02017R2394 — MT — 01.01.2022 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2017/2394 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345 27.12.2017, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2018/302 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-28 ta' Frar 2018 |
L 60I |
1 |
2.3.2018 |
|
DIRETTIVA (UE) 2019/770 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Mejju 2019 |
L 136 |
1 |
22.5.2019 |
|
DIRETTIVA (UE) 2019/771 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Mejju 2019 |
L 136 |
28 |
22.5.2019 |
REGOLAMENT (UE) 2017/2394 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Diċembru 2017
dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet kompetenti, wara li jkunu ġew nominati mill-Istati Membri tagħhom bħala responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi, jikkooperaw u jikkoordinaw azzjonijiet ma’ xulxin u mal-Kummissjoni, sabiex jinfurzaw il-konformità ma’ dawk il-liġijiet u jiżguraw il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u sabiex itejbu l-protezzjoni tal-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi” tfisser ir-Regolamenti u d-Direttivi kif trasposti fis-sistema legali interna tal-Istati Membri, li jinsabu elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament;
“każ ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni” tfisser kwalunkwe att jew omissjoni li jmorru kontra l-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi li jkunu għamlu ħsara, ikunu qed jagħmlu ħsara jew x’aktarx ser jagħmlu ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi residenti fi Stat Membru apparti l-Istat Membru fejn:
l-att jew l-ommissjoni oriġinaw jew seħħew;
il-kummerċjant responsabbli għall-att jew l-ommissjoni ikun stabbilit; jew
ikunu jinstabu l-evidenza jew l-assi tal-kummerċjant relattivi għall-att jew ommissjoni;
“każ ta’ ksur mifrux” tfisser:
kwalunkwe att jew ommissjoni li jmorru kontra l-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi li jkunu għamlu ħsara, ikunu qed jagħmlu ħsara jew x’aktarx ser jagħmlu ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi li huma residenti f’mill-inqas żewġ Stat Membri apparti l-Istat Membru fejn:
l-att jew l-ommissjoni oriġinaw jew seħħew;
il-kummerċjant responsabbli għall-att jew l-ommissjoni ikun stabbilit; jew
ikunu jinstabu l-evidenza jew l-assi tal-kummerċjant relattivi għall-att jew ommissjoni; jew
kwalunkwe att jew omissjoni li jmorru kontra l-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi li jkunu għamlu ħsara, ikunu qed jagħmlu ħsara jew x’aktarx ser jagħmlu ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi u li jkollhom karatteristiċi komuni, inklużi l-istess prattika illegali, l-istess interess li qed jinkiser u li jkunu qed jokkorru fl-istess ħin, jitwettqu mill-istess kummerċjant, f’mill-inqas tliet Stati Membri;
“każ ta’ ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni” tfisser ksur mifrux li jkun għamel ħsara, ikun qed jagħmel ħsara jew x’aktarx ser jagħmel ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi f’mill-inqas żewġ terzi tal-Istati Membri, li flimkien jammontaw għal mill-inqas żewġ terzi tal-popolazzjoni tal-Unjoni;
“każijiet ta’ ksur koperti minn dan ir-Regolament” tfisser każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni, każijiet ta’ ksur mifrux u każijiet ta’ ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni;
“awtorità kompetenti” tfisser kwalunkwe awtorità pubblika stabbilita fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali u nominata minn Stat Membru bħala responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi;
