02018D0485 — MT — 24.07.2020 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/485

tad-19 ta' Marzu 2018

li tawtorizza lid-Danimarka biex tapplika miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 75 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

(ĠU L 081 23.3.2018, p. 13)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1088 tat-22 ta’ Lulju 2020

  L 239

14

24.7.2020




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/485

tad-19 ta' Marzu 2018

li tawtorizza lid-Danimarka biex tapplika miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 75 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud



Artikolu 1

B'deroga mill-Artikolu 75 tad-Direttiva 2006/112/KE, meta persuna taxxabbli tuża vettura kummerċjali ħafifa, li tkun ġiet irreġistrata għall-użu esklużiv tan-negozju, għal skopijiet privati, jew dawk tal-impjegati tagħha, jew b'mod iktar ġenerali għal skopijiet oħra li mhumiex dawk tan-negozju tagħha, id-Danimarka hija awtorizzata li tiddetermina l-ammont taxxabbli b'referenza għal rata fissa għal kull jum tat-tali użu.

Ir-rata fissa kull jum imsemmija fl-ewwel paragrafu għandha tkun ta' DKK 40.

Artikolu 2

Il-miżura msemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi applikata biss fil-każ ta' vetturi kummerċjali ħfief b'piż totali massimu awtorizzat ta' tliet tunnellati.

Din il-miżura ma għandhiex tapplika fejn l-użu għal skopijiet privati jaqbeż l-20 jum kull sena kalendarja.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha issir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.

▼M1

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2023.

Kwalunkwe talba għall-estensjoni tal-miżura prevista f'din id-Deċiżjoni għandha titressaq lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2023 u għandha tiġi akkumpanjata b'rapport li jinkludi reviżjoni tal-miżura.

▼B

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.