02017R1770 — MT — 24.04.2024 — 013.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
| 
             REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/1770 tat-28 ta' Settembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (ĠU L 251 29.9.2017, p. 1)  | 
      
Emendat bi:
      
   
Ikkoreġut bi:
      
   
         
      
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/1770
tat-28 ta' Settembru 2017
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali
            
            
         
Artikolu 1
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“pretensjoni” tfisser kull talba, kemm jekk asserita bi proċeduri legali kif ukoll jekk le, magħmula qabel jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, skont jew b'rabta ma' kuntratt jew tranżazzjoni, u b'mod partikolari tinkludi:
pretensjoni għall-eżekuzzjoni ta' kull obbligu li jirriżulta skont jew b'rabta ma' kuntratt jew tranżazzjoni;
pretensjoni għall-estensjoni jew għall-pagament ta' bond, garanzija finanzjarja jew indennizz ta' kull forma;
pretensjoni għall-kumpens fir-rigward ta' kuntratt jew tranżazzjoni;
kontropretensjoni;
talba għar-rikonoxximent jew l-infurzar, inkluż bil-proċedura ta' exequatur, ta' sentenza, deċiżjoni arbitrali jew deċiżjoni ekwivalenti, irrispettivament minn fejn issir jew tingħata;
“kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni ta' liema forma tkun u tkun xi tkun il-liġi applikabbli, kemm jekk tikkonsisti f'kuntratt wieħed jew aktar jew f'obbligi simili magħmula bejn l-istess partijiet jew differenti; għal dak l-iskop, “kuntratt” tinkludi bond, garanzija jew indennità, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennità finanzjarja, u kreditu, kemm jekk legalment indipendenti kif ukoll jekk le, kif ukoll kull dispożizzjoni relatata li taqa' taħt it-tranżazzjoni jew b'konnessjoni magħha;
“awtoritajiet kompetenti” tirriferi għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness II;
“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kull xorta, kemm dawk tanġibbli kif ukoll dawk intanġibbli, mobbli u immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;
“iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta' riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta' fondi, prodotti jew servizzi b'kull mod, inkluż, iżda mhux limitat għall-bejgħ, il-kiri jew l-użu tagħhom bħala ipoteka;
“iffriżar ta' fondi” tfisser il-prevenzjoni ta' kull moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta', jew negozjar ta' fondi b'kull mod li jirriżulta f'kull bidla fil-volum, l-ammont, il-post, is-sjieda, il-pussess, in-natura, id-destinazzjoni tagħhom jew kull bidla oħra li tippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż il-ġestjoni ta' portafolli;
“fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta' kull xorta, li jinkludu lil dawn li ġejjin, iżda mhumiex limitati għalihom:
flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, ordnijiet ta' flus u strumenti oħra ta' ħlas;
depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta' dejn;
titoli u strumenti ta' dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi l-istokks u l-ishma, iċ-ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti tad-derivattivi;
imgħax, dividendi jew introjtu ieħor minn assi jew valur li jirriżulta minnhom jew li huwa ġġenerat minnhom;
kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, garanziji tal-eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħra;
ittri ta' kreditu, poloz tat-tagħbija, poloz ta' bejgħ; kif ukoll
dokumenti li jagħtu prova ta' interess f'fondi jew f'riżorsi finanzjarji;
▼M13 —————
“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom;
Artikolu 2
▼M13 —————
Artikolu 2b
L-Anness Ia għandu jinkludi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi:
responsabbli jew kompliċi, jew involuti, direttament jew indirettament, fl-azzjonijiet jew il-politiki li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Mali, bħal:
involviment fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorizzazzjoni jew it-tmexxija ta’ attakki kontra:
l-ostakolament tal-għoti ta’ għajnuna umanitarja lill-Mali, jew l-aċċess jew distribuzzjoni fir-rigward tal-għajnuna umanitarja fil-Mali;
l-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti fil-Mali li jiksru l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż dawk li jinvolvu l-immirar lejn persuni ċivili, inklużi nisa u tfal, permezz tat-twettiq ta’ atti ta’ vjolenza (inkluż il-qtil, l-inkapaċità, it-tortura, jew l-istupru jew xi vjolenza sesswali oħra), il-ħtif, l-għibien furzat, l-ispustjar furzat jew l-attakki kontra skejjel, sptarijiet, siti reliġjużi jew postijiet fejn persuni ċivili jkunu qegħdin ifittxu kenn;
l-użu jew ir-reklutaġġ ta’ tfal minn gruppi armati jew mill-forzi armati, li jikkonsisti fi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli, fil-kuntest tal-kunflitt armat fil-Mali;
il-faċilitazzjoni, b’mod intenzjonali, l-ivvjaġġar ta’ persuna elenkata bi ksur tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar;
li jostakolaw jew idgħajfu t-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali, inkluż billi jxekklu jew idgħajfu l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet jew it-trasferiment tas-setgħa lill-awtoritajiet eletti; jew
assoċjati ma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmijin fil-punt (a) jew (b).
Artikolu 3
B’deroga mill-Artikolu 2(1) jew (2), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, b’dawk il-kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:
neċessarji biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness Ia, u tal-membri dipendenti tal-familji ta’ dawn il-persuni fiżiċi, inklużi ħlas għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u spejjeż ta’ servizzi pubbliċi;
maħsuba esklużivament għall-pagament ta’ tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż ta’ spejjeż marbutin mal-għoti ta’ servizzi legali;
maħsuba esklużivament għall-pagament ta’ tariffi jew imposti għal servizzi ta’ kustodja jew ġestjoni normali ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, dment li l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li jikkunsidra li għalihom jenħtieġ li tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimagħtejn qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni; jew
li għandhom jitħallsu f’kont jew minn kont ta’ missjoni diplomatika jew konsulari jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi immunitajiet f’konformità mad-dritt internazzjonali, sa fejn tali pagamenti jkunu maħsuba biex jintużaw għal finijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.
Artikolu 3a
L-Artikolu 2(1) u (2) ma għandux japplika għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn dawn li ġejjin:
in-Nazzjonijiet Uniti (NU), inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;
organizzazzjonijiet internazzjonali;
organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-NU u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;
organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-NU, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati tan-NU, appelli oħra tan-NU jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji;
organizzazzjonijiet u aġenziji li lilhom l-Unjoni tkun tat iċ-Ċertifikat ta’ Sħubija Umanitarja jew li jkunu ċċertifikati jew rikonoxxuti minn Stat Membru f’konformità ma’ proċeduri nazzjonali;
aġenziji speċjalizzati tal-Istati Membri; jew
l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji jew is-sħab ta’ implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet.
▼M13 —————
Artikolu 4
B’deroga mill-Artikolu 2(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma s-suġġett ta’ deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmi fl-Artikolu 2b ġie elenkat fl-Anness Ia, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi se jintużaw esklużivament sabiex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet iggarantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f’tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti minn liġijiet u regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta’ persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;
id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness Ia;
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 5
B’deroga mill-Artikolu 2(1) u bil-kundizzjoni li pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness Ia ikun dovut skont kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew obbligu li rriżulta għall-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat, qabel id-data ta’ meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp iddaħħlu fl-Anness Ia, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu adattati, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi ffriżati jew ta’ riżorsi ekonomiċi, dejjem jekk l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi għandhom jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness Ia; u
il-pagament ma jkunx bi ksur tal-Artikolu 2(2).
Artikolu 6
L-Artikolu 2(2) ma għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta’:
imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;
pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 2 jkunu ġew inklużi fl-Anness Ia; jew
pagamenti dovuti skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali li ngħataw fi Stat Membru jew eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat,
dment li kull tali imgħax, dħul ieħor u ħlasijiet ikunu ffriżati skont l-Artikolu 2(1).’;
Artikolu 7
Persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi għandhom:
ifornu minnufih kull informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħall-informazzjoni fuq kontijiet u l-ammonti ffriżati skont l-Artikolu 2(1) lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u għandhom jittrażmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istat Membru lill-Kummissjoni; u
jikkooperaw mal-awtorità kompetenti f’kull verifika tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a).
Artikolu 8
Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f’attivitajiet bl-objettiv jew bl-effett li jiġu evitati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(1) u (2).
Artikolu 9
Artikolu 10
Ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni tagħhom ġiet affettwata, direttament jew indirettament, b’mod sħiħ jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kull pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħall-pretensjoni għal kumpens jew il-pretensjoni taħt garanzija, b’mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta’ bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta’ kull għamla, ma għandha tiġi ssodisfata, jekk din issir minn:
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness Ia;
kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li taġixxi permezz ta’ waħda mill-persuni, l-entitajiet jew il-korpi jew li taġixxi f’isimhom, imsemmija fil-punt (a).
Artikolu 11
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda b’dan ir-Regolament u jikkondividu kull informazzjoni oħra rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom b’rabta ma’ dan ir-Regolament, partikolarment informazzjoni:
dwar il-fondi ffriżati skont l-Artikolu 2 u l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont id-derogi stabbiliti f’dan ir-Regolament;
fir-rigward ta’ ksur u ta’ problemi li jirrigwardaw l-infurzar u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.
Artikolu 12
Artikolu 13
Artikolu 13a
Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-‘Rappreżentant Għoli’) jistgħu jipproċessaw id-data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. Dawn il-kompiti jinkludu:
fir-rigward tal-Kunsill, it-tħejjija u l-emendar tal-Anness Ia;
fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, it-tħejjija ta’ emendi għall-Anness Ia;
fir-rigward tal-Kummissjoni:
l-inklużjoni tal-kontenut tal-Anness Ia fil-lista kkonsolidata elettronika tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni u fil-mappa interattiva dwar is-sanzjonijiet, it-tnejn disponibbli għall-pubbliku;
l-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar l-impatt tal-miżuri ta’ dan ir-Regolament, bħall-valur tal-fondi ffriżati u informazzjoni dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 14
Artikolu 14a
Kull informazzjoni mogħtija jew riċevuta minnha f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandha tintuża għall-għanijiet li għalihom tkun ingħatat jew ġiet riċevuta biss.’;
Artikolu 15
Dan ir-Regolament għandu japplika:
fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;
abbord kull inġenju tal-ajru jew kull bastiment fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru;
għal kull persuna fit-territorju tal-Unjoni jew ‘il barra minnu li tkun ċittadina ta’ Stat Membru;
għal kull persuna ġuridika, entità jew korp, ġewwa jew barra mit-territorju tal-Unjoni, li jkun inkorporat jew kostitwit taħt il-liġi ta’ Stat Membru;
għal kull persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kull negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni.
Artikolu 16
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
▼M13 —————
         
