02018R0842 — MT — 16.05.2023 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) 2018/842 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156 19.6.2018, p. 26) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT (UE) 2023/857 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta’ April 2023 |
L 111 |
1 |
26.4.2023 |
|
REGOLAMENT (UE) 2018/842 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-30 ta’ Mejju 2018
dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi obbligi fuq l-Istati Membri fir-rigward tal-kontributi minimi tagħhom għall-perjodu mill-2021 sal-2030 biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni li fl-2030 l-emissjonijiet tagħha ta’ gassijiet serra jitnaqqsu b’ 40 % taħt il-livelli fl-2005 fis-setturi koperti mill-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament. Jikkontribwixxi għall-mira fit-tul tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050, bil-għan li jintlaħqu emissjonijiet negattivi minn hemm ’il quddiem. B’hekk jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) u l-Ftehim ta’ Pariġi. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli dwar id-determinazzjoni tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet u għall-evalwazzjoni tal-progress li jkun sar mill-Istati Membri biex jonoraw il-kontributi minimi tagħhom.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“Emissjonijiet ta’ gassijiet serra” tfisser emissjonijiet f’termini ta’ tunnellati ta’ ekwivalenti għad-CO2 ta’ diossidu tal-karbonju (CO2), metan (CH4), ossidu nitruż (N2O), idrofluworokarburi (HFCs), perfluworokarburi (PFCs), trifluworur tan-nitroġenu (NF3) u eżafluworur tal-kubrit (SF6) iddeterminati skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 u li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
“Allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet” tfisser l-emissjonijiet tal-gassijiet serra massimi permessi għal kull sena bejn l-2021 u l-2030 iddeterminati skont l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 10;
“Kwota EU ETS” tfisser “kwota” kif iddefinita fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/87/KE.
Artikolu 4
Il-livelli annwali tal-emissjonijiet għall-perijodu mill-2021 sal-2030
Soġġett għall-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament u għall-aġġustament skont l-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament, u filwaqt li jitqies kwalunkwe tnaqqis li jista’ jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tiegħu:
ma jaqbżux, fis-snin 2021 u 2022, il-limitu ddefinit minn trajettorja lineari, li tibda fuq il-medja tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ dak l-Istat Membru fl-2016, l-2017 u l-2018, kif stabbilit skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u li tispiċċa fl-2030 fuq il-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 1 tal-Anness I għal dan ir-Regolament; it-trajettorja lineari ta’ Stat Membru għandha tibda jew mill-ħames parti minn kull tnax tad-distanza mill-2019 sal-2020 jew fl-2020, skont liema tkun l-anqas allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet għal dak l-Istat Membru;
ma jaqbżux, fis-snin 2023, 2024 u 2025, il-limitu ddefinit minn trajettorja lineari li tibda fl-2022 fl-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet għal dak l-Istat Membru, kif stabbilit skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għal dik is-sena, u li tintemm fl-2030 fuq il-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;
ma jaqbżux, fis-snin 2026 sal-2030, il-limitu ddefinit minn trajettorja lineari li tibda fuq il-medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ dak l-Istat Membru fl-2021, 2022 u 2023, kif ippreżentat minn dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u li tintemm fl-2030 fuq il-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; it-trajettorja lineari ta’ Stat Membru għandha tibda mid- disa’ parti minn kull tnax tad-distanza mill-2023 sal-2024.
Għas-snin 2021 u 2022, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi ta’ rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali l-aktar reċenti għas-snin 2005, 2016, 2017 u 2018 ippreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 u għandha tindika l-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2005 ta’ kull Stat Membru użati biex jiġu ddeterminati dawk l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet.
Għas-snin 2023, 2024 u 2025, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi tal-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-2005 ta’ kull Stat Membru indikat skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u tal-valuri rieżaminati tad-data tal-inventarju nazzjonali għas-snin 2016, 2017 u 2018 imsemmija f’dak it-tieni subparagrafu.
Għas-snin 2026 sa 2030, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi tal-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-2005 ta’ kull Stat Membru indikat skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u abbażi ta’ rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali l-aktar reċenti għas-snin 2021, 2022 u 2023 ippreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1999.