“uffiċċju uniku ta’ kooperazzjoni” tfisser l-awtorità pubblika nominata minn Stat Membru bħala responsabbli mill-koordinazzjoni tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’dak l-Istat Membru;
“korp nominat” tfisser korp li jkollu interess leġittimu fil-waqfien jew il-projbizzjoni ta’ każijiet ta’ ksur tal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi li huwa nominat minn Stat Membru u jingħata istruzzjonijiet minn awtorità kompetenti għall-fini li jiġbor l-informazzjoni meħtieġa u biex jieħu l-miżuri meħtieġa ta’ infurzar disponibbli lil dak il-korp taħt il-liġi nazzjonali biex iwassal għall-waqfien jew il-projbizzjoni tal-ksur u li jaġixxi f’isem dik l-awtorità kompetenti;
“awtorità applikanti” tfisser l-awtorità kompetenti li tagħmel talba għal assistenza reċiproka;
“awtorità mitluba” tfisser l-awtorità kompetenti li tirċievi t-talba għal assistenza reċiproka;
“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kwalunkwe persuna ġuridika, indipendentement mill-fatt li tkun suġġett pubbliku jew privat, li taġixxi, anki permezz ta’ persuna li tkun qed taġixxi f’isimha jew għall-interessi tagħha, għall-iskopijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;
“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li tkun qiegħda taġixxi għal skopijiet li jkunu lil hinn mill-kummerċ, min-negozju, mis-sengħa jew il-professjoni tagħha;
“ilment tal-konsumatur” tfisser dikjarazzjoni, appoġġata minn evidenza raġonevoli, li kummerċjant wettaq, qed iwettaq, jew li x’aktarx ser iwettaq, ksur tal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi;
“ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi” tfisser ħsara proprja jew potenzjali lill-interessi ta’ għadd ta’ konsumaturi li jkunu affettwati minn każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni, minn każijiet ta’ ksur mifrux jew minn każijiet ta’ ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni;
“interfaċċa online” tfisser kwalunkwe software, inkluż sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, li jkunu operati minn jew f’isem kummerċjant, li jservu biex jagħtu lill-konsumaturi aċċess għall-merċi jew servizzi tal-kummerċjant;
“sweeps” tfisser investigazzjonijiet miftiehma tas-swieq tal-konsumaturi permezz ta’ azzjonijiet simultanji kkoordinati ta’ kontroll sabiex tiġi verifikata l-konformità ma’, jew jiġu identifikati każijiet ta’ ksur ta’, il-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi.
Artikolu 4
Notifika ta’ perijodi ta’ limitazzjoni
Kull uffiċċju uniku ta’ kooperazzjoni għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-perijodi ta’ limitazzjoni li jkunu stabbiliti fl-Istat Membru tiegħu stess u li japplikaw għal miżuri ta’ infurzar imsemmija fl-Artikolu 9(4). Il-Kummissjoni għandha tiddeskrivi fil-qosor il-perijodi notifikati ta’ limitazzjoni u għandha tagħmel dak is-sommarju disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti.
KAPITOLU II
AWTORITAJIET KOMPETENTI U S-SETGĦAT TAGĦHOM
Artikolu 5
Awtoritajiet kompetenti u uffiċċji uniċi ta’ kooperazzjoni
Artikolu 6
Kooperazzjoni għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri
Artikolu 7
Rwol ta’ korpi nominati
L-awtorità li tagħti l-istruzzjoni għandha tibqa’ obbligata li tiġbor l-informazzjoni neċessarja jew li tieħu l-miżuri ta’ infurzar neċessarji jekk:
il-korp nominat jonqos milli jikseb l-informazzjoni neċessarja jew li jwaqqaf jew jipprojbixxi l-każ ta’ ksur kopert minn dan ir-Regolament mingħajr dewmien; jew
l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati minn każ ta’ ksur kopert minn dan ir-Regolament ma jaqblux li l-korp nominat jista’ jingħata istruzzjoni skont il-paragrafu 1.
