02017R2402 — MT — 09.04.2021 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) 2017/2402 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta’ Diċembru 2017 (ĠU L 347 28.12.2017, p. 35) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT (UE) 2021/557 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-31 ta' Marzu 2021 |
L 116 |
1 |
6.4.2021 |
|
REGOLAMENT (UE) 2017/2402 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Diċembru 2017
li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012
KAPITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“titolizzazzjoni” tfisser tranżazzjoni jew skema, li biha riskju ta’ kreditu assoċjat mal-iskopertura jew aggregazzjoni ta’ skoperturi tkun segmentata, u jkollha karatteristiċi kollha li ġejjin:
il-pagamenti fit-tranżazzjoni jew l-iskema jkunu dipendenti fuq il-prestazzjoni tal-iskopertura jew tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi;
is-subordinazzjoni tas-segmenti tiddetermina d-distribuzzjoni tat-telf matul il-ħajja kurrenti tat-tranżazzjoni jew skema;
it-tranżazzjoni jew l-iskema ma toħloqx skoperturi li għandhom il-karatteristiċi kollha elenkati fl-Artikolu 147(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
“entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni” jew “SSPE” tfisser korporazzjoni, fiduċjarja jew entità oħra, għajr oriġinatur jew sponsor, stabbilita għall-fini ta’ twettiq ta’ titolizzazzjoni waħda jew iktar, li l-attivitajiet tagħha huma limitati għal dawk xierqa sabiex jintlaħaq dak l-objettiv, bi struttura li hija maħsuba sabiex tiżola l-obbligazzjonijiet tal-SSPE minn dawk tal-oriġinatur;
“oriġinatur” tfisser entità li:
hi stess jew permezz ta’ entitajiet relatati, b’mod dirett jew indirett, kienet involuta fil-ftehim oriġinali li ħoloq l-obbligazzjonijiet jew l-obbligazzjonijiet potenzjali tad-debitur jew id-debitur potenzjali li wasslu għat-titolizzazzjoni tal-iskoperturi; jew
tixtri l-iskoperturi ta’ parti terza għan-nom tagħha stess u mbagħad tittitolizzahom;
“rititolizzazzjoni” tfisser titolizzazzjoni li biha tal-inqas waħda mill-iskoperturi sottostanti tkun pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni;
“sponsor” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu, sew jekk lokalizzata fl-Unjoni u sew jekk le, kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew ditta tal-investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE għajr oriġinatur, li:
tistabbilixxi u tamministra programm ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi jew titolizzazzjoni oħra li tixtri skoperturi mingħand entitajiet terzi, jew
tistabbilixxi programm ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi jew titolizzazzjoni oħra li tixtri skoperturi mingħand entitajiet terzi u tiddelega l-immaniġġar ta’ kuljum ta’ portafoll attiv involut f’dik it-titolizzazzjoni lil entità awtorizzata biex twettaq tali attività f’konformità mad-Direttiva 2009/65/KE, id-Direttiva 2011/61/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE;
“segment” tfisser segment, stabbilit b’kuntratt, tar-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ skopertura jew aggregazzjoni ta’ skoperturi, fejn pożizzjoni fis-segment tinvolvi riskju ta’ telf ta’ kreditu ikbar jew inqas minn pożizzjoni tal-istess ammont f’segment ieħor, bla ma titqies il-protezzjoni tal-kreditu pprovduta minn partijiet terzi direttament lid-detenturi tal-pożizzjonijiet fis-segment jew f’segmenti oħrajn;
“programm ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi” jew “programm ABCP” (asset-backed commercial paper) tfisser programm ta’ titolizzazzjonijiet, li t-titoli maħruġa minnu fil-biċċa l-kbira jieħdu l-forma ta’ karti kummerċjali garantita b’assi b’maturità oriġinali ta’ sena jew inqas;
“tranżazzjoni ta’ karti kummerċjali garantiti b’assi” jew “tranżazzjoni ABCP” tfisser titolizzazzjoni fi ħdan programm ABCP;
“titolizzazzjoni tradizzjonali” tfisser titolizzazzjoni li tinvolvi t-trasferiment tal-interess ekonomiku fl-iskoperturi li qed jiġu titolizzati permezz tat-trasferiment tas-sjieda ta’ dawk l-iskoperturi mill-oriġinatur lil SSPE jew permezz ta’ sottoparteċipazzjoni minn SSPE, fejn it-titoli maħruġa ma jirrappreżentawx obbligi ta’ ħlas tal-oriġinatur;
“titolizzazzjoni sintetika” tfisser titolizzazzjoni li biha t-trasferiment tar-riskju jinkiseb bl-użu ta’ derivattivi tal-kreditu jew garanziji, u l-iskoperturi li jiġu titolizzati jibqgħu skoperturi tal-oriġinatur;
“investitur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika detentriċi ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni;
“investitur istituzzjonali” tfisser investitur li huwa wieħed mis-segwenti:
impriża tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;
impriża tar-riassigurazzjoni kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;
istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) skont l-Artikolu 2 tagħha, sakemm Stat Membru ma jkunx għażel li ma japplikax dik id-Direttiva sħiħa jew partijiet minnha għal dik l-istituzzjoni skont l-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva; jew maniġer tal-investiment jew entità awtorizzata maħtura minn istituzzjoni għall-provvediment ta’ rtirar okkupazzjonali, skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2016/2341;
maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv (AIFM) kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE li jimmaniġġa u/jew iqiegħed fis-swieq fondi ta’ investiment alternattiv fl-Unjoni;
impriża għall-investiment kollettiv f’kumpannija ta’ mmaniġġar ta’ titoli trasferibbli (UCITS) kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/65/KE;
UCITS immaniġġjata internament, li hija kumpannija tal-investiment awtorizzata f’konformità mad-Direttiva 2009/65/KE u li ma għażlitx kumpannija ta’ mmaniġġar awtorizzata skont dik id-Direttiva għall-immaniġġar tagħha;
istituzzjoni ta’ kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-finijiet ta’ dak ir-Regolament jew għad-ditti tal-investiment kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament;
“ġestur” tfisser entità li timmaniġġa aggregazzjoni ta’ riċevibbli mixtrija jew l-iskoperturi għall-kreditu sottostanti ta’ kuljum;
“faċilità ta’ likwidità” tfisser il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li tirriżulta minn ftehim kuntrattwali sabiex jiġi pprovdut finanzjament li jiżgura l-prontezza tal-flussi tal-flus lill-investituri;
“skopertura ċirkolanti” tfisser skopertura fejn il-bilanċi pendenti tal-‘mutwatarji’ jitħallew ivarjaw skont id-deċiżjonijiet tagħhom ta’ teħid ta’ self u ripagament, sa limitu miftiehem;
“titolizzazzjoni ċirkolanti” tfisser titolizzazzjoni fejn l-istruttura nnifisha tat-titolizzazzjoni tkun ċirkolanti billi l-iskoperturi jiżdiedu jew jitneħħew mill-aggregazzjoni ta’ skoperturi irrispettivament milli jekk l-iskoperturi humiex ċirkolanti jew le;
“klawżola ta’ ammortizzament antiċipat” tfisser klawżola ta’ kuntratt f’titolizzazzjoni ta’ skoperturi ċirkolanti jew titolizzazzjoni ċirkolanti li teħtieġ, meta jseħħu avvenimenti definiti, li l-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni tal-investituri jinfdew qabel il-maturità stipulata oriġinarjament ta’ dawk il-pożizzjonijiet;
“segment tal-ewwel telf” tfisser is-segment l-aktar subordinat f’titolizzazzjoni li jkun l-ewwel segment li jġorr it-telf imġarrab fuq l-iskoperturi titolizzati u li b’hekk jipprovdi protezzjoni għat-tieni telf u, fejn rilevanti, segmenti kklassifikati ogħla.
“pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni” tfisser skopertura għal titolizzazzjoni;
“mutwant oriġinali” tfisser entità li kkonkludiet hi stess jew permezz ta’ entitajiet relatati, b’mod dirett jew indirett, il-ftehim oriġinali li ħoloq l-obbligazzjonijiet jew l-obbligazzjonijiet potenzjali tad-debitur jew id-debitur potenzjali li wasslu għat-titolizzazzjoni tal-iskoperturi;
“programm ABCP appoġġat b’mod sħiħ” tfisser programm ABCP li huwa appoġġat direttament u bis-sħiħ mill-isponsor tiegħu billi dan jipprovdi lill-SSPE(s) faċilità waħda jew aktar ta’ likwidità li tal-inqas tkopri dawn li ġejjin kollha:
ir-riskji kollha tal-likwidità u ta’ kreditu tal-programm ABCP;
kwalunkwe riskju ta’ dilwizzjoni materjali tal-iskoperturi li qed jiġu titolizzati;
kwalunkwe spejjeż oħra fil-livell ta’ tranżazzjoni ABCP u fil-livell ta’ programm ABCP jekk neċessarji sabiex ikun garantit lill-investitur il-ħlas sħiħ ta’ kwalunkwe ammont skont l-ABCP.
“tranżazzjoni ABCP appoġġata b’mod sħiħ” tfisser tranżazzjoni ABCP appoġġata b’faċilità ta’ likwidità, fil-livell tat-tranżazzjoni jew fil-livell tal-programm ABCP, li tkopri tal-inqas dawn kollha li ġejjin:
ir-riskji kollha tal-likwidità u ta’ kreditu tat-tranżazzjoni ABCP;
kwalunkwe riskju ta’ dilwizzjoni materjali tal-iskoperturi li jkunu qed jiġu titolizzati fit-tranżazzjoni ABCP;
kwalunkwe spejjeż oħra fil-livell ta’ tranżazzjoni ABCP u spejjeż fil-livell tal-programm ABCP jekk neċessarji sabiex ikun garantit lill-investitur il-ħlas sħiħ ta’ kwalunkwe ammont skont l-ABCP.
“repożitorju tat-titolizzazzjoni” tfisser persuna ġuridika li ċentralment tiġbor u żżomm ir-rekords tat-titolizzazzjonijiet.
Għall-fini tal-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament, ir-referenzi fl-Artikoli 61, 64, 65, 66, 73, 78, 79 u 80 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għal “repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet” għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal “repożitorju tat-titolizzazzjoni”;
“skopertura improduttiva” jew “NPE” tifisser skopertura li tissodisfa kwalunkwe mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
"titolizzazzjoni NPE" tfisser titolizzazzjoni appoġġata minn aggregazzjoni ta' skoperturi improduttivi li l-valur nominali tagħhom jammonta għal mhux inqas minn 90 % tal-valur nominali tal-aggregazzjoni sħiħa fil-ħin tal-oriġinazzjoni u fi kwalunkwe mument sussegwenti li fih issir żieda mal-assi jew li fih jitneħħew assi mill-aggregazzjoni sottostanti minħabba riforniment, ristrutturar jew għal kwalunkwe raġuni oħra;
"ftehim ta' protezzjoni ta' kreditu" tfisser ftehim konkluż bejn l-oriġinatur u l-investitur biex jiġi ttrasferit ir-riskju ta' kreditu ta' skoperturi titolizzati mill-oriġinatur għall-investitur permezz ta' derivattivi ta' kreditu jew garanziji, fejn l-oriġinatur jimpenja ruħu li jħallas ammont, magħruf bħala primjum għall-protezzjoni ta' kreditu, lill-investitur u l-investitur jimpenja ruħu li jħallas ammont, magħruf bħala pagament ta' protezzjoni ta' kreditu, lill-oriġinatur f'każ li jseħħ wieħed mill-avvenimenti ta' kreditu definiti b'mod kuntrattwali;
"primjum tal-protezzjoni ta' kreditu" tfisser l-ammont li l-oriġinatur impenja ruħu li jħallas lill-investitur skont il-ftehim ta' protezzjoni ta' kreditu għall-protezzjoni ta' kreditu mwiegħda mill-investitur;
"pagament ta' protezzjoni ta' kreditu" tfisser l-ammont li l-investitur impenja ruħu li jħallas lill-oriġinatur skont il-ftehim ta' protezzjoni ta' kreditu f'każ li jseħħ avveniment ta' kreditu definit b’mod kuntrattwali fil-ftehim ta' protezzjoni ta' kreditu;
"marġni pożittiv sintetiku" tfisser l-ammont li, skont id-dokumentazzjoni ta' titolizzazzjoni sintetika, ikun kuntrattwalment allokat mill-oriġinatur biex jassorbi telf tal-iskoperturi titolizzati li jista' jseħħ qabel id-data tal-maturità tat-tranżazzjoni;
"fatturi ta' sostenibbiltà" tfisser fatturi ta' sostenibbiltà kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
"skont li ma jitħallasx lura fil-prezz tax-xiri" tfisser id-differenza bejn il-bilanċ pendenti tal-iskoperturi fl-aggregazzjoni sottostanti u l-prezz li bih dawk l-iskoperturi jinbiegħu mill-oriġinatur lill-SSPE, fejn la l-oriġinatur u lanqas il-mutwant oriġinali ma jiġu rimborżati għal dik id-differenza.
Artikolu 3
Bejgħ ta’ titolizzazzjonijiet lil klijenti mhux professjonali
Il-bejjiegħ ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni ma għandux ibiegħ tali pożizzjoni lil klijent mhux professjonali, kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, sakemm ma jiġux issodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-bejjiegħ tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni jkun wettaq test tal-adegwatezza f’konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2014/65/UE;
il-bejjiegħ tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni huwa sodisfatt, fuq il-bażi tat-test imsemmi fil-punt (a), li l-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni hija adegwata għal dak il-klijent mhux professjonali;
il-bejjiegħ tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni jikkomunika immedjatament f’rapport lill-klijent mhux professjonali r-riżultat tat-test tal-adegwatezza.
Artikolu 4
Rekwiżiti għall-SSPEs
L-SSPEs ma għandhomx ikunu stabbiliti f’pajjiż terz li għalih tapplika waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
il-pajjiż terz huwa elenkat bħala pajjiż terz b'riskju għoli li għandu defiċjenzi strateġiċi fir-reġim tiegħu kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
il-pajjiż terz huwa elenkat fl-Anness I tal-lista tal-UE tal-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa;
il-pajjiż terz ma jkunx iffirma ftehim ma’ Stat Membru biex jiżgura li dak il-pajjiż terz jikkonforma kompletament mal-istandards stipulati fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni tat-Taxxa tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar id-Dħul u l-Kapital jew mill-Ftehim Mudell tal-OECD dwar l-Iskambju tal-Informazzjoni dwar Materji ta’ Taxxa, u jiżgura li jkun hemm skambju effettiv ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ taxxa, inkluż kwalunkwe ftehim multilaterali dwar it-taxxa;
jiżdied il-paragrafu li ġej:
Għal SSPE stabbilita, wara d-9 ta’ April 2021, f’ġurisdizzjoni msemmija fl-Anness II minħabba t-tħaddim ta’ reġim tat-taxxa dannuż, l-investitur għandu jinnotifika l-investiment f’titoli maħruġa minn dik l-SSPE lill-awtoritajiet tat-taxxa kompetenti tal-Istat Membru li fih l-investitur ikun residenti għal finijiet ta’ taxxa.
KAPITOLU 2
DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAT-TITOLIZZAZZJONIJIET KOLLHA
Artikolu 5
Rekwiżiti dwar id-diliġenza dovuta għall-investituri istituzzjonali
Qabel ma jkollu pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, investitur istituzzjonali, għajr l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali, għandu jivverifika li:
meta l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali stabbilit fl-Unjoni ma jkunx istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment kif definit fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali jagħti l-krediti kollha tiegħu li jwasslu għall-iskoperturi sottostanti fuq il-bażi ta’ kriterji solidi u definiti sew u proċessi stabbiliti b’mod ċar għall-approvazzjoni, l-emenda, it-tiġdid u l-finanzjament ta’ dawk il-krediti u għandu sistemi effettivi fis-seħħ biex japplika dawk il-kriterji u l-proċessi f’konformità mal-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament;
meta l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali jkun stabbilit f’pajjiż terz, l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali jagħti l-krediti kollha li jwasslu għall-iskoperturi sottostanti abbażi ta’ kriterji solidi u definiti sew u proċessi stabbiliti b’mod ċar għall-approvazzjoni, l-emendar, it-tiġdid u l-finanzjament ta’ dawk il-krediti u għandu sistemi effettivi fis-seħħ biex japplika dawk il-kriterji u l-proċessi biex jiżgura li l-għoti ta’ kreditu huwa bbażat fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-affidabbiltà kreditizja tad-debitur;
jekk ikun stabbilit fl-Unjoni, l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali jżomm fuq bażi kontinwa interess materjali ekonomiku nett f’konformità mal-Artikolu 6 u r-retenzjoni tar-riskju tiġi żvelata lill-investitur istituzzjonali f’konformità mal-Artikolu 7;
jekk ikun stabbilit f’pajjiż terz, l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali jżomm fuq bażi kontinwa interess materjali ekonomiku nett li, fi kwalunkwe każ, ma għandux ikun inqas minn 5 %, iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 6, u jiżvela r-retenzjoni tar-riskju lill-investituri istituzzjonali;
l-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE, fejn xieraq, għamel disponibbli l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 7 f’konformità mal-frekwenza u l-modalitajiet previsti f’dak l-Artikolu;
fil-każ ta' skoperturi improduttivi, jiġu applikati standards solidi fl-għażla u l-ipprezzar tal-iskoperturi.