      
         
      
ANNESS Ia
Lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2b
         
      
            
         
| 
                      
  | 
                  
                      Isem  | 
                  
                      Informazzjoni ta' Identifikazzjoni  | 
                  
                      Raġunijiet  | 
                  
                      Data tal-elenkar  | 
               
| 
                      1.  | 
                  
                      DIAW, Malick  | 
                  
                      Post tat-twelid: Ségou Data tat-twelid: 2.12.1979 Nazzjonalità: Maljana Numru tal-Passaport: B0722922 validu sat-13.8.2018 Ġeneru: raġel Pożizzjoni: President tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (organu leġiżlattiv tat-tranżizzjoni politika tal-Mali), Kurunell  | 
                  
                      Malick Diaw huwa membru ewlieni taċ-ċirku intern tal-Kurunell Assimi Goïta. Bħala kap kmandant tat-tielet reġjun militari ta' Kati, kien wieħed mill-istigaturi u l-mexxejja tal-kolp ta' stat tat-18 ta' Awwissu 2020 flimkien mal-Kurunell Maġġur Ismaël Wagué, il-Kurunell Assimi Goïta, il-Kurunell Sadio Camara u l-Kurunell Modibo Koné. Għaldaqstant Malick Diaw huwa responsabbli għal azzjonijiet jew politiki li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali. Malick Diaw huwa wkoll attur ewlieni fil-kuntest tat-tranżizzjoni politika tal-Mali, bħala l-President tal-Kunsill tat-Tranżizzjoni Nazzjonali (CNT) minn Diċembru 2020. Is-CNT naqas milli jikseb riżultati fil-ħin fuq il-"missjonijiet" imnaqqxa fil-Karta tat-Tranżizzjoni tal-1 ta' Ottubru 2020 (“Karta tat-Tranżizzjoni”) u li suppost kellhom jitlestew fi żmien 18-il xahar, kif jidher mid-dewmien tas-CNT biex jadotta l-abbozz tal-liġi elettorali. Dak id-dewmien ikkontribwixxa għad-dewmien fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u b'hekk għat-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Barra minn hekk, l-abbozz ta' liġi elettorali l-ġdid, kif eventwalment adottat mis-CNT fis-17 ta' Ġunju 2022 u ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Mali fl-24 ta' Ġunju 2022, jippermetti lill-President tat-Tranżizzjoni u lill-Viċi President tat-Tranżizzjoni u lill-membri tal-Gvern ta' Tranżizzjoni jkunu kandidati għall-elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi, f'kontradizzjoni mal-Karta ta' Tranżizzjoni. Il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Malick Diaw) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Fit-3 ta' Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Għaldaqstant, Malick Diaw qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali.  | 
                  
                      4.2.2022  | 
               
| 
                      2.  | 
                  
                      WAGUÉ, Ismaël  | 
                  
                      Post tat-twelid: Bamako Data tat-twelid: 2.3.1975 Nazzjonalità: Maljana Numru tal-passaport: passaport diplomatiku AA0193660 validu sal-15.2.2023 Ġeneru: raġel Pożizzjoni: Ministru għar-Rikonċiljazzjoni, Kurunell Maġġur  | 
                  
                      Il-Kurunell Maġġur Ismaël Wagué huwa membru ewlieni fiċ-ċirku intern tal-Kurunell Assimi Goïta u kien wieħed mill-atturi ewlenin responsabbli għall-kolp ta' stat tat-18 ta' Awwissu 2020, flimkien mal-Kurunell Goïta, il-Kurunell Sadio Camara, il-Kurunell Modibo Koné u l-Kurunell Malick Diaw. Fid-19 ta' Awwissu 2020, huwa ħabbar li l-armata kienet ħadet il-poter f'idejha, u mbagħad sar kelliem għall-Kumitat Nazzjonali għas-Salvazzjoni tal-Poplu (Comité national pour le salut du peuple, CNSP). Għaldaqstant Ismaël Wagué huwa responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali. Bħala Ministru għar-Rikonċiljazzjoni fil-Gvern ta' Tranżizzjoni minn Ottubru 2020, Ismaël Wagué huwa inkarigat mill-implimentazzjoni tal-Ftehim għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali. Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu f'Ottubru 2021 u n-nuqqas ta' qbil perpetwu tiegħu mal-membri tal-Qafas Strateġiku Permanenti (Cadre Stratégique Permanent, CSP), huwa kkontribwixxa għall-imblukkar tal-Kumitat ta' Monitoraġġ tal-Ftehim għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali (Comité de suivi de l'accord, CSA), li wassal għas-sospensjoni tal-laqgħat tas-CSA minn Ottubru 2021 sa Settembru 2022. Dik is-sitwazzjoni xekklet l-implimentazzjoni ta’ dak il-Ftehim, li huwa wieħed mill-"missjonijiet" tat-tranżizzjoni politika tal-Mali, kif previst fl-Artikolu 2 tal-Karta ta' Tranżizzjoni. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Ismaël Wagué) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Fit-3 ta' Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Għaldaqstant Ismaël Wagué huwa responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali, kif ukoll talli ostakola u dgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali.  | 
                  