Artikolu 8
Informazzjoni u listi
Kull Stat Membru għandu, mingħajr dewmien, jikkomunika lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja u kwalunkwe bidla fiha:
l-identitajiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti, tal-uffiċċju uniku ta’ kooperazzjoni, tal-korpi nominati u tal-entitajiet li joħorġu twissijiet esterni skont l-Artikolu 27(1); u
informazzjoni dwar l-organizzazzjoni, is-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 9
Setgħat minimi tal-awtoritajiet kompetenti
L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom mill-inqas is-setgħat ta’ investigazzjoni li ġejjin:
is-setgħa ta’ aċċess għal kwalunkwe dokument, data jew informazzjoni rilevanti relatati ma’ każ ta’ ksur kopert minn dan ir-Regolament, fi kwalunkwe forma jew format u irrispettivament mill-mezz ta’ ħżin tagħhom, jew il-post fejn ikunu maħżuna;
is-setgħa li jirrikjedu minn kwalunkwe awtorità, korp jew aġenzija pubblika fl-Istat Membru tagħhom jew kwalunkwe persuna fiżika jew persuna ġuridika li jipprovdu kwalunkwe informazzjoni, data jew dokument rilevanti, fi kwalunkwe forma jew format u irrispettivament mill-mezz ta’ ħżin tagħhom, jew il-post fejn ikunu maħżuna, bil-għan li jiġi stabbilit jekk seħħx jew ikunx qed iseħħ każ ta’ ksur kopert minn dan ir-Regolament u għall-finijiet li jiġu stabbiliti d-dettalji ta’ tali ksur, inkluż l-intraċċar tal-flussi finanzjarji jew tad-data, li tiġi aċċertata l-identità tal-persuni involuti fil-flussi finanzjarji u tad-data, u li tiġi aċċertata informazzjoni dwar kontijiet bankarji u s-sjieda tas-siti web;
is-setgħa li jwettqu l-ispezzjonijiet meħtieġa fuq il-post, inkluża s-setgħa li jidħlu fi kwalunkwe bini, art jew mezz ta’ trasport li l-kummerċjant ikkonċernat mill-ispezzjoni juża għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tiegħu, jew li jitolbu lil awtoritajiet pubbliċi oħrajn biex jagħmlu dan, sabiex jeżaminaw, jikkonfiskaw, jieħdu jew jiksbu kopji ta’ informazzjoni, data jew dokumenti, irrispettivament mill-mezz ta’ ħżin tagħhom; is-setgħa li jikkonfiskaw kwalunkwe informazzjoni, data jew dokumenti għaż-żmien meħtieġ u sakemm ikun meħtieġ għall-ispezzjoni; is-setgħa li jitolbu lil kwalunkwe rappreżentant jew membru tal-persunal tal-kummerċjant ikkonċernat mill-ispezzjoni biex jagħti spjegazzjonijiet dwar fatti, informazzjoni, data jew dokumenti relatati mas-suġġett tal-ispezzjoni u li jirreġistraw it-tweġibiet;
is-setgħa li jixtru oġġetti jew servizzi bħala test ta’ xiri, fejn meħtieġ, b’identità moħbija, biex jindividwaw każijiet ta’ ksur koperti minn dan ir-Regolament u li jiksbu evidenza, inkluża s-setgħa li jispezzjonaw, josservaw, jistudjaw, iżarmaw jew jittestjaw oġġetti jew servizzi.
L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom mill-inqas is-setgħat ta’ infurzar li ġejjin:
is-setgħa li jadottaw miżuri interim biex jevitaw ir-riskju ta’ ħsara serja lill-interessi kollettivi ta’ konsumaturi;
is-setgħa li jfittxu li jiksbu jew li jaċċettaw impenji mill-kummerċjant responsabbli għall-każ ta’ ksur kopert minn dan ir-Regolament biex iwaqqfu dak il-ksur;
is-setgħa li jirċievu mingħand il-kummerċjant, fuq inizjattiva tal-kummerċjant stess, impenji addizzjonali ta’ rimedju għall-benefiċċju ta’ konsumaturi li ġew affettwati mill-allegat ksur kopert minn dan ir-Regolament, jew, fejn adatt, li jfittxu li jiksbu impenji mingħand il-kummerċjant biex joffri rimedji adegwati lill-konsumaturi li ġew affettwati minn dak il-ksur;
fejn applikabbli, is-setgħa li jinfurmaw, b’mezzi xierqa, lill-konsumaturi li jallegaw li sofrew ħsara bħala konsegwenza ta’ każijiet ta’ ksur koperti minn dan ir-Regolament dwar kif ifittxu kumpens taħt il-liġi nazzjonali;
is-setgħa li jordnaw bil-miktub il-waqfien ta’ każijiet tal-ksur koperti minn dan ir-Regolament mill-kummerċjant;
is-setgħa li jwaqqfu jew jipprojbixxu każijiet ta’ ksur koperti minn dan ir-Regolament;
fejn ma hemmx disponibbli mezzi effettivi oħra, iwaqqfu jew jipprojbixxu l-każijiet ta’ ksur koperti minn dan ir-Regolament u sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ ħsara serja lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi:
is-setgħa li jneħħu kontenut jew li jirrestrinġu l-aċċess għal interfaċċa online jew jordnaw il-wiri espliċitu ta’ twissija lill-konsumaturi meta huma jaċċedu għal interfaċċa online;
is-setgħa li jordnaw fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ineħħi, jiddiżattiva jew jirrestrinġi l-aċċess għal interfaċċa online; jew
fejn adatt, is-setgħa li jordnaw lir-reġistri jew ir-reġistraturi tad-dominji biex iħassru isem ta’ dominju kkwalifikat bis-sħiħ u li jħallu lill-awtorità kompetenti kkonċernata tirreġistrah;
inkluż billi jitolbu terzi jew awtorità pubblika oħra biex jimplimentaw tali miżuri.
