-theddida kontinwa kkawżata mill-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi. |
14.11.2022 |
ANNESS II
SITI WEB B'INFORMAZZJONI DWAR L-AWTORITAJIET KOMPETENTI U L-INDIRIZZ GĦAN-NOTIFIKI LILL-KUMMISSJONI
IL-BELĠJU
https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions
IL-BULGARIJA
https://www.mfa.bg/en/EU-sanctions
IĊ-ĊEKJA
www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html
ID-DANIMARKA
http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/
IL-ĠERMANJA
https://www.bmwi.de/Redaktion/DE/Artikel/Aussenwirtschaft/embargos-aussenwirtschaftsrecht.html
L-ESTONJA
https://vm.ee/et/rahvusvahelised-sanktsioonid
L-IRLANDA
https://www.dfa.ie/our-role-policies/ireland-in-the-eu/eu-restrictive-measures/
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
https://www.exteriores.gob.es/es/PoliticaExterior/Paginas/SancionesInternacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/
IL-KROAZJA
https://mvep.gov.hr/vanjska-politika/medjunarodne-mjere-ogranicavanja/22955
L-ITALJA
https://www.esteri.it/it/politica-estera-e-cooperazione-allo-sviluppo/politica_europea/misure_deroghe/
ĊIPRU
https://mfa.gov.cy/themes/
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
http://www.urm.lt/sanctions
IL-LUSSEMBURGU
https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/organisations-economiques-int/mesures-restrictives.html
L-UNGERIJA
https://kormany.hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/ensz-eu-szankcios-tajekoztato
MALTA
https://foreignandeu.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/SMB-Home.aspx
IN-NETHERLANDS
https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties
L-AWSTRIJA
https://www.bmeia.gv.at/themen/aussenpolitik/europa/eu-sanktionen-nationale-behoerden/
IL-POLONJA
https://www.gov.pl/web/dyplomacja/sankcje-miedzynarodowe
https://www.gov.pl/web/diplomacy/international-sanctions
IL-PORTUGALL
https://www.portaldiplomatico.mne.gov.pt/politica-externa/medidas-restritivas
IR-RUMANIJA
http://www.mae.ro/node/1548
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi
IS-SLOVAKKJA
https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu
IL-FINLANDJA
https://um.fi/pakotteet
L-IŻVEZJA
https://www.regeringen.se/sanktioner
Indirizz għal notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
Il-Kummissjoni Ewropea
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (DĠ FISMA)
Rue de Spa 2
B-1049 Brussell, il-Belġju
Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu