02017R1369 — MT — 01.05.2021 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) 2017/1369 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198 28.7.2017, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT (UE) 2020/740 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Mejju 2020 |
L 177 |
1 |
5.6.2020 |
|
REGOLAMENT (UE) 2017/1369 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-4 ta' Lulju 2017
li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
prodotti użati, sakemm ma jkunux ġew importati minn pajjiż terz;
mezzi tat-trasport għal persuni jew merkanzija.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“prodott relatat mal-enerġija” jew “prodott” tfisser kwalunkwe oġġett jew sistema b'impatt fuq il-konsum tal-enerġija waqt l-użu, li jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz, li jinkludi parts b'impatt fuq il-konsum tal-enerġija waqt l-użu li jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz għall-klijenti u li huma maħsuba li jiġu inkorporati fi prodotti;
“grupp ta' prodotti” tfisser grupp ta' prodotti li jkollhom l-istess funzjonalità ewlenija;
“sistema” tfisser taħlita ta' diversi oġġetti li meta jitqiegħdu flimkien iwettqu funzjoni speċifika f'ambjent mistenni u li l-effiċjenza enerġetika tagħhom tista' mbagħad tiġi ddeterminata bħala entità unika;
“mudell” tfisser verżjoni ta' prodott li l-unitajiet tiegħu kollha jkollhom l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għat-tikketta u l-istess skeda informattiva dwar il-prodott, u li jkollhom ukoll l-istess identifikatur tal-mudell;
“identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta' prodott minn mudelli oħrajn bl-istess trademark jew l-istess isem tal-fornitur;
“mudell ekwivalenti” tfisser mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għat-tikketta u l-istess skeda informattiva dwar il-prodott, iżda li jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz mill-istess forniturbħala mudell ieħor b'identifikatur differenti tal-mudell;
“kummerċjalizzazzjoni” tfisser il-provvista ta' prodott għad-distribuzzjoni jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, sew jekk bi flus kif ukoll jekk mingħajr ħlas;
“tqegħid fis-suq” tfisser l-ewwel darba li l-prodott jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni;
“tqegħid fis-servizz” tfisser l-ewwel użu ta' prodott fis-suq tal-Unjoni, għall-fini maħsub għalih;
“manifattur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott jew li għandha prodott iddisinjat jew manifatturat, u tirreklama dak il-prodott taħt l-isem jew il-marka kummerċjali tagħha;
“rappreżentat awtorizzat” tfisser persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mill-manifattur biex taġixxi f'isimha fir-rigward ta' kompiti speċifiċi;
“importatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;
“negozjant” tfisser bejjiegħ bl-imnut jew persuna fiżika jew ġuridika oħra li tbigħ, tikri, toffri għal bejgħ bin-nifs, jew tqiegħed għall-wiri prodotti għal klijenti jew installaturi matul attività kummerċjali, sew jekk bi ħlas u sew jekk le;
“fornitur” tfisser manifattur stabbilit fl-Unjoni, ir-rappreżentant awtorizzat ta' manifattur li mhuwiex stabbilit fl-Unjoni, jew importatur, li jqiegħed prodott fis-suq tal-Unjoni;
“bejgħ mill-bogħod” tfisser il-bejgħ, kiri, jew bejgħ bin-nifs bil-posta, minn katalgu, bl-Internet, bit-telebejgħ jew bi kwalunkwe metodu ieħor li permezz tiegħu ma jkunx mistenni li l-klijent potenzjali jkun jista' jara l-prodott espost;
“klijent” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tixtri, tikri jew tirċievi prodott għall-użu personali tagħha kemm jekk tkun qed taġixxi b'finijiet marbutin mas-sengħa, in-negozju, l-artiġjanat jew il-professjoni tagħha kif ukoll jekk le;
“effiċjenza enerġetika” tfisser il-proporzjon ta' output tal-prestazzjoni, servizz, prodotti jew enerġija, mal-input ta' enerġija;
“standard armonizzat” tfisser standard kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
“tikketta” tfisser dijagramma grafika, f'forma stampata jew elettronika, li tinkludi skala magħluqa li tuża biss l-ittri minn A sa G, fejn kull ittra tirrappreżenta klassi u kull klassi tikkorrispondi għall-iffrankar tal-enerġija, f'seba' kuluri differenti li jvarjaw bejn aħdar skur u aħmar, sabiex il-klijenti jiġu infurmati dwar l-effiċjenza enerġetika u l-konsum tal-enerġija; din tinkludi t-tikketti riklassifikati u tikketti b'inqas klassijiet u kuluri f'konformità mal-Artikolu 11(10) u (11);