Qabel ma jkollu pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, investitur istituzzjonali, għajr l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali, għandu jwettaq stima tad-diliġenza dovuta li tippermettilu li jivvaluta r-riskji involuti. Din l-istima għandha tinkludi, minn tal-anqas, dawn kollha li ġejjin:
il-karatteristiċi tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni individwali u tal-iskoperturi sottostanti;
il-karatteristiċi strutturali kollha tat-titolizzazzjoni li jistgħu jħallu impatt materjali fuq il-prestazzjoni tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, inkluż il-prijoritajiet kuntrattwali tal-pagament u l-prijorità tal-ixkattaturi marbutin mal-pagament, it-titjibiet tal-kreditu, it-titjibiet tal-likwidità, l-ixkattaturi tal-valur tas-suq, u d-definizzjonijiet speċifiċi għat-tranżazzjoni tal-inadempjenza;
fir-rigward ta’ titolizzazzjoni notifikata bħala STS f’konformità mal-Artikolu 27, il-konformità ta’ dik it-titolizzazzjoni mar-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 19 sa 22 jew fl-Artikoli 23 sa 26, u l-Artikolu 27. L-investituri istituzzjonali jistgħu jafdaw sa ċertu punt fuq in-notifika STS skont l-Artikolu 27(1) u l-informazzjoni żvelata mill-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE dwar il-konformità mar-rekwiżiti STS, mingħajr ma jafdaw unikament jew mekkanikament dik in-notifika jew l-informazzjoni.
Minkejja l-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, fil-każ ta’ programm ABCP appoġġat b’mod sħiħ, l-investituri istituzzjonali fil-karta kummerċjali maħruġa minn dak il-programm ABCP għandhom jikkunsidraw il-karatteristiċi tal-programm ABCP u l-appoġġ sħiħ tal-likwidità.
Investitur istituzzjonali, għajr l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali, li jkollu pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, għandu tal-inqas:
jistabbilixxi proċeduri bil-miktub xierqa li huma proporzjonati għall-profil tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u, fejn rilevanti, għall-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar tal-investituri istituzzjonali, sabiex isir monitoraġġ, fuq bażi kontinwa, tal-konformità mal-paragrafi 1 u 3 u l-prestazzjoni tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u tal-iskoperturi sottostanti.
Fejn rilevanti fir-rigward tat-titolizzazzjoni u l-iskoperturi sottostanti, dawk il-proċeduri bil-miktub għandhom jinkludu monitoraġġ tat-tip ta’ skopertura, il-perċentwal ta’ self skaduti b’iktar minn 30, 60 u 90 jum, ir-rati ta’ inadempjenza, ir-rati ta’ prepagament, is-self fi preklużjoni, ir-rati ta’ rkupru, ir-riakkwisti, il-modifiki tas-self, il-pawżi mill-pagamenti, it-tip ta’ kollateral u l-okkupanza, u d-distribuzzjoni tal-frekwenza tal-punteġġi tal-kreditu jew miżuri oħrajn tal-affidabbiltà kreditizja bejn skoperturi sottostanti, l-industrija u d-diversifikazzjoni ġeografika, id-distribuzzjoni tal-frekwenza tal-proporzjonijiet bejn is-self u l-valur b’firxiet li jiffaċilitaw analiżi adegwata tas-sensittività. Meta l-iskoperturi sottostanti huma stess ikunu pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, kif permess skont l-Artikolu 8, l-investituri istituzzjonali għandhom jissorveljaw ukoll l-iskoperturi sottostanti għal dawk il-pożizzjonijiet;
f’każ ta’ titolizzazzjoni għajr programm ABCP appoġġat b’mod sħiħ, jagħmel b’mod regolari testijiet tal-istress fuq il-flussi tal-flus u l-valuri tal-kollateral li jappoġġaw l-iskoperturi sottostanti, jew, fin-nuqqas ta’ data suffiċjenti dwar il-flussi tal-flus u l-valuri tal-kollateral, testijiet tal-istress fuq suppożizzjonijiet ta’ telf, b’kunsiderazzjoni għall-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni;
fil-każ ta’ programm ABCP appoġġat b’mod sħiħ, iwettaq b’mod regolari testijiet tal-istress fuq is-solvenza u l-likwidità tal-isponsor;
jiżgura rapportar intern lill-korp maniġerjali tiegħu sabiex il-korp maniġerjali jkun jaf bir-riskji materjali li jirriżultaw mill-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u sabiex dawk ir-riskji jiġu mmaniġġati b’mod adegwat;
ikun kapaċi juri lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu, fuq talba, li għandu fehim komprensiv u profond tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u l-iskoperturi sottostanti tagħha u li implimenta politiki u proċeduri miktubin għall-immaniġġar tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u għaż-żamma ta’ reġistri għall-verifiki u d-diliġenza dovuta f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 u ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti; u
fil-każ ta’ skoperturi għal programm ABCP appoġġat b’mod sħiħ, ikun kapaċi juri lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu, fuq talba, li għandu fehim komprensiv u dettaljat tal-kwalità kreditizja tal-isponsor u tat-termini tal-faċilità ta’ likwidità pprovduta.
Artikolu 6
Żamma tar-riskju
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, entità ma titqiesx li hija oriġinatur meta l-entità tkun ġiet stabbilita jew topera bl-uniku skop li tittitolizza skoperturi.
Meta jitkejjel l-interess materjali ekonomiku nett, ir-ritenitur għandu jqis kwalunkwe tariffa li fil-prattika tista' tintuża biex jitnaqqas l-interess materjali ekonomiku nett effettiv.
Fil-każ ta' titolizzazzjonijiet NPE tradizzjonali, ir-rekwiżit ta' dan il-paragrafu jista' jiġi ssodisfat ukoll mis-servizzjant dment li s-servizzjant jista' juri li għandu għarfien espert fis-servizzjar ta' skoperturi ta' natura simili għal dawk titolizzati u li għandu stabbiliti politiki, proċeduri u kontrolli tal-immaniġġjar tar-riskju dokumentati sew u adegwati relatati mas-servizzjar tal-iskoperturi.
Huma biss dawn li ġejjin li għandhom jikkwalifikaw bħala retenzjoni tal-interess materjali ekonomiku nett ta’ mhux inqas minn 5 % skont it-tifsira tal-paragrafu 1:
ir-retenzjoni ta’ mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali ta’ kull wieħed mis-segmenti mibjugħin jew trasferiti lill-investituri;
fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet ċirkolanti jew titolizzazzjonijiet ta’ skoperturi ċirkolanti, ir-retenzjoni tal-interess tal-oriġinatur ta’ mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali ta’ kull waħda mill-iskoperturi titolizzati;
ir-retenzjoni ta’ skoperturi magħżula b’mod aleatorju, ekwivalenti għal mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati, fejn tali skoperturi mhux titolizzati normalment kienu jkunu titolizzati fit-titolizzazzjoni, bil-kondizzjoni li n-numru ta’ skoperturi potenzjalment titolizzati ma jkunx inqas minn 100 fil-bidu;
ir-retenzjoni tas-segment tal-ewwel tat-telf u, meta t-tali retenzjoni ma tkunx tammonta għal 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati, jekk hemm bżonn, segmenti oħrajn bl-istess profil ta’ riskju jew wieħed iktar sever minn dawk ittrasferiti jew mibjugħin lil investituri u li ma jimmaturawx qabel dawk ittrasferiti jew mibjugħin lil investituri, sabiex ir-retenzjoni totali ma tkunx inqas minn 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati; jew
ir-retenzjoni ta’ skopertura tal-ewwel telf ta’ mhux inqas minn 5 % ta’ kull skopertura titolizzata fit-titolizzazzjoni.
Il-valur nett ta' skopertura improduttiva għandu jiġi kkalkolat billi jitnaqqas l-iskont tal-prezz tax-xiri li ma jitħallasx lura miftiehem fil-livell tal-iskopertura titolizzata individwali fil-ħin tal-oriġinazzjoni jew, fejn applikabbli, sehem korrispondenti tal-iskont tal-prezz tax-xiri li ma jitħallasx lura miftiehem fil-livell tal-aggregazzjoni ta' skoperturi sottostanti fil-ħin tal-oriġinazzjoni mill-valur nominali tal-iskopertura jew, fejn applikabbli, il-valur pendenti tagħha fil-ħin tal-oriġinazzjoni. Barra minn hekk, għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur nett tal-iskoperturi improduttivi titolizzati, l-iskont tal-prezz tax-xiri li ma jitħallasx lura jista' jinkludi d-differenza bejn l-ammont nominali tas-segmenti tat-titolizzazzjoni NPE sottoskritti mill-oriġinatur għall-bejgħ sussegwenti u l-prezz li bih dawn is-segmenti jinbiegħu għall-ewwel darba lil partijiet terzi mhux relatati.
L-ewwel subparagrafu japplika biss meta l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti tal-investiment jew l-istituzzjonijiet finanzjarji li ħolqu l-iskoperturi titolizzati jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 79 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) u jfornu l-informazzjoni meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, fil-ħin, lill-oriġinatur jew lill-isponsor u lill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tal-Unjoni, lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-Unjoni.
Il-paragrafu 1 ma japplikax meta l-iskoperturi titolizzati jkunu skoperturi fuq garanzija jew skoperturi garantiti bis-sħiħ, inkondizzjonalment u b’mod irrevokabbli minn:
gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali;
gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku skont it-tifsira tal-punt (8) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Istati Membri;
istituzzjonijiet li għalihom jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 50 % jew inqas skont il-Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali fit-tifsira tal-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ); jew
il-banek multilaterali tal-iżvilupp elenkati fl-Artikolu 117 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) li ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika f’dettall ikbar ir-rekwiżit ta’ retenzjoni tar-riskju, b’mod partikolari fir-rigward ta’:
il-modalitajiet għar-retenzjoni tar-riskju skont il-paragrafu 3, inkluż l-issodisfar permezz ta’ forma sintetika jew kontinġenti ta’ retenzjoni;
il-kejl tal-livell ta’ retenzjoni msemmi fil-paragrafu 1;
il-projbizzjoni ta’ ħħeġġjar jew bejgħ tal-imgħax ritenut;
il-kundizzjonijiet għar-retenzjoni fuq bażi konsolidata skont il-paragrafu 4;
il-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni ta’ tranżazzjonijiet ibbażati fuq indiċi ċar, trasparenti u aċċessibbli msemmi fil-paragrafu 6;
il-modalitajiet taż-żamma tar-riskju skont il-paragrafi 3 u 3a fil-każ ta' titolizzazzjonijiet NPE;
l-impatt tat-tariffi mħallsa lir-ritenitur fuq l-interess materjali ekonomiku nett effettiv skont it-tifsira tal-paragrafu 1.
L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Ottubru 2021.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 7
Rekwiżiti ta’ trasparenza għall-oriġinaturi, għall-isponsors u għall-SSPEs
L-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE ta’ titolizzazzjoni għandu, f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jagħmlu disponibbli tal-inqas l-informazzjoni li ġejja għad-detenturi ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, għall-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 29 u, fuq talba, għal investituri potenzjali:
informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti fuq bażi trimestrali jew, fil-każ ta’ ABCP, informazzjoni dwar ir-riċevibbli sottostanti jew il-pretensjonijiet ta’ kreditu fuq bażi ta’ kull xahar;
kull dokumentazzjoni sottostanti li hija essenzjali għall-fehim tat-tranżazzjoni, inklużi iżda mhux limitati għal, fejn applikabbli, id-dokumenti li ġejjin:
id-dokument tal-offerta finali jew il-prospett flimkien mad-dokumenti tat-tranżazzjoni ta’ għeluq, esklużi opinjonijiet ġuridiċi;
għal titolizzazzjoni tradizzjonali, il-ftehim ta’ bejgħ ta’ assi, l-assenjament, in-novazzjoni jew il-ftehim ta’ trasferiment u kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ fiduċja;
il-ftehimiet tad-derivattivi u tal-garanzija, kif ukoll kwalunkwe dokument rilevanti dwar l-arranġamenti ta’ kollateralizzazzjoni li fihom l-iskoperturi titolizzati jibqgħu skoperturi tal-oriġinatur;
il-ftehimiet ta’ ġestjoni (servicing), ġestjoni ta’ riserva, amministrazzjoni u mmaniġġar tal-flus;
l-att fiduċjarju, l-att ta’ sikurezza, il-ftehim tal-aġenzija, il-ftehim tal-kont tal-bank, il-kuntratt ta’ investiment garantit, it-termini inkorporati jew il-qafas fiduċjarju prinċipali jew il-ftehim ta’ definizzjonijiet prinċipali jew dokumentazzjoni legali bħal din b’valur legali ekwivalenti;
kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-kredituri, dokumenti dwar id-derivattivi, ftehimiet ta’ self subordinat, ftehimiet ta’ self għall-bidu ta’ negozju u ftehimiet ta’ faċilità ta’ likwidità;
Dik id-dokumentazzjoni sottostantigħandha tinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-prijorità tal-pagamenti tat-titolizzazzjoni;
meta ma jkunx tfassal prospett skont id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ), sommarju tat-tranżazzjonijiet jew ħarsa ġenerali lejn il-karatteristiċi ewlenin tat-titolizzazzjoni, inklużi, fejn applikabbli:
dettalji dwar l-istruttura tal-ftehim, inklużi d-dijagrammi tal-istruttura li fihom ħarsa ġenerali lejn it-tranżazzjoni, il-flussi tal-flus u l-istruttura tas-sjieda;
dettalji dwar il-karatteristiċi tal-iskopertura, il-flussi tal-flus, il-kaskata ta’ telf, it-titjib tal-kreditu u l-karatteristiċi tal-appoġġ ta’ likwidità;
dettalji dwar id-drittijiet tal-vot tad-detenturi ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u r-relazzjoni tagħhom ma’ kredituri titolizzati oħrajn;
lista tal-ixkattaturi u l-avvenimenti kollha msemmijin fid-dokumenti pprovduti skont il-punt (b) li jista’ jkollhom impatt materjali fuq il-prestazzjoni tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni;
fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet STS, in-notifika STS imsemmija fl-Artikolu 27;
rapporti trimestrali għall-investituri jew, fil-każ ta’ ABCP, rapporti ta’ kull xahar għall-investituri, li jkun fihom dawn li ġejjin:
id-data materjalment rilevanti kollha dwar il-kwalità kreditizja u l-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti;
informazzjoni dwar avvenimenti li jiskattaw bidliet fil-prijorità ta’ pagamenti jew is-sostituzzjoni ta’ xi kontroparti, u, fil-każ ta’ titolizzazzjoni li mhix tranżazzjoni ABCP, data fuq il-flussi tal-flus iġġenerati mill-iskoperturi sottostanti u mill-obbligazzjonijiet tat-titolizzazzjoni;
informazzjoni dwar ir-riskju miżmum, inkluż informazzjoni dwar liema mill-modalitajiet previsti fl-Artikolu 6(3) ġiet applikata, f’konformità mal-Artikolu 6.
kwalunkwe informazzjoni privileġġjata b’rabta mat-titolizzazzjoni li l-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE hu obbligat jagħmel pubblika skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ) dwar abbuż minn informazzjoni privileġġjata u manipulazzjoni tas-suq;
meta ma jkunx japplika l-punt (f), kwalunkwe avveniment sinifikanti bħal:
ksur materjali tal-obbligi previst fid-dokumenti magħmula disponibbli skont il-punt (b), inklużi kwalunkwe rimedju, rinunzja jew kunsens li jiġu pprovduti wara b’rabta mat-tali ksur;
bidla fil-karatteristiċi strutturali li tista’ tħalli impatt materjali fuq il-prestazzjoni tat-titolizzazzjoni;
bidla fil-karatteristiċi tar-riskju tat-titolizzazzjoni jew tal-iskoperturi sottostanti li jista’ jkollha impatt materjali fuq il-prestazzjoni tat-titolizzazzjoni;
fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet STS, meta t-titolizzazzjoni ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti STS jew meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu azzjonijiet ta’ rimedju jew amministrattivi;
kwalunkwe emenda materjali għad-dokumenti ta’ tranżazzjoni.
L-informazzjoni deskritta fil-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun disponibbli qabel l-ipprezzar.
L-informazzjoni deskritta fil-punti (a) u (e) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun disponibbli simultanjament kull trimestru mhux iktar tard minn xahar wara d-data li fiha jrid jitħallas l-imgħax jew, fil-każ ta’ tranżazzjonijiet ABCP, mhux iktar tard minn xahar wara tmiem il-perijodu kopert mir-rapport.
Fil-każ ta’ ABCP, l-informazzjoni deskritta fil-punti (a), (c)(ii) u (e)(i) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun disponibbli f’forma aggregata għal detenturi ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u, fuq talba, għal investituri potenzjali. Id-data f’livell ta’ self għandha tkun disponibbli għall-isponsor u, fuq talba, għall-awtoritajiet kompetenti.
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 596/2014, l-informazzjoni deskritta fil-punti (f) u (g) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun disponibbli mingħajr dewmien.
Meta jikkonforma ma’ dan il-paragrafu, l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE ta’ titolizzazzjoni għandhom jikkonformaw mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni li tirregola l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u l-ipproċessar tad-data personali sabiex jiġi evitat ksur potenzjali ta’ tali liġi kif ukoll kwalunkwe obbligu ta’ kunfidenzjalità rigward informazzjoni dwar klijenti, mutwanti oriġinali jew debituri, sakemm tali informazzjoni kunfidenzjali ma tkunx anonimizzata jew aggregata.
B’mod partikolari, fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE jistgħu jipprovdu sinteżi tad-dokumentazzjoni kkonċernata.
L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 29 għandhom ikunu jistgħu jitolbu l-forniment lilhom ta’ tali informazzjoni kunfidenzjali sabiex ikunu jistgħu jaqdu dmirijiethom skont dan ir-Regolament.
L-entità maħtura skont l-ewwel subparagrafu għandha tagħmel l-informazzjoni għal tranżazzjoni ta’ titolizzazzjoni disponibbli permezz ta’ repożitorju tat-titolizzazzjoni.
L-obbligi msemmija fit-tieni u r-raba’ subparagrafi ma japplikawx għal titolizzazzjonijiet fejn ma jeħtieġ li jitfassal l-ebda prospett f’konformità mad-Direttiva 2003/71/KE.
Meta ma jkun irreġistrat l-ebda repożitorju tat-titolizzazzjoni skont l-Artikolu 10, l-entità maħtura biex tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tagħmel l-informazzjoni disponibbli permezz ta’ sit web:
jinkludi sistema ta’ kontroll tal-kwalità tad-data li taħdem kif suppost;
huwa soġġett għal standards ta’ governanza xierqa u għaż-żamma u l-operat ta’ struttura organizzattiva xierqa li tiżgura l-kontinwità u l-funzjonament kif suppost tas-sit web;
huwa soġġett għal sistemi, kontrolli u proċeduri xierqa li jidentifikaw is-sorsi rilevanti kollha ta’ riskju operazzjonali;
jinkludi sistemi li jiżguraw il-protezzjoni u l-integrità tal-informazzjoni riċevuta u r-reġistrazzjoni minnufih tal-informazzjoni; u
jagħmilha possibbli li jinżamm reġistru tal-informazzjoni għal tal-inqas ħames snin wara d-data ta’ maturità tat-titolizzazzjoni.
L-entità responsabbli għar-rapportar tal-informazzjoni, u r-repożitorju tat-titolizzazzjoni fejn tkun disponibbli l-informazzjoni għandha tkun indikata fid-dokumentazzjoni rigward it-titolizzazzjoni.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 8
Projbizzjoni tar-rititolizzazzjoni
B’deroga, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal:
kwalunkwe titolizzazzjoni li t-titoli tagħha jkunu nħarġu qabel l-1 ta’ Jannar 2019; u
kwalunkwe titolizzazzjoni, li ser tintuża għal skopijiet leġittimi kif stipulat fil-paragrafu 3, li t-titoli tagħha inħarġu fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2019.
Fejn tali entità taħt superviżjoni tkun istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment kif definit fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtorità kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tikkonsulta mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni u kwalunkwe awtorità oħra rilevanti għal dik l-entità qabel ma tagħti l-permess għall-inklużjoni ta’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni bħala skoperturi sottostanti f’titolizzazzjoni. Tali konsultazzjoni ma għandhiex iddum aktar minn 60 jum mid-data li fiha l-awtorità kompetenti tinnotifika lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, u kwalunkwe awtorità oħra rilevanti għal dik l-entità, dwar il-ħtieġa għal konsultazzjoni.
Fejn il-konsultazzjoni tirriżulta f’deċiżjoni li jingħata permess għall-użu ta’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni bħala skoperturi sottostanti f’titolizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ESMA b’dan.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, dawn li ġejjin għandhom jitqiesu li huma għanijiet leġittimi:
il-faċilitazzjoni tal-istralċ ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, ditta tal-investiment jew istituzzjoni finanzjarja,
li tiżgura l-vijabbiltà bħala negozju avvjat ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, ta’ ditta tal-investiment jew ta’ istituzzjoni finanzjarja sabiex jiġi evitat l-istralċ tagħha; jew
fejn l-iskoperturi sottostanti jkunu improduttivi, il-preservazzjoni tal-interessi tal-investituri.
L-ESMA għandha tippreżenta kwalunkwe tali abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 9
Kriterji għall-għoti ta’ kreditu
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, rigward l-iskoperturi sottostanti li kienu skoperturi improduttivi fiż-żmien li fih l-oriġinatur akkwistahom mingħand il-parti terza rilevanti, għandhom japplikaw standards solidi fl-għażla u l-ipprezzar tal-iskoperturi.
Il-paragrafu 3 ma japplikax jekk;
il-ftehim oriġinali, li ħoloq l-obbligu jew l-obbligi potenzjali tad-debitur jew tad-debitur potenzjali, sar qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2014/17/UE; u
l-oriġinatur li jixtri l-iskoperturi ta’ parti terza għan-nom tiegħu stess u mbagħad jittitolizzahom jissodisfa l-obbligi li l-istituzzjonijiet tal-oriġinatur kienu obbligati li jissodisfaw taħt l-Artikolu 21(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014 qabel l-1 ta’ Jannar 2019.
KAPITOLU 3
KONDIZZJONIJIET U PROĊEDURI GĦAR-REĠISTRAZZJONI TA’ REPOŻITORJU TAT-TITOLIZZAZZJONI
Artikolu 10
Reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-titolizzazzjoni
Repożitorju tat-titolizzazzjoni għandu jippreżenta lill-ESMA waħda milli ġejjin:
applikazzjoni għar-reġistrazzjoni;
applikazzjoni għal estensjoni ta’ reġistrazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament fil-każ ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet diġà reġistrat skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ).
Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-ESMA għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien sa meta r-repożitorju tat-titolizzazzjoni għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali.
Wara li tkun evalwat applikazzjoni bħala kompluta, l-ESMA għandha tinnotifika b’dan lir-repożitorju tat-titolizzazzjoni.
Sabiex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji ta’ dawn kollha li ġejjin:
il-proċeduri msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li għandhom jiġu applikati mir-repożitorji ta’ titolizzazzjoni sabiex jivverifikaw il-kompletezza u l-konsistenza tal-informazzjoni magħmula disponibbli lilhom skont l-Artikolu 7(1);
l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5;
applikazzjoni simplifikata għal estensjoni tar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 5.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format tat-tnejn li ġejjin:
l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5;
applikazzjoni simplifikata għal estensjoni tar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 5.
Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tiżviluppa format simplifikat biex tevita proċeduri doppji.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 11
Notifika lill-awtoritajiet kompetenti u konsultazzjoni magħhom qabel ir-reġistrazzjoni jew l-estensjoni tar-reġistrazzjoni
Artikolu 12
Eżami tal-applikazzjoni
Artikolu 13
Notifika tad-deċiżjonijiet tal-ESMA relatati mar-reġistrazzjoni jew l-estensjoni tar-reġistrazzjoni
L-ESMA għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinnotifika lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 11(1) bid-deċiżjoni tagħha.
Artikolu 14
Setgħat tal-ESMA
Artikolu 15
Irtirar tar-reġistrazzjoni
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-ESMA għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-titolizzazzjoni fejn ir-repożitorju tat-titolizzazzjoni:
ikun b’mod espliċitu rrinunzja r-reġistrazzjoni jew ma jkun ipprovda l-ebda servizz tal-kreditu għas-sitt xhur ta’ qabel;
ikun kiseb ir-reġistrazzjoni billi għamel dikjarazzjonijiet foloz jew b’mezzi irregolari oħra; jew
ma jkunx għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet li kien ġie rreġistrat taħthom.
Artikolu 16
Tariffi għas-superviżjoni
Dawk it-tariffi għandhom ikunu proporzjonati għall-fatturat tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni kkonċernat u għandhom ikopru għal kollox l-infiq tal-ESMA meħtieġ għar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tar-repożitorji tat-titolizzazzjoni kif ukoll ir-rimborż ta’ kwalunkwe spiża li jistgħu jġarrbu l-awtoritajiet kompetenti bħala riżultat ta’ kwalunkwe delega ta’ kompiti skont l-Artikolu 14(1) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm l-Artikolu 14(1) ta’ dan ir-Regolament isemmi l-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, ir-referenzi għall-Artikolu 72(3) ta’ dak ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala referenzi għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Meta repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun diġà ġie rreġistrat skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew taħt il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2015/2365, it-tariffi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu aġġustati biss biex jirriflettu l-infiq u l-ispejjeż addizzjonali meħtieġa relatati mar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tar-repożitorji tat-titolizzazzjoni skont dan ir-Regolament.
Artikolu 17
Disponibbiltà tad-data miżmuma f’repożitorju tat-titolizzazzjoni
Mingħajr preġudizzju tal-Artikolu 7(2), repożitorju tat-titolizzazzjoni għandu jiġbor u jżomm id-dettalji tat-titolizzazzjoni. Huwa għandu jipprovdi aċċess dirett u immedjat u mingħajr ħlas lill-entitajiet kollha li ġejjin biex ikunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet, il-mandati u l-obbligi rispettivi tagħhom:
l-ESMA;
l-EBA;
l-EIOPA;
il-BERS;
il-membri rilevanti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fit-twettiq tal-kompiti tiegħu fi ħdan mekkaniżmu superviżorju uniku skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013;
l-awtoritajiet rilevanti li r-responsabbiltajiet u l-mandati superviżorji rispettivi tagħhom ikopru t-tranżazzjonijiet, is-swieq, il-parteċipanti u l-assi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 );
il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 );
l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 29;
investituri u investituri potenzjali.
L-ESMA għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u mal-EIOPA u filwaqt li tqis il-bżonnijiet tal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
id-dettalji tat-titolizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li l-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE għandhom jipprovdu sabiex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 7(1);
l-istandards operazzjonali meħtieġa biex ikunu jistgħu jsiru fil-waqt dovut u b’mod strutturat u komprensiv:
ġbir ta’ data mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet; u
aggregazzjoni u tqabbil ta’ data bejn repożitorju tat-titolizzazzjoni u ieħor;
id-dettalji tal-informazzjoni li jkollhom aċċess għaliha l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, b’kont meħud tal-mandat tagħhom u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom;
it-termini u l-kondizzjonijiet li bihom l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom aċċess dirett u immedjat għad-data miżmuma f’repożitorji tat-titolizzazzjonijiet.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
KAPITOLU 4
TITOLIZZAZZJONI SEMPLIĊI, TRASPARENTI U STANDARDIZZATA
Artikolu 18
Użu tad-deżinjazzjoni “titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata”
L-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs jistgħu jużaw id-deżinjazzjoni “STS” jew “sempliċi, trasparenti u standardizzati”, jew deżinjazzjoni li tirreferi direttament jew indirettament għal dawk it-termini għat-titolizzazzjoni tagħhom, fil-każ biss li:
it-titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fit-Taqsima 1, 2 jew 2a ta' dan il-Kapitolu, u l-ESMA tkun ġiet innotifikata skont l-Artikolu 27(1); u
it-titolizzazzjoni tkun inkluża fil-lista msemmija fl-Artikolu 27(5).
L-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE involuti f’titolizzazzjoni kkunsidrata bħala STS għandhom ikunu stabbiliti fl-Unjoni.
TAQSIMA 1
Rekwiżiti għal titolizzazzjoni tradizzjonali sempliċi, trasparenti u standardizzata mhux ABCP
Artikolu 19
Titolizzazzjoni tradizzjonali sempliċi, trasparenti u standardizzata mhux ABCP
Artikolu 20
Rekwiżiti relatati mas-sempliċità
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, dawn li ġejjin għandhom jikkostitwixxu dispożizzjonijiet ta’ rkupru severi:
dispożizzjonijiet li jippermettu lill-likwidatur tal-bejjiegħ li jinvalida l-bejgħ tal-iskoperturi sottostanti fuq il-bażi biss li dan ġie konkluż f’ċertu perijodu qabel id-dikjarazzjoni ta’ insolvenza tal-bejjiegħ;
dispożizzjonijiet fejn l-SSPE jista’ jipprevjeni l-invalidazzjoni msemmija fil-punt (a) fil-każ biss li jkun jista’ jiġi ppruvat li ma kienx jaf bl-insolvenza tal-bejjiegħ fil-mument tal-bejgħ.
Meta t-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti jitwettaq permezz ta’ assenjament u jiġi pperfezzjonat fi stadju iktar tard mill-għeluq tat-tranżazzjoni, l-ixkattaturi li jeffettwaw tali perfezzjoni għandhom tal-anqas jinkludu l-avvenimenti li ġejjin:
deterjorament sever fis-sitwazzjoni tal-kwalità kreditizja tal-bejjiegħ;
insolvenza tal-bejjiegħ; u
ksur mhux rimedjat ta’ obbligi kuntrattwali mill-bejjiegħ, inkluża l-inadempjenza tal-bejjiegħ.
L-iskoperturi sottostanti għandu jkollhom flussi ta’ pagament perjodiċi definiti, li l-pagamenti tagħhom jistgħu jvarjaw fl-ammonti, relatati mal-kiri, il-kapital jew il-pagamenti tal-imgħax, jew ma’ kwalunkwe dritt ieħor li jirċievu introjtu mill-assi li jappoġġaw dawn il-pagamenti. L-iskoperturi sottostanti jistgħu jiġġeneraw ukoll rikavati mill-bejgħ ta’ kwalunkwe assi finanzjati jew mikrija.
L-iskoperturi sottostanti ma għandhomx jinkludu titoli trasferibbli, kif iddefinit fil-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE ħlief bonds maħruġa minn impriżi, li ma jkunux elenkati f’ċentru tan-negozjar.
Fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet li fihom l-iskoperturi sottostanti jkunu self residenzjali, l-aggregazzjoni ta’ self ma jinkludix ebda self li tqiegħed fis-suq u li ġie sottoskritt fuq il-bażi li l-applikant għas-self jew, fejn applikabbli, l-intermedjarji kienu jafu li l-informazzjoni pprovduta jaf ma tkunx ġiet verifikata mill-mutwant.
Il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju għandha tissodisfa r-rekwiżiti mogħtija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/48/KE jew fil-paragrafi 1 sa 4, il-punt (a) tal-paragrafu 5, u l-paragrafu 6 tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2014/17/UE jew, fejn applikabbli, rekwiżiti ekwivalenti f’pajjiżi terzi.
L-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali għandu jkollu għarfien espert fl-oriġinazzjoni ta’ skoperturi ta’ xorta simili għal dawk titolizzati.
L-iskoperturi sottostanti għandhom jiġu ttrasferiti lill-SSPE wara l-għażla mingħajr dewmien bla bżonn u ma għandhomx jinkludu, fil-mument tal-għażla, skoperturi f’inadempjenza skont it-tifsira tal-Artikolu 178(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew skoperturi għal debitur jew garanti bi kreditu indebolit li, sa fejn jaf l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali:
ikun ġie ddikjarat insolventi jew kellu qorti li tat lill-kredituri tiegħu dritt finali mhux appellabbli ta’ infurzar jew danni materjali bħala riżultat ta’ pagament maqbuż fi żmien tliet snin qabel id-data ta’ oriġinazzjoni jew ikun għadda minn proċess ta’ ristrutturar tad-dejn fir-rigward tal-iskoperturi improduttivi tiegħu fi żmien tliet snin qabel id-data ta’ trasferiment jew assenjazzjoni tal-iskoperturi sottostanti lill-SSPE, ħlief jekk:
skopertura sottostanti ristrutturata ma tkunx ippreżentat arretrati ġodda mid-data tar-ristrutturar li kellu jseħħ għall-anqas sena qabel id-data tat-trasferiment jew l-assenjazzjoni tal-iskoperturi sottostanti lill-SSPE; u
l-informazzjoni pprovduta mill-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE skont il-punti (a) u (e)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tistabbilixxi b’mod espliċitu l-proporzjon tal-iskoperturi sottostanti ristrutturati, il-ħin u d-dettalji tar-ristrutturar kif ukoll il-prestazzjoni tagħhom mid-data tar-ristrutturar;
kien, fil-mument tal-oriġinazzjoni, fejn applikabbli, fuq reġistru ta’ kreditu pubbliku ta’ persuni bi storja kreditizja negattiva jew, fejn ma jkunx hemm tali reġistru ta’ kreditu pubbliku, reġistru ta’ kreditu ieħor li jkun disponibbli għall-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali; jew
għandu klassifikazzjoni tal-kreditu jew evalwazzjoni tal-kreditu li tindika li r-riskju li ma jsirux il-pagamenti kuntrattwalment maqbulin huwa ferm ogħla minn dak ta’ skoperturi komparabbli miżmuma mill-oriġinatur li mhumiex titolizzati.