is-setgħa li jimponu pieni, per eżempju multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ pieni, għal każijiet ta’ ksur koperti minn dan ir-Regolament u għan-nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe deċiżjoni, ordni, miżura interim, impenn tal-kummerċjant jew miżura oħra adottata skont dan ir-Regolament.
Il-pieni msemmija fil-punt (h) għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, f’konformità mar-rekwiżiti tal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi. B’mod partikolari, għandha tingħata konsiderazzjoni dovuta, kif adatt, lin-natura, il-gravità u t-tul tal-każ ta’ ksur inkwistjoni.
Artikolu 10
Eżerċizzju tas-setgħat minimi
Is-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 9 għandhom ikunu eżerċitati jew:
direttament mill-awtoritajiet kompetenti taħt l-awtorità tagħhom stess;
fejn ikun adatt, bl-assistenza ta’ awtoritajiet kompetenti oħra jew awtoritajiet pubbliċi oħra;
billi jingħataw istruzzjonijiet lil korpi nominati, jekk applikabbli; jew
b’rikors lill-qrati kompetenti biex jagħtu d-deċiżjoni meħtieġa, inkluż, fejn adatt, b’appell, jekk ir-rikors biex tingħata d-deċiżjoni meħtieġa jiġi miċħud.
KAPITOLU III
MEKKANIŻMU TA’ ASSISTENZA REĊIPROKA
Artikolu 11
Talbiet għall-informazzjoni
Artikolu 12
Talbiet għal miżuri ta’ infurzar
L-awtorità mitluba għandha tinforma b’mod regolari lill-awtorità applikanti dwar il-passi u l-miżuri meħuda u l-passi u l-miżuri li biħsiebha tieħu. L-awtorità mitluba, permezz tal-bażi tad-data elettronika prevista fl-Artikolu 35 biex tinnotifika mingħajr dewmien lill-awtorità applikanti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn u l-Kummissjoni bil-miżuri meħuda u l-effett ta’ dawk il-miżuri fuq każ ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni, inkluż dan li ġej:
jekk ġewx imposti miżuri interim;
jekk il-ksur intemmx;
liema miżuri ġew adottati u jekk dawk il-miżuri ġewx implimentati;
sa liema punt il-konsumaturi affettwati mill-ksur allegat ġew offruti impenji ta’ rimedju.
Artikolu 13
Proċedura għal talbiet għal assistenza reċiproka
Artikolu 14
Rifjut ta’ konformità ma’ talba għal assistenza reċiproka
L-awtorità mitluba tista’ tirrifjuta li tikkonforma ma’ talba għall-informazzjoni taħt l-Artikolu 11 jekk tapplika waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
wara konsultazzjoni mal-awtorità applikanti, ikun jidher li l-informazzjoni mitluba ma tkunx meħtieġa mill-awtorità applikanti biex tistabbilixxi jekk seħħx jew ikunx qed iseħħ każ ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni jew biex tistabbilixxi jekk hemmx suspett raġonevoli li dan jista’ jseħħ;
l-awtorità applikanti ma taqbilx li l-informazzjoni hija soġġetta għar-regoli dwar il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali u kummerċjali stabbiliti fl-Artikolu 33;
diġà jkunu nbdew kontra l-istess kummerċjant investigazzjonijiet kriminali jew proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-istess każ ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji fl-Istat Membru tal-awtorità mitluba jew tal-awtorità applikanti.