“riklassifikazzjoni” tfisser eżerċizzju biex isiru aktar stretti r-rekwiżiti għall-kisba tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika fuq tikketta għal grupp ta' prodotti partikolari;
“tikketta riklassifikata” tfisser tikketta għal grupp ta' prodotti partikolari li tkun ġiet soġġetta għal riklassifikazzjoni, u li tkun tingħaraf minn tikketti li jkunu għadhom ma ġewx riklassifikati, filwaqt li tiġi ppreservata l-koerenza viżiva u perċettibbli tat-tikketti kollha;
“Skeda informattiva dwar il-prodott” tfisser tabella standard b'informazzjoni relatata ma' prodott, f'forma stampata jew elettronika;
“dokumentazzjoni teknika” tfisser dokumentazzjoni suffiċjenti biex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu jistgħu jivvalutaw il-preċiżjoni tat-tikketta u tal-iskeda informattiva dwar il-prodott b'rabta ma' prodott, inkluż ir-rapporti tat-testijiet jew evidenza teknika simili;
“informazzjoni supplimentari” tfisser informazzjoni, kif speċifikata f'att delegat, dwar il-prestazzjoni funzjonali u ambjentali ta' prodott;
“bażi tad-data tal-prodotti” tfisser ġabra ta' data li tikkonċerna prodotti, li tkun irranġata b'mod sistematiku u li tikkonsisti minn parti pubblika orjentata lejn il-konsumaturi, fejn l-informazzjoni rigward il-parametri tal-prodotti individwali tkun aċċessibbli b'mezzi elettroniċi, portal online għall-aċċessibbiltà u parti dwar il-konformità, b'rekwiżiti ta' aċċessibbiltà u ta' sigurtà speċifikati b'mod ċar;
“tolleranza tal-verifika” tfisser id-devjazzjoni massima permissibbli tar-riżultati tal-kejl u l-kalkolu tat-testijiet ta' verifika mwettqa minn, jew f'isem, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq, meta mqabbla mal-valuri tal-parametri ddikjarati jew ippubblikati, li tirrifletti d-devjazzjoni li tirriżulta minn varjazzjoni interlaboratorja.
Artikolu 3
Obbligi ġenerali tal-fornituri
Bħala alternattiva għall-forniment mal-prodott tal-iskeda informattiva dwar il-prodott ikunu ddaħħlu fil-bażi tad-data tal-prodotti, l-atti delegati msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 16(3) jistgħu jipprevedu li jkun biżżejjed li l-fornitur idaħħal il-parametri ta' din l-iskeda informattiva dwar il-prodott fil-bażi tad-data tal-prodotti. F'dan il-każ, il-fornitur għandu jipprovdi l-iskeda informattiva dwar il-prodott f'forma stampata lin-negozjant, fuq talba.
L-atti delegati jistgħu jipprevedu li t-tikketta tiġi stampata fuq l-imballaġġ tal-prodott.
Artikolu 4
Obbligi ta' fornituri fir-rigward tal-bażi tad-data tal-prodotti
Sakemm id-data tiddaħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti, il-fornitur għandu jagħmel disponibbli verżjoni elettronika tad-dokumentazzjoni teknika għal spezzjoni, fi żmien 10 ijiem minn meta jirċievi talba mingħand l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew il-Kummissjoni.
Artikolu 5
Obbligi tan-negozjanti
In-negozjant għandu:
jesponu, b'mod viżibbli, inkluż f'każ ta' bejgħ mill-bogħod online, it-tikketta pprovduta mill-fornitur jew li tkun saret disponibbli f'konformità mal-paragrafu 2 għall-unitajiet ta' mudell kopert bl-att delegat rilevanti; u
iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-klijenti l-iskeda informattiva dwar il-prodott, fuq talba, inkluż f'forma fiżika fil-post tal-bejgħ;
Artikolu 6
Obbligi oħrajn tal-fornituri u n-negozjanti
Il-fornitur u n-negozjant:
għandhom jagħmlu referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta f'reklami viżivi jew materjal promozzjonali tekniku għal mudell speċifiku f'konformità mal-att delegat rilevanti;
għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jieħdu azzjoni immedjata biex jirrimedjaw kwalunkwe każ ta' nonkonformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u l-atti delegati rilevanti, li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tagħhom, fuq inizjattiva tagħhom stess jew meta jintalbu biex jagħmlu dan mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;
għal prodotti koperti b'atti delegati, m'għandhomx jipprovdu jew jesponu tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet oħrajn li mhumiex konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u l-atti delegati rilevanti, jekk meta jagħmlu dan aktarx ikunu qed iqarrqu jew iħawwdu lill-klijenti fir-rigward tal-konsum tal-enerġija jew riżorsi oħrajn użati waqt l-użu;
għall-prodotti li mhumiex koperti b'atti delegati, m'għandhomx jipprovdu jew juru tikketti li jixbħu t-tikketti previsti f'dan ir-Regolament u l-atti delegati rilevanti;.
għal prodotti mhux relatati mal-enerġija, m'għandhomx jipprovdu jew juru tikketti li jixbħu t-tikketti previsti f'dan ir-Regolament jew f'atti delegati.
