02018R1048 — MT — 10.04.2025 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1048 tat-18 ta' Lulju 2018 (ĠU L 189 26.7.2018, p. 3) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/520 tal-20 ta’ Marzu 2025 |
L 520 |
1 |
21.3.2025 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1048
tat-18 ta' Lulju 2018
li jistipula rekwiżiti dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi dwar navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għall-fornituri ta' servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (ATM/ANS), u operaturi ta' ajrudromi (minn issa 'l quddiem “il-fornituri ta' ATM/ANS”) li huma responsabbli milli jistabbilixxu proċeduri ta' avviċinament strumentali jew rotot tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS), meta huma jipprovdu s-servizzi tagħhom fl-ispazju tal-ajru kif ġej:
'il fuq mit-territorju li għalih japplika t-Trattat;
kwalunkwe spazju tal-ajru ieħor fejn l-Istati Membri huma responsabbli mill-forniment ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN)” tfisser navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012;
“rotta ATS” tfisser rotta ATS kif definit fl-Artikolu 2(46) tar-Regolament (UE) Nru 923/2012;
“proċedura ta' avviċinament strumentali” tfisser proċedura ta' avviċinament strumentali kif definit fl-Artikolu 2(90) tar-Regolament (UE) Nru 923/2012;
“proċeduri ta' navigazzjoni konvenzjonali” tfisser rotot ATS u proċeduri ta' avviċinament strumentali bbażati fuq l-użu ta' għajnuniet ta' navigazzjoni bbażati fuq l-art li ma jippermettux il-konformità mar-rekwiżiti PBN stabbiliti f'dan ir-Regolament;
“runway ta' strument” tfisser runway ta' strument kif definit fl-Anness I, punt 22 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 ( 2 );
“speċifikazzjoni ta' navigazzjoni” tfisser sett ta' rekwiżiti għal inġenji tal-ajru u għal ekwipaġġ tal-ajru meħtieġa biex jappoġġaw l-operazzjonijiet ta' navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni fi ħdan spazju tal-ajru definit;
“speċifikazzjoni tal-prestazzjoni ta' navigazzjoni meħtieġa (RNP) X” tfisser speċifikazzjoni tan-navigazzjoni bbażata fuq navigazzjoni taż-żona li tinkludi r-rekwiżit tas-sistema abbord għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni u t-twissija, fejn “X” tindika l-preċiżjoni tan-navigazzjoni laterali f'mili nawtiċi jew it-tip ta' operazzjoni u l-funzjonalitajiet meħtieġa;
“navigazzjoni laterali (LNAV)”, “navigazzjoni laterali/navigazzjoni vertikali (LNAV/VNAV)” u “prestazzjoni ta' lokalizzatur bi gwida vertikali (LPV)” tfisser tikketti li jidentifikaw it-tipi differenti ta' minima operazzjonali fuq il-mapep tal-avviċinament li juru l-proċeduri ta' avviċinament ibbażati fuq Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) li huma kklassifikati bħala approċċi RNP (RNP APCH);
“raġġ sa punt ta' tmiem fiss (radius to fix, RF)” tfisser trajettorja ċirkolari ta' raġġ kostanti li jdur madwar ċentru definit u li jittermina f'punt fiss;
“avviċinament 2D” tfisser proċedura ta' avviċinament strumentali, ikklassifikati bħala proċedura ta' avviċinament mhux ta' preċiżjoni, kif definit fl-Artikolu 2(90) tar-Regolament (UE) Nru 923/2012;
“avviċinament 3D” tfisser proċedura ta' avviċinament strumentali, ikklassifikata bħala avviċinament bi gwida vertikali jew avviċinament ta' preċiżjoni, kif definit fl-Artikolu 2(90) tar-Regolament (UE) Nru 923/2012;
“sistema ta' awmentazzjoni bbażata fuq is-satelliti (SBAS)” tfisser sistema ta' awmentazzjoni b'kopertura wiesgħa li biha l-utent ta' GNSS jirċievi informazzjoni ta' awmentazzjoni minn transmitter ibbażata fuq is-satellita;
“speċifikazzjoni tan-navigazzjoni taż-żona (RNAV) X” tfisser speċifikazzjoni tan-navigazzjoni bbażata fuq navigazzjoni taż-żona li ma tinkludix ir-rekwiżit tas-sistema abbord għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni u t-twissija, fejn “X” tindika l-preċiżjoni tan-navigazzjoni laterali f'mili nawtiċi;
“rotta tal-wasla strumentali standard (STAR)” tfisser rotta tal-wasla deżinjata ta' regola ta' titjira strumentali li tgħaqqad punt sinifikanti, normalment fuq rotta ta' servizz tat-traffiku tal-ajru (ATS), b'punt mnejn tista' tinbeda proċedura ppubblikata ta' avviċinament strumentali;
“rotta tat-tluq strumentali standard (SID)” tfisser rotta tat-tluq deżinjata ta' regola ta' titjira strumentali li tgħaqqad l-ajrudrom ma' punt sinifikanti speċifikat, normalment fuq rotta ATS deżinjata, mnejn tinbeda il-fażi en route ta' titjira;
“funzjonalità ta' navigazzjoni” tfisser il-kapaċità dettaljata tas-sistema ta' navigazzjoni meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-operazzjonijiet proposti fl-ispazju tal-ajru;
Artikolu 3
Rekwiżiti PBN
Il-fornituri tal-ATM/ANS għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tan-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni stipulata fis-Subparti PBN tal-Anness.