Ir-ripagament mid-detenturi tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li l-iskoperturi sottostanti tagħhom huma koperti minn assi li l-valur tagħhom huwa garantit jew immitigat bis-sħiħ minn obbligu ta’ riakkwist mill-bejjiegħ tal-assi li jkopri l-iskoperturi sottostanti jew minn parti terza oħra ma għandux jitqies li jiddependi mill-bejgħ ta’ assi li jkopru dawk l-iskoperturi sottostanti.
L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Lulju 2018.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikoli 21
Rekwiżiti relatati mat-titolizzazzjoni
Fejn ikun inħareġ avviż ta’ eżekuzzjoni jew aċċellerazzjoni:
l-ebda ammont ta’ flus kontanti ma għandu jinqabad fl-SSPE lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jiġi żgurat il-funzjonament operattiv tal-SSPE jew ir-ripagament ordnat lil investituri f’konformità mat-termini kuntrattwali tat-titolizzazzjoni, sakemm ċirkostanzi eċċezzjonali ma jesiġux li jiġi maqbud ammont sabiex jintuża, fl-aħjar interessi tal-investituri, għal spejjeż sabiex jiġi evitat id-deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti;
ir-rikavati prinċipali mill-iskoperturi sottostanti għandhom jgħaddu lill-investituri permezz ta’ ammortizzament sekwenzjali tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, skont is-superjorità tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni;
ir-ripagament tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni ma għandux jiġi invertit fir-rigward tas-superjorità tagħhom; u
ma għandu jkun hemm ebda dispożizzjoni li tesiġi likwidazzjoni awtomatika tal-iskoperturi sottostanti bil-valur tas-suq.
Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tinkludi dispożizzjonijiet xierqa ta’ ammortizzament antiċipat jew xkattaturi għat-terminazzjoni tal-perijodu rotanti meta t-titolizzazzjoni tkun titolizzazzjoni rotanti, inkluż tal-inqas dawn li ġejjin:
deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti għal jew f’livell inqas mil-limitu predefinit;
l-okkorrenza ta’ avveniment relatat ma’ insolvenza fir-rigward tal-oriġinatur jew tal-ġestur;
il-valur tal-iskoperturi sottostanti miżmumin mill-SSPE jaqa’ taħt limitu predefinit (avveniment ta’ ammortizzament antiċipat); u
nuqqas milli jiġu ġġenerati biżżejjed skoperturi sottostanti ġodda li jissodisfaw il-kwalità kreditizja predefinita (xkattatur għat-tmiem tal-perijodu rotanti).
Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tispeċifika b’mod ċar:
l-obbligi kuntrattwali, id-dmirijiet u ir-responsabbiltajiet tal-ġestur u l-fiduċjarju, jekk ikun hemm, u fornituri oħrajn ta’ servizzi anċillari;
il-proċessi u r-responsabbiltajiet meħtieġa biex ikun żgurat li inadempjenza jew insolvenza tal-ġestur ma tirriżultax fit-tmiem tal-ġestjoni, bħal dispożizzjoni kuntrattwali li tippermetti s-sostituzzjoni tal-ġestur f’każijiet bħal dawn; u
dispożizzjonijiet li jiżguraw is-sostituzzjoni ta’ kontropartijiet derivattivi, ta’ fornituri tal-likwidità u tal-bank tal-kont f’każ tal-inadempjenza jew insolvenza tagħhom, u avvenimenti oħrajn speċifikati, meta jkun applikabbli.
Artikolu 22
Rekwiżiti relatati mat-trasparenza
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-oriġinaturi jistgħu, mill-1 ta' Ġunju 2021, jiddeċiedu li jippubblikaw l-informazzjoni disponibbli relatata mal-impatti negattivi prinċipali tal-assi ffinanzjati mill-iskoperturi sottostanti fuq il-fatturi ta’ sostenibbilta’.
Meta rilevanti, l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jirriflettu jew jibnu fuq l-istandards tekniċi regolatorji żviluppati skont il-mandat mogħti lill-ASEs fir-Regolament (UE) 2019/2088, b'mod partikolari fl-Artikolu 2a u fl-Artikoli 4(6) u (7) tiegħu.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
TAQSIMA 2
Rekwiżiti għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata
Artikolu 23
Titolizzazzjoni ABCP sempliċi, trasparenti u standardizzata
Għall-fini ta’ din it-Taqsima, “bejjiegħ” ifisser “oriġinatur” jew “mutwant oriġinali”.
Artikolu 24
Rekwiżiti fil-livell tat-tranżazzjoni
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, dawn li ġejjin għandhom jikkostitwixxu dispożizzjonijiet ta’ rkupru severi:
dispożizzjonijiet li jippermettu lil-likwidatur tal-bejjiegħ li jinvalida l-bejgħ tal-iskoperturi sottostanti fuq il-bażi biss li dan ġie konkluż fi żmien ċertu perijodu qabel id-dikjarazzjoni tal-insolvenza tal-bejjiegħ;
dispożizzjonijiet fejn l-SSPE jista’ jipprevjeni l-invalidazzjoni msemmija fil-punt (a) fil-każ biss li jkun jista’ jiġi ppruvat li ma kienx jaf bl-insolvenza tal-bejjiegħ fil-mument tal-bejgħ.
Meta t-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti jitwettaq permezz ta’ assenjament u jiġi pperfezzjonat fi stadju iktar tard mill-għeluq tat-tranżazzjoni, l-ixkattaturi li jeffettwaw tali perfezzjoni għandhom mill-anqas jinkludu l-avvenimenti li ġejjin:
deterjorament sever fis-sitwazzjoni tal-kwalità kreditizja tal-bejjiegħ;
insolvenza tal-bejjiegħ; u
ksur mhux rimedjat ta’ obbligi kuntrattwali mill-bejjiegħ, inkluż l-inadempjenza tal-bejjiegħ.
L-iskoperturi sottostanti li għandhom jiġu ttrasferiti lill-SSPE wara l-għażla mingħajr dewmien bla bżonn u ma għandhomx jinkludu, fil-mument tal-għażla, skoperturi f’inadempjenza skont it-tifsira tal-Artikolu 178(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew skoperturi għal debitur jew garanti bi kreditu indebolit li, sa fejn jaf l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali:
ikun ġie iddikjarat insolventi jew kellu qorti li tat lill-kredituri tiegħu dritt finali mhux appellabbli ta’ infurzar jew danni materjali bħala riżultat ta’ pagament maqbuż fi żmien tliet snin qabel id-data ta’ oriġinazzjoni jew ikun għadda minn proċess ta’ ristrutturar tad-dejn fir-rigward tal-iskoperturi improduttivi tiegħu fi żmien tliet snin qabel id-data tat-trasferiment jew l-assenjazzjoni tal-iskoperturi sottostanti lill-SSPE, ħlief jekk:
skopertura sottostanti ristrutturata ma tkunx ippreżentat arretrati ġodda mid-data tar-ristrutturar li kellu jseħħ għall-anqas sena qabel id-data tat-trasferiment jew l-assenjazzjoni tal-iskoperturi sottostanti lill-SSPE; u
l-informazzjoni pprovduta mill-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE skont il-punti (a) u (e)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1), b’mod espliċitu tistabbilixxi il-proporzjon tal-iskoperturi sottostanti ristrutturati, il-ħin u d-dettalji tar-ristrutturar kif ukoll il-prestazzjoni tagħhom mid-data tar-ristrutturar;
kien, fiż-żmien tal-oriġinazzjoni, fejn applikabbli, fuq reġistru ta’ kreditu pubbliku ta’ persuni bi storja kreditizja negattiva jew, fejn ma jkunx hemm tali reġistru ta’ kreditu pubbliku, reġistru ta’ kreditu ieħor li jkun disponibbli għall-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali; jew
għandu klassifikazzjoni tal-kreditu jew evalwazzjoni tal-kreditu li tindika li r-riskju li ma jsirux il-pagamenti kuntrattwalment maqbulin huwa ferm ogħla minn dak ta’ skoperturi komparabbli miżmuma mill-oriġinatur li mhumiex titolizzati.
Ir-ripagament mid-detenturi tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li l-iskoperturi sottostanti tagħhom huma koperti minn assi li l-valur tagħhom huwa garantit jew immitigat bis-sħiħ minn obbligu ta’ riakkwist mill-bejjiegħ tal-assi li jkopri l-iskoperturi sottostanti jew minn parti terza oħra ma għandux jitqies li jiddependi mill-bejgħ ta’ assi li jkopru dawk l-iskoperturi sottostanti.
L-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti għandu jkollha ħajja medja peżata li jifdal ta’ mhux aktar minn sena waħda u l-ebda waħda mill-iskoperturi sottostanti ma għandu jkollha maturità residwa ta’ aktar minn tliet snin.
B’deroga mit-tieni subparagrafu, aggregazzjonijiet ta’ self għal karozzi, kiri ta’ karozzi u tranżazzjonijiet ta’ kiri ta’ tagħmir għandu jkollhom ħajja medja ppeżata li jifdal ta’ mhux aktar minn tliet snin u nofs u l-ebda waħda mil-iskoperturi sottostanti ma għandu jkollha maturità residwa ta’ aktar minn sitt snin.
L-iskoperturi sottostanti ma għandhomx jinkludu self garantit minn ipoteki residenzjali jew kummerċjali jew self residenzjali garantit bis-sħiħ, kif imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-iskoperturi sottostanti għandhom jinkludu obbligi li huma kuntrattwalment vinkolanti u eżegwibbli, b’rikors sħiħ għad-debituri bi flussi ta’ pagamenti definiti marbutin mal-kiri, mal-kapital, mal-imgħax, jew relatati ma’ kwalunkwe dritt ieħor li jirċievu introjtu minn li jiggarantixxu dawn il-pagamenti. L-iskoperturi sottostanti jistgħu jiġġeneraw ukoll rikavati mill-bejgħ ta’ kwalunkwe assi finanzjati jew mikrija. L-iskoperturi sottostanti ma għandhomx jinkludu titoli trasferibbli kif definiti fil-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE ħlief bonds maħruġa minn impriżi, li ma jkunux elenkati f’ċentru tan-negozjar.
Wara l-inadempjenza tal-bejjiegħ jew avveniment ta’ aċċellerazzjoni:
ebda ammont ta’ flus kontanti ma għandu jinqabad fl-SSPE lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jiġi żgurat il-funzjonament operattiv tal-SSPE jew ir-ripagament ordnat ta’ investituri f’konformità mat-termini kuntrattwali tat-titolizzazzjoni sakemm ċirkostanzi eċċezzjonali ma jesiġux li jinqabad ammont sabiex jintuża, fl-aħjar interessi tal-investituri, għal spejjeż sabiex jiġi evitat id-deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti;
rikavati prinċipali mill-iskoperturi sottostanti għandhom jgħaddu lill-investituri li jżommu pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni permezz ta’ pagament sekwenzjali tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, kif determinat mis-superjorità tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni; u
ma għandu jkun hemm ebda dispożizzjoni li tesiġi likwidazzjoni awtomatika tal-iskoperturi sottostanti bil-valur tas-suq.
Fejn tranżazzjoni ABCP tkun titolizzazzjoni rotanti, id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tinkludi xkattaturi għat-terminazzjoni tal-perijodu rotanti, li tal-inqas jinkludu:
deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti għal jew f’livell inqas mil-limitu predefinit; u
l-okkorrenza ta’ avveniment relatat ma’ insolvenza fir-rigward tal-bejjiegħ jew tal-ġestur.
Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tispeċifika b’mod ċar:
l-obbligi kuntrattwali, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-isponsor, il-ġestur u l-fiduċjarju, jekk ikun hemm, u fornituri oħrajn ta’ servizzi anċillari;
il-proċessi u r-responsabbiltajiet meħtieġa biex ikun żgurat li inadempjenza jew insolvenza tal-ġestur ma tirriżultax fit-tmiem tal-ġestjoni;
dispożizzjonijiet li jiżguraw is-sostituzzjoni ta’ kontropartijiet derivattivi u tal-bank tal-kont f’każ ta’ inadempjenza, insolvenza u avvenimenti oħrajn speċifikati, meta jkun applikabbli; u
kif l-isponsor jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 25(3).
L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Lulju 2018.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 25
Sponsor ta’ programm ABCP
Ir-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jitqies li jkun sodisfatt meta l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat abbażi tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 97(3) tad-Direttiva (UE) 2013/36/UE li l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati minn dik l-istituzzjoni ta’ kreditu u l-fondi proprji u l-likwidità miżmuma minnha jiżguraw l-immaniġġar tajjeb u l-kopertura tar-riskji tagħha.
L-isponsor għandu jkun responsabbli għall-konformità mal-Artikolu 7 fil-livell tal-programm ABCP u biex jagħmel disponibbli għall-investituri potenzjali qabel l-ipprezzar fuq talba tagħhom:
l-informazzjoni aggregata meħtieġa mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1); u
l-informazzjoni meħtieġa mill-punti (b) sa (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1), tal-inqas f’forma inizjali jew ta’ abbozz.
Artikolu 26
Rekwiżiti fil-livell tal-programm
Massimu ta’ 5 % tal-ammont aggregat tal-iskoperturi sottostanti għat-tranżazzjonijiet ABCP u li huma ffinanzjati mill-programm ABCP jista’ jkun temporanjament mhux konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 24(9), (10) u (11) mingħajr ma jaffettwa l-istatus STS tal-programm ABCP.
Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu kampjun tal-iskoperturi sottostanti għandu b’mod regolari jkun soġġett għal verifika esterna tal-konformità minn parti xierqa u indipendenti.
Id-dokumentazzjoni relatata mal-programm ABCP għandha tispeċifika b’mod ċar:
ir-responsabbiltajiet tal-fiduċjarju u entitajiet oħrajn bi dmirijiet ta’ fiduċjarju, jekk ikollhom, għall-investituri;
l-obbligi kuntrattwali, dmirijiet u responsabbiltajiet tal-isponsor li għandu jkollu għarfien espert fis-sottoskrizzjoni ta’ krediti, il-fiduċjarju, jekk ikun hemm, u fornituri oħrajn ta’ servizzi anċillari;
il-proċessi u r-responsabbiltajiet meħtieġa biex ikun żgurat li inadempjenza jew insolvenza tal-ġestur ma tirriżultax fit-tmiem tal-ġestjoni;
id-dispożizzjonijiet għas-sostituzzjoni ta’ kontropartijiet derivattivi u tal-bank tal-kont fil-livell tal-programm ABCP f’każ tal-inadempjenza jew insolvenza tagħhom, u avvenimenti oħrajn speċifikati, fejn il-faċilità ta’ likwidità ma tkoprix tali avvenimenti;
li, malli jseħħu avvenimenti speċifikati, inadempjenza jew insolvenza tal-isponsor, għandhom jiġu previsti passi ta’ rimedju sabiex tinkiseb kif xieraq kollateralizzazzjoni tal-impenn ta’ finanzjament jew is-sostituzzjoni tal-fornitur ta’ faċilità ta’ likwidità; u
li l-faċilità ta’ likwidità għandha tiġi prelevata u t-titoli li jimmaturaw għandhom jitħallsu lura f’każ li l-isponsor ma jġeddidx l-impenn ta’ finanzjament tal-faċilità ta’ likwidità qabel l-iskadenza tiegħu.
TAQSIMA 2a
Rekwiżiti għal titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati fil-karta tal-bilanċ
Artikolu 26a
Titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati fil-karta tal-bilanċ
Artikolu 26b
Rekwiżiti relatati mas-sempliċità
Oriġinatur li jixtri l-iskoperturi ta' parti terza f'ismu stess u mbagħad jittitolizzahom għandu japplika politiki fir-rigward tal-kreditu, il-ġbir, ir-ristrutturar tad-dejn u s-servizzjar applikat għal dawk l-iskoperturi li ma jkunux inqas strinġenti minn dawk li l-oriġinatur japplika għal skoperturi komparabbli li ma jkunux inxtraw.
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-grupp għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:
grupp ta' entitajiet ġuridiċi li huwa soġġett għal konsolidazzjoni prudenzjali skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
grupp kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE.