Il-punt (d) fl-ewwel subparagrafu m'għandux jaffettwa t-tikketti previsti fil-liġi nazzjonali, sakemm dawk it-tiketti ma jkunux previsti f'atti delegati adottati.
Artikolu 7
Obbligi tal-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom sal-1 ta' Awwissu 2017, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli msemmija fl-ewwel subparagrafu li ma kinux notifikati qabel lill-Kummissjoni, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda suċċessiva li taffettwahom.
Artikolu 8
Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni
Tali skambji ta' informazzjoni għandhom isiru wkoll meta r-riżultati tat-testijiet jindikaw li l-prodott huwa konformi ma' dan ir-Regolament u l-atti delegati rilevanti.
Artikolu 9
Proċedura fil-livell nazzjonali għat-trattament ta' prodotti li jippreżentaw riskju
L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija f'dan il-paragrafu.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn mingħajr dewmien b'il-miżuri meħuda skont il-paragrafu 5. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b' mod partikolari:
id-data neċessarja għall-identifikazzjoni tal-prodott nonkonformi;
l-oriġini tal-prodott;
in-natura tan-nonkonformità allegata u r-riskju involut;
in-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-fornitur, jew, fejn xieraq, in-negozjant.
B'mod partikolari, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nonkonformità hix ġejja min-nuqqas tal-prodott li jilħaq ir-rekwiżiti relatati mal-aspetti tal-ħarsien tal-interess pubbliku stabbiliti f'dan ir-Regolament jew minħabba nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 13 li jagħtu preżunzjoni ta' konformità.
Artikolu 10
Proċedura ta' salvagwardja tal-Unjoni
Abbażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi permezz ta' att ta' implimentazzjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hix ġustifikata jew le u tista' tissuġġerixxi miżura alternattiva adatta. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).
Artikolu 11
Proċedura għall-introduzzjoni u r-riklassifikazzjoni tat-tikketti
B'deroga mir-rekwiżit li jinkiseb iffrankar sinifikanti tal-enerġija u tal-ispejjeż stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 16(3), fejn ir-riklassifikazzjoni ma tistax tikseb tali ffrankar, hija għandha tiżgura tal-inqas skala omoġena A sa G.
Meta tiddetermina l-ordni tal-gruppi ta' prodotti li għandhom jiġu riklassifikati, il-Kummissjoni għandha tqis il-proporzjon ta' prodotti fl-ogħla klassijiet.
B'deroga mill-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha:
tippreżenta analiżi għall-gruppi ta' prodotti koperti mir-Regolamenti ta' Delega (UE) Nru 811/2013, (UE) Nru 812/2013 u (UE) 2015/1187 sat-2 ta' Awwissu 2025 bil-ħsieb li tirriklassifikahom, u, fejn xieraq, għandha, sat-2 ta' Awwissu 2026, tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tintroduċi tikketti riklassifikati A sa G.
Fi kwalunkwe każ, l-atti delegati li jintroduċu tikketti riklassifikati A sa G għandhom jiġu adottati sa mhux aktar tard mit-2 ta' Awwissu 2030.
tadotta, sat-2 ta' Novembru 2018, atti delegati skont l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tintroduċi tikketti riklassifikati A sa G għall-gruppi ta' prodotti koperti mir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 ( 5 ), (UE) Nru 1060/2010 ( 6 ), (UE) Nru 1061/2010 ( 7 ), (UE) Nru 1062/2010 ( 8 ) u (UE) Nru 874/2012 ( 9 ) u d-Direttiva 96/60/KE, bil-għan li t-tikketta riklassifikata tkun esposta kemm fil-ħwienet kif ukoll online, 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom.
Fir-rigward tal-prodotti li għalihom il-Kummissjoni tista' terġa' tirriklassifika t-tikketti f'konformità mal-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina t-tikketta bil-ħsieb li tirriklassifikaha jekk tqis li:
30 % tal-unitajiet tal-mudelli li jappartjenu għal grupp ta' prodotti li jinbiegħ fis-suq tal-Unjoni jaqgħu taħt l-ogħla klassi tal-effiċjenza enerġetika A u jista' jkun mistenni aktar żvilupp teknoloġiku; jew
50 % tal-unitajiet tal-mudelli li jappartjenu għal grupp ta' prodotti li jinbiegħ fis-suq tal-Unjoni jaqgħu taħt l-ogħla żewġ klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A u B u jista' jkun mistenni aktar żvilupp teknoloġiku.
Jekk, għal grupp speċifiku ta' prodotti, dawk il-kondizzjonijiet ma jiġux sodisfatti fi żmien tmien snin wara d-dħul fis-seħħ tal-att delegat rilevanti, il-Kummissjoni għandha tidentifika liema ostakli, jekk ikun hemm, żammew it-tikketta lura milli taqdi r-rwol tagħha.
Fil-każ ta' tikketti ġodda hija għandha tagħmel studju preparatorju bbażat fuq il-lista indikattiva ta' gruppi ta' prodotti stabbiliti fil-pjan ta' ħidma.
