02018D0907 — MT — 22.02.2021 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/907 tal-25 ta' Ġunju 2018 (ĠU L 161 26.6.2018, p. 27) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 54I |
11 |
26.2.2020 |
||
L 62 |
51 |
23.2.2021 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/907
tal-25 ta' Ġunju 2018
li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia
Artikolu 1
Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea
Il-mandat tas-Sur Toivo KLAAR bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia huwa estiż sat-28 ta’ Frar 2022. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm aktar kmieni, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).
Artikolu 2
Objettivi tal-politika
Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta' politika tal-Unjoni għall-Kawkasu tan-Nofsinhar, inklużi l-objettivi stabbiliti fil-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew li saret fi Brussell fl-1 ta' Settembru 2008 u fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Settembru 2008, kif ukoll dawk tas-27 ta' Frar 2012. Dawk l-objettivi jinkludu:
f'konformità mal-mekkaniżmi eżistenti, inklużi l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u l-Grupp ta' Minsk tagħha, il-prevenzjoni ta' konflitti fir-reġjun, il-kontribut għal soluzzjoni paċifika tal-konflitti fir-reġjun, inklużi l-kriżi fil-Georgia u l-konflitt f'Nagorno-Karabakh, permezz tal-promozzjoni tar-ritorn tar-refuġjati u tal-persuni spostati f'pajjiżhom u permezz ta' mezzi oħra adatti, u l-appoġġ għall-implimentazzjoni ta' tali soluzzjoni f'konformità mal-prinċipji tad-dritt internazzjonali;
l-involviment kostruttiv mal-atturi ewlenin interessati fir-rigward tar-reġjun;
l-inkoraġġiment u l-appoġġ ulterjuri għall-kooperazzjoni bejn l-Armenja, l-Ażerbajġan u l-Georgia, u, kif adatt, il-pajjiżi ġirien tagħhom;
it-tisħiħ tal-effettività u l-viżibbiltà tal-Unjoni fir-reġjun.
Artikolu 1
Mandat
Sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:
jiżviluppa kuntatti mal-gvernijiet, il-parlamenti, atturi politiċi ewlenin oħra, il-ġudikatura u s-soċjetà ċivili fir-reġjun;
jinkoraġġixxi lill-pajjiżi fir-reġjun biex jikkooperaw u jiffaċilita tali kooperazzjoni dwar temi reġjonali ta’ interess komuni, bħal pereżempju theddid komuni għas-sigurtà, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, it-traffikar illeċitu u l-kriminalità organizzata; jinkoraġġixxi u jiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera u transkonfinali fejn ikun fattibbli biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet lokali u jitkattru l-fiduċja u r-rikonċiljazzjoni;
jikkontribwixxi għas-soluzzjoni paċifika tal-konflitti f’konformità mal-prinċipji tad-dritt internazzjonali u jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ tali soluzzjoni f’koordinazzjoni mill-qrib man-Nazzjonijiet Uniti u l-OSKE; u b’appoġġ għall-Grupp ta’ Minsk tal-OSKE u l-kopresidenti tiegħu;
fir-rigward tal-kriżi fil-Georgia:
jgħin fit-tħejjija għat-taħditiet internazzjonali li jsiru taħt il-punt 6 tal-pjan ta’ soluzzjoni tat-12 ta’ Awwissu 2008, id-Diskussjonijiet Internazzjonali ta’ Ġinevra, u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu tat-8 ta’ Settembru 2008, inkluż dwar arranġamenti għas-sigurtà u l-istabbiltà fir-reġjun, il-kwistjoni tar-refuġjati u tal-persuni spostati f’pajjiżhom, abbażi tal-prinċipji rikonoxxuti fil-livell internazzjonali, u kwalunkwe suġġett ieħor, bi qbil komuni bejn il-partijiet;
jgħin biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni u jirrappreżentaha, fil-livell tar-RSUE, fit-taħditiet imsemmija fil-punt (i); u
jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ soluzzjoni tat-12 ta’ Awwissu 2008 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħha tat-8 ta’ Settembru 2008;
jiffaċilita l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ tisħiħ tal-fiduċja f’koordinazzjoni mal-konsulenti esperti tal-Istati Membri fejn disponibbli u adatt;
jiffaċilita u jikkontribwixxi għal sforzi inklużivi ta’ tisħiħ tal-paċi fi ħdan is-soċjetajiet bil-għan li jiġu newtralizzati l-konflitti u li tiġi kkonsolidata l-paċi;
jassisti fit-tħejjija, kif adatt, tal-kontributi tal-Unjoni għas-soluzzjoni possibbli tal-konflitt;
jintensifika d-djalogu tal-Unjoni mal-atturi ewlenin ikkonċernati fir-rigward tar-reġjun;
jassisti lill-Unjoni fl-iżvilupp ulterjuri ta’ politika komprensiva lejn il-Kawkasu tan-Nofsinhar;
fil-qafas tal-attivitajiet imsemmija f’dan l-Artikolu, jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-Linji Gwida tal-Unjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tat-tfal u n-nisa f’żoni milquta minn konflitti, b’mod partikolari permezz ta’ monitoraġġ u billi jindirizza l-iżviluppi f’dan ir-rigward.