L-oriġinatur għandu jipprovdi rappreżentazzjonijiet u garanziji li ntlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin:
l-oriġinatur jew entità tal-grupp li l-oriġinatur jappartjeni fih għandhom titolu legali u validu sħiħ għall-iskoperturi sottostanti u d-drittijiet anċillari assoċjati tagħhom;
meta l-oriġinatur ikun istituzzjoni ta' kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew impriża tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE, l-oriġinatur jew entità li tkun inkluża fl-ambitu tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata jżommu r-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi sottostanti fil-karta tal-bilanċ tagħhom;
kull skopertura sottostanti tikkonforma, fid-data li tkun inkluża fil-portafoll titolizzat, mal-kriterji ta' eliġibbiltà u mal-kundizzjonijiet kollha, minbarra l-okkorrenza ta' avveniment ta' kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 26e(1), għal pagament ta' protezzjoni ta' kreditu f'konformità mal-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu li jinsab fi ħdan id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni;
sa fejn jaf l-oriġinatur, il-kuntratt għal kull skopertura sottostanti fih obbligu legali, validu, vinkolanti u infurzabbli fuq l-obbligant biex iħallas is-somom ta' flus speċifikati f'dak il-kuntratt;
l-iskoperturi sottostanti jikkonformaw mal-kriterji ta' sottoskrizzjoni li mhumiex anqas stretti minn dawk li l-oriġinatur japplika għal skoperturi simili li mhumiex titolizzati;
sa fejn jaf l-oriġinatur, l-ebda obbligant ma huwa fi ksur materjali jew f'nuqqas ta' kwalunkwe mill-obbligi tiegħu fir-rigward ta' skopertura sottostanti fid-data li fiha l-iskopertura sottostanti tkun inkluża fil-portafoll titolizzat;
sa fejn jaf l-oriġinatur, id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjonijiet ma tinkludix informazzjoni falza dwar id-dettalji tal-iskoperturi sottostanti;
fl-għeluq tat-tranżazzjoni jew meta skopertura sottostanti tkun inkluża fil-portafoll titolizzat, il-kuntratt bejn l-obbligant u l-mutwanti oriġinali fir-rigward ta' dik l-iskopertura sottostanti ma jkunx ġie emendat b'tali mod li jkunu ġew affettwati l-infurzabbiltà jew il-possibbiltà li dik l-iskopertura sottostanti tinġabar.
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, is-sostituzzjoni tal-iskoperturi li jiksru r-rappreżentazzjonijiet jew il-garanziji jew, jekk it-titolizzazzjoni tkun tinkludi perjodu ta' rikostituzzjoni, iż-żieda ta' skoperturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' rikostituzzjoni definiti ma għandhiex titqies bħala mmaniġġar tal-portafoll attiv.
Kwalunkwe skopertura miżjuda wara d-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni għandha tissodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà li ma jkunux inqas stretti minn dawk applikati fl-għażla inizjali tal-iskoperturi sottostanti.
Skopertura sottostanti tista' titneħħa mit-tranżazzjoni jekk l-iskopertura sottostanti:
tkun ġiet imħallsa lura bis-sħiħ jew immaturat mod ieħor;
tkun tneħħiet matul il-kors ordinarju tan-negozju tal-oriġinatur, sakemm tali disponiment ma jkunx jikkostitwixxi appoġġ impliċitu kif imsemmi fl-Artikolu 250 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
tkun soġġetta għal emenda li mhijiex immexxija mill-kreditu, bħar-rifinanzjament jew ir-ristrutturar tad-dejn, u li tokkorri matul il-kors ordinarju tal-ġestjoni ta' dik l-iskopertura sottostanti; jew
ma ssodisfatx il-kriterji ta' eliġibbiltà meta ġiet inkluża fit-tranżazzjoni.
L-iskoperturi sottostanti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkun fihom obbligi li jkunu kuntrattwalment vinkolanti u eżegwibbli, b'rikors sħiħ għad-debituri u, jekk japplika, il-garanti.
L-iskoperturi sottostanti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollhom flussi ta' pagament perjodiċi definiti, li l-ħlasijiet parzjali tagħhom jistgħu jvarjaw fl-ammonti tagħhom, relatati mal-kiri, il-kapital jew il-pagamenti tal-imgħax, jew ma' kwalunkwe dritt ieħor li jirċievu introjtu mill-assi li jappoġġaw dawn il-pagamenti. L-iskoperturi sottostanti jistgħu jiġġeneraw ukoll rikavati mill-bejgħ ta' kwalunkwe assi finanzjati jew mikrija.
L-iskoperturi sottostanti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx jinkludu titoli trasferibbli kif definit fil-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE ħlief bonds maħruġa minn kumpanija li ma jkunux elenkati f'ċentru tan-negozjar.
Fil-każ ta' titolizzazzjonijiet li l-iskoperturi sottostanti tagħhom ikunu self residenzjali, l-aggregazzjoni tas-self ma tinkludi l-ebda self li tqiegħed fis-suq u li jkun ġie sottoskritt fuq il-bażi li l-applikant għas-self jew, fejn applikabbli, l-intermedjarji kienu jafu li l-informazzjoni pprovduta jaf ma tkunx ġiet verifikata mill-mutwanti.
Il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju għandha tissodisfa r-rekwiżiti mogħtija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/48/KE jew fl-Artikoli 18(1) sa (4), fil-punt (a) tal-Artikolu 18(5) u fl-Artikolu 18(6), tad-Direttiva 2014/17/UE jew, fejn applikabbli, rekwiżiti ekwivalenti f'pajjiżi terzi.
L-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali għandu jkollu għarfien espert fl-oriġinazzjoni ta' skoperturi ta' xorta simili għal dawk titolizzati.
Skoperturi sottostanti ma għandhomx jinkludu, fil-mument tal-għażla, skoperturi f'inadempjenza skont it-tifsira tal-Artikolu 178(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew skoperturi għal debitur jew garanti bi kreditu indebolit li, sa fejn jaf l-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali:
ikun ġie ddikjarat insolventi, jew qorti tkun tat lill-kredituri tiegħu dritt finali mhux appellabbli ta' infurzar jew ta' danni materjali bħala riżultat ta' pagament maqbuż fi żmien tliet snin qabel id-data tal-oriġinazzjoni jew ikun għadda minn proċess ta' ristrutturar tad-dejn fir-rigward tal-iskoperturi improduttivi tiegħu fi żmien tliet snin qabel id-data tal-għażla tal-iskoperturi sottostanti, ħlief jekk:
skopertura sottostanti ristrutturata ma tkunx ippreżentat arretrati ġodda mid-data tar-ristrutturar li kellu jseħħ għall-anqas sena qabel id-data tal-għażla tal-iskoperturi sottostanti; u
l-informazzjoni pprovduta mill-oriġinatur skont il-punt (a) u l-punt (e)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1), b'mod espliċitu tistabbilixxi il-proporzjon tal-iskoperturi sottostanti ristrutturati, il-ħin u d-dettalji tar-ristrutturar u l-prestazzjoni tagħhom mid-data tar-ristrutturar;
kien, fiż-żmien tal-oriġinazzjoni tal-iskopertura sottostanti, fejn applikabbli, fuq reġistru ta' kreditu pubbliku ta' persuni b'każijiet ta' kreditu negattivi jew, fejn ma jkunx hemm tali reġistru ta' kreditu pubbliku, reġistru ta' kreditu ieħor li jkun disponibbli għall-oriġinatur jew għall-mutwanti oriġinali; jew
għandu klassifikazzjoni tal-kreditu jew evalwazzjoni tal-kreditu li tindika li r-riskju li ma jsirux il-pagamenti kuntrattwalment maqbulin huwa ferm ogħla minn dak ta' skoperturi komparabbli miżmuma mill-oriġinatur li mhumiex titolizzati.
Id-debituri għandhom, fil-mument tal-inklużjoni tal-iskoperturi sottostanti, ikunu għamlu tal-inqas pagament wieħed, minbarra jekk:
it-titolizzazzjoni tkun titolizzazzjoni rotanti, garantita bi skoperturi pagabbli f'pagament wieħed jew li għandha maturità ta' inqas minn sena, inklużi, mingħajr limitazzjoni, il-pagamenti fix-xahar għal krediti rotanti; jew
l-iskopertura tirrappreżenta r-rifinanzjament ta' skopertura li diġà tkun inkluża fit-tranżazzjoni.
L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Ottubru 2021.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 26c
Rekwiżiti relatati mat-titolizzazzjoni
Fil-każ ta' titolizzazzjoni bl-użu ta' SSPE, l-ammont ta' obbligazzjonijiet tal-SSPE dwar il-pagamenti tal-imgħax lill-investituri għandu, f'kull data ta' pagament, ikun inqas mill-ammont ta' introjtu tal-SSPE mill-oriġinatur u kwalunkwe arranġament kollaterali.
Ħlief għall-iskop tal-iħħeġġjar tar-riskju tal-imgħax jew tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-munita, l-aggregazzjoni tal-iskoperturi sottostanti ma għandux jinkludi derivattivi. Dawk id-derivattivi għandhom jiġu sottoskritti u dokumentati skont l-istandards komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.
Kwalunkwe pagament tal-imgħax b'rata ta' referenza b'rabta mat-tranżazzjoni għandu jkun ibbażat fuq xi waħda minn dawn li ġejjin:
rati tal-imgħax ġeneralment użati fis-suq, jew rati settorjali ġeneralment użati li jirriflettu l-ispejjeż ta' fondi, u ma jirreferx għal formuli jew derivattivi kumplessi;
introjtu ġġenerat mill-kollateral li jiggarantixxi l-obbligazzjonijiet tal-investitur skont il-ftehim ta' protezzjoni.
Kwalunkwe pagament tal-imgħax b'rata ta' referenza dovut fil-kuntest tal-iskoperturi sottostanti għandu jkun ibbażat fuq rati tal-imgħax ġeneralment użati fis-suq, jew rati settorjali ġeneralment użati li jirriflettu l-ispiża tal-fondi, u ma għandux jirreferi għal formuli jew derivattivi kumplessi.
Fil-każ ta' titolizzazzjoni bl-użu ta' SSPE, meta jinħareġ avviż ta' eżekuzzjoni jew ta' terminazzjoni tal-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu, l-ebda ammont ta' flus kontanti ma għandu jinqabad fl-SSPE lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jiġi żgurat il-funzjonament operattiv tal-SSPE, il-ħlas tal-pagamenti ta' protezzjoni għal skoperturi sottostanti inadempjenti li għadhom qed jiġu ristrutturati fil-mument tat-terminazzjoni, jew ir-ripagament ordnat lil investituri f'konformità mat-termini kuntrattwali tat-titolizzazzjoni.
L-ammortizzament sekwenzjali għandu jiġi applikat għas-segmenti kollha biex jiġi ddeterminat l-ammont pendenti tas-segmenti f'kull data ta' pagament, bl-aktar segment superjuri jiġi l-ewwel.
B’deroga mit-tieni subparagrafu, tranżazzjonijiet li jinkludu prijorità mhux sekwenzjali ta' pagamenti għandhom jinkludu skattaturi relatati mal-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti li jirriżultaw f'li l-prijorità ta' pagamenti tinverta l-ammortizzament għall-pagamenti sekwenzjali fl-ordni tas-superjorità. Tali skattaturi relatati mal-prestazzjoni għandhom jinkludu mill-inqas:
jew iż-żieda fl-ammont kumulattiv ta' skoperturi inadempjenti jew iż-żieda fit-telf kumulattiv akbar minn perċentwal partikolari tal-ammont pendenti tal-portafoll sottostanti;
skattatur retrospettiv addizzjonali wieħed; kif ukoll
skattatur prospettiv wieħed.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-ispeċifikazzjoni, u fejn rilevanti, dwar il-kalibrazzjoni tal-iskattaturi relatati mal-prestazzjoni.
L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2021.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fir-raba’ subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Hekk kif is-segmenti jammortizzaw, l-ammont tal-kollateral daqs l-ammont tal-ammortizzament ta' dawk is-segmenti għandu jingħata lura lill-investituri, dment li l-investituri jkunu kollateralizzaw dawk is-segmenti.
Meta avveniment ta' kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 26e jkun seħħ fir-rigward ta' skoperturi sottostanti u r-ristrutturar tad-dejn għal dawk l-iskoperturi ma jkunx tlesta, l-ammont ta' protezzjoni tal-kreditu li jifdal fi kwalunkwe data ta' pagament għandu jkun mill-inqas ekwivalenti għall-ammont nominali pendenti ta' dawk l-iskoperturi sottostanti, li minnu jitnaqqas l-ammont ta' kwalunkwe pagament interim magħmul fir-rigward ta' dawk l-iskoperturi sottostanti.
Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tinkludi dispożizzjonijiet jew skattaturi xierqa ta' ammortizzament antiċipat għat-terminazzjoni tal-perijodu rotanti meta titolizzazzjoni tkun titolizzazzjoni rotanti, inkluż tal-inqas dawn li ġejjin:
deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti għal jew f'livell inqas minn limitu predefinit;
żieda fit-telf li tkun ogħla mil-limitu stabbilit minn qabel;
nuqqas li jiġu ġġenerati biżżejjed skoperturi sottostanti ġodda li jissodisfaw il-kwalità kreditizja predeterminata matul perjodu speċifikat.
Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tispeċifika b'mod ċar:
l-obbligi, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kuntrattwali tal-ġestur, il-fiduċjarju u fornituri oħra ta' servizzi anċillari, kif applikabbli, u jew l-aġent ta' verifika ta' parti terza msemmija fl-Artikolu 26e(4);
id-dispożizzjonijiet li jiżguraw is-sostituzzjoni tas-servizzjant, il-fiduċjarju, fornituri oħra ta' servizzi anċillari jew l-aġent ta' verifika ta' parti terza msemmija fl-Artikolu 26e(4) fil-każ ta' inadempjenza jew insolvenza ta' kwalunkwe wieħed minn dawk il-fornituri ta' servizzi, meta dawk il-fornituri ta' servizzi jkunu differenti mill-oriġinatur, b'mod li ma jirriżultax fit-tmiem tal-forniment ta' dawk is-servizzi;
il-proċeduri ta' ġestjoni li japplikaw għall-iskoperturi sottostanti fid-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni u wara u ċ-ċirkostanzi li fihom dawk il-proċeduri jistgħu jiġu mmodifikati;
l-istandards tal-ġestjoni li s-servizzjant ikun obbligat li jaderixxi magħhom fil-ġestjoni tal-iskoperturi sottostanti matul il-ħajja kollha tat-titolizzazzjoni.
Is-servizzjant għandu japplika proċeduri ta' ġestjoni għall-iskoperturi sottostanti li jkunu tal-anqas stretti daqs dawk applikati mill-oriġinatur għal skoperturi simili li mhumiex titolizzati.
Artikolu 26d
Rekwiżiti relatati mat-trasparenza
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-oriġinaturi jistgħu, mill-1 ta' Ġunju 2021, jiddeċiedu li jippubblikaw l-informazzjoni disponibbli relatata mal-impatti negattivi prinċipali tal-assi ffinanzjati mill-iskoperturi sottostanti fuq il-fatturi ta' sostenibbiltà.
Meta rilevanti, l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jirrifletti jew jibni fuq l-istandards tekniċi regolatorji żviluppati f'konformità mal-mandat mogħti lill-ASE fir-Regolament (UE) 2019/2088, b'mod partikolari fl-Artikolu 2a u l-Artikoli 4(6) u (7) tiegħu.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 26e
Rekwiżiti li jikkonċernaw il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu, l-aġent ta' verifika ta' parti terza u l-marġni pożittiv sintetiku
Il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu għandu tal-inqas ikopri l-avvenimenti tal-kreditu li ġejjin:
fejn it-trasferiment tar-riskju jinkiseb bl-użu ta' garanziji, l-avvenimenti tal-kreditu msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 215(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
fejn it-trasferiment tar-riskju jinkiseb bl-użu ta' derivattivi tal-kreditu, l-avvenimenti tal-kreditu msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 216(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
L-avvenimenti ta' kreditu kollha għandhom jiġu dokumentati.
Il-miżuri ta' trażżin fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 47b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jiġu applikati għall-iskoperturi sottostanti ma għandhomx jipprekludu l-iskattar tal-avvenimenti ta' kreditu eliġibbli.
Pagament interim ta' protezzjoni tal-kreditu għandu jsir mhux aktar tard minn sitt xhur wara li jseħħ avveniment ta' kreditu kif imsemmi fil-paragrafu 1 f'każijiet fejn ir-ristrutturar tad-dejn għat-telf għall-iskopertura sottostanti rilevanti ma jkunx tlesta sa tmiem dak il-perjodu ta' sitt xhur. Il-pagament interim ta' protezzjoni tal-kreditu għandu jkun mill-inqas l-ogħla wieħed minn dawn li ġejjin:
l-ammont ta' telf mistenni li huwa ekwivalenti għall-indeboliment irreġistrat mill-oriġinatur fir-rapporti finanzjarji tiegħu f'konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli fiż-żmien meta jsir il-pagament interim bis-suppożizzjoni li l-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu ma jeżistix u ma jkopri l-ebda telf;
jekk applikabbli, l-ammont ta' telf mistenni kif iddeterminat skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Meta jsir pagament interim ta' protezzjoni tal-kreditu, il-pagament finali ta' protezzjoni tal-kreditu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jsir sabiex jiġi aġġustat is-saldu interim tat-telf mat-telf effettiv imġarrab.