Il-Kummissjoni għandha tiffinalizza l-istudju analitiku tagħha, tippreżenta r-riżultati u, fejn xieraq, abbozz ta' att delegat lill-Forum Konsultattiv fi żmien 36 xahar minn meta l-Kummissjoni tkun stmat li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 6. Il-Forum Konsultattiv għandu jiddiskuti l-istima u l-istudju analitiku.
Meta, skont il-paragrafu 1 jew 3, tiġi riklassifikata tikketta:
il-fornitur għandu, meta jqiegħed prodott fis-suq, jipprovdi kemm it-tikketti eżistenti kif ukoll dawk riklassifikati u l-iskedi informattivi dwar il-prodott lin-negozjant għal perijodu li jibda erba' xhur qabel id-data speċifikata fl-att delegat rilevanti biex tibda tintwera t-tikketta riklassifikata.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, jekk it-tikketta eżistenti u dik riklassifikata jeħtieġu ttestjar differenti tal-mudell, il-fornitur jista' jagħżel li ma jfornix it-tikketta eżistenti mal-unitajiet tal-mudelli li tqiegħdu fis-suq jew li tqiegħdu fis-servizz matul il-perijodu ta' erba' xhur qabel id-data speċifikata fl-att delegat rilevanti biex tibda tiġi esposta t-tikketta riklassifikata, jekk l-ebda unità tal-istess mudell jew il-mudelli ekwivalenti ma tqiegħdet fis-suq jew tqiegħdet fis-servizz qabel il-bidu tal-perijodu ta' erba' xhur. F'dak il-każ, in-negozjant m'għandux joffri dawk l-unitajiet għall-bejgħ qabel dik id-data. Il-fornitur għandu jinnotifika lin-negozjant ikkonċernat b'din il-konsegwenza mill-aktar fis possibbli, inkluż meta jinkludi tali unitajiet fl-offerti tiegħu lin-negozjanti.
il-fornitur għandu, għall-prodotti li jitqiegħdu fis-suq jew li tqiegħdu fis-servizz qabel il-perijodu ta' erba' xhur, iqassam it-tikketta riklassifikata fuq talba min-negozjant f'konformità mal-Artikolu 3(2) mill-bidu ta' dak il-perijodu. Għal tali prodotti, in-negozjant għandu jikseb tikketta riklassifikata f'konformità mal-Artikolu 5(2).
B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt:
negozjant li ma jistax jikseb tikketta riklassifikata f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt għall-unitajiet li diġà jinsabu fl-istokk tagħhom, għaliex il-fornitur ikun waqqaf l-attivitajiet tiegħu, għandu jkun jista' jbiegħ dawk l-unitajiet esklużivament bit-tikketta mhux riklassifikata sa disa' xhur wara d-data speċifikata fl-att delegat rilevanti biex tibda tintwera t-tikketta riklassifikata; jew
jekk it-tikketta mhux riklassifikata u dik riklassifikata jeħtieġu ttestjar differenti tal-mudell, il-fornitur huwa eżentat mill-obbligu li jforni tikketta riklassifikata għall-unitajiet li tqiegħdu fis-suq jew li tqiegħdu fis-servizz qabel il-perijodu ta' erba' xhur, jekk l-ebda unità tal-istess mudell jew mudelli ekwivalenti ma tqiegħdet fis-suq jew tqiegħdet fis-servizz wara l-bidu tal-perijodu ta' erba' xhur. F'dak il-każ, in-negozjant għandu jkun jista' jbiegħ dawk l-unitajiet esklużivament bit-tikketta mhux riklassifikata sa disa' xhur wara d-data speċifikata fl-att delegat rilevanti biex tibda tiġi esposta t-tikketta riklassifikata.
in-negozjant għandu jissostitwixxi t-tikketti eżistenti fuq il-prodotti esposti, kemm fil-ħwienet kif ukoll online, bit-tikketti riklassifikati fi żmien 14-il jum ta' ħidma wara d-data speċifikata fl-att delegat rilevanti biex tibda tiġi esposta t-tikketta riklassifikata. In-negozjant m'għandux jesponi t-tikketti riklassifikati qabel dik id-data.
B'deroga mill-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu, l-atti delegati msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 16(3) jistgħu jipprevedu regoli speċifiċi għat-tikketti tal-enerġija stampati fuq l-imballaġġ.