Awtorità mitluba tista’ tirrifjuta li tikkonforma ma’ talba għal miżuri ta’ infurzar taħt l-Artikolu 12 jekk, wara li tkun ikkonsultat lill-awtorità applikanti, tkun tapplika waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
investigazzjonijiet kriminali jew proċedimenti ġudizzjarji diġà jkunu nbdew, jew ikun hemm sentenza, soluzzjoni bil-qorti jew ordni ġudizzjarja fir-rigward tal-istess każ ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni u kontra l-istess kummerċjant quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji f’l-Istat Membru tal-awtorità mitluba;
l-eżerċizzju tas-setgħat tal-infurzar meħtieġa diġà jkun inbeda, jew deċiżjoni amministrattiva tkun diġà ġiet adottata, fir-rigward tal-istess każ ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni u kontra l-istess kummerċjant f’l-Istat Membru tal-awtorità mitluba sabiex dan iwassal għat-tmiem jew projbizzjoni malajr u effettivi tal-każ ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni;
wara investigazzjoni adatta, l-awtorità mitluba tikkonkludi li ma jkun seħħ ebda każ ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni;
l-awtorità mitluba tikkonkludi li l-awtorità applikanti ma tkunx tat l-informazzjoni li tkun neċessarja f’konformità mal-Artikolu 13(1);
l-awtorità mitluba tkun aċċettat impenji proposti mill-kummerċjant biex itemm il-każ ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni f’limitu ta’ żmien stabbilit u dak il-limitu ta’ żmien ikun għadu ma skadiex.
Madankollu, l-awtorità mitluba għandha tikkonforma mat-talba għal miżuri ta’ infurzar taħt l-Artikolu 12 jekk il-kummerċjant jonqos milli jimplimenta l-impenji aċċettati fil-limitu ta’ żmien imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu.
KAPITOLU IV
INVESTIGAZZJONI KOORDINATA U MEKKANIŻMI TA’ INFURZAR GĦAL KAŻIJIET TA’ KSUR MIFRUX U GĦAL KAŻIJIET TA’ KSUR MIFRUX B’DIMENSJONI TAL-UNJONI
Artikolu 15
Proċedura għal deċiżjonijiet fost l-Istati Membri
Għal kwistjonijiet koperti minn dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jaġixxu b’kunsens.
Artikolu 16
Prinċipji ġenerali tal-kooperazzjoni
Artikolu 17
Tnedija ta’ azzjoni koordinata u nomina tal-koordinatur
Artikolu 18
Raġunijiet għar-rifjut ta’ parteċipazzjoni fl-azzjoni koordinata
Awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li tipparteċipa f’azzjoni koordinata għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
fir-rigward tal-istess kummerċjant diġà tkun inbdiet investigazzjoni kriminali jew ikunu nbdew proċedimenti ġudizzjarji, jew tkun ingħatat sentenza, jew tkun intlaħqet soluzzjoni bil-qorti, fir-rigward tal-istess ksur fl-Istat Membru ta’ dik l-awtorità kompetenti;
l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ investigazzjoni jew ta’ infurzar meħtieġa jkun diġà nbeda qabel il-ħruġ ta’ twissija msemmija fl-Artikolu 17(3), jew deċiżjoni amministrattiva tkun ġiet adottata kontra l-istess kummerċjant fir-rigward tal-istess ksur fl-Istat Membru ta’ dik l-awtorità kompetenti sabiex dan iwassal għat-tmiem jew il-projbizzjoni malajr u effettivi tal-ksur mifrux jew tal-ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni;
wara investigazzjoni adatta, ikun jidher evidenti li l-impatt reali jew potenzjali tal-ksur mifrux allegat jew tal-ksur mifrux allegat b’dimensjoni tal-Unjoni fl-Istat Membru ta’ dik l-awtorità kompetenti jkun negliġibbli u għalhekk ma jkunx jinħtieġ li jiġu adottati miżuri ta’ infurzar minn dik l-awtorità kompetenti;
il-ksur mifrux rilevanti jew il-ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni ma jkunx seħħ fl-Istat Membru ta’ dik l-awtorità kompetenti u għalhekk ma jkun meħtieġ li tiġi adottata l-ebda miżura ta’ infurzar minn dik l-awtorità kompetenti;
l-awtorità kompetenti tkun aċċettat impenji proposti mill-kummerċjant responsabbli għall-każ ta’ ksur mifrux jew ta’ ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni biex itemm dak il-każ ta’ ksur fl-Istat Membru ta’ dik l-awtorità kompetenti u dawk l-impenji jkunu ġew implimentati, u għalhekk ma jkunx jinħtieġ li jiġu adottati miżuri ta’ infurzar minn dik l-awtorità kompetenti.