                      4.2.2022  | 
               
| 
                      3.  | 
                  
                      MAÏGA, Choguel  | 
                  
                      Post tat-twelid: Tabango, Gao, Mali Data tat-twelid: 31.12.1958 Nazzjonalità: Maljana Numru tal-Passaport: passaport siplomatiku DA0004473, maħruġ mill-Mali, viża ta’ Schengen maħruġa Sess: raġel Pożizzjoni: Prim Ministru  | 
                  
                      Bħala Prim Ministru minn Ġunju 2021, Choguel Maïga jmexxi l-Gvern ta’ Tranżizzjoni tal-Mali stabbilit wara l-kolp ta’ stat tal-24 ta’ Mejju 2021. Għall-kuntrarju tal-iskeda għar-riforma u l-elezzjonijiet maqbula preċedentement mal-ECOWAS f’konformità mal-Karta ta’ Tranżizzjoni, f’Ġunju 2021 huwa ħabbar l-organizzazzjoni tal-Konsultazzjonijiet Nazzjonali għar-Rifondazzjoni (Assises nationales de la refondation, ANR) bħala proċess ta’ qabel ir-riforma u prekundizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta’ Frar 2022. Kif imħabbar minn Choguel Maïga nnifsu, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u kien hemm dewmien fl-elezzjonijiet. L-ANR, li eventwalment saru f’Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta’ żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali f’Diċembru 2025, biex b’hekk l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin. Wara skeda ta’ żmien riveduta ppreżentata f’Ġunju 2022, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali f’Marzu 2024, fil-21 ta’ Settembru 2023 il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ħabbar posponiment ulterjuri tal-elezzjonijiet. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni (inkluż Choguel Maïga) f’Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-tranżizzjoni politika tal-Mali u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fit-3 ta’ Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Prim Ministru, Choguel Maïga huwa direttament responsabbli għall-posponiment tal-elezzjonijiet previsti fil-Karta ta’ Tranżizzjoni, u għalhekk qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b’mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti.  | 
                  
                      4.2.2022  | 
               
| 
                      4.  | 
                  
                      MAÏGA, Ibrahim Ikassa  | 
                  
                      Post tat-twelid: Tondibi, Gao region, Mali Data tat-twelid: 5.2.1971 Nazzjonalità: Maljana Numru tal-Passaport: passaport diplomatiku maħruġ mill-Mali Sess: raġel Pożizzjoni: Ministru għar-Rifondazzjoni  | 
                  
                      Ibrahim Ikassa Maïga huwa membru tal-kumitat strateġiku tal-M5-RFP (Mouvement du 5 juin - Rassemblement des forces patriotiques), li kellu rwol ewlieni biex jitneħħa l-President Keita. Bħala Ministru għar-Rifondazzjoni minn Ġunju 2021, Ibrahim Ikassa Maïga ġie fdat bl-ippjanar tal-Konsultazzjonijiet Nazzjonali għar-Rifondazzjoni (Assises nationales de la Refondation, ANR) imħabbra mill-Prim Ministru Choguel Maïga. Kuntrarju għall-iskeda ta’ żmien għar-riforma u l-elezzjonijiet maqbula preċedentement mal-ECOWAS f’konformità mal-Karta ta’ Tranżizzjoni, l-ARN tħabbru mill-Gvern ta’ Tranżizzjoni bħala proċess ta’ qabel ir-riforma u prekundizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta’ Frar 2022. Kif imħabbar minn Choguel Maïga, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u kien hemm dewmien fl-elezzjonijiet. L-ANR, li eventwalment saru f’Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta’ żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali f’Diċembru 2025, biex b’hekk l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin. Wara skeda ta’ żmien riveduta ppreżentata f’Ġunju 2022, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali f’Marzu 2024, fil-21 ta’ Settembru 2023 il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ħabbar posponiment ulterjuri tal-elezzjonijiet. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni (inkluż Ibrahim Ikassa Maïga) f’Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. L-ECOWAS issottolinjat li l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-tranżizzjoni politika tal-Mali u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fit-3 ta’ Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Ministru għar-Rifondazzjoni, Ibrahim Ikassa Maïga qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b’mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti.  | 
                  