Artikolu 12
Il-bażi tad-data tal-prodotti
Il-bażi tad-data tal-prodotti ma għandhiex tissostitwixxi u lanqas tibdel ir-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
Il-bażi tad-data tal-prodotti għandu jkollha l-għanijiet li ġejjin:
li tappoġġa lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fit-twettiq tal-kompiti tagħhom taħt dan ir-Regolament u l-atti delegati rilevanti, inkluż l-infurzar tagħhom, u taħt ir-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 );
li tipprovdi lill-pubbliku b'informazzjoni dwar prodotti mqiegħda fis-suq u t-tikketti tal-enerġija tagħhom, u l-iskedi informattivi dwar il-prodott;
li tipprovdi informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni dwar l-effiċjenza enerġetika għal prodotti għall-analiżi tat-tikketti tal-effiċjenza enerġetika;
Il-partijiet speċifiċi obbligatorji tad-dokumentazzjoni teknika li l-fornitur għandu idaħħal fil-bażi tad-data għandhom ikopru biss:
deskrizzjoni ġenerali tal-mudell, li tkun biżżejjed biex jiġi identifikat b'mod inekwivoku u faċli;
referenzi għall-istandards armonizzati applikati jew standards ta' kejl oħrajn li jintużaw;
il-prekawzjonijiet speċifiċi li għandhom jittieħdu meta l-mudell jiġi armat, installat, issirlu manutenzjoni jew jiġi ttestjat;
il-parametri tekniċi mkejla tal-mudell;
il-kalkoli li saru bil-parametri mkejla;
kondizzjonijiet ta' ttestjar jekk ma jkunux deskritti biżżejjed fil-punt (b).
Barra minn hekk, il-fornitur jista' jtella' fil-bażi tad-data partijiet addizzjonali tad-dokumentazzjoni teknika fuq bażi volontarja.
Il-bażi tad-data tal-prodotti għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-kriterji li ġejjin:
it-tnaqqis kemm jista' jkun tal-piż amministrattiv għall-fornitur u utenti l-oħra tal-bażi tad-data;
il-faċilità tal-użu u l-kosteffettività; u
l-evitar awtomatiku tar-reġistrazzjoni doppja.
Il-parti tal-konformità tal-bażi tad-data għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-kriterji li ġejjin:
il-protezzjoni mill-użu mhux maħsub u s-salvagwardja tal-informazzjoni kunfidenzjali permezz ta' arranġamenti stretti ta' sigurtà;
id-drittijiet ta' aċċess abbażi tal-prinċipju tal-ħtieġa ta' tagħrif;
l-ipproċessar tad-data personali f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Direttiva 95/46/KE, kif applikabbli;
il-limitazzjoni tal-ambitu tal-aċċess għad-data biex jiġi evitat li jiġu kkupjati settijiet akbar ta' data;
it-traċċabbiltà tal-aċċess għad-data għall-fornitur fir-rigward tad-dokumentazzjoni teknika tagħha.
Artikolu 13
Standards armonizzati
Artikolu 14
Forum ta' Konsultazzjoni
Artikolu 15
Pjan ta' ħidma
Il-Kummissjoni għandha, wara li tkun ikkonsultat mal-Forum Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 14, tistabbilixxi pjan ta' ħidma fit-tul li għandu jsir disponibbli għall-pubbliku. Il-pjan ta' ħidma għandu jistabbilixxi lista indikattiva ta' gruppi ta' prodotti li huma kkunsidrati bħala prijoritajiet għall-adozzjoni tal-atti delegati. Il-pjan ta' ħidma għandu wkoll jistabbilixxi pjanijiet għar-reviżjoni u r-riklassifikazzjoni tat-tikketti għall-gruppi ta' prodotti f'konformità mal-Artikolu 11(4) u (5), bl-eċċezzjoni tar-riklassifikazzjoni tat-tikketti li kienu fis-seħħ fl-1 ta' Awwissu 2017 li għalihom ir-riklassifikazzjoni hija prevista fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni għandha taġġorna perijodikament il-pjan ta' ħidma wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv. Il-pjan ta' ħidma jista' jiġi kkombinat mal-pjan ta' ħidma meħtieġ mill-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/125/KE u għandu jiġi rieżaminat kull tliet snin.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sena bil-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' ħidma.