Il-metodu għall-kalkolu tal-pagamenti interim u finali ta' protezzjoni tal-kreditu għandu jiġi speċifikat fil-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu.
Il-pagament ta' protezzjoni tal-kreditu għandu jkun proporzjonali għas-sehem tal-ammont nominali pendenti tal-iskopertura sottostanti korrispondenti li tkun koperta mill-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu.
Id-dritt tal-oriġinatur li jirċievi l-pagament tal-protezzjoni tal-kreditu għandu jkun infurzabbli. L-ammonti pagabbli mill-investituri taħt il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu għandhom jiġu stabbiliti b'mod ċar fil-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu u għandhom jiġu limitati. Għandu jkun possibbli li dawk l-ammonti jiġu kkalkulati f'kull ċirkostanza. Il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu għandu jistabbilixxi b'mod ċar iċ-ċirkostanzi li fihom l-investituri għandhom ikunu meħtieġa jagħmlu l-pagamenti. L-aġent ta' verifika ta' parti terza msemmi fil-paragrafu 4 għandu jivvaluta jekk seħħewx ċirkostanzi bħal dawn.
L-ammont ta' pagament ta' protezzjoni tal-kreditu għandu jiġi kkalkulat fil-livell tal-iskopertura sottostanti individwali li għaliha jkun seħħ avveniment ta' kreditu.
Fil-każ li l-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu jiġi tterminat, ir-ristrutturar tad-dejn għandu jkompli fir-rigward ta' kwalunkwe avveniment ta' kreditu pendenti li seħħ qabel dik it-terminazzjoni bl-istess mod bħal dak deskritt fl-ewwel subparagrafu.
Il-primjums tal-protezzjoni tal-kreditu li għandhom jitħallsu skont il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu għandhom ikunu strutturati bħala kontinġenti fuq l-ammont nominali pendenti tal-iskoperturi titolizzati produttivi u għandhom jirriflettu r-riskju tas-segment protett. Għal dawk il-finijiet, il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu ma għandux jistipula primjums garantiti, pagamenti bil-quddiem tal-primjum, mekkaniżmi ta' ribass jew mekkaniżmi oħra li jistgħu jevitaw jew inaqqsu l-allokazzjoni attwali tat-telf għall-investituri jew għar-ritorn ta' parti mill-primjums imħallsin lill-oriġinatur wara l-maturità tat-tranżazzjoni.
B'deroga mit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-pagamenti ta' primjum bil-quddiem għandhom ikunu permessi, dment li jkun hemm konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, meta l-iskema ta' garanzija tkun prevista b'mod speċifiku fid-dritt nazzjonali ta' Stat Membru u tibbenefika minn kontrogaranzija ta' kwalunkwe waħda mill-entitajiet elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 214(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tiddeskrivi kif il-primjum tal-protezzjoni tal-kreditu u kwalunkwe kupun, jekk ikun hemm, jiġu kkalkolati fir-rigward ta' kull data ta' pagament matul il-ħajja kollha tat-titolizzazzjoni.
Id-drittijiet tal-investituri li jirċievu primjums tal-protezzjoni tal-kreditu għandhom ikunu infurzabbli.
L-oriġinatur għandu jaħtar aġent ta' verifika ta' parti terza qabel id-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni. Għal kull waħda mill-iskoperturi sottostanti li jingħata avviż ta' avveniment ta' kreditu għaliha, l-aġent ta' verifika ta' parti terza għandu jivverifika, mill-inqas, dan kollu li ġej:
li l-avveniment ta' kreditu msemmi fl-avviż ta' avveniment ta' kreditu huwa avveniment ta' kreditu kif speċifikat fit-termini tal-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu;
li l-iskopertura sottostanti kienet inkluża fil-portafoll ta' referenza fiż-żmien tal-okkorrenza tal-avveniment ta' kreditu kkonċernat;
li l-iskopertura sottostanti ssodisfat il-kriterji ta' eliġibbiltà fil-mument tal-inklużjoni tagħha fil-portafoll ta' referenza;
meta skopertura sottostanti tkun ġiet miżjuda mat-titolizzazzjoni bħala riżultat ta' rikostituzzjoni, li tali rikostituzzjoni kienet konformi mal-kundizzjonijiet tar-rikostituzzjoni;
li l-ammont ta' telf finali jkun konsistenti mat-telf irreġistrat mill-oriġinatur fir-rapport tal-introjtu tiegħu;
li, fil-mument li jsir il-pagament finali għall-protezzjoni tal-kreditu, it-telf fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti jkun ġie korrettament allokat lill-investituri.
L-aġent ta' verifika ta' parti terza għandu jkun indipendenti mill-oriġinatur u mill-investituri, u, fejn applikabbli, mill-SSPE u għandu jkun aċċetta l-ħatra bħala aġent ta' verifika ta' parti terza sad-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni.
L-aġent ta' verifika ta' parti terza jista' jwettaq il-verifika fuq bażi ta' kampjun minflok fuq il-bażi ta' kull skopertura sottostanti individwali li għaliha jintalab pagament ta' protezzjoni tal-kreditu. Madankollu, l-investituri jistgħu jitolbu l-verifika tal-eliġibbiltà ta' kwalunkwe skopertura sottostanti partikolari meta ma jkunux issodisfati bil-verifika abbażi ta' kampjun.
L-oriġinatur għandu jinkludi impenn fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni li jipprovdi lill-aġent ta' verifika ta' parti terza l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jivverifika r-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu.
L-oriġinatur ma jistax itemm tranżazzjoni qabel il-maturità skedata għal kwalunkwe raġuni oħra għajr xi waħda mill-avvenimenti li ġejjin:
l-insolvenza tal-investitur;
in-nuqqasijiet tal-investituri li jħallsu kwalunkwe ammont dovut skont il-ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu jew ksur mill-investitur ta' kwalunkwe obbligu materjali stabbilit fid-dokumenti ta' tranżazzjoni;
avvenimenti regolatorji rilevanti, inklużi:
bidliet rilevanti fild-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali, bidliet rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti għal interpretazzjonijiet ippubblikati uffiċjalment ta' dawn il-liġijiet, fejn applikabbli, jew bidliet rilevanti fit-tassazzjoni jew trattament kontabilistiku tat-tranżazzjoni li jkollhom effett negattiv materjali fuq l-effiċjenza ekonomika ta' tranżazzjoni, f'kull każ imqabbla ma' dawk antiċipati fiż-żmien tad-dħul fit-tranżazzjoni u li ma setgħux ikunu raġonevolment mistennija dak iż-żmien;
determinazzjoni minn awtorità kompetenti li l-oriġinatur jew kwalunkwe affiljat tal-oriġinatur ma jkollux il-permess jew ma jibqax ikollu l-permess li jirrikonoxxi trasferiment tar-riskju ta’ kreditu sinifikanti skont l-Artikolu 245(2) jew (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tat-titolizzazzjoni;
l-eżerċitar ta' opzjoni ta' xiri tat-tranżazzjoni f'mument speċifiku (time call), meta l-perjodu ta' żmien imkejjel mid-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni ikun daqs jew akbar mill-ħajja medja ponderata tal-portafoll ta' referenza inizjali fid-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni;
l-eżerċitar ta' għażla eżerċitabbli eżawrjenti kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 242 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
fil-każ ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata, l-investitur ma jibqax jikkwalifika bħala fornitur tal-protezzjoni eliġibbli skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 8.
Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tispeċifika jekk xi wieħed mid-drittijiet ta' call imsemmija fil-punti (d) u (e) humiex inklużi fit-tranżazzjoni kkonċernata u kif dawn id-drittijiet ta' call huma strutturati.
Għall-finijiet tal-punt (d), it-time call ma għandhiex tkun strutturata biex jiġi evitat li t-telf jiġi allokat għal pożizzjonijiet ta' titjib fil-kreditu jew pożizzjonijiet oħra li jkollhom l-investituri u ma għandhiex tkun strutturata b'mod ieħor biex tipprovdi titjib fil-kreditu.
Meta t-time call jiġi eżerċitat, l-oriġinaturi għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar kif ir-rekwiżiti msemmija fit-tieni u fit-tielet subparagrafi huma ssodisfatti, inkluża ġustifikazzjoni tal-użu tat-time call u rendikont plawżibbli li juri li l-eżerċitar tal-call mhux isir minħabba xi deterjorament fil-kwalità tal-assi sottostant.
Fil-każ ta' protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu, mat-terminazzjoni tal-ftehim tal-protezzjoni tal-kreditu, il-kollateral għandu jingħata lura lill-investituri fl-ordni tas-superjorità tas-segmenti soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-liġi rilevanti tal-insolvenza, kif applikabbli għall-oriġinatur.
L-oriġinatur jista' jimpenja marġni pożittiv sintetiku, li għandu jkun disponibbli bħala titjib fil-kreditu għall-investituri, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-ammont tal-marġni pożittiv sintetiku li l-oriġinatur jieħu l-impenn li juża bħala titjib fil-kreditu f'kull perjodu ta' pagament huwa speċifikat fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni u espress bħala perċentwal fiss tal-bilanċ totali pendenti tal-portafoll fil-bidu tal-perjodu ta' pagament rilevanti (marġni pożittiv sintetiku fiss);
il-marġni pożittiv sintetiku li ma jintużax biex ikopri t-telf ta' kreditu li jimmaterjalizza waqt kull perjodu ta' pagament għandu jiġi rritornat lill-oriġinatur;
għal oriġinaturi li jużaw l-Approċċ IRB imsemmi fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ammont totali impenjat kull sena ma għandux ikun ogħla mill-ammonti regolatorji ta' telf mistennija ta' sena fuq l-iskoperturi sottostanti kollha għal dik is-sena, ikkalkulati skont l-Artikolu 158 ta' dak ir-Regolament;
għal oriġinaturi li ma jużaw l-Approċċ IRB imsemmi fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-kalkolu tat-telf mistenni ta' sena tal-portafoll sottostanti għandu jiġi determinat b'mod ċar fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni;
id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tispeċifika l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu.
Ftehim ta' protezzjoni tal-kreditu għandu jieħu l-forma ta’:
garanzija li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li biha r-riskju ta' kreditu jiġi trasferit lil kwalunkwe waħda mill-entitajiet elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 214(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm l-iskoperturi għall-investitur jikkwalifikaw għal piż tar-riskju ta' 0 % skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta ta' dak ir-Regolament;
garanzija li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li tibbenefika minn kontrogaranzija ta' kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu; jew
protezzjoni ta' kreditu oħra mhux imsemmija fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu fil-forma ta' garanzija, derivattiva ta' kreditu jew nota marbuta ma' kreditu li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 249 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dment li l-obbligi tal-investitur ikunu żgurati minn kollateral li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 9 u 10 ta' dan l-Artikolu.
Protezzjoni ta’ kreditu oħra msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 8 għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
id-dritt tal-oriġinatur li juża l-kollateral sabiex jissodisfa l-obbligi tal-ħlas ta' protezzjoni tal-investituri huwa infurzabbli u l-infurzabbiltà ta' dak id-dritt hija żgurata permezz ta' arranġamenti kollaterali xierqa;
meta t-titolizzazzjoni tiġi xolta jew meta s-segmenti jiġu ammortizzati, id-dritt tal-investituri li jirritornaw kwalunkwe kollateral li ma ntużax biex jissodisfaw il-pagamenti ta' protezzjoni jkun infurzabbli;
meta l-kollateral jiġi investit f'titoli, id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tistabbilixxi l-kriterji ta' eliġibbiltà u l-arranġament ta' kustodja għal tali titoli.
Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tispeċifika jekk l-investituri jibqgħux esposti għar-riskju tal-kreditu tal-oriġinatur.
L-oriġinatur għandu jikseb opinjoni minn konsulent legali kkwalifikat li tikkonferma l-infurzabbiltà tal-protezzjoni tal-kreditu fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha.
Fejn tiġi pprovduta protezzjoni ta' kreditu oħra skont il-punt (c) tal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, l-oriġinatur u l-investitur għandhom jirrikorru għal kollateral ta' kwalità għolja, li għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:
kollateral f'forma ta' titoli ta' dejn b'piż tar-riskju ta' 0 % msemmija fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
dawk it-titoli tad-dejn għandhom maturità massima li jifdal ta' tliet xhur li ma għandhiex tkun itwal mill-perjodu li jifdal sad-data ta' pagament li jmiss;
dawk it-titoli tad-dejn jistgħu jinfdew fi flus f'ammont ugwali għall-bilanċ pendenti tas-segment protett;
dawk it-titoli tad-dejn jinżammu minn kustodju indipendenti mill-oriġinatur u l-investituri;
kollateral f'forma ta' flus kontanti miżmuma ma' istituzzjoni ta' kreditu terza b'livell tal-kwalità tal-kreditu 3 jew ogħla f’konformita’ mal-assoċjazzjoni stabbilita fl-Artikolu 136 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, soġġett għall-kunsens espliċitu fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni finali mill-investitur wara li jkun wettaq id-diliġenza dovuta tiegħu skont l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, inkluża valutazzjoni ta' kwalunkwe skopertura għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti rilevanti, l-oriġinatur biss jista' jirrikorri għal kollateral ta' kwalità għolja fil-forma ta' flus kontanti depożitati mal-oriġinatur, jew ma' wieħed mill-affiljati tiegħu, jekk l-oriġinatur jew wieħed mill-affiljati tiegħu jikkwalifika bħala minimu għall-kwalità tal-kreditu 2 f’konformità mal-assoċjazzjoni stabbilita fl-Artikolu 136 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
L-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 29(5) jistgħu, wara li jikkonsultaw mal-EBA, jippermettu kollateral fil-forma ta' flus kontanti depożitati mal-oriġinatur, jew ma' wieħed mill-affiljati tiegħu, jekk l-oriġinatur jew wieħed mill-affiljati tiegħu jikkwalifika għal livell tal-kwalità tal-kreditu 3 dment li jkunu jistgħu jiġu ddokumentati d-diffikultajiet tas-suq, l-impedimenti oġġettivi relatati mal-iskala tal-kwalità tal-kreditu assenjata lill-Istat Membru tal-istituzzjoni jew il-problemi sinifikanti potenzjali ta' konċentrazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat minħabba l-applikazzjoni tar-rekwiżit minimu tal-livell tal-kwalità tal-kreditu 2 msemmi fit-tieni subparagrafu.
Jekk l-istituzzjoni ta' kreditu terza jew l-oriġinatur jew wieħed mill-affiljati tiegħu ma jibqgħux jikkwalifikaw għall-livell minimu tal-kwalità tal-kreditu, il-kollateral għandu jiġi ttrasferit fi żmien disa' xhur lil istituzzjoni ta' kreditu terza b'livell tal-kwalità tal-kreditu 3 jew ogħla, jew il-kollateral għandu jiġi investit f'titoli li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.
Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-paragrafu għandhom jitqiesu ssodisfati fil-każ ta' investimenti f'noti marbuta ma' kreditu maħruġa mill-oriġinatur, f'konformità mal-Artikolu 218 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
L-EBA għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-prattiki ta' kollateralizzazzjoni taħt dan l-Artikolu, b'attenzjoni partikolari għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u riskji ekonomiċi u finanzjarji oħra mġarrba mill-investituri li jirriżultaw minn tali prattiki ta' kollateralizzazzjoni.
L-EBA għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sal-10 ta’ April 2023.
Sal-10 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' dak ir-rapport tal-EBA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu b'attenzjoni partikolari għar-riskju ta' akkumulazzjoni eċċessiva tar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti fis-sistema finanzjarja, flimkien ma' proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan l-Artikolu, jekk xieraq.;
TAQSIMA 3
Notifika STS
Artikolu 27
Rekwiżiti ta’ notifika STS
In-notifika STS għandha tinkludi spjegazzjoni mill-oriġinatur u l-isponsor ta' kif il-kriterji STS stabbiliti fl-Artikoli 20 sa 22, l-Artikoli 24 sa 26 jew l-Artikoli 26b sa 26e ġew rispettati.
L-ESMA għandha tippubblika n-notifika STS fuq is-sit web uffiċjali tagħha skont il-paragrafu 5. L-oriġinaturi u l-isponsors ta’ titolizzazzjoni għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar in-notifika STS u jaħtru bejniethom entità waħda li tkun l-ewwel punt ta’ kuntatt għall-investituri u l-awtoritajiet kompetenti.