                      4.2.2022  | 
               
| 
                      ▼M11 —————  | 
               ||||
| 
                      6.  | 
                  
                      Ivan Aleksandrovitch MASLOV Иван Александрович МАСЛОВ  | 
                  
                      Data tat-twelid: 11.7.1982 jew 3.1.1980 Post tat-twelid: Arkhangelsk / Chuguevka village, Chuguev district, Primorsky territory Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Funzjoni: Kap tal-Wagner Group fil-Mali Indirizz: Mhux magħruf, irreġistrat fil-belt ta’ Shatki, fir-reġjun ta’ Nizhni Novgorod skont “All eyes on Wagner”  | 
                  
                      Ivan Aleksandrovitch Maslov huwa l-kap tal-Wagner Group fil-Mali, li l-preżenza tiegħu fil-pajjiż kibret mill-aħħar tal-2021. Il-preżenza ta’ Wagner fil-Mali hija ta’ theddida għall-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-pajjiż. B’mod partikolari, il-merċenarji ta’ Wagner kienu involuti f’atti ta’ vjolenza u abbużi multipli tad-drittijiet tal-bniedem fil-Mali , inkluż qtil extraġudizzjarju, bħall-“massakru ta’ Moura” fl-aħħar ta’ Marzu 2022. Bħala l-kap lokali tal-Wagner Group, Ivan Maslov huwa għalhekk responsabbli għall-azzjonijiet tal-Wagner Group li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali, b’mod partikolari l-involviment f’atti ta’ vjolenza u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.  | 
                  
                      25.2.2023  | 
               
            
         
            
         
ANNESS II
Siti web b’informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni
IL-BELĠJU
https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions
IL-BULGARIJA
https://www.mfa.bg/en/EU-sanctions
IĊ-ĊEKJA
https://fau.gov.cz/en/international-sanctions
ID-DANIMARKA
http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/
IL-ĠERMANJA
https://www.bmwi.de/Redaktion/DE/Artikel/Aussenwirtschaft/embargos-aussenwirtschaftsrecht.html
L-ESTONJA
https://vm.ee/sanktsioonid-ekspordi-ja-relvastuskontroll/rahvusvahelised-sanktsioonid
L-IRLANDA
https://www.dfa.ie/our-role-policies/ireland-in-the-eu/eu-restrictive-measures/
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
https://www.exteriores.gob.es/es/PoliticaExterior/Paginas/SancionesInternacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/
IL-KROAZJA
https://mvep.gov.hr/vanjska-politika/medjunarodne-mjere-ogranicavanja/22955
L-ITALJA
ĊIPRU
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
IL-LUSSEMBURGU
https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/organisations-economiques-int/mesures-restrictives.html
L-UNGERIJA
https://kormany.hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/ensz-eu-szankcios-tajekoztato
MALTA
IN-NETHERLANDS
https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties
L-AWSTRIJA
https://www.bmeia.gv.at/themen/aussenpolitik/europa/eu-sanktionen-nationale-behoerden/
IL-POLONJA
https://www.gov.pl/web/dyplomacja/sankcje-miedzynarodowe
https://www.gov.pl/web/diplomacy/international-sanctions
IL-PORTUGALL
https://portaldiplomatico.mne.gov.pt/politica-externa/medidas-restritivas
IR-RUMANIJA
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi
IS-SLOVAKKJA
https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu
IL-FINLANDJA
L-IŻVEZJA
https://www.regeringen.se/sanktioner
Indirizz għal notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
European Commission
Directorate-General for Financial Stability, Financial Services and Capital Markets Union (DG FISMA)
Rue Joseph II 54
B-1049 Brussels,
Belgium
E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu
      
   
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
( 3 ) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
( 4 ) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).