Artikolu 16
Atti Delegati
L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jispeċifikaw gruppi ta' prodotti li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
skont l-aktar ċifri disponibbli reċenti u filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kwantitajiet imqiegħda fis-suq tal-Unjoni, il-grupp tal-prodotti għandu jkollu potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u, meta rilevanti, ta' riżorsi oħra;
fil-grupp ta' prodotti, mudelli b'funzjonalità ekwivalenti għandhom ivarjaw b'mod sinifikanti fil-livelli ta' prestazzjoni rilevanti;
m'għandux ikun hemm impatt negattiv sinifikanti fir-rigward tal-affordabbiltà u l-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja tal-grupp ta' prodotti;
l-introduzzjoni ta' rekwiżiti tat-tikkettar tal-enerġija għal grupp ta' prodotti ma għandux ikollha impatt negattiv sinifikanti fuq il-funzjonalità tal-prodott waqt li jkun qed jintuża;
L-atti delegati relatati ma' gruppi speċifiċi ta' prodotti għandhom jispeċifikaw, b'mod partikolari:
id-definizzjoni tal-grupp speċifiku tal-prodotti li jaqa' fid-definizzjoni ta' “prodott relatat mal-enerġija” stabbilita fil-punt 1 tal-Artikolu 2 li għandu jkun kopert mir-rekwiżiti dettaljati tat-tikkettar;
id-disinn u l-kontenut tat-tikketta, inkluż skala li turi l-konsum tal-enerġija li tikkonsisti minn A sa G, li kemm jista' jkun għandu jkollha karatteristiċi uniformi fid-disinn għall-gruppi kollha ta' prodotti u fil-każijiet kollha għandha tkun ċara u tinqara. L-istadji minn A sa G tal-klassifikazzjoni għandhom jikkorrispondu mal-iffrankar sinifikanti tal-enerġija u l-ispejjeż u d-differenzazzjoni xierqa tal-prodott mill-perspettiva tal-klijent. Huma għandhom jispeċifikaw ukoll kif l-istadji A-G tal-klassifikazzjoni, u fejn applikabbli l-konsum tal-enerġija, jintwerew f'pożizzjoni prominenti fuq it-tikketta;
fejn xieraq, l-użu ta' riżorsi oħra u informazzjoni supplimentari li tikkonċerna l-prodott, u f'dak il-każ it-tikketta għandha tenfasizza l-effiċjenza enerġetika tal-prodott. L-informazzjoni supplimentari għandha tkun mingħajr ambigwità u mingħajr impatt negattiv fuq l-intelliġibbiltà ċara u l-effikaċja tat-tikketta b'mod ġenerali għall-klijenti. Hija għandha tkun ibbażata fuq data dwar il-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott li jistgħu jitkejlu u jiġu vverifikati mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;
fejn xieraq, l-inklużjoni ta' referenza fit-tikketta li tippermetti lill-klijenti jidentifikaw prodotti li huma intelliġenti fl-użu tal-enerġija, jiġifieri, li kapaċi awtomatikament jibdlu u jottimizzaw it-tendenzi tal-konsum tagħhom b'reazzjoni għal stimoli esterni (bħal sinjali minn jew permezz ta' sistema ċentrali ta' ġestjoni tal-enerġija fid-dar, sinjali tal-prezzijiet, sinjali ta' kontroll dirett, kejl lokali) jew kapaċi li joffru servizzi oħra li jżidu l-effiċjenza enerġetika u l-użu ta' enerġija rinnovabbli, bil-għan li jitjieb l-impatt ambjentali tal-użu tal-enerġija fis-sistema tal-enerġija kollha;
il-postijiet fejn għandha tiġi esposta t-tikketta, bħal meta titwaħħal mal-unità tal-prodott fejn ma ssirilha l-ebda ħsara, stampata fuq l-imballaġġ, ipprovduta f'format elettroniku jew murija online, b'kont meħud tar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1), u tal-implikazzjonijiet għall-klijenti, il-fornituri u n-negozjanti;
fejn hu xieraq, jintuża mezz elettroniku għat-tikkettar tal-prodotti;
il-mod li bih it-tikketta u l-iskeda informattiva dwar il-prodott għandhom jiġu pprovduti f'każ ta' bejgħ mill-bogħod;
il-kontenuti meħtieġa u, fejn xieraq, il-format u dettalji oħra li jikkonċernaw l-iskeda informattiva dwar il-prodott u d-dokumentazzjoni teknika, inkluż il-possibbiltà li jiddaħħlu l-parametri tal-iskeda informattiva dwar il-prodott fil-bażi tad-data skont l-Artikolu 3(1);
it-tolleranzi tal-verifika li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti;
kif il-klassi tal-enerġija u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza disponibbli fuq it-tikketta għandhom jiġu nklużi fir-reklami viżivi u l-materjal promozzjonali tekniku, inkluż il-leġibbiltà u l-viżibbiltà;
il-metodi ta' kejl u ta' kalkolu msemmija fl-Artikolu 13, li għandhom jintużaw biex tiġi determinata l-informazzjoni tat-tikketta u tal-iskeda informattiva dwar il-prodott, inkluż id-definizzjoni tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI), jew parametru ekwivalenti;
jekk, għal apparati akbar, ikunx meħtieġ livell ogħla ta' effiċjenza enerġetika biex tintlaħaq klassi ta' effiċjenza enerġetika partikolari;
il-format ta' kwalunkwe referenza addizzjonali fuq it-tikketta li tippermetti lill-klijenti jaċċessaw b'mezzi elettroniċi informazzjoni aktar dettaljata dwar il-prestazzjoni tal-prodott inkluża fl-iskeda informattiva dwar il-prodott. Il-format ta' dawk ir-referenzi jistgħu jieħdu l-forma ta' indirizz ta' sit elettroniku, kodiċi dinamiku ta' rispons rapidu (kodiċi QR), link fuq tikketti online jew kwalunkwe mezz adatt ieħor orjentat lejn il-konsumatur;
fejn xieraq, kif għandhom jintwerew fuq l-iskrin interattiv tal-prodott il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika li jiddeskrivu l-konsum tal-enerġija tal-prodott waqt li qed jintuża;
id-data tal-evalwazzjoni u r-reviżjoni konsegwenti possibbli tal-att delegat;
fejn xieraq, id-differenzi fir-rendiment tal-enerġija f'diversi reġjuni klimatiċi;
fir-rigward tar-rekwiżit fl-Artikolu 4(6) li tinżamm informazzjoni fil-parti tal-konformità tal-bażi tad-data, perijodu ta' żamma li jkun inqas minn 15-il sena, fejn xieraq b'rabta mal-ħajja medja tal-prodott.