Artikolu 5
Flessibiltajiet permezz ta’ self, tfaddil u trasferiment
Stat Membru li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tiegħu għal sena partikolari jkunu taħt l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal dik is-sena, b’kont meħud tal-użu ta’ flessibbiltajiet skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 6, jista’:
fir-rigward tas-sena 2021, ifaddal il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa livell ta’ 75 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għall-2021 u għas-snin sussegwenti sal-2030; u
fir-rigward tas-snin mill-2022 sal-2029, ifaddal dik il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa mhux aktar mil-livell ta’ 25 % tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa dik is-sena għas-snin sussegwenti sal-2030.
Artikolu 6
Flessibbiltà għal ċerti Stati Membri wara tnaqqis fil-kwoti tal-EU ETS
Fl-ewwel rieżami tagħha skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk iżżommx il-kontijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
L-Istati Membri elenkati fl-Anness II jistgħu jiddeċiedu li jirrevedu l-perċentwal notifikat darba fl-2024 u darba fl-2027. F’tali każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan sal-31 ta’ Diċembru 2024 jew sal-31 ta’ Diċembru 2027, rispettivament.
Artikolu 7
Użu addizzjonali tal-assorbimenti netti mil-LULUCF
Sal-punt li emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ Stat Membru jaqbżu l-allokazzjonijiet annwali ta’ emissjonijiet tiegħu għal sena partikolari, inkluż kwalunkwe allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet mfaddla skont l-Artikolu 5(3) ta’ dan ir-Regolament, kwantità ta’ mhux aktar mis-somma ta’ assorbimenti netti totali u l-emissjonijiet netti totali mill-kategoriji kombinati tal-kontabbiltà tal-art inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/841, tista’ titqies għall-konformità tiegħu skont l-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament għal dik is-sena, sakemm:
il-kwantità kumulattiva li titqies għal dak l-Istat Membru għas-snin mill-2021 sal-2025 ma taqbiżx nofs l-ammont massimu ta’ assorbimenti netti totali stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament għal dak l-Istat Membru;
il-kwantità kumulattiva li titqies għal dak l-Istat Membru għas-snin mill-2026 sal-2030 ma taqbiżx nofs l-ammont massimu ta’ assorbimenti netti totali stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament għal dak l-Istat Membru;
din il-kwantità taqbeż ir-rekwiżiti ta’ dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841;
l-Istat Membru ma akkwistax aktar assorbimenti netti skont ir-Regolament (UE) 2018/841 mingħand Stati Membri oħra milli jkun ittrasferixxa;
l-Istat Membru kkonforma mar-Regolament (UE) 2018/841; u
l-Istat Membru ppreżenta deskrizzjoni tal-użu intenzjonat tal-flessibbiltà disponibbli skont dan il-paragrafu f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013.
▼M1 —————
Artikolu 8
Azzjoni korrettiva
Jekk il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni annwali tagħha ssib skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u waqt li tqis l-użu maħsub tal-flessibbiltajiet imsemmi fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament, li Stat Membru ma jkunx qed jagħmel progress suffiċjenti biex jonora l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru għandu, fi żmien tliet xhur, jippreżenta pjan ta’ azzjoni korrettiva lill-Kummissjoni li jinkludi:
spjegazzjoni dettaljata dwar għaliex dak l-Istat Membru mhuwiex qed jagħmel progress suffiċjenti biex jonora dawk l-obbligi;
valutazzjoni ta’ kif il-finanzjament tal-Unjoni appoġġa l-isforzi ta’ dak l-Istat Membru biex jonora dawk l-obbligi u ta’ kif biħsiebu juża tali finanzjament biex jagħmel progress biex jonorahahom;
azzjonijiet addizzjonali, li jikkomplementaw il-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima ta’ dak l-Istat Membru skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 jew li jsaħħu l-implimentazzjoni tiegħu, li jrid jimplimenta sabiex jwettaq dawk l-obbligi, permezz ta’ politiki u miżuri domestiċi u l-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-Unjoni, akkumpanjati minn valutazzjoni dettaljata, li tkun mirfuda minn data kwantitattiva, fejn disponibbli, tat-tnaqqis previst tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jirriżulta minn dawk l-azzjonijiet;
skeda stretta ta’ implimentazzjoni ta’ tali azzjonijiet, li tippermetti l-valutazzjoni tal-progress annwali fl-implimentazzjoni.