Artikolu 4
Miżuri tranżizzjonali
Dawk il-miżuri għandhom jinkludu l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' pjan ta' tranżizzjoni. Il-fornituri ta' ATM/ANS għandhom iżommu aġġornat il-pjan ta' tranżizzjoni tagħhom.
Il-pjan ta' tranżizzjoni għandu jkun konsistenti mal-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM u mal-proġetti komuni msemmija fl-Artikolu 15a tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 ( 3 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Il-fornituri ta' ATM/ANS għandhom jikkonsultaw il-partijiet kollha li ġejjin dwar l-abbozz tal-pjan ta' tranżizzjoni u dwar l-abbozz ta' kwalunkwe aġġornamenti sinifikanti u jqisu l-fehmiet tagħhom fejn xieraq:
l-operaturi tal-ajrudromi, l-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta' dawn l-utenti tal-ispazju tal-ajru affettwati mill-forniment tas-servizzi tagħhom;
il-Maniġer tan-Netwerk imsemmi fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 677/2011;
il-fornituri ta' ATM/ANS li jipprovdu s-servizzi tagħhom fil-blokok tal-ispazju tal-ajru kontigwi.
Dik l-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk l-abbozz tal-pjan ta' tranżizzjoni, jew l-abbozz tal-aġġornament sinifikanti tiegħu, jikkonformax mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u, b'mod partikolari, jekk dan iqisx il-fehmiet tal-utenti tal-ispazju tal-ajru fejn xieraq, inklużi dawk li joperaw inġenji tal-ajru tal-Istat. L-Istat Membru tal-awtorità kompetenti jista' jipprovdi li tali verifika għandha titwettaq f'koordinazzjoni ma' awtoritajiet rilevanti oħrajn tal-Istat Membru kkonċernat.
Dik l-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-fornituri ta' ATM/ANS bl-eżitu ta' dik il-verifika mingħajr dewmien żejjed. Il-fornituri ta' ATM/ANS ma għandhomx jistabbilixxu jew jimplimentaw il-pjan ta' tranżizzjoni, jew l-aġġornament sinifikanti tiegħu, qabel ma jkunu ġew informati minn dik l-awtorità kompetenti li approvat l-abbozz tal-pjan ta' tranżizzjoni jew l-abbozz tal-aġġornament sinifikanti tiegħu.
Artikolu 5
Użu esklużiv ta' PBN
Artikolu 6
Miżuri ta' kontinġenza
Il-fornituri ta' ATM/ANS għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li dawn jibqgħu kapaċi jipprovdu s-servizzi tagħhom permezz ta' mezzi oħra meta, minħabba raġunijiet lil hinn mill-kontroll tagħhom, il-GNSS jew metodi oħra użati għan-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni ma jkunux għadhom disponibbli, li jagħmilha impossibbli għalihom biex jipprovdu s-servizzi tagħhom b'konformità mal-Artikolu 3. Dawk il-miżuri għandhom jinkludu, b'mod partikolari, iż-żamma ta' netwerk ta' għajnuniet ta' navigazzjoni konvenzjonali u infrastruttura relatata tas-sorveljanza u tal-komunikazzjoni.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
B'deroga mill-ewwel subparagrafu:
l-Artikolu 5 għandu japplika mis-6 ta' Ġunju 2030;
għall-ajrudromi elenkati fil-punt 1.2.1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 716/2014 u għal kull tarf tar-runway ta' strument servuti minn proċeduri ta' avviċinament ta' preċiżjoni f'ajrudromi oħra, il-punt AUR.PBN.2005(1) tal-Anness għandu japplika mill-25 ta' Jannar 2024;
għal kull tarf tar-runway ta' strument, il-punt AUR.PBN.2005(4) tal-Anness għandu japplika mill-25 ta' Jannar 2024 fir-rigward ta' rotta SID waħda jew rotta STAR waħda stabbilita u mis-6 ta' Ġunju 2030 fir-rigward tar-rotot kollha SID jew STAR stabbiliti
għar-rotot ATS taħt FL 150, il-punt AUR.PBN.2005(6) tal-Anness għandu japplika mill-25 ta' Jannar 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Is-Subparti PBN — Navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni
AUR.PBN.1005 Suġġett
Skont l-Artikolu 3, din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-implimentazzjoni ta' navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN) li magħhom għandhom jikkonformaw il-fornituri ta' ATM/ANS.