Artikolu 17
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 18
Proċedura tal-kumitat
Artikolu 19
Evalwazzjoni u rapport
Sat-2 ta' Awwissu 2025, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jivvaluta kemm dan ir-Regolament u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati skont dan ippermettew lill-konsumaturi jagħżlu prodotti aktar effiċjenti b'mod effettiv, b'kont meħud tal-impatti tiegħu fuq in-negozju, il-konsum tal-enerġija, l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra, l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq, u l-ispiża biex tiġi stabbilita u miżmuma l-bażi tad-data.
Artikolu 20
Tħassir u miżuri transizzjonali
Obbligi taħt dan ir-Regolament għandhom japplikaw fir-rigward ta' gruppi ta' prodotti koperti b'atti delegati adottati skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2010/30/UE u bid-Direttiva 96/60/KE.
Artikolu 21
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fir-raba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Awwissu 2017.
B'deroga mit-tieni paragrafu, l-Artikolu 4 dwar l-obbligi ta' fornituri fir-rigward tal-bażi tad-data tal-prodotti għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIDDAĦĦAL FIL-BAŻI TAD-DATA TAL-PRODOTTI U KRITERJI FUNZJONALI GĦALL-PARTI PUBBLIKA TAL-BAŻI TAD-DATA
1. Informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-parti pubblika tal-bażi tad-data mill-fornitur:
l-isem jew it-trademark, l-indirizz, id-dettalji ta' kuntatt u identifikazzjoni legali oħra tal-fornitur;
l-identifikatur tal-mudell;
it-tikketta f'format elettroniku;
il-klassi(jiet) tal-effiċjenza enerġetika u parametri oħra tat-tikketta;
il-parametri tal-iskeda informattiva dwar il-prodott f'format elettroniku.
2. Informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-portal online mill-Kummissjoni:
id-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri;
pjan ta' ħidma skont l-Artikolu 15;
il-minuti tal-Forum Konsultattiv;
inventarju tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni, il-metodi transizzjonali ta' kejl u ta' kalkolu u l-istandards armonizzati applikabbli.
3. L-informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-parti tal-konformità tal-bażi tad-data mill-fornitur:
l-identifikatur tal-mudell tal-mudelli ekwivalenti kollha li diġà tqiegħdu fis-suq;
id-dokumentazzjoni teknika kif speċifikat fl-Artikolu 12(5).
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi link għas-Sistema ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS), li tinkludi l-eżitu tal-kontrolli tal-konformità li jsiru mill-Istati Membri u l-miżuri proviżorji adottati.
4. Kriterji funzjonali tal-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodott:
kull mudell ta' prodott għandu jkun jista' jinstab bħala rekord individwali;
hija għandha tiġġenera bħala fajl uniku li jista' jinfetaħ, jitniżżel u jiġi stampat tat-tikketta tal-enerġija għal kull mudell, kif ukoll il-verżjonijiet lingwistiċi tal-iskeda informattiva sħiħa dwar il-prodott, bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni;
l-informazzjoni għandha tkun tista' tinqara mill-magni, tista' titqiegħed f'ordni u tista' titfittex, b'rispett tal-istandards miftuħa għal użu minn parti terza, mingħajr ħlas;
għandu jiġi stabbilit u miżmum punt ta' assistenza online jew punt ta' kuntatt għall-fornituri, indikat b'mod ċar fuq il-portal.