Meta Stat Membru jkun stabbilixxa korp konsultattiv nazzjonali dwar il-klima, dan jista’ jfittex il-parir tiegħu biex jidentifika l-azzjonijiet meħtieġa msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu.
Kull Stat Membru għandu jagħmel il-pjan ta’ azzjoni korrettiva tiegħu kif imsemmi fil-paragrafu 1 u kwalunkwe ġustifikazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3 disponibbli għall-pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-opinjoni tagħha kif msemmija fil-paragrafu 3 disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 9
Kontroll tal-konformità
Fl-2027 u fl-2032, jekk l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra riveduti ta’ Stat Membru jaqbżu l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal kwalunkwe sena speċifika tal-perijodu, b’ kont meħud għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-flessibbiltajiet użati skont l-Artikoli 5, 6 u 7, għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin:
żieda maċ-ċifra tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ Stat Membru tas-sena ta’ wara ugwali għall-ammont f’tunnellati ta’ ekwivalenti għas-CO2 tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra żejda, immultiplikat b’fattur ta’ 1,08, skont il-miżuri adottati skont l-Artikolu 12; u
l-Istat Membru għandu jkun temporanjament ipprojbit milli jittrasferixxi kwalunkwe parti mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu lil Stat Membru ieħor sakemm jiġi konformi mal-Artikolu 4.
L-Amministratur Ċentrali għandu jimplimenta l-projbizzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu fir-Reġistru tal-Unjoni.
Artikolu 10
Aġġustamenti
Il-Kummissjoni għandha taġġusta l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament sabiex jirriflettu:
l-aġġustamenti għall-għadd ta’ kwoti tal-EU ETS maħruġa skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE li rriżultaw minn bidla fil-kopertura tas-sorsi skont dik id-Direttiva, f’konformità mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni adottati skont dik id-Direttiva dwar l-approvazzjoni finali tal-pjanijiet ta’ allokazzjoni nazzjonali għall-perijodu mill-2008 sal-2012;
l-aġġustamenti għall-għadd ta’ kwoti jew krediti tal-EU ETS maħruġa, rispettivament, skont l-Artikoli 24 u 24a tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fi Stat Membru; u
l-aġġustamenti għall-għadd ta’ kwoti tal-EU ETS li jappartjenu għal emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn stallazzjonijiet esklużi mill-EU ETS skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE, għaż-żmien li jiġu esklużi.
Artikolu 11
Riżerva ta’ sikurezza
Stat Membru jista’ jibbenefika mir-riżerva ta’ sikurezza bil-kondizzjoni li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-PDG tiegħu per capita bil-prezzijiet tas-suq fl-2013, kif ippubblikat mill-Eurostat f’April 2016, kien inqas mill-medja tal-Unjoni;
l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kumulattivi tiegħu għas-snin mill-2013 sal-2020 fis-setturi koperti minn dan ir-Regolament huma inqas mill-allokazzjonijiet kumulattivi annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-snin mill-2013 sal-2020; u
l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tiegħu jaqbżu l-allokazzjonijiet ta’ emissjonijiet annwali fil-perijodu mill-2016 sal-2030, għalkemm:
ikun eżawrixxa l-flessibbiltajiet skont l-Artikolu 5(2) u (3);
ikun għamel l-użu massimu possibbli mill-assorbimenti netti skont l-Artikolu 7, anke jekk dik il-kwantità ma tilħaqx il-livell stabbilit fl-Anness III; u
ma jkun għamel l-ebda trasferiment nett lejn Stati Membri oħra skont l-Artikolu 5
Jekk il-kwantità kollettiva li tirriżulta li jirċievu l-Istati Membri kollha li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu taqbeż il-limitu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kwantità li tiġi riċevuta minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri għandha titnaqqas fuq bażi pro rata.