Artikolu 4
Implimentazzjoni tal-mandat
Artikolu 5
Finanzjament
L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2020 sat-28 ta' Frar 2021 għandu jkun ta' EUR 2 900 000 .
L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2021 sat-28 ta’ Frar 2022 għandu jkun ta’ EUR 2 940 000 .
Artikolu 6
Formazzjoni u kompożizzjoni tat-tim
Artikolu 7
Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tar-RSUE
Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-garanziji l-oħra meħtieġa għat-twettiq u l-funzjonament regolari tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-pajjiżi ospitanti, kif adatt. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan il-għan.
Artikolu 8
Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE
Ir-RSUE u l-membri tat-tim tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta' sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE ( 1 ).
Artikolu 9
Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku
Artikolu 10
Sigurtà
F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta' persunal stazzjonat barra l-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titlu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, skont il-mandat tar-RSUE u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ta' responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b'mod partikolari billi:
jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregola l-ġestjoni tal-moviment sigur tal-persunal lejn iż-żona ta' responsabbiltà u ġewwa fiha, kif ukoll il-ġestjoni ta' inċidenti ta' sigurtà u li jipprevedu pjan ta' kontinġenza u ta' evakwazzjoni;
jiżgura li l-persunal kollu stazzjonat barra l-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni ta' riskju għoli, kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona ta' responsabbiltà;
jiżgura li l-membri kollha tat-tim tar-RSUE li jiġu stazzjonati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew it-taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu, jew kif jaslu, fiż-żona ta' responsabbiltà, abbażi tal-livelli tar-riskju assenjati lil dik iż-żona mis-SEAE;
jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet miftehmin kollha li jkunu saru wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà u jipprovdi lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapport ta' progress u tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.
Artikolu 11
Rappurtar
Ir-RSUE għandu regolarment jipprovdi lir-RGħ u lill-KPS rapporti bil-miktub u bil-fomm. Ir-RSUE għandu jippreżenta wkoll rapport skont il-ħtieġa lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill. Ir-rapporti regolari għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE jista' jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin. F'konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista' jkun involut fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.
Artikolu 12
Koordinazzjoni
Artikolu 13
Assistenza rigward pretensjonijiet
Ir-RSUE u l-persunal tar-RSUE għandhom jassistu fil-provvediment ta' elementi b'rispons għal kwalunkwe pretensjoni u obbligu li jirriżultaw mill-mandati tar-Rappreżentanti Speċjali għall-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia preċedenti, u għandhom jipprovdu assistenza amministrattiva u aċċess għall-fajls rilevanti għal tali finijiet.
Artikolu 14
Reviżjoni
L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħra mill-Unjoni għar-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. ►M2 Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti regolari ta’ progress u rapport komprensiv finali dwar l-implementazzjoni tal-mandat sat-30 ta’ Novembru 2021. ◄
Ir-rapport komprensiv finali dwar l-implimentazzjoni tal-mandat tar-RSUE għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta' Novembru 2020.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
( 1 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).