►M1 Meta l-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE jużaw is-servizz ta' parti terza awtorizzata skont l-Artikolu 28 biex jivvaluta jekk titolizzazzjoni tikkonformax mal-Artikoli 19 sa 22, l-Artikoli 23 sa 26 jew l-Artikoli 26a sa 26e, in-notifika STS għandha tinkludi dikjarazzjoni li l-konformità mal-kriterji STS kienet ikkonfermata minn dik il-parti terza awtorizzata. ◄ In-notifika għandha tinkludi l-isem tal-parti terza awtorizzata, il-post ta’ stabbiliment tagħha u l-isem tal-awtorità kompetenti li awtorizzatha.
Meta l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali ma jkunx istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment, kif definiti fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, stabbilita fl-Unjoni, in-notifika skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata minn dan li ġej:
konferma mill-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali li l-għoti tal-kreditu tagħha jsir fuq il-bażi ta’ kriterji sodi u definiti kif suppost u proċessi stabbiliti ċari għall-approvazzjoni, l-emendar, it-tiġdid u l-finanzjament ta’ krediti u li l-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali għandu sistemi effettivi fis-seħħ biex japplika dawn il-proċessi f’konformità mal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament; u
dikjarazzjoni mill-oriġinatur jew il-mutwant oriġinali dwar jekk l-għoti ta’ kreditu msemmi fil-punt (a) huwiex soġġett għal superviżjoni.
L-ESMA għandha tippreżenta dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Ottubru 2021.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-ESMA għandha tippreżenta dan l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Ottubru 2021.
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 28
Parti terza li tivverifika l-konformità STS
►M1 Parti terza kif imsemmi fl-Artikolu 27(2) għandha tkun awtorizzata mill-awtorità kompetenti biex tivvaluta l-konformità tat-titolizzazzjonijiet mal-kriterji STS previsti fl-Artikoli 19 sa 22, l-Artikoli 23 sa 26, jew l-Artikoli 26a sa 26e. ◄ L-awtorità kompetenti għandha tagħti l-awtorizzazzjoni jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-parti terza timponi biss imposti mhux diskriminatorji u bbażati fuq l-ispejjeż fuq l-oriġinaturi, l-isponsors jew SSPEs involuti fit-titolizzazzjonijiet li l-parti terza tivvaluta mingħajr differenzi bejn tariffi skont, jew marbuta ma’, ir-riżultati tal-valutazzjoni tagħha;
il-parti terza la hija entità regolata kif definita fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE u lanqas ma hija aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kif definita fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, u t-twettiq tal-attivitajiet l-oħra tal-parti terza ma jikkompromettux l-indipendenza jew l-integrità tal-valutazzjoni tagħha;
il-parti terza ma għandha tipprovdi ebda forma ta’ servizz ta’ konsulenza, awditu jew servizz ekwivalenti lill-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE involuti fit-titolizzazzjonijiet li l-parti terza tivvaluta;
il-membri tal-korp maniġerjali ta’ parti terza jkollhom il-kwalifiki, l-għarfien u l-esperjenza professjonali li jkunu xierqa għall-kompitu tal-parti terza u jkunu ta’ reputazzjoni tajba u ta’ integrità;
il-korp maniġerjali tal-parti terza jinkludi mill-inqas terz, iżda mhux inqas minn żewġ diretturi indipendenti;
il-parti terza tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura li l-verifika ta’ konformità STS ma tkunx affettwata minn xi kunflitt ta’ interess eżistenti jew potenzjali jew relazzjoni ta’ negozju li tinvolvi l-parti terza, l-azzjonisti jew membri tagħha, il-maniġers, l-impjegati jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-parti terza. Għal dak l-għan, il-parti terza għandha tistabbilixxi, iżżomm, tinforza, u tiddokumenta sistema effettiva ta’ kontroll intern li tirregola l-implimentazzjoni ta’ politiki u proċeduri għall-identifikazzjoni u l-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess potenzjali. Kunflitti ta’ interess potenzjali jew eżistenti li jkunu ġew identifikati għandhom jiġu eliminati jew mitigati u żvelati mingħajr dewmien. Il-parti terza għandha tistabbilixxi, iżżomm, tinforza u tiddokumenta proċeduri u proċessi adegwati biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-valutazzjoni tal-konformità STS. Il-parti terza għandha timmonitorja perjodikament u teżamina dawk il-politiki u proċeduri sabiex tiġi vvalutata l-effettività tagħhom u sabiex jiġi vvalutat jekk dawn għandhomx jiġu aġġornati; u
il-parti terza tista’ turi li għandha salvagwardji operazzjonali u proċessi interni xierqa li jippermettulha tevalwa l-konformità STS.
L-awtorità kompetenti għandha tirtira l-awtorizzazzjoni meta tqis li l-parti terza ma tkunx materjalment konformi mal-ewwel subparagrafu.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Lulju 2018.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
KAPITOLU 5
SUPERVIŻJONI
Artikolu 29
Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti
Il-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi ssorveljata mill-awtoritajiet kompetenti li ġejjin f’konformità mas-setgħat mogħtijin mill-atti legali rilevanti:
għal impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-awtorità kompetenti maħtura f’konformità mal-punt (10) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;
għal maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv, l-awtorità kompetenti responsabbli maħtura f’konformità mal-Artikolu 44 tad-Direttiva 2011/61/UE;
għall-UCITS u kumpanniji maniġerjali tal-UCITS, l-awtorità kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 97 tad-Direttiva 2009/65/KE;
għal istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali, l-awtorità kompetenti maħtura skont l-punt (g) tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 );
għal istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment, l-awtorità kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż il-BĊE fir-rigward ta’ kompiti speċifiċi mwettqa fuqu mir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.
Artikolu 30
Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
L-eżami msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jinkludi:
il-proċessi u l-mekkaniżmi biex jitkejjel u jinżamm b'mod korrett l-interess materjali ekonomiku nett fuq bażi kontinwa f'konformità mal-Artikolu 6(1) u l-ġbir u l-iżvelar f'waqtu tal-informazzjoni kollha li għandha ssir disponibbli f'konformità mal-Artikolu 7;
għal skoperturi li mhumiex parti minn Titolizzazzjoni ta' NPE:
il-kriterji tal-għoti tal-kreditu applikati għall-iskoperturi produttivi skont l-Artikolu 9;
l-istandards solidi għall-għażla u l-ipprezzar applikati għal skoperturi sottostanti li huma skoperturi improduttivi kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1);
għat-titolizzazzjonijiet STS li mhumiex titolizzazzjonijiet fi programm ABCP, il-proċessi u l-mekkaniżmi biex tiġi żgurata konformità mal-Artikolu 20(7) sa (12), l-Artikolu 21(7) u l-Artikolu 22; u
għat-titolizzazzjonijiet STS li huma titolizzazzjonijiet fi programm ABCP, il-proċessi u l-mekkaniżmi biex jiġi żgurat, fir-rigward tat-tranżazzjonijiet ABCP, konformità mal-Artikolu 24 u, fir-rigward tal-programmi ABCP, konformità mal-Artikolu 26(7) u (8);
għat-titolizzazzjonijiet NPE, il-proċessi u l-mekkaniżmi biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 9(1) li jipprevjenu kwalunkwe abbuż tad-deroga prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1); u
għat-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ, il-proċessi u l-mekkaniżmi biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikoli 26b sa 26e.
L-awtorità kompetenti għandha timmonitorja, kif applikabbli, l-effetti speċifiċi li l-parteċipazzjoni fis-suq tat-titolizzazzjoni għandha fuq l-istabbiltà tal-istituzzjoni finanzjarja li topera bħala mutwant oriġinali, oriġinatur, sponsor jew investitur bħala parti mis-superviżjoni prudenzjali tagħha fil-qasam tat-titolizzazzjoni, waqt li tqis, mingħajr preġudizzju għal regolamentazzjoni settorjali aktar stretta:
id-daqs tal-bafers kapitali;
id-daqs tal-bafers ta’ likwidità; u
ir-riskju tal-likwidità għall-investituri minħabba diskrepanza fil-maturità bejn il-finanzjament tagħhom u l-investimenti.
F’każijiet fejn l-awtorità kompetenti tidentifika riskju materjali għall-istabbiltà finanzjarja ta’ istituzzjoni finanzjarja jew tas-sistema finanzjarja kollha kemm hi, irrispettivament mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 36, hija għandha tieħu azzjoni biex ittaffi dawk ir-riskji, tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-awtorità kompetenti maħtura għall-istrumenti makroprudenzjali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-BERS.
Artikolu 31
Sorveljanza makroprudenzjali tas-suq tat-titolizzazzjoni
Ir-rapport tal-BERS imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jqis il-karatteristiċi speċifiċi tat-titolizzazzjoni sintetika, b'mod partikolari l-karattru speċifiku u privat tipiku tagħha fis-swieq finanzjarji, u jeżamina jekk it-trattament tat-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ huwiex tassew favorevoli għal tnaqqis fir-riskju globali fis-sistema finanzjarja u għal finanzjament aħjar tal-ekonomija reali.
Fit-tħejjija tar-rapport tiegħu, il-BERS għandu juża varjetà ta' sorsi tad-data rilevanti, bħal:
id-data miġbura mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 7(1);
l-eżitu tar-rieżamijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 30(2); kif ukoll
data miżmuma f'repożitorji tat-titolizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10.
Fi żmien tliet xhur mid-data tat-trażmissjoni tar-rakkomandazzjoni, id-destinatarju tar-rakkomandazzjoni għandu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, jikkomunika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS l-azzjonijiet li huwa ħa b'rispons għar-rakkomandazzjoni u għandu jipprovdi ġustifikazzjoni adegwata għal kwalunkwe nuqqas ta' azzjoni.
Artikolu 32
Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri ta’ rimedju
Mingħajr preġudizzju għad-dritt li l-Istati Membri jipprevedu għal u jimponu sanzjonijiet kriminali skont l-Artikolu 34, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jfasslu sanzjonijiet amministrattivi xierqa f’każ ta’ negliġenza jew ksur intenzjonali, u miżuri ta’ rimedju xierqa li tal-inqas ikunu applikabbli għal sitwazzjonijiet fejn:
oriġinatur, sponsor jew mutwant oriġinali jkun naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 6;
oriġinatur, sponsor jew SSPE jkun naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 7;
oriġinatur, sponsor jew mutwant oriġinali jkun naqas milli jissodisfa l-kriterji previsti fl-Artikolu 9;
oriġinatur, sponsor jew SSPE jkun naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 18;
titolizzazzjoni tiġi deżinjata bħala STS u oriġinatur, sponsor, jew SSPE ta' dik it-titolizzazzjoni jkun naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 19 sa 22, l-Artikoli 23 sa 26 jew l-Artikoli 26a sa 26e;
oriġinatur jew sponsor jagħmel notifika qarrieqa skont l-Artikolu 27(1);
oriġinatur jew sponsor ikun naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 27(4); jew
parti terza awtorizzata skont l-Artikolu 28 naqset milli tinnotifika l-bidliet materjali tal-informazzjoni previsti skont l-Artikolu 28(1), jew kwalunkwe bidla oħra li tista’ raġonevolment titqies li taffettwa l-valutazzjoni mill-awtorità kompetenti tagħha.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sanzjonijiet amministrattivi u/jew il-miżuri ta’ rimedju huma implimentati b’mod effettiv.
Dawk is-sanzjonijiet u l-miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex japplikaw tal-inqas is-sanzjonijiet u l-miżuri li ġejjin f’każ tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 1:
dikjarazzjoni pubblika, li tindika l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur skont l-Artikolu 37;
ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika biex tieqaf minn din l-imġiba u ma tirrepetihiex;
projbizzjoni temporanja li tipprevjeni kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tal-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li nżammet responsabbli għall-ksur, milli teżerċita funzjonijiet maniġerjali fit-tali impriżi;
fil-każ ta' ksur kif imsemmi fil-punt (e) jew (f) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, projbizzjoni temporanja li tipprevjeni lill-oriġinatur u lill-isponsor milli jinnotifikaw skont l-Artikolu 27(1) li titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 19 sa 22, l-Artikoli 23 sa 26 jew l-Artikoli 26a sa 26e.
fil-każ ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi għall-inqas ta’ EUR 5 000 000 jew, fl-Istati Membri fejn il-munita mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fis-17 ta’ Jannar 2018;
fil-każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi tal-anqas ta’ EUR 5 000 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fis-17 ta’ Jannar 2018 jew sa mhux aktar minn 10 % tal-fatturat annwali totali nett tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali; meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja tal-impriża prinċipali li trid tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ), il-fatturat annwali totali nett rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali nett jew it-tip korrispondenti ta’ dħul b’konformità mal-atti leġiżlattivi kontabilistiċi rilevanti skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali finali;
sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi li tal-inqas jilħqu d-doppju tal-ammont tal-benefiċċju miksub mill-ksur meta dak il-benefiċċju jkun jista’ jiġi stabbilit, anki jekk dan jaqbeż l-ammonti massimi fil-punti (e) u (f);
f'każ ta' ksur kif imsemmi fil-punt (h) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, irtirar temporanju tal-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 għall-parti terza awtorizzata biex tivvaluta l-konformità ta' titolizzazzjoni mal-Artikoli 19 sa 22, l-Artikoli 23 sa 26 jew l-Artikoli 26a sa 26e.
Artikolu 33
Eżerċitar tas-setgħa biex timponi sanzjonijiet amministrattivi u miżuri ta’ rimedju
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat li jimponu s-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta’ rimedju msemmijin fl-Artikolu 32 skont l-oqfsa legali nazzjonali tagħhom, kif xieraq:
direttament;
f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn;
taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lil awtoritajiet oħra;
b’applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.
Meta jistabbilixxu t-tip u l-livell ta’ sanzjoni amministrattiva jew miżura ta’ rimedju imposta skont l-Artikolu 32, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu sa fejn il-ksur huwiex intenzjonat jew jirriżultax minn negliġenza u ċ-ċirkustanzi rilevanti l-oħra kollha, inkluż, u fejn xieraq:
il-materjalità, il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur;
il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-ksur;
is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;
l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf li jkun ġie evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;
it-telf għal partijiet terzi kkaġunati mill-ksur, meta jkun jista’ jiġi stabbilit;
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-bżonn li jiġi żgurat li jiġu ċeduti l-profitti miksubin jew it-telf evitat minn dik il-persuna;
il-ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli.
Artikolu 34
Sanzjonijiet kriminali
Artikolu 35
Obbligi ta’ notifika
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplimentaw dan il-Kapitolu, inkluża kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tal-liġi kriminali, lill-Kummissjoni, l-ESMA, l-EBA u l-EIOPA sat-18 ta’ Jannar 2019. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, l-ESMA, l-EBA u l-EIOPA mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.
Artikolu 36
Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti u l-ASE
Fejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jonqsu milli jilħqu ftehim fi żmien il-fażi ta’ konċiljazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tieħu d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fi żmien xahar wieħed. Matul il-proċedura msemmija f’dan l-Artikolu titolizzazzjoni li tidher fil-lista miżmuma mill-ESMA skont l-Artikolu 27 ta’ dan ir-Regolament għandha tkompli titqies bħala STS skont il-Kapitolu 4 ta’ dan ir-Regolament u għandha tinżamm fuq tali lista.
Fejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jaqblu li l-ksur huwa relatat man-nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 18 in bona fede, huma jistgħu jiddeċiedu li jagħtu lill-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE perijodu massimu ta’ tliet xhur biex jirrimedja l-ksur identifikat, li jibda mill-ġurnata li fiha l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE ġew infurmati bil-ksur mill-awtorità kompetenti. Matul dan il-perijodu, titolizzazzjoni li tidher fil-lista miżmuma mill-ESMA skont l-Artikolu 27 għandha tkompli titqies bħala STS skont il-Kapitolu 4 u għandha tinżamm fuq tali lista.
Fejn awtorità kompetenti involuta waħda jew aktar tkun tal-opinjoni li l-ksur ma jkunx ġie rimedjat adegwatament fi żmien il-perijodu stabbilit fit-tielet -subparagrafu, għandu japplika l-ewwel subparagrafu.
L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u l-EIOPA, għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 37
Pubblikazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi
Meta l-pubblikazzjoni tal-identità, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, jew tal-identità u ta’ data personali, fil-każ ta’ persuni fiżiċi, titqies mill-awtorità kompetenti li mhijiex proporzjonata wara valutazzjoni ta’ każ b’każ, jew meta l-awtorità kompetenti tqis li l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja, jew meta l-pubblikazzjoni, sa fejn jista’ jkun stabbilit, tikkawża ħsara sproporzjonata lill-persuna involuta, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti:
jiddiferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni amministrattiva sakemm ma jibqgħux jeżistu r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni;
jippubblikaw id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni amministrattiva fuq bażi anonima, skont il-liġi nazzjonali; jew
ma jippubblikawx id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni amministrattiva f’każ li l-opzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) jitqiesu li mhumiex biżżejjed biex jiżguraw:
li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tkunx imxekkla; jew
il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni tat-tali deċiżjonijiet fir-rigward tal-miżuri li jitqiesu li huma ta’ xorta minuri.