Artikolu 19
Miżuri ta’ investigazzjoni f’azzjonijiet koordinati
Artikolu 20
Impenji f’azzjonijiet koordinati
Artikolu 21
Miżuri ta’ infurzar f’azzjonijiet koordinati
Fejn adatt huma għandhom jimponu pieni, bħal multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ pieni fuq il-kummerċjant responsabbli għall-każ ta’ ksur mifrux jew ta’ ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirċievu mingħand il-kummerċjant, fuq inizjattiva tal-kummerċjant stess, impenji addizzjonali ta’ rimedju għall-benefiċċju tal-konsumaturi li ġew affettwati mill-ksur mifrux allegat jew ksur mifrux allegat b’dimensjoni tal-Unjoni, jew, fejn adatt, jistgħu jfittxu li jiksbu impenji mill-kummerċjant biex joffri rimedji adegwati lill-konsumaturi li ġew affettwati minn dak il-ksur.
Miżuri ta’ infurzar ikunu partikolarment adatti fejn:
tkun tenħtieġ azzjoni ta’ infurzar immedjata biex jinkiseb it-tmiem jew il-projbizzjoni malajr u effettivi tal-ksur;
ikun improbabbli li l-ksur jintemm bħala riżultat tal-impenji proposti mill-kummerċjant responsabbli għall-ksur;
il-kummerċjant responsabbli għall-ksur ma jkunx ippropona impenji qabel l-iskadenza ta’ limitu ta’ żmien stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;
l-impenji li l-kummerċjant responsabbli għall-ksur jipproponi ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw it-tmiem tal-ksur jew, fejn adatt, biex jipprovdu rimedju għall-konsumaturi li jkunu sofrew ħsara mill-ksur; jew
il-kummerċjant responsabbli għall-ksur naqas milli jimplimenta l-impenji biex jitwaqqaf il-ksur jew, fejn adatt, biex jipprovdi rimedju lill-konsumaturi li saritilhom ħsara mill-ksur, fil-limitu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 20(3).
Artikolu 22
Għeluq tal-azzjonijiet koordinati
Artikolu 23
Ir-rwol tal-koordinatur
Il-koordinatur maħtur skont l-Artikolu 17 jew 29 għandu b’mod partikolari:
jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u l-Kummissjoni huma debitament informati, b’mod tempestiv, dwar il-progress tal-investigazzjoni jew tal-azzjoni ta’ infurzar, kif applikabbli, u informati dwar kwalunkwe pass antiċipat li jkun imiss u l-miżuri li għandhom jiġu adottati;
jikkoordina u jissorvelja l-miżuri ta’ investigazzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati skont dan ir-Regolament;
jikkoordina t-tħejjija u l-kondiviżjoni tad-dokumenti kollha meħtieġa fost l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u l-Kummissjoni;
iżomm kuntatt mal-kummerċjant u partijiet oħra kkonċernati mill-miżuri ta’ investigazzjoni jew ta’ infurzar, kif applikabbli, sakemm mhux maqbul mod ieħor mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u l-koordinatur;
fejn applikabbli, jikkoordina l-valutazzjoni, il-konsultazzjonijiet u l-monitoraġġ mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kif ukoll passi oħrajn meħtieġa għall-ipproċessar u l-implimentazzjoni ta’ impenji proposti mill-kummerċjanti kkonċernati;
fejn applikabbli, jikkoordina l-miżuri ta’ infurzar adottati mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;
jikkoordina talbiet għal assistenza reċiproka mressqa mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati skont il-Kapitolu III.