ANNESS II
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
|
Direttiva 2010/30/UE |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
|
Artikolu 1(2) |
— |
|
Artikolu 1(3)(a) u (b) |
Artikolu 1(2)(a) u (b) |
|
Artikolu 1(3)(c) |
— |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 2(a) |
Artikolu 2(1) |
|
Artikolu 2(b) |
Artikolu 2(22) |
|
Artikolu 2(c) |
— |
|
Artikolu 2(d) |
— |
|
Artikolu 2(e) |
— |
|
Artikolu 2(f) |
— |
|
Artikolu 2(g) |
Artikolu 2(13) |
|
Artikolu 2(h) |
Artikolu 2(14) |
|
Artikolu 2(i) |
Artikolu 2(8) |
|
Artikolu 2(j) |
Artikolu 2(9) |
|
Artikolu 2(k) |
— |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 3(1) |
Artikolu 7(3) |
|
Artikolu 3(1)(b) |
Artikolu 6(c) |
|
Artikolu 3(1)(c) |
Artikolu 7(3) |
|
Artikolu 3(1)(d) |
Artikolu 8(2) |
|
Artikolu 3(2) |
Artikolu 6(b) u Artikolu 9 |
|
Artikolu 3(3) |
Artikolu 8(1) |
|
Artikolu 3(4) |
— |
|
Artikolu 4(a) |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 4(b) |
— |
|
Artikolu 4(c) |
Artikolu 6(a) |
|
Artikolu 4(d) |
Artikolu 6(a) |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 3(1) u Artikolu 6 |
|
Artikolu 5(a) |
Artikolu 3(1) |
|
Artikolu 5(b), punti (i), (ii), (iii) u (iv) |
Artikolu 4(6) u Anness I |
|
Artikolu 5(c) |
Artikolu 4(6) |
|
Artikolu 5(d) |
Artikolu 3(1) |
|
Artikolu 5(d), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 3(1) |
|
Artikolu 5(e) |
Artikolu 3(1) |
|
Artikolu 5(f) |
— |
|
Artikolu 5(g) |
Artikolu 3(1) |
|
Artikolu 5(h) |
— |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 5(1) u Artikolu 6 |
|
Artikolu 6(a) |
Artikolu 5(1)(a) |
|
Artikolu 6(b) |
Artikolu 5(1)(a) |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 16(3)(e) u (g) |
|
Artikolu 8(1) |
Artikolu 7(1) |
|
Artikolu 8(2) |
— |
|
Artikolu 9(3) |
Artikolu 7(2) |
|
Artikolu 9(4) |
— |
|
Artikolu 10(1) |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 10(1), it-tieni paragrafu |
Artikolu 16(2) |
|
Artikolu 10(1), it-tielet paragrafu |
— |
|
Artikolu 10(1) ir-raba' paragrafu |
Artikolu 16(3)(c) |
|
Artikolu 10(2)(a) |
Artikolu 16(2)(a) |
|
Artikolu 10(2)(b) |
Artikolu 16(2)(b) |
|
Artikolu 10(2)(c) |
— |
|
Artikolu 10(3)(a) |
— |
|
Artikolu 10(3)(b) |
— |
|
Artikolu 10(3)(c) |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 10(3)(d) |
— |
|
Artikolu 10(4)(a) |
Artikolu 16(3)(a) |
|
Artikolu 10(4)(b) |
Artikolu 16(3)(k) |
|
Artikolu 10(4)(c) |
Artikolu 16(3)(h) |
|
Artikolu 10(4)(d) |
Artikolu 16(3)(b) |
|
Artikolu 10(4)(d) it-tieni paragrafu |
— |
|
Artikolu 10(4)(d), it-tielet paragrafu |
Artikolu 16(3)(b) |
|
Artikolu 10(4)(d) ir-raba' paragrafu |
Artikolu 11(3) |
|
Artikolu 10(4)(d) il-ħames paragrafu |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 10(4)(e) |
Artikolu 16(3)(e) |
|
Artikolu 10(4)(f) |
Artikolu 16(3)(h) |
|
Artikolu 10(4)(g) |
Artikolu 16(3)(j) |
|
Artikolu 10(4)(h) |
Artikolu 11(3) |
|
Artikolu 10(4)(i) |
Artikolu 16(3)(i) |
|
Artikolu 10(4)(j) |
Artikolu 16(3)(o) |
|
Artikolu 11(1) |
Artikolu 17(2) |
|
Artikolu 11(2) |
Artikolu 17(5) |
|
Artikolu 11(3) |
Artikolu 17(1) |
|
Artikolu 12(1) |
Artikolu 17(3) |
|
Artikolu 12(2) |
— |
|
Artikolu 12(3) |
Artikolu 17(3) |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 17(6) |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 7(4) |
|
Artikolu 16 |
— |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 20 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 21 |
|
Anness I |
— |
|
— |
Anness I |
|
Anness II |
Anness II |
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
( 2 ) Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013 tat-18 ta' Frar 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta' ħiters tal-post, ħiters ikkombinati, pakketti magħmulin minn ħiter tal-post, regolatur tat-temperatura u apparat solari u pakketti magħmulin minn ħiter ikkombinat, regolatur tat-temperatura u apparat solari (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 1).
( 3 ) Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 tat-18 ta' Frar 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta' ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun u pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 83).
( 4 ) Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1187 tas-27 ta' April 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-bojlers tal-fjuwil solidu u pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 43).
( 5 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 1).
( 6 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 17).
( 7 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 47).
( 8 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku għat-televixins (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 64).
( 9 ) Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 tat-12 ta' Lulju 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil (ĠU L 258, 26.9.2012, p. 1).
( 10 ) Ir-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (ĠU L 177, 5.6.2020, p. 1).
( 11 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).
( 12 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 6, 11.1.2017, p. 40).