AUR.PBN.2005 Rotot u proċeduri
(1) Il-fornituri ta' ATM/ANS għandhom jimplimentaw, f'kull tarf tar-runway ta' strument, proċeduri ta' appoġġ skont ir-rekwiżiti tal-speċifikazzjoni tal-approċċ RNP (RNP APCH), inkluż LNAV, LNAV/VNAV u tal-LPV minima u, fejn ikun meħtieġ minħabba d-densità jew il-kumplessità tat-traffiku, ir-raġġ sa punt ta' tmiem fiss għat-trajettorji (RF).
(2) Permezz ta' deroga mill-punt (1), fit-trufijiet tar-runway ta' strument meta, minħabba terren, ostakli jew kondizzjonijiet ta' separazzjoni tat-traffiku tal-ajru, l-implimentazzjoni ta' proċeduri ta' avviċinament 3D tkun eċċessivament diffiċli, il-fornituri ta' ATM/ANS għandhom jimplimentaw proċeduri ta' avviċinament 2D skont ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni (RNP APCH) tal-approċċ RNP. F'dak il-każ, jistgħu wkoll, flimkien mal-implimentazzjoni ta' dawk il-proċeduri tal-approċċ 2D, jimplimentaw proċeduri tal-approċċ 3D skont ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni (RNP AR APCH) meħtieġa tal-awtorizzazzjoni RNP.
(3) B'deroga mill-punt (1) fit-trufijiet tar-runway ta' strument mingħajr kopertura SBAS xierqa, il-fornituri ta' ATM/ANS għandhom jimplimentaw il-proċeduri RNP APCH, inkluż LNAV u LNAV/VNAV minima. Il-fornituri ta' ATM/ANS għandhom ukoll jimplimentaw LPV minima f'dawk it-trufijiet tar-runway ta' strument, mhux aktar tard minn 18-il xahar mid-data li fiha t-tali kopertura SBAS xierqa tkun disponibbli.
(4) Meta l-fornituri ta' ATM/ANS ikunu stabbilixxew rotot SID jew rotot STAR, huma għandhom jimplimentaw dawn ir-rotot skont ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni RNAV 1.
(5) Permezz ta’ deroga mill-punt (4), meta l-fornituri ta’ ATM/ANS ikunu stabbilew rotot SID jew rotot STAR u meta r-rekwiżiti ta’ prestazzjoni ogħla minn dawk imsemmija f’dak il-punt ikunu meħtieġa sabiex tinżamm il-kapaċità tat-traffiku tal-ajru u s-sikurezza f’ambjenti b’densità għolja ta’ traffiku, b’kumplessità tat-traffiku jew b’karatteristiċi tat-terren, huma għandhom jimplimentaw dawk ir-rotot f’konformità mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni RNP 1. Barra minn hekk, meta x-xenarju operazzjonali jirrikjedi dan, fit-tfassil tar-rotot il-fornituri ta’ATM/ANS għandhom jikkunsidraw waħda jew aktar mill-funzjonalitajiet tan-navigazzjoni li ġejjin:
operazzjonijiet tul passaġġ vertikali u bejn żewġ punti ta’ tmiem fissi u bl-użu ta’:
restrizzjoni tal-altitudni “AT”;
restrizzjoni tal-altitudni “AT OR ABOVE”;
restrizzjoni tal-altitudni “AT OR BELOW”;
restrizzjoni “WINDOW”;
ir-raġġ sa punt ta’ tmiem fiss (RF, Radius to Fix) għat-trajettorja.
(6) Meta l-fornituri ta' ATM/ANS ikunu stabbilixxew rotot ATS għal operazzjonijiet en route, huma għandhom jimplimentaw dawn ir-rotot skont ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni RNAV 5.
(7) Permezz ta' deroga mill-punti (4) u (6), meta l-fornituri ta' ATM/ANS ikunu stabbilixxew rotot ATS, rotot SID jew rotot li STAR għal operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors, huma għandhom jimplimentaw dawn ir-rotot skont ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet RNP 0.3, RNAV 1 jew RNP 1. F'dak il-każ, huma għandhom ikunu intitolati li jiddeċiedu ma' liema minn dawn it-tliet settijiet ta' rekwiżiti jikkonformaw.
(8) Permezz ta’ deroga mill-punt (6), u mingħajr preġudizzju għall-punt (7), meta l-fornituri ta’ ATM/ANS ikunu stabbilew rotot ATS fl-ispazju tal-ajru kontinentali oċeaniku jew remot, huma għandhom jimplimentaw dawk ir-rotot f’konformità mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet RNAV 10 jew RNP 4.
( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20).
( 2 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta' servizz) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10).