Artikolu 24
Arranġamenti lingwistiċi
Artikolu 25
Arranġamenti dwar il-lingwa għall-komunikazzjoni mal-kummerċjanti
Għall-finijiet tal-proċeduri stabbiliti f’dan il-Kapitolu, il-kummerċjant għandu jkun intitolat jikkomunika fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mill-lingwi uffiċjali użati għall-finijiet uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-kummerċjant ikun stabbilit jew jirrisjedi.
KAPITOLU V
ATTIVITAJIET FL-UNJONI KOLLHA
Artikolu 26
Twissijiet
Meta tinnotifika, jiġifieri toħroġ twissija, taħt il-paragrafi 1 u 2, l-awtorità kompetenti jew il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar il-ksur issuspettat kopert minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari, u, fejn disponibbli, l-informazzjoni li ġejja:
deskrizzjoni tal-att jew l-ommissjoni li jikkostitwixxu l-ksur;
dettalji tal-prodott jew is-servizz ikkonċernat mill-ksur;
l-ismijiet tal-Istati Membri kkonċernati jew possibbilment ikkonċernati mill-ksur;
l-identità tal-kummerċjant jew kummerċjanti responsabbli jew suspettati li huma responsabbli għall-ksur;
il-bażi legali għall-azzjonijiet possibbli b’referenza għal-liġi nazzjonali u għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness;
deskrizzjoni ta kwalunkwe proċediment legali, miżura ta’ infurzar jew miżura oħra meħuda fir-rigward tal-ksur u d-dati u t-tul ta’ żmien tagħhom, kif ukoll l-istatus tagħhom;
l-identitajiet tal-awtoritajiet kompetenti li jistitwixxu l-proċedimenti legali u li jieħdu miżuri oħra.
Artikolu 27
Twissijiet esterni
Artikolu 28
Skambju ta’ informazzjoni oħra rilevanti għall-individwazzjoni ta’ każijiet ta’ ksur
Sa fejn ikun meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, permezz tal-bażi ta’ data elettronika msemmija fl-Artikolu 35, jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien dwar kwalunkwe miżura meħuda minnhom biex jindirizzaw każ ta’ ksur kopert minn dan ir-Regolament fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom jekk huma jissuspettaw li l-ksur inkwistjoni jista’ jaffettwa l-interessi tal-konsumaturi fi Stati Membri oħrajn.
Artikolu 29
Sweeps
Artikolu 30
Koordinazzjoni ta’ attivitajiet oħra li jikkontribwixxu għal investigazzjoni u infurzar
Sa fejn meħtieġ biex jinkiseb l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tagħhom fl-oqsma li ġejjin:
it-taħriġ tal-uffiċjali tagħhom involuti fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
il-ġbir, il-klassifikazzjoni u l-iskambju ta’ data dwar ilmenti tal-konsumatur;
l-iżvilupp ta’ netwerks speċifiċi għas-settur ta’ uffiċjali;
l-iżvilupp ta’ għodda ta’ informazzjoni u komunikazzjoni; u
fejn applikabbli, l-iżvilupp ta’ standards, metodoloġiji u linji gwida li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 31
Skambju ta’ uffiċjali bejn l-awtoritajiet kompetenti
Artikolu 32
Kooperazzjoni internazzjonali
KAPITOLU VI
ARRANĠAMENTI KOMUNI
Artikolu 33
Użu u żvelar ta’ informazzjoni u segretezza professjonali u kummerċjali
Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti li tkun ipprovdiet l-informazzjoni, jiżvelaw l-informazzjoni li tkun meħtieġa:
biex jippruvaw każijiet ta’ ksur koperti minn dan ir-Regolament; jew
biex iwaqqfu jew jipprojbixxu każijiet ta’ ksur koperti minn dan ir-Regolament.
Artikolu 34
Użu ta’ evidenza u sejbiet ta’ investigazzjoni
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw bħala prova kwalunkwe informazzjoni, dokument, sejba, stqarrija, kopja vera awtentikata jew informazzjoni sigrieta komunikata, fuq l-istess bażi bħal dokumenti simili miksuba fl-Istat Membru tagħhom stess, irrispettivament mill-mezz ta’ ħżin tagħhom.