Artikolu 12
Reġistru
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 13 biex tissupplimenta dan ir-Regolament sabiex tiżgura l-kontabbiltà preċiża skont dan ir-Regolament permezz tar-Reġistru tal-Unjoni f’dak li jirrigwarda:
l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet;
il-flessibbiltajiet eżerċitati skont l-Artikoli 5, 6 u 7
il-kontrolli tal-konformità skont l-Artikolu 9;
l-aġġustamenti skont l-Artikolu 10; u
ir-riżerva ta’ sikurezza skont l-Artikolu 11.
Artikolu 13
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 14
Proċedura ta’ kumitat
Artikolu 15
Rieżami
Ir-rapport msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu iqis l-istrateġiji fit-tul tal-Istati Membri mħejjija u ppreżentati skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2018/1999 u l-valutazzjoni tagħhom magħmula mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15(9) ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 15a
Parir xjentifiku
Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima, stabbilit skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), (il-“Bord Konsultattiv”) jista’, fuq inizjattiva proprja, jipprovdi pariri xjentifiċi jew joħroġ rapporti dwar il-miżuri, il-miri klimatiċi, il-livelli annwali tal-emissjonijiet u l-flessibbiltajiet tal-Unjoni skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-pariri u r-rapporti rilevanti tal-Bord Konsultattiv, b’mod partikolari fir-rigward ta’ miżuri futuri li jimmiraw lejn aktar tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-setturi koperti minn dan ir-Regolament.
Artikolu 16
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 525/2013
Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 huwa emendat kif ġej:
fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
jiddaħħal il-punt li ġej:
mill-2023, l-emissjonijiet antropoġeniċi tagħhom ta’ gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ) għas-sena X-2, skont ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-UNFCCC;
it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Fir-rapporti tagħhom, l-Istati Membri għandhom ta’ kull sena jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe intenzjoni li jużaw il-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 5(4) u (5) u fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/842, kif ukoll dwar l-użu tad-dħul skont l-Artikolu 5(6) ta’ dak ir-Regolament. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi dik l-informazzjoni mingħand l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament.”;
fil-punt (c) tal-Artikolu 13(1), jiżdied il-punt li ġej:
mill-2023, informazzjoni dwar politiki u miżuri nazzjonali implimentati biex jintlaħqu l-impenji tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/842 u informazzjoni dwar politiki u miżuri nazzjonali addizzjonali ppjanati maħsuba bil-għan li jillimitaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra lil hinn mill-impenji tagħhom skont dak ir-Regolament;”;
fl- Artikolu 14(1), jiżdied il-punt li ġej:
mill-2023, projezzjonijiet totali ta’ gassijiet serra u stimi separati għall-emissjonijiet projettati ta’ gassijiet serra għall-fonti tal-emissjonijiet koperti -mir-Regolament (UE) 2018/842 u mid-Direttiva 2003/87/KE.”;
fl-Artikolu 21(1), jiddaħħal il-punt li ġej:
l-obbligi skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/842. L-evalwazzjoni għandha tqis il-progress fil-politiki u l-miżuri tal-Unjoni u informazzjoni mill-Istati Membri. Kull sentejn, l-evalwazzjoni għandha tinkludi l-progress projettat tal-Unjoni lejn l-implimentazzjoni tal-Kontribut Maħsub Determinat fil-Livell Nazzjonali lejn il-Ftehim ta’ Pariġi li jħaddan l-impenn tal-Unjoni għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-ekonomija kollha u l-progress projettat tal-Istati Membri lejn it-twettiq tal-obbligi tagħhom skont dak ir-Regolament.”.