KAPITOLU 6
EMENDI
Artikolu 38
Emenda għad-Direttiva 2009/65/KE
L-Artikolu 50a tad-Direttiva 2009/65/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 50a
Meta kumpanniji maniġerjali UCITS jew UCITS immaniġġata internament jiġu esposti għal titolizzazzjoni li m’għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti previsti fir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ), għandhom, fl-aħjar interess tal-investituri fil-UCITS rilevanti, jaġixxu u jieħdu azzjoni korrettiva, jekk ikun xieraq.
Artikolu 39
Emenda għad-Direttiva 2009/138/KE
Id-Direttiva 2009/138/KE hija emendata kif ġej:
fl-Artikolu 135, il-paragrafi 2 u 3 huma mibdula b’dan li ġej:
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.”
L-Artikolu 308b(11) huwa mħassar.
Artikolu 40
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 huwa emendat kif ġej:
Fil-premessi 22 u 41, fl-Artikolu 8c u fil-punt 1 tal-Parti II Taqsima D tal-Anness I„ “strument finanzjarju strutturat” hija mibdula bi “strument ta’ titolizzazzjoni”.
Fil-premessi 34 u 40, fl-Artikoli 8(4), 8c, 10(3) u 39(4) kif ukoll fil-ħames paragrafu tal-punt 2 tat-Taqsima A tal-Anness I, il-punt 5 tat-Taqsima B tal-Anness I, it-titolu u l-punt 2 tal-Parti II tat-Taqsima D tal-Anness I, il-punti 8, 24 u 45 tal-Parti I tal-Anness III u l-punt 8 tal-Parti III tal-Anness III, “strumenti finanzjarji strutturati” hija mibdula bi “strumenti ta’ titolizzazzjoni”.
fl-Artikolu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll l-obbligi għall-emittenti u l-partijiet terzi relatati stabbiliti fl-Unjoni rigward l-istrumenti ta’ titolizzazzjoni.”
Fl-Artikolu 3(1), il-punt (l) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“strument ta’ titolizzazzjoni” tfisser strument finanzjarju jew assi oħrajn li jirriżultaw minn tranżazzjoni jew skema ta’ titolizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402[ir-Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];”.
L-Artikolu 8b huwa mħassar.
fil-punt (b) tal-Artikolu 4(3), il-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6) u l-Artikolu 25a, ir-referenza għall-Artikolu 8b hija mħassra.
Artikolu 41
Emenda għad-Direttiva 2011/61/UE
L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2011/61/UE huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 17
“Meta AIFMs jiġu esposti għal titolizzazzjoni li m’għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti previsti fir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *3 ), għandhom, fl-aħjar interess tal-investituri fl-AIFs rilevanti, jaġixxu u jieħdu azzjoni korrettiva, jekk ikun xieraq.
Artikolu 42
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 648/2012
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 huwa emendat kif ġej:
fl-Artikolu 2 jiżdiedu l-punti li ġejjin:
‘bond kopert’ tfisser bond li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”
‘entità ta’ bonds koperti’ tfisser l-emittent tal-bonds koperti jew l-ippuljar ta’ kopertura ta’ bond kopert.”
fl-Artikolu 4 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:
Paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li ma jiġux konklużi minn entitajiet ta’ bonds koperti b’rabta ma’ bond kopert, jew minn entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni b’rabta ma’ titolizzazzjoni, skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament u tal-Kunsill ( *4 ) dment li:
fil-każ ta’ entitajiet bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni, l-entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni għandha toħroġ biss titolizzazzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 18, u tal-Artikoli 19 sa 22 jew l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (UE) 2017/2402 [ir-Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];
il-kuntratt tad-derivattivi OTC jintuża biss għal hedgeing ta’ rati ta’ interessi jew spariġġi fil-munita fil-bond kopert jew fit-titolizzazzjoni; u
l-arranġamenti fil-bond kopert jew fit-titolizzazzjoni jimmitigaw b’mod adegwat ir-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi mill-entità ta’ bonds koperti jew l-entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni b’rabta mal-bond kopert jew it-titolizzazzjoni.
L-ASE għandhom jissottomettu dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Lulju 2018.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 jew (UE) Nru 1095/2010.
fl-Artikolu 11, il-paragrafu 15 huwa mibdul b’dan li ġej:
Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ASE għandhom jiżviluppaw abbozz komuni ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
il-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju, inklużi l-livelli u t-tip ta’ kollateral u l-arranġamenti tas-segregazzjoni, meħtieġa għall-osservanza tal-paragrafu 3;
il-proċeduri għall-kontrapartijiet u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti li għandhom jiġu segwiti fl-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet skont il-paragrafi 6 sa 10;
il-kriterji applikabbli msemmija fil-paragrafi 5 sa 10 inkluż, b’mod partikulari, x’għandu jitqies bħala impediment prattiku jew legali għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji u għar-rimborż ta’ passivi bejn il-kontrapartijiet.
Il-livell u t-tip ta’ kollateral meħtieġ fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li huma konklużi minn entitajiet ta’ bonds koperti b’rabta ma’ bond kopert, jew minn entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni b’rabta ma’ titolizzazzjoni skont it-tifsira ta’ [dan ir-Regolament] u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament u r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 18, u fl-Artikoli 19 sa 22 jew fl-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (UE) 2017/2402 [ir-Regolament dwar it-Titolizzazzjoni] għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jittieħed f’kunsiderazzjoni kwalunkwe xkiel affaċċjat fl-iskambju tal-kollateral fir-rigward ta’ arranġamenti kollaterali eżistenti fil-bond kopert jew it-titolizzazzjoni.
L-ASE għandhom jippreżentaw dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Lulju 2018.
Skont in-natura legali tal-kontroparti, is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu b’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 jew (UE) Nru 1095/2010.”
Artikolu 43
Dispożizzjonijiet transitorji
Titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom ikunu nħarġu qabel l-1 ta’ Jannar 2019 [id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], għajr pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni marbuta ma’ tranżazzjoni ABCP jew programm ABCP, għandhom jitqiesu bħala “STS” dment li:
fil-mument tal-ħruġ ta’ dawk it-titoli, ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 20(1) sa (5), (7) sa (9) u (11) sa (13) u l-Artikolu 21(1) u (3); u
jissodisfaw, fil-mument tan-notifika skont l-Artikolu 27(1), ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 20(6) u (10), l-Artikolu 21(2) u (4) sa (10) u l-Artikolu 22(1) sa (5).
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 3, japplika dan li ġej:
fl-Artikolu 22(2) “qabel jinħarġu” għandhom jitqiesu li jinqraw “qabel in-notifika skont l-Artikolu 27(1)”;
fl-Artikolu 22(3) “qabel l-ipprezzar tat-titolizzazzjoni” għandhom jitqiesu li jinqraw “qabel in-notifika skont l-Artikolu 27(1)”;
fl-Artikolu 22(5):
fit-tieni sentenza, “qabel l-ipprezzar” għandha titqies li taqra “qabel in-notifika skont l-Artikolu 27(1)”;
“qabel l-ipprezzar għall-inqas fl-abbozz jew fil-forma inizjali” għandha titqies li taqra “qabel in-notifika skont l-Artikolu 27(1)”;
ir-rekwiżit stipulat fir-raba’ sentenza ma għandux japplika;
referenzi għall-konformità mal-Artikolu 7 għandhom jitqiesu bħallikieku l-Artikolu 7 japplika għal dawk it-titolizzazzjonijiet minkejja l-Artikolu 43(1).
Artikolu 43a
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għat-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ
Titolizzazzjonijiet li l-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni inizjali tagħhom inħolqu qabel id-9 ta’ April 2021 għandhom jitqiesu li huma STS dment li:
huma ssodisfaw, fiż-żmien tal-ħolqien tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni inizjali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 26b(1) sa (5), (7) sa (9) u (11) u (12), l-Artikoli 26c(1) u (3), l-Artikolu 26e(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26e(2), it-tielet u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 26e(3), u l-Artikoli 26e(6) sa (9); kif ukoll
jissodisfaw, fil-mument tan-notifika skont l-Artikolu 27(1), ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 26b(6) u (10), l-Artikoli 26c(2) u (4) sa (10), l-Artikoli 26d(1) sa (5) u t-tieni sas-seba’ subparagrafi tal-Artikolu 26e(2), l-ewwel, it-tieni u l-ħames subparagrafi tal-Artikolu 26e(3) u l-Artikoli 26e(4) u (5).
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, japplika dan li ġej:
fl-Artikolu 26d(2) "qabel l-għeluq tat-tranżazzjoni" għandhom jitqiesu li jinqraw "qabel in-notifika skont l-Artikolu 27(1)";
fl-Artikolu 26d(3) "qabel l-ipprezzar tat-titolizzazzjoni" għandhom jitqiesu li jinqraw "qabel in-notifika skont l-Artikolu 27(1)";
fl-Artikolu 26d(5):
fit-tieni sentenza, "qabel l-ipprezzar" għandha titqies li taqra "qabel in-notifika skont l-Artikolu 27(1)";
fit-tielet sentenza "qabel l-ipprezzar għall-inqas fl-abbozz jew fil-forma inizjali" għandha titqies li taqra "qabel in-notifika skont l-Artikolu 27(1)";
ir-rekwiżit spjegat fir-raba' sentenza ma għandux japplika;
referenzi għall-konformità mal-Artikolu 7 għandhom jitqiesu bħallikieku l-Artikolu 7 japplika għal dawk it-titolizzazzjonijiet minkejja l-Artikolu 43(1).
Artikolu 44
Rapporti
Sal-1 ta’ Jannar 2021 u kull tliet snin wara dik id-data, il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jippubblika rapport dwar:
l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti STS kif previst fl-Artikoli 18 sa 27;
valutazzjoni tal-azzjonijiet li wettqu l-awtoritajiet kompetenti, dwar ir-riskji materjali u l-vulnerabbiltajiet il-ġodda li setgħu tfaċċaw u dwar l-azzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq sabiex ikomplu jistandardizzaw id-dokumenti tat-titolizzazzjonijiet;
il-funzjonament tar-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta previsti fl-Artikolu 5 u r-rekwiżiti ta’ trasparenza previsti fl-Artikolu 7 u l-livell ta’ trasparenza tas-suq tat-titolizzazzjoni fl-Unjoni, inkluż dwar jekk ir-rekwiżiti ta’ trasparenza previsti fl-Artikolu 7 jippermettux lill-awtoritajiet kompetenti li jkollhom stampa ġenerali suffiċjenti tas-suq sabiex iwettqu l-mandati rispettivi tagħhom;
ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 6, inkluż il-konformità magħhom mill-parteċipanti tas-suq u l-modalitajiet għar-retenzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 6(3);
il-post ġeografika tal-SSPEs.
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta lilu kull tliet snin skont il-punt (e), il-Kummissjoni għandha tipprovdi valutazzjoni tar-raġunijiet għall-għażla tal-post, inkluż, soġġett għad-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni, sa liema punt l-eżistenza ta' sistema tat-taxxa u regolatorja favorevoli għandha rwol kritiku.
▼M1 —————
Artikolu 45a
Żvilupp ta' qafas ta' titolizzazzjoni sostenibbli
Sal-1 ta' Novembru 2021, l-EBA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u l-EIOPA, għandha tippubblika rapport dwar l-iżvilupp ta' qafas speċifiku ta' titolizzazzjoni sostenibbli għall-fini tal-integrazzjoni ta' rekwiżiti ta' trasparenza relatati mas-sostenibbiltà f'dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jivvaluta debitament b'mod partikolari:
l-implimentazzjoni ta' rekwiżiti proporzjonati ta' divulgazzjoni u diliġenza dovuta relatati mal-impatti pożittivi u negattivi potenzjali tal-assi ffinanzjati minn skoperturi sottostanti fuq il-fatturi ta' sostenibbiltà;
il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fir-rigward ta' fatturi ta' sostenibbiltà fir-rigward tal-impatti pożittivi u negattivi fuq kwistjonijiet ambjentali, soċjali u relatati mal-governanza;
kif jistabbilixxi qafas speċifiku ta' titolizzazzjoni sostenibbli li jirrifletti jew jibbaża fuq prodotti finanzjarji koperti skont l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (UE) 2019/2088 u jqis, fejn xieraq, ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 );
l-effetti possibbli ta' qafas ta' titolizzazzjoni sostenibbli fuq l-istabbiltà finanzjarja, l-iskalar tas-suq tat-titolizzazzjoni tal-Unjoni u tal-kapaċità ta' self mill-banek.
Artikolu 46
Rieżami
Sal-1 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-funzjonament ta’ dan ir-Regolament, akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġislattiva.
Dak ir-rapport għandu jikkunsidra b’mod partikolari s-sejbiet tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 44, u għandu jivvaluta:
l-effetti ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-introduzzjoni tad-deżinjazzjoni ta’ titolizzazzjoni STS, fuq il-funzjonament tas-suq għat-titolizzazzjonijiet fl-Unjoni, il-kontribuzzjoni tat-titolizzazzjoni għall-ekonomija reali, b’mod partikolari dwar l-aċċess għall-kreditu għall-SMEs u l-investimenti, u l-interkonnettività bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-istabbiltà tas-settur finanzjarju;
id-differenzi fl-użu tal-modalitajiet imsemmija fl-Artikolu 6(3), abbażi ta’ data rrappurtata skont il-punt (e)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1). Jekk is-sejbiet juru żieda ta’ riskji prudenzjali kkawżati mill-użu tal-modalitajiet imsemmija fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-Artikolu 6(3), imbagħad għandhom jiġu kkunsidrati passi rimedjali xierqa;
jekk kienx hemm żieda sproporzjonata fl-għadd ta’ tranżazzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2), sa mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jekk il-parteċipanti fis-suq strutturawx it-tranżazzjonijiet b’mod li jevadu l-obbligu skont l-Artikolu 7 li jagħmlu disponibbli informazzjoni permezz ta’ repożitorji tat-titolizzazzjoni;
jekk hemmx il-ħtieġa li jiġu estiżi r-rekwiżiti tal-iżvelar skont l-Artikolu 7 biex ikopru t-tranżazzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2), u l-pożizzjonijiet tal-investituri;
jekk fil-qasam tat-titolizzazzjonijiet STS jistax jiġi introdott reġim ta’ ekwivalenza għal oriġinaturi, sponsors u SSPEs ta’ pajjiżi terzi, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi internazzjonali fil-qasam tat-titolizzazzjoni, b’mod partikolari inizjattivi dwar titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u komparabbli;
“l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 22(4) u 26d(4) u jekk jistgħux jiġu estiżi għal titolizzazzjoni meta l-iskoperturi sottostanti ma jkunux self residenzjali jew self jew kirjiet għal karozzi, bil-ħsieb tal-integrazzjoni tad-divulgazzjoni ambjentali, soċjali u ta' governanza;
l-adegwatezza tar-reġim tal-verifika tal-parti terza kif previst fl-Artikoli 27 u 28, u jekk ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni għal partijiet terzi previsti fl-Artikolu 28 irawwimx kompetizzjoni suffiċjenti fost partijiet terzi u jikkunsidrax jekk iridux jiġu introdotti bidliet fil-qafas superviżorju sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja; u
jekk hemmx il-ħtieġa li jiġi kkomplementat il-qafas dwar it-titolizzazzjoni stipulat f’dan ir-Regolament billi tiġi stabbilita sistema ta’ banek b'liċenzji limitati, li jwettqu l-funzjonijiet ta’ SSPEs u li għandhom id-dritt esklużiv li jixtru skoperturi minn oriġinaturi u jbigħu pretensjonijiet appoġġati mill-iskoperturi mixtrija lil investituri;
il-possibbilta' ta' rekwiżiti ulterjuri ta' standardizzazzjoni u divulgazzjoni fid-dawl tal-prattiki tas-suq li qed jiżviluppaw, jiġifieri permezz tal-użu ta' formoli, għal titolizzazzjonijiet kemm tradizzjonali u sintetiċi, inkluż għal titolizzazzjonijiet privati personalizzati meta ma jkun irid jitfassal l-ebda prospett f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ).
Artikolu 47
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 48
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1).
( 3 ) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
( 4 ) Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti ta’l-investiment f’konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).
( 5 ) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
( 6 ) Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).
( 7 ) Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
( 8 ) Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).
( 9 ) Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).
( 10 ) Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta’ transazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).
( 11 ) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
( 12 ) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).
( 13 ) Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali (ĠU L 235,23.9.2003, p. 10).
( 14 ) Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
( 15 ) Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE and 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
( *1 ) Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).”
( *2 ) Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).”
( *3 ) Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).”
( *4 ) Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35)”
( 16 ) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
( 17 ) Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).