Artikolu 35
Bażi ta’ data elettronika
Id-data li tirrigwarda ksur għandha tinħażen fil-bażi ta’ data elettronika għal mhux iktar milli jinħtieġ għall-finijiet li għalihom tkun inġabret u ġiet proċessata, iżda ma għandhiex tinħażen għal mhux aktar minn ħames snin wara l-jum li fih:
awtorità mitluba tinnotifika lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12(2) li l-ksur fi ħdan l-Unjoni intemm;
il-koordinatur jinnotifikaskont l-Artikolu 22(1) l-għeluq tal-azzjoni koordinata;
l-informazzjoni tkun iddaħħlet fil-bażi ta’ data fil-każijiet l-oħrajn kollha.
Artikolu 36
Rinunzja tar-rimborż tal-ispejjeż
Artikolu 37
Prijoritajiet ta’ infurzar
Tali informazzjoni għandha tinkludi:
informazzjoni dwar xejriet fis-suq li jistgħu jaffettwaw l-interessi tal-konsumaturi fl-Istati Membri kkonċernati u fi Stati Membri oħra;
ħarsa ġenerali tal-azzjonijiet imwettqa taħt dan ir-Regolament fl-aħħar sentejn, u b’mod partikolari, miżuri ta’ investigazzjoni u infurzar relatati mal-każijiet ta’ ksur mifrux;
statistika skambjata permezz ta’ twissijiet imsemmija fl-Artikolu 26;
l-oqsma ta’ prijorità tentattivi, għas-sentejn li ġejjin, għall-infurzar tal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi fl-Istat Membru kkonċernat; u
l-oqsma ta’ prijorità proposti, għas-sentejn li ġejjin, għall-infurzar tal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi fil-livell tal-Unjoni.
KAPITOLU VII
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 38
Kumitat
Artikolu 39
Notifiki
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni t-test ta’ kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali dwar kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament li huma jadottaw, kif ukoll it-test ta’ ftehimiet, dwar kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, apparti ftehimiet li jittrattaw każijiet individwali li huma jikkonkludu.
Artikolu 40
Rappurtar
Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, bi proposta leġislattiva.
Artikolu 41
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 huwa mħassar b’effett mis-17 ta’ Jannar 2020.
Artikolu 42
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mis-17 ta’ Jannar 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Id-Direttivi u r-Regolamenti msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 3
1. Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).
2. Id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi (ĠU L 80, 18.3.1998, p. 27).
3. Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw il-kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28).
4. Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).
5. Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67): l-Artikoli 86 sa 100.
6. Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37): l-Artikolu 13.
7. Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16).
8. Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1).
9. Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).
10. Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobilità mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1).
11. Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21): l-Artikolu 1, il-punt (c) tal-Artikolu 2 u l-Artikoli 4 sa 8.
12. Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36): Artikolu 20.
13. Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).
14. Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).
15. Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3): l-Artikoli 22, 23 u 24.
16. Id-Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju (ĠU L 33, 3.2.2009, p. 10).
17. Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il- koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1): l-Artikoli 9, 10, 11 u L-Artikoli 19 sa 26.
18. Ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1).
19. Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).
20. Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
21. Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63): l-Artikolu 13.
22. Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1): Artikolu 14.
23. Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34): l-Artikoli 10, 11, 13, 14, 15, 16, 17, 18, 21, 22, 23, il-Kapitolu 10 u l-Annessi I u II.
24. Id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214): l-Artikoli 3 sa 18 u l-Artikolu 20(2).
25. Id-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u ta’ arranġamenti ta’ vjaġġar marbuta, u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 1).
26. Regolament (UE) 2017/1128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar l-iżgurar tal-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut online fis-suq intern (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 1).
27. Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2018 dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-klijenti fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2006/2004 u (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 60 I, 2.3.2018, p. 1), biss meta l-klijent ikun konsumatur kif definit fil-punt (12) tal-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament.
28. Id-Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u servizzi diġitali (ĠU L 136, p. 22.5.2019, p. 1).
( 1 ) Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30).