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
TNAQQIS FL-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET SERRA TAL-ISTATI MEMBRI SKONT L-ARTIKOLU 4(1)
|
|
It-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Istati Membri fl-2030 fir-rigward tal-livelli tagħhom fl-2005 iddeterminati skont l-Artikolu 4(3) |
|
|
|
Kolonna 1 |
Kolonna 2 |
|
Belġju |
-35 % |
-47 % |
|
Bulgarija |
-0 % |
-10 % |
|
Ċekja |
-14 % |
-26 % |
|
Danimarka |
-39 % |
-50 % |
|
Ġermanja |
-38 % |
-50 % |
|
Estonja |
-13 % |
-24 % |
|
Irlanda |
-30 % |
-42 % |
|
Greċja |
-16 % |
-22,7 % |
|
Spanja |
-26 % |
-37,7 % |
|
Franza |
-37 % |
-47,5 % |
|
Kroazja |
-7 % |
-16,7 % |
|
Italja |
-33 % |
-43,7 % |
|
Ċipru |
-24 % |
-32 % |
|
Latvja |
-6 % |
-17 % |
|
Litwanja |
-9 % |
-21 % |
|
Lussemburgu |
-40 % |
-50 % |
|
Ungerija |
-7 % |
-18,7 % |
|
Malta |
-19 % |
-19 % |
|
Netherlands |
-36 % |
-48 % |
|
Awstrija |
-36 % |
-48 % |
|
Polonja |
-7 % |
-17,7 % |
|
Portugall |
-17 % |
-28,7 % |
|
Rumanija |
-2 % |
-12,7 % |
|
Slovenja |
-15 % |
-27 % |
|
Slovakkja |
-12 % |
-22,7 % |
|
Finlandja |
-39 % |
-50 % |
|
Żvezja |
-40 % |
-50 % |
ANNESS II
L-ISTATI MEMBRI LI JISTA’ JKOLLHOM KANĊELLAZZJONI LIMITATA TAL-KWOTI TAL-EU ETS LI JITQIESU GĦALL-KONFORMITÀ SKONT L-ARTIKOLU 6
|
|
Perċentwal massimu tal-emissjonijiet għall-2005 ddeterminati skont l-Artikolu 4(3) |
|
Belġju |
2 % |
|
Danimarka |
2 % |
|
Irlanda |
4 % |
|
Lussemburgu |
4 % |
|
Malta |
7 % |
|
Netherlands |
2 % |
|
Awstrija |
2 % |
|
Finlandja |
2 % |
|
Żvezja |
2 % |
ANNESS III
L-ASSORBIMENTI NETTI TOTALI MILL-KATEGORIJI TA’ ART KOPERTI MIR-REGOLAMENT (UE) 2018/841 LI L-ISTATI MEMBRI JISTGĦU JQISU GĦALL-KONFORMITÀ GĦALL-PERJODU MILL-2021 SAL-2030 SKONT IL-PUNTI (a) U (aa) TAL-ARTIKOLU 7(1) TA’ DAN IR-REGOLAMENT
|
|
Ammont massimu espress f’miljuni ta’ tunnellati ta’ ekwivalenti għas-CO2 |
|
Belġju |
3,8 |
|
Bulgarija |
4,1 |
|
Repubblika Ċeka |
2,6 |
|
Danimarka |
14,6 |
|
Ġermanja |
22,3 |
|
Estonja |
0,9 |
|
Irlanda |
26,8 |
|
Greċja |
6,7 |
|
Spanja |
29,1 |
|
Franza |
58,2 |
|
Kroazja |
0,9 |
|
Italja |
11,5 |
|
Ċipru |
0,6 |
|
Latvja |
3,1 |
|
Litwanja |
6,5 |
|
Lussemburgu |
0,25 |
|
Ungerija |
2,1 |
|
Malta |
0,03 |
|
Netherlands |
13,4 |
|
Awstrija |
2,5 |
|
Polonja |
21,7 |
|
Portugall |
5,2 |
|
Rumanija |
13,2 |
|
Slovenja |
1,3 |
|
Slovakkja |
1,2 |
|
Finlandja |
4,5 |
|
Żvezja |
4,9 |
|
▼M1 ————— |
|
|
Total massimu: |
►M1 262,2 ◄ |
ANNESS IV
AMMONT TAL-AĠĠUSTAMENT SKONT L-ARTIKOLU 10(2)
|
|
Tunnellati ta’ ekwivalenti għas-CO2 |
|
Bulgarija |
1 602 912 |
|
Repubblika Ċeka |
4 440 079 |
|
Estonja |
145 944 |
|
Kroazja |
1 148 708 |
|
Latvja |
1 698 061 |
|
Litwanja |
2 165 895 |
|
Ungerija |
6 705 956 |
|
Malta |
774 000 |
|
Polonja |
7 456 340 |
|
Portugall |
1 655 253 |
|
Rumanija |
10 932 743 |
|
Slovenja |
178 809 |
|
Slovakkja |
2 160 210 |
( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Network Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13).
( *1 ) Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).”;